ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.220.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 220

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
26 ta' Awwissu 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 855/2011 tat-23 ta’ Awwissu 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 856/2011 tat-23 ta’ Awwissu 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żoni VIIb, VIIc, VIIe-k, VIII, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 857/2011 tal-24 ta’ Awwissu 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċa fiż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1 min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 858/2011 tal-24 ta’ Awwissu 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fi VIId minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjizi l-Baxxi

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 859/2011 tal-25 ta’ Awwissu 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 li jistipula miżuri ddettaljati għall-implimentazzjoni ta' standards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni fir-rigward tal-merkanzija u l-posta bl-ajru ( 1 )

9

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 860/2011 tal-25 ta’ Awwissu 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

16

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2011 tal-25 ta’ Awwissu 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

18

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 862/2011 tal-25 ta’ Awwissu 2011 dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għat-tielet stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 634/2011

20

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/517/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Awwissu 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-Azerbajġan skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara (notifikata bid-dokument numru C(2011) 6003)  ( 1 )

22

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

26.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 220/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 855/2011

tat-23 ta’ Awwissu 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta’ Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd tal-2011 għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament u allokata lill-Istat Membru msemmi fih għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1


ANNESS

Nru

33/T&Q

Stat Membru

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Stokk

SRX/2AC4-C

Speċi

Rebekkini u Raj (Rajidae)

Żona

L-ilmijiet tal-UE ta’ IIa u IV

Data

18.7.2011


26.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 220/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 856/2011

tat-23 ta’ Awwissu 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żoni VIIb, VIIc, VIIe-k, VIII, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta’ Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd tal-2011 għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament u allokata lill-Istat Membru msemmi fih għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.01.2011, p. 1


ANNESS

Nru

34/T&Q

Stat Membru

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Stokk

COD/7XAD34

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

VIIb, VIIc, VIIe-k, VIII, IX u X; Ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1

Data

18.7.2011


26.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 220/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 857/2011

tal-24 ta’ Awwissu 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċa fiż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1 min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta’ Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2011.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru, eżawrew il-kwota allokata għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd tal-2011 għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament u allokata lill-Istat Membru msemmi fih għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.01.2011, p. 1


ANNESS

Nru

28/T&Q

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

ANF/8C3411

Speċi

Petriċa (Lophiidae)

Żona

VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1

Data

10.6.2011


26.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 220/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 858/2011

tal-24 ta’ Awwissu 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fi VIId minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjizi l-Baxxi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta’ Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew li huma rreġistrati f’dan l-Istat Membru, eżawrew il-kwota allokata għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd tal-2011 għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament u allokata lill-Istat Membru msemmi fih għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.01.2011, p. 1


ANNESS

Nru

35/T&Q

Stat Membru

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Stokk

COD/07D.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

VIId

Data

18.7.2011


26.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 220/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 859/2011

tal-25 ta’ Awwissu 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 li jistipula miżuri ddettaljati għall-implimentazzjoni ta' standards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni fir-rigward tal-merkanzija u l-posta bl-ajru

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta' Marzu 2010 li jistipula miżuri ddettaljati għall-implimentazzjoni ta' standards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (2) ma fihx regoli għall-merkanzija u l-posta bl-ajru li jkunu ttrasportati minn pajjiżi terzi lejn l-ajrporti tal-Unjoni. Jeħtieġ li jiddaħħlu regoli bħal dawn għall-protezzjoni tal-avjazzjoni ċivili li jittrasportaw tali merkanzija kontra azzjonijiet ta' interferenza illegali.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(3)

Fil-valutazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni f’pajjiżi terzi, ser jiġu kkunsidrati l-ftehimiet ta' koperazzjoni u sħubija konklużi bejn l-Unjoni jew Stati Membri individwali u pajjiżi terzi, li jipprovdu bażi biex tiġi garantita l-implimentazzjoni xierqa tal-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni.

(4)

Meta jikkonkludu Ftehimiet dwar it-Trasport bl-Ajru ma' pajjiżi terzi, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippruvaw jiksbu kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni billi jappoġġaw l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' standards u prinċipji f'pajjiż terzi li jkunu ekwivalenti għall-istandards u l-prinċipji tal-Unjoni fil-każ li din l-azzjoni tirriżulta effikaċi sabiex jitfaċċaw l-isfida u t-theddida fil-livell globali.

(5)

Sa Lulju 2013, il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri u l-partijiet interessati għandha teżamina l-konsegwenzi prattiċi u l-fattibbiltà tal-implimentazzjoni ta' validazzjoni indipendenti għat-trasportaturi tal-ajru li jġorru merkanzija minn ajruporti ta' pajjiżi terzi lejn l-UE u l-aġenti rregolati u l-kunsinnaturi magħrufa li mingħandhom jaċċettaw kunsinni b'mod dirett, u għandha tagħmel kull aġġustament għas-sistema, inklużi emendi għal dan ir-Regolament, fejn meħtieġ.

(6)

Filwaqt li jserrħu fuq ir-responsabbiltà tal-istati kontraenti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO) sabiex jintlaħqu tal-anqas l-istandards tal-ICAO għas-sigurtà tal-merkanzija, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiddjalogaw mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi biex jikkooperaw magħhom u, fejn ikun possibbli u skont il-każ, jipprovdu assistenza għall-bini tal-kapaċitajiet f'dak li jirrigwarda l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti dwar is-sigurtà tal-merkanzija u tal-posta bl-ajru li jkunu ttrasportati fl-UE.

(7)

Il-Kummissjoni se tikkoordina u tieħu parti b'mod attiv f'azzjonijiet tal-Unjoni għall-iffaċilitar tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni relatati ma' operazzjonijiet lejn l-Unjoni minn ajruporti ta' pajjiżi terzi u se tipprovdi lill-entitajiet li mhumiex tal-UE b'aċċess għall-informazzjoni relevanti, strettament abbażi tal-ħtieġa li l-informazzjoni ssir magħrufa u bil-kondizzjoni li jkun hemm fis-seħħ l-appoġġ ta' garanziji suffiċjenti.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili stabbilit bl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 185/2010 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni se tivvaluta u tevalwa l-applikazzjoni tal-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament u, jekk ikun xieraq, se tagħmel proposta mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2015.

Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni se tivvaluta l-impatti probabbli tar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari r-rekwiżiti dwar validazzjoni indipendenti. Ir-riżultati għandhom ikunu ppreżentati lill-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili. Fejn xieraq, sal-1 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni għandha tipproponi aġġustamenti għar-rekwiżiti.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ nhar l-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Frar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)  ĠU L 55, 5.4.2010, p.1.


ANNESS

L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat kif ġej:

A.

Il-Punt 6.1.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.1.2.

Kull meta jkun hemm raġuni sabiex wieħed jemmen li kunsinna li jkunu sarulha l-kontrolli tas-sigurtà ġiet imbgħabsa jew ma ġietx protetta minn interferenza mhux awtorizzata [b'seħħ mill-mument li fih ikunu saru dawk il-kontrolli], din għandha tiġi skrinjata minn aġent regolat qabel ma titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru. Il-kunsinni li jidhru li tbagħbsu b'mod sinifikanti jew li huma taħt suspett għandhom ikunu ttrattati bħala merkanzija jew posta b'riskju għoli (High Risk Cargo - HRCM) skont il-punt 6.7”

B.

Il-punt 6.3.2.6 (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

l-istatus tas-sigurtà tal-kunsinna, li jiddikjara:

‘SPX’, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija u tal-posta; jew

‘SCO’, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-merkanzija u tal-posta biss. jew

‘SHR’ jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija kollha u tal-posta kollha f'konformità mar-rekwiżiti tar-riskju għoli.”

C.

Fil-Kapitolu 6 għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“6.7.   MERKANZIJA JEW POSTA B'RISKJU GĦOLI (HRCM)

Id-dispożizzjonijiet għall-merkanzija jew il-posta b'riskju għoli huma stipulati f’Deċiżjoni tal-Kummissjoni separata.

6.8.   IL-PROTEZZJONI TAL-MERKANZIJA U L-POSTA LI JINĠARRU MINN PAJJIŻI TERZI LEJN L-UNJONI

6.8.1.   Id-deżinjazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru

6.8.1.1.

Ir-rekwiżiti sat-30 ta’ Ġunju 2014:

(a)

Kull trasportatur tal-ajru li jġorr merkanzija jew posta minn ajruport f’pajjiż terz li mhuwiex elenkat fid-dokument mehmuż 6-F għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt fi kwalunkwe ajruport li ma jaqax fl-ambitu tar-Regolament Nru (KE) 300/2008 għandu jkun innominat bħala "Trasportatur ta' Merkanzija jew ta' Posta bl-Ajru li jopera lejn l-Unjoni minn Ajruport ta' Pajjiż Terz" (ACC3):

mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru elenkat fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 394/2011 (*) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 748/2009 (**) dwar il-lista ta’ operaturi ta’ inġenji tal-ajru li wettqu attività ta’ avjazzjoni elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***);

mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru li jkun ħareġ iċ-Ċertifikat tal-Operatur tat-trasportatur tal-ajru għat-trasportaturi tal-ajru li mhumiex elenkati fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 394/2011;

mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru jew fil-post fejn it-trasportatur tal-ajru għandu l-bażi prinċipali tiegħu tal-operazzjonijiet fl-Unjoni, jew kwalunkwe awtorità xierqa tal-Unjoni bi ftehim ma' dik l-awtorità xierqa, għat-trasportaturi tal-ajru li mhumiex elenkati fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 394/2011 u li mhumiex detenturi ta' Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru maħruġ minn Stat Membru.

(b)

Sabiex jiġi nnominat bħala ACC3, it-trasportatur għandu:

jiżgura li l-programm ta' sigurtà tiegħu jkopri l-punti kollha elenkati fid-Dokument Mehmuż 6-G fir-rigward ta' merkanzija u posta li titgħabba fuq l-inġenji tal-ajru tiegħu fi kwalunkwe pajjiż terz biex jinġarru lejn l-Unjoni; kif ukoll

jippreżenta ‘Dikjarazzjoni ta' impenji – ACC3’ kif deskritt fid-Dokument Mehmuż 6-H lill-awtorità xierqa konċernata. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata mir-rappreżentant legali tal-applikant jew mill-persuna responsabbli għas-sigurtà; kif ukoll

jinnomina persuna li jkollha r-responsabbiltà globali f'ismu għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà tal-merkanzija u tal-posta fil-pajjiżi terzi u jiprovdi d-dettalji ta' din il-persuna lill-awtorità konċernata.

(c)

L-oriġinal jew kopja tiegħu tad-‘Dikjarazzjoni ta' impenji – ACC3’ iffirmat għandha tinżamm mill-awtorità konċernata xierqa. Fil-każ li l-oriġinal jinżamm mit-trasportatur tal-ajru dan għandu jkun disponibbli għall-ispezzjonar tal-anqas matul il-perjodu tal-validità tiegħu.

(d)

L-awtorità xierqa konċernata għandha tikkomunika d-dettalji neċessarji tat-trasportatur lill-Kummissjoni li għandha tagħmilhom disponibbli għall-Istati Membri kollha.

(e)

ACC3 innotifikat lill-Kummissjoni f'konfomrità mal-punt (d) għandu jkun rikonoxxut fl-Istati Membri kollha għall-operazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni mill-ajruport tal-pajjiż terz speċifikat.

6.8.1.2.

Ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati sal-1 ta' Lulju 2014:

(a)

Minbarra r-rekwiżiti stipulati fil-punt 6.8.1.1 (b), sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2014, it-trasportatur tal-ajru għandu jiżgura li tkun saret verifika fuq il-post tal-operazzjonijiet tal-merkanzija u tal-posta tiegħu fl-ajruport tal-pajjiż terz relevanti minn validatur indipendenti.

(b)

Il-validatur indipendenti għandu jeżamina l-programm dwar is-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru biex jiżgura li dan ikopri l-punti kollha deskritti fid-Dokument Mehmuż 6-G, għandu jivverifika l-konformità mal-programm fl-ajruport tal-pajjiż terz billi juża l-lista ta' ċċekkjar fid-Dokument Mehmuż 6-C3 u jippreżenta rapport:

lill-awtorità xierqa tal-Istat Membru elenkat fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 394/2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 748/2009 dwar il-lista ta’ operaturi ta’ inġenji tal-ajru li wettqu attività ta’ avjazzjoni elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE;

lill-awtorità xierqa tal-Istat Membru li jkun ħareġ iċ-Ċertifikat tal-Operatur tat-trasportatur tal-ajru għat-trasportaturi tal-ajru li mhumiex elenkati fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 394/2011;

lill-awtorità xierqa tal-Istat Membru jew fil-post fejn it-trasportatur għandu l-bażi prinċipali tiegħu tal-operazzjonijiet fl-Unjoni, jew kwalunkwe awtorità xierqa tal-Unjoni bi ftehim ma' dik l-awtorità xierqa, għat-trasportaturi tal-ajru li mhumiex elenkati fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 394/2011 u li mhumiex detenturi ta’ Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru maħruġ minn Stat Membru.

(c)

Fil-każ li l-awtorità konċernata hija sodisfatta bir-rapport tal-validatur indipendenti, hija għandha tiżgura li d-dettalji neċessarji tal-ACC3 jiddaħħlu fil-bażi ta' dejta tal-Unjoni tal-aġenti rregolati u l-kunsinnaturi magħrufa

(d)

Fil-ħin tal-entrata fil-bażi tad-dejta, l-awtorità xierqa konċernata għandha talloka identifikatur alfanumeriku uniku fil-format standard li jidentifika t-trasportatur u l-ajruport tal-pajjiż terz mnejn qed tinġarr il-merkanzija lejn l-Unjoni. L-identifikatur alfanumeriku uniku għandu jidher fid-dokumentazzjoni li takkumpanja l-kunsinni li jinġarru, jew fil-format elettroniku jew bil-kitba.

(e)

Fil-każ li l-awtorità xierqa konċernata mhix sodisfatta bl-informazzjoni mogħtija mit-trasportatur tal-ajru jew bir-rapport tal-validazzjoni indipendenti, ir-raġunijiet għal dan għandhom ikunu nnotifikati lit-trasportatur li qed jitlob nominazzjoni bħala ACC3.

(f)

ACC3 elenkat fil-bażi tad-dejta tal-Unjoni tal-aġenti rregolati u kunsinnaturi magħrufa skont dan il-punt 6.8.1.2 għandhom ikunu rikonoxxuti fl-Istati Membri kollha għall-operazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni minn ajruport ta' pajjiż terz.

(g)

ACC3 elenkat fil-bażi tad-dejta tal-Unjonin tal-aġenti rregolati u l-kunsinnaturi magħrufa għandhom ikunu vvalutati mill-ġdid f'perjodi ta' intervall ta' mhux aktar minn 5 snin fl-ajruport tal-pajjiż terz fl-ajruport tal-pajjiż terz li għalih ġie nnominat u għandu jippreżenta mill-ġdid Dikjarazzjoni ta' Impenji fil-ħin ta' kull validazzjoni mill-ġdid.

6.8.2.   Il-kontrolli tas-sigurtà għall-merkanzija u l-posta li jaslu minn pajjiż terz

6.8.2.1.

L-ACC3 għandu jiżgura li l-merkanzija u l-posta kollha li jinġarru għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt f'ajruport tal-Unjoni ġew skrinjati, sakemm:

(a)

il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa ma jkunux ġew applikati għall-kunsinna minn aġent regolat u l-kunsinna ma tkunx ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa ma titgħabba; or

(b)

il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa ma jkunux ġew applikati għall-kunsinna minn kunsinnatur magħruf u l-kunsinna ma tkunx ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa ma titgħabba; jew

(c)

il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa ma jkunux ġew applikati għall-kunsinna minn kunsinnatur in konto [akkont], il-kunsinna ma tkunx ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa ma titgħabba, u ma tinġarrx fuq inġenju tal-ajru tal-passiġġieri; jew

(d)

il-kunsinna ma tkunx eżentata mill-iskrinjar skont il-punt 6.1.1.(d) u ma tkunx ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta tkun saret merkanzija bl-ajru identifikabbli jew posta bl-ajru identifikabbli sa ma titgħabba.

6.8.2.2.

Sat-30 ta’ Ġunju 2014, ir-rekwiżiti fil-punt 6.8.2.1 għandhom, bħala minimu, jilħqu l-istandards tal-ICAO. Minn hemm 'il quddiem, il-merkanzija u l-posta lejn l-Unjoni għandhom ikunu:

(a)

skrinjati skont wieħed mill-mezzi jew metodi elenkati fil-punt 6.2.1. sa standard li jkun biżżejjed li jiżgura b'mod raġonevoli li ma fih l-ebda oġġett ipprojbit. jew

(b)

soġġetti għall-kontrolli tas-sigurtà minn aġent irregolat, kunsinnatur magħruf jew kunsinnatur in konto [akkont] innominat, skont il-punt 6.8.3.; jew

(c)

eżentati mill-iskrinjar skont il-punt 6.1.1(d) tar-Regolament u protetti minn interferenza mhux awtorizzata minn meta jkun saru merkanzija bl-ajru identifikabbli jew posta bl-ajru identifikabbli sa ma jitgħabbew.

6.8.2.3.

L-istatus tas-sigurtà tal-kunsinna għandu jkun indikat fid-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament, jew fil-forma ta' fattura tal-passaġġ bl-ajru, ta’ dokumentazzjoni postali ekwivalenti jew f'dikjarazzjoni separata kif ukoll jew fil-format elettroniku jew bil-kitba.

6.8.3.   In-nominazzjoni ta' aġenti rregolati ta' pajjiż terz, kunsinnaturi magħrufa u kunsinnaturi in konto [akkont]

6.8.3.1.

Sat-30 ta’ Ġunju 2014, l-ACC3 għandu jippreżenta dettalji dwar il-kontrolli tas-sigurtà implimentati mill-aġenti rregolati, il-kunsinnaturi magħrufa u l-kunsinnaturi in konto [akkont] minn min huwa jaċċetta direttament il-kunsinni fil-programm tas-sigurtà tiegħu. Minn hemm 'il quddiem, l-ACC3 minbarra dan għandu:

(a)

jiżgura li tali aġenti rregolati u kunsinnaturi magħrufa ta' pajjiż terz huma vvalidati indipendentement skont il-listi ta' ċċekkjar fid-Dokunenti Meħmuża 6-C2 u 6-C rispettivament f'perjodi ta' intervall ta' mhux aktar minn 5 snin;

(b)

jiżgura li l-listi ta' ċċekkjar kompluti jkunu disponibbli għall-ispezzjonar mill-awtorità xierqa jew mill-Kummissjoni;

(c)

iżomm bażi tad-dejta bl-informazzjoni li ġejja għal kull aġent irregolat, kull konsinnatur magħruf u kull kunsinnatur in konto [akkont]:

id-dettalji tal-kumpanija, inkluż l-indirizz kummerċjali bona fide;

in-natura tan-negozju, minbarra informazzjoni sensittiva għan-negozju,

id-dettalji ta’ kuntatt, inklużi dawk tal-persuna/i responsabbli għas-sigurtà;

in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija, jekk dan ikun japplika.

Il-bażi tad-dejta għandha tkun disponibbli għall-ispezzjonar.

6.8.3.2.

Għal kunsinnaturi in konto [akkont] ta' pajjiż terz minn għand min huwa jaċċetta direttament kunsinni l-ACC3 għandu jiżgura li r-rekwiżiti fil-punti 6.5.2 sa 6.5.6 huma ssodisfati. Ċertifikati għal Operatur Ekonomiku Awtorizzat - ċertifikati AEO ta' pajjiż terz huma rikonoxxuti biss għal dawk il-pajjiżi li l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim ta' Rikonoxximent Reċiproku tal-AEO magħhom.

6.8.4.   In-Nuqqas tal-konformità

6.8.4.1.

Fil-każ li l-Kummissjoni jew awtorità xierqa tidentifika nuqqas serju relatat ma operazzjoni tal-ACC3 li jitqies li għandu impatt sinifikanti fuq il-livell globali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni hija għandha:

(a)

tgħarraf minnufih lill-ACC3 konċernat u titlob kummenti minn għandu;

(b)

tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri oħra, skont kif ikun xieraq.

6.8.4.2.

Imbagħad il-Kummissjoni, f'konformtià mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tista' tiddeċiedi li t-trasportatur ma għandux jibqa' jkun rikonoxxut bħala ACC3, kemm għal rotot speċifiċi kif ukoll għar-rotot kollha minn pajiiżi terz lejn l-Unjoni F'tali każijiet, id-dettalji tal-ACC3 għandhom jitneħħew mill-bażi tad-dejta tal-Unjoni tal-aġenti regolati u l-kunsinnaturi magħrufa.

6.8.4.3.

Trasportatur tal-ajru li r-rikonoxximent tiegħu bħala ACC3 ġie rtirat skont il-punt 6.8.4.2 ma għandux jerġa jiddaħħal jew jiġi inkluż fil-bażi tad-dejta tal-Unjoni tal-aġenti regolati jew il-kunsinnaturi magħrufa sakemm validatur indipendenti ma jkunx ikkonferma li n-nuqqas serju ġie rrettifikat u sakemm il-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili ikun ġie mgħarraf dwar dan mill-awtorità relevanti xierqa.

(*)  ĠU L 107, 27.04.2011, p. 1."

(**)  ĠU L 219, 22.8.2009, p. 1."

(***)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/101/KE, (ĠU L 8, 13.1.2009, p. 3).”"

D.

Id-dokument mehmuż 6-F għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

DOKUMENT MEHMUŻ 6-F

MERKANZIJA U POSTA

6-Fi

PAJJIŻI TERZI RIKONOXXUTI LI QEGĦDIN JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI

6-Fii

PAJJIŻI TERZI LI GĦALIHOM MHIJIEX MEĦTIEĠA N-NOMINAZZJONI BĦALA ACC3

Il-pajjiżi terzi li għalihom mhix meħtieġa nominazzjoni bħala ACC3 huma elenkati f'Deċiżjoni tal-Kummissjoni separata.”

E.

Id-dokumenti mehmuża li ġejjin għandhom jiżdiedu:

DOKUMENT MEHMUŻ 6-G

DISPOŻIZZJONIJIET RELATATI MAL-MERKANZIJA U L-POSTA LI JITILQU MINN PAJJIŻ TERZ

Il-programm tas-sigurtà tal-ACC3 għandu jistabbilixxi, kif applikabbli u jew għal kull ajruport ta’ pajjiż terz individwalment inkella bħala dokument ġeneriku li jispeċifika kwalunkwe varjazzjoni f’ajruporti ta’ pajjiż terz imsemmija:

(a)

Deskrizzjoni tal-miżuri għall-merkanzija u l-posta bl-ajru

(b)

Il-proċeduri għall-aċċettazzjoni

(c)

L-iskema u l-kriterji tal-aġent regolat

(d)

L-iskema u l-kriterji tal-kunsinnatur magħruf

(e)

L-iskema u l-kriterji tal-kunsinnatur in konto [akkont]

(f)

L-istandard tal-iskrinjar u tal-eżami fiżiku

(g)

Il-post tal-iskrinjar u tal-eżami fiżiku

(h)

Id-dettalji dwar it-tagħmir tal-iskrinjar

(i)

Id-dettalji tal-operatur jew tal-fornitur tas-servizz

(j)

Lista ta' eżenzjonijiet mill-iskrinjar tas-sigurtà jew mill-eżami fiżiku

(k)

It-trattament ta' merkanzija u posta bl-ajru b'riskju għoli.

DOKUMENT MEHMUŻ 6-H

DIKJARAZZJONI TAL-IMPENJI — ACC3

Niddikjara li,

sa fejn naf jien, l-informazzjoni mogħtija fil-programm tas-sigurtà tal-kumpanija fir-rigward tal-kunsinni li jinġarru lejn l-Unjoni Ewropea minn pajjiżi terzi hija minnha u preċiża,

il-prassi u l-proċeduri deskritti fil-programm tas-sigurtà fir-rigward tal-kunsinni li jinġarru lejn l-Unjoni Ewropea minn pajjiżi terzi se jkunu implimentati u miżmuma fis-siti kollha koperti mill-programm,

il-programm tas-sigurtà se jkun aġġustat u adattat biex jikkonforma mal-bidliet kollha tal-futur fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea li tispeċifika r-rekwiżiti għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru li tinġarr lejn l-Unjoni Ewropea minn pajjiżi terzi, sakemm [isem it-trasportatur tal-ajru] ma jinfurmax lil [isem l-awtorità xierqa] li ma jixtieqx ikompli jittrasporta l-kunsinni lejn l-Unjoni Ewropea minn kwalunkwe pajjiż terz,

[isem it-trasportatur tal-ajru] se jgħarraf lil [isem l-awtorità xierqa] bil-miktub dwar kwalunkwe bidla fil-partijiet relevanti tal-programm tas-sigurtà tiegħu fi żmien 10 ijiem;

il-kumpanija nnominat lil [isem l-individwu responsabbli] biex ikollu r-responsabbiltà globali għall-miżuri tas-sigurtà fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-merkanzija/tal-posta bl-ajru fi [ismijiet tal-ajruporti ta' pajjiżi terzi] għan-nom tagħha;

mill-1 ta' Lulju 2014 [isem it-trasportatur tal-ajru] se jżomm bażi tad-dejta ta' aġenti regolati, kunsinnaturi magħrufa u kunsinnaturi in konto [akkont] ta' pajjiżi terzi, u jagħmilha disponibbli għall-ispezzjonar;

[isem it-trasportatur tal-ajru] se jikkoopera b'mod sħiħ mal-ispezzjonar kollu neċessarju, u se jipprovdi aċċess għad-dokumenti kollha mitluba mill-ispetturi kif ukoll u għall-bażi tad-dejta imsemmija hawn fuq;

[isem il-kumpanija] se tgħarraf lil [isem l-awtorità xierqa] dwar kwalunkwe ksur serju tas-sigurtà u dwar kwalunkwe ċirkustanza suspettuża li tista' tkun relevanti għas-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-pajjiż terz, b'mod partikolari dwar kwalunkwe tentattiv ta' ħabi ta' oġġetti pprojbiti fil-kunsinni; kif ukoll

[isem it-trasportatur tal-ajru] se jgħarraf lil [isem l-awtorità xierqa] fil-każ li:

(a)

jieqaf min-negozju tiegħu; jew ibiddel ismu;

(b)

ma jibqax jittratta ma' merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru; jew

(c)

ma jkunx jista' jkompli jissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea li tispeċifika r-rekwiżiti għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru li tinġarr lejn l-Unjoni Ewropea minn pajjiżi terzi.

Naċċetta r-responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

Isem:

Kariga fil-kumpanija:

Data:

Firma::

DOKUMENT MEHMUŻ 6-I

Id-dispożizzjonijiet għall-merkanzija jew il-posta b'riskju għoli huma stipulati f’Deċiżjoni tal-Kummissjoni separata.

DOKUMENT MEHMUŻ 6-J

Id-dispożizzjonijiet għall-użu tat-tagħmir tal-iskrinjar huma stipulati f’Deċiżjoni tal-Kummissjoni separata.”

F.

Fil-Kapitolu 11, għandu jiżdied il-punt li ġej:

11.0.5.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, kull waħda minn dawn il-persuni li ġejjin tista' taġixxi bħala validatur indpendenti:

rappreżentant tal-awtorità nazzjonali ta' Stat Membru tal-Unjoni;

kwalunkwe persuna fiżika jew legali oħra rikonoxxuta minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni għal dan l-iskop.”



26.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 220/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 860/2011

tal-25 ta’ Awwissu 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Awwissu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AR

35,6

EC

29,1

MK

48,0

ZA

77,2

ZZ

47,5

0707 00 05

TR

124,2

ZZ

124,2

0709 90 70

EC

41,0

TR

133,6

ZZ

87,3

0805 50 10

AR

68,4

BR

41,3

CL

68,7

TR

66,0

UY

71,9

ZA

82,0

ZZ

66,4

0806 10 10

EG

142,2

MA

177,2

TR

129,8

ZZ

149,7

0808 10 80

AR

89,3

BR

56,6

CL

91,8

CN

68,3

NZ

112,8

US

135,7

ZA

84,9

ZZ

91,3

0808 20 50

CN

69,9

TR

148,9

ZA

107,7

ZZ

108,8

0809 30

TR

122,3

ZZ

122,3

0809 40 05

BA

43,7

ZZ

43,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


26.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 220/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 861/2011

tal-25 ta’ Awwissu 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 841/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Awwissu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 216, 23.8.2011, p. 8.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-26 ta’ Awwissu 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

48,70

0,00

1701 11 90  (1)

48,70

0,29

1701 12 10  (1)

48,70

0,00

1701 12 90  (1)

48,70

0,00

1701 91 00  (2)

54,67

1,07

1701 99 10  (2)

54,67

0,00

1701 99 90  (2)

54,67

0,00

1702 90 95  (3)

0,55

0,19


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


26.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 220/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 862/2011

tal-25 ta’ Awwissu 2011

dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għat-tielet stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 634/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 187, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 634/2011 (2) fetaħ sejħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2010/2011 għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi NM 1701 b’dazju doganali mnaqqas.

(2)

Skont L-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 634/2011, fid-dawl tal-offerti riċevuti bi tweġiba għall-istedina parzjali għall-offerta, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li jew tiffissa dazju doganali minimu jew li ma tiffissax dazju doganali minimu għal kodiċi NM bi tmien ċifri.

(3)

Abbażi tal-offerti riċevuti għat-tielet stedina parzjali għall-offerta, għandu jiġi ffissat dazju doganali minimu għall-kodiċijiet kollha bi tmien ċifri għaz-zokkor li jaqa’ taħt in-NM 1701 u ma għandu jiġi ffissat ebda dazju doganali minimu għall-kodiċijiet bi tmien ċifri l-oħra għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċi NM.

(4)

Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għat-tielet stedina parzjali għall-offerta fil-proċedura tal-offerti li nfetħet permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 634/2011, li għaliha l-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fl-24 ta’ Awwissu 2011, ġie ffissat dazju doganali minimu jew ma ġie ffissat l-ebda dazju doganali, kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-kodiċijiet bi tmien ċifri għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1701.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 170, 30.6.2011, p. 21.


ANNESS

Dazji doganali minimi

(EUR/tunnellata)

Il-kodiċi NM bi tmien ċifri

Dazji doganali minimi

1

2

1701 11 10

170,06

1701 11 90

190,00

1701 12 10

X

1701 12 90

X

1701 91 00

X

1701 99 10

250,00

1701 99 90

X

(—)

l-ebda dazju doganali minimu ffissat (l-offerti kollha ġew miċħuda)

(X)

l-ebda offerta


DEĊIŻJONIJIET

26.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 220/22


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Awwissu 2011

dwar ir-rikonoxximent tal-Azerbajġan skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 6003)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/517/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat it-talba magħmula mill-Belġju fis-7 ta’ Awwissu 2008,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2008/106/KE, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jaċċettaw iċ-ċertifikati xierqa tal-baħħara li jkunu nħarġu minn pajjiżi terzi, sakemm il-pajjiż terz ikkonċernat ikun rikonoxxut mill-Kummissjoni. Dawk il-pajjiżi terzi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni dwar l-Istandards għat-Taħriġ, iċ-Ċertifikazzjoni u l-Għassa għall-Baħħara, 1978 (il-Konvenzjoni STCW) (2) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), kif ġiet riveduta fl-1995.

(2)

Permezz ta’ ittra fis-7 ta’ Awwissu 2008, il-Belġju ressaq talba għar-rikonoxximent tal-Azerbajġan. Wara dik it-talba tal-Belġju, il-Kummissjoni vvalutat it-taħriġ u s-sistemi ta’ ċertifikazzjoni fl-Azerbajġan sabiex tivverifika jekk l-Azerbajġan jikkonformax mar-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW u jekk ittiħdux miżuri xierqa biex tiġi evitata l-frodi fil-ħruġ taċ-ċertifikati. Dik il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq ir-riżultati ta’ spezzjoni li għamlu l-esperti tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fi Frar 2009. Matul dik l-ispezzjoni, ġew identifikati ċerti nuqqasijiet fit-taħriġ u fis-sistemi ta’ ċertifikazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni pprovdiet lill-Istati Membri rapport dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni.

(4)

Permezz ta’ ittri tal-4 ta’ Diċembru 2009 u tas-26 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni talbet lill-Azerbajġan jibagħtilha provi li juru li n-nuqqasijiet identifikati kienu tranġaw.

(5)

Permezz ta’ ittri tat-13 ta’ Jannar 2010 u tal-24 ta’ Diċembru 2010, l-Azerbajġan ipprovda l-informazzjoni mitluba u l-provi dwar l-implimentazzjoni tal-azzjoni korrettiva xierqa u suffiċjenti biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet kollha identifikati matul il-valutazzjoni tal-konformità.

(6)

Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità u tal-evalwazzjoni tal-informazzjoni pprovduti mill-Azerbajġan juru li l-Azerbajġan jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW u li ħa l-miżuri x-xierqa biex ikun evitat il-frodi fil-ħruġ taċ-ċertifikati. Għaldaqstant, għandu jiġi rikonoxxut mill-Kummissjoni.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Vapuri,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2008/106/KE, l-Azerbajġan huwa rikonoxxut f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi-President


(1)  ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33.

(2)  Adottata mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.