ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.214.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 214

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
19 ta' Awwissu 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 831/2011 tas-16 ta’ Awwissu 2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-karbonat tal-barju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 832/2011 tat-18 ta’ Awwissu 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

11

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 833/2011 tat-18 ta’ Awwissu 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

13

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/510/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Awwissu 2011 li testendi l-perjodu msemmi fl-Artikolu 114(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b’rabta mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jżommu l-valuri ta’ limitu għaċ-ċomb, il-barju, l-arseniku, l-antimonju, il-merkurju u n-nitrosamini u s-sustanzi nitrosatabbli fil-ġugarelli nnotifikati mill-Ġermanja skont l-Artikolu 114(4) (notifikata bid-dokument numru C(2011) 5355)  ( 1 )

15

 

 

2011/511/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Awwissu 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tfassal elenku ta’ entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jistgħu jkollhom aċċess għad-dejta kunfidenzjali għall-għanijiet xjentifiċi (notifikata bid-dokument numru C(2011) 5777)  ( 1 )

19

 

 

2011/512/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Awwissu 2011 li temenda l-Anness I mad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrati rispettivi tal-Baħrejn u l-Libanu fil-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina (notifikata bid-dokument numru C(2011) 5863)  ( 1 )

22

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

19.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 831/2011

tas-16 ta’ Awwissu 2011

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-karbonat tal-barju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 9(4) u 11(2), (5) u (6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1175/2005 (2) il-Kunsill, impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-karbonat tal-barju mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Ir-rata tad-dazju speċifiku u definittiv tvarja minn EUR 6,3 sa EUR 56,4 kull tunnellata.

2.   Talba għal reviżjoni ta’ skadenza

(2)

Wara l-pubblikazzjoni, f’Marzu 2010, ta’ avviż ta’ skadenza imminenti tal-miżuri anti-dumping li huma applikabbli għal importazzjonijiet tal-karbonat tal-barju li joriġina fir-RPĊ (3), il-Kummissjoni rċeviet fid-19 ta’ April 2010 talba għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(3)

It-talba għal reviżjoni ta’ skadenza ġiet ippreżentata minn Solvay & CPC Barium Strontium GmbH & Co. KG (“l-applikant”), l-uniku produttur tal-karbonat tal-barju fl-Unjoni Ewropea, li jirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-BaCO3. It-talba kienet imsejsa fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni ta’ dumping u l-kontinwazzjoni ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

(4)

Meta ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza sabiex tingħata bidu għal reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ppubblikat avviż ta’ bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“avviż ta’ bidu”) (4).

3.   Investigazzjoni

3.1.   Perijodu ta’ investigazzjoni ta’ reviżjoni u perijodu kkunsidrat

(5)

L-investigazzjoni li tirrigwarda l-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta’ dumping u ħsara kopriet il-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 (“Perijodu tal-Investigazzjoni tar-Reviżjoni” jew “PIR”).

(6)

L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dannu kopriet il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-aħħar tal-PIR (“il-perijodu kkunsidrat”).

3.2.   Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

(7)

Il-Kummissjoni avżat b’mod uffiċjali lill-applikant, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ, l-importaturi/negozjanti, l-utenti fl-Unjoni magħrufa li huma kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet u l-produtturi tagħhom fil-pajjiż analogu kif ukoll l-awtoritajiet tar-RPĊ bil-bidu tar-reviżjoni.

(8)

Il-Kummissjoni tat ukoll l-opportunità lill-partijiet interessati jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta fil-limitu ta’ żmien stipulat fl-avviż ta’ bidu. Il-partijiet kollha interessati, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta.

(9)

Fid-dawl tan-numru li jidher għoli ta’ produtturi esportaturi miċ-Ċina elenkati fit-talbiet, sar ħsieb biex iseħħ it-teħid tal-kampjuni fl-avviż ta’ bidu għad-determinazzjoni tad-dumping u l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping, f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(10)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni hux meħtieġ, u jekk iva, li tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha ntalbu jippreżentaw irwieħhom quddiem il-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fl-avviż ta’ bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom li huma relatati mal-prodott ikkonċernat matul il-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010.

(11)

Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet minn tliet kumpanniji jew gruppi ta’ kumpannija biss fir-RPĊ u għaldaqstant ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ fir-rigward tal-produtturi esportaturi Ċiniżi.

(12)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati u lil dawk li talbu kwestjonarju fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-avviż ta’ bidu.

(13)

Ir-risposti għal dan il-kwestjonarju waslu mill-applikant u l-aġent relatat miegħu, disa’ utenti, erba’ importaturi, żewġ produtturi esportaturi fir-RPĊ u żewġ produtturi f’pajjiżi analogi possibbli. Wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li wieġbu għall-eżerċizzju ta’ teħid ta’ kampjuni ddeċieda li ma jikkooperax aktar fil-proċedimenti.

(14)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġ għall-għan tad-determinazzjoni tal-possibbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u ħsara u għad-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fil-proprjetà tal-kumpanniji li ġejjin:

(a)

Applikant

Solvay & CPC Barium Strontium GmbH & Co. KG, Hannover u l-kumpannija relatata miegħu Solvay Bario e Derivati SpA., Massa

(b)

Produtturi esportaturi fir-RPĊ

Zaozhuang Yongli Chemical Co., Ltd., Shangdong Province

Guizhou Red Star Developing Import & Export Co., Ltd., Guizhou Province

(ċ)

Produtturi fil-pajjiż analogu (Indja)

Solvay Vishnu Barium Private Limited, Hyderabad

(d)

Importaturi

Norkem Limited, Knutsford, ir-Renju Unit

L’Aprochimide Srl, Muggio, l-Italja

(e)

Utenti

Technische Glasswerke Illmenau GmbH, Illmenau, il-Ġermanja

B.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

1.   Prodott ikkonċernat

(15)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni preċedenti u huwa definit kif ġej: karbonat tal-barju b’kontenut ta’ strontium ta’ aktar minn 0,07 % bil-piż u b’kontenut ta’ sulfur ta’ aktar minn 0,0015 % bil-piż, kemm jekk fi trab, f’għamla granulari jew granulari kalċinata ppressata, li joriġina fir-RPĊ, li bħalissa huwa kklassifikat taħt il-kodiċi NM ex 2836 60 00.

(16)

Il-karbonat tal-barju huwa primarjament użat fl-industrija tal-briks u l-madum, is-settur taċ-ċeramika u fil-produzzjoni tal-ferrit. Qabel kien jintuża fil-produzzjoni tat-tubi tar-raġġi katodiċi tat-televiżjoni (CRT) iżda din l-applikazzjoni ma baqgħetx tidher fl-Unjoni wara li ġew sostitwiti bi skrins LCD u plasma.

2.   Prodott simili

(17)

Bħal fl-investigazzjoni oriġinali, din il-proċedura wriet li l-karbonat tal-barju prodott fir-RPĊ u esportat lejn l-Unjoni, kif ukoll il-karbonat tal-barju prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu (l-Indja) u dak immanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-applikant għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u kimiċi u l-istess użi bażiċi.

(18)

Għalhekk, dawn il-prodotti jitqiesu li huma prodotti simili fit-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   DUMPING

(19)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni ta’ dumping.

1.   Ġenerali

(20)

Mis-16-il esportatur produttur Ċiniż li ġew ikkuntattjati fil-bidu tar-reviżjoni ta’ skadenza, tlieta wieġbu għall-eżerċizzju ta’ teħid ta’ kampjuni iżda tnejn biss ikkooperaw bi sħiħ mal-Kummissjoni billi wieġbu għal kwestjonarju sħiħ.

2.   Pajjiż analogu

(21)

Minħabba li r-RPĊ hija ekonomija fi tranżizzjoni u f’konformità mal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għal produtturi esportaturi li ma ngħatawx trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”) irid jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew il-valur kostruwit f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq (“pajjiż analogu”).

(22)

L-Istati Uniti tal-Amerika serviet bħala pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali u ġiet proposta fl-investigazzjoni preżenti għall-iskopijiet ta’ twaqqif ta’ valur normali. Madankollu, tqies meħtieġ li jiġi verifikat jekk il-pajjiż għadux xieraq għar-reviżjoni preżenti ta’ skadenza. Il-produtturi kollha magħrufa tal-karbonat tal-barju madwar id-dinja, i.e. fil-Brażil, l-Indja, il-Ġappun u l-Istati Uniti tal-Amerika rċevew ittra.Waslu lura żewġ tweġibiet, waħda minn produttur fl-Istati Uniti tal-Amerika u oħra minn produttur fl-Indja.

(23)

Wara analiżi bir-reqqa tal-kriterji bħall-produzzjoni totali, in-numru ta’ produtturi, il-kompetizzjoni fis-suq, l-importazzjonijiet totali, id-dazji anti-dumping u d-dazji doganali kemm fis-swieq domestiċi Amerikani kif ukoll f’dawk Indjani, ġie deċiż li tintgħażel l-Indja bħala pajjiż analogu. L-għażla tal-Indja, f’konformità mal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, kienet meqjusa bħala aktar xierqa mill-Istati Uniti tal-Amerika minħabba d-daqs akbar tas-suq tagħha, il-volumi akbar tal-importazzjonijiet u l-kompetizzjoni aktar b’saħħitha fis-suq domestiku tagħha għal dan il-prodott. F’dak ir-rigward, ma waslu l-ebda kummenti jew oġġezzjonijiet minn xi parti interessata. B’riżultat ta’ dan, il-valur normali għal produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES ġie bbażat fuq id-dejta provduta mill-produttur fl-Indja.

3.   Dumping ta’ importazzjonijiet matul il-PIR

3.1.   Valur normali

(24)

Għall-kumpannija li ngħatat TES fl-investigazzjoni oriġinali, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-karbonat tal-barju lil konsumaturi indipendenti kienx rappreżentattiv matul il-PIR, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ dan il-bejgħ kienx jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-bejgħ mill-esportazzjoni tal-prodott lejn l-Unjoni. L-investigazzjoni wriet li dan il-bejgħ ma kienx rappreżentattiv u għaldaqstant il-valur normali kellu jinbena. Il-valur normali stabbilit kien ibbażat fuq l-ispiża totali tal-manifattura flimkien mal-ispejjeż ġenerali u amministrattivi tal-bejgħ tal-kumpannija (“spejjeż tal- SĠA”) u l-profitt miksub fuq bejgħ domestiku li sar fl-andament normali tan-negozju tal-prodott simili.

(25)

Għall-kumpannija li ma ngħatatx TES fl-investigazzjoni oriġinali, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mill-produttur kooperattiv fil-pajjiż analogu.

(26)

L-ewwel ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku totali tal-prodott simili lil klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri jekk kienx jirrappreżenta 5 % jew aktar tal-volum tal-bejgħ totali tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni. Il-bejgħ domestiku tal-produttur kooperattiv fl-Indja kien ikkunsidrat bħala rappreżentat b’mod suffiċjenti matul il-PIR.

(27)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili jistax jitqies li qiegħed jinbiegħ fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi, għall-prodott simili mibjugħ fis-suq tal-Indja, ġie stabbilit proporzjon tal-bejgħ domestiku bi profitt lil klijenti indipendenti matul il-PIR. Minħabba li ma kienx hemm bejgħ bi profitt tal-prodott simili matul il-PIR, il-valur normali kellu jinbena. Il-valur normali kien ibbażat fuq l-ispiża totali tal-manifattura tal-produttur ikkonċernat flimkien ma’ ammont raġonevoli għall-ispejjeż tal-SĠA u ammont raġonevoli ta’ profitt f’konformità mal-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku. L-ispejjeż tal-SGA u l-profitt miżjud flimkien mal-ispejjeż tal-manifattura tal-prodott simili li ntuża kienu konformi ma’ dawk li ntużaw fl-investigazzjoni oriġinali u ammontaw għal 10,6 % tal-ispejjeż tal-SGA u 7,2 % għall-profitt. Ma kienet provduta l-ebda informazzjoni li turi li dawn l-ammonti ma kienux raġonevoli, lanqas li l-livell ta’ profitt użat jaqbeż il-profitt li normalment jintlaħaq minn esportaturi jew produtturi oħrajn fuq bejgħ ta’ prodotti tal-istess kategorija ġenerali fis-suq domestiku fil-pajjiż ta’ oriġini.

3.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(28)

Il-bejgħ kollu mill-esportazzjoni lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ikkonċernati sar direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni u għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li jistgħu jiġu mħallsa.

3.3.   Tqabbil

(29)

It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika.

(30)

Għall-finijiet li jkun żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, u f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, saret konċessjoni dovuta fil-forma ta’ aġġustamenti fir-rigward ta’ ċerti differenzi fit-trasport u l-kummissjonijiet, li affettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet.

3.4.   Marġni ta’ dumping

(31)

F’konformità mal-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping ġie stabbilit abbażi ta’ tqabbil tal-valur normali medju differenzjat mal-prezzijiet tal-esportazzjoni medji differenzjati fl-istess livell ta’ kummerċ.

(32)

Għall-kumpanija li ngħatat TES fl-investigazzjoni oriġinali, dan it-tqabbil wera li l-kumpannija kompliet id-dumping f’livell saħansitra ogħla.

(33)

Għall-kumpannija li ma ngħatatx TES fl-investigazzjoni oriġinali, it-tqabbil li sar f’konformità mal-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku wera dumping sinifikanti. Din il-kumpannija tirrappreżenta 98 % tal-esportazzjonijiet li huma soġġetti għad-dazju residwu, it-2 % li baqa’ tal-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fil-proċediment ma jistgħux jinfluwenzaw il-marġni ta’ dumping li nstab. Barra minn hekk, fir-rigward tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni huwa meqjus li ma jistgħux jiddumpjaw f’livell iktar baxx minn dak tal-kumpannija li qed itkkoopera.

D.   PROBABBILTÀ TAL-KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING

(34)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie mistħarreġ jekk kienx probabbli li d-dumping jitkompla jekk il-miżuri jitneħħew.

(35)

Fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping ġie mistħarreġ l-iżvilupp tal-produzzjoni u tal-kapaċità ta’ produzzjoni fir-RPĊ kif ukoll l-iżvilupp probabbli tal-bejgħ ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni u swieq oħra ta’ pajjiżi terzi.

(36)

Skont l-ilment, ir-RPĊ hija bil-bosta l-ikbar produttur tal-karbonat tal-barju madwar id-dinja. Barra minn hekk ir-RPĊ hija wkoll l-ikbar produttur tal-Barit li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Iż-żewġ kumpanniji li qed jikkooperaw waħedhom għandhom kapaċità ta’ produzzjoni ta’ 331 000 tunnellata fis-sena li hija madwar 3 darbiet dik tal-konsum tal-Unjoni fil-PIR. Barra minn hekk dawn iż-żewġ kumpanniji kellhom total ta’ kapaċità żejda ta’ 34 000 tunnellata li huma biżżejjed biex ifornu nofs il-konsum tal-Unjoni.

(37)

Tlieta mill-produtturi ewlenin ta’ madwar id-dinja tal-karbonat tal-barju (l-Istati Uniti tal-Amerika, l-Indja u l-Brażil) bħalissa għandhom miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott konċernat. Jista’ jiġi konkluż li meta wieħed iqis il-kapaċità żejda tal-produzzjoni sinifikanti fir-RPĊ u l-prassi tad-dumping f’bosta swieq, jekk il-miżuri jitneħħew, jiġu lejn is-suq tal-Unjoni volumi addizzjonali.

(38)

Il-fatt li, minkejja l-eżistenza ta’ miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi, il-produtturi esportaturi Ċiniżi rnexxielhom jesportaw kwantitajiet sinifikanti lejn l-Unjoni fil-PIR (bi prezz medju ta’ EUR 251 kull tunnellata) u biex ikabbru s-sehem tas-suq tagħhom fl-Unjoni, juri l-interess kontinwu tal-esportaturi Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni.

(39)

Huwa saħansitra aktar ċar fuq il-bażi tal-istatistika tal-esportazzjoni Ċiniża li l-Unjoni hija suq attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi minħabba li huma kisbu wħud mill-ogħla prezzijiet ta’ esportazzjoni (minkejja d-dumping) meta esportaw lejn l-Unjoni. Skont l-istatistika Ċiniża tal-esportazzjoni, il-prezz medju ta’ bejgħ lejn l-Unjoni matul il-PIR kien USD 269 FOB filwaqt li l-prezz medju ta’ esportazzjoni lejn l-Indja kien ta’ USD 220.

(40)

L-istatistika tal-esportazzjoni Ċiniża wriet li minkejja t-tmiem tal-applikazzjoni ewlenija għall-karbonat tal-barju (il-produzzjoni tas-CRT) l-esportazzjonijiet Ċiniżi żdiedu madwar id-dinja minn 130 000 tunnellata fl-2009 għal 158 000 tunnellata fl-2010.

(41)

Jekk il-miżuri jitneħħew, huwa mistenni li, fid-dawl tal-kapaċità kbira ta’ produzzjoni żejda fir-RPĊ, l-esportazzjonijiet Ċiniżi x’aktarx ikunu direzzjonati lejn l-Unjoni. Il-fatt li s-swieq ewlenin madwar id-dinja bħall-Istati Uniti tal-Amerika, l-Indja u l-Brażil huma protetti b’dazji ta’ anti-dumping għoljin, jappoġġja din il-konklużjoni.

(42)

Il-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet x’aktarx li jkomplu jkunu bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minħabba li ma hemmx indikazzjoni li l-esportaturi ser ibiddlu l-mod ta’ kif qed jipprezzaw jekk il-miżuri jitneħħew.

(43)

Għalhekk il-konklużjoni hi li x’aktarx ikun hemm kontinwazzjoni tad-dumping.

E.   DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(44)

L-uniku produttur tal-Unjoni li kkoopera jammonta għal 100 % tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-karbonat tal-barju matul il-PIR. Għalhekk qed jitqies li jikkostitwixxi l-industrija tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) u tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

F.   SITWAZZJONI TAS-SUQ TAL-UNJONI

1.   Konsum tal-Unjoni

Tabella 1

Konsum tal-Unjoni

 

2007

2008

2009

PIR

Konsum (f’tunnellati)

123 354

104 037

62 637

76 560

Indiċi

100

84

51

62

Sors: Tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni u l-istatistika tal-Eurostat

(45)

Il-konsum tal-Unjoni kien imsejjes fuq il-volum aggregat ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni u l-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, skont dejta tal-Eurostat.

(46)

Fuq din il-bażi u kif muri fit-Tabella 1 hawn fuq, il-konsum tal-Unjoni naqas b’mod sinifikanti matul il-perijodu kkunsidrat, jiġifieri bi 38 % li huwa spjegat l-aktar bil-fatt li fl-Unjoni sparixxiet l-attività tal-manifattura tas-CRT.

2.   Volum, sehem tas-suq u prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

Tabella 2

Importazzjonijiet mir-RPĊ bil-volum, is-sehem tas-suq u l-prezz ta’ importazzjoni

 

2007

2008

2009

PIR

Volum tal-importazzjoni f’tunnellati

76 306

64 573

37 341

48 720

Indiċi

100

85

49

64

Sehem mis-suq

61,9  %

62,1  %

59,6  %

63,6  %

Indiċi

100

100

96

103

Prezz ta’ importazzjoni CIF EUR/tunnellata

230

257

239

251

Indiċi

100

112

104

109

Sors: Statistika tal-Eurostat

(47)

Matul il-perijodu kkunsidrat il-volumi ta’ importazzjoni mir-RPĊ naqsu b’36 % filwaqt li l-konsum fl-Unjoni żdied bi 38 %. Minkejja l-miżuri anti-dumping li jeżistu, u fl-isfond ta’ konsum li qed jonqos, is-sehem tas-suq Ċiniż żdied bi tliet punti perċentwali matul il-perijodu kkunsidrat.

(48)

Il-prezzijiet medji ta’ importazzjoni mir-RPĊ żdiedu b’9 % matul il-perijodu kkunsidrat. L-ogħla żieda fil-prezzijiet seħħet bejn l-2007 u l-2008 minħabba li fl-2009 il-prezzijiet niżlu qabel reġgħu żdiedu fil-PIR.

(49)

Il-prezz medju tal-fabbrika tal-industrija tal-Unjoni tqabbel mal-prezzijiet medji ta’ importazzjoni CIF Ċiniżi fuq il-fruntiera tal-Unjoni. Dawn il-prezzijiet instabu minn ċifri tal-Eurostat u kienu jinkludu spejjeż ta’ wara l-importazzjoni, dazji doganali u ta’ anti-dumping. It-tqabbil wera li l-prezzijiet ta’ importazzjoni Ċiniżi waqqgħu l-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR b’37,9 %. Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq instab li kieku l-miżuri ma kinux fis-seħħ il-prezzijiet ta’ importazzjoni Ċiniżi kienu jwaqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni bi 44,1 %.

3.   Volum u sehem mis-suq ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(50)

Volumi totali tal-importazzjoni tal-karbonat tal-barju minn pajjiżi terzi ħlief dawk tar-RPĊ kienu insinifikanti u rrappreżentaw inqas minn 1 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-perijodu kkunsidrat.

(51)

Għandu jiġi nnutat li l-prezzijiet ta’ importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra ma waqqgħux il-prezzijiet tal-Unjoni fil-PIR.

4.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità

(52)

Għandu jiġi nnotat li minħabba li l-industrija tal-Unjoni tikkonsisti fi produttur wieħed biss, id-dejta li hija marbuta mal-produzzjoni, il-kapaċità u l-użu kellha tiġi rappurtata fil-forma ta’ indiċi.

Tabella 3

Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità tal-Unjoni

Indiċi

2007

2008

2009

PIR

Produzzjoni

100

79

36

47

Il-kapaċità ta’ produzzjoni

100

100

100

100

L-użu tal-kapaċità

100

79

36

47

Sors: Tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni

(53)

Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b’53 % matul il-perijodu kkunsidrat. Għandu jiġi nnotat li l-industrija tal-Unjoni adattat il-mudell tagħha tal-produzzjoni sa mill-2003 sabiex tissodisfa b’mod adegwat is-sitwazzjoni l-ġdida tas-suq u l-għib tal-applikazzjoni tal-iskrin tas-CRT. B’konsegwenza ta’ dan, il-kapaċità tal-produzzjoni naqset b’iktar minn 50 % minħabba li l-prodott li qed jiġi rivedut issa huwa prodott f’kampanji li jalternaw fuq l-istess tagħmir bħal dak tal-karbonat tal-istronzju.

(54)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni baqgħet l-istess matul il-perijodu kkunsidrat. Għaldaqstant l-użu tal-kapaċità żviluppa b’mod simili bħal dak tal-volumi ta’ produzzjoni.

4.2.   Inventarji

Tabella 4

Inventarji

 

2007

2008

2009

PIR

Indiċi

100

97

41

41

Sors: Tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni

(55)

Il-prodott fl-imħażen naqas b’59 % matul il-perijodu kkunsidrat. Dan it-tnaqqis huwa minħabba talba li naqset u l-ħila tal-industrija tal-Unjoni li tadatta għas-sitwazzjoni l-ġdida tas-suq.

4.3.   Volum ta’ bejgħ u prezzijiet

Tabella 5

Volum ta’ bejgħ, valuri u prezz ta’ bejgħ għal kull unità

 

2007

2008

2009

PIR

Volum ta’ bejgħ (indiċi)

100

84

53

59

Valur ta’ bejgħ (indiċi)

100

92

66

73

Prezz tal-bejgħ għal kull unità (indiċi)

100

109

124

123

Sors: Tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni

(56)

Il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’41 % matul il-perijodu kkunsidrat. It-tnaqqis ewlieni seħħ fl-2009 minħabba t-tnaqqis ekonomiku ġenerali. Għaldaqstant il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas proporzjonalment aktar mill-konsum tal-UE fl-istess perijodu. Il-valur tal-bejgħ naqas b’mod inqas sinifikanti mill-volum minħabba li l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-livelli tagħha ta’ prezzijiet matul il-perijodu kkunsidrat meta l-prezzijiet ta’ bejgħ għal kull unità żdiedu bi 23 %.

4.4.   Sehem u tkabbir fis-suq

Tabella 6

Sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni

 

2007

2008

2009

PIR

Indiċi

100

100

105

95

Sors: Tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni, statistika aġġustata tal-Eurostat

(57)

Is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied b’5 % fl-2009 qabel niżel b’mod sinifikanti b’10 % fil-PIR. Dan jindika li fin-nuqqas ta’ tkabbir fis-suq, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżomm is-sehem tagħha tas-suq.

4.5.   Impjiegi, pagi u produttività

Tabella 7

Impjiegi, pagi u produttività

 

2007

2008

2009

PIR

Impjiegi (indiċi)

100

87

55

57

Pagi (EUR/impjegat; indiċi)

100

108

106

113

Produttività (indiċi)

100

91

65

82

Sors: Tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni

(58)

L-impjiegi naqsu b’mod sinifikanti matul il-perijodu kkunsidrat konsegwenza tat-tnaqqis ekonomiku u s-sitwazzjoni l-ġdida tas-suq. Il-pagi medji żdiedu bi 13 % b’konsegwenza ta’ rata għolja ta’ inflazzjoni li affetwat b’mod dirett l-indiċjar tas-salarju. Il-produttività naqset bi 18 % matul l-istess perijodu b’riżultat tat-tnaqqis fil-volum ta’ produzzjoni li ma setax jiġi kkumpensat mit-tnaqqis tan-numru ta’ ħaddiema.

4.6.   Profittabilità

Tabella 8

Profittabilità

 

2007

2008

2009

PIR

Indiċi

-100

-192

-351

-206

Sors: Tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni

(59)

Il-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset b’iktar minn 106 % matul il-perijodu kkunsidrat b’konsegwenza tat-tnaqqis ekonomiku u l-għib tal-applikazzjoni tal-iskrin tas-CRT li t-tnejn li huma affettwaw il-volumi u l-ispejjeż tal-bejgħ tal-produzzjoni. L-industrija kienet qed tagħmel telf b’mod kontinwu fil-perijodu kkunsidrat.

4.7.   Investimenti, redditu fuq l-investimenti u abbiltà li jiżdied il-kapital

Tabella 9

Investimenti u dħul fuq l-investimenti

 

2007

2008

2009

PIR

Investiment (indiċi)

100

82

90

97

Dħul fuq l-investiment (indiċi)

-100

-251

-506

-176

Sors: Tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni

(60)

L-investimenti baqgħu stabbli matul il-perijodu kkunsidrat. L-investimenti li saru mill-industrija tal-Unjoni kienu inklużi fis-sena ta’ meta kienu saru. Dħul fuq l-investiment (qligħ espress bħala persentaġġ ta’ investimenti kull sena) żviluppa b’mod negattiv matul il-perijodu kkunsidrat flimkien ma’ dak tal-profittabbiltà.

(61)

L-investigazzjoni ma kixfitx evidenza li l-industrija tal-Unjoni kellha xi problemi ewlenin biex tiġbor il-kapital. Madankollu għandu jiġi nnutat li l-investimenti li saru fil-perijodu kkunsidrat ma kinux sinifikanti.

4.8.   Likwidità

Tabella 10

Likwidità

 

2007

2008

2009

PIR

Indiċi

-100

-83

25

32

Sors: Tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni

(62)

Il-l ikwiditàtjiebet b’mod sinifikanti b’konsegwenza tat-tnaqqis fil-volumi tal-inventarji.

4.9.   Daqs tal-marġni tad-dumping

(63)

Matul il-PIR, minkejja l-miżuri fis-seħħ, id-dumping sostanzjali kompla f’livelli ogħla minn dawk stabbiliti fl-investigazzjoni oriġinali, abbażi kemm tad-dejta mogħtija mill-produtturi esportaturi li kkooperaw u mill-Eurostat.

4.10.   Irkupru mill-effetti ta’ dumping tal-imgħoddi

(64)

L-industrija tal-Unjoni, f’kuntest ekonomiku negattiv ġġustifikat mit-tnaqqis ekonomiku ġenerali u l-għib ta’ applikazzjoni importanti waħda, ma rkupratx mid-dumping ta’ qabel, b’mod partikolari f’termini ta’ volumi ta’ bejgħ, prezz tal-bejgħ u profittabbiltà. Barra minn hekk instab li d-dumping kompla fil-PIR.

4.11.   Attività ta’ esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

Tabella 11

Volum ta’ esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

 

2007

2008

2009

PIR

Indiċi

100

86

45

66

Sors: Tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni

(65)

L-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni tal-karbonat tal-barju naqsu b’34 % matul il-perijodu kkunsidrat. L-industrija tal-Unjoni setgħet tesporta biss volumi limitati minħabba l-kompetizzjoni iebsa mill-esportazzjonijiet Ċiniżi fi swieq li mhumiex tal-Unjoni. It-tnaqqis fil-volumi ta’ esportazzjoni matul il-perijodu kkunsidrat huwa ġġustifikat ukoll mit-tnaqqis ekonomiku.

4.12.   Konklużjoni dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni

(66)

Filwaqt li l-indikaturi kollha ewlenin tal-ħsara, bħall-volum tal-bejgħ, ilp-profitabbiltà, il-produzzjoni, l-impjiegi u l-produttività wrew żviluppi negattivi matul il-perijodu kkunsidrat, il-miżuri ta’ anti-dumping kellhom impatt ta’ taffija fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(67)

Sa fejn huwa kkunsidrat is-sehem tal-industrija tal-Unjoni, ix-xejra li qed tonqos bi ftit uriet li, minkejja miżuri eżistenti u filwaqt li l-konsum tas-suq naqas, l-importazzjonijiet Ċiniżi ma eskludewx biss pajjiżi oħra mis-suq iżda kisbu wkoll sehem fis-suq għas-spejjeż tal-industrija tal-Unjoni.

(68)

Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-iżvilupp negattiv tal-indikaturi marbuta mal-industrija tal-Unjoni, huwa meqjus li l-industrija tal-Unjoni kompliet iġġarrab ħsara materjali matul il-perijodu kkonċernat. Għalhekk saret analiżi biex jinstab jekk kienx hemm probabbiltà ta’ ħsara kontinwa f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

G.   PROBABBILTÀ TAL-KONTINWAZZJONI TAL-ĦSARA

1.   Taqsira tal-analiżi ta’ kemm huwa probabbli li jitkompla d-dumping u li jkun hemm rikorrenza ta’ dumping ta’ ħsara

(69)

Huwa mfakkar li l-kosnum fuq is-suq tal-Unjoni naqas b’mod sinifikanti minħabba li l-investigazzjoni oriġinali li saret minħabba l-għib tas-CRT u t-tnaqqis ekonomiku. F’dawn iċ-ċirkostanzi, is-sehem tas-suq ta’ importazzjonijiet Ċiniżi żdied b’iktar minn 15 % filwaqt li s-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi naqas b’mod sinifikanti. Dan juri li, minkejja l-miżuri fis-seħħ u t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi Ċiniżi wrew interess kontinwu fis-suq tal-Unjoni u setgħu jeskludu pajjiżi terzi mis-suq tal-Unjoni.

(70)

Huwa mfakkar ukoll li l-produtturi esportaturi fir-RPĊ komplew bid-dumping u waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni f’livelli sinifikanti ħafna fir-RPĊ. Ibbażat fuq dan, ma hemmx raġuni biex wieħed jemmen li l-produtturi esportaturi Ċiniżi mhux ser ikomplu bid-dumping u jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fil-futur.

(71)

L-investigazzjoni wriet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi kellhom kapaċitajiet żejda sinifikanti matul il-PIR, jiġifieri madwar 280 000 tunnellata. Dan jirrappreżenta aktar minn tliet darbiet tad-daqs tas-suq tal-Unjoni fil-PIR. Minkejja ż-żieda mistennija fit-talba fir-RPĊ, hija mistennija li tippersisti kapaċità żejda u li tibqa’ sinifikanti ħafna fis-snin li ġejjin.

(72)

Is-suq tal-Unjoni huwa d-destinazzjoni ewlenija tal-esportatur għall-RPĊ. Swieq oħra ewlenin tal-esportazzjoni bħall-Istati Uniti tal-Amerika u l-Indja, għandhom (5) miżuri anti-dumping xierqa kontra l-karbonat tal-barju li joriġina fir-RPĊ. Għaldaqstant dawn is-swieq huma prattikament inaċċessibbli għall-esportaturi Ċiniżi. Fid-dawl tal-interess tal-produtturi esportaturi Ċiniżi għas-suq tal-Unjoni, huwa mistenni li, f’każ li l-miżuri jitneħħew, volum kbir ta’ esportazzjonijiet jidħlu fis-suq tal-Unjoni, b’effett qawwi ġenerali ta’ tnaqqis tal-prezzijiet.

2.   Konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tal-ħsara

(73)

Fuq il-bażi ta’ dak ta’ hawn fuq, huwa kkunsidrat li jekk il-miżuri jitneħħew, x’aktarx ikun hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ lejn l-Unjoni, bi pressjoni biex il-prezzijiet jonqsu. Tali sitwazzjoni x’aktarx twassal għall-għib tal-industrija tal-Unjoni fit-termini medji billi min-naħa, il-volum imnaqqas ta’ bejgħ ma jippermettix li l-industrija tal-Unjoni li tnaqqas spejjeż fissi b’mod suffiċjenti u, min-naħa l-oħra, ma tkunx tista’ tilħaq livelli suffiċjenti ta’ prezzijiet. Il-kontinwità tal-ħsara kibret fil-perijodu li kien ikkunsidrat mit-tnaqqis ekonomiku u mill-għib ta’ applikazzjoni importanti.

3.   Żviluppi wara l-PIR

(74)

Minkejja li l-prezzijiet ta’ importazzjoni żdiedu bi 17,8 % mill-aħħar tal-PIR għal Frar 2011 filwaqt li l-prezzijiet ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’madwar 7 % biss fl-istess perijodu, l-importazzjonijiet tar-RPĊ kienu għadhom qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni b’iktar minn 15 % wara l-PIR.

H.   INTERESS TAL-UNJONI

1.   Kumment preliminari

(75)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku ġie analizzat jekk il-kontinwazzjoni tal-miżuri attwali ta’ anti-dumping tkunx kontra l-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. Il-kalkolu tal-interess tal-Unjoni kien imsejjes fuq stima tal-bosta interessi involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, importaturi u utenti tal-prodott ikkonċernat.

(76)

Billi l-investigazzjoni attwali hija reviżjoni ta’ skadenza, teħtieġ analiżi ta’ qagħda li fiha kienu diġà fis-seħħ il-miżuri anti-dumping u l-istima ta’ kull impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet affettwati mill-miżuri anti-dumping preżenti.

(77)

Abbażi ta’ dan ġie analizzat jekk kienx hemm raġunijiet inevitabbli li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu miżuri f’dan il-każ partikolari, minkejja l-konklużjonijiet ta’ hawn fuq dwar il-probabbiltà tal-kontinwità ta’ dumping u l-probabbiltà ta’ kontinwità ta’ ħsara.

2.   Interessi tal-industrija tal-Unjoni

(78)

L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni kienet qed topera b’mod kost-effettiv. Tabilħaqq, naqqset in-numru ta’ ħaddiema u bidlet il-mudelli ta’ produzzjoni sabiex tadatta għas-sitwazzjoni tas-swieq il-ġodda u tiżgura s-sostenibilità tal-impjant meta, kif indikat fil-premessa (53), il-karbonat tal-barju u l-karbonat tal-istronzju huma prodotti f’kampanji li jalternaw. Minkejja li l-miżuri ma kkontribwixxewx għall-irkupru tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, dawn kellhom effett ta’ taffija fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha. Tabilħaqq, mingħajr il-miżuri eżistenti, x’aktarx li s-suq tal-Unjoni kien ikun miżgħud b’importazzjonijiet ta’ prezz baxx li joriġinaw fir-RPĊ u l-industrija tal-Unjoni kien ikollha tagħlaq.

(79)

Kif imsemmi hawn fuq, il-mudell tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni hija bbażata fuq żewġ prodotti li huma interdipendenti; jiġifieri volumi ta’ bejgħ suffiċjenti għaż-żewġ prodotti huma meħtieġa sabiex inaqqsu l-ispejjeż fissi. Jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, iż-żieda mistennija fil-volum ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping twassal għal tnaqqis sostanzjali tal-attività tal-karbonat tal-barju, li minnha nnifisha, tagħmel l-attività tal-karbonat tal-istronzju inqas profittabbli, li twassal għall-iżmantellament eventwali tal-impjant kollu.

(80)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż li huwa fl-interess tal-industrija tal-Unjoni li jinżammu miżuri kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ.

3.   Interessi ta’ importaturi mhux relatati

(81)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-utenti kollha mhux relatati magħrufa. Waslu tweġibiet mingħand erba’ produtturi tal-Unjoni. Tnejn minn dawn l-importaturi kienu attivi fil-produzzjoni ta’ sospensjoni magħquda, soluzzjoni magħmula mill-karboatr tal-bajru, addittivi u ilma, għall-industrija tal-briks.

(82)

L-importaturi indikaw li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping wasslet biex il-prezzijiet jogħlew fiż-żmien tal-impożizzjoni. F’dan ir-rigward, wieħed għandu jinnota li ma kinitx aktar innutata tali differenza minħabba li l-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni meta mqabbla ma’ prezzijiet medji għas-swieq kollha li mhumiex tal-Unjoni nstabu li huma f’livell simili bħal matul il-PIR (6).

(83)

L-impurtaturi indikaw ukoll li ma kienx hemm nuqqas ta’ karbonat tal-barju fis-suq tal-Unjoni minkejja li kienu qed jaffaċċjaw diffikultajiet li dejjem jiżdiedu biex iġibu l-karbonat tal-barju mir-RPĊ minħabba talba domestika li żdiedet. Madankollu l-istatistika tal-importazzjoni ma turix xi żieda fil-volum tal-esportaturi tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul jew wara l-PIR. Dan huwa kkonfermat ukoll mis-sejbiet li jikkonċernaw kapaċità żejda fil-premessa (71).

(84)

Instab ukoll li l-miżuri fis-seħħ ma kellhomx effett negattiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-importaturi.

(85)

Abbażi ta’ dak ta’ hawn fuq, ġie konkluż li l-miżuri attwali fis-seħħ ma kellhomx effett sostanzjali negattiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom u li l-kontinwità tal-miżuri ma taffettwax b’mod mhux adegwat l-importaturi.

4.   Interessi tal-utenti

(86)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-utenti kollha magħrufa. Waslu tweġibiet minn disa’ utenti tal-prodott ikkonċernat. Kif indikat fil-premessa (16), l-utenti industrijali ewlenin tal-karbonat tal-barju fl-Unjoni huma attivi fl-industrija tal-briks u tal-madum, is-settur taċ-ċeramika u fil-produzzjoni tal-ferrit.

(87)

Utent wieħed issottometta li l-eżistenza jew il-kontinwità tal-miżuri ma tkunx fl-interess tal-utenti, madankollu ma appoġġax l-ilment tiegħu. Ħadd mill-utenti l-oħra li wieġbu għall-kwestjonarju ma indikaw li l-miżuri kellhom impatt sinfikanti fuq in-negozji tagħhom u li għandhom jitneħħew.

5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(88)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li ma hemmx raġunijiet inevitabbli kontra li l-miżuri ta’ anti-dumping jittawlu.

I.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(89)

Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa dwar il-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri. Ingħataw ukoll perijodu ta’ żmien biex jissottomettu l-kummenti u t-talbiet tagħhom wara l-iżvelar tar-riżultati. Ma wasal ebda kumment wara l-iżvelar.

(90)

B’hekk huwa ċar minn dak li hu msemmi hawn fuq li, kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-karbonat tal-barju li joriġina fir-RPĊ, imposti mir-Regolament (KE) Nru 1175/2005, għandhom jinżammu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet tal-karbonat tal-barju b’kontenut ta’ strontium ta’ aktar minn 0,07 % bil-piż u b’kontenut ta’ sulfur ta’ aktar minn 0,0015 % bil-piż, kemm jekk fi trab, f’għamla granulari jew granulari kalċinata ppressata, li bħalissa huwa kklassifikat bil-kodiċi NM ex 2836 60 00 (Kodiċi TARIC 2836600010), li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   L-ammont tad-dazju anti-dumping definittiv għandu jkun ugwali għal ammont fiss kif speċifikat hawn taħt għal prodotti magħmula minn dawn il-fabbrikanti:

Kumpannija

Rata tad-dazju

(EUR/t)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Hubei Jingshan Chutian Barium Salt Corp. Ltd, 62, Qinglong Road, Songhe Town, Jingshan County, Hubei Province, PRC

6,3

A606

Zaozhuang Yongli Chemical Co. Ltd, South Zhuzibukuang Qichun, Zaozhuang City Center District, Shandong Province, PRC

8,1

A607

Kumpanniji l-oħra kollha

56,4

A999

3.   F’każijiet fejn merkanzija saritilha xi ħsara qabel daħlet fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz li ġie mħallas jew kellu jitħallas huwa pproporzjonat għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (7), l-ammont ta’ dazju anti-dumping, ikkalkolat fuq il-bażi ta’ ammonti fissi stabbiliti hawn fuq, għandu jitnaqqas b’persentaġġ li jikkorrispondi għall-proporzjonar tal-prezz li tħallas jew għandu jitħallas.

4.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jibqa’ fis-seħħ għal perijodu ta’ ħames snin.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 189, 21.7.2005, p. 15.

(3)  ĠU C 78, 27.3.2010, p. 4.

(4)  ĠU C 192, 16.7.2010, p. 4.

(5)  Dazji Indjani anti-dumping kontra l-firxa Ċiniża ta’ karbonat tal-barju minn USD 76,06 għal USD 236 kull tunnellata; Dazji anti-dumping tal-Istati Uniti kontra firxa Ċiniża ta’ karbonat tal-barju minn 34,4 għal 81,3 %.

(6)  Sors: Statistika dwar l-esportazzjoni Ċiniża.

(7)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


19.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 832/2011

tat-18 ta’ Awwissu 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Awwissu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AR

38,5

MK

29,3

ZZ

33,9

0707 00 05

TR

141,4

ZZ

141,4

0709 90 70

EC

45,6

TR

147,7

ZZ

96,7

0805 50 10

AR

62,5

BR

45,3

CL

75,4

TR

64,0

UY

94,4

ZA

82,0

ZZ

70,6

0806 10 10

EG

67,8

MK

41,0

TR

158,0

ZZ

88,9

0808 10 80

AR

84,3

BR

60,8

CA

98,2

CL

115,4

CN

73,5

NZ

100,9

US

161,1

ZA

90,7

ZZ

98,1

0808 20 50

AR

161,3

CL

156,9

CN

49,3

NZ

115,4

ZA

117,2

ZZ

120,0

0809 30

TR

121,9

ZZ

121,9

0809 40 05

BA

46,2

ZZ

46,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


19.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 833/2011

tat-18 ta’ Awwissu 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 823/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Awwissu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 209, 17.8.2011, p. 41.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mid-19 ta’ Awwissu 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

48,04

0,00

1701 11 90  (1)

48,04

0,49

1701 12 10  (1)

48,04

0,00

1701 12 90  (1)

48,04

0,20

1701 91 00  (2)

53,24

1,50

1701 99 10  (2)

53,24

0,00

1701 99 90  (2)

53,24

0,00

1702 90 95  (3)

0,53

0,20


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

19.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ Awwissu 2011

li testendi l-perjodu msemmi fl-Artikolu 114(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b’rabta mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jżommu l-valuri ta’ limitu għaċ-ċomb, il-barju, l-arseniku, l-antimonju, il-merkurju u n-nitrosamini u s-sustanzi nitrosatabbli fil-ġugarelli nnotifikati mill-Ġermanja skont l-Artikolu 114(4)

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5355)

(it-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/510/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 114(6) tiegħu,

Billi:

II FATTI

(1)

Fl-20 ta’ Jannar 2011, il-Gvern Federali Ġermaniż talab, skont l-Artikolu 114(4) tat- Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-permess tal-Kummissjoni biex jibqa’ jżomm id-dispożizzjonijiet eżistenti stipulati fil-liġi Ġermaniża għall-ħames elementi li ġejjin: iċ-ċomb, l-arseniku, il-merkurju, il-barju u l-antimonju kif ukoll għan-nitrosamini u s-sustanzi nitrosatabbli li jiġu rilaxxati mill-materjal tal-ġugarelli, wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Parti III tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (1).

L-Artikolu 114(4) u (6) tat-TFUE

(2)

L-Artikolu 114(4) u (6) tat-TFUE jistipula:

“4.   Jekk, wara l-adozzjoni ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, Stat Membru jħoss li jkun meħtieġ li jżomm id-dispożizzjonijiet nazzjonali fuq il-bażi ta’ neċessitajiet maġġuri msemmija fl-Artikolu 36, jew li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-ambjent jew tal-ambjent tax-xogħol, dan għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet kif ukoll dwar ir-raġuni għaliex għandhom jinżammu.

(…)

6.   Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur min-notifika msemmija, tapprova jew tiċħad id-dispożizzjonijiet nazzjonali involuti, wara li tkun ivverifikat jekk humiex, jew le, mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew ta’ restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u jekk joħolqux, jew le ostakolu għall-funzjonament tas-suq intern.

Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni matul dan il-perijodu, id-dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fil-paragrafi 4 (…) għandhom ikunu meqjusa bħala li kienu approvati.

Meta tkun iġġustifikata mill-komplessità tal-materja u meta ma m’hemmx periklu għas-saħħa umana, il-Kummissjoni tista’ tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li l-perjodu msemmi f’dan il-paragrafu jista’ jittawwal b’perjodu ieħor ta’ sitt xhur.”.

Id-Direttiva 2009/48/KE

(3)

Id-Direttiva 2009/48/KE (minn hawn ’il quddiem id-Direttiva) tistipula r-regoli dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, u dwar il-moviment liberu tagħhom fl-Unjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 54, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-20 ta’ Jannar 2011, u għandhom japplikawhom mill-20 ta’ Lulju 2011. Il-Parti III tal-Anness II tad-Direttiva se tkun applikabbli mill-20 ta’ Lulju 2013.

(4)

Id-Direttiva tinkludi, fil-punt 8 tal-parti III tal-Anness II, il-valuri speċifiċi għan-nitrosamini u għas-sustanzi nitrosatabbli. Dawn is-sustanzi għandhom ikunu projbiti għall-użu fil-ġugarelli maħsuba għall-użu mit-tfal ta’ taħt is-36 xahar jew f’ġugarelli oħrajn li huma maħsuba biex jitqiegħdu fil-ħalq, jekk il-migrazzjoni tas-sustanzi tkun ekwivalenti għal 0,05 mg/kg jew ogħla għan-nitrosamini u 1 mg/kg għas-sustanzi nitrosatabbli. Il-punt 13 tal-parti III tal-Anness II tad-Direttiva jinkludi l-limiti speċifiċi ta’ migrazzjoni għal bosta elementi, inklużi ċ-ċomb, l-arseniku, il-merkurju, il-barju u l-antimonju. Jeżistu tliet limiti differenti ta’ migrazzjoni, marbuta mat-tip ta’ materjal tal-ġugarell: xott, fraġli, materjal tal-ġugarelli bħat-trab jew flessibbli, materjal tal-ġugarelli likwidu jew li jwaħħal u materjal tal-ġugarelli li jinbarax minn fuq il-ġugarell. Ma għandhomx jinqabżu l-limiti li ġejjin: 13,5, 3,4 u 160 mg/kg għaċ-ċomb, 3,8, 0,9 u 47 mg/kg għall-arseniku, 7,5, 1,9 u 94 mg/kg għall-merkurju, 4 500, 1 125 u 56 000 mg/kg għall-barju, u 45, 11,3 u 560 mg/kg għall-antimonju.

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali Ġermaniżi

(5)

L-Ordinanza Ġermaniża dwar l-Oġġetti għall-Konsumatur (Bedarfsgegenständeverordnung) tistipula r-rekwiżiti għan-nitrosamini u s-sustanzi nitrosatabbli. Dawn id-dispożizzjonijiet ġew adottati fl-2008 fil-kuntest ta’ nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi tal-UE dwar in-nitrosamini u s-sustanzi nitrosatabbli fil-ġugarelli. L-Ordinanza dwar l-Oġġetti tal-Konsumatur (Bedarfsgegenständeverordnung) titlob li għan-nitrosamini u għas-sustanzi nitrosatabbli fil-ġugarelli magħmula minn gomma naturali jew sintetika li jkunu maħsubin għal tfal taħt is-36 xahar u li jkunu maħsuba jew mistennija li jitqiegħdu fil-ħalq, l-ammont rilaxxat b’riżultat tal-migrazzjoni għandu jkun żgħir, tant li ma jkunx jidher f’analiżi fil-laboratorju. L-Ordinanza msemmija hawn fuq fil-preżent teħtieġ li l-migrazzjoni ta’ nitrosamini u ta’ sustanzi nitrosatabbli tkun inqas minn 0,01 mg/kg għan-nitrosamini u inqas minn 0,1 mg/kg għas-sustanzi nitrosatabbli. Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar in-nitrosamini u s-sustanzi nitrosatabbli huma stipulati fil-punt 1.b tal-Anness 4, u fil-punt 6 tal-Anness 10, tal-Ordinanza dwar l-Oġġetti tal-Konsumaturi (Bedarfsgegenständeverordnung), ippubblikata fit-23 ta’ Diċembru 1997, u emendata reċentement bl-Ordinanza tas-6 ta’ Marzu 2007.

(6)

It-Tieni Ordinanza relatata mal-Att dwar is-Sikurezza tat-Tagħmir u l-Prodotti (Verordnung über die Sicherheit von Spielzeug – 2. GPSGV)) tikkonċerna b’mod partikolari l-elementi li ġejjin: iċ-ċomb, l-arseniku, il-merkurju, il-barju u l-antimonju. Il-valuri tal-limitu għall-elementi msemmija hawn fuq li jinsabu fit-Tieni Ordinanza relatata mal-Att dwar is-Sikurezza tat-Tagħmir u l-Prodotti (Verordnung über die Sicherheit von Spielzeug – 2. GPSGV) huma dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 88/378/KEE tat-3 ta’ Mejju 1988 dwar l-approssimazjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward is-sigurtà tal-ġugarelli (2). Dawn il-limiti ilhom applikabbli fl-UE mill-1990. Il-bijodisponibilità massima ta’ kuljum hija 0,7 μg għaċ-ċomb, 0,1 μg għall-arseniku, 0,5 μg għall-merkurju, 25,0 μg għall-barju u 0,2 μg għall-antimonju. Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-elementi msemmija hawn fuq huma stipulati fil-paragrafu 2 tat-Tieni Ordinanza relatata mal-Att dwar is-Sikurezza tat-Tagħmir u l-Prodotti (Verordnung über die Sicherheit von Spielzeug – 2. GPSGV), emendati reċentement bl-Ordinanza tas-6 ta’ Marzu 2007.

PROĊEDURA

(7)

Meta kienet se tiġi adottata d-Direttiva (f’Mejju 2009) il-Ġermanja kienet ivvutat kontra l-adozzjoni, u r-raġunijiet għal dan kienu jinkludu l-fehma tagħha li l-livell ta’ ħarsien rigward ir-rekwiżiti kimiċi kien inadekwat.

(8)

Fl-20 ta’ Jannar 2011, permezz tal-ewwel ittra tiegħu mibgħuta mill-Ministeru Federali tal-Affarijiet Ekonomiċi u tat-Teknoloġija, il-Gvern Federali Ġermaniż talab, skont l-Artikolu 114(4) tat-TFUE, il-permess tal-Kummissjoni biex iżomm id-dispożizzjonijiet eżistenti stipulati fil-liġi Ġermaniża għall-ħames elementi li ġejjin: iċ-ċomb, l-arseniku, il-merkurju, il-barju u l-antimonju, kif ukoll għan-nitrosamini u s-sustanzi nitrosatabbli li jiġu rilaxxati mill-materjal tal-ġugarelli, wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Parti III tal-Anness II tad-Direttiva. Permezz ta’ ittra mibgħuta mill-Uffiċċju tar-Rappreżentant Permanenti tiegħu bid-data tat-2 ta’ Marzu 2011, il-Gvern Federali tal-Ġermanja bagħat ġustifikazzjoni sħiħa tat-talba tiegħu. Il-ġustifikazzjoni ddettaljata kien fiha għadd ta’ annessi li kienu jinkludu l-istudji xjentifiċi bid-data ta’ Jannar 2011, mingħand il-Bundesinstitut für Risikobewertung (minn hawn ’il quddiem il-BfR) dwar il-valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa tas-sustanzi msemmijin hawn fuq.

(9)

Il-Kummissjoni kkonfermat li kienet irċeviet it-talba permezz ta’ żewġ ittri bid-dati tal-24 ta’ Frar 2011 u l-14 ta’ Marzu 2011, u ffissat il-limitu ta’ żmien għar-risposta tagħha għall-5 ta’ Settembru 2011, skont l-Artikolu 114(6) TFEU.

(10)

B’ittra tal-24 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri l-oħra dwar in-notifika li rċeviet mingħand il-Gvern Federali tal-Ġermanja. Il-Kummissjoni ppubblikat ukoll avviż dwar in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3) biex tgħarraf lil partijiet interessati oħra dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali li l-Gvern Federali tal-Ġermanja għandu l-ħsieb li jżomm kif ukoll dwar ir-raġunijiet li hemm għal dan.

VALUTAZZJONI

Ammissibbiltà

(11)

L-Artikolu 114(4) huwa dwar każi fejn jiġu nnotifikati d-dispożizzjonijiet nazzjonali b’rabta ma’ miżura ta’ armonizzazzjoni tal-UE, fejn dawn tal-ewwel ikunu ġew adottati u ddaħħlu fis-seħħ qabel l-adozzjoni tal-miżura ta’ armonizzazzjoni tal-UE u fejn iż-żamma tad-dispożizzjonijiet nazzjonali tkun inkompatibbli ma’ din il-miżura. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali ġew innotifikati b’rabta mad-Direttiva 2009/48/KE, miżura ta’ armonizzazzjoni adottata abbażi tal-Artikolu 95 ta’ dak li kien it-Trattat tal-KE. Dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali ġew adottati u daħlu fis-seħħ fl-1990 u fl-2008, għalhekk qabel l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

Barra minn hekk, l-Artikolu 114(4) jeżiġi li n-notifika tad-dispożizzjonijiet nazzjonali tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tar-raġunijiet marbuta ma’ waħda jew iktar mir-rekwiżiti kbar imsemmija fl-Artikolu 36 jew inkella mal-ħarsien tal-ambjent jew mal-ambjent tax-xogħol. L-applikazzjoni mressqa mill-Ġermanja fiha spjegazzjoni tar-raġunijiet marbutin mal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem li, fil-fehma tal-Ġermanja, jiġġustifikaw iż-żamma tad-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħha.

Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-applikazzjoni mressqa mill-Ġermanja bl-għan li tikseb l-awtorizzazzjoni biex iżżomm id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħha dwar il-ħames elementi: iċ-ċomb, l-arseniku, il-merkurju, il-barju u l-antimonju; kif ukoll dawk dwar in-nitrosamini u s-sustanzi nitrosatabbli, hija aċċettabbli.

Rikors għat-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 114(6) tat-TFEU

(12)

Wara studju dettaljat tad-dejta u l-informazzjoni kollha, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kundizzjonijiet stipulati fit-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 114(6) huma sodisfatti biex hi jista’ jkollha rikors għall-possibbiltà li testendi l-perjodu ta’ sitt xhur li fihom trid tapprova jew tiċħad id-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mill-Ġermanja.

Ġustifikazzjoni bbażata fuq il-kumplessità tal-kwistjoni

(13)

Il-Gvern Federali Ġermaniż ipprovda bosta annessi li fihom ġustifikazzjoni u tagħrif xjentifiku dettaljati li jsostnu l-miżuri nazzjonali nnotifikati. B’mod partikolari ġiet ipprovduta valutazzjoni tal-effetti fuq is-saħħa taċ-ċomb, l-antimonju, il-barju, l-arseniku u l-merkurju, kif ukoll tan-nitrosamini u s-sustanzi nitrosatabbli bid-data ta’ Jannar 2011 mill-BfR.

(14)

It-tagħrif li bagħat il-BfR fih id-dejta tossikoloġika ddettaljata u kumplessa dwar dawn is-sustanzi msemmijin, kif ukoll referenzi estiżi għal rapporti u litteratura xjentifiċi Biex wieħed ikun jista’ jkompli għal deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 114(6) jeħtieġ li jiġi vverifikat jekk it-tagħrif li pprovdiet il-Ġermanja kienx diġà ġie vvalutat u meqjus waqt il-proċess tar-reviżjoni tad-Direttiva, jew jekk għandux jitqies bħala tagħrif xjentifiku ġdid.

(15)

Fl-Artikolu 46 id-Direttiva tipprevedi l-possibbiltà li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-kimiċi biex ikun żgurat l-aġġornament ma’ żviluppi tekniċi u xjentifiċi. Għalhekk il-ħames elementi li tikkonċerna t-talba tal-Ġermanja, (iċ-ċomb, l-arseniku, il-barju, il-merkurju u l-antimonju) jistgħu jiġu emendati u aġġornati mal-aħħar tagħrif xjentifiku.

(16)

Fl-2010 l-Kummissjoni waqqfet grupp ta’ ħidma dwar is-sustanzi kimiċi fil-ġugarelli (minn hawn ’il quddiem, il-grupp ta’ ħidma), fuq talba tal-Istati Membri. Dan il-grupp ta’ ħidma, magħmul minn esperti dwar il-kimika mill-Ġermanja, mid-Danimarka, mill-Italja, minn Franza, mill-Isvezja, mill-Awstrija, mill-Pajjiżi Baxxi, mir-Repubblika Ċeka, u mill-assoċjazzjonijiet Industrijali u tal-Konsumaturi, jivvaluta t-tagħrif xjentifiku ġdid u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar kif għandhom jipproċedu bl-emendar ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar il-kimiċi li hemm fid-Direttiva.

(17)

Il-Kummissjoni għandha titlob il-fehma tal-grupp ta’ ħidma dwar il-ġustifikazzjoni ddettaljata li rċeviet mingħand il-Ġermanja, biex tiddeċiedi jekk din għandhiex titqies bħala tagħrif xjentifiku ġdid, u b’hekk tiġi użata bħala bażi għall-emendar tad-dispożizzjonijiet kimiċi tad-Direttiva billi jiġu stabbiliti kundizzjonijiet stretti. Il-laqgħa li jmiss tal-grupp ta’ ħidma hija prevista għall-31 ta’ Awwissu 2011.

(18)

Barra minn hekk, fil-5 ta’ April 2011, il-grupp ta’ ħidma rrikmanda lill-esperti tal-Istati Membri li għandhom jitbaxxew il-valuri preżenti għaċ-ċomb. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew approvati mill-Kummissjoni u mill-esperti tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni bdiet ix-xogħol ta’ tħejjija għal din l-emenda u r-rapport preliminari tal-istima tal-impatt se jitressaq għad-diskussjoni waqt il-laqgħa li jmiss mal-esperti tal-Istati Membri f’Ottubru 2011. Hemm ippjanata l-adozzjoni ta’ proposta formali fl-ewwel sitt xhur tal-2012.

(19)

Il-grupp ta’ ħidma ddiskuta l-valuri ta’ limitu preżenti għall-barju, u stqarr li ma kienx hemm evidenza xjentifika ġdida; iżda nġabru għadd ta’ valutazzjonijiet differenti magħmulin minn organizzazzjonijiet xjentifiċi. Il-grupp ta’ ħidma ddeċieda li tinħtieġ aktar diskussjoni. Il-grupp ta’ ħidma huwa mistenni li jiffinalizza r-rakkomandazzjonijiet tiegħu waqt il-laqgħa tal-31 ta’ Awwissu 2011, u dawn jiġu ppreżentati lill-esperti tal-Istati Membri f’Ottubru 2011.

(20)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (KXSK) fil-preżent qed jivvaluta l-gravità tar-riskju li hemm minħabba l-preżenza tan-nitrosamini u s-sustanzi nitrosatabbli fil-bżieżaq u fil-prodotti kosmetiċi. Din l-opinjoni, li hi mistennija f’Settembru 2011, se titfa’ dawl ġdid fuq l-esponiment tat-tfal għan-nitrosamini u għas-sustanzi nitrosatabbli u fuq ir-riskju marbut ma’ dan l-esponiment.

(21)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 114(6) għalhekk għandha tistenna r-riżultat tad-diskussjonijiet u l-valutazzjonijiet li għaddejjin bħalissa, biex tiġi stmata l-evidenza kollha rilevanti preżenti u tal-ġejjieni u jintlaħqu l-konklużjonijiet dwar il-miżuri nazzjonali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni hija tal-fehma li huwa ġġustifikat li l-perjodu ta’ sitt xhur li matulu hi trid tapprova jew tiċħad id-dispożizzjonijiet nazzjonali jiġi estiż għal żmien itwal li jagħlaq fil-5 ta’ Marzu 2012.

Nuqqas ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem

(22)

Kif inhu indikat fl-Artikolu 55 tad-Direttiva, il-punti 8 u 13 tal-parti III tal-Anness II se jkunu applikabbli mill-20 ta’ Lulju 2013. Sal-20 ta’ Lulju 2013 għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet preżenti li għandhom x’jaqsmu maċ-ċomb, l-antimonju, il-barju, l-arseniku u l-merkurju, stabbiliti fid-Direttiva 88/378/KEE u fit-Tieni Ordinanza relatata mal-Att dwar is-Sikurezza tat-Tagħmir u l-Prodotti (Verordnung über die Sicherheit von Spielzeug – 2. GPSGV). Minħabba li ma hemm ebda dispożizzjonijiet tal-UE dwar in-nitrosamini u s-sustanzi nitrosatabbli li jiġu rrilaxxati mill-ġugarelli, il-punt 1.b tal-Anness 4 u l-punt 6 tal-Anness 10 tal-Ordinanza dwar l-Oġġetti tal-Konsumatur (Bedarfsgegenständeverordnung) ukoll jibqgħu japplikaw sal-20 ta’ Lulju 2013.

(23)

Għaldaqstant, billi d-dispożizzjonijiet nazzjonali li biħsiebu jżomm il-Gvern Federali Ġermaniiż mhux se jiġu rrevokati qabel l-20 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ periklu hija sodisfatta.

KONKLUŻJONI

(24)

Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-applikazzjoni tal-Ġermanja, li l-Gvern Federali Ġermaniż kien innotifikaha biha b’mod sħiħ fit-2 ta’ Marzu 2011, bl-għan li jikseb l-approvazzjoni biex iżomm il-valuri għaċ-ċomb, għall-arseniku, għall-merkurju, għall-barju u għall-antimonju, kif ukoll għan-nitrosamini u għas-sustanzi nitrosatabbli maħsubin għall-użu minn trabi ta’ taħt is-36 xahar jew fil-ġugarelli li huma intiżi biex jiddaħħlu fil-ħalq, hija ammissibbli.

(25)

Iżda minħabba l-kumplessità tal-kwistjoni u minħabba n-nuqqas ta’ provi li jenfasizzaw il-periklu għas-saħħa tal-bniedem, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jkun ġustifikat jekk il-perjodu msemmi fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 114(6) jiġi mtawwal sal-5 ta’ Marzu 2012.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 114(6) tat-TFEU, il-perjodu ta’ sitt (6) xhur imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu biex jiġu approvati jew miċħudin id-dispożizzjonijiet dwar il-ħames elementi: (iċ-ċomb, l-arseniku, il-merkurju, il-barju u l-antimonju, kif ukoll in-nitrosamini u s-sustanzi nitrosatabbli) innotifikati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fit-2 ta’ Marzu 2011, skont l-Artikolu 114(4), huwa mtawwal sal-5 ta’ Marzu 2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi-President


(1)  ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 16.7.1988, p. 1.

(3)  ĠU C 159, 28.5.2011, p. 23.


19.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Awwissu 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tfassal elenku ta’ entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jistgħu jkollhom aċċess għad-dejta kunfidenzjali għall-għanijiet xjentifiċi

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5777)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/511/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 tas-17 ta’ Mejju 2002, rigward fakoltà ta’ użu ta’ data kunfidenzjali għal skopijiet xjentifiċi (2), jistabbilixxi, għal skop li jippermetti konklużjonijiet statistiċi miġbura għal skopijiet xjentifiċi, il-kondizzjonijiet li skonthom tista’ jingħata aċċess għal dejta konfidenzjali trasmessi lil awtorità Komunitarja u r-regoli ta’ kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jitħeffef tali aċċess.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/452/KE (3) tistabbilixxi elenku ta’ entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jisgħtu jkollhom aċċess għad-dejta kunfidenzjali għall-għanijiet xjentifiċi.

(3)

L-Unità tal-Protezzjoni Soċjali, l-Istrateġija għall-Inklużjoni Soċjali, id-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea; u l-Istitut tal-Istudji Fiskali (Instituto de Estudios Fiscales – IEF), Madrid, Spanja; għandhom jitqiesu bħala organi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa u għalhekk għandhom jizdiedu mal-lista ta’ aġenziji, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 831/2002.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew dwar is-Sistema Statistika (il-Kumitat ESS).

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2004/452/KE jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Olli REHN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

(2)  ĠU L 133, 18.5.2002, p. 7.

(3)  ĠU L 156, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS

“ANNESS

ORGANI LI R-RIĊERKATURI TAGĦHOM JISTGĦU JKOLLHOM AĊĊESS GĦAL DEJTA KUNFIDENZJALI GĦAL SKOPIJIET XJENTIFITIĊI

Il-Bank Ċentrali Ewropew

Il-Bank Ċentrali Spanjol

Il-Bank Ċentrali Taljan

University of Cornell (L-Istat ta’ New York, l-Istati Uniti tal-Amerika)

Department of Political Science, Baruch College, New York City University (L-Istat ta’ New York, l-Istati Uniti tal-Amerika)

Il-Bank Ċentrali Ġermaniż

L-Unità tal-Analiżi tax-Xogħol, id-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs tal-Kummissjoni Ewropea

University of Tel. Aviv (l-Iżrael)

Il-Bank Dinji

Center of Health and Wellbeing (CHW), Woodrow Wilson School of Public and International Affairs, Princeton Univeristy, New Jersey, l-Istati Uniti tal-Amerika

The University of Chicago (UofC), Illinois, l-Istati Uniti tal-Amerika

L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD)

Family and Labour Studies Division of Statistics Kanada, Ottawa, Ontario, il-Kanada

L-Unità tal-Ekonometrika u l-Appoġġ Statistiku lill-Unità tal-Ġlieda kontra l-Frodi (ESAF), iċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea

L-Unità ta’ Appoġġ liż-Żona ta’ Riċerka Ewropea (SERA), iċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea

Kanada Research Chair, School of Social Science, Atkinson Faculty of Liberal and Professional Studies, York University, Ontario, il-Kanada

University of Illinois at Chicago (UIC), Chicago, l-Istati Uniti tal-Amerika

Rady School of Management, University of California, San Diego, l-Istati Uniti tal-Amerika

Direction de l’Animation de la Recherche, des Études et des Statistiques (DARES), il-Ministeru tax-Xogħol, id-Djalogu Soċjali u s-Solidarjetà, Pariġi, Franza

The Research Foundation of State University of New York (RFSUNY), Albany, l-Istati Uniti tal-Amerika

Eläketurvakeskus (ETK), il-Finlandja

Direction de la Recherche, des Études, de l’Évaluation et des Statistiques (DREES), il-Ministeru tax-Xogħol, id-Djalogu Soċjali u s-Solidarjetà, il-Ministeru tas-Saħħa, iż-Żgħażagħ u l-Isport u l-Ministeru tal-Baġit, il-Kontijiet Pubbliċi u r-Riforma tal-Istat, Pariġi, Franza

Duke University (DUKE), North Carolina, l-Istati Uniti tal-Amerika

Kansaneläkelaitos (KELA), il-Finlandja

Hebrew University of Jerusalem (HUJI), l-Iżrael

Service public fédéral ‘Sécurité sociale’/Federale Overheidsdienst ‘Sociale Zekerheid’, il-Belġju

Sabanci University, Tuzla/Istanbul, it-Turkija

McGill University, Montreal, il-Kanada

Id-Direttorat tas-Servizz Ekonomiku u r-Riformi Strutturali, id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-Kummissjoni Ewropea

L-Unità tal-Protezzjoni Soċjali, l-Istrateġija għall-Inklużjoni Soċjali, id-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea

Instituto de Estudios Fiscales (IEF), Madrid, Spanja”


19.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/22


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Awwissu 2011

li temenda l-Anness I mad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrati rispettivi tal-Baħrejn u l-Libanu fil-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5863)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/512/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) u (4), u l-frażi introduttorja tal-Artikolu 19 u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 92/65/KEE tistabbilixxi kundizzjonijiet applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ annimali, semen, ova u embrijuni. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(2)

Id-Direttiva 2009/156/KE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ equidae ħajjin fl-Unjoni. Tistipula li l-importazzjonijiet tal-equidae fl-Unjoni huma awtorizzati biss minn pajjiżi terzi li ilhom ħielsa mill-glanders għal perjodu ta’ mill-inqas sitt xhur.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 93/195/KEE u 94/63/KE (3) tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, jew partijiet minnhom fejn japplika t-taqsim ta’ pajjiżi f’reġjuni, li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni tal-equidae u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom, u tindika l-kundizzjonijiet l-oħra li japplikaw għal tali importazzjonijiet. Din il-lista hija stipulata fl-Anness I mad-Deċiżjoni u tinkludi żwiemel irreġistrati u s-semen tagħhom mil-Libanu.

(4)

Il-Kummissjoni Reġjonali għal-Lvant Nofsani tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) informat lill-Kummissjoni li Laboratorju ta’ Referenza tal-OIE kkonferma l-każijiet tal-glanders (Burkholderia mallei) fl-equidae fil-Libanu.

(5)

Għaldaqstant, l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ żwiemel irreġistrati u tas-semen tagħhom mil-Libanu ma għandhiex tibqa’ tiġi awtorizzata. Huwa neċessarju li l-entrata għal-Libanu tiġi emendata skont dan fil-lista stipulata fl-Anness I mad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

(6)

F’April 2010, il-Kummissjoni rċeviet rapport dwar xi każijiet ikkonfermati tal-glanders fil-partijiet tat-Tramuntana tal-Baħrejn. Sabiex tissospendi l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ żwiemel irreġistrati, is-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2010/333/UE tal-14 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tar-reġistrazzjonijiet tal-Baħrejn u l-Brażil fil-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina (4).

(7)

Missjoni ta’ spezzjoni veterinarja li twettqet f’Baħrejn f’Ġunju 2011 sabet evidenza biżżejjed li l-Baħrejn implimentat miżuri biex tikkontrolla l-marda fit-Tramuntana u li s-sorveljanza li twettqet fit-territorju tal-Baħrejn ikkonfermat in-nuqqas kontinwu ta’ din il-marda fil-parti tan-Nofsinhar tal-Baħrejn. Barra minn hekk, il-Baħrejn implimentat kontrolli fuq il-movimenti, li jinkludu projbizzjoni infurzata b’mod strett fuq il-movimenti tal-equidae mill-parti tat-Tramuntana tat-territorju tal-Baħrejn għall-parti tan-Nofsinhar tal-gżira ewlenija tal-Baħrejn. Konsegwentament, huwa possibbli li l-Baħrejn tinqasam f’reġjuni sabiex jiġi awtorizzat id-dħul temporanju u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ żwiemel irreġistrati mill-parti tan-Nofsinhar tal-gżira ewlenija tal-Baħrejn.

(8)

Huwa neċessarju, skont dan, li l-entrata għall-Baħrejn tiġi emendata u li jiġu pprovduti dettalji tad-delimitazzjoni tal-parti tan-Nofsinhar tal-gżira ewlenija tal-Baħrejn fil-lista stipulata fl-Anness I mad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I mad-Deċiżjoni 2004/211/KE huwa emendat kif ġej:

1.

l-entrata għal-Libanu hija sostitwita b’dan li ġej:

“LB

Il-Libanu

LB-0

Il-pajjiż kollu

E

—”

 

2.

l-entrata għall-Baħrejn hija sostitwita b’dan li ġej:

“BH

Il-Baħrejn

BH-0

Il-pajjiż kollu

E

 

BH-1

Il-parti tan-Nofsinhar tal-gżira ewlenija tal-Baħrejn

(ara l-Kaxxa 4 għad-dettalji)

E

X

X

—”

 

3.

Qiegħda tiġi miżjuda l-Kaxxa 4 b’konformità mal-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)  ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 150, 16.6.2010, p. 53.


ANNESS

Il-Kaxxa 4 li ġejja għandha tiġi miżjuda mal-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE:

“Kaxxa 4:

BH

Il-Baħrejn

BH-1

Id-delimitazzjoni tal-parti tan-Nofsinhar tal-gżira ewlenija tal-Baħrejn

Il-fruntiera tat-Tramuntana

:

Mill-kosta tal-Punent hekk kif tispiċċa l-Awtostrada Zallaq fil-punt tad-dħul tal-Lukanda Sofitel fid-direzzjoni lejn il-Lvant mal-Awtostrada Zallaq safejn tiltaqa’ mal-Awtostrada SHK Khalifa,

tipproċedi mal-Awtostrada SHK Khalifa fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana sal-fruntiera ta’ Al Rawdha, demarkata permezz tal-ħajt tal-Palazz tar-Re,

tipproċedi mal-fruntieri taż-żona ta’ Al Rawdha fid-direzzjoni lejn il-Lvant sar-roundabout f’Al Safra fl-Awtostrada SHK Salman u lil hinn fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar sar-roundabout fil-punt tad-dħul għall-villaġġ Awali,

tipproċedi mal-Awtostrada Muaskar fid-direzzjoni lejn il-Lvant sar-roundabout fl-Awtostrada Al Esteglal/l-Awtosrada Hawar u lil hinn fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar fl-Awtostrada Hawar sakemm din tispiċċa fil-kosta tal-Lvant fil-punt tad-dħul għall-villaġġ ta’ Askar.

Il-fruntiera tal-Punent

:

il-linja tal-kosta

Il-fruntiera tal-Lvant

:

il-linja tal-kosta

Il-fruntiera tan-Nofsinhar

:

il-linja tal-kosta”