ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.215.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 215

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
20 ta' Awwissu 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 834/2011 tad-19 ta’ Awwissu 2011 li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 835/2011 tad-19 ta’ Awwissu 2011 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-oġġetti tal-ikel ( 1 )

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 836/2011 tad-19 ta’ Awwissu 2011 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 333/2007 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta' livelli ta' ċomb, kadmju, merkurju, landa inorganika, 3-MCPD u benzo(a)pyrene [benżo(a)piren] fl-oġġetti tal-ikel ( 1 )

9

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 837/2011 tad-19 ta’ Awwissu 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

17

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 838/2011 tad-19 ta’ Awwissu 2011 dwar il-kwistjoni tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet li tressqu fl-ewwel 7 ijiem ta' Awwissu 2011 skont il-kwota tariffarja għaċ-ċanga ta' kwalità għolja amministrata mir-Regolament (KE) Nru 620/2009

19

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/513/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Awwissu 2011 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-Fosfatidilserina mill-fosfolipidi tas-sojja bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2011) 5897)

20

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

20.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 834/2011

tad-19 ta’ Awwissu 2011

li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 jimplimenta l-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti sustanzi kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali, iffirmata fil-11 ta’ Settembru 1998 u approvata, f’isem il-Komunità, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE (2).

(2)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandu jiġi emendat sabiex titqies l-azzjoni regolatorja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti sustanzi kimiċi skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (3), id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (4) u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (5).

(3)

Is-sustanzi etalfluralin, aċidu indolilaċetiku u tijobenkarb ma ġewx inklużi bħala sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, bl-effett li dawk is-sustanzi attivi huma pprojbiti għall-użu bħala pestiċidi u għalhekk għandhom jiġu miżjuda mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

(4)

Is-sustanza gważatina ma ġietx inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE u l-gważatina, li ssir referenza għaliha bħala triaċetat tal-gważatina, ma ġietx inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE bl-effett li s-sustanza gważatina hija pprojbita għall-użu fil-pestiċidi u għalhekk għandha tiżdied mal-listi ta' sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Iż-żieda tal-gważatina mal-Anness I ġiet sospiża minħabba applikazzjoni ġdida għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mressqa skont l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (6). Din l-applikazzjoni l-ġdida ġiet irtirata mill-applikant bl-effett li r-raġuni għas-sospensjoni taż-żieda fl-Anness I ma baqgħetx valida. Għalhekk, is-sustanza gważatina għandha tiġi miżjuda mal-lista ta' sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

(5)

Is-sustanza 1,3-dikloropropen ma ġietx inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, bl-effett li s-sustanza 1,3-dikloropropen hija pprojbita għall-użu fil-pestiċidi u għalhekk għandha tiġi miżjuda mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Iż-żieda tal-1,3-dikloropropen mal-Parti 2 tal-Anness I ġiet sospiża minħabba applikazzjoni ġdida għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mressqa skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. Din l-applikazzjoni l-ġdida għal darb’oħra rriżultat fid-deċiżjoni li s-sustanza 1,3-dikloropropen ma tiġix inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE bl-effett li 1,3-dikloropropen tibqa’ pprojbita għall-użu fil-pestiċidi u r-raġuni għas-sospensjoni taż-żieda mal-Parti 2 tal-Anness I ma baqgħetx valida. Għalhekk, is-sustanza 1,3-dikloropropen għandha tiġi miżjuda mal-lista ta’ sustanzi kimiċi li tinsab fil-Parti 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

(6)

Is-sustanza alossifop-P ġiet inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, bl-effett li l-alossifop-P m'għadhiex ipprojbita għall-użu fil-pestiċidi. Konsegwentament is-sustanza attiva, li ssir referenza għaliha bħala alossifop-R, għandha titħassar mill-Parti 1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

(7)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għaldaqstant għandu jiġi emendat kif xieraq.

(8)

Sabiex jitħalla biżżejjed żmien għall-Istati Membri u l-industrija biex jieħdu l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-applikazzjoni tiegħu għandha tiġi ddifferita.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandu jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 204, 31.7.2008, p. 1.

(2)   ĠU L 63, 6.3.2003, p. 27.

(3)   ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(4)   ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(5)   ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(6)   ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(a)

għandhom jiġu miżjuda l-entrati li ġejjin:

Sustanza kimika

Nru tal-CAS

Nru tal-Einecs

Kodiċi tan-NM

Subkategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“Etalfluralin +

55283-68-6

259-564-3

2921 43 00

p(1)

b

 

Gważatina +

108173-90-6

115044-19-4

236-855-3

3808 99 90

p(1)-p(2)

b-b

 

Aċidu indolilaċetiku +

87-51-4

201-748-2

2933 99 80

p(1)

b

 

Tijobenkarb +

28249-77-6

248-924-5

2930 20 00

p(1)

b”

 

(b)

l-entrata li ġejja titħassar:

Sustanza kimika

Nru tal-CAS

Nru tal-Einecs

Kodiċi tan-NM

Subkategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“Alossifop-R +

(Ester tal-alossifop-P-metil)

95977-29-0

(72619-32-0)

mhux applikabbli

(406-250-0)

2933 39 99

(2933 39 99 )

p(1)

b”

 

(2)

fil-Parti 2 għandhom jiġu miżjuda l-entrati li ġejjin:

Sustanza kimika

Nru tal-CAS

Nru tal-Einecs

Kodiċi tan-NM

Kategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

“1,3-dikloropropen

542-75-6

208-826-5

2903 29 00

p

b

Etalfluralin

55283-68-6

259-564-3

2921 43 00

p

b

Gważatina

108173-90-6

115044-19-4

236-855-3

3808 99 90

p

b

Aċidu indolilaċetiku

87-51-4

201-748-2

2933 99 80

p

b

Tijobenkarb +

28249-77-6

248-924-5

2930 20 00

p

b”


20.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 835/2011

tad-19 ta’ Awwissu 2011

li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-oġġetti tal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 li jiffissa l-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (2) jistabbilixxi l-livelli massimi għall-benzo(a)pyrene f'varjetà ta' oġġetti tal-ikel.

(2)

Benzo(a)pyrene jagħmel parti mill-grupp ta’ idrokarburi poliċikliki aromatiċi (polycyclic aromatic hydrocarbons, PAH) u jintuża bħala markatur għall-okkurenza u l-effett ta’ PAH karċinoġeniċi fl-ikel ibbażat fuq opinjoni xjentifika ta' dak li kien il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel (Scientific Committee on Food, SCF) (3). Fl-opinjoni tiegħu ta’ Diċembru 2002, l-SCF issuġġerixxa l-ħtieġa ta’ analiżi oħra tal-proporzjonijiet relattivi ta’ dawn il-PAH fl-ikel għal reviżjoni futura dwar jekk il-benzo(a)pyrene hux addattat biex jinżamm bħala markatur jew le.

(3)

Inġabret dejta ġdida dwar l-okkurenza ta' PAH karċinoġeniċi f’oġġetti tal-ikel mill-Istati Membri fil-qafas tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/108/KE (4). Il-Kummissjoni staqsiet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (European Food Safety Authority, EFSA) biex tirrevedi l-opinjoni tal-SCF u tikkunsidra d-dejta ġdida dwar l-okkurenza, tagħrif xjentifiku ieħor ġdid li huwa rilevanti kif ukoll l-approċċ tal-Marġni tal-Esponiment (Margin of Exposure, MOE). Permezz ta’ din ir-reviżjoni, l-EFSA ntalbet teżamina mill-ġdid jekk il-benzo(a)pyrene hux addattat biex jinżamm bħala markatur jew le.

(4)

Il-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari (il-Bord tal-CONTAM) tal-EFSA adotta opinjoni dwar l-Idrokarburi Poliċikliċi Aromatiċi fl-Ikel fid-9 ta’ Ġunju 2008 (5). F’din l-opinjoni l-EFSA kkonkludiet li l-benzo(a)pyrene mhuwiex markatur adattat għall-okkurenza ta’ idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-ikel u li sistema ta’ erba’ sustanzi speċifiċi (PAH4 (6)) jew tmien sustanzi speċifiċi (PAH8 (7)) tkun l-aktar indikatur addattat għal-PAH fl-ikel. L-EFSA kkonkludiet li sistema ta’ tmien sustanzi (PAH8) ma toffriex wisq valur miżjud meta mqabbla ma’ sistema ta’ erba’ sustanzi (PAH4).

(5)

Barra minn hekk, il-Bord tal-CONTAM, permezz tal-approċċ tal-Marġni tal-Esponiment (MOE), ikkonkluda li hemm periklu baxx għas-saħħa tal-konsumatur fil-medja stmata tal-esponiment tad-dieta. Madankollu, għal konsumaturi ta' livell għoli l-MOE kien qrib l-10 000 jew inqas, li jindika periklu għoli għas-saħħa tal-konsumatur.

(6)

Skont l-opinjoni tal-EFSA, is-sistema fis-seħħ tal-użu tal-benzo(a)pyrene bħala l-uniku markatur għall-grupp ta’ idrokarburi aromatiċi poliċikliċi, ma tistax tinżamm. Għalhekk hemm il-ħtieġa ta’ emenda tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006.

(7)

Għandhom ikunu introdotti livelli massimi ġodda għas-somma ta’ erba’ sustanzi (PAH4) (benzo(a)pyrene, benz(a)anthracene, benzo(b)fluoranthene u chrysene), filwaqt li jinżamm livell massimu separat għall-benzo(a)pyrene.

(8)

Din is-sistema tiżgura li l-livelli ta’ PAH fl-ikel jinżammu f’livelli li ma joħolqux periklu għas-saħħa u li l-ammont ta’ PAH jista’ wkoll ikun ikkontrollat f’dawk il-kampjuni li fihom il-benzo(a)pyrene mhux osservat, imma fejn huma preżenti PAH oħrajn.

(9)

Il-livell massimu separat ta’ benzo(a)pyrene huwa miżmum biex ikun żgurat il-qbil ta’ dejta preċedenti ma’ dik futura. Wara xi żmien ta’ implimentazzjoni ta’ din l-emenda u abbażi ta' dejta ġdida li se tkun iġġenerata fil-futur, għandu jkun eżaminat mill-ġdid il-bżonn taż-żamma ta' livell massimu għall-benzo(a)pyrene.

(10)

Dwar is-somma tal-erba’ sustanzi (PAH4), għandhom jintużaw limiti ta’ konċentrazzjoni aktar baxxi bħala bażi għad-deċiżjonijiet ta' konformità.

(11)

Il-livelli massimi għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi ma għandhomx ikunu perikolużi u għandhom jinżammu raġonevolment baxxi kemm jista’ jkun (l-ALARA) u msejsa fuq prattiċi tajba tal-fabbrikazzjoni u tal-biedja u/jew is-sajd. Id-dejta l-ġdida dwar l-okkurenza tal-PAH turi li l-livelli fl-isfond ta’ PAH f’xi oġġetti tal-ikel huma anqas minn dawk maħsuba. Il-livelli massimi ta’ benzo(a)pyrene għalhekk ġew adattati biex jirriflettu livelli fl-isfond anqas kif ukoll aktar realistiċi f’molluski b’żewġ valvoli friski jew iffumigati.

(12)

Dejta għal ħut iffumigat u laħam iffumigat uriet ukoll li huma possibbli livelli massimi aktar baxxi. Madankollu, f’xi każijiet jista’ jkun hemm il-bżonn tal-adattament tat-teknoloġija għall-iffumigar li qed tintuża. Għalhekk, għandha tkun stabbilita proċedura b’żewġ stadji għal laħam iffumigat u ħut iffumigat li toffri transizzjoni ta' sentejn mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament qabel ma jibdew japplikaw il-livelli massimi aktar baxxi.

(13)

Instab li sardin iffumigat u sardin iffumigat fil-bott kellu livelli ogħla ta’ PAH minn ħut ieħor iffumigat. Għandhom ikunu stabbiliti livelli massimi speċifiċi għal sardin iffumigat u sardin iffumigat fil-bott biex juru dak li huwa possibbli f'dawn l-oġġetti tal-ikel.

(14)

Qabel, livell massimu ta’ benzo(a)pyrene fil-“laħam tal-muskoli tal-ħut, għajr ħut iffumigat” kien stabbilit bħala indikatur għat-tniġġiż ambjentali potenzjali. Madankollu, intwera li f’ħut frisk il-PAH jiġu metabolizzati malajr u ma jakkumulawx fil-laħam tal-muskoli. Għalhekk, iż-żamma ta’ livell massimu ta’ PAH f’ħut frisk ma għadhiex meħtieġa.

(15)

Instabu livelli għoljin ta’ PAH f’xi tipi ta’ laħam ittrattati bis-sħana u prodotti tal-laħam ittrattat bis-sħana mibjugħin lill-konsumatur finali. Dawn il-livelli jistgħu jkunu evitati jekk jintużaw kundizzjonijiet ta’ proċessar xierqa kif ukoll apparat adattat. Għalhekk ikun xieraq li jiġu stabbiliti livelli massimi ta’ PAH f’laħam u fi prodotti tal-laħam li jkunu għaddew minn proċess ta’ trattament tas-sħana li huwa magħruf li potenzjalment jirriżulta fil-formazzjoni ta’ PAH, jiġifieri xiwi jew barbecue biss.

(16)

Il-butir tal-kakaw kien temporanjament eżenti mil-livell massimu fis-seħħ għal benzo(a)pyrene fi żjut u xaħmijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 u sal-1 ta’ April 2007 kienet imbassra reviżjoni tal-ħtieġa li jkun iffissat livell massimu ta’ PAH għall-butir tal-kawkaw. Ir-reviżjoni mbagħad ġiet posposta u r-riżultat tal-eżami xjentifiku tal-EFSA dwar il-PAH li kien qed isseħħ dak iż-żmien ġie sospiż.

(17)

Il-butir tal-kawkaw fih livelli ogħla ta’ PAH minn żjut u xaħmijiet oħra. Dan jiġri primarjament minħabba t-tnixxif b’mod mhux adattat taż-żerriegħa tal-kawkaw u l-fatt li l-butir tal-kawkaw ma jistax jiġi raffinat bħal żjut u xaħmijiet oħra veġetali. Il-butir tal-kawkaw huwa l-element prinċipali tal-prodotti tal-kawkaw mhux ipproċessati (eż. żerriegħa tal-kawkaw, żerriegħa tal-kawkaw nejja u pproċessata (cocoa mass), żerriegħa tal-kawkaw imneħħija minn ġol-qoxra (cocoa nibs) jew likur tal-kawkaw) u jinstab fiċ-ċikkulata u prodotti oħra tal-kawkaw li spiss jikkunsmaw it-tfal. B’hekk dan jikkontribwixxi għall-esponiment tal-bniedem, partikolarment għall-esponiment tat-tfal. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti livelli massimi għal PAH fiż-żerriegħa tal-kawkaw u fil-prodotti tagħha, għaldaqstant inkluż il-butir tal-kawkaw.

(18)

Il-livelli massimi ta’ PAH fiż-żerriegħa tal-kawkaw għandhom ikunu stabbiliti f’livelli kemm jista’ jkun baxxi b’kunsiderazzjoni għall-possibiltajiet teknoloġiċi kurrenti fil-pajjiżi li jipproduċu. Huma għandhom ikunu stabbiliti abbażi tax-xaħam minħabba l-konċentrazzjoni ta’ PAH fil-frazzjoni tax-xaħam, il-butir tal-kawkaw. Biex jippermettu li l-pajjiżi produtturi jagħmlu t-titjib teknoloġiku biex jadattaw għal dawn il-livelli massimi, id-data tal-applikazzjoni tal-livelli massimi għaż-żerriegħa tal-kawkaw u l-prodotti tagħha għandha tkun differita. Barra minn hekk, inizjalment, għal dawn il-prodotti għandu japplika livell massimu ogħla għas-somma tal-erba’ sustanzi. Wara perjodu tranżitorju ta’ sentejn għandu japplika livell massimu aktar baxx. Il-livelli ta’ PAH fiż-żerriegħa tal-kawkaw u l-prodotti tagħha għandhom ikunu ċċekkjati regolarment bil-ħsieb li tiġi evalwata l-possibiltà li l-livelli massimi jitnaqqsu aktar.

(19)

Dejta uriet li ż-żejt tal-ġewż tal-Indi jista’ jkollu ammonti ogħla ta’ PAH4 minn żjut u xaħmijiet veġetali oħra. Dan huwa minħabba l-preżenza proporzjonalment għolja ta’ benz(a)anthracene u chrysene li ma jistgħux jitneħħew faċilment waqt ir-raffinar taż-żejt tal-ġewż tal-Indi. Il-livelli massimi speċifiċi ta’ PAH fiż-żerriegħa tal-ġewż tal-Indi għalhekk għandhom ikunu stabbiliti f’livelli kemm jista’ jkun baxxi b’kunsiderazzjoni għall-possibiltajiet teknoloġiċi attwali tal-pajjiżi produtturi. Peress li fil-pajjiżi produtturi huwa mistenni titjib teknoloġiku, il-livelli ta’ PAH fiż-żejt tal-ġewż tal-Indi għandhom ikunu ċċekkjati regolarment bil-ħsieb li tiġi evalwata l-possibiltà li fil-futur ikunu stabbiliti livelli aktar baxxi.

(20)

Dejta attwali dwar l-okkurenza ta’ PAH f’ċereali u ħxejjex hija limitata. Id-dejta disponibbli tindika li ċ-ċereali u l-ħxejjex fihom livelli pjuttost baxxi ta’ PAH. Il-livelli baxxi li bħalissa jidhru fid-dejta ta’ okkurenza disponibbli ma jiġġustifikawx l-iffissar immedjat ta’ livelli massimi. Madankollu, l-EFSA identifikat iċ-ċereali u l-ħxejjex bħala kontributuri importanti għall-esponiment tal-bniedem minħabba l-konsum għoli tagħhom. Għalhekk għandhom ikunu ċċekkjati aktar il-livelli ta’ PAH f’dawn iż-żewġ prodotti. Abbażi ta’ aktar dejta, għandha tiġi evalwata l-ħtieġa tal-iffissar ta’ livelli massimi.

(21)

Instabu livelli għoljin ta’ PAH f’xi supplimenti tal-ikel. Madankollu, il-livelli huma varjabbli u jiddependu mit-tip speċifiku ta’ suppliment tal-ikel. Hemm il-ħtieġa u għandha tinġabar aktar dejta dwar supplimenti tal-ikel. Kemm-il darba din id-dejta ssir disponibbli, tkun evalwata l-ħtieġa li jkunu ffissati livelli massimi ta’ PAH f’supplimenti tal-ikel.

(22)

L-Istati Membri u l-operaturi fin-negozju tal-ikel għandhom jingħataw żmien biex jadattaw għal-livelli massimi stabbiliti b’dan ir-Regolament. Id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għalhekk għandha tkun differita. Għandu jingħata perjodu tranżitorju għall-prodotti diġà mqegħdin fis-suq qabel l-applikazzjoni tal-emendi introdotti b’dan ir-Regolament.

(23)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu jiġi emendat skont l-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Oġġetti tal-ikel li mhumiex konformi mal-livelli massimi applikabbli mill-1 ta’ Settembru 2012 skont it-Taqsima 6 “Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi” tal-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, kif emendat permezz ta’ dan ir-Regolament, li huma mqiegħda legalment fis-suq qabel l-1 ta’ Settembru 2012, jistgħu jkomplu jinbigħu wara dik id-data sad-data ta' durabbiltà minima tagħhom jew id-data sa meta jridu jintużaw.

2.   Oġġetti tal-ikel li mhumiex konformi mal-livelli massimi applikabbli mill-1 ta’ Settembru 2014 skont il-punti 6.1.4 u 6.1.5 tal-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, kif emendati permezz ta’ dan ir-Regolament, li huma mqiegħda legalment fis-suq qabel l-1 ta’ Settembru 2014, jistgħu jkomplu jinbigħu wara dik id-data sad-data ta' durabbiltà minima tagħhom jew id-data sa meta jridu jintużaw.

3.   Oġġetti tal-ikel li mhumiex konformi mal-livelli massimi applikabbli mill-1 ta’ April 2013 skont il-punt 6.1.2 tal-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, kif emendat permezz ta’ dan ir-Regolament, li huma mqiegħda legalment fis-suq qabel l-1 ta’ April 2013, jistgħu jkomplu jinbigħu wara dik id-data sad-data ta' durabbiltà minima tagħhom jew id-data sa meta jridu jintużaw.

4.   Oġġetti tal-ikel li mhumiex konformi mal-livelli massimi applikabbli mill-1 ta’ April 2015 skont il-punt 6.1.2 tal-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, kif emendat permezz ta’ dan ir-Regolament, li huma mqiegħda legalment fis-suq qabel l-1 ta’ April 2015, jistgħu jkomplu jinbigħu wara dik id-data sad-data ta' durabbiltà minima tagħhom jew id-data sa meta jridu jintużaw.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(2)   ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.

(3)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel fuq ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem mill-Idrokarburi Poliċikliċi Aromatiċi fl-ikel (espressa fl-4 ta’ Diċembru 2002)

http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/out153_en.pdf

(4)   ĠU L 34, 8.2.2005, p. 43.

(5)   The EFSA Journal (2008) 724, 1-114.

(6)  Benzo(a)pyrene, Chrysene, Benz(a)anthracene, benzo(b)fluoranthene.

(7)  Benzo(a)pyrene, Chrysene, Benz(a)anthracene, benzo(b)fluoranthene, benzo(k)fluoranthene, benzo(g,h,i)perylene, dibenz(a,h)anthracene and indeno(1,2,3-c,d)pyrene.


ANNESS

L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Taqsima 6: Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi mibdula b’dan li ġej:

“Taqsima 6   Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

Oġġetti tal-ikel

Livelli massimi (μg/kg)

6.1

Benzo(a)pyrene, benz(a)anthracene, benzo(b)fluoranthene u chrysene

Benzo(a)pyrene

Is-somma ta’ benzo(a)pyrene, benz(a)anthracene, benzo(b)fluoranthene u chrysene (1)

6.1.1

Żjut u xaħmijiet (għajr butir tal-kakaw, u żejt tal-ġewż tal-Indi) maħsubin għal-konsum dirett mill-bniedem jew għall-użu bħala ingredjent fl-ikel

2,0

10,0

6.1.2

Żerriegħa tal-kawkaw u prodotti derivattivi

5,0 μg/kg xaħam mill-1.4.2013

35,0 μg/kg xaħam mill-1.4.2013 sal- 31.3.2015

30,0 μg/kg xaħam mill-1.4.2015

6.1.3

Żejt tal-ġewż tal-indi maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem jew għall-użu bħala ingredjent fl-ikel

2,0

20,0

6.1.4

Laħam iffumigat u prodotti tal-laħam iffumigati

5,0 sal-31.8.2014

2,0 mill-1.9.2014

30,0 mill-1.9.2012 sal- 31.8.2014

12,0 mill-1.9.2014

6.1.5

Laħam tal-muskoli ta’ ħut iffumigat u prodotti mis-sajd iffumigati (25)(36), barra l-prodotti mis-sajd imsemmija fil-punti 6.1.6 u 6.1.7. Il-livell massimu għall-krustaċji ffumigati japplika għal-laħam tal-muskoli mill-appendiċi u ż-żaqq (44). Fil-każ ta’ granċijiet u krustaċji simili għall-granċijiet (Brachyura u Anomura) dan japplika għal-laħam tal-muskoli mill-appendiċi.

5,0 sal-31.8.2014

2,0 mill-1.9.2014

30,0 mill-1.9.2012 sal- 31.8.2014

12,0 mill-1.9.2014

6.1.6

Sardin iffumigat u sardin iffumigat fil-bott (25) (3) (sprattus sprattus); molluski bivalvi (friski, imkessħin jew iffriżati) (26); laħam ittrattat bis-sħana jew prodotti tal-laħam ittrattat bis-sħana (2) mibjugħin lill-konsumatur finali

5,0

30,0

6.1.7

Molluski bivalvi(36) (iffumigati)

6,0

35,0

6.1.8

Ikel ipproċessat b’bażi ta’ ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar (3)(29)

1,0

1,0

6.1.9

Formula għat-trabi u formula għal dawk it-trabi li qabżu s-sitt xhur, inklużi l-ħalib tat-trabi u l-ħalib tat-trabi ta’ iktar minn sitt xhur (8)(29)

1,0

1,0

6.1.10

Ikel tad-dieta għal raġunijiet mediċi speċjali (9)(29) maħsub speċifikament għat-trabi

1,0

1,0

(2)

In-nota (35) ta’ qiegħ il-paġna hija mħassra.


(1)  Limiti ta’ konċentrazzjoni aktar baxxi huma kkalkulati fuq il-premessa li l-valuri kollha tal-erba’ sustanzi taħt il-limitu ta’ kwantifikazzjoni huma żero.

(2)  Laħam u prodotti tal-laħam li għaddew minn trattament tas-sħana li potenzjalment jirriżulta fil-formazzjoni ta’ PAH, jiġifieri xiwi jew barbecue biss.

(3)  Għal prodotti fil-bott, l-analiżi għandha ssir fuq il-kontenut kollu tal-bott. Għandhom japplikaw l-Artikoli 2(1)(c) u 2(2) dwar il-livell massimu għall-prodott kompost sħiħ.”


20.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 836/2011

tad-19 ta’ Awwissu 2011

li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 333/2007 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta' livelli ta' ċomb, kadmju, merkurju, landa inorganika, 3-MCPD u benzo(a)pyrene [benżo(a)piren] fl-oġġetti tal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006, li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta’ l-ikel (2), stabbilixxa, inter alia, livelli massimi għall-kontaminant benzo(a)pyrene [benżo(a)piren].

(2)

Il-Bord Xjentifiku dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA), fid-9 ta' Ġunju 2008 adotta opinjoni fuq l-Idrokarburi Poliċikliċi Aromatiċi fl-Ikel (3). L-EFSA kkonkludiet li l-benżo(a)piren mhuwiex indikatur adattat għall-okkorrenza ta' idrokarburi poliċikliċi aromatiċi (PAH - polycyclic aromatic hydrocarbons) fl-ikel u li l-indikatur tal-PAH fl-ikel l-iktar adattat għandu jkun sistema ta' erba' sustanzi speċifiċi jew tmien sustanzi speċifiċi L-EFSA kkonkludiet ukoll li meta mqabbla ma' sistema ta' erba' sustanzi, is-sistema ta' tmien sustanzi ma tagħtix daqshekk żieda fil-valur.

(3)

Konsegwentement ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 835/2011 (4) emenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 sabiex jistabbilixxi livelli massimi għat-total ta' erba' idrokarburi poliċikliċi aromatiċi (benżo(a)piren, benż(a)antraċen, benżo(b)fluworoanten u krisen).

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 (5) jistabbilixxi kriterji tal-prestazzjoni analitika għall-benżo(a)piren biss. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġu stabbiliti kriterji tal-prestazzjoni analitika għat-tlett sustanzi l-oħra, li l-livelli massimi tagħhom huma issa stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006.

(5)

Il-Laboratorju ta' Referenza għall-Idrokarburi Poliċikliċi Aromatiċi tal-Unjoni Ewopea (EU-RL PAH) flimkien mal-laboratorji ta' referenza nazzjonali għamlu stħarriġ fuq il-laboratorji ta' kontroll uffiċjali sabiex jeżaminaw liema kriterji tal-prestazzjoni analitika jistgħu jintlaħqu għall-benżo(a)piren, benż(a)antraċen, benżo(b)fluworoanten u krisen fil-matriċi rilevanti tal-ikel. Taqsira tar-riżultat tal-istħarriġ ingħatat mill-EU-RL PAH fir-rapport fuq "Il-karatteristiċi tal-prestazzjoni ta' metodi ta' analiżi għad-determinazzjoni ta' erba' idrokarburi poliċikliċi aromatiċi fl-ikel" (6). Ir-riżultati tal-istħarriġ juru li l-kriterji tal-prestazzjoni analitika applikabbli bħalissa għall-benżo(a)piren huma adattati ukoll għat-tlett sustanzi l-oħra.

(6)

L-esperjenza miksuba waqt l-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 333/2007 ħarġet li f'ċerti każi d-dispożizzjonijiet kurrenti dwar it-teħid ta' kampjuni jistgħu jkunu imprattikabbli jew jistgħu jwasslu għal ħsara ekonomika mhux aċċettabbli lill-kampjuni. F'dawn il-każi għandu jitħalla li ssir devjazzjoni mill-proċeduri tat-teħid tal-kampjuni jekk it-teħid tal-kampjuni jibqa' rappreżentattiv biżżejjed tal-kampjuni u l-proċedura użata tkun dokumentata bis-sħiħ. Il-flessibiltà li ssir devjazzjoni mill-proċeduri tat-teħid tal-kampjuni kienet teżisti diġà għat-teħid tal-kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut. Id-dispożizzjonijiet għat-teħid tal-kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut għandhom ikunu fl-istess linja mal-proċeduri ġenerali tat-teħid tal-kampjuni.

(7)

Meta jittieħdu kampjuni għall-analiżi tal-PAH, hemm bżonn ta' dispożizzjonijiet iktar dettaljati fir-rigward tal-materjal tar-reċipjenti tal-kampjuni. L-awtoritajiet tal-infurzar jużaw ħafna r-reċipjenti tal-plastik, iżda dawn mhumiex adattati meta t-teħid tal-kampjuni jkun għall-analiżi tal-PAH, għaliex dawn il-materjali jistgħu jbiddlu l-kontenut tal-PAH fil-kampjun.

(8)

Hemm bżonn ta' kjarifika għal xi aspetti tal-ħiġijiet speċifiċi tal-metodi analitiċi, b'mod partikolari l-ħtiġijiet dwar l-użu tal-kriterji tal-prestazzjoni u l-metodu "adekwatezza għall-fini". Barra minn hekk, il-preżentazzjoni tat-tabelli bil-kriterji tal-prestazzjoni għandha tkun irranġata sabiex tidher iktar uniformi matul l-analiti kollha.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 333/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. Iż-żewġ Regolamenti għandhom jiġu applikati fl-istess ġurnata, minħabba li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 835/2011 u dan ir-Regolament għandhom x'jaqsmu flimkien.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 333/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-titolu huwa mibdul b'li ġej:

“Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta' Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta' livelli ta' ċomb, kadmju, merkurju, landa inorganika, 3-MCPD u idrokarburi poliċikliċi aromatiċi fl-oġġetti ta' l-ikel ”.

(2)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’li ġej:

“1.   Teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' ċomb, kadmju, merkurju, landa inorganika, 3-MCPD u idrokarburi poliċikliċi aromatiċi (PAH) elenkati fit-taqsimiet 3, 4 u 6 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandhom isiru skont l-Anness ma' dan ir-Regolament.”

(3)

L-Anness huwa emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)   ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.

(3)  The EFSA Journal (2008) 724, p. 1.

(4)  Ara paġna 4 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)   ĠU L 88, 29.3.2007, p. 29.

(6)  Ir-Rapport JRC 59046, 2010.


ANNESS

L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 333/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-punt B.1.7. “Ippakkjar u transmissjoni tal-kampjuni”, it-tieni paragrafu li ġej huwa miżjud:

“Reċipjenti tal-plastik għandhom jiġu evitati fejn possibli fil-każ ta' teħid ta' kampjuni għall-analiżi tal-PAH għax jistgħu jbiddlu l-kontenut tal-PAH fil-kampjun. Fejn possibli għandhom jintużaw reċipjenti tal-ħġieġ ħielsa mill-PAH, inerti, li jipproteġu b'mod xieraq il-kampjun mid-dawl. Meta dan ikun prattikament impossibli, għandu tal-inqas jiġi evitat kuntatt dirett tal-kampjun mal-plastiks, eżempju fil-każ ta' kampjuni solidi, billi l-kampjun jiġi mgeżwer ġo fojl tal-aluminju qabel ma jitpoġġa fir-reċipjent tal-kampjun.”

(2)

Il-punti B.2, u B.3 huma mibdulin b'li ġej:

“B.2   IL-PJANIJIET GĦAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI

B.2.1   Tqassim ta’ lottijiet f’sublottijiet

Lottijiet kbar ħafna għandhom jitqassmu f’sublottijiet, bil-kondizzjoni li s-sublott ikun jista’ jiġi sseparat fiżikament. Għall-prodotti li jinbiegħu f’konsenji bl-ingrossa (eżempju ċereali) għandha tapplika t-Tabella 1. Għall-prodotti l-oħra għandha tapplika t-Tabella 2. Jekk jitqies li l-piż tal-lott mhuwiex dejjem eżattament multiplu tal-piż tas-sublottijiet, il-piż tas-sublott jista’ jaqbeż il-piż imsemmi b’massimu ta’ 20 %.

B.2.2.   In-numru ta’ kampjuni inkrementali

Il-kampjun aggregat għandu jkun ta’ mill-inqas kilogramm jew litru ħlief fejn dan mhux possibbli, eżempju meta l-kampjun jikkonsisti f'pakkett jew unità waħda.

In-numru minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu mis-sublott għandu jkun kif muri fit-Tabella 3.

Fil-każ ta’ prodotti likwidi bl-ingrossa, il-lott jew is-sublott għandu jitħallat sew sakemm huwa possibbli u sakemm ma tiġix affettwata l-kwalità tal-prodott, immedjatament qabel il-teħid tal-kampjun permezz ta’ mezzi manwali jew mekkaniċi. F’dan il-każ, wieħed jassumi tqassim omoġenju tal-kontaminanti fi ħdan lott jew sublott mogħti. Għaldaqstant huwa biżżejjed li jittieħdu tliet kampjuni inkrementali minn lott jew sublott sabiex jifformaw kampjun aggregat.

Il-kampjuni inkrimentali għandhom ikunu simili fil-piż/volum. Il-piż/volum ta’ kampjun inkrementali għandu jkun ta’ mill-inqas 100 gramma jew 100 millilitru, li jirriżulta f’kampjun aggregat ta’ mill-inqas madwar kilogramm jew litru. Diskrepanza minn dan il-metodu għandu jiġi rreġistrat fir-reġistru stabbilit taħt il-punt B.1.8 ta' dan l-Anness.

Tabella 1

Tqassim tal-lottijiet f’sublottijiet għall-prodotti nnegozjati f’kunsinni bl-ingrossa

Piż tal-lott (tunnellata metrika)

Piż jew numru ta’ sublottijiet

≥ 1 500

500 tunnellati metriċi

> 300 u < 1 500

tliet sublottijiet

≥ 100 and ≤ 300

100 tunnellata metrika

< 100

—


Tabella 2

Tqassim tal-lottijiet f’sublottijiet għall-prodotti oħrajn

Piż tal-lott (tunnellata metrika)

Piż jew numru ta’ sublottijiet

≥ 15

15-30 tunnellati metriċi

< 15

—


Tabella 3

Numru minimu ta’ kampjuni inkrimentali li għandhom jittieħdu mill-lott jew mis-sublott

Piż jew volum tal-lott/sublott (f’kilogrammi jew litri)

Numru minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu

< 50

3

≥ 50 u ≤ 500

5

> 500

10

Jekk il-lott jew is-sublott ikun magħmul minn pakketti jew unitajiet individwali, in-numru ta’ pakketti jew unitajiet li għandu jittieħed sabiex isir il-kampjun aggregat huwa mogħti fit-Tabella 4.

Tabella 4

In-numru ta’ pakketti jew unitajiet (kampjuni inkrimentali) li għandu jittieħed sabiex isir kampjun aggregat jekk il-lott jew is-sublott ikun magħmul minn pakketti jew unitajiet individwali

Numru ta’ pakketti jew unitajiet fil-lott/sublott

Numru ta’ pakketti jew unitajiet li għandu jittieħed

≤ 25

mill-inqas pakkett wieħed jew unità

26-100

madwar 5 %, mill-inqas żewġ pakketti jew unitajiet

> 100

madwar 5 %, massimu ta' għaxar pakketti jew unitajiet

Il-livelli massimi għal-landa inorganika jgħoddu għall-kontenut ta' kull bott, iżda minħabba raġunijiet prattiċi huwa meħtieġ li jintuża metodu aggregat ta' teħid ta' kampjuni. Jekk ir-riżultat tat-test għal kampjun aggregat tal-bottijiet ikun inqas minn iżda viċin tal-livell massimu tal-landa inorganika, u jekk ikun issuspettat li bottijiet individwali jistgħu jaqbżu l-livell massimu, allura jista' jkun meħtieġ li jsiru aktar investigazzjonijiet.

Fejn ma jkunx possibli li jitwettaq il-metodu tat-teħid ta' kampjuni stipulat f'dan il-kapitolu minħabba l-konsegwenzi kummerċjali mhux aċċettabbli (eżempju minħabba l-forom tal-pakketti, lott bil-ħsara, eċċ.) jew fejn huwa prattikament impossibbli li jiġi applikat il-metodu tat-teħid ta' kampjuni msemmi hawn fuq, jista' jiġi applikat metodu alternattiv tat-teħid ta' kampjuni jekk ikun hemm rappreżentazzjoni biżżejjed tal-kampjuni ta' lottijiet u sublottijiet u jkun dokumentat bis-sħiħ.

B.2.3.   Dispożizzjonijiet speċifiċi għat-teħid ta' kampjuni ta' ħut kbir li jasal f'lottijiet kbar

Fil-każ li l-lott jew is-sublott li jkun se jitteħidlu kampjun ikun fih ħut kbir (ħut individwali li jiżen iktar minn madwar kilogramm) u l-lott jew is-sublott jiżen iktar minn 500 kilogramm, il-kampjun inkrimentali għandu jkun magħmul mill-parti tan-nofs tal-ħuta. Kull kampjun inkrimentali għandu jiżen mill-inqas 100 gramma.

B.3.   TEĦID TA’ KAMPJUNI FL-ISTADJU TAL-BEJGĦ BL-IMNUT

It-teħid ta’ kampjuni tal-oġġetti tal-ikel fl-istadju tal-imnut għandu jsir meta jkun possibbli skont id-dispożizzjonijiet tat-teħid tal-kampjuni stipulati fil-punt B.2.2 ta’ dan l-Anness.

Fejn ma jkunx possibli li jitwettaq il-metodu tat-teħid ta' kampjuni stipulat fil-punt B.2.2 minħabba l-konsegwenzi kummerċjali mhux aċċettabbli (eżempju minħabba l-forom tal-pakketti, lott bil-ħsara, eċċ.) jew fejn huwa prattikament impossibli li jiġi applikat il-metodu tat-teħid ta' kampjuni msemmi hawn fuq, jista' jiġi applikat metodu alternattiv tat-teħid ta' kampjuni jekk ikun hemm rappreżentazzjoni biżżejjed tal-kampjuni ta' lottijiet u sublottijiet u jkun dokumentat bis-sħiħ.”

(3)

Fl-ewwel paragrafu tal-punt C.1 In-nota 1 f'qiegħ il-paġna “Livelli ta' Kwalità tal-Laboratorju” hija mħassra.

(4)

Fil-punt C.2.2.1 “Proċeduri speċifiċi għaċ-ċomb, kadmju, merkurju u landa inorganika”, it-tieni paragrafu huwa mibdul b'li ġej:

“Hemm ħafna proċeduri speċifiċi sodisfaċenti ta' tħejjija tal-kampjuni li jistgħu jintużaw għall-prodotti taħt konsiderazzjoni. Għal dawk l-aspetti li mhumiex koperti speċifikament b'dan ir-Regolament, l-istandard CEN ‘Oġġetti tal-ikel - Determinazzjoni ta' elementi ta' traċċa - Kriterji tal-prestazzjoni, konsiderazzjonijiet ġenerali u preparazzjoni tal-kampjun’ (1) instab li huwa sodisfaċenti iżda metodi ta' preparazzjoni tal-kampjun oħra jistgħu ikunu validi l-istess.”

(5)

Il-punt C.2.2.2 huwa mibdul b'li ġej:

“C.2.2.2   Proċeduri speċifiċi għall-idrokarburi poliċikliċi aromatiċi

L-analista għandu jiżgura li l-kampjuni ma jiġux ikkontaminati waqt it-tħejjija tal-kampjuni. Qabel l-użu, ir-reċipjenti għandhom jitlaħalħu b'aċetun għoli fil-purezza jew eżan sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' kontaminazzjoni. Meta jkun possibbli, l-apparat u t-tagħmir li jiġi f’kuntatt mal-kampjun għandu jkun magħmul minn materjali inerti bħal aluminju, ħġieġ jew azzar li ma jissaddadx illustrat. Plastiks bħal polipropilen jew PTFE għandhom jiġu evitati, minħabba li l-analiti jistgħu jiġu assorbit minn dawn il-materjali.”

(6)

Il-Punt C.3.1 “Definizzjonijiet” huwa emendat kif ġej:

(a)

id-definizzjoni ta' “HORRATr” hija mibdula b’li ġej:

“HORRAT (*1) r

=

L-RSDr osservat diviż bil-valur tal-RSDr stmat mill-ekwazzjoni (irranġata) ta' Horwitz (*2) (cf. punt C.3.3.1 (‘Noti għall-kriterji tal-prestazzjoni’)) bl-użu tal-ipotesi r = 0,66 R.

(*1)  Horwitz W. u Albert. R., 2006, The Horwitz Ratio (HorRat): A useful Index of Method Performance with respect to Precision, Journal of AOAC International, Vol. 89, 1095-1109."

(*2)  M. Thompson, Analyst, 2000, p. 125 u 385-386.” "

(b)

id-definizzjoni ta' “HORRATr” hija mibdula b’li ġej:

“HORRAT (*3) R

=

HORRATr = L-RSDR osservat diviż bil-valur tal-RSDR stmat mill-ekwazzjoni (irranġata) ta' Horwitz (*4) (cf. point C.3.3.1 (‘Notes to the performance criteria’)).

(*3)  Horwitz W. u Albert. R., 2006, The Horwitz Ratio (HorRat): A useful Index of Method Performance with respect to Precision, Journal of AOAC International, Vol. 89, 1095-1109."

(*4)  M. Thompson, Analyst, 2000, p. 125 u 385-386.” "

(c)

id-definizzjoni ta' “u” hija mibdula b’li ġej:

‘u

=

Inċertezza ta' kejl standard magħquda, miksuba bl-użu ta' inċertezzi ta' kejl standard individwali assoċjati mal-kwantitajiet tad-dħul fil-mudell tal-kejl (*5)

(*5)  International vocabulary of metrology – Basic and general concepts and associated terms (VIM), JCGM 200:2008.’ "

(7)

Il-Punt C.3.2 huwa mibdul b'li ġej:

“C.3.2.   Rekwiżiti ġenerali

Il-metodi ta analiżi użati għal raġunijiet ta’ kontroll tal-ikel għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Il-metodi għall-analiżi tal-landa totali huma xierqa għall-kontrolli fuq il-livelli tal-landa inorganika.

Il-metodi stabbiliti mill-OIV (*6) skont l-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 (*7) japplikaw għall-analiżi taċ-ċomb fl-inbid.

(*6)  Organisation Internationale de la Vigne et du Vin."

(*7)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta' April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999 (ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1).” "

(8)

Il-Punt C.3.3.1 huwa mibdul b'li ġej:

“C.3.3.1.   Kriterji tal-prestazzjoni

Fejn fil-livell tal-Unjoni Ewropea ma jkunx hemm preskritti metodi speċifiċi għad-determinazzjoni ta' kontaminanti fil-prodotti tal-ikel, il-laboratorji jistgħu jagħżlu kwalunkwe metodu ta' analiżi vvalidat għall-matriċi rispettiva, jekk il-metodu magħżul jilħaq il-kriterji tal-prestazzjoni speċifiċi stipulati fit-tabelli 5, 6 u 7.

Huwa rakkomandat li l-metodi vvalidati bis-sħiħ (jiġifieri l-metodi vvalidati mill-proċess ta' kollaborazzjoni għall-matriċi rispettiva) jiġu użati fejn xieraq u fejn disponibbli. Metodi xierqa oħra vvalidati (eżempju metodi għall-matriċi rispettiva vvalidati internament) jistgħu jiġu użati jekk jissodisfaw il-kriterji tal-prestazzjoni stipulati fit-tabelli 5, 6 u 7.

Fejn huwa possibli, it-tisħiħ tal-metodi vvalidati internament għandu jinkludi materjal ta' referenza ċċertifikat.

(a)

Kriterji tal-prestazzjoni għall-metodi ta' analiżi għaċ-ċomb, kadmju, merkurju u landa inorganika:

Tabella 5

Parametru

Kriterju

Applikabbiltà

Ikel speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006.

Speċifiċità

Ħieles minn matriċi jew interferenzi spettrali

Repettittività (RSDr)

HORRATr inqas minn 2

Reproduċibbilità (RSDR):

HORRATR inqas minn 2

Irkupru

Japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-punt D.1.2.

 

Landa organika

Ċomb, kadmju, merkurju

 

ML huwa < 0,100 mg/kg

ML huwa < 0,100 mg/kg

LOD

≤ 5 mg/kg

≤ wieħed minn ħamsa tal-ML

≤ wieħed minn għaxra tal-ML

LOQ

≤ 10 mg/kg

≤ tnejn minn ħamsa tal-ML

≤ wieħed minn ħamsa tal-ML

(b)

Kriterji tal-prestazzjoni għall-metodi ta' analiżi għat-3-MCPD:

Tabella 6

Parametru

Kriterju

Applikabbiltà

Ikel speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006.

Speċifiċità

Ħieles minn matriċi jew interferenzi spettrali

Kamp vojt

Inqas mil-LOD

Repettittività (RSDr)

0,66 darba tal-RSDR kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata)

Reproduċibbilità (RSDR):

kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata)

Irkupru

75-110 %

LOD

≤ 5 μg/kg (fuq il-bażi ta' materja niexfa)

LOQ

≤ 10 μg/kg (fuq il-bażi ta' materja niexfa)

(c)

Kriterji tal-prestazzjoni għall-metodi ta' analiżi għall-idrokarburi poliċikliċi aromatiċi:

L-erba' idrokarburi poliċikliċi aromatiċi li għalihom japplikaw dawn il-kriterji huma benżo(a)piren, benż(a)antraċen, benżo(b)fluworoanten u krisen.

Tabella 7

Parametru

Kriterju

Applikabbiltà

Ikel speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006.

Speċifiċità

Ħieles minn matriċi jew interferenzi spettrali, verifika ta' skoperta pożittiva

Repettittività (RSDr)

HORRATr inqas minn 2

Reproduċibbilità (RSDR):

HORRATR inqas minn 2

Irkupru

50-120 %

LOD

≤ 0,30 μg/kg għal kull wieħed mill-erba' sustanzi

LOQ

≤ 0,90 μg/kg għal kull wieħed mill-erba' sustanzi

(d)

Noti dwar il-kriterji tal-prestazzjoni:

L-ekwazzjoni Horwitz (*8) (għall-konċentrazzjonijiet 1,2 × 10–7 ≤ C ≤ 0,138) u l-ekwazzjoni Horwitz (*9) irranġata (għall-konċentrazzjonijiet C < 1,2 × 10–7) huma ekwazzjonijiet ta' preċiżjoni ġġeneralizzati li huma indipendenti mill-analita u l-matriċi iżda jiddependu biss fuq il-konċentrazzjoni għal ħafna mill-metodi ta' analiżi ta' rutina.

 

L-ekwazzjoni Horwitz irranġata għall-konċentrazzjonijiet C < 1,2 × 10–7:

RSDR = 22 %

fejn:

—

RSDR hija d-devjazzjoni standard relattiva kkalkulata mir-riżultati ġġenerati taħt kondizzjonijiet ta' reproduċibbilità [(sR /

Image 1
) × 100]

—

C hija l-proporzjon tal-konċentrazzjoni (jiġifieri 1 = 100 g/100 g, 0,001 = 1 000 mg/kg). L-ekwazzjoni Horwitz irranġata tapplika għall-konċentrazzjonijiet C < 1,2 × 10–7:

 

L-ekwazzjoni Horwitz irranġata għall-konċentrazzjonijiet 1,2 × 10–7 ≤ C ≤ 0,138:

RSDR = 2C(–0,15)

fejn:

—

RSDR hija d-devjazzjoni standard relattiva kkalkulata mir-riżultati ġġenerati taħt il-kondizzjonijiet ta' reproduċibbilità [(sR /

Image 2
) × 100]

—

C hija l-proporzjon tal-konċentrazzjoni (jiġifieri 1 = 100 g/100 g, 0,001 = 1 000 mg/kg). L-ekwazzjoni Horwitz irranġata tapplika għall-konċentrazzjonijiet 1,2 × 10–7 ≤ C ≤ 0,138:

(*8)  W. Horwitz, L.R. Kamps, K.W. Boyer, J.Assoc.Off.Analy.Chem.,1980, 63, 1344."

(*9)  M. Thompson, Analyst, 2000, p. 125 u 385-386.” "

(9)

Il-Punt C.3.3.2 huwa mibdul b'li ġej:

“C.3.3.2.   Il-metodu ‘adekwatezza għall-fini’

Jista' jintuża l-metodu ‘adekwatezza għall-fini’  (*10) bħala alternattiva biex tiġi vvalutata l-konvenjenza tal-metodi vvalidati internament għall-kontroll uffiċjali. Metodi xierqa għall-kontroll uffiċjali għandhom jagħtu r-riżultati b'inċertezza ta' kejl standard maqgħuda (u) inqas mill-inċertezza ta' kejl standard massima kkalkulata bil-formula ta' hawn taħt:

Formula

fejn:

—

Uf hija l-inċertezza ta' kejl standard massima (μg/kg).

—

LOD huwa l-limitu ta’ skoperta tal-metodu (μg/kg). L-LOD għandu jilħaq il-kriterji tal-prestazzjoni stabbiliti fil-punt C.3.3.1 għall-konċentrazzjoni tal-interess.

—

C hija l-konċentrazzjoni tal-interess (μg/kg).

—

α hija fattur numeriku kostanti li għandu jintuża skont il-valur ta’ C. Il-valuri li għandhom jintużaw huma stabbiliti fit-Tabella 8.

Tabella 8

Il-valuri numeriċi li għandhom jintużaw għal α bħala kwantità kostanti fil-formula stipulata f’dan il-punt, skont il-konċentrazzjoni tal-interess

C (μg/kg)

α

≤ 50

0,2

51-500

0,18

501-1 000

0,15

1 001 -10 000

0,12

> 10 000

0,1

L-analista għandu jieħu nota tar-‘Rapport dwar ir-relazzjoni bejn riżultati analitiċi, inċertezza ta’ kejl, fatturi ta’ rkupru u d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE tal-ikel u l-għalf’  (*11).

(*10)  M. Thompson and R. Wood, Accred. Qual. Assur., 2006, p. 10 u 471-478."

(*11)  http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/contaminants/report-sampling_analysis_2004_en.pdf” "

(10)

Fil-punt D.1.2. “Kalkulazzjonijiet ta' rkupru”, it-tieni paragrafu huwa mibdul b'li ġej:

‘Fil-każ li fil-metodu analitiku ma jiġi applikat l-ebda pass ta' estrazzjoni (eżempju fil-każ tal-metalli), ir-riżultat jista' jiġi rrappurtat mhux ikkorreġut għall-irkupru jekk l-evidenza mogħtija tkun idealment bl-użu ta' materjal ta' referenza xieraq u ċċertifikat li l-konċentrazzjoni ċċertifikata li tħalli l-inċertezza ta' kejl hija miksuba (jiġifieri reqqa kbira fil-kejl), u għaldaqstant li l-metodu mhuwiex imparzjali. Fil-każ li r-riżultat jiġi rrapurtat bħala mhux ikkorreġut għall-irkupru, dan għandu jissemma.’

(11)

Fil-punt D.1.3. “Inċertezza ta' kejl”, it-tieni paragrafu huwa mibdul b'li ġej:

“L-analista għandu jieħu nota tar-‘Rapport dwar ir-relazzjoni bejn riżultati analitiċi, inċertezza ta’ kejl, fatturi ta’ rkupru u d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE tal-ikel u l-għalf’  (*12).

(*12)  http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/contaminants/report-sampling_analysis_2004_en.pdf” "


(*1)  Horwitz W. u Albert. R., 2006, The Horwitz Ratio (HorRat): A useful Index of Method Performance with respect to Precision, Journal of AOAC International, Vol. 89, 1095-1109.

(*2)  M. Thompson, Analyst, 2000, p. 125 u 385-386.”

(*3)  Horwitz W. u Albert. R., 2006, The Horwitz Ratio (HorRat): A useful Index of Method Performance with respect to Precision, Journal of AOAC International, Vol. 89, 1095-1109.

(*4)  M. Thompson, Analyst, 2000, p. 125 u 385-386.”

(*5)  International vocabulary of metrology – Basic and general concepts and associated terms (VIM), JCGM 200:2008.’

(*6)  Organisation Internationale de la Vigne et du Vin.

(*7)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta' April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999 (ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1).”

(*8)  W. Horwitz, L.R. Kamps, K.W. Boyer, J.Assoc.Off.Analy.Chem.,1980, 63, 1344.

(*9)  M. Thompson, Analyst, 2000, p. 125 u 385-386.”

(*10)  M. Thompson and R. Wood, Accred. Qual. Assur., 2006, p. 10 u 471-478.

(*11)  http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/contaminants/report-sampling_analysis_2004_en.pdf”

(*12)  http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/contaminants/report-sampling_analysis_2004_en.pdf” ”


20.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 837/2011

tad-19 ta’ Awwissu 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Awwissu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AR

38,5

MK

29,3

ZZ

33,9

0707 00 05

TR

74,4

ZZ

74,4

0709 90 70

EC

45,6

TR

125,7

ZZ

85,7

0805 50 10

AR

60,9

BR

45,3

TR

64,0

UY

60,8

ZA

79,4

ZZ

62,1

0806 10 10

EG

67,8

MK

41,0

TR

155,5

ZZ

88,1

0808 10 80

AR

85,5

BR

43,8

CL

112,6

CN

64,4

NZ

103,0

US

209,5

ZA

91,1

ZZ

101,4

0808 20 50

AR

161,3

CL

156,9

CN

52,2

TR

148,9

ZA

116,2

ZZ

127,1

0809 30

TR

125,4

ZZ

125,4

0809 40 05

BA

46,2

ZZ

46,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


20.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 838/2011

tad-19 ta’ Awwissu 2011

dwar il-kwistjoni tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet li tressqu fl-ewwel 7 ijiem ta' Awwissu 2011 skont il-kwota tariffarja għaċ-ċanga ta' kwalità għolja amministrata mir-Regolament (KE) Nru 620/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 620/2009 tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2009 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja tal-importazzjoni għaċ-ċanga ta' kwalità għolja (3) jistipula regoli dettaljati għat-tressiq u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni.

(2)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jipprovdi li, f'każijiet fejn il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu tal-kwota, il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni għandhom ikunu ffissati għall-kwantitajiet koperti minn kull applikazzjoni għal-liċenzja. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni li tressqu skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 620/2009 bejn l-1 u s-7 ta’ Awwissu 2011 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, għandhom ikunu deċiżi l-estent li bih jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni u l-koeffiċjent tal-allokazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni koperti mill-kwota li ġġib in-numru tas-serje 09.4449 u li tressqu bejn l-1 u s-7 ta’ Awwissu 2011 skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 620/2009, għandhom jiġu mmultiplikati b'koeffiċjent tal-allokazzjoni ta’ 0,490234 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)   ĠU L 182, 15.7.2009, p. 25.


DEĊIŻJONIJIET

20.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/20


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Awwissu 2011

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-Fosfatidilserina mill-fosfolipidi tas-sojja bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5897)

(2011/513/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar ikel ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-28 ta’ Settembru 2009, il-kumpanija Cantox Health Science International ressqet talba f’isem il-kumpanija Enzymotec Ltd lill-awtoritajiet kompetenti fil-Finlandja biex tkun tista’ tpoġġi l-Fosfatidilserina mill-fosfolipidi tas-sojja fis-suq bħala ingredjent ġdid tal-ikel.

(2)

Fl-14 ta’ April 2010 l-istituzzjoni kompetenti għall-evalwazzjoni tal-ikel tal-Finlandja ħarġet ir-rapport inizjali ta’ valutazzjoni tagħha. F’dak ir-rapport waslet għall-konklużjoni li l-kumpanija Enzymotec tat biżżejjed informazzjoni biex tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-Fosfatidilserina mill-fosfolipidi tas-sojja bħala ingredjent ġdid tal-ikel.

(3)

Il-Kummissjoni bagħtet l-ewwel rapport ta’ valutazzjoni lill-Istati Membri kollha fil-21 ta’ April 2010.

(4)

Fi żmien il-perjodu ta’ 60 jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, tressqet oġġezzjoni motivata waħda għat-tqegħid fis-suq tal-prodott skont dik id-dispożizzjoni u din ikkonċernat il-konsum massimu ta’ kuljum. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(4), tinħtieġ Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tqis l-oġġezzjoni motivata mressqa.

(5)

Il-Fosfatidilserina mill-fosfolipidi tas-sojja tikkonforma mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Fosfatidilserina mill-fosfolipidi tas-sojja, kif speċifikati fl-Anness I, jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent ġdid tal-ikel għall-użi mniżżla fl-Anness II.

Artikolu 2

L-ispeċifikazzjoni tal-Fosfatidilserina mill-fosfolipidi tas-sojja awtorizzata b’din id-Deċiżjoni u li trid tidher fuq it-tikketta tal-oġġetti tal-ikel għandha tkun “Fosfatidilserina tas-sojja”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Enzymotec Ltd, P.O. Box 6, Migdal HaEmeq, 23106 l-Iżrael.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.


ANNESS I

Speċifikazzjonijiet tal-Fosfatidilserina mill-fosfolipidi tas-sojja

Deskrizzjoni:

L-ingredjent il-ġdid tal-ikel huwa trab ta’ lewn abjad maħmuġ jew isfar ċar. Huwa disponibbli wkoll f’għamla likwida ta’ lewn kannella jew oranġjo trasparenti. L-għamla likwida fiha t-triagliċeridi b’katina medja (MCT) bħala trasportatur. Fiha livelli iktar baxxi ta’ Fosfatidilserina minħabba li tinkludi ammonti sinifikanti ta’żejt (MCT).

Il-Fosfatidilserina mill-fosfolipidi tas-sojja tinkiseb mit-transfosfatidilazzjoni enżimatika tal-leċitinia tas-sojja b’livelli għolja ta’ fosfatidilkolina mal-aċidu ammin L-serina. Il-fosfatidilserina tikkonsisti minn qafas tal-gliċerofosfat ikkonjugat b’żewġ aċidi grassi u L-serina permezz ta’ rabta tal-fosfodiesteru.

Formula Strutturali:

Image 3

Test ta 'immaġni

Karatteristiċi tal-Fosfatidilserina mill-fosfolipidi tas-sojja

Parametru

Fl-għamla ta’ trab

Fl-għamla likwida

Umdità

inqas minn 2 %

inqas minn 2 %

Fosfolipidi

mhux anqas minn 85 %

mhux anqas minn 25 %

Fosfatidilserina

mhux anqas minn 61 %

mhux anqas minn 20 %

Gliċeridi

inqas minn 2 %

mhux applikabbli

L-serina ħielsa

inqas minn 1 %

inqas minn 1 %

Tokoferoli

inqas minn 0,3 %

inqas minn 0,3 %

Fitosteroli

inqas minn 0,2 %

inqas minn 0,2 %


ANNESS II

Livell tal-użu (mg) tal-Fosfatidilserina mill-fosfolipidi tas-sojja

Xarbiet magħmula mill-jogurt

50 mg/100 ml

Trabijiet magħmula mit-trab tal-ħalib

3,5 g/100 g

(ekwivalenti għal 40 mg/100 ml tal-prodott lest għax-xorb)

Ikel ibbażat fuq il-jogurt

80 mg/100 g

Bars taċ-ċereali

350 mg/100 g

Ħelu magħmul miċ-ċikkulata

200 mg/100 g

Il-Fosfatidilserina mill-fosfolipidi tas-Sojja jistgħu jintużaw fl-ikel għal skopijiet medikali speċjali meta jkun konformi biss mad-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE (1).


(1)   ĠU L 91, 7.4.1999, p. 29.