ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.229.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 229

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
6 ta' Settembru 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 884/2011 tat-22 ta’ Awwissu 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2011 tal-5 ta’ Settembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbijin biex ibidu, il-papri għat-tismin, is-summien, il-faġani, il-perniċi, il-fargħuni, il-ħamiem, il-wiżż għat-tismin u n-nagħm (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) ( 1 )

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2011 tal-5 ta’ Settembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodott minn Trichoderma reesei (CBS 122001) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa (detentur tal-awtorizzazzjoni Roal Oy) ( 1 )

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 887/2011 tal-5 ta’ Settembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-Enterococcus faecium CECT 4515 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Norel S.A.) ( 1 )

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 888/2011 tal-5 ta’ Settembru 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' diklażuril bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Janssen Pharmaceutica N.V.) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 ( 1 )

9

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 889/2011 tal-5 ta’ Settembru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

12

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 890/2011 tal-5 ta’ Settembru 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

14

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi tal-mutur fir-rigward tal-protezzjoni tal-persuni fit-triq u utenti vulnerabbli oħra tat-triq li temenda d-Direttiva 2007/46/KE u tirrevoka d-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE ( ĠU L 195, 25.7.2009 )

16

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 tad-29 ta' Lulju 2010 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru ( ĠU L 201, 3.8.2010 )

18

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

6.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 229/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 884/2011

tat-22 ta’ Awwissu 2011

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ ta' oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta' tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)   ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Enżima deossiribonukleażi, f'rata ta' attività ta' bejn 10 000  u 25 000 units/mg, f'buffer milwiem tal-ħżin ta' pH 6.5.

Dan il-prodott jinbiegħ bl-imnut għall-użu fil-laboratorji biex issir il-katina tar-reazzjonijiet tal-polimerażi bi traskrittasi bil-maqlub (RT-PCR).

3507 90 90

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u tal-kitba fil-kodiċi tan-NM 3507 , 3507 90  u 3507 90 90 .

Il-forma tal-preparazzjoni tal-prodott tippermetti li l-attività tal-enżimi tibqa' għaddejja meta jkun maħżun. Il-prodott ma fih l-ebda sustanzi oħrajn, għajr l-enżima nnifisha, li jippermettu li ssir reazzjoni biex wieħed ikun jaf x'sustanzi hemm. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3822 bħala reaġent dijanjostiku jew tal-laboratorju hija eskluża.

Minħabba l-kompożizzjoni tal-prodott, għandu jitqies bħala enżima ppreparata skont it-tifsira tal-intestatura 3507 .

Għalhekk, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 3507 90 90 bħala enżima ppreparata oħra li mhix speċifikata jew inkluża xi mkien ieħor.


6.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 229/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 885/2011

tal-5 ta’ Settembru 2011

dwar l-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbijin biex ibidu, il-papri għat-tismin, is-summien, il-faġani, il-perniċi, il-fargħuni, il-ħamiem, il-wiżż għat-tismin u n-nagħm (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din it-tip ta’ awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737). L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbijin biex ibidu, il-papri għat-tismin, is-summien, il-faġani, il-perniċi, il-fargħuni, il-ħamiem, il-wiżż għat-tismin u n-nagħm, li għandhom jiġu klassifikati fil-kategorija tal-addittiv “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) kien awtorizzat għal għaxar snin għat-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 107/2010 (2).

(5)

Ġiet ippreżentata dejta ġdida biex issostni l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) għat-tiġieġ imrobbijin biex ibidu, il-papri għat-tismin, is-summien, il-faġani, il-perniċi, il-fargħuni, il-ħamiem, il-wiżż għat-tismin u n-nagħm. Fl-opinjoni tagħha tal-15 ta’ Marzu 2011 (3), l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kondizzjonijiet ta’ użu proposti, il-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) ma għandux effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-konsumatur jew l-ambjent u li l-użu ta’ dik il-preparazzjoni tista’ ttejjeb il-prestazzjoni żooteknika tal-ispeċi tal-annimali. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq ma hemmx bżonn ta’ ħtiġijiet speċifiċi ta’ monitoraġġ. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-flora fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   ĠU L 36, 9.2.2010, p. 1.

(3)   EFSA Journal 2011; 9(3):2114.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg tal-oġġett tal-għalf komplet għall-bhejjem b'kontenut ta’ meraq ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-flora fil-musrana.

4b1823

Kemin Europa N.V.

Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) li fiha minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g addittiv

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Spori ta’ Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737)

 

Metodu analitiku  (1) :

 

L-enumerazzjoni: il-metodu tat-tifrix bl-użu tat-tryptone soya agar bi trattament minn qabel ta’ sħana tal-kampjuni tal-ikel.

 

Identifikazzjoni: metodu ta’ elettroforeżi bil-ġell f'kamp pulsat (PFGE).

Tiġieġ imkabbra biex ibidu

Papri għat-tismin, summien, faġani, perniċi, fargħuni, ħamiem, wiżż għat-tismin

Nagħm

1 × 107

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u pretaħlitiet, indika t-temperatura tal-ħażna, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabilità għall-pelleting.

2.

L-użu huwa permess f'għalf li fih wieħed mill-koċċidjostatiki awtorizzati: diklażuril, dekokinat, salinomiċin, sodju, narasin/nikarbażin, sodju tal-lasaloċid A, maduramiċin, ammonju, sodju tal-monesin, narasin jew idroklurur tar-robenidin taħt il-kundizzjoni li dan il-koċċidjostatiku huwa awtorizzat fuq l-ispeċi rilevanti

is-26 ta’ Settembru 2021


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


6.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 229/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 886/2011

tal-5 ta’ Settembru 2011

dwar l-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodott minn Trichoderma reesei (CBS 122001) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa (detentur tal-awtorizzazzjoni Roal Oy)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-enżima 6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mit-Trichoderma reesei (CBS 122001). L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-enżima 6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mit-Trichoderma reesei (CBS 122001) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer nisa, li għandha tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu ta’ dik il-preparazzjoni kien awtorizzat għal għaxar snin għat-tjur tal-irziezet għat-tismin u t-tgħammir ħlief għad-dundjani għat-tismin, għat-tjur tal-irziezet li jbidu u għall-ħnieżer minbarra l-ħnieżer nisa permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 277/2010 (2) u għad-dundjani permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni 891/2010 (3).

(5)

Ġiet ippreżentata dejta ġdida biex issostni l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mit-Trichoderma reesei (CBS 122001) għall-ħnieżer nisa. Fl-opinjoni tagħha tas-15 ta’ Marzu 2011 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet, li s-6-fitażi (EC 3.1.3.26), prodotta mit-Trichoderma reesei (CBS 122001), ma għandhiex effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, u li l-użu tagħha tista' ttejjeb id-diġestibilità tal-kalċju u l-fosforu fil-ħnieżer nisa. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq ma hemmx bżonn ta’ ħtiġijiet speċifiċi ta’ monitoraġġ. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tas-6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mit-Trichoderma reesei (CBS 122001) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   ĠU L 86, 1.4.2010, p. 13.

(3)   ĠU L 266, 9.10.2010, p. 4.

(4)   EFSA Journal 2011;9(3):2111.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b'kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibilità.

4a12

Roal Oy

6-fitażi EC 3.1.3.26

 

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni tas-6-fitażi (KE 3.1.3.26) prodotta mit-Trichoderma reesei (CBS 122001) b'attività minima ta':

 

40 000 PPU (1) /g f'għamla solida

 

10 000 PPU/g f'għamla likwida

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

tas-6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mit-Trichoderma reesei (CBS 122001)

 

Metodu analitiku  (2) :

Metodu kolorimetriku li jikkwantifika l-attività tas-6-fitażi billi jkejjel il-fosfat inorganiku rilaxxat mis-fitat tas-sodju billi janalizza l-kulur iffurmat bit-tnaqqis ta’ kumpless ta’ fosfomolibdat.

Ħnieżer nisa

250 PPU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm żmien tista' tinżamm il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting

2.

Doża massima rrakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf komplet għall-ħnieżer nisa: 1 000 PPU

3.

Għall-użu f'għalf li fih aktar minn 0,23 % ta’ fosforu magħqud mal-fitin.

4.

Għas-sigurtà: protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ngwanti għandhom jintużaw waqt l-immaniġġjar

is-26 ta’ Settembru 2021


(1)  1 PPU huwa l-ammont ta’ enżima li jillibera 1 μmol ta’ fosfat inorganiku mis-sodium phytate fil-minuta f'pH =5,0 u 37 °C.

(2)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


6.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 229/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 887/2011

tal-5 ta’ Settembru 2011

dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-Enterococcus faecium CECT 4515 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Norel S.A.)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Enterococcus faecium CECT 4515. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ("l-Awtorità") ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tas-16 ta' Marzu 2011 (2) li l-Enterococcus faecium CECT 4515, skont il-kondizzjonijiet tal-użu proposti, ma għandux effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-konsumatur jew fuq l-ambjent, u li dan l-addittiv għandu l-potenzjal li jtejjeb iż-żieda fil-piż tal-ġisem u l-proporzjon tal-għalf maż-żieda fil-piż fit-tiġieġ tas-simna. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq ma hemmx bżonn ta' ħtiġijiet speċifiċi ta’ monitoraġġ. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità mwaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-Enterococcus faecium CECT 4515 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intlaħqu. Għalhekk, l-użu ta' din il-preparazzjoni kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi "addittivi żootekniċi" u mill-grupp funzjonali "stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana", hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   EFSA Journal 2011; 9 (3):2118.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta' annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

CFU/kg tal-oġġett tal-għalf komplet għall-bhejjem b'kontenut ta' meraq ta' 12 %

Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana

4b1713

Norel S.A.

Enterococcus faecium CECT 4515

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Enterococcus faecium CECT 4515 li jkollha minimu ta' 1 × 109 CFU/g ta' addittiv

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Enterococcus faecium CECT 4515

 

Metodu tal-Analiżi  (1)

 

L-enumerazzjoni: metodu tat-tifrix li juża bile esculin azide agar (EN 15788)

 

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

Tiġieġ għat-tismin

1 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet ta' qabel, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm żmien tista’ tinżamm il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting

2.

L-użu huwa permess f'għalf li fih wieħed mill-koċċidijosi awtorizzati: sodju tal-monensin, diklarużil, nikarbażin, dekokwinat, idrokloridu tar-robenidin, sodju tas-semduramiċin, narasin, sodju tas-salinomiċin, sodju tal-lasaloċidu, ammonju tan-narasin/nikarbażinjew maduramiċin

3.

Għas-sigurtà: għandha tintuża protezzjoni għar-respirazzjoni matul l-immaniġġjar

is-26 ta' Settembru 2021


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


6.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 229/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 888/2011

tal-5 ta’ Settembru 2011

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' diklażuril bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Janssen Pharmaceutica N.V.) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din it-tip ta’ awtorizzazzjoni.L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Id-diklażuril, numru CAS 101831-37-2, kien awtorizzat għal għaxar snin skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf għall-użu fuq it-tiġieġ għat-tismin, it-tiġieġ imrobbija għall-bajd sa 16-il ġimgħa u d-dundjani sa 12-il ġimgħa permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2430/1999 (3). Dan l-addittiv wara ddaħħal fir-Reġistru Komunitarju tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. L-użu tiegħu ġie awtorizzat ulterjorment għal għaxar snin għat-tiġieġ għat-tismin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1118/2010 (4) għall-fargħuni permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 169/2011 (5) u għall-fniek permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 971/2008 (6).

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tad-diklażuril bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani għat-tismin, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “koċċidjostatiċi u istomonostatiċi”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ("l-Awtorità") ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tas-16 ta' Marzu 2011 (7) li, skont il-kundizzjonijiet proposti ta' użu, id-diklażuril ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-konsumatur jew l-ambjent, u li l-addittiv huwa effettiv biex jikkontrolla l-koċċidijosi fid-dundjani għat-tismin. Hija kkonkludiet li l-ebda ħsibijiet dwar is-sigurtà ma għandhom jinqalgħu sakemm jittieħdu miżuri xierqa ta' protezzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità mwaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tad-diklażuril turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(6)

B'konsegwenza tal-għoti ta' awtorizzazzjoni ġdida permezz ta' dan ir-Regolament, l-annotazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 2430/1999 dwar id-diklażuril għandha titħassar.

(7)

Peress li l-modifiki tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ma għandhomx x'jaqsmu ma' raġunijiet ta' sikurezza, huwa xieraq li jingħata permess għal perjodu ta' tranżizzjoni għar-rimi ta' ħażniet eżistenti ta' pretaħlitiet u għalf kompost li fih din il-preparazzjoni, kif awtorizzat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2430/1999 għall-użu fuq id-dundjani sa 12-il ġimgħa.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “koċċidijostati u istomonostati”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

L-annotazzjoni fl-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 2430/1999 dwar id-diklażuril għad-dundjani identifikata man-numru ta' reġistrazzjoni 27, tħassret.

Artikolu 3

Il-pretaħlitiet u l-għalf kompost ittikkettjati skont id-Direttiva 70/524/KEE u li fihom id-diklażuril, kif awtorizzat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2430/1999 għall-użu fuq id-dundjani sa 12-il ġimgħa, jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jinħlew l-istokks eżistenti.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

(3)   ĠU L 296, 17.11.1999, p. 3.

(4)   ĠU L 317, 3.12.2010, p. 5.

(5)   ĠU L 49, 24.2.2011, p. 6.

(6)   ĠU L 265, 4.10.2008, p. 3.

(7)   EFSA Journal 2011; 9(4):2115.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta' annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

Limiti Massimi ta’ Residwi (LMRs) fl-għalf rilevanti li joriġinaw mill-annimali

mg ta' sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ ilma ta’ 12 %

Koċċidijostati u istomonostati

5 1 771

Janssen Pharmaceutica N.V.

Diklażuril 0,05 g/100 g

(Klinacoss 0,5 %)

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv:

 

Diklażuril: 0,50 g/100 g.

 

Ikel magħmul minn estratt tas-soja nieqes mill-proteini: 99,25 g/100 g

 

Polividon K 30: 0,20 g/100 g

 

Idrossidu tas-sodju: 0,05 g/100 g

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Diklażuril, C17H9Cl3N4O2,

(±)-4-klorofenil[2,6-dikloro-4-(2,3,4,5-tetraidro-3,5-diosso-1,2,4-triażin-2-il)fenil]aċetonitril,

Numru CAS: 101831-37-2

Impuritajiet relatati:

 

Kompost ta’ degradazzjoni (R064318): ≤ 0,1 %

 

Impuritajiet relatati oħra (T001434, R066891, R068610, R070156, R070016): ≤ 0,5 % individwalment

 

Impuritajiet totali: ≤ 1,5 %

 

Metodu analitiku  (1)

 

Għad-determinazzjoni ta' diklażuril fl-għalf: kromatografija likwida ta' prestazzjoni għolja ta' fażi invertita (HPLC) b'użu ta' Detezzjoni Ultravjola b'280 nm (ir-Regolament (KE) Nru 152/2009)

 

Għad-determinazzjoni ta' diklażuril fit-tessuti tat-tjur tal-irziezet: L-HPLC flimkien ma' spettrometru tal-massa (MS/MS) kwadrupolu triplu b'użu ta' jone prekursur wieħed u żewġ joni ffurmati bħala prodott ta' reazzjoni.

Dundjani għat-tismin

1

1

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf kompost f’forma ta’ pretaħlita.

2.

Id-diklażuril ma għandux jitħallat ma' koċċidijostati oħrajn.

3.

Għas-sigurtà: waqt l-immaniġġjar għandu jintlibes apparat għall-protezzjoni tan-nifs, nuċċali, u ingwanti

4.

Programm ta' monitoraġġ ta' wara t-tqegħid fis-suq dwar ir-reżistenza għall-batterja u l-Eimeria spp għandu jiġi ppjanat u eżegwit mid-detentur tal-awtorizzazzjoni.

is-26 ta' Settembru 2021

1 500  μg ta' diklażuril/kg ta’ fwied imxarrab

1 000  μg ta' diklażuril/kg ta’ kilwa mxarrba

500 μg ta' diklażuril/kg ta’ muskolu mxarrab

500 μg ta' diklażuril/kg ta’ ġilda/xaħam imxarrab


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx.


6.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 229/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 889/2011

tal-5 ta’ Settembru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Settembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

EC

32,6

MK

49,0

ZZ

40,8

0707 00 05

AR

24,2

TR

130,3

ZZ

77,3

0709 90 70

AR

40,2

EC

39,5

TR

120,5

ZZ

66,7

0805 50 10

AR

76,8

CL

75,7

MX

39,8

PY

33,5

TR

66,0

UY

37,4

ZA

84,7

ZZ

59,1

0806 10 10

EG

128,0

IL

80,3

MA

175,2

TR

121,8

ZA

59,8

ZZ

113,0

0808 10 80

CL

106,6

CN

78,7

NZ

109,8

US

77,4

ZA

80,4

ZZ

90,6

0808 20 50

CI

48,9

CN

74,6

TR

124,8

ZA

121,5

ZZ

92,5

0809 30

TR

138,6

ZZ

138,6

0809 40 05

BA

41,6

KE

58,0

ZZ

49,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


6.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 229/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 890/2011

tal-5 ta’ Settembru 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Settembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)   ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)   ĠU L 220, 26.8.2011, p. 18.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-6 ta’ Settembru 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

48,70

0,00

1701 11 90  (1)

48,70

0,29

1701 12 10  (1)

48,70

0,00

1701 12 90  (1)

48,70

0,00

1701 91 00  (2)

52,94

1,59

1701 99 10  (2)

52,94

0,00

1701 99 90  (2)

52,94

0,00

1702 90 95  (3)

0,53

0,20


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


Rettifika

6.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 229/16


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi tal-mutur fir-rigward tal-protezzjoni tal-persuni fit-triq u utenti vulnerabbli oħra tat-triq li temenda d-Direttiva 2007/46/KE u tirrevoka d-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 195, tal-25 ta' Lulju 2009 )

F'paġna 20, l-Anness, Part II, Kapitolu IV: Testijiet tal-forma tar-riġel ta’ fuq lejn ix-xifer ta’ quddiem nett tal-bonit, Figura 4 hija mibdula kif ġej:

Image 1

F'paġna 42, l-Anness, Part IV, Kapitolu IV: Testijiet tal-forma tar-riġel ta’ fuq lejn ix-xifer ta’ quddiem nett tal-bonit, Figura 4 hija mibdula kif ġej:

Image 2

6.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 229/18


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 tad-29 ta' Lulju 2010 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 201, tat-3 ta’ Awwissu 2010 )

1.

F’paġna 7, Artikolu 11(3):

minflok:

“dispożizzjonijiet xierqa fl-Artikolu 11(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1794/2006”;

aqra:

“dispożizzjonijiet xierqa fl-Artikolu 11a tar-Regolament (KE) Nru 1794/2006”.

2.

F’paġna 7, Artikolu 13(2):

minflok:

“lill-Istat(i) Membru(i)”;

aqra:

“lill-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i)”.

3.

F’paġna 8, Artikolu 14(2):

minflok:

“lill-Istat(i) Membru(i)”;

aqra:

“lill-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i)”.

4.

F'paġna 8, Artikolu 15, it-titlu:

minflok:

“Il-pjanijiet u l-miri ta’ prestazzjoni adottati wara l-bidu tal-perjodu ta’ referenza”;

aqra:

“Pjanijiet ta’ prestazzjoni jew miżuri korrettivi adottati wara l-bidu tal-perjodu ta’ referenza”.

5.

F’Paġna 13, Anness I, Taqsima 1, punt 3.1 it-tieni subparagrafu punt (c), (tikkonċerna biss il-verżjoni EN):

minflok:

“more that 100 000 commercial movements”;

aqra:

“more than 100 000 commercial movements”.

6.

F’paġna 13, Anness I, Taqsima 2, punt 1(a), l-aħħar sentenza:

minflok:

“dawn l-indikaturi ta’ prestazzjoni ewlenin”;

aqra:

“dan l-indikatur ta’ prestazzjoni ewlieni”.

7.

F’Paġna 14, Anness I, Taqsima 2, punt 3.1 it-tieni subparagrafu punt (c), (tikkonċerna biss il-verżjoni EN):

minflok:

“more that 100 000 commercial movements”;

aqra:

“more than 100 000 commercial movements”.

8.

F'paġna 14, Anness I, Taqsima 2, punt 4.2:

minflok:

“it-tieni KPI tal-kapaċità nazzjonali/tal-FAB”;

aqra:

“it-tieni KPI nazzjonali/tal-FAB tal-kosteffikaċja”.

9.

F'paġna 15, Anness II, punt (1.2):

minflok:

“(previżjoni tat-traffiku, tendenza tar-rata ta’ unità, eċċ.)”;

aqra:

“(previżjoni tat-traffiku, eċċ.)”.

10.

F'paġna 18, Anness IV, punt 2, it-tieni sentenza:

minflok:

“taħt il-limitu ta’ dan l-Artikolu 1(2)”;

aqra:

“taħt il-limiti ta’ dan l-Artikolu 1(3)”.

11.

F'paġna 18, Anness IV, punt 2.1(b):

minflok:

“Regolament dwar ir-rekwiżit komuni”;

aqra:

“Regolament (KE) Nru 2096/2005”.

12.

F'paġna 20, Anness IV, punt 3.1(b):

minflok:

“ ‘Tip ta’ titjira’ tfisser ‘IFR’ għall-inġenji tal-ajru li jtiru skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti kif ġew iddefiniti fl-Anness 2 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago tal-1944 (L-Għaxar Edizzjoni – vellma 2005) jew ‘VFR’ għall-inġenji tal-ajru li jtiru skont ir-regoli tat-titjir viżwali kif ġew iddefiniti fl-istess Anness;”;

aqra:

“ ‘Tip ta' titjira’ tfisser it-tip ta' titjira kif iddefinit fl-Appendiċi 2 tad-Dok. 4444 tal-ICAO (il-15-il edizzjoni — Ġunju 2007);”.

13.

F'paġna 20, Anness IV, punt 3.1(r):

minflok:

“runway tat-tluq”;

aqra:

“runway użat għall-inżul u għat-tluq”.