|
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2011.227.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 227 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 54 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
2.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 227/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 871/2011
tas-26 ta’ Awwissu 2011
li jtemm ir-reviżjoni ta’ skadenza u r-reviżjoni parzjali interim tal-miżuri anti-dumping dwar importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jirrevoka dawk il-miżuri
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikoli 9 u 11(2), (3), (5) u (6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li kkonsulta l-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
1.1. Miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Wara li twettqet investigazzjoni kontra d-dumping skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1212/2005 (2), impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Dak ir-Regolament ġie emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 500/2009 (3). |
|
(2) |
Ir-rati tas-dazju individwali kienu jvarjaw bejn 0 % sa 37,9 % skont il-manifattur tal-prodott ikkonċernat, u l-livell tad-dazju ta’ residwu kien stabbilit għal 47,8 %. |
1.2. It-talbiet għal reviżjonijiet
|
(3) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż dwar skadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (4), il-Kummissjoni rċeviet talba fil-25 ta’ Marzu 2010 għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku u fid-29 ta’ April 2010 rċeviet talba oħra għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(4) |
It-talba skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku tressqet minn Eurofonte, li aġixxiet f'isem sebgħa mill-membri tagħha, u minn Fundiciones de Odena (“l-applikanti”) f'isem produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f'dan il-każ aktar minn 25 % tal-produzzjoni tal-Unjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut. |
|
(5) |
It-talba kienet tinkludi evidenza prima facie li turi li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx li tirriżulta fil-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta’ dumping u ħsara lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(6) |
It-talba skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku tressqet minn Shandong Lulong Group Co. Ltd, produttur esportatur mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. L-ambitu tar-reviżjoni kien limitat għall-eżaminar tad-dumping sa fejn għandha x'taqsam Shandong Lulong Group Co. Ltd. |
1.3. Tnedijiet
|
(7) |
Għaldaqstant, wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) avviż ta’ bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut li bħalissa jinsabu klassifikati bil-kodiċijiet tan-NM 7325 10 50 , 7325 10 92 , ex 7325 10 99 (kodiċi TARIC 7325 10 99 10), u ex 7325 99 10 (kodiċi TARIC 7325 99 10 10), u li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi kkonċernati, lir-rappreżentanti tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, lill-utenti rappreżentattivi u lill-produtturi tal-Unjoni dwar il-bidu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni tal-iskadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ bidu. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni ppubblikat ukoll f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) avviż ta’ bidu ta’ reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping imsemmija fil-premessa (7), bl-ambitu tagħha limitat għall-eżaminar tad-dumping sa fejn għandha x'taqsam Shandong Lulong Group Co. Ltd. |
2. IRTIRAR TAT-TALBA GĦAL REVIŻJONI TA' SKADENZA
|
(10) |
Permezz ta’ ittra tad-9 ta’ Ġunju 2011 indirizzata lill-Kummissjoni, l-applikanti formalment irtiraw it-talba tagħhom. Fl-ittra tagħhom l-applikanti argumentaw li fil-fehma tagħhom, minħabba l-volatilità tal-parametri ekonomiċi relevanti, ma jistax jiġi eskluż iktar dumping ta’ ħsara fil-futur. F'dawk iċ-ċirkostanzi, huma ħassew li żieda qawwija fl-importazzjonijiet Ċiniżi tista' titfa' dubbji fuq il-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni u, minħabba f'hekk, l-applikanti huma tal-fehma li l-Kummissjoni għandha timmonitorja b'mod attiv l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat u tkun lesta tiftaħ proċediment ġdid f'qasir żmien. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li s-suq tal-prodotti tal-ħadid fondut għadda minn tibdil kbir matul l-aħħar sena, partikolarment minħabba l-kriżi ekonomika riċenti li kellha impatt kbir fuq l-industrija tal-bini u rriżultat fi tnaqqis tal-infiq pubbliku għall-proġetti infrastrutturali. Dan ikkawża tnaqqis ġenerali fid-domanda, inkluża d-domanda għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut. Billi mhuwiex ċar kif se jiżviluppa s-suq fuq bażi ta’ terminu bejn qasir u medju, ma jistax jiġi eskluż kompletament li mhux se jerġa' jkun hemm dumping ta’ ħsara. Għalhekk jitqies kunsiljabbli li jkunu mmonitorjati l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-perjodu ta’ monitoraġġ ma għandux ikun iktar minn 24 xahar mill-pubblikazzjoni tat-tmiem tal-proċediment preżenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma teskludix il-ftuħ ta’ investigazzjoni ġdida dwar l-istess prodott jekk u meta tiġi pprovduta evidenza li turi dumping ta’ ħsara, skont ir-rekwiżiti tar-Regolament bażiku. |
|
(12) |
Skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, proċediment jista' jintemm fejn tiġi rtirata t-talba għal reviżjoni, sakemm dan it-tmiem ikun fl-interess tal-Unjoni. |
|
(13) |
Tqies li l-proċediment preżenti għandu jintemm billi l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda fatt li juri li tali tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa b'dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Madankollu, ma waslux kummenti li setgħu jwasslu għal konklużjoni differenti. |
|
(14) |
Għalhekk, ġie konkluż li l-proċediment ta’ reviżjoni anti-dumping ta’ skadenza li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandu jintemm u l-miżuri eżistenti għandhom jiġu rrevokati. |
|
(15) |
B'konsegwenza ta’ dan, ġie konkluż li r-reviżjoni interim parzjali li l-ambitu tagħha kien limitat għall-eżaminar tad-dumping sa fejn għandha x'taqsam Shandong Lulong Group Co. Ltd. għandha tintemm ukoll, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-reviżjoni ta’ skadenza u r-reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping dwar importazzjonijiet tal-prodotti ta’ ħadid fondut mhux malleabbli u ħadid fondut sferojdali tal-graffit (ħadid duttili) tat-tip li jintużaw biex ikopru u/jew jagħtu aċċess għal sistemi fl-art jew taħt l-art, u partijiet tagħhom, kemm jekk ikunu maħdumin bil-magna kif ukoll jekk le, miksija jew miżbugħa jew mgħammra b'materjali oħrajn, minbarra idranti tat-tifi tan-nar, li bħalissa jinsabu klassifikati bil-kodiċijiet tan-NM 7325 10 50 , 7325 10 92 , ex 7325 10 99 (il-kodiċi TARIC 7325 10 99 10) u ex 7325 99 10 (il-kodiċi TARIC 7325 99 10 10), u li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huma b'dan terminati u dawk il-miżuri huma revokati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Awwissu 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 199, 29.7.2005, p. 1.
(3) ĠU L 151, 16.6.2009, p. 6.
(4) ĠU C 72, 20.3.2010, p. 11.
|
2.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 227/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 872/2011
tal-1 ta’ Settembru 2011
li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,
Billi fid-dawl tal-iżviluppi fil-Libja, il-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi suġġetti għal miżuri restrittivi mniżżla fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandha tiġi emendata,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-entrati għall-entitajiet imniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 204/2011.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
ANNESS
Entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1
|
2. |
Fond għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (ESDF) |
|
8. |
National Commercial Bank |
|
9. |
Gumhouria Bank |
|
10. |
Sahara Bank |
|
11. |
Azzawia (Azawiya) Refining |
|
12. |
Ras Lanuf Oil and Gas Processing Company (RASCO) |
|
13. |
Brega |
|
14. |
Sirte Oil Company |
|
15. |
Waha Oil Company |
|
17. |
Tamoil Africa Holdings Limited (a.k.a. Oil Libya Holding Company) |
|
23. |
First Gulf Libyan Bank |
|
25. |
National Oil Wells and Drilling and Workover Company (a.k.a. National Oil Wells Chemical and Drilling and Workover Equipment Co.; National Oil Wells Drilling And Workover Equipment Co.) |
|
26. |
North African Geophysical Exploration Company (a.k.a. NAGECO; a.k.a. North African Geophysical Exploration) |
|
27. |
National Oil Fields and Terminals Catering Company |
|
28. |
Mabruk Oil Operations |
|
30. |
Harouge Oil Operations (a.k.a. Harouge; a.k.a. Veba Oil Libya GMBH) |
|
31. |
Jawaby Property Investment Limited |
|
32. |
Tekxel Limited |
|
39. |
Mediterranean Oil Services Company (a.k.a. Mediterranean Sea Oil Services Company) |
|
40. |
Mediterranean Oil Services Company GMBH (a.k.a. MED OIL OFFICE DUESSELDORF, a.k.a. MEDOIL) |
|
41. |
Libyan Arab Airlines |
|
43. |
Awtorità portwarja ta’ Tripli |
|
44. |
Awtorità portwarja ta’ Al Khoms |
|
45. |
Awtorità portwarja ta’ Brega |
|
46. |
Awtorità portwarja ta’ Ras Lanuf |
|
47. |
Awtorità portwarja ta’ Zawia |
|
48. |
Awtorità portwarja ta’ Zuwara |
|
49. |
Al-Sharara Oil Services Company (a.k.a. Al Sharara, Al-shahara oil service company, Sharara Oil Service Company, Sharara, Al-Sharara al-Dhahabiya Oil Service Company) |
|
2.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 227/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 873/2011
tas-27 ta’ Lulju 2011
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ ta' oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jkun ipprovdut li, soġġett għall-miżuri fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea relatati mas-sistemi ta’ verifika doppja u mas-sorveljanza minn qabel u retrospettiva ta’ oġġetti tessili waqt l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, id-detentur ikun jista' għal perjodu ta’ 60 jum ikompli joqgħod fuq tagħrif tariffarju vinkolanti maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-Nomeklatura Magħquda iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
|
(5) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
Suġġett għall-miżuri fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea relatati mas-sistemi ta' verifika doppja u mas-sorveljanza retrospettiva ta' prodotti tessili waqt l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, wieħed jista' għal perjodu ta' 60 jum jibqa' joqgħod fuq tagħrif vinkolanti fuq it-tariffi maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fir-rigward tal-klassifika tal-merkanzija fin-Nomeklatura Magħquda u li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Prodott kompost magħmul minn sponża tal-plastik ċellulari (poliuretan) (11,5 cm × 8,2 cm × 1,1 cm), u ċarruta ta' tessut innittjat tal-poliester li tgħatti l-isponż. It-tessut hu magħmul minn ħajt minsuġ ta' poliesters u fibri tal-poliester koperti bl-aluminju (prodotti permezz ta' proċess ta' metalizzazzjoni tal-fwar) innittjati flimkien. L-isponża hija mdaħħla kollha kemm hi fit-tessut. (ċarruta tat-tindif) (Ara r-ritratti Nri 656 A u 656 B) (*1) |
6307 10 10 |
Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 7(e) tat-Taqsima XI, in-Nota 1 tal-Kapitolu 63 kif ukoll il-kliem tal-kodiċijiet NM 6307 , 6307 10 u 6307 10 10 . L-oġġett huwa prodott kompost skont it-tifsira tal-GIR 3(b) għaliex l-isponża hija mwaħħla maċ-ċarruta biex tifforma ħaġa waħda sħiħa prattikament inseparabbli. (Ara wkoll in-Nota ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NS SA) mal-GIR 3(b), (IX)). Iċ-ċarruta li hija oġġett tessili hija oġġett maħdum skont it-tifsira tan-nota 7(e) tat-Taqsima XI, għaliex it-tessut innittjat huwa mgħaqqad permezz tal-kolla. Barra minn hekk, il-fatt li l-isponża hija mdaħħla fl-oġġett tessili maħdum jagħmel il-prodott kollu kemm hu oġġett maħdum. Għalhekk, l-oġġett huwa kopert mis-subkapitolu I tal-Kapitolu 63 bis-saħħa tan-nota 1 tal-Kapitolu 63. Kemm iċ-ċarruta nnittjata kif ukoll l-isponża għandhom il-karatteristiċi oġġettivi tal-prodotti li huma maħsuba għat-tindif bl-ilma u bid-deterġenti. Madankollu, is-superfiċje li tobrox taċ-ċarruta nnittjata tagħti l-karattru essenzjali lill-prodott skont it-tifsira tal-GIR 3(b), għaliex minħabba s-superfiċje li tobrox tiegħu l-prodott huwa maħsub biex ineħħi tbajja' nixfin mis-superfiċji lixxi. L-isponża sservi biss biex ittejjeb l-abilità taċ-ċarruta li tassorbi l-ilma u d-deterġent. Il-karattru essenzjali tal-prodott kompost huwa għalhekk determinat mill-materjal tessili. Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 6307 10 10 bħala ċarruta nnittjata għat-tindif. |
|
|
|
|
656 A |
656 B |
(*1) Ir-ritratti huma għal għanijiet informattivi biss.
|
2.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 227/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 874/2011
tal-31 ta’ Awwissu 2011
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi ¿gurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati mi¿uri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bba¿ata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li ¿¿id kwalunkwe suddivi¿joni magħha u li hija stabbilita minn dispo¿izzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u mi¿uri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mni¿¿la fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġi stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, i¿da li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
|
(5) |
Il-mi¿uri stipulati f'dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom jiġu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Awwissu 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||
|
Żaftura (propolis) nejja offruta bl-ingrossa fi blokki kannella f’forom irregolari. Il-prodott essenzjalment jikkonsisti fil-komponenti li ġejjin (% bil-piż):
Dawn il-materjali miġbura min-naħal jinbidlu bl-enzemi tal-bżieq tagħhom. Il-prodott jintuża għall-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi u ta' supplimenti tal-ikel. |
0410 00 00 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 0410 00 00 . Il-klassifikazzjoni fil-Kapitolu 13 hija eskluża peress li l-prodott jinkludi kostitwenti miksuba mill-azzjoni tal-annimali. Minħabba l-karatteristiċi tiegħu, għaldaqstant il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 0410 bħala prodott li jista’ jittiekel li joriġina mill-annimali, li mhuwiex imsemmi jew inkluż band'oħra. |
|
2.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 227/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 875/2011
tal-31 ta’ Awwissu 2011
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ ta' oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna nru (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna nru (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta' tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fit-totalità tiegħu, u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Awwissu 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni Kodiċi tan-NM |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Kaxxa għall-taħt l-ilma għall-kameras diġitali magħmula fil-parti l-kbira minn plastik skont it-tifsira tan-Nota nru 1 tal-Kapitolu 39. Il-prodott jikkonsisti f’żewġ nofsijiet trasparenti li huma mgħammra b’buttuni li huma operati manwalment, buttuni ta’ kontroll u ta’ tħaddim magħmulin mill-metall, u kwadri b’qafliet magħmulin mill-plastik. Tista’ tkun mgħammra wkoll bi skrin kontra r-riflessjoni, montatura u maqbad tal-idejn ieħor. Il-kaxxa li hija reżistenti għall-ilma għandha ħofra fil-parti ta’ quddiem fejn titpoġġa l-lenti, li tikkonsisti f’tieqa tal-ħġieġ u dawra tal-metal b’kamin intern għal lentijiet anċillari. Fuq wara hemm spażju kkuttunat għall-viewfinder tal-kamera. Il-prodott huwa maħsub biex iżomm fih kamera diġitali sħiħa u jippermetti li l-kamera tintuża f’ambjenti umdi jew li fihom it-trab. (Ara ritratti 1 u 2) (*1) |
3926 90 97 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3 (b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 1 tal-Kapitolu 39 kif ukoll bil-kliem tal-kodiċijiet NM 3926 , 3926 90 u 3926 90 97 . Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 4202 bħala kaxxa għal kamera hija eskluża. Il-kaxxi tal-kameri huma inklużi fl-intestatura 4202 . Madankollu, il-kaxxa għal taħt l-ilma mhijiex sempliċement kontenitur għal kameras diġitali iżda prodott b'funzjoni partikolari. Minħabba l-preżenza ta’ buttuni u buttuni ta’ kontroll u ta’ tħaddimil-prodott m’għandux jitqies bħala kontenitur. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8529 hija eskluża minħabba li, minkejja li l-oġġett huwa aċċessorju ta’ kamera, ma jistax jitqies bħala parti ta’ kamera diġitali minħabba li mhuwiex essenzjali għall-funzjonament ta’ kamera diġitali. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestaturi 9006 jew 9007 skont in-Nota 2 (b) tal-Kapitolu 90 hija eskluża wkoll minħabba li dawk l-intestaturi jkopru l-kameras fotografiċi u ċinematografiċi tradizzjonali, mhux kameras diġitali. Il-prodott jikkonsisti f’materjali differenti u għalhekk għandu jiġi kklassifikat skont il-materjal kostitwenti li jagħti lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu, skont ir-Regola Ġenerali 3 (b). Minħabba li l-plastik jagħti lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu, dan għandu għalhekk jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 3926 bħala artikoli oħra magħmulin mill-plastik tal-kodiċi NM 3926 90 97 . |
|
|
|
|
Ritratt 1 |
Ritratt 2 |
(*1) Ir-ritratti qegħdin hemm biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.
|
2.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 227/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 876/2011
tal-1 ta’ Settembru 2011
li jemenda għall-157 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(1) u 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fl-19 ta’ Awwissu 2011, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna naturali mil-lista tagħha ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. Fl-22 ta’ Awwissu 2011 hi ddeċidiet li tneħħi żewġ persuni naturali oħra mil-lista. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi aġġornat biex jirrifletti dan. |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti
ANNESS
L-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni naturali”: ‘Mati ur-Rehman (magħruf ukoll bħala (a) Mati-ur Rehman, (b) Mati ur Rehman, (c) Matiur Rahman, (d) Matiur Rehman, (e) Matti al-Rehman, (f) Abdul Samad, (g) Samad Sial, (h) Abdul Samad Sial). Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1977. Nazzjonalità: Pakistana. Tagħrif ieħor: Mati ur-Rehman huwa l-kap-kmandant operattiva ta' Lashkar i Jhangvi. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 22.8.2011.’ |
|
(2) |
L-annotazzjonijiet li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għanda titħassar: ‘Abdul Latif Saleh (alias (a) Abdul Latif A.A. Saleh, (b) Abdyl Latif Saleh, (c) Abd al-Latif Saleh, (d) Abdul Latif A.A. Saleh Abu Hussein, (e) Abd al-Latif Salih, (f) Abu Amir). Titolu: Indirizz: L-aħħar residenza magħrufa: Emirati Għarab Magħquda. Data tat-twelid: 5.3.1957. Post tat-twelid: Bagdad, Iraq. Nazzjonalità: (a) Ġordaniża, (b) Albaniża (sa mill-1992). Nru tal-passaport: (a) D366 871 (passaport Ġordaniz), (b) 314772 (passaport Albaniż, passaport maħruġ fit-8.3.1993), (c) 0334695 (passaport Albaniż maħruġ fl-1.12.1995). Informazzjoni oħra: Imkeċċi mill-Albanija fl-1999.’ |
|
2.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 227/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 877/2011
tal-1 ta’ Settembru 2011
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Settembru 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
|
0707 00 05 |
TR |
121,5 |
|
ZZ |
121,5 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
120,5 |
|
ZZ |
120,5 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
70,8 |
|
CL |
81,4 |
|
|
PY |
39,4 |
|
|
TR |
65,0 |
|
|
UY |
81,8 |
|
|
ZA |
84,4 |
|
|
ZZ |
70,5 |
|
|
0806 10 10 |
EG |
155,4 |
|
IL |
80,3 |
|
|
MA |
175,6 |
|
|
TR |
126,3 |
|
|
ZZ |
134,4 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
118,9 |
|
CL |
100,7 |
|
|
CN |
50,3 |
|
|
NZ |
106,6 |
|
|
US |
142,8 |
|
|
ZA |
89,2 |
|
|
ZZ |
101,4 |
|
|
0808 20 50 |
AR |
132,0 |
|
CI |
48,9 |
|
|
CN |
42,6 |
|
|
NZ |
91,3 |
|
|
TR |
127,0 |
|
|
ZA |
73,2 |
|
|
ZZ |
85,8 |
|
|
0809 30 |
TR |
130,4 |
|
ZZ |
130,4 |
|
|
0809 40 05 |
BA |
41,6 |
|
ZZ |
41,6 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
2.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 227/15 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/521/PESK
tal-1 ta’ Settembru 2011
li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi fid-dawl tal-iżviluppi fil-Libja, il-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IV tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK għandha tiġi emendata,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-entrati għall-entitajiet imniżżla fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness IV tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
ANNESS
Entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1
|
2. |
Fond għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (ESDF) |
|
8. |
National Commercial Bank |
|
9. |
Gumhouria Bank |
|
10. |
Sahara Bank |
|
11. |
Azzawia (Azawiya) Refining |
|
12. |
Ras Lanuf Oil and Gas Processing Company (RASCO) |
|
13. |
Brega |
|
14. |
Sirte Oil Company |
|
15. |
Waha Oil Company |
|
17. |
Tamoil Africa Holdings Limited (a.k.a. Oil Libya Holding Company) |
|
23. |
First Gulf Libyan Bank |
|
25. |
National Oil Wells and Drilling and Workover Company (a.k.a. National Oil Wells Chemical and Drilling and Workover Equipment Co.; National Oil Wells Drilling And Workover Equipment Co.) |
|
26. |
North African Geophysical Exploration Company (a.k.a. NAGECO; a.k.a. North African Geophysical Exploration) |
|
27. |
National Oil Fields and Terminals Catering Company |
|
28. |
Mabruk Oil Operations |
|
30. |
Harouge Oil Operations (a.k.a. Harouge; a.k.a. Veba Oil Libya GMBH) |
|
31. |
Jawaby Property Investment Limited |
|
32. |
Tekxel Limited |
|
39. |
Mediterranean Oil Services Company (a.k.a. Mediterranean Sea Oil Services Company) |
|
40. |
Mediterranean Oil Services Company GMBH (a.k.a. MED OIL OFFICE DUESSELDORF, a.k.a. MEDOIL) |
|
41. |
Libyan Arab Airlines |
|
43. |
Awtorità portwarja ta’ Tripli |
|
44. |
Awtorità portwarja ta’ Al Khoms |
|
45. |
Awtorità portwarja ta’ Brega |
|
46. |
Awtorità portwarja ta’ Ras Lanuf |
|
47. |
Awtorità portwarja ta’ Zawia |
|
48. |
Awtorità portwarja ta’ Zuwara |
|
49. |
Al-Sharara Oil Services Company (a.k.a. Al Sharara, Al-shahara oil service company, Sharara Oil Service Company, Sharara, Al-Sharara al-Dhahabiya Oil Service Company) |