ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.209.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 209

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
17 ta' Awwissu 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/505/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2010 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Anness II ta’ dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 817/2011 tal-11 ta’ Awwissu 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tat-tusk fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 818/2011 tal-11 ta’ Awwissu 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-haddock fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb u VIa minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 819/2011 tal-11 ta’ Awwissu 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd tal-pollakkju (saithe) fiż-żona VI fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali ta' Vb, XII u XIV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

16

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 820/2011 tas-16 ta’ Awwissu 2011 li japprova s-sustanza attiva it-terbutilażin, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 u d-Deċiżjoni 2008/934/KE ( 1 )

18

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 821/2011 tas-16 ta’ Awwissu 2011 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ aċetat tal-vinil li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika

24

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 822/2011 tas-16 ta’ Awwissu 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

39

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 823/2011 tas-16 ta’ Awwissu 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

41

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/506/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Awwissu 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2005/240/KE li tawtorizza metodi tal-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fil-Polonja (notifikata bid-dokument numru C(2011) 5745)

43

 

 

2011/507/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Awwissu 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2005/382/KE li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fl-Ungerija (notifikata bid-dokument numru C(2011) 5746)

49

 

 

2011/508/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Awwissu 2011 dwar ċerti miżuri ta’ ħarsien mid-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Litwanja (notifikata bid-dokument numru C(2011) 5798)  ( 1 )

53

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/894/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għal għamara tal-injam ( ĠU L 320, 5.12.2009 )

62

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/320/UE tat-8 ta’ Ġunju 2010 indirizzata lill-Greċja bil-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv ( ĠU L 145, 11.6.2010 )

63

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

17.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Diċembru 2010

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Anness II ta’ dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali

(2011/505/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 79(2)(b), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni dwar il-Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba’ ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni (2) (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.

(2)

L-Artikolu 18 tal-Ftehim jipprovdi li l-Kumitat Konġunt jista’, b’deċiżjoni, jadotta emendi għall-Ftehim, inter alia għall-Anness II tal-Ftehim, li jindirizza l-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali.

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni koerenti u korretta tal-atti legali tal-Unjoni u sabiex jevita diffikultajiet amministrattivi u possibbilment legali, l-Anness II għall-Ftehim jeħtieġ li jiġi emendat sabiex jintegra atti legali ġodda tal-Unjoni li għalihom, attwalment, il-Ftehim ma jagħmilx referenza.

(4)

Għall-finijiet ta’ ċarezza u ta’ razzjonalità, l-Anness II tal-Ftehim u l-Protokoll għal dak l-Anness għandhom jiġu kkodifikati.

(5)

Il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, japplika għal din id-Deċiżjoni. Il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ukoll japplika għal din id-Deċiżjoni.

(6)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, dawn l-Istati Membri mhumiex qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhumiex marbutin biha jew suġġetti għall-applikazzjoni tagħha. F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

L-impenji inklużi fil-Ftehim li jaqgħu fl-ambitu tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ma jorbtux lid-Danimarka, lill-Irlanda u lir-Renju Unit bħala obbligi taħt il-liġi tal-Unjoni iżda jkomplu japplikaw bħala obbligi li jemanaw minn impenn bejn dawk l-Istati Membri u l-Konfederazzjoni Svizzera,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 14 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li jinsab fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Dikjarazzjoni li tinsab fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni hija b’dan approvata u għandha ssir f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt meta l-Kumitat Konġunt jadotta d-Deċiżjoni tiegħu msemmija fl-Artikolu 1.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. MILQUET


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.


ANNESS I

ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/2010 TAL-KUMITAT KONĠUNT

stabbilit taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni

ta’ …

li tissostitwixxi l-Anness II ta’ dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ġie ffirmat fil-21 ta’ Ġunju 1999 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.

(2)

L-Anness II għall-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali ġie emendat l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni Nru 1/2006 tas-6 ta’ Lulju 2006 (1) u għandu issa jiġi aġġornat sabiex iqis l-atti legali ġodda tal-Unjoni Ewropea li daħlu fis-seħħ minn dak iż-żmien ’il hawn, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (2) u l-miżuri adottati sabiex jiġi implimentat dak ir-Regolament.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 issostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (3).

(4)

Għall-finijiet ta’ ċarezza u razzjonalità, l-Anness II tal-Ftehim u l-Protokoll għal dak il-Ftehim mehmuż miegħu għandhom jiġu kkonsolidati f’verżjoni legalment vinkolanti.

(5)

L-Anness II tal-Ftehim għandu jinżamm konformi mal-evoluzzjoni tal-atti legali rilevanti tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) huwa b’dan sostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija mfassla bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża bit-testi f’kull waħda minn dawn il-lingwi ugwalment awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …, ….

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Is-Segretarji

ANNESS

ANNESS II

KOORDINAZZJONI TAL-ISKEMI TA’ SIGURTÀ SOĊJALI

Artikolu 1

(1)   Il-partijiet kontraenti jaqblu, fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali, li japplikaw bejniethom l-atti legali tal-Unjoni Ewropea li qiegħda ssir referenza għalihom fi, u kif emendati minn, sezzjoni A ta’ dan l-Anness, jew regoli ekwivalenti għal tali atti.

(2)   It-terminu ‘Stat Membru/Stati Membri’ inkluż fl-atti legali msemmija fis-sezzjoni A ta’ dan l-Anness għandu jinftiehem li jinkludi lill-Isvizzera flimkien mal-Istati koperti mill-atti legali rilevanti tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

(1)   Għall-finijiet ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, il-partijiet kontraenti għandhom jikkunsidraw debitament l-atti tal-Unjoni Ewropea msemmija fis-sezzjoni B ta’ dan l-Anness.

(2)   Għall-finijiet ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, il-partijiet kontraenti għandhom jieħdu nota tal-atti legali tal-Unjoni Ewropea msemmija fis-sezzjoni C ta’ dan l-Anness.

Artikolu 3

(1)   Fil-Protokoll għal dan l-Anness hemm stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw l-arranġamenti tranżitorji relatati mal-assigurazzjoni tal-qgħad għaċ-ċittadini ta’ ċerti Stati Membri tal-Unjoni Ewropea li jkunu detenturi ta’ permess ta’ residenza fl-Isvizzera validu għal inqas minn sena, rigward il-benefiċċji Svizzeri għal persuni li ma jistgħux jgħinu lilhom infushom u rigward il-benefiċċji taħt il-pjanijiet ta’ benefiċċji marbuta max-xogħol rigward il-pensjonijiet tal-anzjani, tas-superstiti u tal-invalidità.

(2)   Il-Protokoll jifforma parti integrali minn dan l-Anness.

SEZZJONI A:   ATTI LEGALI MSEMMIJA

1.

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali (4 35), kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jemenda Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu (5 36)

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandu jiġi adattat kif ġej:

(a)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness I, sezzjoni I:

L-Isvizzera

Il-leġiżlazzjoni kantonali li tikkonċerna l-ħlas bil-quddiem ta’ pagamenti tal-manteniment fuq il-bażi tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 131 u tal-paragrafu 2 tal-293 tal-Att Federali Ċivili.’

(b)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness I, sezzjoni I:

L-Isvizzera

L-għotjiet għat-twelid u għall-adozzjoni skont il-leġiżlazzjoni kantonali rilevanti fuq il-bażi tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 3 tal-Att Federali dwar il-Benefiċċji tal-Familja.’

(c)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness II:

Ġermanja-Svizzera

(a)

Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-25 ta’ Frar 1964, kif emendata mill-Konvenzjonijiet Komplimentari Nru 1 tad-9 ta’ Settembru 1975 u Nru 2 tat-2 ta’ Marzu 1989:

(i)

punt 9b, il-paragrafu 1, Nru 1-4 tal-Protokoll Finali (leġiżlazzjoni applikabbli u intitolament għal benefiċċji mhux fi flus f’każ ta’ mard għar-residenti taż-żona Ġermaniża ta’ Büsingen);

(ii)

punt 9e, il-paragrafu 1(b), l-ewwel, it-tieni u raba’ sentenza, tal-Protokoll Finali (aċċess għall-assigurazzjoni volontarja f’każ ta’ mard fil-Ġermanja b’rilokazzjoni fil-Ġermanja).

(b)

Konvenzjoni dwar l-assigurazzjoni kontra l-qgħad tal-20 ta’ Ottubru 1982, kif emendata mill-Protokoll Addizzjonali tat-22 ta’ Diċembru 1992:

(i)

L-Artikolu 8(5), il-Ġermanja (distrett ta’ Büsingen) għandu jikkontribwixxi somma ekwivalenti għall-kontribuzzjoni kantonali skont il-liġi Svizzera għall-ispiża tal-postijiet attwali dwar miżuri ta’ impjiegi-promozzjoni għall-ħaddiema soġġetti għal din id-dispożizzjoni.

Spanja-Svizzera

Il-Punt 17 tal-Protokoll Finali għall-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-13 ta’ Ottubru 1969, kif emendat mill-Konvenzjoni Komplimentari tal-11 ta’ Ġunju 1982; il-persuni assigurati taħt l-iskema Spanjola bis-saħħa ta’ din id-dispożizzjoni huma eżentati mir-rekwiżit li jissieħbu fl-iskema ta’ assigurazzjoni Svizzera kontra l-mard.

Italja-Svizzera

L-Artikolu 9(1) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-14 ta’ Diċembru 1962, kif emendat mill-Konvenzjoni Komplimentari Nru 1 tat-18 ta’ Diċembru 1963, il-Ftehim Komplimentari tal-4 ta’ Lulju 1969, il-Protokoll Addizzjonali tal-25 ta’ Frar 1974 u l-Ftehim Komplimentari Nru 2 tat-2 ta’ April 1980.’;

(d)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness IV:

L-Isvizzera’;

(e)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness VIII, parti 1:

L-Isvizzera

Il-pretensjonijiet kollha għall-pensjonijiet tal-anzjanità, tas-superstiti u tal-invalidità skont l-iskema bażika (il-Liġi Federali dwar l-assigurazzjoni tal-anzjanità u tas-superstiti u l-Liġi Federali dwar l-assigurazzjoni għall-invalidità) u għall-pensjonijiet tal-anzjanità taħt il-pjanijiet statutorji għall-benefiċċji relatati max-xogħol (il-Liġi Federali dwar il-pjanijiet tal-benefiċċji fuq il-post tax-xogħol għall-assigurazzjoni tal-anzjanità, tas-superstiti u tal-invalidità).’

(f)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness VIII, parti 2:

L-Isvizzera

Il-pensjonijiet tal-anzjanità, tas-superstiti u tal-invalidità skont il-pjanijiet statutorji għall-benefiċċji relatati max-xogħol (il-Liġi Federali dwar il-pjanijiet ta’ benefiċċji relatati max-xogħol għall-assigurazzjoni tal-anzjanità, tas-superstiti u tal-invalidità).’

(g)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness IX, parti II:

L-Isvizzera

Il-pensjonijiet tas-superstiti u tal-invalidità skont il-pjanijiet statutorji ta’ benefiċċji relatati max-xogħol (il-Liġi Federali dwar il-pjanijiet ta’ benefiċċji relatati max-xogħol għall-assigurazzjoni tal-anzjanità, tas-superstiti u tal-invalidità).’

(h)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness X:

‘1.

Benefiċċji supplimentari (Att Federali dwar il-Benefiċċji Supplimentari tad-19 ta’ Marzu 1965) u benefiċċji simili li hemm ipprovdut għalihom fil-leġiżlazzjoni kantonali.

2.

Pensjonijiet f’każ ta’ tbatija taħt l-assigurazzjoni għall-invalidità (Artikolu 28 subparagrafu (1)(a) tal-Att Federali dwar l-Assigurazzjoni tal-Invalidità tad-19 ta’ Ġunju 1959, kif emendat fis-7 ta’ Ottubru 1994).

3.

Benefiċċji mhux kontributorji mħalltin f’każ ta’ qgħad, kif hemm ipprovdut għalihom fil-leġiżlazzjoni kantonali.

4.

Pensjonijiet għall-invalidità straordinarji mhux kontributorji għall-persuni b’diżabbiltà (Artikolu 39 tal-Att Federali dwar l-Assigurazzjoni tal-Invalidità tad-19 ta’ Ġunju 1959) li, qabel l-inkapaċità tagħhom għax-xogħol, ma kinux soġġetti għal-leġiżlazzjoni Svizzera fuq il-bażi ta’ attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha.’;

(i)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness XI:

L-Isvizzera

1.

L-Artikolu 2 tal-Att Federali dwar l-Assigurazzjoni tal-Anzjanità u tas-Superstiti u l-Artikolu 1 tal-Att Federali dwar l-Assigurazzjoni tal-Invalidità, li jirregolaw assigurazzjoni volontarja f’dawn il-fergħat tal-assigurazzjoni għal residenti ta’ nazzjonalità Svizzera fi Stati li mhumiex soġġetti għal dan il-Ftehim, għandhom ikunu applikabbli għal persuni li għandhom ir-residenza tagħhom barra mill-Isvizzera li huma ta’ nazzjonalità ta’ Stati oħrajn li għalihom japplika dan il-Ftehim, u għal refuġjati u għal persuni bla stat li huma residenti fit-territorju ta’ dawn l-Istati, fejn dawn il-persuni jissieħbu fl-iskema tal-assigurazzjoni volontarja mhux iktar tard minn sena wara d-data li fiha huma ma jibqgħux koperti mill-assigurazzjoni tal-anzjanità, tas-superstiti u tal-invalidità wara perjodu kontinwu ta’ assigurazzjoni ta’ mill-inqas ħames snin.

2.

Meta persuna ma tibqax aktar assigurata taħt l-assigurazzjoni tal-anzjanità, tas-superstiti u tal-invalidità wara perjodu kontinwu ta’ assigurazzjoni ta’ mill-inqas ħames snin, hija għandha tibqa’ intitolata sabiex tkun assigurata bil-qbil tal-impjegatur jekk taħdem fi Stat li għalih, dan il-Ftehim ma japplikax għal impjegatur fl-Isvizzera u jekk tissottometti applikazzjoni għal dan il-għan fi żmien sitt xhur mid-data li fiha ma tibqax assigurata.

3.

Assigurazzjoni obbligatorja skont assigurazzjoni Svizzera kontra l-mard u eżenzjonijiet possibbli

(a)

Id-dispożizzjonijiet legali Svizzeri li jirregolaw assigurazzjoni kontra l-mard obbligatorja għandhom japplikaw għall-persuni li ġejjin li mhumiex residenti fl-Isvizzera:

(i)

persuni soġġetti għal dispożizzjonijiet legali Svizzeri skont it-Titolu II tar-Regolament;

(ii)

persuni li għalihom, l-Isvizzera għandha tħallas l-ispejjeż tal-benefiċċji skont l-Artikoli 24, 25, 26 tar-Regolament;

(iii)

persuni li jirċievu l-benefiċċji Svizzeri għall-assigurazzjoni kontra l-qgħad;

(iv)

membri tal-familji li hemm referenza għalihom fi (i) u (iii) jew ta’ persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fl-Isvizzera li tkun assigurata skont l-iskema tal-assigurazzjoni Svizzera kontra l-mard, sakemm dawn il-membri tal-familja ma jkunux residenti f’wieħed mill-Istati li ġejjin: id-Danimarka, Spanja, l-Ungerija, il-Portugall, l-Isvezja jew ir-Renju Unit;

(v)

membri tal-familja ta’ persuni li ssir referenza għalihom f’(ii) jew ta’ pensjonant residenti fl-Isvizzera li huwa assigurat skont l-iskema tal-assigurazzjoni Svizzera kontra l-mard, sakemm dawn il-membri tal-familja ma jkunux residenti f’wieħed mill-Istati li ġejjin: id-Danimarka, il-Portugall, l-Isvezja jew ir-Renju Unit.

Minħabba li membri tal-familja huma meqjusin bħala dawk il-persuni li huma definiti bħala membri tal-familja skont il-leġiżlazzjoni tal-istat ta’ residenza.

(b)

Persuni li hemm referenza għalihom f’(a) jistgħu, meta mitlubin, jiġu eżentati minn assigurazzjoni obbligatorja jekk u sakemm huma residenti f’wieħed mill-Istati li ġejjin u jistgħu jagħtu prova li huma eliġibbli għal kopertura fil-każ ta’ mard: il-Ġermanja, Franza, l-Italja, l-Awstrija, u, fir-rigward ta’ persuni li hemm referenza għalihom f’(a) (iv) u (v), il-Finlandja u, fir-rigward ta’ persuni li hemm referenza għalihom f’(a)(ii), il-Portugall.

Din it-talba

(aa)

għandha tiġi ppreżentata fi żmien tliet xhur mid-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu li tittieħed assigurazzjoni fl-Isvizzera; fejn, f’każijiet iġġustifikati, it-talba tiġi ppreżentata wara din id-data ta’ għeluq, l-eżenzjoni għandha tidħol fis-seħħ sa mill-bidu tal-obbligu tal-assigurazzjoni;

(bb)

għandha tapplika għall-membri kollha tal-familja li jkollhom ir-residenza tagħhom fl-istess Stat.

4.

Meta persuna soġġetta għal dispożizzjonijiet legali Svizzeri skont it-Titolu II tar-Regolament tkun, f’applikazzjoni ta’ 3(b), soġġetta, għall-finijiet ta’ assigurazzjoni kontra l-mard, għad-dispożizzjonijiet legali ta’ Stat ieħor kopert b’dan il-Ftehim, l-ispejjeż ta’ dawn il-benefiċċji mhux fi flus għal inċidenti mhux fuq il-post tax-xogħol għandhom jinqasmu b’mod ugwali bejn l-assiguratur Svizzeru kontra inċidenti fuq il-post tax-xogħol u inċidenti mhux fuq il-post tax-xogħol u mard industrijali u l-istituzzjoni tal-assigurazzjoni kontra l-mard kompetenti jekk jeżisti intitolament għall-benefiċċji mhux fi flus miż-żewġ korpi. L-assiguratur Svizzeru kontra inċidenti fuq il-post tax-xogħol u inċidenti mhux fuq il-post tax-xogħol u mard industrijali għandu jissodisfa l-ispejjeż kollha fil-każ ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol, inċidenti lejn il-post tax-xogħol jew mard industrijali, saħansitra meta jkun hemm intitolament għall-benefiċċji minn korp tal-assigurazzjoni kontra l-mard fil-pajjiż ta’ residenza.

5.

Persuni li jkunu qegħdin jaħdmu, iżda li ma għandhomx ir-residenza tagħhom fl-Isvizzera u li għandhom kopertura tal-assigurazzjoni statutorja fl-Istat ta’ residenza tagħhom skont il-punt 3(b), kif ukoll il-membri tal-familja tagħhom, għandhom jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament matul żjara fl-Isvizzera.

6.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 18, 19, 20, 27 tar-Regolament fl-Isvizzera, l-assiguratur kompetenti għandu jħallas l-ispejjeż kollha ffatturati.

7.

Perjodi ta’ assigurazzjoni ta’ benefiċċju ta’ kuljum imwettqa skont l-iskema ta’ assigurazzjoni ta’ Stat ieħor li għalih japplika dan il-Ftehim, għandhom jiġu kkunsidrati għat-tnaqqis jew għat-tneħħija ta’ riżerva possibbli fl-assigurazzjoni tal-benefiċċju ta’ kuljum fil-każ ta’ maternità jew mard fejn il-persuna ssir assigurata ma’ assiguratur Svizzeru fi żmien tliet xhur minn meta ma tibqax koperta mill-assigurazzjoni f’pajjiż ieħor.

8.

Fejn persuna li kienet impjegata bi ħlas jew persuna li taħdem għal rasha fl-Isvizzera u li tkopri l-ħtiġijiet vitali tagħha kellha twaqqaf l-attività tagħha minħabba inċident jew mard u ma tkunx aktar soġġetta għal-leġiżlazzjoni Svizzera dwar l-assigurazzjoni kontra l-invalidità, hija għandha titqies li hija koperta minn dik l-assigurazzjoni għall-finijiet ta’ eliġibbiltà għal miżuri ta’ riabilitazzjoni sal-ħlas ta’ pensjoni tal-invalidità u tul il-perjodu kollu li matulu hija tibbenefika minn dawn il-miżuri diment li hija ma tkunx assumiet attività ġdida barra mill-Isvizzera.’.

2.

Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (6).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandu jiġi addattat kif ġej:

(a)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness 1:

‘Arranġament bejn l-Isvizzera u Franza tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi l-proċeduri speċjali għar-rimborż ta’ benefiċċji tal-kura tas-saħħa

Arranġament bejn l-Isvizzera u l-Italja tal-20 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi l-proċeduri speċjali għar-rimborż tal-benefiċċji tal-kura tas-saħħa’.

3.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (7), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 592/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 (8), kif applikabbli bejn l-Isvizzera u l-Istati Membri qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, u meta ssir referenza għalih fir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 jew (KE) Nru 987/2009 jew meta jkun hemm każijiet ikkonċernati li seħħew fil-passat.

4.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta’ Marzu 1972 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (9), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 120/2009 tad-9 ta’ Frar 2009 (10), kif applikabbli bejn l-Isvizzera u l-Istati Membri qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, u meta ssir referenza għalih fir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 jew Nru 987/2009 jew meta jkun hemm każijiet ikkonċernati li seħħew fil-passat.

5.

Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE tad-29 ta’ Ġunju 1998 dwar is-salvagwardja tad-drittijiet tal-pensjoni supplimentari ta’ persuni impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (11).

SEZZJONI B:   ATTI LEGALI LI TAGĦHOM L-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU KONT KIF DOVUT

(1)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru A1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ proċedura ta’ djalogu u konċiljazzjoni dwar il-validità ta’ dokumenti, id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli u d-dispożizzjoni ta’ benefiċċji skont ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(2)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru A2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għal ħaddiema mibgħuta jaħdmu post ieħor u ħaddiema li jaħdmu għal rashom li temporanjament jaħdmu barra mill-Istat kompetenti (13).

(3)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru A3 tas-17 ta’ Diċembru 2009 dwar l-aggregazzjoni ta’ perjodi ta’ xogħol f’post ieħor bla interruzzjoni mwettqa taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

(4)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru E1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-arranġamenti prattiċi għall-perjodu tranżitorju għall-iskambju ta’ dejta permezz ta’ mezzi elettroniċi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

(5)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru F1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli ta’ prijorità fil-każ li jkun hemm koinċidenza ta’ benefiċċji tal-familja (16).

(6)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru H1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas għat-tranżizzjoni mir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 għar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-applikazzjoni ta’ Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (17).

(7)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru H2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-metodi ta’ tħaddim u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Teknika għall-ipproċessar ta’ dejta tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (18).

(8)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru H3 tal-15 ta’ Ottubru 2009 dwar id-data li għandha titqies għall-istabbiliment tar-rati ta’ kambju li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19).

(9)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru H 4 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar il-kompożizzjoni u metodi ta’ ħidma tal-Bord tal-Verifika tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi tas-Sigurtà Soċjali (20).

(10)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru H 5 tat-18 ta’ Marzu 2010 dwar il-koperazzjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-frodi u żbalji fi ħdan il-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali (21).

(11)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru P1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 50(4), 58 u 87(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-għoti tal-benefiċċji tal-invalidità, tal-anzjanità u tas-superstiti (22).

(12)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (23).

(13)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (24).

(14)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S3 tat-12 ta’ Ġunju 2009 li tiddefinixxi l-benefiċċji koperti mill-Artikoli 19(1) u 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 25(A)(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25).

(15)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S4 tat-2 ta’ Ottubru 2009 dwar il-proċeduri ta’ rifużjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26).

(16)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S5 tat-2 ta’ Ottubru 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ ‘benefiċċji in natura’ kif definit fl-Artikolu 1 (va) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-każ ta’ mard jew maternità skont l-Artikoli 17, 19, 20, 22, 24 (1), 25 u 26, l-Artikolu 27 (1), (3), (4) u (5), l-Artikoli 28, 34 u 36 (1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u dwar il-kalkolu tal-ammonti li għandhom jintraddu lura skont l-Artikoli 62, 63 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27).

(17)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S6 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar ir-reġistrazzjoni fl-Istat Membru ta’ residenza skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 u l-kompilazzjoni tal-inventarji li hemm ipprovdut għalihom fl-Artikolu 64(4) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 (28).

(18)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S7 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar it-tranżizzjoni mir-Regolamenti (KEE) Nri 1408/71 u 574/72 għar-Regolamenti (KE) Nri 883/2004 u 987/2009 u l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ rimborż (29).

(19)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi Soċjali ta’ Sigurtà Nru U1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żidiet fil-benefiċċju kontra l-qgħad għal membri dipendenti tal-familja (30).

(20)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru U2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-iskop tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt ta’ benefiċċji kontra l-qgħad ta’ persuni qiegħda għal kollox għajr ħaddiema tal-fruntiera li kienu residenti fit-territorju ta’ Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru kompetenti matul l-aħħar perjodu ta’ impjieg jew ta’ xogħol għal rashom (31).

(21)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru U3 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-iskop tal-kunċett ta’ ‘qgħad parzjali’ applikabbli għall-persuni qiegħda li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 65(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32).

SEZZJONI C:   ATTI LEGALI LI TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU KONT

1.

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru U1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuni qiegħda li jinvolvu ruħhom f’attività professjonali jew ta’ snajja’ part-time fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat ta’ residenza (33).

2.

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru U2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 64(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-persuni qiegħda li jakkompanjaw lill-konjugi jew lill-imsieħba tagħhom waqt li jkunu qed isegwu attività professjonali jew kummerċjali fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat kompetenti (34).

PROTOKOLL

għall-Anness II tal-Ftehim

I.   Assigurazzjoni kontra l-qgħad

L-arranġamenti li ġejjin għandhom japplikaw għall-ħaddiema li huma ċittadini tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika tas-Slovakkja sat-30 ta’ April 2011 u għall-ħaddiema li huma ċittadini tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija sal-31 ta’ Mejju 2016.

1.

Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw fir-rigward ta’ assigurazzjoni kontra l-qgħad għall-ħaddiema li għandhom permess ta’ residenza b’perjodu ta’ validità ta’ inqas minn sena:

1.1.

Ħaddiema biss li ħallsu kontribuzzjonijiet fl-Isvizzera għall-perjodu minimu meħtieġ skont l-Att Federali dwar l-Assigurazzjoni kontra l-Qgħad u l-Indennizzi fil-Każ ta’ Insolvenza (loi fédérale sur l’assurance-chômage obligatoire et l’indemnité en cas d’insolvabilité — LACI) (4 35) u li jissodisfaw ukoll il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà l-oħrajn għall-benefiċċji kontra l-qgħad, għandhom ikunu intitolati għal tali benefiċċju pprovdut mill-assigurazzjoni kontra l-qgħad skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi.

1.2.

Parti mill-kontribuzzjonijiet intaxxati għall-ħaddiema li l-perjodu ta’ kontribuzzjoni tagħhom ikun qasir wisq sabiex jingħata intitolament għall-benefiċċju kontra l-qgħad fl-Isvizzera skont 1.1 għandha tingħata lura lill-Istati ta’ oriġini tagħhom skont id-dispożizzjonijiet ta’ 1.3 sabiex ikun hemm kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-benefiċċji pprovduti lil dawn il-ħaddiema fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ qgħad totali; imbagħad dawn il-ħaddiema ma għandu jkollhom ebda intitolament għall-benefiċċju fil-każ li huma jisfaw qiegħda totalment fl-Isvizzera. Madankollu, huma għandhom ikunu intitolati għall-benefiċċji għal żmien ħażin u fil-każ li impjegatur isir insolventi. Il-benefiċċji fil-każ ta’ qgħad totali għandhom jitħallsu mill-Istat ta’ oriġini, diment li l-ħaddiema kkonċernati jagħmlu lilhom infushom disponibbli għax-xogħol. Perjodi ta’ assigurazzjoni mwettqa fl-Isvizzera għandhom jitqiesu bl-istess mod bħallikieku jkunu twettqu fl-Istat ta’ oriġini.

1.3.

Il-porzjonijiet tal-kontribuzzjonijiet intaxxati għall-ħaddiema li hemm referenza għalihom f’1.2 għandhom jingħataw lura fuq bażi annwali skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-kontribuzzjonijiet totali ta’ dawn il-ħaddiema għandhom jiġu kkalkolati, skont il-pajjiż, fuq il-bażi tan-numru annwali ta’ ħaddiema impjegati u l-kontribuzzjonijiet annwali medji mħallsa għal kull ħaddiem (kontribuzzjonijiet tal-impjegatur u tal-impjegati).

(b)

Mill-ammont ikkalkulat b’dan il-mod, porzjon minnu li jikkorrispondi għas-sehem relattiv irrappreżentat mill-benefiċċju kontra l-qgħad bħala perċentwal tal-benefiċċji kollha li hemm referenza għalihom f’1.2 għandu jintradd lura lill-Istati ta’ oriġini tal-ħaddiema, u porzjon għandu jinżamm mill-Isvizzera bħala riserva għall-benefiċċji sussegwenti. (5 36)

(c)

L-Isvizzera għandha, fuq bażi annwali, tipprovdi dikjarazzjoni li turi l-kontribuzzjonijiet irrimborsati. Jekk l-Istati ta’ oriġini jitolbu dan, għandha tindika l-bażi għall-kalkolu u s-somom irrimborsati. L-Istati ta’ oriġini għandhom jinnotifikaw lill-Isvizzera kull sena bin-numru ta’ riċevituri tal-benefiċċju kontra l-qgħad kif hemm referenza għalih f’1.2.

2.

Jekk Stat Membru kkonċernat minn dan l-arranġament, jiltaqa’ ma’ diffikultajiet bit-temm tal-arranġament għar-rifużjoni tal-kontribuzzjonijiet, jew l-Isvizzera tiltaqa’ ma’ diffikultajiet bl-arranġament ta’ aggregazzjoni, il-kwistjoni tista’ tiġi riferuta lill-Kumitat Konġunt minn xi parti kontraenti.

II.   Benefiċċji għal persuni li ma jifilħux jieħdu ħsieb lilhom infushom

Benefiċċji għal persuni li ma jifilħux jieħdu ħsieb lilhom infushom mogħtija skont l-Att Federali tad-19 ta’ Ġunju 1959 dwar l-assigurazzjoni għall-invalidità (LAI) u skont l-Att Federali tal-20 ta’ Diċembru 1946 dwar pensjonijiet tal-anzjanità u tas-superstiti (LAVS) tal-Isvizzera kif emendat fit-8 ta’ Ottubru 1999 għandhom jingħataw esklussivament jekk il-persuna kkonċernata jkollha r-residenza tagħha fl-Isvizzera.

III.   Il-pjanijiet ta’ benefiċċju tax-xogħol li jikkonċernaw il-pensjonijiet tal-anzjanità, tas-superstiti u tal-invalidità

Minkejja l-Artikolu 10 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, il-benefiċċju inerenti li hemm ipprovdut għalih skont l-Att Federali dwar il-moviment liberu fost pjanijiet ta’ benefiċċju tax-xogħol dwar il-pensjonijiet tal-anzjanità, tas-superstiti u tal-invalidità (Loi fédérale sur le libre passage dans la prévoyance professionnelle vieillesse, survivants et invalidité) tas-17 ta’ Diċembru 1993 għandu jitħallas fuq talba lil persuna impjegata jew li taħdem għal rasha li jkollha l-intenzjoni li tħalli l-Isvizzera għal dejjem u li, skont it-Titolu II tar-Regolament, ma tibqax iktar soġġetta għal-liġi Svizzera, diment li titlaq mill-Isvizzera fi żmien ħames snin minn meta dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ.


(1)  ĠU L 270, 29.9.2006, p. 67.

(2)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2 (Ħarġa Speċjali bil-Malti: Kap 05, Vol 01, p. 35).

(4)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 43.

(6)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.

(7)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2 (Ħarġa Speċjali bil-Malti: Kap 05, Vol 01, p. 35).

(8)  ĠU L 177, 4.7.2008, p. 1.

(9)  ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1.

(10)  ĠU L 39, 10.2.2009, p. 29.

(11)  ĠU L 209, 25.7.1998, p. 46.

(12)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 1.

(13)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 5.

(14)  ĠU C 149, 8.6.2010, p. 3.

(15)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 9.

(16)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 11.

(17)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 13.

(18)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 17.

(19)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 56.

(20)  ĠU C 107, 27.4.2010, p. 3.

(21)  ĠU C 149, 8.6.2010, p. 5.

(22)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 21.

(23)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 23.

(24)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 26.

(25)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 40.

(26)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 52.

(27)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 54.

(28)  ĠU C 107, 27.4.2010, p. 6.

(29)  ĠU C 107, 27.4.2010, p. 8.

(30)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 42.

(31)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 43.

(32)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 45.

(33)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 49.

(34)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 51.

(35)  Fil-preżent 12-il xahar.

(36)  Kontribuzzjonijiet rimborsati lill-ħaddiema li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-benefiċċju kontra l-qgħad fl-Isvizzera wara li jkunu ħallsu kontribuzzjonijiet għal mill-inqas 12-il xahar — fuq bosta perjodi ta’ residenza — fi żmien sentejn.


ANNESS II

DIKJARAZZJONI

dwar id-Dikjarazzjoni dwar l-attendenza Svizzera fil-kumitati

Il-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti msemmija fit-tieni inċiż tad-Dikjarazzjoni dwar l-attendenza Svizzera fil-kumitati (ĠU L 114, 30.4.2002 p. 72) ingħatat isem ieħor, bħala l-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali taħt l-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


REGOLAMENTI

17.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 817/2011

tal-11 ta’ Awwissu 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tat-tusk fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2011 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

26/T&Q

Stat Membru

France

Stokk

USK/567EI.

Speċi

Tusk (Brosme brosme)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali ta’ V, VI u VII

Data

9.7.2011


17.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 818/2011

tal-11 ta’ Awwissu 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-haddock fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb u VIa minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew li huma rreġsitrati f'dan l-Istat Membru, eżawrew il-kwota allokata għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2011 għandha titqies li ġiet eżawrita mid-data stabbilita f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1


ANNESS

Nru

25/T&Q

Stat membru

Spanja

Stokk

HAD/5BC6A.

Speċi

Haddock (Melanogrammus aeglefinus)

Żona

Ilmijiet tal-UE u ilmijiet internazzjoni taż-żoni Vb u VIa

Data

4.7.2011


17.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 819/2011

tal-11 ta’ Awwissu 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd tal-pollakkju (saithe) fiż-żona VI fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali ta' Vb, XII u XIV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd tal-2011 għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament u allokata lill-Istat Membru msemmi fih għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  OJ L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

24/T&Q

Stat Membru

Spanja

Stokk

POK/56-14

Speċi

Pollakkju (saithe) (Pollachius virens)

Żona

VI; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali ta’ Vb, XII u XIV

Data

4.7.2011


17.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 820/2011

tas-16 ta’ Awwissu 2011

li japprova s-sustanza attiva it-terbutilażin, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 u d-Deċiżjoni 2008/934/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 80(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) trid tkun applikata fuq is-sustanzi attivi li għalihom il-kompletezza kienet stabbilita f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 (3), fir-rigward il-proċedura u l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni. It-terbutilażin hija sustanza attiva li għaliha l-kompletezza kienet stabbilita skont dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (4) u (KE) Nru 1490/2002 (5) jistipulaw regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadji tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista kienet tinkludi t-terbutilażin.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1095/2007 tal-20 ta' Settembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1490/2002 li jwaqqaf regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta' xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2229/2004 li jwaqqaf regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta' xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (6) in-notifikatur irtira l-appoġġ tiegħu għall-inkluiżjoni ta' dik is-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mid-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (7) ġiet adottata għan-noninklużjoni tat-terbutilażin.

(4)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, in-notifikatur oriġinali (minn hawn 'il quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata, kif stipulata fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha.

(5)

L-applikazzjoni ntbagħtet lir-Renju Unit, li kien maħtur bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali li jifdal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(6)

Ir-Renju Unit ivvaluta d-dejta addizzjonali sottomessa mill-applikant u pprepara rapport addizzjonali. Hu bagħat dak ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-3 ta' Frar 2010. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali għall-kummenti lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant u għaddiet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. B'konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar it-terbutilażin lill-Kummissjoni fl-20 ta' Diċembru 2010 (8). L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u ġew iffinalizzati fis-17 ta' Ġunju 2011 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għat-terbutilażin.

(7)

Ħareġ ċar minn bosta eżaminazzjonijiet li saru li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-terbutilażin jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b’ mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari dwar l-użi li ġew eżaminati u mniżżla fid-dettall fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk huwa xieraq li t-terbutilażin ikun approvat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(8)

Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, madankollu huwa neċessarju li jkunu inklużi ċerti kondizzjonijiet u restrizzjonijiet.

(9)

Mingħajr ħsara għall-konklużjoni li t-terbutilażin għandu jkun approvat, b'mod partikolari huwa xieraq li tintalab aktar informazzjoni konfirmatorja.

(10)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel l-approvazzjoni sabiex jippermetti lill-Istati Membri u l-partijiet interessati jippreparaw irwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni.

(11)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni speċifika maħluqa bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, mingħajr ħsara għall-obbligi defniti bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni dan li ġej għandu japplika. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-terbutilażin. Skont kif inhu xieraq l-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtitiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti. Permezz ta’ deroga mill-iskadenza msemmija hawn fuq, għandu jiġi pprovdut perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tal-aġġornament tal-fajl komplut tal-Anness III għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skont il-prinċipji uniformi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE.

(12)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (9), uriet li jistgħu jinħolqu d-diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-obbligi tad-detenturi ta' awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta' awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta' dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati s'issa li jemendaw l-Anness I ta' dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi.

(13)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 540/2011 (10) għandu jiġi emendat skont dan.

(14)

Id-Deċiżjoni 2008/934/KE tistipula li l-terbutilażin ma jkunx inkluż u li l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza jkunu rtirati sal-31 ta' Diċembru 2011. Jeħtieġ li titħassar il-linja dwar it-terbutilażin fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni. Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/934/KE tiġi emendata skont dan.

(15)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta' sustanzi attivi

Is-sustanza attiva terbutilażin, kif speċifikata fl-Anness I, hija approvata skont il-kondizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-terbutilażin bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Ġunju 2012.

Sa dakinhar huma għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li l-kondizzjonijiet fl-Anness I ma' dan ir-Regolament jkunu ntlaħqu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tikkonċerna d-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu, jew ikollu aċċess għall-fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih it-terbutilażin bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn diversi sustanzi attivi li jkunu lkoll elenkati fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw mill-ġdid il-prodott skont il-prinċipji uniformi msemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fuq il-bażi tal-fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u billi titqies il-Parti B tal-annotazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Wara li ssir dik id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' prodott li jkun fih t-terbutilażin bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015; jew

(b)

fil-każ ta' prodott li jkun fih it-terbutilażin bħala wieħed minn bosta sustanzi attivi, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni, fejn meħtieġ, sal-31 ta' Diċembru 2015 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew dan l-iritrar fl-att jew atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew li approvaw dik is-sustanza jew is-sustanzi, skont liema minnhom tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 3

Emendi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Emendi fid-Deċiżjoni 2008/934/KE

Il-linja dwar it-terbutilażin fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/934/KE qiegħda titħassar.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ u data ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dal tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(3)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(4)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(5)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(6)  ĠU L 246, 21.9.2007, p. 19.

(7)  ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.

(8)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva t-terbutilażin. EFSA Journal 2011;9(1):1969. [133 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1969. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu.

(9)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.

(10)  ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Terbutilażin

Nru CAS 5915-41-3

Nru CIPAC 234

N2-tert-butil-6-kloro-N4-etil-1,3,5-trijażin-2,4-dijamin

≥ 950 g/kg

Impuritajiet:

 

Propażin: mhux iktar minn 10 g/kg

 

Atrażin: mhux iktar minn 1 g/kg

 

Simażin mhux iktar minn 30 g/kg

l-1 ta' Jannar 2012

il-31 ta' Diċembru 2021

PARTI A

L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar it-terbutilażin u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-17 ta’ Ġunju 2011.

F'din il-valutazzjoni kumplessiva l-Istati Membri għandhom jagħtu kas partikolari għal dan li ġej:

(a)

il-protezzjoni tal-ilma taħt l-art, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f'reġjuni b'ħamrija u/jew kondizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli;

(b)

ir-riskju għall-mammiferi u l-ħniex tal-art.

Il-kondizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta’ taffija tar-riskju u u l-obbligu li jitwettqu programmi biex jeżaminaw il-kontaminazzjoni potenzjali tal-ilma ta’ taħt l-art; fiż-żoni li huma vulnerabbli, fejn dan huwa xieraq.

L-applikant għandu jissottometti informazzjoni konfirmatorja fir-rigward ta':

(1)

l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku kif immanifatturat kummerċjalment, inkluża informazzjoni dwar ir-rilevanza tal-impuritajiet;

(2)

l-ekwivalenza bejn l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal tekniku, kif immanifatturat kummerċjalment, u l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal tat-test li ntuża fl-istudji tat-tossiċità;

(3)

il-valutazzjoni tal-espożizzjoni tal-ilma ta' taħt l-art għall-metaboliti mhux identifikati LM1, LM2, LM3, LM4, LM5 u LM6;

(4)

ir-rilevanza tal-metaboliti MT1 (N-tert-butil-6-kloro-1,3,5-trijażin-2,4-dijamin), MT13 (4-(tert-butilamino)-6-(etilamino)-1,3,5-trijażin-2-ol jew 6-idroksi-N2-etil-N4- tert-butil-1,3,5-trijażin-2,4-dijamin), MT14 (4-amino-6-(tert-butilamino)-1,3,5-trijażin-2-ol jew N-tert-butil-6-idroksi-1,3,5-trijażin-2,4-dijamin) u tal-metaboliti mhux identifikati LM1, LM2, LM3, LM4, LM5 u LM6 fir-rigward tal-kanċer, jekk it-terbutilażin huwa kklassifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 bħala "ssuspettat li jikkawża l-kanċer".

L-applikant għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità l-informazzjoni stabbilita fil-punti (1) u (2) sat-30 ta' Ġunju 2012, l-informazzjoni stabbilita fil-punt (3) sat-30 ta' Ġunju 2013 u l-informazzjoni stabbilita fil-punt (4) fi żmien sitt xhur min-notifika tad-deċiżjoni tal-klassifikazzjoni li tikkonċerna dik is-sustanza.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (*)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“16

Terbutilażin

Nru CAS 5915-41-3

Nru CIPAC 234

N2-tert-butil-6-kloro-N4-etil-1,3,5-trijażin-2,4-dijamin

≥ 950 g/kg

Impuritajiet:

 

Propażin: mhux iktar minn 10 g/kg

 

Atrażin: mhux iktar minn 1 g/kg

 

Simażin mhux iktar minn 30 g/kg

l-1 ta' Jannar 2012

il-31 ta' Diċembru 2021

PARTI A

L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar it-terbutilażin u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-17 ta’ Ġunju 2011.

F'din il-valutazzjoni kumplessiva l-Istati Membri għandhom jagħtu kas partikolari għal dan li ġej:

(a)

il-protezzjoni tal-ilma taħt l-art, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f'reġjuni b'ħamrija u/jew kondizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli;

(b)

ir-riskju għall-mammiferi u l-ħniex tal-art.

Il-kondizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju u u l-obbligu li jitwettqu programmi biex jeżaminaw il-kontaminazzjoni potenzjali tal-ilma ta’ taħt l-art; fiż-żoni li huma vulnerabbli, fejn dan huwa xieraq.

L-applikant għandu jissottometti informazzjoni konfirmatorja fir-rigward ta':

(1)

l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku kif immanifatturat kummerċjalment, skont dejta analitika xierqa, inkluża informazzjoni dwar ir-rilevanza tal-impuritajiet;

(2)

l-ekwivalenza bejn l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal tekniku, kif immanifatturat kummerċjalment, u l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal tat-test li ntuża fl-istudji tat-tossiċità;

(3)

il-valutazzjoni tal-espożizzjoni tal-ilma ta' taħt l-art għall-metaboliti mhux identifikati LM1, LM2, LM3, LM4, LM5 u LM6;

(4)

ir-rilevanza tal-metaboliti MT1 (N-tert-butil-6-kloro-1,3,5-trijażin-2,4-dijamin), MT13 (4-(tert-butilamino)-6-(etilamino)-1,3,5-trijażin-2-ol jew 6-idroksi-N2-etil-N4- tert-butil-1,3,5-trijażin-2,4-dijamin), MT14 (4-amino-6-(tert-butilamino)-1,3,5-trijażin-2-ol jew N-tert-butil-6-idroksi-1,3,5-trijażin-2,4-dijamin) u tal-metaboliti mhux identifikati LM1, LM2, LM3, LM4, LM5 u LM6 fir-rigward tal-kanċer, jekk it-terbutilażin huwa kkklassifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 bħala "ssuspettat li jikkawża l-kanċer".

L-applikant għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità l-informazzjoni stabbilita fil-punti (1) u (2) sat-30 ta' Ġunju 2012, l-informazzjoni stabbilita fil-punt (3) sat-30 ta' Ġunju 2013 u l-informazzjoni stabbilita fil-punt (4) fi żmien sitt xhur min-notifika tad-deċiżjoni tal-klassifikazzjoni li tikkonċerna dik is-sustanza.”


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


17.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 821/2011

tas-16 ta’ Awwissu 2011

li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ aċetat tal-vinil li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (l-“Unjoni”),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett tad-dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Bidu

(1)

Fl-4 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2), il-bidu ta’ proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ aċetat tal-vinil li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika (minn hawn ’il quddiem l-USA jew il-pajjiż ikkonċernat).

(2)

Il-proċedura nbdiet bħala riżultat ta’ lment ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2010 minn Ineos Oxide Ltd (“l-ilmentatur”) li jirrappreżenta proporzjon kbir, f'dan il-każ aktar minn 25% tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni tal-aċetat tal-vinil. L-ilment fih evidenza prima facie tad-dumping tat-tali prodott u ta' dannu materjali li jirriżulta minnu, li tqies biżżejjed biex jiġġustifika l-bidu ta' proċediment.

2.   Il-Partijiet ikkonċernati mill-proċediment

(3)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-kwerelant, lil produtturi oħra magħrufa fl-Unjoni, lill-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat, lill-importaturi, lill-operaturi tas-suq, lill-utenti, lill-fornituri u lill-assoċjazzjonijiet magħrufin li huma kkonċernati, u lir-rappreżentanti tal-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità sabiex jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-avviż tal-inizjazzjoni.

(4)

Il-partijiet interessati kollha, li wrew li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu u li talbu smigħ, ingħataw l-opportunità li jinstemgħu.

(5)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-erba’ produtturi esportaturi magħrufa fil-pajjiż ikkonċernat. Tliet produtturi esportaturi bħal dawn ipprovdew tweġiba għall-kwestjonarju. Ir-raba’ produttur esportatur irrifjuta li jikkoopera fl-investigazzjoni u ġie sussegwentement informat li se jiġi trattat bħala kumpanija li ma kkooperatx skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(6)

Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarji lill-ilmentatur u lill-produttur l-ieħor tal-Unjoni msemmi fl-ilment.

(7)

Minħabba n-numru apparentement kbir ta’ importaturi mhux relatati li huma potenzjalment ikkonċernati minn din l-investigazzjoni, kien previst teħid ta’ kampjuni fl-avviż tal-inizjazzjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk kienx neċessarju t-teħid ta’ kampjuni u, jekk iva, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha mhux relatati kienu mitluba jidentifikaw ruħhom mal-Kummissjoni u jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fl-avviż tal-inizjazzjoni. Madankollu, minħabba li żewġ importaturi biss identifikaw ruħhom sal-iskadenza stabbilita mill-avviż tal-inizjazzjoni, ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx neċessarju. Żewġ importaturi fl-Unjoni wieġbu kif dovut għall-kwestjonarju u fil-każ ta' wieħed minnhom saret żjara ta’ verifika fuq il-post..

(8)

Min-naħa l-oħra, numru ta’ partijiet interessati identifikaw ruħhom bħala utenti. Kwestjonarju mħejji speċifikament għall-utenti ntbagħat lil partijiet bħal dawn. Tnax-il kumpanija wieġbu għall-kwestjonarju u twettqu żjarat ta’ verifika fuq il-post fil-każ ta’ tnejn minnhom.

(9)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għad-determinazzjoni provviżorja tad-dumping, id-dannu li rriżulta u l-interess tal-Unjoni u wettqet verifiki fuq il-post fil-każ tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Il-produtturi tal-Unjoni

Ineos Oxide Ltd, ir-Renju Unit

Wacker Chemie AG, il-Ġermanja

(b)

Il-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat

Celanese Ltd.

The Dow Chemical Company

LyondellBasell Industries, Acetyls, LLC

(c)

Il-kumpaniji mhux relatati fil-pajjiż ikkonċernat

Terminal, l-Istati Uniti [isem il-parti u l-post eżatt huma kunfidenzjali]

(d)

Il-kumpaniji relatati u mhux relatati fl-Unjoni

Celanese Chemicals Europe GmbH, il-Ġermanja

Lyondell Chemie Nederland B.V., il-Pajjiżi l-Baxxi

Terminal, l-Unjoni [isem il-parti u l-post eżatt huma kunfidenzjali]

(e)

Il-kumpaniji relatati la fl-Unjoni u lanqas fl-Istati Uniti tal-Amerika

Dow Europe GmbH, l-Isvizzera

(f)

L-Importaturi

Gantrade Ltd, ir-Renju Unit

(g)

L-utenti

Vinavil, Mapei, l-Italja

Synthomer, ir-Renju Unit

3.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni

(10)

L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2009 sat-30 ta’ Settembru 2010 (il-perjodu ta’ investigazzjoni jew PI). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-aħħar tal-PI (il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(11)

Il-prodott ikkonċernat huwa definit bħala aċetat tal-vinil li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika li attwalment jaqa’ taħt il-Kodiċi NM 2915 32 00.

(12)

L-aċetat tal-vinil (minn hawn ’il quddiem VAM jew il-prodott ikkonċernat) huwa prodott kimiku ta' bażi derivat mill-aċidu aċetiku.

(13)

L-aċetat tal-vinil għandu varjetà wiesgħa ta’ applikazzjonijiet. Il-maġġoranza tal-aċetat tal-vinil prodott jintuża bħala fattur produttiv f’żewġ prodotti downstream: l-aċetat tal-polivinil u l-alkoħol tal-polivinil. Dawn il-prodotti downstream huma polimeru importanti f’diversi industriji. Il-polimeri ta’ aċetat tal-vinil jintużaw komunement fil-produzzjoni taż-żebgħa, tal-adeżivi, tal-kisi u tal-finituri tat-tessuti.

(14)

L-investigazzjoni wriet li hemm biss tip wieħed tal-prodott ikkonċernat..

2.   Il-prodott simili

(15)

L-investigazzjoni wriet li l-aċetat tal-vinil prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni u l-aċetat tal-vinil prodott fil-pajjiż ikkonċernat u esportat lill-Unjoni kellhom l-istess karatteristiċi u użi bażiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi. Għalhekk, dawn il-prodotti huma provviżorjament meqjusin bħala simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   DUMPING

1.   Il-valur normali

(16)

Għad-determinazzjoni tal-valur normali, l-ewwel ġie stabbilit li l-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti tal-produtturi esportaturi rispettivi fil-pajjiż ikkonċernat kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum totali tat-tali bejgħ irrappreżentax mill-anqas 5% tal-volum totali tal-bejgħ tal-esportazzjoni tiegħu tal-prodott ikkonċernat lill-Unjoni, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku.

(17)

Il-Kummissjoni sussegwentement eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull produttur esportatur jistax jitqies li sar fil-kors ordinarju tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ domestiku profittabbli lill-klijenti indipendenti matul il-PI.

(18)

It-tranżazzjonijiet tal-bejgħ domestiku tqiesu bħala profittabbli fejn il-kost tal-unità kien ugwali għall-kost tal-produzzjoni, jew ogħla minnha. Għaldaqstant ġie stabbilit il-kost tal-produzzjoni fuq is-suq domestiku matul il-PI.

(19)

Fil-każ fejn 80% tal-volum tal-bejgħ fis-suq domestiku kien ogħla mill-kostijiet u l-prezz tal-bejgħ medju peżat kien ugwali għall-kost tal-produzzjoni medja peżata jew ogħla minnu, il-valur normali kien ikkalkulat bħala l-medja peżata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiċi kollha, irrispettivament minn jekk humiex profitabbli jew le. Madankollu, fejn il-volum tal-bejgħ profitabbli rrappreżenta 80% jew inqas tal-volum totali ta' bejgħ, jew fejn il-prezz tal-bejgħ medju peżat kien inqas mill-kost tal-produzzjoni medju peżat, il-valur normali kien fuq il-prezz medju peżat tal-bejgħ domestiku profitabbli biss.

2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(20)

L-investigazzjoni wriet li l-aċetat tal-vinil kien esportat mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni jew (i) permezz tal-kumpaniji tal-kummerċ relatati li jinsabu fl-Unjoni; jew (ii) għal produttur esportatur wieħed, permezz ta' kumpanija kummerċjali relatata barra l-Unjoni.

(21)

Fiż-żewġ każijiet li huma, il-prezzijiet tal-esportazzjoni kienu stabbiliti abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid lill-ewwel konsumaturi indipendenti fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, aġġustati kif dovut għall-ispejjeż imġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, u l-profitti.

3.   Paragun

(22)

Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi rispettivi kienu paragunati ma' dawk tal-fabbrika.

(23)

Sabiex jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, ingħata konċessjoni dovuta fil-forma ta' aġġustament għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragunabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Aġġustamenti għad-differenzi fl-ispejjeż tal-ġestjoni u tal-ħżin, l-ispejjeż tat-trasport u tal-assigurazzjoni, l-ispejjeż tal-kreditu, ir-ribassi, il-kummissjonijiet, id-dazji tal-importazzjoni saru fejn applikabbli u ġustifikati.

4.   Marġini tad-dumping

(24)

Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw fl-Istati Uniti tal-Amerika ġie stabbilit abbażi ta’ paragun tal-valur normali medju peżat ma' prezz tal-esportazzjoni medju peżat.

(25)

Sabiex jiġi determinat il-marġini tad-dumping għal produtturi esportaturi li ma kkooperawx, l-ewwel ġie stabbilit il-livell ta' nuqqas ta' kooperazzjoni. Għal dan il-għan, il-volum ta’ esportazzjonijiet lill-Unjoni rrapportat mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ġie paragunat mal-istatistika tal-importazzjoni tal-Eurostat ekwivalenti.

(26)

Minħabba li l-livell ta’ kooperazzjoni fl-Istati Uniti tal-Amerika kien għoli (aktar minn 90%) ġie meqjus provviżorjament xieraq li jiġi stabbilit il-marġini tad-dumping residwu għal kwalunkwe produttur esportatur li ma kkooperax f'dan il-pajjiż fil-livell tal-ogħla dazju impost fuq esportatur li kkoopera. Din il-kwistjoni tista’ tiġi kkunsidrata mill-ġdid sussegwentement fl-istadju definittiv.

(27)

Abbażi tal-metodoloġija msemmija hawn fuq, il-marġini tad-dumping provviżorji, espressi bħala perċentwal tal-prezz tal-importazzjoni CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma dawk li ġejjin:

Kumpanija

Marġini ta’ Dumping Provviżorju

Celanese Ltd.

12,1 %

LyondellBasell Acetyls, LLC

13,0 %

The Dow Chemical Company

13,8 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

13,8 %

D.   DANNU

1.   Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni

(28)

L-ilment tressaq minn Ineos Oxide Ltd minn hawn ’il quddiem "l-Ilmentatur", produttur ta’ aċetat tal-vinil fl-Unjoni, li jirrappreżenta proprozjon kbir tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. Produttur ieħor tal-Unjoni, it-tieni wieħed, Wacker GmbH, sostna l-inizjazzjoni tal-proċediment. Hekk, l-ilment ġie sostnut mill-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 25% tal-produzzjoni totali tal-aċetat tal-vinil prodott mill-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-proċediment kien inizjat skont id-dispożizzjoni tal-artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

(29)

It-tielet produttur li jinsab fl-Unjoni (Celanese Europe GmbH) instab li huwa relatat ma’ produttur esportatur li jinsab fil-pajjiż ikkonċernat. Skont l-informazzjoni miksuba matul l-investigazzjoni ġie stabbilit, provviżorjament, li dan il-produttur kien ikkontrollat kompletament minn Celanese Corporation, ibbażata fl-USA, li għandha rwol deċiżiv fl-operazzjonijiet prinċipali tan-negozju Ewropej bħall-ippjanar tan-negozju, il-kontroll tal-produzzjoni, l-attivitajiet tax-xiri u l-bejgħ.

(30)

Minħabba dak imsemmi hawn fuq, kien meqjus li r-relazzjoni ta’ Celanese Europe GmbH fil-grupp kienet tali li tikkawża mġiba li tkun differenti minn dik ta’ produtturi oħra mhux relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 4 (2) tar-Regolament bażiku. Kien meqjus ukoll li permezz ta’ din ir-relazzjoni l-kumpanija tista’ tkun protetta mill-konsegwenzi negattivi tad-dumping li jikkawża dannu. Barra minn hekk, jekk tiġi inkluża kumpanija bħal din fis-sejbiet dwar id-dannu jkun hemm distorsjoni tad-dejta aggregata dwar il-kostituzzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(31)

Abbażi ta’ dan, ġie provviżorjament stabbilit li Celanese Europe GmbH għandha tkun eskluża mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(32)

Għaldaqstant, iż-żewġ produtturi Ineos Oxide Ltd u Wacker GmbH jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u jirrappreżentaw 100% tal-produzzjoni tal-Unjoni. Minn hawn ’il quddiem dawn se jissejħu l-“industrija tal-Unjoni”.

2.   Determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni

(33)

Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni kif definita fil-premessi (28) et seq. sofrietx dannu materjali, ġie eżaminat sa liema punt il-produzzjoni magħluqa tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat kellha tingħata kunsiderazzjoni fl-analiżi.

(34)

Tabilħaqq, il-prodott ikkonċernat jinbiegħ mill-industrija tal-Unjoni kemm (a) lis-suq ħieles kif ukoll (b) lis-suq magħluq (fi ħdan l-istess grupp tal-kumpanija). Fis-suq magħluq, il-prodott ikkonċernat jintuża bħala materja prima għall-manifattura ta’ diversi prodotti użati fiż-żebgħa, l-adeżivi, il-kisjiet, eċċ.

(35)

F’dan il-kuntest, il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat għall-użu bħala materja prima għall-manifattura ta’ prodotti oħra għall-kumpaniji fl-istess grupp għandu jitqies bħala “użu magħluq”, mill-anqas safejn iseħħu kwalunkwe miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: (i) il-bejgħ ma jsirx għall-prezzijiet tas-suq jew (ii) il-klijent ma għandux għażla ħielsa tal-fornitur fl-istess grupp ta’ kumpaniji. Matul l-investigazzjoni nstab, b'mod provviżorju, li l-bejgħ lil entitajiet relatati li jixtru l-prodott ikkonċernat bħala materja prima għall-manifattura ta' prodott differenti kellu jitqies bħala bejgħ magħluq; instab li skont il-politika kummerċjali tal-kumpaniji, dawn l-entitajiet relatati ma kellhomx għażla ħielsa tal-fornitur.

(36)

Din id-distinzjoni hija rilevanti għall-analiżi tad-dannu. L-aċetat tal-vinil destinat għall-użu magħluq ma nstabx li huwa direttament f'kompetizzjoni mal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. B’kuntrast, il-produzzjoni destinata għall-bejgħ fis-suq ħieles instabet li hija f’kompetizzjoni diretta ma' dawk l-importazzjonijiet, minħabba li dan il-bejgħ sar taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, li jimplika għażla ħielsa ta' fornitur. Dan iġġustifika d-divrenzjar bejn is-suq magħluq u dak ħieles fl-analiżi għal ċerti indikaturi tad-dannu.

(37)

F'dan ir-rigward, instab li l-indikaturi ekonomiċi li ġejjin marbuta mal-industrija tal-Unjoni setgħu jiġu eżaminati sew b'referenza għall-attività totali, i.e. inkluż l-użu magħluq tal-industrija tal-Unjoni, il-produzzjoni, il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità, l-investimenti, l-istokks, l-impjiegi, il-produttività, is-salarji u l-kobor tal-marġini tad-dumping. Dan minħabba li dawk l-indikaturi jiġu affettwati irrispettivament minn jekk il-prodott jiġix trasferit downstream fil-kumpanija jew fi grupp ta' kumpaniji għal aktar ipproċessar jew jekk jinbiegħx fis-suq ħieles.

(38)

Fir-rigward tal-profittabilità, il-fluss tal-flus, ir-redditu fuq l-investiment u l-kapaċità għaż-żieda fil-kapital, l-analiżi twettqet fil-livell tas-suq ħieles biss minħabba l-fatt li l-prezzijiet fis-swieq magħluqin mhumiex rappreżentattivi tal-kundizzjonijiet normali tas-suq għandu effett fuq l-affidabilità ta’ dawk l-indikaturi.

(39)

L-indikaturi ekonomiċi l-oħra relatati mal-industrija tal-Unjoni, jiġifieri l-konsum, il-bejgħ, l-ishma tas-suq u l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni ġew analizzati u evalwati l-aktar b’referenza għas-sitwazzjoni li tipprevali fis-suq ħieles, b’mod partikolari fejn jeżistu kundizzjonijiet tas-suq miżurabbli u fejn it-tranżazzjonijiet isiru taħt kundizzjonijiet tas-suq normali li jimplika għażla ħielsa tal-fornitur.

(40)

Għal dawk l-indikaturi, is-suq magħluq madankollu kien ġie kkunsidrat ukoll u tqabbel mad-dejta tas-suq ħieles sabiex ikun stabbilit jekk is-sitwazzjoni tas-suq magħluq kinitx x'aktarx se ġġib bidla f'dak li nstab abbażi tal-analiżi tas-suq ħieles waħdu.

3.   Konsum tal-Unjoni

(41)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit billi ġie miżjud il-volum totali tal-importazzjoni ta’ aċetat tal-vinil ibbażat fuq Eurostat, kontraverifikat kontra d-dejta verifikata pprovduta mill-produtturi esportaturi għall-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, mal-volum totali tal-bejgħ fuq is-suq tal-Unjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-produttur l-ieħor li jinsab fl-Unjoni.

(42)

Minħabba n-numru żgħir ta’ fornituri u l-bżonn li tiġi protetta d-dejta tan-negozju kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, l-iżvilupp tal-konsum huwa indiċjat.

Tabella 1

Il-konsum tal-Unjoni

Indiċi 2007 = 100

2007

2008

2009

PI

Konsum totali

100

90

87

99

Suq magħluq

100

96

100

104

Suq ħieles

100

88

82

97

(43)

Fil-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, il-konsum fuq is-suq totali tal-Unjoni u fuq is-suq ħieles naqas ftit b’1 % u 3 % rispettivament. Għall-kuntrarju, ġiet reġistrata żieda ta’ 4 % fuq is-suq magħluq matul l-istess perjodu.

4.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.1.   Il-volum u s-sehem tas-suq

(44)

L-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, fil-volum u s-sehem tas-suq, kienet dik li ġejja:

Tabella 2

Importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika

Volumi tal-importazzjonijiet (MT)

2007

2008

2009

PI

L-Istati Uniti tal-Amerika

103 192

146 800

133 763

152 445

(Indiċi 2007 = 100)

100

142

130

148

Sehem tas-suq fis-suq totali

(Indiċi 2007 = 100)

100

159

150

149

Sehem tas-suq fis-suq ħieles

(Indiċi 2007 = 100)

100

162

157

152

Sors: Eurostat u informazzjoni miksuba mill-partijiet interessati permezz tat-tweġibiet għall-kwestjonarji.

(45)

Matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, l-importazzjonijiet lejn is-suq totali tal-Unjoni (is-suq magħluq u dak ħieles) mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu bi 48 %. Dan wassal għal żieda fis-sehem tas-suq matul l-istess perjodu ta’ 49 %. Is-sehem tas-suq fis-suq ħieles żdied bi 52 %.

4.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u t-twaqqigħ tal-prezzijiet

(46)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Prezz tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/MT)

2007

2008

2009

PI

L-Istati Uniti tal-Amerika

774

814

541

573

(Indiċi 2007 = 100)

100

105

70

74

Sors: Eurostat

(47)

Filwaqt li kien hemm żieda żgħira fil-PI, il-prezzijiet totali medji tal-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat naqsu b’26% bejn l-2007 u l-PI.

(48)

Paragun tal-prezzijiet tal-bejgħ fuq is-suq tal-Unjoni sar bejn il-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni fuq is-suq ħieles u l-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat. Il-prezzijiet tal-bejgħ rilevanti tal-industrija tal-Unjoni ġew aġġustati fejn neċessarju għal-livell ex works, jiġifieri minbarra l-imposti fuq il-merkanzija fl-Unjoni u wara t-tnaqqis tal-iskontijiet u r-ribassi.

(49)

Dawn il-prezzijiet ġew ipparagunati mal-prezzijiet li nżammu għal firxa ta skontijiet mill-produtturi esportaturi tal-USA li kkooperaw u aġġustati fejn neċessarju għall-prezz tal-fruntiera tal-Unjoni CIF aġġustat għall-ispejjeż tal-approvazzjoni doganali u l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni.

(50)

Il-paragun wera li tul il-PI, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-esportaturi kollha li kkooperaw kienu nbiegħu l-Unjoni bi prezzijiet orħos minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Il-livell medju tad-dumping, meta espress bħala perċentwali tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, kien 17,9%, abbażi tad-dejta vverifikata mressqa mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Dan il-livell ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet kien kombinat ma’ żvilupp negattiv tal-prezzijiet u tnaqqis sostanzjali fil-prezzijiet.

5.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(51)

It-tabella li ġejja turi l-iżviluppi tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra.

Tabella 4

Volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

Volumi tal-importazzjonijiet (MT)

2007

2008

2009

PI

L-Istati Uniti tal-Amerika

103 192

146 800

133 763

152 445

(Indiċi 2007 = 100)

100

142

130

148

L-Arabja Sawdija

0

0

0

73 156

Oħrajn

88 138

52 414

15 937

8 198

Indiċi 2007 = 100

100

59

18

9

Sehem tas-suq fis-suq totali

(Indiċi 2007 = 100)

100

66

21

9

Sehem tas-suq fis-suq ħieles

(Indiċi 2007 = 100)

100

68

22

10

Sors: Eurostat

(52)

Fil-bidu tal-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat kienu f’kompetizzjoni ma’ pajjiżi oħra inklużi t-Tajwan, l-Ukraina u r-Russja. Fl-aħħar tal-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, l-importazzjonijiet minn dawn is-sorsi tradizzjonali kienu naqsu għal kważi xejn.

(53)

Pajjiż esportatur ġdid, l-Arabja Sawdija, li daħal fis-suq tal-Unjoni matul il-PI, esporta madwar 73 000 tunnellata fil-PI. L-impatt ta’ dan l-iżvilupp fuq l-industrija tal-Unjoni huwa diskuss fil-premessi (91) et seq.

6.   Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

6.1.   Ġenerali

(54)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżaminazzjoni tal-impatt tal-importazzjonijiet iddampjati fuq l-industrija tal-Unjoni inkludiet evalwazzjoni tal-fatturi kollha ekonomiċi u l-indiċijiet relatati mal-istat tal-industrija tal-Unjoni mill-2007 sa tmiem il-PI.

(55)

L-indikaturi makroekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapital, il-volumi tal-bejgħ, is-sehem tas-suq, l-impjiegi, il-produttività, is-salarji u l-kobor tal-marġini tad-dumping) kif ukoll l-indikaturi mikroekonomiċi (l-istokks, il-prezzijiet tal-bejgħ, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, u r-redditu fuq l-investiment, il-kapaċità għaż-żieda fil-kapital u l-investimenti, il-kostijiet tal-produzzjoni) ġew valutati fil-livell tal-industrija sħiħa tal-Unjoni. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni derivata mill-kwestjonarji verifikati sottomessi mill-industrija tal-Unjoni.

(56)

Għandu jiġi nnutat li l-ilmentatur, il-faċilitajiet tiegħu tal-produzzjoni akkwistahom biss fl-2007; għaldaqstant, id-dejta għal ċerti indikaturi tad-dannu (il-profittabilità, is-salarji, l-investimenti, id-dħul mill-investiment, il-fluss tal-flus) ma setgħux jinkisbu għall-2007. Għalhekk, għal dawk l-indikaturi l-analiżi tkopri l-perjodu 2008 sal-PI. Għall-bqija tal-indikaturi, iċ-ċifri għall-2007 kienu disponibbli. Għalhekk, għal indikaturi bħal dawn, l-analiżi tkopri l-perjodu sħiħ li qed jiġi kkunsidrat (mill-2007 sal-PI).

(57)

Il-kwerelant huwa ffukat fuq il-kunsinna tal-prodott ikkonċernat kollu kemm hu lis-suq ħieles filwaqt li l-produttur l-ieħor tal-Unjoni huwa ffukat l-aktar fuq is-suq magħluq bi frazzjoni żgħira destinata għas-suq ħieles. B’kunsiderazzjoni tal-fatt li d-dejta għall-analiżi tad-dannu hija derivata l-aktar minn żewġ sorsi biss, fejn wieħed minnhom huwa ffukat l-aktar fuq is-suq magħluq, u b'kunsiderazzjoni li nstab li saret distinzjoni bejn is-suq totali u s-suq ħieles għal numru ta' indikaturi ta' dannu, id-dejta relatata mal-industrija tal-Unjoni kellha tiġi indiċjata sabiex tiġi preservata l-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku.

6.2.   Indikaturi makroekonomiċi

6.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(58)

It-tabella hawn taħt tindika l-evoluzzjoni tal-produzzjoni, tal-kapaċità tal-produzzjoni u tal-użu tal-kapaċità tal-industrija totali tal-Unjoni:

Tabella 5

Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità totali tal-Unjoni

(Indiċi 2007 = 100)

2007

2008

2009

PI

Produzzjoni totali

100

105

102

92

Kapaċità tal-produzzjoni totali

100

121

126

143

Użu tal-kapaċità totali

100

87

81

64

(59)

Kif muri fit-tabella hawn fuq, matul il-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni totali tal-Unjoni naqset bi 8 %.

(60)

Matul l-istess perjodu, il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet bi 43%. Madankollu, din iż-żieda fil-kapaċità ma kenitx marbuta mal-istabbiliment ta’ linji tal-produzzjoni ġodda iżda mat-titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-kapaċità eżistenti.

(61)

Il-kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ fatturi, jiġifieri t-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni u ż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni matul l-istess perjodu wasslu għal tnaqqis sinifikanti fl-użu tal-kapaċità b' 36% matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat.

6.2.2.   Volumi tal-bejgħ u sehem tas-suq

(62)

Iċ-ċifri hawn taħt jippreżentaw il-volum tal-bejgħ, is-sehem tas-suq u l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ unità medji tal-industrija tal-Unjoni maqsumin bejn is-suq totali, magħluq u ħieles.

Tabella 6

Volumi tal-bejgħ u sehem tas-suq

(Indiċi 2007 = 100)

2007

2008

2009

PI

Bejgħ totali

100

99

96

88

Sehem tas-suq (%)

100

110

111

88

Bejgħ tas-suq magħluq

100

111

109

113

Sehem tas-suq (%)

100

115

108

109

Bejgħ tas-suq ħieles

100

89

86

67

Sehem tas-suq (%)

100

102

104

69

(63)

Il-volum totali tal-bejgħ naqas bi 12 % fil-perjodu li qed jiġi kkunsidrat. Dan it-tnaqqis kien ferm ogħla fis-suq ħieles fejn waqa’ bi 33 % bejn l-2007 u l-PI. Is-suq magħluq segwa x-xejra opposta u l-volum tal-bejgħ żdied bi 13 % fl-istess perjodu.

(64)

It-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ kien rifless fis-sehem tas-suq li ra tnaqqis ta’ 11 % għas-suq sħiħ u tnaqqis ta’ 31 % fis-suq ħieles bejn l-2007 u l-PI. Għal darb’oħra, is-suq magħluq segwa x-xejra opposta u ra żieda ta’ 9 % matul l-istess perjodu.

6.2.3.   Impjiegi, produttività u salarji

Tabella 7

Impjiegi, produttività u salarji

(Indiċi 2007 = 100)

2007

2008

2009

PI

Numru Totali ta’ impjegati

100

96

98

100

Produttività Totali (unità/impjegat)

100

109

104

92

Salarji Totali Annwali

0

100

95

88

(65)

L-impjiegi totali baqgħu stabbli bejn l-2007 u l-PI. Għandu jkun innotat li l-produzzjoni ta’ aċetat tal-vinil ma tinvolvix xogħol intensiv u ċ-ċifri tal-impjiegi għalhekk mhumiex marbutin mill-qrib maċ-ċifri tal-produzzjoni. L-impjiegi għalhekk mhumiex ta' importanza sinifikanti bħala indikatur f’dan is-settur.

(66)

Matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat l-produttività totali għal kull impjegat naqset bi 8% bejn l-2007 u l-PI. Dan segwa t-tnaqqis fil-produzzjoni u ż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni kif spjegat fil-premessa (58) et seq.

6.2.4.   Kobor tal-marġini effettiv tad-dumping

(67)

Il-marġini tad-dumping huma speċifikati hawn fuq fit-taqsima dwar dumping. Il-marġini kollha stabbiliti kienu ogħla mil-livell de minimis. Barra minn hekk, minħabba l-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet iddampjati, l-impatt tal-marġini attwali tad-dumping ma jistax jitqies negliġibbli.

6.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

6.3.1.   Kummenti ġenerali

(68)

L-analiżi tal-indikaturi mikroekonomiċi (l-istokks, il-prezzijiet tal-bejgħ, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, u redditu fuq l-investiment, il-kapaċità għaż-żieda fil-kapital u l-investimenti, il-kostijiet tal-produzzjoni) twettqet fil-livell tal-industrija sħiħa tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessi (28) et seq.

(69)

Mill-indikaturi msemmija hawn fuq, il-valutazzjoni tal-profittabilità, is-salarji, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment, u l-fluss tal-flus kellha tiffoka fuq is-suq ħieles, jiġifieri li għandha tirrifletti l-aktar id-dejta provduta mill-Ilmentatur. Meta jitqies dan t'hawn fuq, l-iżvilupp tal-indikaturi tal-profitt u l-fluss tal-flus, ma setax jingħata fil-format ta' indiċi minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalità.

(70)

Barra minn dan, kif spjegat fil-premessa (56), l-ilmentatur ma setax jipprovdi dejta għall-2007 dwar ċerti indikaturi tad-dannu; għaldaqstant, l-analiżi ta' dawk l-indikaturi twettqet għall-perjodu tal-2008 sal-PI.

6.3.2.   Ħażniet

(71)

Iċ-ċifri hawn taħt jirrappreżentaw l-evoluzzjoni tal-ħażniet tal-industrija tal-Unjoni matul kull wieħed mill-perjodi kkonċernati:

Tabella 8

Ħażniet

Indiċi 2007 = 100

2007

2008

2009

PI

Ħażniet totali

100

86

49

69

(72)

Il-ħażniet naqsu b'31 % matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat. Madankollu, dan l-indikatur ma għandux jitqies bħala rilevanti f’dan is-settur, għaliex il-produtturi ta’ aċetat tal-vinil jipproduċu skont l-ordnijiet u normalment iżommu ħażniet limitati. Fil-fatt, il-ħażniet jikkorrispondu biss għal ftit ġimgħat ta’ provvista.

6.3.3.   Prezzijiet tal-bejgħ

(73)

It-tabella li ġejja tirrappreżenta l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni maqsuma bejn is-suq totali, magħluq u ħieles.

Tabella 9

Prezzijiet tal-bejgħ

Indiċi 2007 = 100

2007

2008

2009

PI

Prezz tal-bejgħ ta’ unità medju tas-suq totali

100

107

74

84

Prezz tal-bejgħ ta’ unità medju fuq is-suq magħluq

100

115

82

92

Prezz tal-bejgħ ta’ unità medju fuq is-suq ħieles

100

102

69

77

(74)

Il-prezzijiet tal-bejgħ għas-suq totali tal-Unjoni naqsu b’16 % fil-perjodu li qed jiġi kkunsidrat. Il-prezzijiet tal-bejgħ waqgħu fiż-żewġt iswieq, anki jekk it-tnaqqis kien iktar sinifikanti fis-suq ħieles (– 23 %) milli fis-suq magħluq (– 8 %).

6.3.4.   Profitabilità, fluss tal-flus, redditu fuq l-investiment, kapaċità għaż-żieda fil-kapital u investimenti

(75)

Il-profittabilità għall-prodott simili fuq is-suq ħieles kienet stabbilita permezz tal-espressjoni tal-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili mill-industrija tal-Unjoni, bħala l-perċentwal tad-dħul tat-tali bejgħ.

(76)

Tul il-perjodu kkunsidrat, il-profittabilità fis-suq ħieles naqset. Tul il-PI, kull xahar ġie rrappurtat it-telf. Dan kien l-effett ta’ żieda b’saħħitha kemm fil-volumi tal-bejgħ kif ukoll fil-prezzijiet tal-bejgħ.

(77)

It-tabella hawn taħt turi li l-industrija tal-Unjoni żiedet l-investimenti tagħha fil-prodott ikkonċernat, anki meta kienet qed tiffaċċja tnaqqis fil-profittabilità. L-investimenti saru l-aktar fit-titjib u l-manutenzjoni tat-teknoloġija u l-proċess tal-produzzjoni sabiex titjib l-effiċjenza.

Tabella 10

Investimenti

Indiċi 2008 = 100

2007

2008

2009

PI

Investimenti Totali

Mhux applikabbli

100

129

127

(78)

L-investimenti żdiedu b’27 % matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat.

(79)

Minkejja ż-żieda fl-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti (ROI) tal-prodott ikkonċernat ma laħaqx ir-redditu mistenni u naqas bejn l-2008 u l-PI.

(80)

Ġie osservat tnaqqis ukoll fil-fluss tal-flus bejn l-2008 u l-PI u dan juri deterjorament kostanti tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni sabiex tiġġenera l-flus u bħala konsegwenza, dgħajfien tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

(81)

Għaldaqstant, meta kabbret l-investimenti tagħha, l-industrija baqgħet turi l-abilità li żżid il-kapital; madankollu, din l-abilità hija mhedda minn tnaqqis fil-bejgħ u minn diffikulatjiet dejjem ikbar fil-ġenerazzjoni tal-fluss tal-flus.

7.   Konklużjoni dwar dannu

(82)

L-analiżi tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni turi xejra ta’ tnaqqis għall-indikaturi kollha ewlenin ta’ dannu. Meta mqabbla ma' konsum relattivament stabbli, il-produzzjoni inġenerali naqset bi 8% fil-perjodu kkunsidrat. Tul l-istess perjodu, l-industrija tal-Unjoni tilfet 11% tas-sehem sħiħ tas-suq u 33% tas-suq ħieles. L-użu tal-kapaċità naqas b'36%. Fl-istess perjodu, l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu bi 48%.

(83)

Tul il-perjodu kkunsidrat, il-volum globali tal-bejgħ tal-industrija tal-unjoni naqas bi 12%. Meta wieħed iħares lejn it-tendenzi marbuta mas-suq ħieles, li ra tnaqqis ta' 33% tul il-perjodu kkunsidrat, setgħet tiġi osservata tendenza qawwija ’l isfel fil-volumi tal-bejgħ.

(84)

It-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien akkumpanjat b'dipressjoni ġenerali ta' 16 % fil-prezzijiet. Kif kien il-każ għall-volum tal-bejgħ, is-sitwazzjoni terġa' kienet agħar fis-suq ħieles fejn ġiet irreġistrata dipressjoni ta' 23 % fil-prezzijiet. It-telf fil-volum tal-bejgħ flimkien mat-tnaqqis fil-prezzijiet kellhom effet fuq il-livelli tal-profitt u wasslu għal telf f'kull xahar tal-PI.

(85)

L-uniċi indikaturi li rreġistraw tendenza pożittiva kienu l-investimenti li żdiedu b'27 %, flimkien mal-abilità li jiżdied il-kapital. Madankollu, l-investimenti ma laħqux il-miri ta' redditu mistenni u bejn l-2008 u l-PI naqsu.

(86)

Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, l-investigazzjoni kkonfermat li jekk din is-sitwazzjoni tkompli, it-telf li kien evidenti matul l-investigazzjoni probabbli jwassal għal twaqqif ta’ kwalunkwe produzzjoni mdaqqsa tal-Industrija tal-Unjoni tal-aċetat tal-vinil destinat għas-suq ħieles.

(87)

Minħabba ċ-ċirkostanzi mressqa hawn fuq, tul il-PI l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali.

E.   IL-KAWŻALITÀ

1.   Introduzzjoni

(88)

Skont l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku ġie eżaminat jekk id-dannu materjali sofrut mill-industrija tal-Unjoni kienx ikkawżat mill-importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiż ikkonċernat. Barra minn hekk, fatturi magħrufin minbarra l-importazzjonijiet iddampjati, li setgħu kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe dannu kkawżat minn dawk il-fatturi ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet iddampjati.

2.   Impatt tal-importazzjonijiet mill-USA

2.1.   Ġenerali

(89)

Hemm koinċidenza ċara fiż-żmien bejn iż-żieda tal-importazzjonijiet iddampjati bejn l-2007 u l-PI, flimkien ma’ telf parallel tas-sehem tas-suq mill-industrija tal-Unjoni matul l-istess perjodu. L-investigazzjoni stabbiliet ukoll l-eżistenza tal-effetti negattivi fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet iddampjati li kontinwament iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industriji tal-Unjoni u bħala konsegwenza naqqsu l-profittabilità tagħhom.

(90)

Ċerti partijiet iddikjaraw li ż-żieda fl-importazzjonijiet kienet sempliċement qed tissostitwixxi l-importazzjonijiet li saru preċedentement minn pajjiżi oħra importaturi u/jew minħabba d-domanda dejjem tiżdied fuq is-suq tal-UE. Madankollu, la ċ-ċifri tal-importazzjoni (ara t-tabella 2), u lanqas iċ-ċifri tal-konsum (ara t-tabella 1) ma jistgħu jikkonfermaw din id-dikjarazzjoni. F’dan il-kuntest jiġi mfakkar kif muri fil-premessa (43) li l-konsum kien pjuttost stabbli u anki naqas ftit fil-perjodu li qed jiġi kkunsidrat filwaqt li l-importazzjonijiet mill-USA żdiedu bi 48%.

3.   Effetti ta’ fatturi oħrajn

3.1.   Impatti tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

3.1.1.   Impatti tal-importazzjoni mill-Arabja Sawdija

(91)

Ċerti partijiet interessati stqarru li l-importazzjonijiet ta’ VAM mill-Arabja Sawdija huma l-kawża tad-dannu tal-industrija tal-Unjoni.

(92)

L-Arabja Sawdija hija fil-fatt kif iddikjarat fil-premessa (53) hawn fuq, it-tieni l-akbar esportatur ta' VAM lejn l-Unjoni wara l-USA. L-importazzjonijiet mill-Arabja Sawdija daħlu fis-suq biss matul il-PI.

(93)

Iċ-ċifri tal-Eurostat ippreżentati fit-tabella 11 hawn taħt juru l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Arabja Sawdija u pajjiżi terzi oħra.

Tabella 11

Il-prezz tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

EURO/MT

2007

2008

2009

PI

L-Arabja Sawdija

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

636

(Indiċi IP = 100)

0

0

0

100

Oħrajn

878

919

473

633

(Indiċi 2007 = 100)

100

105

54

72

(94)

It-tabella turi li l-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-Arabja Sawdija għal 636 EUR huwa paragunabbli ma’ dawk tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra li kienu bħala medja ta’ 633 EUR, filwaqt li kienu 11% ogħla mill-prezz medju tal-USA ta’ 573 EUR.

(95)

Il-fatt li l-operaturi tal-Arabja Sawdija qed joperaw fl-istess segment tal-prezz bħal importaturi oħra b’differenzjali tal-prezz sinifikanti paragunat mal-esportazzjonijiet tal-USA juri li l-produtturi esportaturi tal-Arabja Sawdija jaġixxu b’mod differenti mill-USA f’termini ta’ stabbiliment ta’ prezzijiet u f’termini tal-impatt possibbli fuq il-produttur tal-Unjoni.

(96)

Fuq din il-bażi, jista’ jiġi konkluż provviżorjament li l-importazzjonijiet mill-Arabja Sawdija ma jiksrux il-kawżalità bejn l-importazzjonijiet iddampjati mill-USA u d-dannu sofrut mill-industrija tal-Unjoni.

3.2.   Impatt tal-kriżi ekonomika

(97)

Ċerti partijiet interessati stqarru li t-tnaqqis fil-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni għandu jiġi attribwit għat-tnaqqis fil-konsum. Dawn il-partijiet stqarru wkoll li x-xejra ta’ tnaqqis fil-prezzijiet medji tal-bejgħ kienet ikkawżata mill-kriżi ekonomika dinjija.

(98)

Partijiet oħra argumentaw li matul il-kriżi ekonomika, il-produtturi kollha petrokimiċi, inklużi l-produtturi tal-VAM, sofrew telf serju u li għalhekk it-telf sofrut mill-industrija tal-Unjoni ma għandux jiġi attribwit għall-importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiż ikkonċernat.

(99)

Madankollu, l-investigazzjoni preżenti, kif imsemmi fil-premessi (41) sa (43) uriet li t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni fuq is-suq ħieles kien negliġibbli matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat. Għalhekk, l-impatt tal-kriżi ekonomika f’termini ta’ tnaqqis fil-konsum ma setax ikun responsabbli għat-tnaqqis sinifikanti fil-volum tal-bejgħ kif muri fil-premessi (62) sa (64).

(100)

L-analiżi taċ-ċifri tal-profittabilità tas-suq ħieles tal-industrija tal-Unjoni wriet li n-negozju tal-VAM sofra telf partikolari meta paragunat ma' prodotti kimiċi simili oħra li jiġu manifatturati. Barra minn hekk, il-profittabilità ta’ dawk il-prodotti l-oħra rkuprat wara l-kriżi, filwaqt li n-negozju tal-VAM kompla jiddeterjora. Dan iwassal għall-konklużjoni provviżorja li filwaqt li n-negozju tal-VAM kien l-aktar probabbli li ġie affettwat mill-kriżi ekonomika, għandu jiġi distint minn setturi oħra petrokimiċi, minħabba t-telf persistenti sofrut mill-Ilmentatur li kompla wara l-kriżi li kien marbut direttament mal-importazzjonijiet bi prezz baxx mill-USA. Din id-dikjarazzjoni għalhekk qed tiġi provviżorjament miċħuda.

(101)

Fid-dawl ta’ dak imsemmi hawn fuq, huwa konkluż provviżorjament li l-kriżi ekonomika ma kkontribbwietx għad-dannu sofrut mill-industrija tal-Unjoni sal-punt li tikser il-kawżalità bejn id-dannu sofrut mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonjiet iddampjati mill-USA.

3.3.   Dannu kkawżat mill-ilmentatur stess

(102)

Ħafna partijiet interessati argumentaw li l-Ilmentatur kien ikkontribwixxa għas-sitwazzjoni prekarja tiegħu stess billi bena kapaċità tal-produzzjoni addizzjonali matul ir-riċessjoni. Ġie allegat li kwalunkwe tnaqqis fil-bejgħ u l-profitti għalhekk kien ikkawżat mill-kombinazzjoni tar-riċessjoni u deċiżjoni tan-negozju ħażina min-naħa tal-Ilmentatur.

(103)

Diversi partijiet interessati barra minn hekk argumentaw li t-teknoloġija użata fl-impjant tal-Ilmentatur hija l-kawża ewlenija tad-dannu. Matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, l-Ilmentatur sofra ħafna qtugħ tal-produzzjoni u sitwazzjonijiet ta’ force majeure u ġie argumentat li t-tnaqqis fil-bejgħ tal-Ilmentatur għandu jiġi attribwit għal diversi drabi ta’ waqfien u mhux lill-importazzjonijiet iddampjati mill-USA. Argumenti simili ngħataw fir-rigward tal-profittabilità tal-Ilmentatur.

(104)

Fil-każ tad-dikjarazzjoni li l-Ilmentatur ma kellux jespandi l-kapaċità tal-produzzjoni matul it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku dinji, huwa mfakkar li l-Ilmentatur ma kisibx kwalunkwe kapaċità ġdida iżda sempliċement espanda l-kapaċità tal-produzzjoni tiegħu permezz tal-ottimizzazzjoni tal-proċessi eżistenti. Din għandha titqies deċiżjoni tan-negozju raġonevoli f’suq fejn il-konsum totali huwa stabbli iżda l-bejgħ qed jaqa’ minħabba l-kompetizzjoni ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx. Din id-dikjarazzjoni għalhekk qed tiġi provviżorjament miċħuda.

(105)

Fir-rigward tad-dikjarazzjoni li huwa l-waqfien tal-produzzjoni minħabba problemi tekniċi tal-ilmentatur stess li wassal għad-dannu sofrut mill-ilmentatur, l-investigazzjoni wriet li l-proċess tal-produzzjoni għall-VAM jeħtieġ manutenzjoni ċiklika u għeluq tal-impjant f’intervalli regolari u pjanati. Għalhekk, il-waqfien ta' tlieta minn ħamsa għandu jitqies bħala parti mill-operat regolari ta’ impjant tal-VAM.

(106)

Barra minn hekk, instab li t-tliet każijiet ta' waqfien tal-produzzjoni kienu bbażati fuq deċiżjonijiet konxji tal-Ilmentatur biex iwaqqaf il-produzzjoni fi żminijiet meta l-pressjoni fuq il-prezzijiet ikkawżata mill-importazzjonijiet iddampjati kienet tant qawwija li l-Ilmentatur ma kienx fil-pożizzjoni li jipproduċi b’livelli tal-prezz sostenibbli. Matul dan il-waqfien, l-Ilmentatur kellu livelli ta’ ħażniet suffiċjenti biex jipproduċi l-volumi baxxi mitluba li jew kien sar ftehim ta’ kuntratt għalihom jew inkella nkisbu permezz ta’ bejgħ immedjat. Barra minn hekk, it-tnaqqis fil-livelli tal-ħażniet, kif iddikjarat fil-premessa (72), jikkonferma li saru kunsinni kostanti matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat.

(107)

Għal dawn ir-raġunijiet, instab li l-impatt ġenerali tal-waqfien tal-produzzjoni tal-Ilmentatur ma kienx tali li jikser il-kawżalità. Għalhekk, l-argumenti mqajma mill-partijiet interessati fir-rigward tad-dannu kkawżat mill-Ilmentatur stess ġew miċħuda.

3.4.   Aċċess għall-materja prima: Il-vantaġġ kompetittiv naturali tal-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat

(108)

Ħafna partijiet interessati argumentaw li d-dipendenza tal-Ilmentatur fuq provvisti esterni ta’ materja prima, minflok l-importazzjonijiet iddampjati għandha titqies bħala waħda mis-sorsi ewlenin tal-problemi tiegħu. Ġie allegat ukoll li l-esportaturi tal-USA għandhom vantaġġ kompetittiv naturali għaliex dawn għandhom aċċess għal materja prima irħas, jiġifieri l-etilene u l-aċidu aċetiku.

(109)

F’termini tal-problemi allegati tas-sorsi ta’ materja prima disponibbli lill-Ilmentatur, l-argument li tqajjem hawn fuq ma setax jiġi sostnut għaliex instab li l-Ilmentatur jibbenefika wkoll minn materjali ta' kanali preferenzjali li jiġu mill-impjant fuq il-post tal-fornitur tiegħu stess kif ukoll minn kumpanija assoċjata. Għaldaqstant, il-prezzijiet tal-materja prima ewlenija kienu paragunabbli ma' dawk disponibbli għas-suq tal-pajjiż ikkonċernat.

(110)

Minn dan jirriżulta li filwaqt li l-prezzijiet ġenerali tal-materja prima ewlenija użata għall-produzzjoni tal-VAM setgħu tabilħaqq kienu inqas fl-USA milli fis-suq tal-Unjoni, dan ma kellux impatt fuq il-kostijiet tal-Ilmentatur.

(111)

Il-fatt li d-differenza fil-prezzijiet tal-materja prima setgħet kellha biss impatt parzjali fuq il-problemi esperjenzati mill-Ilmentatur kien appoġġjat ulterjurament mill-fatt li ċifri ta’ profittabilità aħjar b’mod sinifikanti ġew irreġistrati għal prodotti oħra manifatturati mill-Ilmentatur li fihom l-istess materja prima.

(112)

Għal dawn ir-raġunijiet, huwa konkluż provviżorjament li l-impatt tal-prezzijiet tal-materja prima ma kienx tali li jikser il-kawżalità bejn l-importazzjonijiet iddampjati mill-USA u d-dannu sofrut mill-industrija tal-Unjoni.

4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(113)

Ġie konkluż li hemm kawżalità bejn id-dannu sofrut mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet iddampjati mill-USA. Kawżi oħra possibbli tad-dannu, jiġifieri l-impatt tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn, l-impatt tal-kriżi ekonomika, il-vantaġġ kompetittiv naturali tal-produtturi esportaturi fuq il-materja prima u d-dannu maħluq minnhom stess, kienu analizzati u l-ebda waħda minn dawn ma kellha impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, hekk li tkissret ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet iddampjati mill-USA u d-dannu materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni.

(114)

Abbażi tal-analiżi msemmija hawn fuq tal-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ġie għalhekk konkluż provviżorjament li hemm kawżalità bejn l-importazzjonijiet iddampjati mill-USA u d-dannu sofrut mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI.

F.   L-INTERESS TAL-UNJONI

1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(115)

L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni qed issofri dannu materjali minħabba l-effetti tal-importazzjonijiet iddampjati li waqqgħu l-prezzijiet tagħha kif elaborat fil-premessa (48) et seq.

(116)

L-industrija tal-Unjoni qed tinvesti biex ittejjeb l-effiċjenza tagħha u gradwalment qed tissimplifika l-proċess tal-produzzjoni tagħha. Jista’ jkun mistenni li l-miżuri għandhom jipprevjenu li jkun hemm iżjed kompetizzjoni inġusta minn importazzjonijiet iddampjati bi prezzijiet baxxi u bħala konsegwenza għandhom jippermettu l-irkupru tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(117)

Mill-banda l-oħra, jekk ma jiġux imposti miżuri, is-sitwazzjoni finanzjarja u l-profittabilità kurrenti tal-industrija tal-Unjoni, kif analizzati fl-investigazzjoni preżenti fil-premessi (54) et seq., mhumiex b’saħħithom biżżejjed biex jirreżistu l-pressjoni eżerċitata mill-importazzjonijiet iddampjati. Il-konsegwenza probabbli se twassal għal twaqqif jew tnaqqis sinifikanti tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni għas-suq ħieles.

(118)

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, huwa mistenni li l-industrija tal-Unjoni għandha tibbenefika mill-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji.

2.   L-interess tal-importaturi

(119)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji liż-żewġ importaturi mhux relatati magħrufa li identifikaw ruħhom sal-iskadenza stabbilita fl-Avviż tal-Inizjazzjoni.

(120)

L-investigazzjoni wriet li parti rilevanti tad-dħul totali tiegħu huwa relatat mal-prodott ikkonċernat.

(121)

L-impatt tad-dazji fuq il-profittabilità tal-importatur ġie analizzat. L-analiżi wriet li l-profitt u l-marġini kummerċjali magħmul fuq l-importazzjonijiet tagħha huma tali li l-impożizzjoni tal-miżuri jistgħu tabilħaqq iwasslu għal tnaqqis fil-profittabilità tagħha. Riżultat ta' dan, mill-perspettiva tal-kostijiet, kieku kellhom jiġu imposti l-miżuri, dawn ma hemmx dubju li jkollhom impatt fuq in-negozju tal-importatur. Madankollu, l-importatur ikkonferma li hu se jkun f'qagħda li jgħaddi tal-inqas parti miż-żieda fil-kostijiet fuq il-konsumaturi tiegħu, u dan fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali tas-suq, fejn id-domanda mistennija tibqa' kostanti. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li huwa possibbli għall-importatur biex issa jibda jixtri l-prodott minn produtturi li mhumiex suġġett għad-dazju, bħalma huma l-esportaturi Tajwaniżi jew il-produtturi tal-Unjoni.

(122)

Fid-dawl ta’ dak imsemmi hawn fuq, ġie konkluż li l-effett fuq l-importaturi tal-impożizzjoni tal-miżuri jkun limitat.

3.   L-interess tal-utenti

(123)

L-utenti wrew interess qawwi f’dan il-każ. Fl-investigazzjoni kkooperaw 12-il utent; minn dawn, tnejn ġew verifikati abbażi tal-volum tal-importazzjonijiet tagħhom mill-pajjiż ikkonċernat. Dawn il-kumpaniji jinsabu mal-Unjoni kollha u huma preżenti fis-settur tal-applikazzjonijiet industrijali bħal kisi, żebgħa u adeżivi.

(124)

L-importazzjonijiet tal-utenti li kkooperaw jammontaw għal terz tal-importazzjonijiet totali mill-USA bbażati fuq iċ-ċifri tal-Eurostat. L-investigazzjoni wriet li 30% tax-xiri tal-VAM tal-utenti li kkooperaw joriġinaw mill-USA u 57% joriġinaw mill-UE.

(125)

L-investigazzjoni wriet li l-VAM irrappreżenta, bħala medja, madwar terz tal-kost tal-produzzjoni taż-żewġ utenti verifikati.

(126)

Ċerti utenti argumentaw li l-impożizzjoni tal-miżuri żżid il-kostijiet tal-produzzjoni tagħhom u li jkun diffiċli sabiex jittrasferixxu dik iż-żieda fl-ispejjeż lill-klijenti tagħhom minħabba l-kompetizzjoni ħarxa fil-prezzijiet fis-suq. Allegatament, din id-diffikultà tista’ tirriżulta jew fi tnaqqis tas-sehem tas-suq tal-utenti għall-vantaġġ tal-kompetituri tagħhom li jinsabu barra mill-Unjoni, jew f’bidla mill-proċess tal-produzzjoni kurrenti tagħhom għal oħrajn li ma jinvolvux il-prodott ikkonċernat. Allegatament, il-konsegwenza finali tal-miżuri għandha tkun tnaqqis importanti tal-marġini ta’ profitt tal-utenti.

(127)

Tnejn minn dawn l-utenti allegaw li t-tnaqqis fil-marġini ta' profitt għandu jwassal għal anqas investimenti fil-produzzjoni tagħhom u li, bħala konsegwenza, jiġu affettwati l-impjiegi.

(128)

Fir-rigward tad-dikjarazzjoni dwar it-tnaqqis fil-marġini ta’ profitt, b’kunsiderazzjoni tal-livelli ta’ profittabilità b'saħħithom tal-utenti, huwa mistenni li jekk l-utenti ma jkunux jistgħu jittrasferixxu ż-żieda fl-ispejjeż lill-klijenti tagħhom, l-impożizzjoni tad-dazji għandha tnaqqas il-marġini ta’ profitti tagħhom bi ftit biss. Għalhekk, huwa probabbli li l-investimenti fil-produzzjoni ma jiġux imfixkla u li ma jkunx hemm effett ħażin sinifikanti fuq l-impjiegi. Fid-dawl ta’ dak ta' hawn fuq, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(129)

Fir-rigward tad-dikjarazzjoni li l-miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat se jagħmlu ħsara lill-kompetittività tal-utenti tal-Unjoni għaliex dawn se jżidu il-kostijiet tal-produzzjoni tagħhom u jiffavorixxu l-importazzjonijiet ta’ prodotti downstream minn pajjiżi terzi oħra, jiġi mfakkar li d-dazji ma għandhomx l-intenzjoni li jwaqqfu l-importazzjonijiet u li l-livell ta’ miżuri mhuwiex tali li jipprevjeni lill-utenti milli jagħmlu akkwisti mill-USA. L-iskop tad-dazji anti-dumping huwa li jistabbilixxi mill-ġdid kundizzjonijiet indaqs fis-suq tal-Unjoni għall-prodott ikkonċernat. Abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq u b’kunsiderazzjoni li terz wieħed biss tal-konsum ta’ VAM tal-utenti joriġina mill-USA, din id-dikjarazzjoni hija miċħuda.

(130)

Barra minn dak imsemmi hawn fuq, għandu jiġi enfasizzat ukoll li ħafna utenti rrapportaw li minħabba n-numru skars ta' sorsi ta' VAM, provvista suffiċjenti ta' VAM li joriġina mill-Unjoni hija prijorità. F’dan ir-rigward, jiġi mfakkar li l-investigazzjoni wriet li hemm probabilità li l-industrija tal-Unjoni tista’ twaqqaf il-provvista ta' VAM lis-suq ħieles jekk ma jiġux imposti l-miżuri. Fir-rigward tad-diversità tal-provvista, l-impożizzjoni tal-miżuri għalhekk tkun ukoll fl-interess tal-utenti tal-Unjoni.

(131)

Fid-dawl ta’ dak imsemmi hawn fuq, huwa konkluż provviżorjament li kwalunkwe effetti negattivi tal-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-utenti jkunu limitati.

4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(132)

Fid-dawl ta’ dak imsemmi hawn fuq, huwa konkluż provviżorjament li, abbażi tal-informazzjoni disponibbli dwar l-interess tal-Unjoni, ma jistax jiġi konkluż b’mod ċar li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ aċetat tal-vinil li joriġinaw fil-USA ma jkunx fl-interess tal-Unjoni.

G.   PROPOSTA GĦAL MIŻURI ANTI-DUMPING PROVVIŻORJI

(133)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa hawn fuq fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping provviżorji għandhom jiġu imposti sabiex jipprevjenu milli jiġi kkawżat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni bl-importazzjonijiet iddampjati.

1.   Livell ta’ eliminazzjoni ta’ dannu

(134)

Sabiex jiġi determinat il-livell ta' dawn il-miżuri, għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-marġini tad-dumping li nstabu u l-ammont ta' dazju neċessarju sabiex jiġi eliminat id-dannu sofrut mill-industrija tal-Unjoni.

(135)

Meta jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju neċessarju sabiex jitneħħew l-effetti tad-dumping li jikkawżaw dannu, huwa kkunsidrat li kwalunkwe miżuri għandhom jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tkopri il-kostijiet tal-produzzjoni tagħha u tikseb profitt qabel it-taxxa li jista' raġonevolment jinkiseb minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas tal-importazzjonijiet iddampjati, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni.

(136)

Għalhekk, il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu ġie kkalkulat abbażi ta’ paragun tal-prezz medju tal-importazzjonijiet iddampjati u l-prezz indikattiv tal-industrija tal-Unjoni. Il-prezz indikattiv ġie stabbilit permezz taż-żieda ta’ marġini ta’ profitt indikattiv mal-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Il-marġini ta’ profitt indikattiv ġie stabbilit provviżorjament fil-livell ta’ 9,9%. Dan il-marġini ta’ profitt ġie stabbilit b’referenza għall-profittabilità bbażata fuq ir-redditu medju (imkejjel bħala EBITDA/bejgħ) li l-kumpaniji petrokimiċi li joperaw f’settur simili għall-VAM iġġeneraw matul il-perjodu 2007-2009.

(137)

Il-marġini ta' bejgħ taħt il-prezz li rriżulta huma ogħla minn 30 %.

2.   Miżuri provviżorji

(138)

Fid-dawl ta’ dak imsemmi qabel, u skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, huwa meqjus li l-miżuri anti-dumping provviżorji għandhom jiġu imposti fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat fil-livell l-aktar baxx tal-marġini tad-dumping u ta' dannu b'konformità mar-regola tal-inqas dazju. F’dan il-każ, ir-rata tad-dazju għandha tiġi stabbilita kif xieraq għal-livell tal-marġini tad-dumping misjub.

(139)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet tal-investigazzoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazji (għall-kuntrarju tad-dazju mal-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodotti li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika u prodotti mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati mmanifatturati minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(140)

Kwalunkwe pretensjoni dwar l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju anti-dumping ta' kumpaniji individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta' entitajiet tal-produzzjoni jew tal-bejgħ ġodda) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (3) minnufih bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni assoċjati ma’, pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Il-Kummissjoni, jekk xieraq, għandha, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, temenda r-Regolament kif xieraq billi taġġorna l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta’ dazju individwali.

(141)

Abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, ir-rati ta’ dazju anti-dumping proposti, espressi fuq il-fruntiera tal-Unjoni CIF, huma provviżorjament dawk li ġejjin:

Kumpanija

Marġini tad-dumping

Marġini tad-dannu

Rati tad-Dazju Provviżorji

Celanese Ltd.

12,1 %

38,4 %

12,1 %

LyondellBasell Acetyls, LLC

13 %

65,8 %

13 %

The Dow Chemical Company

13,8 %

66,2 %

13,8 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

13,8 %

66,2 %

13,8 %

H.   DIVULGAZZJONI

(142)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li identifikaw ruħhom fil-limitu ta’ żmien speċifikat fl-avviż tal-inizjazzjoni jistgħu jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu smigħ. Barra minn hekk, għandu jingħad li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta' dazji anti-dumping li saret għall-fini ta' dan ir-Regolament huma provviżorji u jistgħu jerġgħu jiġu kkunsidrati għall-fini ta' kwalunkwe sejbiet definittivi,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping provviżorju qed jiġi impost fuq l-importazzjonijiet ta’ aċetat tal-vinil, li fil-preżent jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2915 32 00 u li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej.

Kumpanija

Dazju Anti-Dumping

Kodiċi addizzjonali TARIC

Celanese Ltd.

12,1 %

B233

LyondellBasell Acetyls, LLC

13 %

B234

The Dow Chemical Company

13,8 %

B235

Il-kumpaniji l-oħra kollha

13,8 %

B999

3.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-provvista ta' sigurtà ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

4.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali għandhom japplikaw.

Artikolu 2

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 il-partijiet interessati jistgħu jitolbu d-divulgazzjoni tal-fatti u tal-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw għal smigħ orali mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 327, 4.12.2010, p. 23.

(3)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, 1049 Brussels, Belgium.


17.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/39


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 822/2011

tas-16 ta’ Awwissu 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Awwissu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0707 00 05

TR

105,8

ZZ

105,8

0709 90 70

TR

116,3

ZZ

116,3

0805 50 10

AR

78,3

CL

75,4

TR

61,0

UY

47,4

ZA

73,9

ZZ

67,2

0806 10 10

EG

136,4

TR

153,4

ZZ

144,9

0808 10 80

AR

164,4

BR

66,9

CA

98,2

CL

115,6

CN

71,5

NZ

105,3

US

167,9

ZA

97,4

ZZ

110,9

0808 20 50

AR

162,9

CL

81,6

CN

49,3

NZ

115,4

ZA

130,0

ZZ

107,8

0809 30

TR

143,3

ZZ

143,3

0809 40 05

BA

52,7

ZZ

52,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


17.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/41


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 823/2011

tas-16 ta’ Awwissu 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 815/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Awwissu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 208, 13.8.2011, p. 82.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-17 ta’ Awwissu 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

46,44

0,00

1701 11 90  (1)

46,44

0,97

1701 12 10  (1)

46,44

0,00

1701 12 90  (1)

46,44

0,68

1701 91 00  (2)

51,42

2,04

1701 99 10  (2)

51,42

0,00

1701 99 90  (2)

51,42

0,00

1702 90 95  (3)

0,51

0,21


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

17.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/43


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Awwissu 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2005/240/KE li tawtorizza metodi tal-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fil-Polonja

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5745)

(It-test bil-Pollakk biss huwa awtentiku)

(2011/506/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/240/KE (2), ġie awtorizzat l-użu ta’ erba’ metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fil-Polonja.

(2)

Il-Polonja ddikjarat li mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2005/240/KE il-valur tat-tbiċċir tal-majjali mrobbija għall-ikel (fatteners) fil-Polonja tjieb b’mod konsiderevoli. Għalhekk hemm bżonn li tiġi aġġornata l-formola tal-metodi wara kważi sitt snin ta’ użu mill-approvazzjoni tagħhom u li jinkisbu u jintużaw metodi ta’ klassifikazzjoni ġodda u aġġornati bil-ħsieb li tiżdied il-kompetizzjoni kif ukoll li jiġu introdotti metodi ta’ klassifikazzjoni li jiswew inqas flus.

(3)

Il-Polonja talbet lill-Kummissjoni tawtorizza s-sostituzzjoni tal-formola użata fil-metodi ta’ klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali “CAPTEUR GRAS/MAIGRE — SYDEL (CGM)”, “ULTRA-FOM 300”, “FULLY AUTOMATIC ULTRASONIC CARCASE GRADING (AUTOFOM)” u “IM-03”, kif ukoll biex tawtorizza erba’ metodi ġodda għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fit-territorju tagħha u ppreżentat deskrizzjoni dettaljata tal-prova tad-dissezzjoni, li tindika l-prinċipji li fuqhom huwa bbażat dak il-metodi, ir-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni tagħha u l-ekwazzjonijiet użati għall-valutazzjoni tal-perċentwal tal-laħam dgħif fil-protokoll ipprovdut fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rappurtar tal-prezzjijiet tagħhom (3).

(4)

Eżami ta’ dik it-talba żvela li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni huma ssodisfati. Għalhekk dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni għandhom jiġu awtorizzati fil-Polonja.

(5)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2005/240/KE għandha tiġi emendata kif xieraq.

(6)

Il-modifiki tal-apparat jew tal-metodi ta’ klassifikazzjoni m’għandhomx ikunu permessi, sakemm dawn ma jkunux awtorizzati b’mod espliċitu permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2005/240/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

L-użu tal-metodi li ġejjin huwa awtorizzat għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali skont il-punt 1 tat-Taqsima B.IV tal-Anness V għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*) fil-Polonja:

(a)

l-apparat ‘Capteur Gras/Maigre — Sydel (CGM)’ u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 1 tal-Anness;

(b)

l-apparat ‘Ultra FOM 300’ u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 2 tal-Anness;

(ċ)

l-apparat ‘Fully automatic ultrasonic carcass grading (Autofom)’ u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 3 tal-Anness.

(d)

l-apparat ‘IM-03’ u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 4 tal-Anness.

(e)

l-apparat ‘Autofom III’ u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 5 tal-Anness.

(f)

l-apparat ‘CSB Image Meater (CSB)’ u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 6 tal-Anness.

(g)

l-apparat ‘Fat-O-Meater II (FOM II)’ u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 7 tal-Anness.

(h)

l-apparat ‘manual method (ZP)’ u l-metodi ta’ valutazzjoni relatati miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 8 tal-Anness.

Fir-rigward tal-apparat ‘Ultra FOM 300’, imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, wara li titlesta l-proċedura tal-kejl, irid ikun jista’ jiġi vverifikat fuq il-karkassa li l-apparat kejjel il-valuri tal-kejl F1 u F2 fil-post pprovdut fil-punt 3 tal-Parti 2 tal-Anness. L-immarkar korrispondenti tal-post tal-kejl irid isir fl-istess waqt li ssir il-proċedura tal-kejl.

Il-metodu manwali ZP, imsemmi fil-punt (h) tal-ewwel subparagrafu, għandu jiġi awtorizzat biss għall-biċċeriji li għandhom linja tat-tbiċċir b’kapaċità li tipproċessa mhux aktar minn 40 majjal fis-siegħa.

(*)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1”;"

2.

L-Anness jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-12 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 74, 19.3.2005, p. 62.

(3)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3.


ANNESS

“ANNESS

METODI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSI TAL-MAJJALI FIL-POLONJA

Parti 1

CAPTEUR GRAS/MAIGRE — SYDEL (CGM)

1.

Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala ‘Capteur Gras/Maigre — Sydel (CGM)’.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar bi prob (probe) ta’ definizzjoni għolja Sydel 8 mm fil-wisa’, dajowd li jagħti dawl infrared (Honeywell) u żewġ sensuri tad-dawl (Honeywell). Id-distanza operattiva hija bejn 0 u 105 mm. Il-valuri mkejla se jiġu konvertiti f’kontenut ta’ laħam dgħif stmat mis-CGM innifsu.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Ŷ = 59,42 + 0,1322 × M2 – 0,6275 × F2

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

M2

=

il-ħxuna tal-muskolu dorsali f’millimetri, imkejla fil-pożizzjoni ta’ bejn it-tielet u r-raba’ kustilja tal-aħħar, 6 ċentimetri mil-linja dorsali tan-nofs, imkejla b’mod parallell għal-linja tan-nofs tal-karkassa,

F2

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (bil-ġilda ta’ barra) f’millimetri mkejla fl-istess ħin, fl-istess post u bl-istess mod bħal M2.

Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kilogramma.

Parti 2

ULTRA FOM 300

1.

Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala ‘Ultra FOM 300’.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’serje (array) ta’ transdjuser ultrasoniku fuq 3,5 MHz (U-Systems). Ir-riżultati mkejla għandhom ikunu kkonvertiti f’kontenut ta’ laħam dgħif stmat permezz tal-apparat Ultra-FOM nnifsu.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Ŷ = 54,48 + 0,1272 × M1 – 0,3090 × F1 + 0,0828 × M2 – 0,2802 × F2

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

M1

=

il-ħxuna tal-muskolu dorsali f’millimetri, imkejla fil-pożizzjoni tal-aħħar kustilja, 7 ċentimetri mil-linja dorsali tan-nofs li tinsab perpendikula mal-muskolu,

M2

=

il-ħxuna tal-muskolu dorsali f’millimetri, imkejla fil-pożizzjoni bejn it-tielet u r-raba’ kustilja tal-aħħar, 7 ċentimetri mil-linja dorsali tan-nofs li tinsab perpendikula mal-muskolu,

F1

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (bil-ġilda ta’ barra) f’millimetri mkejla fl-istess ħin, fl-istess post u bl-istess mod bħal M1.

F2

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (bil-ġilda ta’ barra) f’millimetri mkejla fl-istess ħin, fl-istess post u bl-istess mod bħal M2.

Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kilogramm.

Parti 3

KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSA KOMPLETAMENT AWTOMATIKA PERMEZZ TAL-ULTRASONIKA (AUTOFOM)

1.

Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz ta’ apparat magħruf bħala ‘Autofom (Fully automatic ultrasonic carcass grading)’.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’16-il transdjuser ultrasoniċi fuq 2MHz (GE Inspection Technologies). Id-dejta ultrasonika għandha tinkludi l-kejl tal-ħxuna tax-xaħam tad-dahar u l-ħxuna tal-muskolu. Ir-riżultati tal-kejl jinqalbu f’kontenut tal-laħam dgħif stmat permezz ta’ kompjuter.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Ŷ = 62,9442 + (AF1_IP005 × – 0,018154) + (AF1_IP006 × – 0,027186) + (AF1_IP008 × – 0,047431) + (AF1_IP022 × – 0,011910) + (AF1_IP023 × – 0,071926) + (AF1_IP024 × 0,005814) + (AF1_IP034 × 0,029288) + (AF1_IP036 × 0,005096) + (AF1_IP038 × 0,010231) + (AF1_IP039 × 0,012659) + (AF1_IP041 × 0,022470) + (AF1_IP047 × – 0,007939) + (AF1_IP049 × – 0,075061) + (AF1_IP050 × – 0,028977) + (AF1_IP052 × – 0,091722) + (AF1_IP055 × – 0,060411) + (AF1_IP058 × – 0,098989) + (AF1_IP060 × – 0,064891) + (AF1_IP061 × – 0,065688) + (AF1_IP063 × – 0,064035) + (AF1_IP074 × – 0,078333) + (AF1_IP078 × – 0,078486) + (AF1_IP079 × – 0,035330) + (AF1_IP081 × – 0,048421) + (AF1_IP091 × – 0,107559) + (AF1_IP094 × 0,008816) + (AF1_IP096 × 0,000797) + (AF1_IP098 × 0,014608) + (AF1_IP103 × 0,007774) + (AF1_IP104 × 0,008251) + (AF1_IP122 × 0,012957)

fejn:

 

Ŷ = il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

 

AF1_IP005, AF1_IP006, AF1_IP008 … AF1_IP122 huma l-varjabbli mkejla permezz tal-Autofom.

4.

Il-punti tal-kejl u l-metodu statistiku huma deskritti fil-Parti II tal-protokoll ippreżentat lill-Kummissjoni mill-Polonja skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 (*).

Din il-formola għandha tkun valida għal karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kg.

Parti 4

IM-03

1.

Ir-regoli pprovduti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala ‘IM-03’.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar bi prob ottiku forma ta’ labra (single line scanner SLS01) b’dijametru ta’ 7 millimetri. Il-prob fih il-linja ta’ sensuri li jagħmlu kuntatt mal-immaġni (CIS-contact image sensors) u dajowdi li jagħtu dawl aħdar. Id-distanza operattiva hija bejn 0 u 132 millimetru.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Ŷ = 60,55 + 0,1142 × M2 – 0,6292 × F2

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

M2

=

il-ħxuna tal-muskolu dorsali f’millimetri, mkejla fil-pożizzjoni bejn it-tielet u r-raba’ kustilja tal-aħħar, 6 ċentimetri mil-linja dorsali tan-nofs, imkejla b’mod parallel għal-linja tan-nofs tal-karkassa,

F2

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (bil-ġilda ta’ barra) f’millimetri mkejla fl-istess ħin, fl-istess post u bl-istess mod bħal M2.

Din il-formola għandha tkun valida għal karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kilogramm.

Parti 5

AUTOFOM III

1.

Ir-regoli pprovduti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz ta’ apparat magħruf bħala ‘Autofom III’.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’sittax-il transdjuser ultrasoniku ta’ 2 MHz (Carometec A/S), b’distanza operattiva bejn it-transdjusers ta’ 25 mm. Id-dejta ultrasonika għandha tinkludi l-kejl tal-ħxuna tax-xaħam tad-dahar, il-ħxuna tal-muskolu u l-parametri relatati. Ir-riżultati tal-kejl għandhom jiġu kkonvertiti fi stimi tal-perċentwal ta’ laħam dgħif bl-użu tal-kompjuter.

3.

Il-kontenut ta’ laħam dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat abbażi ta’ 10 varjabbli skont il-formola li ġejja:

Ŷ = 73,8876 + (AF3_R2P1 × –1,036616) + (AF3_R2P3 × – 0,180173) + (AF3_R2P13 × – 0,144679) + (AF3_R2P15 × – 0,221519) + (AF3_R3P5 × 0,136061) + (AF3_R4P4 × 0,249888) + (AF3_R4P5 × 0,330109) + (AF3_R4P6 × 0,184696) + (AF3_R4P8 × – 0,112875) + (AF3_R4P9 × – 0,113663)

fejn:

 

Ŷ = il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

 

R2P1, R2P3, R2P13 … R4P9 — huma l-varjabbli mkejla permezz tal-Autofom III,

4.

Il-punti tal-kejl huma deskritti fil-Parti II tal-protokoll ippreżentat lill-Kummissjoni mill-Polonja skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/2008.

Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kg.

Parti 6

CSB IMAGE MEATER (CSB)

1.

Ir-regoli pprovduti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz ta’ apparat magħruf bħala “CSB Image-Meater”.

2.

Is-CSB Image-Meater jikkonsisti partikolarment minn vidjowkamera, kompjuter mgħammar b’kard għall-analiżi tal-immaġni, skrin, printer, mekkaniżmu użat għall-kmand, mekkaniżmu għat-trigger u l-interfaċċi. Il-5 varjabbli tal-Image-Meater huma kollha mkejla f’nofs il-linja tal-parti tal-perżuta (madwar l-M. gluteus medius):

Ir-riżultati tal-kejl għandhom jiġu kkonvertiti f’perċentwal ta’ laħam dgħif stmat bl-użu tal-kompjuter.

3.

Il-kontenut ta’ laħam dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Ŷ = 54,0770376148 – (0,4460170496 × MS) + (0,1046346719 × MF) – (0,0575429366 × VaF) + (0,2303135777 × VcF) – (0,1637971133 × VdF)

fejn:

 

Ŷ = il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

 

MS — il-ħxuna medja tax-xaħam fuq il-M. gluteus medius (mm),

 

MF — il-ħxuna medja tal-muskolu tal-muskoli lumbari u l-M. gluteus medius (mm),

 

VaF, VcF, VdF — il-ħxuna medja tal-muskolu fuq it-tliet korpi lumbari vertebrali tal-kranju magħżula (mm).

4.

Il-punti tal-kejl huma deskritti fil-Parti II tal-protokoll ippreżentat lill-Kummissjoni mill-Polonja skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/2008.

Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kg.

Parti 7

FAT-O-MEATER II (FOM II)

1.

Ir-regoli pprovduti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala ‘Fat-O-Meater II’.

2.

L-apparat huwa verżjoni ġdida tas-sistema tal-kejl FAT-O-Meater. Il-FOM II jikkonsisti fi prob ottika b’sikkina, tagħmir għall-kejl tal-ħxuna li għandu fond tal-kejl ta’ 125 mm u bord tal-akkwist u l-analiżi tad-dejta — kompjuter Carometec Touch Panel i15 (Ingress Protection IP69K).

Il-ġbir u l-analiżi kollha li jkunu legalment rilevanti huma miżmuma fil-pistola tal-FOM II. It-terminal huwa parti mill-FOM II u integrat kompletament miegħu.

Ir-riżultati tal-kejl jinqalbu f’kontenut tal-laħam dgħif stmat permezz ta’ kompjuter.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Ŷ = 59,75 + 0,1533 × M2 – 0,6342 × F2

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

M2

=

il-ħxuna tal-muskolu dorsali f’millimetri, imkejla fil-pożizzjoni ta’ bejn it-tielet u r-raba’ kustilja tal-aħħar, 7 ċentimetri mil-linja dorsali tan-nofs li tinsab perpendikula mal-muskolu,

F2

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (bil-ġilda ta’ barra) f’millimetri mkejla fl-istess ħin, fl-istess post u bl-istess mod bħal M2.

Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kilogramm.

Parti 8

METODU MANWALI (ZP)

1.

Ir-regoli pprovduti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-‘metodu manwali (ZP)’ bil-kejl bir-riga.

2.

Il-metodu jista’ jiġi implimentat permezz ta’ riga, fejn il-klassifika tiġi determinata abbażi ta’ ekwazzjoni ta’ tbassir. Hija bbażata fuq il-kejl manwali tal-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma tal-ħxuna tax-xaħam u l-ħxuna tal-muskolu.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Ŷ = 52,61 – 0,6148 × F + 0,1842 × M

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

F

=

il-ħxuna minima tax-xaħam viżibbli fuq il-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma f’millimetri, li tkopri l-M. gluteus medius (mm),

M

=

il-ħxuna viżibbli tal-muskolu lumbari fuq il-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma, imkejla fuq l-inqas konnessjoni bejn it-tarf ta’ quddiem (tal-kranju) tal-M. glutaeus medius u t-tarf ta’ fuq (dorsali) tal-kanal vertebrali (mm).

Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kilogramm.


(*)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3.”.


17.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/49


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Awwissu 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2005/382/KE li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fl-Ungerija

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5746)

(It-test bl-Ungeriż biss huwa awtentiku)

(2011/507/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/382/KE (2), ġie awtorizzat l-użu ta’ erba’ metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fl-Ungerija.

(2)

L-Ungerija ddikjarat li mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2005/382/KE l-formola u l-metodi ta’ klassifikazzjoni evolvew b’mod konsiderevoli. Għalhekk hemm bżonn li tiġi aġġornata l-formola ta’ wieħed mill-metodi, sabiex jissotitwixxi t-tliet metodi l-oħra, li jiżdied metodu ġdid, u li jiġu ssimplifikati l-metodi ta’ klassifikazzjoni permezz tal-użu ta’ punt ta’ kejl wieħed biss minflok iż-żewġ punti ta’ kejl attwali.

(3)

L-Ungerija talbet lill-Kummissjoni tawtorizza s-sostituzzjoni tal-formula użata fil-metodi ta’ klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali “FAT-O-MEATER FOM S70 U FAT-O-MEATER FOM S71”, kif ukoll biex tawtorizza erba’ metodi ġodda għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fit-territorju tagħha u ppreżentat deskrizzjoni dettaljata tal-prova tad-dissezzjoni, li tindika l-prinċipji li fuqhom huma bbażati dawk il-metodi, ir-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni tagħha u l-ekwazzjonijiet użati għall-valutazzjoni tal-perċentwal tal-laħam dgħif fil-protokoll ipprovdut fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rappurtar tal-prezzjijiet tagħhom (3).

(4)

Eżami ta’ dik it-talba żvela li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni huma ssodisfati. Għalhekk dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni għandhom jiġu awtorizzati fl-Ungerija.

(5)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2005/382/KE għandha tiġi emendata kif xieraq.

(6)

Il-modifiki tal-apparat jew tal-metodi ta’ klassifikazzjoni m’għandhomx ikunu permessi, sakemm dawn ma jkunux awtorizzati b’mod espliċitu permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2005/382/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

L-użu tal-metodi li ġejjin huwa awtorizzat għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali skont il-punt 1 tat-Taqsima B.IV tal-Anness V għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*) fl-Ungerija:

(a)

l-apparati “Fat-O-Meater FOM S70” u “Fat-O-Meater FOM S71” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta magħhom, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti I tal-Anness;

(b)

l-apparat “Ultra FOM 300” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tiegħu jinsabu fil-Parti II tal-Anness;

(c)

l-apparat “OptiScan-TP” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tiegħu jinsabu fil-Parti III tal-Anness;

(d)

l-apparat “IM-03” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tiegħu jinsabu fil-Parti IV tal-Anness;

(e)

l-apparat “OptiGrade-MCP” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tiegħu jinsabu fil-Parti V tal-Anness.

Fir-rigward tal-apparat imsejjaħ “Ultra FOM 300”, imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, wara li titlesta l-proċedura tal-kejl, irid ikun jista’ jiġi vverifikat fuq il-karkassa li l-apparat kejjel il-valuri tal-kejl BF u LD fil-post pprovdut fil-punt 3 tal-Parti II tal-Anness. L-immarkar korrispondenti tal-post tal-kejl irid isir fl-istess waqt li ssir il-proċedura tal-kejl.

(*)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.”"

2.

L-Anness jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-2 ta’ Lulju 2012.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Ungerija.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 126, 19.5.2005, p. 55.

(3)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3.


ANNESS

“ANNESS

METODI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSI TAL-MAJJALI FL-UNGERIJA

Parti I

FAT-O-MEATER FOM S70 U FAT-O-MEATER FOM S71

1.

Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparati magħrufa bħala ‘Fat-O-Meater FOM S70’ u ‘Fat-O-Meater S71’.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar bi prob (probe) li għandha dijametru ta’ 6 millimetri (mm) li fiha sonda optikali tat-tip Fremstillet AF Radiometer Copenhagen/Slagteriernes Forskningsinstitut Optisk Sonde MQ u li għandha distanza operattiva ta’ bejn 5 u 105 mm. Ir-riżultati tal-kejl jiġu konvertiti f’kontenut ta’ laħam dgħif stmat permezz ta’ tip tal-kompjuter S70 u S71 rispettivament.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Ŷ = 63,78987 – 0,77968 × BF + 0,10715 × LD

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

BF

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (bil-ġilda ta’ barra) f’millimetri, imkejla 6 ċentimetri ’l bogħod mil-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma, bejn it-tieni u t-tielet kustilja tal-aħħar,

LD

=

il-ħxuna tal-muskolu dorsali f’millimetri, imkejla fl-istess ħin u fl-istess post bħal BF.

Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 50 u 120 kilogramm.

Parti II

ULTRA FOM 300

1.

Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala ‘Ultra FOM 300’.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar bi prob ultrasonika b’serje (array) ta’ transdjuser li jitfa mewġ ultrasoniku ta’ 3,5 MHz. Is-sinjal ultrasoniku huwa diġitizzat, maħżun u pproċessat permezz ta’ mikroproċessur. Ir-riżultati tal-kejl għandhom ikunu kkonvertiti f’kontenut ta’ laħam dgħif stmat permezz tal-apparat Ultra FOM 300 nnifsu.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Ŷ = 69,38252 – 0,79120 × BF + 0,00994 × LD

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

BF

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (bil-ġilda ta’ barra) f’millimetri, imkejla 7 ċentimetri ’l bogħod mil-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma, bejn it-tieni u t-tielet kustilja tal-aħħar,

LD

=

il-ħxuna tal-muskolu dorsali f’millimetri, imkejla fl-istess ħin u fl-istess post bħal BF.

Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 50 u 120 kilogramm.

Parti III

OPTISCAN TP

1.

Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala ‘OptiScan TP’.

2.

L-apparat Optiscan-TP għandhu jkun mgħammar b’apparat tal-immaġni (imager) diġitali li jieħu ritratt illuminat taż-żewġ punti tal-kejl fuq il-karkassa. L-immaġnijiet huma l-bażi għall-kalkolu tal-ħxuna tax-xaħam u tal-muskolu skont il-metodu taż-żewġ punti ‘Zwei-Punkte Messverfahren (ZP)’.

Ir-riżultati tal-kejl għandhom ikunu kkonvertiti f’kontenut ta’ laħam dgħif stmat permezz tal-apparat Optiscan-TP nnifsu. Ir-ritratti jinħażnu u mbagħad aktar tard jistgħu jiġu kontrollati. L-interfaċċa Bluetooth® integrata tippermetti t-trasferiment faċli tad-dejta.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Ŷ = 58,31147 – 0,62677 × BF + 0,14664 × LD

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

BF

=

il-ħxuna minima tax-xaħam (bil-ġilda ta’ barra) f’millimetri fuq il-M.gluteus medius,

LD

=

il-ħxuna minima tal-muskolu f’millimetri bejn l-estremità anterjuri tal-M. gluteus medius u l-parti dorsali tal-kanal tal-medulla.

Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 50 u 120 kilogramm.

Parti IV

IM-03

1.

Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala ‘IM-03’.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar bi prob ottiku forma ta’ labra (single line scanner SLS01) b’dijametru ta’ 7 millimetri mas-sikkina. Il-prob fih il-linja ta’ sensuri li jagħmlu kuntatt mal-imaġni (CIS-contact image sensors) u dajowdi li jagħtu dawl aħdar. Id-distanza operattiva hija bejn 0 u 132 millimetru. Ir-riżultati tal-kejl għandhom ikunu kkonvertiti f’kontenut ta’ laħam dgħif stmat permezz tal-apparat IM-03 nnifsu.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Ŷ = 59,63994 – 0,63951 × BF + 0,12083 × LD

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

BF

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (bil-ġilda ta’ barra) f’millimetri, imkejla 6 ċentimetri ’l bogħod mil-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma, bejn it-tieni u t-tielet kustilja tal-aħħar,

LD

=

il-ħxuna tal-muskolu dorsali f’millimetri, imkejla fl-istess ħin u fl-istess post bħal BF.

Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 50 u 120 kilogramm.

Parti V

OPTIGRADE-MCP

1.

Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala ‘OptiGrade-MCP’.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar bi prob ottika b’dijametru ta’ 6 mm, fotodajowd infrared (Siemens) wieħed u fototranżister (Siemens). Id-distanza operattiva għandha tkun bejn 0 u 110 millimetru.

Ir-riżultati tal-kejl jiġu kkonvertiti f’kontenut ta’ laħam dgħif stmat permezz ta’ kompjuter.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Ŷ = 61,45261 – 0,62941 × BF + 0,11736 × LD

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

BF

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (bil-ġilda ta’ barra) f’millimetri, imkejla 6 ċentimetri ’l bogħod mil-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma, bejn it-tieni u t-tielet kustilja tal-aħħar,

LD

=

il-ħxuna tal-muskolu dorsali f’millimetri, imkejla fl-istess ħin u fl-istess post bħal BF.

Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 50 u 120 kilogramm.”


17.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/53


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Awwissu 2011

dwar ċerti miżuri ta’ ħarsien mid-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Litwanja

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5798)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/508/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq, (2) intern u b’mod partikulari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (3), u b’ mod partikolari l-Artikolu 11(1)(f) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (4), u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Seħħew tifqigħat tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Litwanja.

(2)

Minħabba l-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin u ta’ ċerti prodotti tal-ħnieżer, dawn it-tifqigħat jistgħu joħolqu periklu għall-merħliet ta’ Stati Membri oħra.

(3)

Jeħtieġ li jkunu rinforzati l-miżuri li ttieħdu mil-Litwanja fil-qafas tad-Direttiva 2001/89/KE.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/106/KE tal-1 ta’ Frar 2002 li tapprova Manwal Djanjostiku li jwaqqaf proċeduri djanjostiċi, metodi tal-kampjunar u kriterji għall-istima tat-testijiet fil-laboratorju għall-konferma tad-deni klassiku tal-majjali (5) jistipula dwar protokolli tas-sorveljanza li jkunu adatti għar-riskju.

(5)

Il-kundizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin huma stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (6).

(6)

Il-kundizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali u r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni għall-kummerċ tas-semen tal-ħnieżer huma stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali (7).

(7)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) ma’ Direttiva 90/425/KEE (8).

(8)

Il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni tas-semen, tal-ova u tal-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċijiet ovina u kaprina u tal-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi porċina huma stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE tas-26 ta’ Awwissu 2010 li tistabbilixxi mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċijiet ekwina, ovina u kaprina u tal-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi porċina (9).

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (10) jirrigwarda, fost l-oħrajn, il-kundizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u l-bejgħ ta’ laħam frisk, laħam ikkapuljat, laħam separat mekkanikament, preparati tal-laħam, laħam tal-kaċċa minn stabbilimenti agrikoli, prodotti tal-laħam, inklużi stonkijiet, vexxiki (bżieżaq) u msaren ittrattati, u prodotti tal-ħalib.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (11) jirrigwarda, fost l-oħrajn, l-immarkar sanitarju ta’ ikel ta’ oriġini mill-annimali.

(11)

Jeħtieġ li ċ-ċertifikat stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ mudell armonizzat ta’ ċertifikat u rapport tal-ispezzjoni marbuta mal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali (12) jitkompla b’attestazzjoni uffiċjali dwar is-saħħa tal-annimali li għandha tiġi stabbilita f’Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

(12)

L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta’ April 2007 dwar il-listi ta’ annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE (13) jistipula deroga mill-iċċekkjar veterinarju għal ċerti prodotti li jkollhom prodotti tal-annimali. Jixraq li jitħalla jsir dispaċċ miż-żoni fejn hemm ir-restrizzjonijiet fuq prodotti bħal dawn skont sistema ta’ ċertifikazzjoni ssimplifikata.

(13)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE (14) tipprovdi għal rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f’regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A(I) għad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE.

(14)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (15), jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-ipproċessar tal-prodotti sekondarji tal-annimali meħudin minn annimali f’żoni ristretti.

(15)

Fejn il-prodotti mediċinali ddefiniti fid-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti medicinali veterinarji (16), fid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (17), u fid-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw għall-implimentazzjoni ta’ prattika korretta ta’ klinika fit-twettiq ta’ provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (18), ma għadhomx jaqgħu aktar fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għandhom jiġu esklużi mir-restrizzjonijiet marbutin mas-saħħa tal-annimali stabbiliti minn din id-Deċiżjoni.

(16)

Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mil-Litwanja, jixraq li jinżammu l-miżuri protettivi rigward id-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Litwanja għal perjodu twil biżżejjed biex ikunu jistgħu jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa.

(17)

Jeħtieġ ukoll li l-miżuri jiġu stabbiliti, biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun il-kuntatti ma’ u bejn stabbilimenti tal-ħnieżer f’ċerti partijiet tal-Litwanja, u li jkun hemm l-esiġenza ta’ limitazzjoni reġjonali ta’ ċerti servizzi relatati mal-ħnieżer, bil-għan li l-marda ma titħalliex tinxtered.

(18)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Litwanja għandha tiżgura li ebda ħanżir ma jintbagħat lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi minn:

(a)

żoni elenkati fl-Anness I;

(b)

stabbilimenti fit-territorju tagħha li jinsabu barra miż-żoni elenkati fl-Anness I li rċevew xi ħnieżer mill-1 ta’ Marzu 2011 minn xi stabbiliment li jinsab fiż-żoni elenkati fl-Anness I.

Artikolu 2

Il-Litwanja għandha tassigura li:

(a)

ebda ħanżir ma jiġi ttrasportat minn stabbilimenti fiż-żoni elenkati fil-parti A tal-Anness I;

(b)

it-trasport tal-ħnieżer għall-qatla li jkunu ġejjin minn stabbilimenti barra ż-żoni elenkati fil-parti A tal-Anness I lejn biċċeriji li jinsabu f’dawk iż-żoni u t-tranżitu ta’ ħnieżer minn dawk iż-żoni huma permessi biss:

(i)

minn toroq ewlenin jew bil-ferroviji, u

(ii)

skont l-istruzzjonijiet dettaljati maħruġa mill-awtorità kompetenti biex il-ħnieżer ikkonċernati ma jitħallewx jiġu f’kuntatt dirett jew indirett ma’ ħnieżer oħra matul it-trasport u fil-biċċerija.

(c)

ebda ħanżir ma jiġi ttrasportat miż-żoni elenkati fil-parti B tal-Anness I lejn żoni oħra fil-Litwanja, ħlief għat-trasport dirett ta’:

(i)

ħnieżer għall-qatla lejn biċċerija għall-qatla immedjata, bil-kundizzjoni li l-ħnieżer ikunu ġejjin minn stabbiliment wieħed;

(ii)

ħnieżer għat-trobbija u għall-produzzjoni lejn stabbiliment, bil-kundizzjoni li l-ħnieżer kienu residenti għal mill-inqas 30 jum, jew mit-twelid jekk ta’ età inqas minn 30 jum, fi stabbiliment wieħed:

li ma jkunx irċieva ħnieżer ħajjin matul iż-żmien ta’ 30 jum immedjatament qabel id-data tad-dispaċċ tal-ħnieżer; u

li jkun sarlu eżami kliniku skont il-Kapitolu IV(D)(2) tal-Anness għad-Deċiżjoni 2002/106/KE b’riżultati negattivi.

Artikolu 3

1.   B’deroga mill-paragrafu 2(a), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-trasport tal-ħnieżer minn stabbiliment li jkun jinsab f’waħda miż-żoni elenkati fil-parti A tal-Anness I iżda ‘l barra minn żona ta’ ħarsien jew sorveljanza:

(a)

direttament lejn biċċerija f’dawk iż-żoni, jew f’każi eċċezzjonali, lejn biċċeriji magħżula fil-Litwanja li jkunu jinsabu barra dawk iż-żoni, għall-qatla immedjata, bil-kundizzjoni li dawk il-ħnieżer ikunu ntbagħtu minn stabbiliment li jkun sarlu eżami kliniku skont il-Kapitolu IV(D)(3) tal-Anness għad-Deċiżjoni 2002/106/KE b’riżultati negattivi;

(b)

lejn razzett li jinsab ġo dawk iż-żoni, bil-kundizzjoni li l-ħnieżer kienu residenti għal mill-inqas 45 jum, jew mit-twelid jekk ikunu ta’ età inqas minn 45 jum, f’razzett wieħed ta’ oriġini:

(i)

li ma jkunx irċieva ħnieżer ħajjin matul iż-żmien ta’ 45 jum immedjatament qabel id-data tad-dispaċċ tal-ħnieżer;

(ii)

li jkun sarlu eżami kliniku skont il-Kapitolu IV(D)(2) u skont it-tieni sar-raba’ paragrafi tal-Kapitolu IV(D)(4) tal-Anness għad-Deċiżjoni 2002/106/KE b’riżultati negattivi;

(c)

lejn razzett li jinsab ġo dawk iż-żoni, bil-kundizzjoni li l-ħnieżer kienu residenti għal mill-inqas 45 jum, jew mit-twelid jekk ikunu ta’ età inqas minn 45 jum, f’razzett wieħed ta’ oriġini:

(i)

li ma jkunx irċieva ħnieżer ħajjin matul l-20 jum immedjatament qabel id-data tad-dispaċċ tal-ħnieżer, bil-kundizzjoni li matul is-sitt xhur immedjatament qabel id-data tad-dispaċċ tal-ħnieżer, l-istabbiliment ta’ oriġini ma jkunx irċieva ebda ħnieżer oħra minbarra ħnieżer nisa żgħar mill-istess stabbiliment;

(ii)

li jkun sarlu eżami kliniku skont il-Kapitolu IV(D)(2) u skont it-tieni sar-raba’ paragrafi tal-Kapitolu IV(D)(4) tal-Anness għad-Deċiżjoni 2002/106/KE b’riżultati negattivi;

(d)

lejn stabbiliment li jinsab f’dawk iż-żoni, bil-kundizzjoni li l-ħnieżer kienu residenti għal mill-inqas 45 jum, jew mit-twelid jekk ikunu ta’ età inqas minn 45 jum, fi stabbiliment wieħed ta’ oriġini, u li:

(i)

l-istabbiliment ta’ oriġini ma rċieva ebda ħnieżer oħra minbarra ħnieżer nisa żgħar, li sarulhom it-testijiet tal-laboratorju li twettqu fuq kampjuni li ttieħdu mhux aktar minn 10 ijiem qabel id-data tad-dispaċċ, b’riżultati negattivi għal dan li ġej:

test biex jinstabu l-antikorpi,

żewġ testijiet konsekuttivi b’intervall ta’ sebat ijiem biex jinstab il-ġenomu tal-vajrus tad-deni klassiku tal-ħnieżer (RT-PCR), imwettaq fil-laboratorju nazzjonali ta’ referenza;

(ii)

li l-eżami kliniku li twettaq fuq l-istabbiliment ta’ oriġini skont il-Kapitolu IV(D)(2) u t-tieni sar-raba’ paragrafi tal-Kapitolu IV(D)(4) tal-Anness għad-Deċiżjoni 2002/106/KE jkun ta riżultati negattivi.

2.   B’deroga mill-Artikolu 2(a), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-trasportazzjoni diretta tal-ħnieżer minn xi stabbiliment li jinsab fil-limiti taż-żona ta’ sorveljanza lejn stabbiliment nominat fejn ma jkun hemm ebda ħnieżer, u li jkun jinsab fil-limiti tal-istess żona ta’ sorveljanza, bil-kundizzjoni li:

(a)

ikunu applikati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(1)(f) u fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2001/89/KE fl-istabbiliment nominat għad-destinazzjoni;

(b)

it-testijiet previsti fil-Kapitolu IV(D)(2) tal-Anness għad-Deċiżjoni 2002/106/KE jkunu tlestew b’eżitu negattiv rigward l-istabbilment minn fejn jintbagħtu l-ħnieżer.

3.   B’deroga mill-Artikolu 2(a), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-trasportazzjoni diretta tal-ħnieżer minn stabbliment li jinsab f’żona ta’ sorveljanza lejn stabbiliment nominat fiż-żona ta’ ħarsien, bil-kundizzjoni li:

(a)

l-istabbiliment nominat għad-destinazzjoni jinstab tal-anqas 10 km mill-fruntiera nazzjonali ma’ Stat Membru ieħor u li ma kien hemm ebda ħnieżer f’dak l-istabbiliment għal tal-anqas 21 jum wara d-data ta’ tlestija ta’ tindif u diżinfezzjoni skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2001/89/KE;

(b)

l-istabbiliment nominat għad-destinazzjoni għadda mit-tielet tindifa u diżinfezzjoni taħt superviżjoni veterinarja qabel ma ddaħħlu l-ħnieżer;

(c)

il-ħnieżer kollha jaslu fl-istabbiliment nominat għad-destinazzjoni fi żmien 20 jum;

(d)

il-ħnieżer fl-istabbiliment nominat għad-destinazzjoni huma soġġetti għal eżami seroloġiku skont il-Kapitolu IV(E) tal-Anness għad-Deċiżjoni 2002/106/KE, imwettaq fuq kampjuni meħuda mhux qabel 40 jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar ħnieżer f’dak l-istabbiliment;

(e)

ebda ħanżir ma jista’ jitlaq l-istabbilitment nominat għad-destinazzjoni ħlief biex jiġi ttrasportat lejn biċċerija li tinsab fiż-żoni elenkati fil-parti A tal-Anness I, għall-qatla immedjata, bil-kundizzjoni li jkun twettaq l-eżami msemmi fil-punt (d) u ta riżultati negattivi.

4.   L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra t-trasport tal-ħnieżer imsemmi fil-paragrafi 1 sa 3 u tinforma lill-Kummissjoni dwaru fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

Artikolu 4

Il-Litwanja għandha tiżgura li l-ebda kunsinja tal-prodotti li ġejjin ma tintbagħat lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi:

(a)

is-semen tal-ħnieżer, sakemm is-semen ma joriġinax minn ħnieżer miżmuma f’ċentru ta’ ġbir kif jissemma fl-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 90/429/KEE u li jkun jinsab barra ż-żoni elenkati fl-Anness I;

(b)

l-ova u l-embrijuni tal-ħnieżer, sakemm l-ova u l-embrijuni ma joriġinawx minn ħnieżer miżmuma fi stabbiliment li jkun jinsab barra ż-żoni elenkati fl-Anness I.

Artikolu 5

Il-Litwanja għandha tassigura li

1.

iċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat fl-Anness F (il-Mudell 2) għad-Direttiva 64/432/KEE li jintbagħat mal-ħnieżer mil-Litwanja lejn Stati Membri oħra jkun jinkludi l-kliem:

“Annimali li jikkonformaw għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/508/UE tas-16 ta' Awwissu 2011 dwar ċerti miżuri ta’ ħarsien mid-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Litwanja”;

2.

iċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat fl-Anness D għad-Direttiva 90/429/KEE li jintbagħat mas-semen tal-ħnieżer mil-Litwanja lejn Stati Membri oħra jkun jinkludi l-kliem:

“Semen li jikkonforma għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/508/UE tas-16 ta' Awwissu 2011 dwar ċerti miżuri ta’ ħarsien mid-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Litwanja”;

3.

iċ-ċertifikati tas-saħħa stipulati fl-Anness V għad-Deċiżjoni 2010/470/UE li jintbagħat mal-ova u l-embrijuni tal-ħnieżer mil-Litwanja lejn Stati Membri oħra jkunu jinkludu l-kliem:

“Ova/Embrijuni (ħassar fejn hemm bżonn) li jikkonformaw għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/508/UE tas-16 ta' Awwissu 2011 dwar ċerti miżuri ta’ ħarsien mid-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Litwanja”;

Artikolu 6

1.   B’deroga mir-raba’ inċiż tal-Artikolu 10(3)(f) tad-Direttiva 2001/89/KE, il-Litwanja tista’ tapplika l-marka tas-saħħa stipulata fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 u tista’ tippermetti li l-laħam frisk ma jerġax jgħaddi minn trattament sussegwenti, skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/99/KE, fil-każ ta’ laħam tal-majjal li jiġi minn ħnieżer li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikunu nqatlu qabel tnax-il siegħa wara li jaslu fil-biċċerija;

(b)

ikunu oriġinaw minn stabbiliment:

(i)

li jinsab f’żona ta’ sorveljanza stabbilita skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2001/89/KE fiż-żoni elenkati fil-parti A tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni, u fl-inħawi ta’ żona ta’ ħarsien fejn:

ma nstabet l-ebda tifqigħa tad-deni klassiku tal-ħnieżer matul perjodu ta’ 21 jum qabel ma l-ħnieżer ittieħdu l-biċċerija u meta għaddew tal-inqas 21 jum mit-tlestija tad-diżinfezzjoni tal-istabbiliment infettat;

saru eżamijiet kliniċi għad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-istabbilimenti kollha f’dawk iż-żoni ta’ ħarsien u sorveljanza wara s-sejba ta’ deni klassiku tal-ħnieżer, b’riżultati negattivi;

(ii)

li kien awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti biex il-ħnieżer jintbagħtu f’biċċerija nominata, u:

li ma kellu l-ebda kuntatt ma’ stabbiliment infettat, wara l-inkjesta epidemjoloġika;

li ġie suġġett għal spezzjonijiet regolari minn veterinarji wara t-twaqqif ta’ żona ta’ sorveljanza u li dawn l-ispezzjonijiet inkludew lill-ħnieżer kollha li nżammu fl-istabbiliment;

fejn il-ħnieżer kollha ntbagħtu għal eżamijiet kliniċi u tal-laboratorji skont il-paragrafi 1, 3, 4 u 5 tal-Kapitolu IV(D) tal-Anness għad-Deċiżjoni 2002/106/KE.

2.   Il-Litwanja għandha tiżgura li l-biċċerija msemmija fil-paragrafu 1(a):

(a)

tinsab fiż-żoni elenkati fil-parti A tal-Anness I;

(b)

ma taċċettax, fl-istess jum, ħnieżer għall-qatla, ħlief il-ħnieżer imsemmija fil-paragrafu 1.

3.   Il-Litwanja għandha tiżgura li l-vetturi użati għat-trasport tal-ħnieżer imsemmija fil-paragrafu 1 jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati darbtejn wara kull trasport.

Artikolu 7

1.   Il-Litwanja għandha tiżgura li l-laħam tal-ħnieżer imsemmi fl-Artikolu 6 jiġi akkumpanjat minn ċertifikat maħruġ skont l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 599/2004 (19) u li jkun imtela’ mill-veterinarju uffiċjali flimkien mal-attestazzjoni dwar is-saħħa tal-annimali kif stabbilit fl-Anness II ma’ din id-Deċiżjoni.

2.   Il-Litwanja għandha tiżgura li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jitwasslilhom it-tagħrif li ġej dwar il-ħnieżer imsemmija fl-Artikolu 6:

(a)

qabel il-qatla tal-ħnieżer, l-isem u l-post tal-biċċeriji nominati biex jirċievu l-ħnieżer għall-qatla;

(b)

wara l-qatla tal-ħnieżer, ta’ kull ġimgħa, rapport li fih tagħrif dwar:

(i)

l-għadd ta’ ħnieżer maqtula fil-biċċeriji nominati;

(ii)

is-sistema ta’ identifikazzjoni u l-kontrolli fuq il-moviment applikati biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 11(1)(f) tad-Direttiva 2001/89/KE.

Artikolu 8

1.   Il-Litwanja ma għandhiex tibgħat lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi konsenji ta’

(a)

prodotti tal-ħnieżer mhux imsemmija fl-Artikoli 6 u 7 li jkunu ġejjin miż-żoni elenkati fil-parti A tal-Anness I;

(b)

prodotti magħmulin minn ħnieżer li jkunu oriġinaw fiż-żoni elenkati fil-parti A tal-Anness I;

(c)

ħmieġ u demel ta’ ħnieżer li jkunu oriġinaw fiż-żoni elenkati fil-parti A tal-Anness I.

2.   Il-projbizzjoniji stipulata fil-paragrafu 1(a) u (b) ma għandhiex tapplika għal:

(a)

prodotti dderivati minn ħnieżer li:

(i)

ġew soġġetti għal trattament tas-sħana:

f’kontenitur ermetikament issiġillat b’valur Fo ta’ 3,00 jew aktar, jew

li fih it-temperatura ċentrali titla’ sa talanqas 70 °C; jew

(ii)

ġew prodotti barra ż-żoni elenkati fl-Anness I skont il-kundizzjonijiet imniżżla fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009, u minn mindu ddaħħlu fil-Litwanja nħażnu u ġew trasportati separatament minn prodotti tal-annimali mhux eliġibbli għad-dispaċċ skont il-paragrafu 1;

(b)

id-demm u l-prodotti tad-demm kif definiti fil-punti 2 u 4 tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 142/2011 (20) li jkunu għaddew minn talanqas wieħed mit-trattamenti stipulati fil-punt 3.1(a) tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV għar-Regolament (KE) Nru 142/2011, segwiti b’eżami tal-effikaċja, jew ġew importati skont il-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV għar-Regolament (KE) Nru 142/2011;

(c)

il-lardu u x-xaħmijiet ikkjarifikati permezz tat-tidwib li jkunu ġew ipproċessati bil-metodu ta’ proċessar 1 (sterilizzazzjoni taħt pressjoni) jew skont wieħed mill-metodi l-oħra ta’ proċessar imsemmijin fil-Kapitolu III tal-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011;

(d)

l-ikel tal-annimali tal-kumpanija li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punti 3(a) u 3(b)(i),(ii) u (iii) tal-Kapitolu II tal-Anness XIII għar-Regolament (KE) Nru 142/2011;

(e)

it-trofej tal-kaċċa skont il-punt C.2 tal-Kapitolu VI tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011;

(f)

il-lanżit tal-majjali li jkun inħasel fil-fabbrika jew li jkun ittieħed waqt l-ikkonzar, u lanżit tal-majjali mhux ipproċessat li jkun imgeżwer sew fil-pakketti u jkun niexef;

(g)

il-prodotti tal-annimali ppakkjati maħsuba għall-użu bħala reaġenti dijanjostiċi in-vitro tal-laboratorju;

(h)

il-prodotti mediċinali kif deskritti fid-Direttiva 2001/83/KE, it-tagħmir mediku manifatturat bl-użu ta’ tessut tal-annimali li jiġi rrendut mhux vijabbli kif imsemmi fl-Artikolu 1(5)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE (21), il-prodotti mediċinali veterinarji kif iddefiniti fid-Direttiva 2001/82/KE u l-prodotti mediċinali investigattivi kif iddefiniti fid-Direttiva 2001/20/KE;

(i)

l-imsaren konformi mal-kundizzjonijiet fil-Parti A tal-Kapitolu 2 tal-Anness I għad-Direttiva 92/118/KEE u li jkunu tnaddfu, inbarxu, u mbagħad jew tmellħu, ġew ibbliċjati jew tnixxfu, u li wara jkunu tteħdulhom passi effikaċi biex ma jerġgħux jiġu kkontaminati;

(j)

il-prodotti komposti li mhumiex suġġetti għal aktar ipproċessar u li fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali, fil-fehma li t-trattament mhuwiex meħtieġ għall-prodotti finali li l-ingredjenti tagħhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet rispettivi tas-saħħa tal-annimali stipulati b’din id-Deċiżjoni.

3.   Il-Litwanja għandha tiżgura li l-prodotti tal-annimali msemmija fil-paragrafu 2 li jintbagħtu lejn Stati Membri oħra jkunu akkumpanjati b’ċertifikat uffiċjali li jkun fih il-kliem li ġej:

“Prodotti tal-annimali li jikkonformaw għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/508/UE tas-16 ta' Awwissu 2011 dwar ċerti miżuri ta’ ħarsien mid-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Litwanja”.

Artikolu 9

B’deroga mill-Artikolu 8(3), ikun biżżejjed, fil-każ ta’:

(a)

prodotti msemmija fil-paragrafu 2(a) sa (d) u (i) tal-Artikolu 8, li jkun hemm firma skont l-Artikolu 10 li tafferma l-konformità mal-kundizzjonijiet tat-trattament iddikjarati fid-dokument kummerċjali mitluba skont il-leġiżlazzjoni rispettiva tal-Unjoni;

(b)

prodotti msemmija fil-paragrafu 2(f) tal-Artikolu 8, li jkunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali li jiddikjara li:

(i)

inħaslu fil-fabbrika, jew

(ii)

inkisbu mill-ikkunzar, jew

(iii)

jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt A.1 tal-Kapitolu VII tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011;

(ċ)

prodotti msemmija fil-paragrafu 2(g) u (h) tal-Artikolu 8, li jkunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali li jiddikjara li l-prodotti jkunu għall-użu bħala reaġenti dijanjostiċi in-vitro tal-laboratorju, prodotti mediċinali jew tagħmir mediku, bil-kundizzjoni li l-prodotti jkollhom tikketta li tgħid ċar “għall-użu dijanjostiku in-vitro biss” jew “għall-użu fil-laboratorju biss”, bħala “prodotti mediċinali” jew bħala “tagħmir mediku”;

(d)

prodotti msemmija fil-paragrafu 2(j) tal-Artikolu 8 li jkunu saru fi stabbiliment li jopera l-HACCP u proċedura standard verifikabbli tal-operat li tiżgura li l-ingredjenti pproċessati minn qabel jikkonformaw mal-kundizzjonijiet rispettivi tas-saħħa tal-annimali stipulati f’din id-Deċiżjoni, li dan jitniżżel fid-dokument kummerċjali li jakkumpanja l-konsenja, u li jkun iffirmat skont l-Artikolu 10;

(e)

prodotti komposti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni 2007/275/KE, li jkunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali li fih il-kliem li ġej:

“Dawn il-prodotti komposti għandhom ħajja fit-tul f’temperatura ambjentali jew fil-manifattura tagħhom għaddew b’mod ċar minn proċess komplut ta’ tisjir jew trattament bis-sħana mas-sustanza kollha tagħhom, biex kull materjal nej ġie żnaturat”.

Artikolu 10

1.   Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-dokument kummerċjali mitlub mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-kummerċ bejn l-Istati Membri jkun approvat permezz ta’ hemża ta’ kopja ta’ ċertifikat uffiċjali li jiddikjara li:

(a)

il-prodotti kkonċernati saru:

(i)

fi proċess ta’ produzzjoni li kien ivverifikat u li nstab konformi mar-rekwiżiti xierqa fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar saħħet l-annimali u tajjeb biex jeqred il-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer; jew

(ii)

minn materjali pproċessati minn qabel li kienu ġew iċċertifikati li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 8 u 9; u

(b)

ikun hemm fis-seħħ dispożizzjonijiet biex tkun evitata l-possibilità ta’ kontaminazzjoni mill-ġdid bil-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer wara t-trattament.

2.   Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu:

(a)

jinkludi referenza għal din id-Deċiżjoni;

(b)

ikun validu għal 30 jum;

(c)

jinkludi d-data ta’ skadenza;

(d)

jista’ jiġġedded wara spezzjoni tal-istabbiliment.

Artikolu 11

1.   L-awtorità kompetenti għandha tidentifika ż-żoni ta’ riskju fiż-żoni elenkati fl-Anness I.

2.   Is-servizzi pprovduti minn nies li jiġu f’kuntatt dirett mal-ħnieżer, jew dawk is-servizzi li jeħtieġu li n-nies jidħlu fil-postijiet fejn jinżammu l-ħnieżer għandhom ikunu limitati għal dawn iż-żoni ta’ riskju u ma għandhomx jinqasmu ma’ partijiet oħra tal-Unjoni. L-istess japplika għas-servizzi li jeħtieġu l-użu ta’ vetturi għat-trasport tal-għalf, tad-demel, jew tal-annimali mejtin minn jew lejn stabbilimenti fejn jinżammu l-ħnieżer fiż-żoni elenkati fl-Anness I.

3.   Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għas-servizzi, sakemm jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-vetturi, it-tagħmir u kull mezz ieħor ta’ infezzjoni jkunu tnaddfu u ġew iddiżinfettati;

(b)

il-persuni, il-vetturi u t-tagħmir ma ġewx f’kuntatt dirett mal-ħnieżer jew ma’ stabbilimenti tal-ħnieżer għal mill-inqas tlett ijiem.

4.   Il-Litwanja għandha tassigura li:

(a)

jitwettqu l-miżuri ta’ sorveljanza fiż-żoni elenkati fl-Anness I,

(i)

kull każ ta’ mard li jittieħed fi stabbilimenti tal-ħnieżer li għalih huwa indikat trattament bl-antibijotiċi jew b’mediċinali antibatteriċi oħra għandu jiġi rrappurtat lill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien, u qabel ma jinbeda t-trattament,

(ii)

fl-istabbilimenti tal-ħnieżer imsemmija f’(a), l-eżamijiet kliniċi u l-proċeduri għat-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-Kapitolu IV(A) tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/106/KE jitwettqu mingħajr dewmien minn veterinarju;

(b)

il-miżuri għall-prevenzjoni tal-mard jiġu applikati kif ikun meħtieġ, skont l-Artikolu 4(3)(a) tad-Direttiva 2001/89/KE;

(c)

kampanja ta’ informazzjoni adegwata tiġi indirizzata lejn l-operaturi tat-trobbija tal-ħnieżer.

Artikolu 12

Il-Litwanja għandha tiżgura li fiż-żoni elenkati fil-parti A tal-Anness I:

(a)

il-miżuri fiż-żoni ta’ ħarsien u sorveljanza jkomplu japplikaw tal-inqas sakemm jgħaddu 40 jum wara t-tlestija ta’ diżinfezzjoni u tindif preliminari fl-istabbilimenti infettati;

(b)

il-ħnieżer fl-istabbilimenti kollha fiż-żoni ta’ sorveljanza, barra mill-eżamijiet imsemmija fl-Artikolu 11(3)(b) tad-Direttiva 2001/89/KE u qabel ma jiġu rrevokati l-miżuri previsti fid-Direttiva 2001/89/KE fiż-żona ta’ sorveljanza, jkunu tpoġġew għal eżamijiet kliniċi u tal-laboratorji mwettqa skont il-Kapitolu IV(F) tal-Anness għad-Deċiżjoni 2002/106/KE; dawn l-eżamijiet ma jridux isiru qabel ma jgħaddu 30 jum mit-tlestija tat-tindif preliminari u l-miżuri ta’ diżinfezzjoni fl-istabbilimenti infettati.

Artikolu 13

1.   Stati Membri oħra minbarra l-Litwanja ma għandhomx jibagħtu l-ħnieżer f’biċċeriji fiż-żoni elenkati fil-parti A tal-Anness I.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

il-vetturi li jkunu ntużaw għat-trasport tal-ħnieżer fil-Litwanja jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati darbtejn wara kull trasport f’dan l-Istat Membru u li ma jerġgħux jittrasportaw ħnieżer għal mill-inqas tlett ijiem wara d-diżinfezzjoni;

(b)

il-vetturi li jkunu daħlu fi stabbiliment fejn jinżammu l-ħnieżer fil-Litwanja jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati mill-inqas darbtejn wara li jitilqu minn dak l-istabbiliment u ma jerġgħux jittrasportaw ħnieżer għal mill-inqas tlett ijiem wara d-diżinfezzjoni;

(c)

lill-awtorità kompetenti, it-trasportaturi jagħtuha prova ta’ dan it-tindif u diżinfezzjoni.

Artikolu 14

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ sabiex jiġu konformi ma’ din id-Deċiżjoni u għandhom jippubbliċizzaw b’mod xieraq u immedjat il-miżuri adottati. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Artikolu 15

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Ottubru 2011.

Artikolu 16

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.

(4)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(5)  ĠU L 39, 9.2.2002, p. 71.

(6)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(7)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62.

(8)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(9)  ĠU L 228, 31.8.2010, p. 15.

(10)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(11)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(12)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 44.

(13)  ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9.

(14)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 49.

(15)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(16)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.

(17)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(18)  ĠU L 121, 1.5.2001, p. 34.

(19)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 44.

(20)  ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1.

(21)  ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1.


ANNESS I

Parti A:

Id-distretti ta’ Jonava, Kaišiadorys, Kėdainiai fil-kontea ta’ Kaunas u d-distretti ta’ Ukmergė u Širvintos fil-kontea ta’ Vilnius.

Parti B:

It-territorju kollu tal-Litwanja, ħlief il-parti msemmija fil-Parti A.


ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

Rettifika

17.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/62


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/894/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għal għamara tal-injam

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 320, tal-5 ta’ Diċembru 2009 )

F'paġna 28, Kriterju 3:

minflok:

“(e)   Emissjonijiet ta’ formaldehyde minn materja prima mhux ittrattata tal-injam

Materjali b’bażi ta’ njam huma permessi biss f’biċċa għamara jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejin:

(i)

Chipboard: l-emissjoni ta’ formaldehyde miċ-chipboard fl-istat primarju tagħhom, jiġifieri qabel ma jinħadmu bil-magni jew jinksew, ma għandhiex taqbeż 50 % tal-valur massimu li jippermetti li tiġi kklassifikata bħala E1skont l-istandard EN 312.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant u/jew il-fornitur tiegħu għandhom jipprovdu evidenza li l-materjali b’bażi ta’ njam jikkonformaw ma’ dan ir-rekwiżit skont l-istandard Ewropew EN 312-1.

(ii)

Fiberboard: Il-formaldehyde imkejjel fi kwalunkwe fiberboard ma għandux jaqbeż 50 % tal-valur massimu li jippermetti li jiġi kklassifikat bħala ta’ kwalita ta’ klassi A skont EN 622-1. Madankollu, il-fiberboards ikklassifikati bħala Klassi A ser jiġu aċċettati jekk ma jirrappreżentawx aktar minn 50 % tal-injam u l-materjali b’bażi ta’ njam totali użati fil-prodott.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant u/jew il-fornitur tiegħu għandhom jipprovdu evidenza li l-materjali b’bażi ta’ njam jikkonformaw ma’ dan ir-rekwiżit skont l-istandard Ewropew EN 622-1.”;

aqra:

“(e)   Emissjoni ta’ formaldehyde minn materjali b’bażi tal-injam mhux ittrattati u fl-istat naturali

Materjali b’bażi tal-injam huma permessi biss f’biċċa għamara jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejin:

(i)

Chipboard [Particleboard]: L-emissjoni ta’ formaldehyde miċ-chipboard [particleboard] fl-istat naturali tagħhom, jiġifieri qabel ma jinħadmu bil-magni jew jinksew, ma għandhiex taqbeż il-50 % tal-valur massimu li jippermettilha tiġi kklassifikata bħala E1 skont l-istandard EN 312.

(ii)

Fibreboard: L-emissjoni ta’ formaldehyde mill-fibreboard(s) fl-istat naturali tagħhom, jiġifieri qabel ma jinħadmu bil-magni jew jinksew, ma għandhiex taqbeż il-50 % tal-valur massimu li jippermettilhom jiġu kklassifikati bħala E1 skont l-istandard EN 622-1. Madanakollu, il-fibreboard(s) klassifikati bħala Klassi E1 se jiġu aċċettati jekk ma jirrappreżentawx aktar minn 50 % tal-injam u l-materjali b’bażi tal-injam totali użati fil-prodott.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant u/jew il-fornitur tiegħu għandhom jagħtu evidenza li l-materjali b’bażi tal-injam jirrilaxxaw anqas minn 4 mg/100 g skont EN 120 (il-metodu ta’ perforazzjoni) jew anqas minn 0,062 mg/m3 skont EN 717-1 (il-metodu “chamber”). Barra minn hekk għandha tingħata dikjarazzjoni li ġiet stabbilita sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika skont EN 312 jew EN 622-1.”.

F’paġna 29, Kriterju 4

minflok:

“(c)   Formaldehyde

L-emissjonijiet ta’ formaldehyde minn sustanzi u preparazjonijiet għat-trattament tal-wiċċ li jilliberaw il-formaldehyde għandhom ikunu anqas minn 0,05 ppm.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant u/jew il-fornitur tiegħu għandhom jipprovdu dikjarazzjoni li r-rekwiżiti ta’ hawn fuq ġew issodisfati, flimkien mal-informazzjoni dwar il-formolazzjoni tat-trattament tal-wiċċ (pereżempju dokumenti ta’ informazzjoni dwar is-sikurezza tal-materjali).”;

aqra:

“(c)   Formaldehyde

Emissjonijiet ta’ formaldehyde minn sustanzi u preparazjonijiet għat-trattament tal-wiċċ li jilliberaw il-formaldehyde għandhom ikunu anqas minn 0,062 mg/m3.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant u/jew il-fornitur tiegħu għandhom jipprovdu dikjarazzjoni li r-rekwiżit ta’ hawn fuq ġie ssodisfat, flimkien mal-informazzjoni dwar il-formolazzjoni tat-trattament tal-wiċċ (pereżempju Dokumenti ta’ Informazzjoni dwar is-Sikurezza) jew riżultati ta’ testijiet li juru evidenza li l-valur massimu tal-emissjoni ta’ formaldehyde ma jissuperax il-limitu dikjarat (ibbażat fuq l-istandard EN 717-1).”.


17.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/63


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/320/UE tat-8 ta’ Ġunju 2010 indirizzata lill-Greċja bil-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 145 tal-11 ta’ Ġunju 2010 )

Paġna ta' quddiem u paġna 6, it-titlu

Flok:

"Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2010 indirizzata lill-Greċja …"

Aqra:

"Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Mejju 2010 indirizzata lill-Greċja …".

Paġna 11, il-formula li tikkonċerna l-post u d-data ta' adozzjoni

Flok:

"Magħmul fil-Lussemburgu, l-8 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SALGADO"

Aqra:

"Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Mejju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SALGADO".