ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.206.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 206

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
11 ta' Awwissu 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 803/2011 tal-4 ta’ Awwissu 2011 li jħassar id-dazju kompensatorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti antibijotiċi b’firxa wiesgħa li joriġinaw fl-Indja u li jtemm il-proċedura fir-rigward ta’ dawn l-importazzjonijiet, wara reviżjoni skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 804/2011 tal-10 ta’ Awwissu 2011 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011 tal-10 ta’ Awwissu 2011 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għal liċenzji u ċerti ċertifikati tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

21

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 806/2011 tal-10 ta’ Awwissu 2011 li japprova s-sustanza attiva flukwinkonażol, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE ( 1 )

39

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2011 tal-10 ta’ Awwissu 2011 li japprova s-sustanza attiva triażossidu, skont it-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

44

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2011 tal-10 ta’ Awwissu 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

48

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/499/PESK tal-1 ta’ Awwissu 2011 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/450/PESK li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Sudan

50

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/500/PESK tal-10 ta’ Awwissu 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

53

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

11.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 803/2011

tal-4 ta’ Awwissu 2011

li jħassar id-dazju kompensatorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti antibijotiċi b’firxa wiesgħa li joriġinaw fl-Indja u li jtemm il-proċedura fir-rigward ta’ dawn l-importazzjonijiet, wara reviżjoni skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

1.1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

F’Mejju 2005, wara reviżjoni kkombinata ta’ skadenza u interim (“ir-reviżjoni kkombinata”), il-Kunsill, permezz tal-Regolament (KE) Nru 713/2005 (2), impona dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti antibijotiċi b’firxa wiesgħa, jiġifieri amoxicillin trihydrate, ampicillin trihydrate u cefalexin mhux ippreżentati f’dożi mkejla jew f’forom jew f’pakketti għal bejgħ bl-imnut (“il-prodott ikkonċernat”) li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 2941 10 00 u ex 2941 90 00 li joriġinaw fl-Indja. Il-miżuri kienu fil-forma ta’ dazju ad valorem li jvarja bejn 17,3 % u 32 %. Il-miżuri oriġinali kienu ġew imposti bir-Regolament (KE) Nru 2164/98 (3).

(2)

Wara reviżjoni interim parzjali, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1176/2008 (4), emenda r-rata tad-dazju kompensatorju li japplika għal esportatur Indjan partikolari.

1.2.   Talba għal reviżjoni ta’ skadenza

(3)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (5) tal-miżuri definittivi fis-seħħ, il-Kummissjoni rċeviet talba għal tnedija ta’ reviżjoni ta’ skadenza tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 713/2005 skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, minn żewġ produtturi tal-Unjoni: DSM u Sandoz (“l-applikanti”), li jirrappreżentaw proporzjon maġġuri, f’dan il-każ b’aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti antibijotiċi b’firxa wiesgħa.

(4)

It-talba saret fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għall-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tas-sussidjar u ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

(5)

Qabel it-tnedija tar-reviżjoni ta’ skadenza, u skont l-Artikoli 10(9) u 22(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni avżat lill-Gvern tal-Indja (“GI”) li hija kienet irċeviet talba għal reviżjoni dokumentata kif xieraq. Il-GI kien mistieden għall-konsultazzjonijiet bil-għan li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni rigward il-kontenut tat-talba u sabiex wieħed jasal għal soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku. Il-GI wieġeb tard wisq għal din l-istedina u, għaldaqstant, ma saru l-ebda konsultazzjonijiet.

1.3.   Tnedija ta’ reviżjoni ta’ skadenza

(6)

Wara li ġie stabbilit, wara l-konsultazzjonijiet mal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm evidenza biżżejjed għat-tnedija ta’ reviżjoni ta’ skadenza, il-Kummissjoni ħabbret fit-12 ta’ Mejju 2010, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (6) (“l-Avviż ta’ tnedija”), li kienet se tibda reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

1.4.   Investigazzjoni

1.4.1.   Il-perijodu ta’ investigazzjoni

(7)

L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tas-sussidjar kienet tkopri l-perijodu mill-1 ta’ April 2009 sal-31 ta’ Marzu 2010 (“il-perijodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “PIR”). L-istħarriġ dwar ix-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ ħsara kien ikopri l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sa tmiem il-perijodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni (“il-perijodu kkunsidrat”).

1.4.2.   Il-partijiet ikkonċernati bl-investigazzjoni

(8)

Il-Kummissjoni tat parir b’mod uffiċjali lill-applikanti, lill-produtturi magħrufa l-oħra tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi, lill-importaturi up-stream, lill-utenti kkonċernati, u lill-GI dwar it-tnedija tar-reviżjoni ta’ skadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu smigħ fiż-żmien stabbilit fl-Avviż ta’ tnedija.

(9)

Il-partijiet kollha interessati, li ressqu t-talba u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex kellhom jinstemgħu, ingħataw smigħ.

(10)

Minħabba n-numru x’aktarx kbir ta’ produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat fl-Indja li ġew imsemmija fit-talba, kien ikkunsidrat xieraq, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, biex jiġi eżaminat jekk kellux jintuża t-teħid ta’ kampjun. Biex il-Kummissjoni tiddeċiedi kienx meħtieġ it-teħid ta’ kampjun u, kieku kien hekk, biex jintgħażel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq ġew mitluba, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, li jippreżentaw rwieħhom fi żmien 15-il jum mit-tnedija tar-reviżjoni u li jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa fl-Avviż ta’ tnedija. Tliet produtturi esportaturi biss ippreżentaw irwieħhom. Għalhekk, ma kien applikat l-ebda teħid ta’ kampjun.

(11)

Il-Kummissjoni bagħtet il-kwestjonarji lill-partijiet kollha kkonċernati u lil dawk li ppreżentaw rwieħhom sad-data tal-għeluq stabbilita fl-Avviż ta’ tnedija. Waslu risposti mingħand tliet produtturi tal-Unjoni, tliet produtturi-esportaturi u mill-GI. Ħadd mill-produtturi l-oħra ma wieġeb għall-kwestjonarju jew ipprovda xi informazzjoni. Ħadd mill-importaturi ma ppreżenta ruħu matul l-eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjun u ħadd mill-importaturi l-oħra ma pprovda kwalunkwe informazzjoni lill-Kummissjoni jew ippreżenta ruħu matul il-perijodu ta’ investigazzjoni.

(12)

Wieħed mill-produtturi talab li l-valutazzjoni tal-qagħda tal-industrija tal-Unjoni kellha tinkludi wkoll id-dejta mingħand produttur allegat ieħor tal-Unjoni. Iżda billi nstab li din tal-aħħar ma kinitx kumpannija li tipproduċi l-prodott ikkonċernat, din it-talba ma ntlaqgħetx.

(13)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li kienet meħtieġa sabiex ikunu stabbiliti l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ sussidjar u l-ħsara li jirriżulta kif ukoll l-interessi tal-Unjoni. Saru żjajjar ta’ verifika fil-proprjetà tal-partijiet interessati li ġejjin:

(a)

Produtturi tal-Unjoni:

DSM Anti-Infectives B.V., Delft (il-Pajjiżi l-Baxxi), li wieġbu wkoll għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni f’isem DSM Anti-Infectives Chemferm S.A., Santa Perpetua de Mogoda, (Spanja). Dawn iż-żewġ kumpanniji minn hawn ’il quddiem qed jissejħu b’mod konġunt “DSM”;

Deretil S.A. (qabel DSM Anti-Infectives Deretil S.A.), Almeria, Spanja, li minn hawn ’il quddiem qed tissejjaħ “Deretil”; u

Sandoz GmbH, Kundl (l-Awstrija), li wkoll wieġbet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni f’isem Sandoz Industrial Products S.A., Barċellona (Spanja). Iż-żewġ kumpanniji minn hawn ’il quddiem qed jissejħu “Sandoz”.

(b)

Produtturi esportaturi fl-Indja:

Lupin Limited, Mumbai;

M/s Surya Pharmaceuticals Ltd., Chandigarh u Baddi; u

Ranbaxy Laboratories Limited, Gurgaon.

(c)

Il-Gvern tal-Indja (“GI”).

Il-Ministeru tal-Kummerċ, New Delhi

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

(14)

Il-prodott kopert b’din ir-reviżjoni huwa l-istess prodott bħal dak ikkonċernat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 713/2005, jiġifieri amoxicillin trihydrate, ampicillin trihydrate u cefalexin mhux ippreżentat f’dożi mkejla jew f’forom jew f’pakketti għal bejgħ bl-imnut li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2941 10 00 u ex 2941 90 00 li joriġina fl-Indja (“il-prodott ikkonċernat”).

(15)

L-investigazzjoni kkonfermat li, bħal fl-investigazzjoni ta’ reviżjoni preċedenti, il-prodott ikkonċernat u l-prodotti manifatturati u mibjugħa mill-produtturi-esportaturi fis-suq domestiku fl-Indja, kif ukoll dawk manifatturati u mibjugħa fl-UE mill-produtturi tal-Unjoni, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi u, għaldaqstant, huma kkunsidrati bħala prodotti simili fit-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku.

3.   IL-PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA’ SUSSIDJAR

3.1.   Introduzzjoni

(16)

Kif issemma fil-premessa (11), kien hemm tliet produtturi-esportaturi li ppreżentaw irwieħhom u li mlew il-kwestjonarju. Madankollu, tnejn minn dawn it-tliet produtturi-esportaturi biss irrappurtaw li biegħu l-prodott ikkonċernat lill-Unjoni matul il-PIR.

(17)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni inkluża fit-talba għar-reviżjoni u fit-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament kienu jinvolvu l-għoti ta’ sussidji, ġew investigati:

 

Skemi nazzjonali:

(a)

Skema ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (Advance Authorization Scheme - “AAS”);

(b)

Skema ta’ Kreditu ta’ Dazji fuq l-Importazzjoni (Duty Entitlement Passbook Scheme - “DEPBS”);

(c)

Skema ta’ Promozzjoni tal-Esportazzjoni ta’ Beni Kapitali (Export Promotion Capital Goods Scheme - “EPCGS”);

(d)

Skema tas-Suq Iffokat (Focus Market Scheme - “FMS”);

(e)

Skema ta’ Awtorizzazzjoni tal-Importazzjoni Ħielsa mid-Dazju (Duty Free Import Authorisation - “DFIA”);

(f)

Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni (Export Oriented Units - “EOU”)/Żoni ta’ Proċessar tal-Esportazzjoni (Export Processing Zones - “EPZ”)/Żoni Ekonomiċi Speċjali (Special Economic Zones - “SEZ”);

(g)

Skema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni (Export Credit Scheme - “ECS”); u

(h)

Skema ta’ Eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dħul (Income Tax Exemption Scheme - “ITES”).

 

Skemi reġjonali:

(i)

Skema ta’ Inċentiv Industrijali ta’ Punjab; u

(j)

Skema ta’ Inċentiv Industrijali ta’ Gujarat.

(18)

L-iskemi (a) sa (f) speċifikati hawn fuq huma bbażati fuq l-Att dwar il-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Kontroll) il-Foreign Trade (Development and Regulation) Act tal-1992 (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 1992 (“l-Att dwar il-Kummerċ Barrani”). Il-Foreign Trade Act jawtorizza lill-GI biex joħroġ notifiki rigward il-politika ta’ esportazzjoni u importazzjoni. Dawn huma miġbura fil-qosor fid-dokumenti tal-Politika dwar il-Kummerċ Barrani (“FTP” - Foreign Trade Policy), li jinħarġu mill-Ministeru tal-Kummerċ kull ħames snin u li jiġu aġġornati regolarment. Hemm żewġ dokumenti tal-FTP li huma rilevanti għall-PIR ta’ dan il-każ partikolari, jiġifieri l-FTP 04-09 u l-FTP 09-14. Dan tal-aħħar daħal fis-seħħ f’Awwissu 2009. Barra minn hekk, il-GI jistabbilixxi wkoll il-proċeduri li jirregolaw l-FTP 04-09 u l-FTP 09-14 f”manwal ta’ proċeduri intitolat “Handbook of Procedures, Volume I” (“HOP I 04-09” u “HOP I 09-14” rispettivament). Il-manwal ta’ proċeduri wkoll jiġi aġġornat fuq bażi regolari.

(19)

L-Iskema (g) hija bbażata fuq it-taqsimiet 21 u 35 A tal-Att dwar il-Kontroll tal-Banek tal-1949, li jippermetti lill-Bank ta’ Riżerva tal-Indja (“RBI”) biex jidderieġi l-banek kummerċjali fil-qasam tal-krediti għall-esportazzjoni.

(20)

L-Iskema (h) hija bbażata fuq l-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-1961, li tiġi emendata bl-Att Finanzjarju annwali.

(21)

L-Iskema (i) hija amministrata mill-Gvern ta’ Punjab u hija bbażata fuq il-politika industrijali u fuq il-kodiċi ta’ inċentivi tal-Gvern ta’ Punjab.

(22)

L-Iskema (j) hija amministrata mill-Gvern ta’ Gujarat u hija bbażata fuq il-politika ta’ inċentiv industrijali ta’ Gujarat.

3.2.   Skema ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (Advance Authorization Scheme - AAS)

(a)   Bażi legali

(23)

Id-deskrizzjoni dettaljata tal-iskema tinstab fil-paragrafi 4.1.1 sa 4.1.14 tal-FTP 04-09 u l-FTP 09-14 u l-paragrafi 4.1 sa 4.30A tal-HOP I 04-09 u l-HOP I 09-14.

(b)   Eliġibbiltà

(24)

L-AAS tikkonsisti f’sitt sottoskemi, kif deskritt f’iktar dettall fil-premessa (25). Dawk is-sottoskemi huma differenti, inter alia, fl-ambitu tal-eliġibbiltà. Il-manifatturi-esportaturi u n-negozjanti-esportaturi “marbuta” ma’ manifatturi ta’ sostenn huma eliġibbli għall-esportazzjonijiet fiżiċi AAS u għall-AAS għar-rekwiżit annwali. Il-manifatturi-esportaturi li jfornu l-esportatur finali huma eliġibbli għall-AAS għall-provvisti intermedji. Kuntratturi ewlenin li jipprovdu lill-kategoriji ta’ “esportazzjoni meqjusa” imsemmija fil-paragrafu 8.2 tal-FTP 04-09 u l-FTP 09-14, bħal fornituri ta’ unità orjentata lejn l-esportazzjoni (EOU), huma eliġibbli għas-sottoskema tal-esportazzjoni meqjusa tal-AAS. Eventwalment, fornituri intermedji għall-manifatturi esportaturi huma eliġibbli għal benefiċċji ta’ “esportazzjoni meqjusa” skont l-ARO — Advance Release Order u l-back-to-back inland letter of credit.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(25)

Awtorizzazzjonijiet bil-quddiem jistgħu jinħarġu għal:

(i)

esportazzjonijiet fiżiċi: din hi s-sottoskema ewlenija. Tippermetti importazzjoni bla dazju ta’ materjali ta’ input għall-produzzjoni li tirriżulta fi prodott ta’ esportazzjoni speċifiku. “Fiżiku” f’dan il-kuntest tfisser li l-prodott għall-esportazzjoni jrid iħalli t-territorju Indjan. Konċessjoni ta’ importazzjoni u obbligu ta’ esportazzjoni inkluż it-tip ta’ prodott ta’ esportazzjoni huma speċifikati fl-awtorizzazzjoni bil-quddiem;

(ii)

rekwiżit annwali: din l-awtorizzazzjoni bil-quddiem mhix konnessa ma’ prodott ta’ esportazzjoni speċifiku, iżda ma’ grupp ta’ prodotti aktar wiesa’ (pereżempju, prodotti kimiċi u dawk relatati). Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni bil-quddiem jista’— sa ċertu limitu fil-valur iffissat skont kif tkun marret l-esportazzjoni fil-passat — jimporta bla ħlas ta’ dazju kull input li jkun ser jintuża fil-manifattura ta’ kull oġġett li jaqa’ f’dan il-grupp ta’ prodotti. Jista’ jagħżel li jesporta kwalunkwe prodott li jirriżulta li huwa fil-grupp ta’ produzzjoni li juża dan il-materjal eżenti mid-dazju;

(iii)

provvisti intermedji: din is-sottoskema tkopri l-każijiet meta żewġ manifatturi jkunu beħsiebhom jipproduċu prodott wieħed għall-esportazzjoni u jaqsmu l-proċess ta’ produzzjoni. Il-manifattur-esportatur li jipproduċi l-prodott intermedju jista’ jimporta materjali ta’ input mingħajr dazju u jista’ jikseb għal dan l-għan AAS għal provvisti intermedji. L-esportatur finali jiffinalizza l-produzzjoni u huwa obbligat li jesporta l-prodott lest;

(iv)

meqjusa bħala esportati: din is-sottoskema tippermetti lil kuntrattur prinċipali li jimporta bla ħlas ta’ dazju l-inputs meħtieġa fil-produzzjoni ta’ prodotti li ser jinbiegħu bħala “meqjusa bħala esportati” lill-kategoriji ta’ klijenti msemmija fil-paragrafu 8.2(b) sa (f), (g), (i) u (j) tal-FTP 04-09 u l-FTP 09-14. Skont il-GI, meqjusa bħala esportati tirreferi għal dawk it-transazzjonijiet li fihom l-oġġetti fornuti ma jħallux il-pajjiż. Numru ta’ kategoriji ta’ provvista huma kkunsidrati bħala oġġetti meqjusa esportati sakemm il-prodotti jkunu manifatturati fl-Indja, pereżempju provvista ta’ prodotti lejn EOU jew lejn kumpannija lokalizzata f’SEZ;

(v)

ARO: id-detentur tal-Awtorizzazzjoni bil-Quddiem li għandu l-intenzjoni li jġib l-inputs minn sorsi indiġeni, minflok ma jimporta direttament, għandu l-għażla li jġibhom permezz tal-AROs. F’dawn il-każijiet l-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem huma validati bħala AROs u huma approvati lill-fornitur indiġenu wara l-kunsinna tal-oġġetti speċifikati fiha. L-approvazzjoni tal-ARO tintitola lill-fornitur indiġenu għall-benefiċċji fuq oġġetti meqjusa esportati kif speċifikat fil-paragrafu 8.3 tal-FTP 04-09 u l-FTP 09-14 (jiġifieri, AAS għal provvisti intermedji/oġġetti meqjusa esportati, irtirar ta’ dazju mħallas fuq oġġetti meqjusa esportati u r-rifużjoni ta’ dazju tas-sisa finali). Il-mekkaniżmu ARO jirrifondi t-taxxi u d-dazji lill-fornitur minflok ma jirrifondihom lill-esportatur finali fil-forma ta’ irtirar/rifużjoni tad-dazji. Ir-rifużjoni tat-taxxi/dazji hija disponibbli għal inputs indiġeni kif ukoll għall-inputs importati;

(vi)

back-to back inland letter of credit: din is-sottoskema tkopri għal darb’oħra provvisti indiġeni lil detentur tal-awtorizzazzjoni bil-quddiem. Id-detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem jista’ javviċina bank biex jiftaħ ittra ta’ kreditu interna favur fornitur indiġenu. L-awtorizzazzjoni bil-quddiem tiġi vvalidata mill-bank għall-importazzjoni diretta, b’konnessjoni biss mal-valur u l-volum ta’ oġġetti miġjuba minn sorsi indiġeni minflok ma jkunu importati. Il-fornitur indiġenu jkun intitolat għal benefiċċji fuq oġġetti meqjusa esportati kif stabbiliti fil-paragrafu 8.3 tal-FTP 04-09 u l-FTP 09-14 (fi kliem ieħor, AAS għal provvisti intermedji/oġġetti meqjusa esportati, irtirar ta’ oġġetti meqjusa esportati u rifużjoni tad-dazju tas-sisa finali).

(26)

Matul il-PIR, wieħed miż-żewġ esportaturi li kkooperaw ingħata konċessjonijiet taħt l-AAS. Is-sottoskema li użat din il-kumpannija kienet (i) l-esportazzjonijiet fiżiċi. Għalhekk mhux meħtieġ li tiġi stabbilita l-kumpensabbiltà tas-sottoskemi mhux użati li jifdal.

(27)

Il-materjal importat biex jintuża bħala input ma jkunx transferibbli u jrid jintuża biex ikun maħdum il-prodott esportat li jirriżulta. L-obbligu ta’ esportazzjoni għandu jiġi sodisfatt fil-limitu ta’ żmien preskritt wara l-ħruġ tal-awtorizzazzjoni bil-quddiem. Mir-reviżjoni kombinata ’l hawn din ġiet estiża għal 36 xahar (24 xahar bil-possibbiltà ta’ żewġ estensjonijiet ta’ sitt xhur kull waħda).

(28)

Għall-finijiet ta’ verifika mill-awtoritajiet Indjani, id-detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem huwa obbligat bil-liġi biex iżomm reġistru ta’ konsum reali (“kont veru u proprju”) ta’ prodotti importati/akkwistati lokalment mingħajr dazju għal kull awtorizzazzjoni bil-quddiem, skont il-format preskritt (il-paragrafi 4.26, 4.30 u l-Appendiċi 23 tal-HOP I 04-09 u l-HOP I 09-14). Dan ir-reġistru jrid jiġi verifikat minn kontabilista awtorizzat estern/kontabilista tal-ispejjeż u x-xogħlijiet li jiċċertifika li r-reġistri preskritti u r-rekords rilevanti ġew eżaminati u li l-informazzjoni fornuta skont l-Appendiċi 23 hija vera u korretta f’kull aspett.

(29)

Rigward l-użu tal-AAS għal esportazzjonijiet fiżiċi matul il-PIR, kemm il-konċessjoni ta’ importazzjoni kif ukoll l-obbligu tal-esportazzjoni huma stabbiliti fil-volum u fil-valur mill-GI u jiġu dokumentati fuq l-awtorizzazzjoni bil-quddiem. Barra minn hekk, fil-mument tal-importazzjoni u l-esportazzjoni, it-transazzjonijiet li jikkorrispondu jridu jiġu dokumentati mill-uffiċjali tal-gvern fuq l-awtorizzazzjoni bil-quddiem. Il-volum tal-importazzjonijiet awtorizzat skont din l-iskema huwa stabbilit mill-GI abbażi tan-normi bażiċi ta’ input-output (“SIONs” - standard input-output norms). Is-SIONs qegħdin hemm għal bosta prodotti inkluż il-prodott ikkonċernat u jinħarġu mill-GI. Mir-reviżjoni kkombinata ’l hawn, is-SIONs ġew riveduti ’l isfel u matul il-PIR dawn kienu, għall-input ta’ materja prima prinċipali u skont il-prodott u r-rotta, 2,3 % sa 16,1 % inqas milli matul ir-reviżjoni kkombinata.

(30)

Minkejja li dawn is-SIONs tbaxxew, instab li għal wieħed mit-tipi ta’ prodotti kkonċernati, il-konsum attwali kien għadu xorta taħt is-SIONs. Barra minn hekk, instab li, għalkemm dan huwa obbligatorju, il-kumpannija ma żammitx ir-reġistru tal-konsum imsemmi fil-premessa (28) hawn fuq (“Appendiċi 23”), li jrid jiġi verifikat minn kontabilista estern. Minkejja l-ksur ta’ dan ir-rekwiżit, il-kumpannija għamlet użu mill-benefiċċji tal-AAS li kienu, barra minn hekk, minħabba l-valutazzjoni żejda ta’ SIONs li nstabet, iżjed mid-dispożizzjonijiet legali għal dawn.

(d)   Kummenti dwar it-tagħrif żvelat

(31)

Il-GI u produttur esportatur wieħed ressqu l-osservazzjonijiet dwar l-AAS.

(32)

Il-GI saħaq li l-AAS taħdem bħala irtirar tad-dazju permess jew bħala irtirar sostituttiv b’sistema ta’ verifika f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Annessi I, II u III tar-Regolament bażiku stabbilita biex tissorvelja r-rabta bejn l-inputs importati bla dazju u l-prodotti għall-esportazzjoni li jirriżultaw minnhom. Il-GI kompla jgħid li, skont ir-Regolament bażiku, jistgħu jiġu kkumpensati biss is-somma rtirata jew ir-rifużjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni li jkunu akbar minn dawk miġbura fuq inputs importati li jiġu kkunsmati fil-produzzjoni ta’ oġġetti esportati. Rigward sistema ta’ verifika, insistew li teżisti sistema xierqa ta’ verifika. F’dan il-kuntest semmew għadd ta’ elementi tal-verifika li kienu disponibbli għall-GI biex jagħmel din il-verifika, inklużi s-SIONs, l-informazzjoni dwar kwantitajiet li jinsabu fid-dokumenti tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, u l-verifika tal-kumpens wara li jseħħu l-importazzjoni u l-esportazzjoni. Il-GI fakkar ukoll li l-iskema tippreskrivi li, jekk ikun jifdal xi materjal li ma jkunx intuża, għandu jitħallas id-dazju sħiħ bl-interessi.

(33)

Il-produttur esportatur li kien uża l-AAS għall-bejgħ lejn l-Unjoni ma kellux kummenti dwar is-sejbiet safejn jikkonċerna d-deskrizzjoni u l-implimentazzjoni prattika, kif mogħti fil-qosor fit-tasqsimiet (a) sa (c), iżda kkontesta għadd ta’ figuri fil-kalkolu tal-ammont tas-sussidju. Filwaqt li l-kalkolu ġie vverifikat u ma kellux bżonn ta’ korrezzjonijiet, dawn il-kwistjonijiet ġew iċċarati mal-kumpannija kkonċernata.

(e)   Konklużjoni

(34)

L-eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni hija sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri kontribut finanzjarju tal-GI li jagħti benefiċċju lill-esportatur investigat.

(35)

Barra dan, l-AAS għall-esportazzjonijiet fiżiċi hija b’mod ċar kontinġenti fil-liġi fuq kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk hija meqjusa bħala speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr obbligu li tesporta, kumpannija ma tistax tikseb benefiċċji minn din l-iskema.

(36)

Din ir-reviżjoni ta’ skadenza, għaldaqstant, ikkonfermat li s-sottoskema prinċipali użata f’dan il-każ ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta’ rtirar tad-dazju jew sistema ta’ rtirar sostituttiv fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, (il-partita (i)), l-Anness II (definizzjoni u regoli għall-irtirar) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għall-irtirar sostituttiv) tar-Regolament bażiku. Minkejja li teżisti sistema jew proċedura ta’ verifika li tikkonferma jekk ġewx ikkunsmati l-inputs, u b’liema ammonti, fil-produzzjoni tal-prodott esportat (l-Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta’ skemi ta’ rtirar sostituttivi, l-Anness III(II)(2) tar-Regolament bażiku), il-GI fil-prattika ma applikahiex. Is-SIONs stess ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala sistema ta’ verifika tal-konsum reali, peress li dawn instabu li kienu ġenerużi ż-żejjed u ġie stabbilit ukoll li l-benefiċċji li ttieħdu żejda ma ġewx mitluba mill-ġdid mill-GI. Fil-fatt, ma seħħx kontroll effettiv li twettaq mill-GI bbażat fuq reġistru ta’ konsum reali li jinżamm korrett. Barra minn hekk, il-GI ma wettaqx aktar stħarriġ ibbażat fuq l-inputs reali involuti, għalkemm dan ikun jeħtieġ normalment li jitwettaq fin-nuqqas ta’ sistema ta’ verifika applikata b’mod effettiv (l-Anness II(II)(5) u l-Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku). Fl-aħħar nett, ġie kkonfermat li, għalkemm huwa obbligatorju bil-liġi, l-involviment ta’ kontabilisti awtorizzati fil-proċess ta’ verifika, fil-prattika, mhuwiex wieħed garantit.

(37)

L-AAS għall-esportrazzjonijiet fiżiċi hija, għaldaqstant, kumpensabbli.

(f)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(38)

Fin-nuqqas ta’ sistemi permessi ta’ rtirar tad-dazju jew sistemi ta’ rtirar sostituttivi, il-benefiċċju kumpensabbli huwa r-remissjoni tad-dazji tal-importazzjoni totali normalment dovuti mal-importazzjoni tal-inputs. F’dan ir-rigward u fil-kwistjoni tal-affermazzjoni tal-GI fil-premessa (32), huwa osservat li r-Regolament bażiku ma jipprevedix biss l-ammont kumpensatorju tar-remissjoni “żejda” tad-dazji. Skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Anness I(i) tar-Regolament bażiku, huwa biss meta l-kondizzjonijiet tal-Annessi II u III tar-Regolament bażiku jkunu milħuqa li r-remissjoni żejda mid-dazji tkun ikkumpensata. Iżda, f’dan il-każ, dawn il-kondizzjonijiet ma ġewx sodisfatti. Għalhekk, jekk jiġi stabbilit li mhemmx proċess ta’ sorveljanza xieraq, l-eċċezzjoni msemmija hawn fuq għal skemi ta’ rtirar tad-dazju mhix applikabbli u tapplika r-regola normali tal-ammont kumpensatorju fuq l-ammont ta’ dazji mhux imħallsa (dħul ċedut), pjuttost milli kwalunkwe remissjoni żejda intenzjonata. Kif stabbilit fl-Annessi II(II) u III(II) tar-Regolament bażiku, mhijiex ir-responsabbiltà tal-awtorità tal-investigazzjoni li tikkalkula din ir-remissjoni żejda. Bil-maqlub ta’ dan, skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku, l-awtorità tal-investigazzjoni għandha tistabbilixxi biss evidenza suffiċjenti sabiex tirrifjuta l-adegwatezza tas-sistema ta’ verifika allegata.

(39)

L-ammont ta’ sussidju għall-esportatur li uża l-AAS kien ikkalkolat abbażi ta’ dazji tal-importazzjoni ċeduti (dazju doganali bażiku u dazju doganali addizzjonali speċjali) fuq il-materjal impurtat skont is-sottoskema użata għall-prodott ikkonċernat matul il-PIR (numeratur). Skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, il-miżati li kellhom jitħallsu sabiex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-ammont tas-sussidju meta saru talbiet ġustifikati. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq il-fatturat mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, billi s-sussidju huwa marbut mal-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma kienx mogħti b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(40)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema għall-applikant matul il-PIR għall-produttur uniku li kkoopera u li għamel użu minnha hija ta’ 12,3 %.

3.3.   Skema ta’ Kreditu ta’ Dazji fuq l-Importazzjoni (Duty Entitlement Passbook Scheme - DEPBS)

(a)   Bażi legali

(41)

Id-deskrizzjoni dettaljata tad-DEPBS tinsab fil-paragrafi 4.3 tal-FTP 04-09 u l-FTP 09-14 kif ukoll fil-Kapitolu 4 tal-HOP I 04-09 u tal-HOP I 09-14.

(b)   Eliġibbiltà

(42)

Kull manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(43)

Esportatur eliġibbli jista’ japplika għall-krediti tad-DEPBS li jiġu kkalkulati bħala perċentwal tal-valur tal-prodotti esportati skont din l-iskema. Dawn ir-rati tad-DEPBS ġew stabbiliti mill-awtoritajiet Indjani għal ħafna mill-prodotti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Dawn jiġu ddeterminati abbażi tas-SIONs (ara l-premessa (29)) u l-inċidenza tad-dazji doganali fuq il-kontenut preżunt importat, irrispettivament jekk ikunux tħallsu jew le d-dazji tal-importazzjoni. Ir-rati tad-DEPBS għall-prodott ikkonċernat matul il-PIR tal-investigazzjoni preżenti kienu ta’ 8 % għall-amoxicillin trihydrate u ta’ 7 % għall-ampicillin trihydrate u cephalexin, u għalhekk fil-każijiet kollha kienu ogħla milli matul ir-reviżjoni kkombinata.

(44)

Biex tkun eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema, kumpannija trid tesporta. Fiż-żmien tat-transazzjoni ta’ esportazzjoni, għandha ssir dikjarazzjoni mill-esportatur lill-awtoritajiet fl-Indja li tindika li l-esportazzjoni qed isseħħ skont id-DEPBS. Sabiex il-merkanzija tkun esportata, l-awtoritajiet doganali Indjani joħorġu polza tal-esportazzjoni waqt il-proċedura li matulha l-merkanzija tintbagħat. Dan id-dokument juri, inter alia, l-ammont ta’ kreditu tad-DEPBS li għandu jingħata għal dik it-transazzjoni ta’ esportazzjoni. F’dan il-punt, l-esportatur ikun jaf il-benefiċċju li jkun ser jirċievi. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu l-polza tal-esportazzjoni, il-Gvern tal-Indja ma jkollu l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-kreditu tad-DEPBS. Ir-rata tad-DEPBS rilevanti biex jiġi kkalkulat il-benefiċċju hija dik li kienet applikata fil-mument li fih tkun saret id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni. Għalhekk, m’hemm l-ebda possibbiltà għal emenda retroattiva għal-livell tal-benefiċċju.

(45)

Instab li skont l-istandards tal-kontabbiltà Indjani, il-krediti tad-DEPBS jistgħu jitniżżlu fuq il-bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet tal-kummerċ, malli jiġi sodisfatt l-obbligu tal-esportazzjoni. Dawn il-krediti jistgħu jintużaw biex jitħallsu d-dazji doganali fuq importazzjonijiet sussegwenti ta’ kwalunkwe prodotti li jistgħu jiġu importati mingħajr restrizzjonijiet – ħlief beni kapitali. Prodotti importati b’dawn il-krediti jistgħu jinbiegħu fis-suq domestiku (soġġetti għal taxxa tal-bejgħ) jew jiġu użati mod ieħor. Il-krediti tad-DEPBS huma trasferibbli mingħajr l-ebda ostaklu u validi għal perijodu ta’ 24 xahar mid-data tal-ħruġ.

(46)

L-applikazzjoni għal krediti tad-DEPBS tiġi ffajljata elettronikament u tista’ tkopri ammont mingħajr limitu ta’ transazzjonijiet tal-esportazzjoni. De facto, ma japplikawx skadenzi stretti għal krediti tad-DEPBS. Is-sistema elettronika użata għall-immaniġġjar tad-DEPBS ma teskludix awtomatikament it-transazzjonijiet tal-esportazzjoni li jaqbżu l-iskadenza għas-sottomissjoni msemmija fil-paragrafu 4.47 tal-HOP I 04-09 u l-HOP 09-14. Barra minn hekk, kif stipulat b’mod ċar fil-paragrafu 9.3 tal-HOP I 04-09 u u l-HOP 09-14, l-applikazzjonijiet li jaslu wara d-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni dejjem jistgħu jiġu kkunsidrati soġġett għall-impożizzjoni ta’ penali minuri (jiġifieri 10 % tal-intitolament).

(47)

Instab li produttur-esportatur Indjan li kkoopera għamel użu minn din l-iskema matul il-PIR.

(d)   Kummenti dwar it-tagħrif żvelat

(48)

Il-GI afferma li “l-benefiċċju għal min jirċievi” jista’ jitkejjel u kemm jista’ jiġi kkumpensat is-sussidju jista’ jiġi ddeterminat biss meta l-liċenzji tad-DEPBS jinbiegħu fis-suq billi jagħtu benefiċċju biss jekk jinbiegħu fis-suq u meta dan iseħħ. Fi kliem ieħor, il-krediti tad-DEPBS ma jistgħux jiġu kkumpensati meta jintużaw bħala ħlas tad-dazji fuq l-oġġetti importati li jintużaw bħala inputs fil-produzzjoni ta’ oġġetti esportati.

(e)   Konklużjonijiet dwar id-DEPBS

(49)

Id-DEPBS jipprovdi s-sussidji fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu tad-DEPBS huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GI, peress li l-kreditu eventwalment jintuża biex ipatti għad-dazji ta’ importazzjoni, b’hekk inaqqas id-dħul tal-GI mid-dazji li kieku jkunu dovuti. Barra minn hekk, il-kreditu tad-DEPBS jagħti benefiċċju lill-esportatur, għaliex il-likwidità tiegħu titjieb mhux biss jekk tinbiegħ liċenzja fis-suq, kif iddikjara l-GI, iżda wkoll jekk jintuża bħala ħlas tad-dazju fuq oġġetti importati.

(50)

Barra dan, id-DEPBS huwa assoċjat fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huwa meqjus bħala speċifiku u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

(51)

Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta’ rtirar ta’ dazju jew sistema ta’ rtirar sostituttiv fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness I partita (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għall-irtirar) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għall-irtirar sostituttiv) tar-Regolament bażiku. Esportatur m’għandu l-ebda obbligu li fil-fatt jikkonsma fil-proċess tal-produzzjoni l-oġġetti importati bla dazju u l-ammont tal-kreditu mhux ikkalkulat b’konnessjoni mal-inputs li fil-fatt intużaw. Barra minn hekk, ma hemm ebda sistema jew proċedura stabbilita għall-konferma ta’ liema inputs jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk seħħx ħlas żejjed tad-dazji tal-importazzjoni skont it-tifsira tal-partita(i) tal-Anness I, u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Fl-aħħar nett, esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji tad-DEPBS irrispettivament minn jekk jimportax xi inputs jew le. Sabiex jikseb il-benefiċċju, ikun biżżejjed għall-esportatur li sempliċiment jesporta l-oġġetti mingħajr ma juri li kien importat materjal biex jidħol fil-prodott. Għalhekk, anki esportaturi li jakkwistaw l-inputs tagħhom kollha lokalment u ma jimportaw ebda prodott li jista’ jintuża bħala input, jibqgħu intitolati għall-benefiċċji mid-DEPBS.

(f)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(52)

Skont l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli kien ikkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-reċipjent u li nstab li jeżisti matul il-PIR. F’dan ir-rigward, kien ikkunsidrat li l-benefiċċju jingħata lir-reċipjent fil-waqt meta ssir transazzjoni ta’ esportazzjoni skont din l-iskema. F’dan il-mument, il-GI huwa obbligat li jċedi d-dazji doganali, u dan jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku.

(53)

Fid-dawl ta’ dan, huwa kkunsidrat xieraq li jiġi vvalutat il-benefiċċju taħt id-DEPBS bħala s-somma tal-krediti ggwadanjati fuq it-transazzjonijiet kollha ta’ esportazzjoni li saru taħt din l-iskema matul il-PIR.

(54)

Meta saru talbiet ġustifikati, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-krediti hekk stabbiliti biex wieħed jasal għall-ammont tas-sussidju bħala n-numeratur, skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku.

(55)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq il-fatturat kollu tal-esportazzjoni matul il-perijodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa kontinġenti mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(56)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema għall-produttur esportatur li kkoopera li għamel użu minnha matul il-PIR jammonta għal 6,9 %.

3.4.   Skema ta’ Promozzjoni tal-Esportazzjoni ta’ Beni Kapitali (Export Promotion Capital Goods Scheme - EPCGS)

(a)   Bażi legali

(57)

Id-deskrizzjoni dettaljata tal-EPCGS tinsab fil-kapitolu 5 tal–FTP 04-09 u tal-FTP 09-14 kif ukoll fil-kapitolu 5 tal-HOP I 04-09 u tal-HOP I 09-14.

(b)   Eliġibbiltà

(58)

Il-manifatturi-esportaturi, in-negozjanti-esportaturi “marbuta ma’” manifatturi sekondarji u dawk li jipprovdu servizz huma eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(59)

Skont il-kondizzjoni ta’ obbligu ta’ esportazzjoni, kumpannija hija awtorizzata li timporta beni kapitali (prodotti kapitali ġodda u dawk użati sa massimu ta’ 10 snin) b’rata mnaqqsa ta’ dazju doganali. Għal dan l-għan, il-GI joħroġ liċenzja EPCGS fuq applikazzjoni u pagament ta’ ħlas. L-iskema tipprovdi għal rata tad-dazju tal-importazzjoni mnaqqsa ta’ 5 % applikabbli għall-beni kapitali kollha importati skont l-iskema. Biex ikun sodisfatt l-obbligu ta’ esportazzjoni, il-prodotti kapitali importati jridu jintużaw biex jipproduċu ċertu ammont ta’ prodotti għall-esportazzjoni matul ċertu perijodu. Skont l-FTP 09-14 il-beni kapitali jistgħu jiġu importati b’rata ta’ dazju ta’ 0 % taħt l-EPCGS, iżda f’dan il-każ il-perijodu ta’ żmien biex jiġi ssodisfatt l-obbligu tal-esportazzjoni ikun iqsar.

(60)

Id-detentur ta’ liċenzja EPCGS jista’ wkoll ifittex il-beni kapitali minn pajjiżu stess. F’dan il-każ, il-manifattur indiġenu ta’ beni kapitali jista’ japprofitta ruħu mill-benefiċċju ta’ importazzjoni ħielsa mid-dazju ta’ komponenti meħtieġa għall-manifattura ta’ dawn il-beni kapitali. Alternattivament, il-manifattur indiġenu jista’ jitlob il-benefiċċju ta’ esportazzjoni meqjus fir-rigward tal-provvista ta’ beni kapitali lid-detentur ta’ liċenzja EPCGS.

(61)

Instab li ż-żewġ applikanti esportaturi li kkooperaw użaw din l-iskema matul il-PIR.

(d)   Kummenti dwar it-tagħrif żvelat

(62)

Mal-wasla tat-tagħrif il-GI kkuntesta l-kumpensabbiltà tal-EPCGS. Huwa saħaq, b’mod partikolari, li s-sussidji tal-EPCGS rigward ix-xiri ta’ beni kapitali fejn l-obbligu tal-esportazzjoni kien diġà ġie sodisfatt qabel il-PIR, ma għandux jibqa’ jiġi ttrattat bħala kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni. Produttur esportatur wieħed li nstab li kien irċieva s-sussidji tal-EPCGS saħaq li dawn is-sussidji ma kienx imisshom tqiesu billi ma kinux ser jintużaw għax-xiri ta’ beni kapitali użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(e)   Konklużjoni dwar l-EPCGS

(63)

L-EPCGS jipprovdi s-sussidji fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis fid-dazju jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-GI, billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul mid-dazju li kieku kien ikun dovut lilu. Barra minn hekk, it-tnaqqis tad-dazju jagħti benefiċċju lill-esportatur, billi d-dazji ffrankati mill-importazzjoni jtejbu l-likwidità tal-kumpannija.

(64)

It-talba li s-sussidji tal-EPCGS rigward ix-xiri ta’ beni kapitali fejn l-obbligu tal-esportazzjoni kien diġà ġie sodisfatt qabel il-PIR, ma jibqax jiddependi mill-prestazzjoni tal-esportazzjoni ma tistax tintlaqa’. Tabilħaqq, mhuwiex ikkontestat li l-EPCGS hija soġġetta fil-liġi għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni, billi dawn il-liċenzji tal-EPCGS ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn ta’ esportazzjoni. Għalhekk, hija meqjusa bħala speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. Il-mument eżatt meta dan l-obbligu ta’ esportazzjoni jiġi sodisfatt huwa irrilevanti f’dan ir-rigward. F’dak li jikkonċerna l-kwistjoni tal-użu jew in-nuqqas ta’ użu tal-beni kapitali fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, skont il-Kapitolu 5.2 tal-FTP 09-14, l-EPCGS tippermetti l-importazzjoni ta’ beni kapitali għal qabel il-produzzjoni, għall-produzzjoni u għal wara l-produzzjoni (inklużi s-“CKD” - complete knock-down/“SKD” - semi knock-down tagħhom kif ukoll is-sistemi ta’ software tal-kompjuter). Għalhekk jidher ċar li anki l-oġġetti mhux użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat jistgħu jibbenefikaw mill-EPCGS. Barra minn hekk ġie stabbilit li l-obbligi tal-esportazzjoni skont l-EPCGS ġie sodisfatt bl-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant it-talba ġiet miċħuda.

(65)

L-EPCGS ma tistax titqies bħala sistema ta’ rtirar ta’ dazju jew sistema ta’ rtirar sostitittuv fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Il-beni kapitali mhumiex koperti mill-ambitu ta’ dawn is-sistemi permissibbli, kif stabbilit fl-Anness I, partita (i), tar-Regolament bażiku, għaliex mhumiex ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

(f)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(66)

L-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, abbażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq beni kapitali importati mifruxa fuq perijodu li jirrifletti l-perijodu ta’ deprezzament normali ta’ dawn il-beni kapitali fl-industrija kkonċernata. L-interessi ġew miżjuda ma’ dan l-ammont biex ikun rifless il-valur totali tal-benefiċċju maż-żmien. Ir-rata ta’ imgħaxijiet kummerċjali għas-self fil-munita lokali matul il-perijodu tal-investigazzjoni għar-reviżjoni fl-Indja kien ikkunsidrat xieraq għal dan l-iskop.

(67)

Skont l-Artikoli 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq il-fatturat ta’ esportazzjoni matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju jiddependi mill-mod kif tkun marret l-esportazzjoni.

(68)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema għall-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-PIR tammonta għal 0,1 % – 0,5 %.

3.5.   Skema tas-Suq Iffokat (Focus Market Scheme -FMS)

(a)   Bażi legali

(69)

Id-deskrizzjoni dettaljata dwar l-FMS tinstab fil-paragrafu 3.9.1 sa 3.9.2.2 tal-FTP 04-09 u l-paragrafu 3.14.1 sa 3.14.3 tal-FTP 09-14 u fil-paragrafu 3.20 sa 3.20.3 tal-HOP I 04-09 u l-paragrafu 3.8 sa 3.8.2 tal-HOP I 09-14.

(b)   Eliġibbiltà

(70)

Kull manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(71)

Skont din l-iskema l-esportazzjonijiet tal-prodotti kollha lejn il-pajjiżi notifikati skont l-Appendiċi 37(C) tal-HOP I 04-09 u l-HOP I 09-14 huma intitolati għal kreditu ta’ dazji ekwivalwenti għal 2,5 % tal-valur FOB tal-prodotti esportati skont din l-iskema. Ċertu tip ta’ attivitajiet ta’ esportazzjoni huma esklużi mill-iskema, pereżempju esportazzjonijiet ta’ oġġetti importati jew oġġetti mibgħuta, oġġetti meqjusa bħala esportati, esportazzjonijiet ta’ servizzi u fatturat tal-esportazzjoni ta’ unitajiet li joperaw taħt żoni ekonomiċi speċjali/unitajiet li joperaw fl-esportazzjoni. Esklużi wkoll mill-iskema huma ċerti tipi ta’ prodotti, pereżempju djamanti, metalli prezzjużi, minerali, ċereali, zokkor u prodotti taż-żejt.

(72)

Il-krediti tad-dazju taħt l-FMS huma trasferibbli liberament u validi għal perijodu ta’ 24 xahar mid-data ta’ ħruġ taċ-ċertifikat ta’ intitolament tal-kreditu rilevanti. Dawn jistgħu jintużaw biex jitħallsu d-dazji doganali fuq importazzjonijiet sussegwenti ta’ kwalunkwe oġġetti li jidħlu fil-prodott jew oġġetti oħra, inklużi beni kapitali.

(73)

Iċ-ċertifikat ta’ intitolament ta’ kreditu jinħareġ mill-port minn fejn saru l-esportazzjonijiet u wara t-twettiq tal-esportazzjonijiet jew li jintbagħtu l-oġġetti. Sakemm l-applikant jipprovdi l-kopji tad-dokumentazzjoni tal-esportazzjoni rilevanti kollha (pereżempju, ordni ta’ esportazzjoni, fatturi, poloz tat-tagħbija, ċertifikati ta’ realizzazzjoni mill-bank), lill-awtoritajiet, il-GI ma għandu l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-krediti tad-dazju.

(d)   Kummenti dwar it-tagħrif żvelat

(74)

Wara li twassal it-tagħrif, il-GI talab li sakemm jinbiegħ iċ-ċertifikat ta’ intitolament għall-kreditu fis-suq, hu ma jagħti l-ebda benefiċċju lir-reċipjent u, għaldaqstant, dan ma jkunx kumpensabbli. Fi kliem ieħor, il-krediti tal-FMS ma jistgħux jiġu kkumpensati meta jintużaw bħala ħlas tad-dazji fuq l-oġġetti importati li jintużaw bħala inputs fil-produzzjoni ta’ oġġetti esportati. Il-produttur esportatur li kkoopera li kien ħa l-benefiċċji skont l-FMS saħaq li l-iskema hija marbuta ġeografikament ma’ pajjiżi oħra, u għaldaqstant ma tistax tiġi kkumpensata mill-Unjoni.

(e)   Konklużjoni dwar l-FMS

(75)

L-FMS jipprovdi s-sussidji fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu ta’ dazju tal-FMS huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GI, billi l-kreditu eventwalment jintuża biex ibaxxi d-dazji ta’ importazzjoni, b’hekk jitnaqqas id-dħul mid-dazju tal-GI li inkella kien ikun dovut. Barra minn hekk, u mingħajr ma wieħed iqis jekk iċ-ċertifikat tal-intitolament għall-krediti jintużax biex jikkumpensa d-dazji jew jinbiegħx fis-suq, il-kreditu tad-dazju FMS jibbenefika lill-esportatur, billi l-likwidità tiegħu titjieb.

(76)

Iktar minn hekk, l-FMS huwa assoċjat fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huwa meqjus bħala speċifiku u jista’ jiġi kkumpensat skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. Il-fatt li l-pajjiżi tal-Unjoni mhumiex koperti mill-FMS la jmur kontra l-implimentazzjoni prattika tal-iskema u lanqas kif jintuża l-benefiċċju tal-FMS, kif stabbilit fil-premessi (72) sa (74). Għaldaqstant, din it-talba kellha tiġi miċħuda.

(77)

Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta’ rtirar ta’ dazju jew sistema ta’ rtirar sostituttiv permissibbli fit-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija ma tikkonformax mar-regoli stretti stipulati fl-Anness I partita (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-irtirar) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għall-irtirar sostituttiv) tar-Regolament bażiku. L-esportatur ma għandu l-ebda obbligu li fil-fatt jikkonsma fil-proċess tal-produzzjoni l-oġġetti importati bla dazju u l-ammont tal-kreditu mhux ikkalkulat b’konnessjoni mal-oġġetti li fil-fatt intużaw. Ma hemm ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema materjali jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk ikunx sar ħlas żejjed ta’ dazji ta’ importazzjoni fit-tifsira tal-Anness I, partita (i), u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Esportatur ikun eliġibbli għall-benefiċċji tal-FMS mingħajr ma jingħata każ jekk fil-fatt jimportax oġġetti biex jidħlu fil-prodott jew le. Sabiex jikseb il-benefiċċju, ikun biżżejjed għall-esportatur li sempliċiment jesporta l-oġġetti mingħajr ma juri li kien importat materjal biex jidħol fil-prodott. B’hekk, anke esportaturi li jakkwistaw lokalment dak kollu li jidħol fil-prodott u ma jimportaw l-ebda oġġett li jista’ jintuża fil-prodott jibqgħu intitolati li jibbenifikaw mill-FMS. Barra minn hekk, esportatur jista’ juża l-krediti tad-dazju FMS biex jimporta l-beni kapitali, għalkemm il-beni kapitali mhumiex koperti mill-ambitu ta’ dawn is-sistemi permissibbli ta’ rtirar ta’ dazju, kif stabbilit fl-Anness I, partita (i), tar-Regolament bażiku, għaliex huma ma jiġux ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

(f)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(78)

L-ammont ta’ sussidji li jistgħu jiġu kkumpensati kien ikkalkulat f’termini tal-benefiċċju li jingħata min jirċevih, li jinstab li jeżisti matul il-PIR kif prenotat mill-produttur-esportatur li uża l-iskema fuq bażi ta’ żieda bħala dħul fl-istadju ta’ tranżazzjoni tal-esportazzjoni. Skont l-Artikoli 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju (nominatur) kien allokat fuq il-fatturat għall-esportazzjoni matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(79)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PIR għall-produttur esportatur li kkoopera jammonta għal < 0,1 %.

3.6.   Skema ta’ Awtorizzazzjoni tal-Importazzjoni Ħielsa mid-Dazju (Duty Free Import Authorisation —“DFIA”)

(80)

Matul l-investigazzjoni nstab li l-produtturi Indjani li kkooperaw ma kisbu l-ebda benefiċċji taħt l-DFIA matul il-PIR. Għalhekk ma kienx meħtieġ li din l-iskema tiġi analizzata aktar f’din l-investigazzjoni.

3.7.   Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni (Export Oriented Units —“EOU”)/Żoni ta’ Proċessar għall-Esportazzjoni (Export Processing Zones —“EPZ”)/Żoni Ekonomiċi Speċjali (Special Economic Zones —“SEZ”)

(81)

Matul l-investigazzjoni nstab li l-produtturi Indjani li kkooperaw ma kisbu l-ebda benefiċċji taħt l-EOU/EPZ/SEZ matul il-PIR. Għalhekk ma kienx meħtieġ li dawn l-iskemi jiġu analizzati f’din l-investigazzjoni.

3.8.   Skema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni (Export Credit Scheme —“ECS”)

(a)   Bażi legali

(82)

Id-dettalji tal-iskema huma stabbiliti fiċ-Ċirkulari Prinċipali Master Circular on Rupee/Foreign Currency Export Credit & Customer Services to Exporters DBOD No DIR.(Exp). BC 07/04.02.02/2009-10 tal-RBI, li hija indirizzata lill-banek kummerċjali kollha fl-Indja.

(b)   Eliġibbiltà

(83)

L-esportaturi li jimmanifatturaw u n-negozjanti-esportaturi huma eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni fil-prattika

(84)

Skont din l-iskema, l-RBI jiffissal-limiti massimi ta’ rati ta’ imgħax applikabbli għall-krediti għall-esportazzjoni li huma obbligatorji, kemm fir-rupee Indjan kif ukoll f’muniti barranin, li l-banek kummerċjali jistgħu jiċċarġjaw lill-esportatur. L-ECS jikkonsisti f’żewġ sottoskemi, l-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni Qabel l-Oġġetti Jintbagħtu Barra (kreditu għall-ippakkjar), li tkopri krediti pprovduti lill-esportatur għall-iffinanzjar tax-xiri, l-proċessar, il-manifatturar, l-imballaġġ u/jew it-trasport ta’ prodotti qabel l-esportazzjoni; u l-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni Wara li l-Oġġetti Jintbagħtu Barra, li tipprovdi għal self ta’ kapital tal-ħidma bl-iskop li jiġu ffinanzjati r-riċevibbli tal-esportazzjoni. Il-RBI ordna lill-banek ukoll biex jipprovdu ċertu ammont mill-kreditu bankarju nett tagħhom għall-iffinanzjar tal-esportazzjoni.

(85)

Bħala riżultat taċ-Ċirkolari Prinċipali tal-RBI, l-esportaturi jistgħu jiksbu l-krediti għall-esportazzjoni b’rati ta’ imgħax preferenzjali meta mqabbla mar-rati ta’ mgħax għall-kreditu kummerċjali ordinarju (kreditu f’kontanti), li huma ffissati purament skont il-kondizzjonijet tas-suq. Id-differenza fir-rati tista’ tonqos għal kumpanniji bi klassifikazzjoni tal-kreditu tajba. Kumpanniji bi klassifikazzjonijiet tajbin jistgħu jkunu f’pożizzjoni li jiksbu krediti ta’ esportazzjoni u kreditu fi flus kontanti bl-istess kondizzjonijiet.

(d)   Konklużjoni dwar l-ECS

(86)

Ir-rati ta’ imgħax preferenzjali ta’ kreditu tal-ECS stabbiliti miċ-Ċirkolarijiet Prinċipali tal-RBI msemmija fil-premessa (85) jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż tal-imgħax ta’ esportatur meta mqabbla mal-ispejjeż ta’ kreditu stabbiliti purament mill-kondizzjonijiet tas-suq u li jikkonferixxu f’dan il-każ benefiċċju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fuq tali esportatur. Il-finanzjament ta’ esportazzjoni mhuwiex per se iktar sigur mill-finanzjament domestiku. Fil-fatt, huwa ġeneralment ikkunsidrat li huwa iktar riskjuż u l-firxa tas-sigurtà meħtieġa għal ċertu kreditu, irrispettivament mill-għan ta’ finanzjar, hija deċiżjoni purament kummerċjali ta’ bank kummerċjali partikolari. Id-differenzi fir-rati fir-rigward ta’ banek differenti huma r-riżultat tal-metodoloġija tal-RBI li tistabbilixxi rati ta’ self massimi għal kull bank kummerċjali individwalment. Barra minn hekk, il-banek kummerċjali ma jkunux obbligati li jgħaddu, permezz ta’ min jagħmel self għal finanzjament ta’ esportazzjoni, rati ta’ mgħax aktar vantaġġjużi għall-krediti ta’ esportazzjoni f’munita barranija.

(87)

Minkejja li l-krediti preferenzjali skont l-ECS jingħataw mill-banek kummerċjali, dan il-benefiċċju huwa kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. F’dan il-kuntest, ta’ min jinnota li la l-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku u lanqas l-ACSM ma jirrikjedu ħlasijiet fuq il-kontijiet pubbliċi, pereżempju r-rimborż tal-banek kummerċjali mill-GI, biex jistabbilixxi sussidju, iżda direzzjoni tal-gvern biss biex jiġu eżegwiti l-funzjonijiet imsemmija fil-punti (i), (ii) jew (iii) tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament bażiku. L-RBI huwa korp pubbliku u għalhekk jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ “gvern” kif stabbilit fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku. Huwa 100 % taħt il-pussess tal-gvern, isegwi l-għanijiet ta’ politika pubblika, pereżempju l-politika monetarja, u l-maniġment tiegħu huwa maħtur mill-Gvern tal-Indja. L-RBI jidderieġi l-korpi privati, skont it-tifsira tat-tieni inċiż tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku, billi l-banek kummerċjali huma marbuta mill-kondizzjonijiet li jimponi, inter alia, fir-rigward tal-livelli massimi għar-rati ta’ mgħax fuq krediti ta’ esportazzjoni obbligatorji fiċ-Ċirkolari Prinċipali tal-RBI u d-dispożizzjonijiet tal-RBI li l-banek kummerċjali għandhom jipprovdu ċertu ammont mill-kreditu bankarju nett tagħhom lejn il-finanzjament tal-esportazzjoni. Din id-direzzjoni tobbliga lill-banek kummerċjali biex iwettqu l-funzjonijiet msemmija fl-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku, f’dan il-każ li jipprovdu self fil-forma ta’ finanzjament ta’ esportazzjoni preferenzjali. Dan it-tip ta’ trasferiment dirett ta’ fondi fil-forma ta’ self skont ċerti kondizzjonijiet normalment jaqa’ f’idejn il-gvern, u din il-prattika fl-ebda sens ma hija differenti, minn prattiċi normalment segwiti mill-gvernijiet, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. Dan is-sussidju huwa meqjus li huwa speċifiku u kumpensatorju billi r-rati ta’ mgħax preferenzjali huma disponibbli biss b’rabta mal-iffinanzjar tat-transazzjonijiet tal-esportazzjoni u għalhekk huma assoċjati mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(e)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(88)

L-ammont ta’ sussidju ġie kkalkulat abbażi tad-differenza bejn l-imgħax imħallas għall-krediti ta’ esportazzjoni użati matul il-PIR u r-rata ta’ mgħax li kienet tkun pagabbli għall-krediti kummerċjali ordinarji użati mill-produttur esportatur wieħed li kkoopera u li uża din l-iskema. Dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat totali mill-esportazzjoni matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(89)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema għall-produttur esportatur li kkoopera matul il-PIR u li uża din l-iskema kienet waħda negliġibbli.

3.9.   Skema ta’ Eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dħul (Income Tax Exemption Scheme - “ITES”)

(90)

Matul l-investigazzjoni nstab li l-produtturi Indjani li kkooperaw ma kisbu l-ebda benefiċċji taħt l-ITES matul il-PIR. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li din l-iskema tiġi analizzata aktar f’din l-investigazzjoni.

3.10.   L-Iskema ta’ Inċentiv Industrijali ta’ Punjab

(91)

Matul l-investigazzjoni nstab li l-produtturi Indjani li kkooperaw ma kisbu l-ebda benefiċċji taħt l-Iskema ta’ Inċentiv Industrijali ta’ Punjab matul il-PIR. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li din l-iskema tiġi analizzata aktar f’din l-investigazzjoni.

3.11.   L-Iskema ta’ Inċentiv Industrijali ta’ Gujarat

(92)

Matul l-investigazzjoni nstab li l-produtturi Indjani li kkooperaw ma kisbu l-ebda benefiċċji taħt l-Iskema ta’ Inċentiv Industrijali ta’ Gujarat matul il-PIR. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li din l-iskema tiġi analizzata aktar f’din l-investigazzjoni.

3.12.   L-ammont tas-sussidji kumpensatorji

(93)

L-ammont tas-sussidji kumpensatorji stabbilit skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, imfisser ad valorem, għall-produtturi-esportaturi li ġew investigati kien ivarja bejn 7,5 % u 12,4 %. Dawn l-ammonti ta’ sussidjar qabżu l-limitu de minimis imsemmi fl-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

(94)

Għalhekk hu kkunsidrat li, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sussidjar issokta matul il-PIR.

3.13.   Konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ sussidjar

(95)

Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ għandhomx il-probabbiltà li jwasslu għall-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tal-issussidjar.

(96)

F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li kkooperaw biss żewġ produtturi esportaturi magħrufa tal-prodott ikkonċernat. Mill-informazzjoni statistika tal-Indja u tal-Unjoni li hija disponibbli, is-sehem ta’ dawn l-esportaturi fil-bejgħ totali lill-Unjoni tal-produtturi-esportaturi Indjani tal-prodott ikkonċernat ma jistax ikun stabbilit. Madankollu, din l-informazzjoni statistika tissuġġerixxi li hemm diversi produtturi oħrajn li jistgħu jbigħu l-prodott ikkonċernat lill-Unjoni.

(97)

Kien stabbilit li matul il-PIR, il-produtturi-esportaturi li kkooperaw komplew igawdu mis-sussidju kumpensatorju mill-Gvern Indjan. L-iskemi ta’ sussidju analizzati aktar ’il fuq jagħtu benefiċċji rikorrenti u m’hemmx indikazzjonijiet li dawn il-programmi għandhom jitneħħew gradwalment jew jiġu modifikati fil-futur qrib jew li l-produtturi esportaturi li qed jikkooperaw għandhom jieqfu milli jiksbu benefiċċji taħt dawn l-iskemi.

(98)

Ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli li tista’ tindika li l-produtturi esportaturi l-oħra ma kinux ser ikomplu jgawdu mill-iskemi ta’ sussidju analizzati aktar ’il fuq. Għalhekk, ġie konkluż li s-sussidjar fuq livell nazzjonali kompla.

(99)

Minħabba s-sejbiet deskritti hawn fuq ġie konkluż li s-sussidjar kompla matul il-PIR u probabbli ser ikompli fil-futur.

4.   PRODUZZJONI TAL-UNJONI

(100)

Matul il-perijodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni, il-prodott simili kien immanifatturat fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni li ġejjin: Sandoz, DSM, Deretil, ACS Dobfar SpA u Antibioticos S.A. L-applikanti talbu reviżjoni ta’ skadenza tal-miżuri ta’ kontra s-sussidji fis-seħħ. L-informazzjoni disponibbli kollha rigward il-produtturi tal-Unjoni, inkluż l-informazzjoni li ngħatat fit-talba u d-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara t-tnedija tal-investigazzjoni tar-reviżjoni, intużat biex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni. Fuq dik il-bażi, il-produzzjoni totali tal-Unjoni stmata matul il-PIR kienet ta’ 7 093 tunnellata.

(101)

Il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw il-produzzjoni totali tal-Unjoni jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku u, minn hawn ’il quddiem, qed jissejħu “l-industrija tal-Unjoni”. Billi l-prodott simili mmanifatturat mit-tliet produtturi tal-Unjoni li wieġbu l-kwestjonarju matul il-PIR kienu jirrappreżentaw sa 95 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili, id-dejta ta’ dawn il-produtturi hija kkunsidrata bħala rappreżentattiva għall-industrija kollha tal-Unjoni.

5.   SITWAZZJONI FIS-SUQ KOMUNITARJU

5.1.   Rimarka preliminari

(102)

Biex ikunu analizzati l-volumi u x-xejriet tal-prezzijiet, intużat l-istatistika tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet għall-kodiċi TARIC 2941101010, 2941102010 u 2941900030 għas-snin 2007 u 2008 u l-kodiċi TARIC 2941100010 u 2941900030 għas-sena 2009 ’l quddiem, skont kif applikabbli matul il-perijodu kkunsidrat.

(103)

Meta jiġi kkunsidrat in-numru tal-produtturi tal-Unjoni u l-fatt li produttur wieħed kien qed jipproduċi l-prodott simili skont ftehim ta’ ħlas ta’ nollijiet ma’ produttur ieħor, l-informazzjoni li tikkonċerna l-industrija tal-Unjoni, fejn meħtieġ, ġiet murija f’indiċi jew f’faxex biss, sabiex tkun protetta l-kunfidenzjalità tad-dejta.

5.2.   Konsum fis-suq tal-Unjoni

(104)

Il-prodott simili jinbiegħ mill-industrija tal-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati u jinbiegħ/jiġi trasferit lil kumpanniji relatati għal aktar proċessar downstream.

(105)

Il-bejgħ lil entitajiet mhux relatati kien ikkunsidrat li jifforma s-“suq ħieles”. Il-bejgħ/trasferimenti lil entitajiet relatati kien ikkunsidrat bħala l-“użu vinkolanti”.

(106)

Biex jiġi kkalkulat il-konsum probabbli tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, il-Kummissjoni żiedet:

il-volum tal-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni kif rappurtat mill-Eurostat,

il-volum ta’ bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni manifatturat mill-industrija tal-Unjoni,

il-volum tal-użu vinkolanti tal-prodott simili mill-industrija tal-Unjoni, u

l-bejgħ stmat tal-prodott simili fl-Unjoni minn produtturi magħrufa oħra tal-Unjoni.

(107)

Ta’ min jinnota li, sabiex ikun evitat l-għadd doppju tal-volumi ta’ bejgħ, il-bejgħ li sar skont ftehim ta’ bejgħ b’nollijiet bejn żewġ produtturi tal-Unjoni kien eskluż mill-kalkolu t’hawn fuq.

(108)

Fuq il-bażi li ssemmiet hawn fuq, il-konsum tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili żdied gradwalment bi 28 % matul il-perijodu kkunsidrat:

Konsum (f’tunnellati)

2007

2008

2009

PIR

Prodott ikkonċernat u prodott simili

6 601

7 021

7 783

8 423

Indiċi

100

106

118

128

5.3.   Importazzjonijiet mill-Indja

5.3.1.   Volum, sehem tas-suq u prezzijiet tal-importazzjoni mill-Indja

Importazzjonijiet (f’tunnellati)

2007

2008

2009

PIR

Importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għal ċirkolazzjoni ħielsa

32,6

16,1

1,9

1,4

Indiċi

100

49

6

4

Importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat taħt reġim ta’ proċessar ’il ġewwa

45,5

3,7

15,5

14,5

Indiċi

100

8

34

32

(109)

Skont id-dejta tal-Eurostat, il-volum ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Indja għal ċirkolazzjoni ħielsa naqas b’96 % matul il-perijodu kkunsidrat. Tnaqqis konsiderevoli b’51 punt perċentwali kien osservat fl-2008, segwit bi tnaqqis ieħor ta’ 43 punt perċentwali fl-2009 u b’żewġ punti perċentwali matul il-PIR.

(110)

Xejra kemmxejn differenti tista’ tiġi osservata għall-importazzjonijiet taħt ir-reġim ta’ proċessar ’il ġewwa li huma ħielsa mid-dazji kumpensatorji u doganali. Wara tnaqqis inizjali fl-importazzjonijiet bi 92 % bejn l-2007 u l-2008, l-importazzjonijiet żdiedu fl-2009 u baqgħu stabbli matul il-PIR.

Prezz medju tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

2007

2008

2009

PIR

Importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għal ċirkolazzjoni ħielsa

25 863

28 934

34 758

19 200

Indiċi

100

112

134

74

Importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat taħt reġim ta’ proċessar ’il ġewwa

35 616

37 443

30 894

30 044

Indiċi

100

105

87

84

(111)

Il-prezz medju tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-Indja għal ċirkolazzjoni ħielsa żdied bi 34 % bejn l-2007 u l-2009, iżda dan naqas drastikament matul il-PIR, biex laħaq livell ta’ 26 % iktar baxx minn dak tal-2007. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjoni taħt reġim ta’ proċessar ’il ġewwa segwew tendenza ’l isfel u naqsu b’16 % matul il-perijodu kkunsidrat. Ix-xejriet differenti fil-prezzijiet bejn iż-żewġ reġimi ta’ importazzjoni jistgħu jiġu spjegati permezz tat-tipi differenti tal-prodott ikkonċernat li kien l-aktar impurtat, jiġifieri cefalexin, li huwa aktar għali meta mqabbel mat-tipi l-oħra.

Sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja

2007

2008

2009

PIR

Prodott ikkonċernat, importazzjonijiet għal ċirkolazzjoni ħielsa

0,5  %

0,2  %

0,0  %

0,0  %

Indiċi

100

46

5

3

Importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat taħt reġim ta’ proċessar ’il ġewwa

0,7  %

0,1  %

0,2  %

0,2  %

Indiċi

100

8

29

25

(112)

Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja għal ċirkolazzjoni ħielsa jew magħmula taħt reġim ta’ proċessar ’il ġewwa kien baxx ħafna matul il-perijodu kkunsidrat u naqas fiż-żewġ każijiet.

(113)

Produttur tal-Unjoni saħaq li l-importazzjonijiet Indjani, li kienu bbażati fuq id-dejta tal-Eurostat, kienu ġew stmati ħażin, peress li l-istatistika dwar l-esportazzjoni Indjana turi volumi ta’ esportazzjoni ogħla minn dawk iddikjarati mill-Eurostat. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li hija prattika standard tal-Kummissjoni li tuża l-Eurostat bħala bażi għall-istatistika dwar l-importazzjoni. Ta’ min jinnota wkoll li l-istatistika dwar l-esportazzjoni Indjana ma turix id-destinazzjoni aħħarija tal-esportazzjonijiet u jekk dawn humiex fil-fatt ser jidħlu fl-Unjoni. Għaldaqstant, din it-talba kellha tiġi miċħuda.

5.3.2.   Twaqqigħ tal-prezz

(114)

Minħabba l-kwantità baxxa ħafna ta’ importazzjonijiet mill-Indja li daħlu fis-suq tal-UE għal ċirkolazzjoni ħielsa, ma setgħet tiġi stabbilita l-ebda konklużjoni notevoli rigward it-tnaqqis fil-prezz. Rigward l-importazzjonijiet taħt reġim ta’ proċessar ’il ġewwa, il-marġini ta’ tnaqqis li nstab kien wieħed negattiv. Madankollu, dawn l-importazzjonijiet kienu jammontaw għal inqas minn għaxar tunnellati u kienu jikkonċernaw biss tip wieħed ta’ prodott (cefalexin), li huwa wkoll l-iktar wieħed għali u l-inqas tip ta’ prodott rappreżentat fis-suq. Għalhekk, ġie konkluż li d-dejta tat-transazzjonijiet li jikkonċernaw l-importazzjonijiet taħt reġim ta’ proċessar ’il ġewwa ma kinitx rappreżentattiva sabiex jiġi kkalkulkat twaqqigħ notevoli u ma kinitx adattata għal aktar analiżi.

(115)

Produttur tal-Unjoni indika li analiżi separata taż-żewġ kategoriji ta’ importazzjonijiet, jiġifieri għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa u skont reġim ta’ proċessar ’il ġewwa, ma kinitx tikkonforma mal-approċċ tar-reviżjoni preċedenti u kienet ukoll tmur kontra l-prattika konsistenti tal-Kummissjoni.

(116)

F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li, kif ġie konkluż fil-premessa (115), il-kwantitajiet impurtati jew skont ir-reġim ta’ proċessar ’il ġewwa jew għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ma kinux biżżejjed biex iwasslu għal konklużjonijiet sinifikattivi. Meta wieħed iqis il-livell baxx tal-volum aggregat, din il-konklużjoni tapplika bl-istess mod lil dak il-volum.

5.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

2007

2008

2009

PIR

Volum (tunnellati)

 

 

 

 

Singapor

1 557,7

1 448,2

2 030,5

2 425,3

Indiċi

100

93

130

156

Ċina

487,6

622,5

1 176,9

1 234,7

Indiċi

100

128

241

253

Oman

373,4

438,5

301,7

287,9

Indiċi

100

117

81

77

Pajjiżi terzi oħra

67,8

327,5

74,2

73,2

Indiċi

100

483

109

108

Total

2 486,5

2 836,7

3 583,3

4 021,1

Indiċi

100

114

144

162

(117)

L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat minn pajjiżi għajr l-Indja żdiedu bi 62 % matul il-perijodu kkunsidrat, bis-sehem tas-suq jiżdied b’10 punti perċentwali minn 37,6 % għal 47,7 %, li kien jikkoinċidi maż-żieda fil-konsum fis-suq tal-UE. Fost il-pajjiżi esportaturi, is-Singapor, iċ-Ċina u l-Oman kienu l-fornituri prinċipali fis-suq tal-Unjoni.

Prezz tal-importazzjoni medju għal kull tunnellata (EUR)

2007

2008

2009

PIR

Singapor

44 218

36 590

27 007

22 485

Indiċi

100

83

61

51

Ċina

29 515

26 622

21 224

20 683

Indiċi

100

90

72

70

Oman

29 875

27 665

23 440

22 597

Indiċi

100

93

78

76

Pajjiżi terzi oħra

38 324

35 987

45 628

46 938

Indiċi

100

94

119

122

Total

39 020

32 953

25 193

22 385

Indiċi

100

84

65

57

(118)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi naqsu b’mod sinifikanti bi 43 % matul il-perijodu kkunsidrat. Għalkemm il-prezzijiet tal-pajjiżi esportaturi ewlenin (is-Singapor, iċ-Ċina u l-Oman) waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni b’madwar 20 % matul il-PIR fuq bażi ta’ prodott bi prodott u l-volumi tal-importazzjoni jistgħu jitqiesu bħala sinifikanti, dawn l-importazzjonijiet bi prezz baxx milli jidher ma affettwawx il-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni.

(119)

Produttur tal-Unjoni saħaq li l-analiżi tax-xejriet tal-prezzijiet medji tal-importazzjoni kien imissha qieset it-tipi differenti ta’ prodotti. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li, konformi mal-prattika normali, l-analiżi ta’, fost oħrajn, ix-xejriet tal-prezzijiet trid issir abbażi tal-prodott ikkonċernat mingħajr ma jitqies is-sehem mis-suq ta’ kull tip ta’ prodott. Ta’ min jinnota wkoll li, f’dan il-każ, ma ttieħdet ebda konklużjoni mix-xejra fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi matul il-perijodu kkunsidrat. Għaldaqstant, din it-talba kellha tiġi miċħuda.

(120)

Il-produtturi kollha tal-Unjoni saħqu li l-importazzjonijiet minn, fost oħrajn, iċ-Ċina u l-Oman huma prinċipalment ta’ amoxicillin trihydrate għall-użu veterinarju u dan kien imissu tqies fl-analiżi tal-prezzijiet ta’ hawn fuq. F’dan ir-rigward, wieħed jinnota li l-prodott ikkonċernat ikopri l-antibijotiċi għall-użu kemm tal-bniedem, kif ukoll dak veterinarju. Barra minn hekk, it-tagħrif ipprovdut li jsostni din l-allegazzjoni ma ġiex sostanzjat. Għaldaqstant, din it-talba kellha tiġi miċħuda.

(121)

Produttur tal-Unjoni wera dubju dwar il-bażi li fuqha saru l-paraguni bejn il-prezzijiet tal-amoxicillin trihydrate u l-ampicillin trihydrate fil-PIR minħabba li d-dejta tal-Eurostat ma tagħmilx distinzjoni bejn dawn iż-żewġ tipi ta’ prodotti. F’dan ir-rigward instab li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni għal dawn iż-żewġ tipi ta’ prodotti kienu simili, ma kienx diffiċli li wieħed jagħmel paragun tal-prezzijiet aggregati.

(122)

Safejn jikkonċerna l-importazzjonijiet mis-Singapor, il-produtturi kollha tal-Unjoni saħqu li dawn saru bi prezz tat-trasferiment bejn il-partijiet relatati. F’dawn iċ-ċirkostanzi, jekk dawn l-importazzjonijiet jiġu inklużi, ikun hemm distorsjoni tal-prezzijiet medji minn pajjiżi terzi oħra. Wieħed għandu jinnota li, kieku dawn l-importazzjonijiet kellhom jitħallew barra mill-paragun tal-prezzijiet, is-sejba msemmija hawn fuq dwar il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz ma tinbidilx b’xi mod sinifikanti, u l-konklużjoni li l-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi ma jaffettwawx il-profitti tal-industrija tal-Unjoni tibqa’ valida.

5.5.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(123)

Għall-indikaturi ekonomiċi li ġejjin li jirrigwardaw l-industrija tal-Unjoni, instab li analiżi u valutazzjoni notevoli kellhom jiffukaw fuq is-sitwazzjoni li kien hemm fis-suq ħieles: il-volum tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, is-sehem tas-suq u l-kapaċità ta’ profitt. Fejn kien possibbli u ġustifikat, dawn is-sejbiet ġew imqabbla mad-dejta tas-suq vinkolanti, sabiex jipprovdu stampa sħiħa tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(124)

Rigward indikaturi ekonomiċi oħra, madankollu, instab fuq il-bażi tal-investigazzjoni, li dawn setgħu jiġu eżaminati b’mod raġonevoli biss billi ssir referenza għall-attività sħiħa. Fil-fatt, il-produzzjoni (kemm għas-suq vinkolanti kif ukoll għas-suq ħieles), il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità, l-inventarji, l-investimenti, il-ħażniet, l-impjiegi, il-produttività, il-pagi, it-tkabbir, il-kapaċità li jinġabar il-kapital jiddependu fuq l-attività kollha, kemm jekk il-produzzjoni tkun vinkolanti kif ukoll jekk tkun mibjugħa fis-suq ħieles.

(125)

Għadd ta’ indikaturi ekonomiċi fil-premessi li ġejjin ġew ikkoreġuti wara li waslu l-kummenti ta’ produttur tal-Unjoni dwar l-iżvelar aħħari tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom ġie propost li tintemm il-proċedura. Dawn it-tibdiliet ma kinux ta’ tip li jbiddlu l-konklużjoni rigward is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

5.5.1.   Produzzjoni, kapaċità u użu tal-kapaċità

 

2007

2008

2009

PIR

Indiċi tal-kapaċità

100

100

104

107

Indiċi tal-produzzjoni

100

95

96

98

Indiċi tal-użu tal-kapaċità

100

95

92

91

(126)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet stabbli bejn l-2007 u l-2008 qabel ma żdiedet b’4 % mill-2008 sal-2009 u bi 3 punti perċentwali oħra matul il-PIR.

(127)

Madankollu, il-volum tal-produzzjoni ma segwiex din iż-żieda minħabba diffikultajiet tekniċi mhux previsti minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fl-2008, meta l-volum tal-produzzjoni naqas b’5 % u rkupra gradwalment sal-PIR.

(128)

Bħala riżultat taż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni marbuta ma’ waqgħa żgħira fil-produzzjoni, ir-rata tal-użu tal-kapaċità waqgħet kontinwament matul il-perijodu kkunsidrat u laħqet livell fil-PIR li kien ta’ 9 % inqas milli kien fl-2007.

5.5.2.   Volum tal-bejgħ, prezz tal-bejgħ, sehem tas-suq

5.5.2.1.   Bejgħ fis-suq ħieles

Bejgħ lil partijiet mhux relatati fl-Unjoni

2007

2008

2009

PIR

Indiċi tal-volum

100

97

93

99

Indiċi tal-prezz medju tal-bejgħ

100

121

104

104

Indiċi tas-sehem tas-suq

100

90

79

78

(129)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati matul il-PIR kien kemmxejn taħt il-livell tal-2007, u waqa’ b’7 % fl-2009 u mbagħad żdied b’sitt punti perċentwali matul il-PIR.

(130)

Il-prezz tal-bejgħ medju tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdied b’4 % matul il-perijodu kkunsidrat. Il-prezzijiet l-ewwel żdiedu sew b’21 % fl-2008 qabel ma waqgħu bi 17-il punt perċentwali fl-2009 u baqgħu stabbli matul il-PIR.

(131)

Produttur tal-Unjoni saħaq li l-impatt tal-prezzijiet ta’ importazzjonijiet mill-Indja fuq l-industrija tal-Unjoni ma kienx ġie stmat sew. Dwar dan, ġie nnotat li ma kienx instab ebda twaqqigħ tal-prezzijiet, kif imsemmi fil-premessa (115) ta’ hawn fuq. Barra minn hekk, kif ġie indikat fil-premessa preċedenti, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’4 % matul il-perijodu kkunsidrat. F’din is-sitwazzjoni, huwa meqjus li l-importazzjonijiet mill-Indja ma kellhom ebda effett negattiv fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni.

(132)

It-tnaqqis tal-bejgħ lil partijiet mhux relatati fis-suq tal-Unjoni ġie rifless fl-iżvilupp tas-sehem tas-suq li waqa’ bi 22 punt perċentwali matul il-PIR meta mqabbel mal-2007.

5.5.2.2.   Suq vinkolanti

Suq vinkolanti fl-Unjoni

2007

2008

2009

PIR

Indiċi tal-volum

100

115

122

128

Indiċi tal-prezz medju tal-bejgħ vinkolanti

100

100

111

110

Indiċi tas-sehem tas-suq

100

109

104

100

(133)

Filwaqt li l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati kien qed jonqos minkejja ż-żieda fid-domanda matul il-perijodu kkunsidrat, il-bejgħ vinkolanti żdied bi 28 %.

(134)

Is-sehem tas-suq fir-rigward tas-suq vinkolanti tal-industrija tal-Unjoni żdied b’9 punti perċentwali fl-2008 qabel ma naqas gradwalment għal-livell tal-2007.

5.5.2.3.   Sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni/Tkabbir

Bejgħ lil partijiet mhux relatati, bejgħ vinkolanti u użu vinkolanti

2007

2008

2009

PIR

Indiċi tal-volum

100

107

108

114

Indiċi tas-sehem tas-suq

100

100

92

90

(135)

Is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni kollha ġie mkejjel billi żdiedu l-volumi tas-suq ħieles u ta’ dak vinkolanti fl-Unjoni. Għalkemm dan il-volum żdied matul il-perijodu kkunsidrat b’14 %, is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’10 punti perċentwali peress li l-konsum tas-suq żdied bi 28 % matul l-istess perijodu. Dan jindika li l-industrija tal-Unjoni ma gawdietx mit-tkabbir fil-konsum.

5.5.3.   Inventarji

Ħażniet

2007

2008

2009

PIR

Indiċi tal-volum

100

74

63

46

(136)

Il-livell tal-ħażna naqas b’54 % mill-2007 sat-tmiem tal-PIR, dan jista’ jiġi spjegat prinċipalment biż-żieda tad-domanda vinkolanti.

5.5.4.   Kapaċità ta’ profitt

5.5.4.1.   Kapaċità ta’ profitt fis-suq ħieles

Kapaċità ta’ profitt fis-suq ħieles

2007

2008

2009

PIR

Indiċi

100

447

218

253

(137)

Il-kapaċità ta’ profitt fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati fis-suq tal-Unjoni tjieb sostanzjalment b’153 punt perċentwali matul il-PIR. Dan l-iżvilupp jista’ jiġi spjegat b’żieda medja fil-prezzijiet ta’ 2 % u bi tnaqqis fl-ispiża tal-produzzjoni. Meta mqabbel mal-marġni ta’ profitt miksub matul il-perijodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni tal-aħħar investigazzjoni ta’ skadenza, il-profitt żdied b’iktar minn 400 punt perċentwali.

(138)

Ta’ min jinnota li, ħlief għas-sena 2007, il-livell fil-profitt tal-industrija tal-Unjoni kien ’il fuq mill-marġni ta’ profitt fil-mira stabbilit fl-investigazzjoni ta’ reviżjoni ta’ skadenza preċedenti; jiġifieri 10 % (“il-profitt fil-mira”), matul il-perijodu kkunsidrat.

(139)

Żewġ produtturi tal-Unjoni saħqu li l-profitabbiltà ma kinitx ġiet stmata sew minħabba li l-profitti li nkisbu minn fornituri upstream relatati ġew imnaqqsin mill-ispejjeż tagħhom. F’dan ir-rigward, hija prattika konsistenti li l-profitti miksubin minn partijiet relatati involuti fil-produzzjoni tal-materja prima jiġu mnaqqsin. F’dawn iċ-ċirkostanzi, dan l-argument kellu jiġi miċħud.

5.5.4.2.   Kapaċità ta’ profitt fil-bejgħ vinkolanti

Kapaċità ta’ profitt fil-bejgħ vinkolanti

2007

2008

2009

PIR

Indiċi

100

55

153

151

(140)

Il-kapaċità ta’ profitt fil-bejgħ vinkolanti tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni tjieb b’51 % matul il-PIR. Dan l-iżvilupp huwa spjegat l-aktar b’żieda medja fil-prezzijiet ta’ 10 %. Madankollu, billi din ix-xejra fil-prezzijiet hija bbażata fuq il-prezzijiet tat-trasferiment, l-ebda konklużjoni notevoli ma tista’ tiġi stabbilita minn dak li ntqal aktar ’il fuq.

5.5.5.   Investmenti, introjtu fuq l-investimenti, likwidità u kapaċità li jinġabar il-kapital

 

2007

2008

2009

PIR

Indiċi tal-investimenti

100

246

342

129

Indiċi tal-introjtu fuq l-investimenti

100

233

52

62

Indiċi tal-likwidità

100

236

83

107

(141)

L-investimenti żdiedu matul il-perijodu kkunsidrat. L-investimenti kienu relatati maż-żidiet fil-kapaċità tal-produzzjoni ddestinata kemm għas-suq vinkolanti kif ukoll għal dak ħieles.

(142)

L-investigazzjoni żvelat ukoll li l-introjtu fuq l-investimenti, jiġifieri l-profitt nett ta’ qabel it-taxxa tal-prodott imfisser bħala perċentwal tal-valur nett fuq il-kotba tal-assi fissi allokati għall-prodott, naqas matul il-perijodu kkunsidrat.

(143)

Il-likwidità żdiedet b’7 % matul il-perijodu kkunsidrat minħabba li t-tnaqqis fil-kapaċità ta’ profitt setgħet tiġi kkumpensata bi tnaqqis fl-inventarju matul it-tieni nofs tal-perijodu kkunsidrat.

5.5.6.   Impjiegi, produttività u pagi

 

2007

2008

2009

PIR

Indiċi tal-impjiegi

100

106

111

109

Indiċi tal-produttività

100

89

87

89

Indiċi tal-pagi

100

104

106

106

(144)

L-impjiegi żdiedu b’9 % matul il-perijodu kkunsidrat skont l-investimenti fil-kapaċità tal-produzzjoni, filwaqt li l-pagi medji żdiedu b’6 % biss. Il-produttività naqset bi 11 % b’mod ġenerali wara d-diffikultajiet tekniċi mhux mistennija li kellu jiffaċċja wieħed mill-produtturi tal-Unjoni.

5.5.7.   Kobor tal-ammont ta’ sussidji kumpensatorji u tas-sussidjar ta’ qabel

(145)

Minħabba l-volum tal-importazzjonijiet sussidjati mill-Indja, l-impatt tal-ammont attwali ta’ sussidjar ma jistax jiġi kkunsidrat bħala wieħed sinifikanti.

(146)

Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tjiebet sostanzjalment mill-aħħar investigazzjoni ta’ reviżjoni ’l hawn u matul il-perijodu kkunsidrat. Għalhekk, wieħed jikkonkludi li l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tirkupra b’mod sħiħ mis-sussidji ta’ qabel.

5.6.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(147)

Bejn l-2007 u l-perijodu ta’ investigazzjoni ta’ reviżjoni, il-volum tal-importazzjonijiet sussidjati tal-prodott ikkonċernat kien wieħed żgħir ħafna. Bl-eċċezzjoni ta’ ċerti indikaturi ta’ ħsara bħas-sehem tas-suq, il-volum tal-produzzjoni u l-introjtu fuq l-investiment, ħafna mill-indikaturi ta’ ħsara li jinkludu l-kapaċità ta’ profitt (+ 153 %), il-prezz tal-bejgħ (+ 4 %), il-volum tal-bejgħ (+ 14 %), l-impjiegi (+ 10 %) u l-investimenti (+ 29 %) żviluppaw b’mod pożittiv matul il-perijodu kkunsidrat. Il-livelli ta’ profitt miksuba fis-suq tal-Unjoni kienu, ħlief għas-sena 2007, ’il fuq mill-marġni ta’ profitt fil-mira stabbilit fl-investigazzjoni ta’ reviżjoni ta’ skadenza preċedenti; jiġifieri 10 %. Ix-xejra pożittiva murija mill-maġġoranza l-kbira ta’ indikaturi hija dovuta l-aktar lejn il-kredibbiltà u r-relazzjoni twila ħafna mal-konsumaturi li l-Unjoni żviluppat matul is-snin li għaddew, iżda wkoll lejn il-livell tal-prezz li din irnexxielha tikseb fis-suq.

(148)

Produttur tal-Unjoni saħaq li l-analiżi tax-xejriet tal-prezzijiet u tal-profitti għandha tqis in-nuqqasijiet ta’ materja prima fl-2007 u fl-2008. Ġie ddikjarat li dawn in-nuqqasijiet wasslu għal żidiet eċċezzjonali fil-prezzijiet u fil-profitti fl-2008, u, b’mod limitat fl-2009. Dwar dan, kif jidher fit-tabelli 5.5.2.1 u 5.5.4.1, il-livelli eċċezzjonali fil-prezzijiet u l-profitti huma rilevanti biss għall-2008. Il-livelli tal-profitti miksubin fl-2009 u waqt il-PIR ma jidhirx li għadhom affettwati min-nuqqasijiet ta’ materja prima. Il-konklużjoni, fil-premessa (139), li l-profitti matul il-perijodu kkunsidrat kienu ogħla mill-profitt fil-mira, għadha valida.

(149)

Rigward il-bejgħ vinkolanti, l-għażla għall-industrija tal-Unjoni biex tbiegħ parti mill-produzzjoni tagħha fis-suq vinkolanti żgurat livelli għolja ta’ użu tal-kapaċità u ppermettiet li l-industrija tal-Unjoni setgħet tnaqqas l-ispejjeż fissi u tibqa’ kompetittiva għan-nefqa.

(150)

Bħala konklużjoni, minħabba l-iżvilupp pożittiv tal-indikaturi li jappartjenu għall-industrija tal-Unjoni, huwa meqjus li l-industrija tal-Unjoni ma sofrietx ħsara materjali matul il-perijodu kkunsidrat.

5.7.   Effett tal-importazzjonijiet issussidjati

(151)

Minħabba l-volumi baxxi tal-prodott ikkonċernat li ġew impurtati fl-Unjoni matul il-perijodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet issussidjati ma laqtux b’mod ħażin il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Fil-fatt, kif issemma aktar ’il fuq, qed jitqies li l-industrija ma sofrietx ħsara materjali matul il-perijodu kkunsidrat.

6.   PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ ĦSARA

(152)

Ta’ min ifakkar li l-industrija tal-Unjoni ma sofrietx ħsara materjali matul il-perijodu kkonsidrat peress li ħafna mill-indikaturi ta’ ħsara żvelaw xejriet pożittivi matul dan il-perijodu. Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, għalhekk ġie eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ x’aktarx jirriżultaw f’rikorrenza ta’ ħsara.

6.1.   Kapaċità żejda fil-pajjiż ikkonċernat

(153)

L-investigazzjoni żvelat li l-użu tal-kapaċità tal-produtturi esportaturi Indjani li qed jikkooperaw laħqu livelli għoljin ħafna matul il-PIR. Fuq din il-bażi, kapaċitajiet żejda, li jistgħu jiġu diretti lejn is-suq tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ miżuri, jidhru li huma limitati.

(154)

Wara l-iżvelar għadd ta’ produtturi tal-Unjoni saħqu li l-kapaċitajiet żejda fl-Indja kienu għoljin u li r-rata tal-użu tal-kapaċità tal-produtturi esportaturi Indjani li kkooperaw ma kinitx rappreżentattiva tas-settur Indjan kollu. Produttur tal-Unjoni wasal biex iddikjara li l-kapaċitajiet żejda ta’ seba’ esportaturi ewlenin Indjani jirrappreżentaw volumi li huma ferm ogħla mill-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni.

(155)

Rigward dan, l-ewwel irid jiġi enfasizzat li r-rata ta’ użu tal-kapaċità tat-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw kienet medja peżata kkalkolata abbażi tad-dejta vverifikata, u b’relazzjoni speċifika għall-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, it-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw li kienu kkonċernati kienu produtturi kbar, u fost is-seba’ esportaturi Indjani li kien sejħilhom “ewlenin” ir-rikorrent. Għal kuntrarju ta’ dan, id-dejta mressqa mill-produtturi tal-Unjoni dwar il-kapaċitajiet żejda ta’ dawn is-seba’ produtturi Indjani kienet ibbażata primarjament fuq “l-għarfien tas-suq” u minkejja li ntalbu speċifikament biex iressqu l-provi sostanzjali dwar dan, dawn tal-aħħar ma tressqux. Għaldaqstant, dan it-tagħrif kellu jitwarrab u ġie kkonfermat li, abbażi tad-dejta vverifikata fil-fajl, il-kapaċitajiet żejda Indjani jidher li huma limitati.

6.2.   Imġiba tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi Indjani

(156)

Fuq il-bażi tad-dejta minn statistika uffiċjali Indjana, kien stabbilit li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-għaxar swieq ewlenin tal-esportazzjoni tal-Indja kienu bħala medja madwar 20 % iktar baxxi mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PIR. Dawn il-prezzijiet tal-esportazzjoni Indjani kienu skont il-prezzijiet tal-atturi ewlenin l-oħra fis-suq tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessa (119). Instab li l-importazzjonijiet bi prezz baxx matul il-perijodu kkunsidrat minn dawn il-pajjiżi l-oħra ma kellhomx effett negattiv fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. F’dawn iċ-ċirkostanzi, huwa meqjus li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-prezzijiet tal-esportazzjoni Indjani x’aktarx ma jkunux ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni peress li din diġà qed tiffaċċja kompetizzjoni minn pajjiżi esportaturi oħrajn b’imġiba ta’ pprezzar simili mingħajr ma ssofri l-ebda ħsara materjali.

(157)

Żewġ produtturi tal-Unjoni ddikjaraw ukoll li, kieku l-miżuri kellhom jitħallew jiskadu, il-produtturi Indjani jdawru l-esportazzjonijiet li bħalissa qed jinbiegħu fi swieq oħrajn lejn l-Unjoni minħabba l-ġibda tal-prezzijiet tas-suq tal-Unjoni. L-ewwel nett wieħed jinnota li, li kieku l-produtturi Indjani kellhom idawru l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni, jidħlu f’kompetizzjoni ma’ pajjiżi terzi oħra li diġà qegħdin jesportaw kwantitajiet sinifikanti lejn l-Unjoni. Minbarra dan, kif imsemmi fil-premessa (119), ġie konkluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi bi prezzijiet simili għall-prezzijiet tal-esportazzjoni Indjani lejn swieq oħra, ma affettwawx il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Abbażi ta’ dan, huwa meqjus li kieku kellhom jiżdiedu l-kwantitajiet tal-esportazzjonijiet Indjani lejn l-UE bi prezzijiet simili għal dawk ta’ swieq oħra tal-esportazzjoni, l-industrija tal-Unjoni ma ġġarrab ebda ħsara materjali.

(158)

Żewġ produtturi tal-Unjoni saħqu wkoll li minħabba li fl-Istati Uniti jeżistu l-projbizzjonijiet fuq l-importazzjoni minn ċerti impjanti ta’ produzzjoni tal-antibijotiċi Indjani, dan ser iwassal għal tidwir ta’ kwantitajiet addizzjonali lejn is-suq tal-Unjoni. Iżda, dwar dan, il-konklużjonijiet fil-premessa preċedenti dwar it-tidwir possibbli tal-esportazzjonijiet jibqgħu validi.

6.3.   Suq vinkolanti

(159)

Filwaqt li s-suq vinkolanti kien jammonta għal 50 sa 60 % tas-suq ħieles u ta’ dak vinkolanti tal-Industrija tal-Unjoni matul il-perijodu kkunsidrat, il-konsum fis-suq vinkolanti tal-industrija tal-Unjoni żdied b’iktar minn 20 % matul l-istess perijodu. Meta wieħed jikkunsidra l-karatteristiċi u d-daqs ta’ dan is-suq, wieħed jemmen li, jekk dawn il-miżuri kellhom jitħallew jiskadu, is-suq vinkolanti ma jiġix affettwat biż-żieda probabbli fl-esportazzjonijiet Indjani u għalhekk ikompli jiżgura rati għolja ta’ użu ta’ kapaċità kif ukoll ekonomiji fil-kobor għall-industrija tal-Unjoni.

6.4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara

(160)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, ġie stabbilit li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja x’aktarx ma jikkawżaw ebda ħsara materjali għall-industrija tal-Unjoni, peress li ħafna mill-indikaturi ta’ ħsara żviluppaw b’mod pożittiv matul il-perijodu kkunsidrat minkejja l-importazzjonijiet sinifikanti u li kienu qed jiżdiedu minn pajjiżi oħra li kienu pprezzati bl-istess mod bħall-esportazzjonijiet Indjani lejn pajjiżi oħra. Għalhekk, ġie konkluż li ma kienx ikun hemm ħsara materjali, kieku l-miżuri kellhom jitħallew jiskadu.

7.   INTERESS TAL-UNJONI

(161)

Produttur tal-Unjoni saħaq li kien imissha saret analiżi eżaminattiva dwar l-interess tal-Unjoni. Dwar dan, billi ġie konkluż li ma hemmx probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara, test dwar l-interess tal-Unjoni ma jservi għal xejn. F’dawn iċ-ċirkostanzi, din l-istqarrija ġiet miċħuda.

8.   SORVELJANZA SPEĊJALI

(162)

Minħabba s-sejba dwar il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tas-sussidji, kif imsemmi fil-premessa (100) u l-impatt li dan jista’ jkollu fuq il-flussi tal-kummerċ fil-ġejjieni, il-Kummissjoni ser tissorvelja l-volumi ta’ importazzjoni tal-prodott ikkonċernat. Jekk ikun hemm xi tibdil sinifikanti f’dawn il-kwantitajiet, il-Kummissjoni tqis x’miżuri jkollha tieħu, jekk dawn ikunu meħtieġa.

(163)

Is-sorveljanza ser tkun limitata għal sentejn wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

9.   TMIEM

(164)

Fid-dawl tar-riżultati ta’ din l-investigazzjoni tar-reviżjoni, huwa meqjus xieraq li jiġi mħassar id-dazju kompensatorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti antibijotiċi b’firxa wiesgħa li joriġinaw fl-Indja.

(165)

Il-partijiet interessati ġew infurmati dwar il-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom ġie propost li tintemm l-investigazzjoni u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Il-kummenti li waslu ġew diskussi fit-taqsimiet rilevanti hawn fuq u ma kinux ta’ tip li jbiddlu l-konklużjonijiet ta’ hawn fuq.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-reviżjoni ta’ skadenza tal-miżuri kompensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti antibijotiċi b’firxa wiesgħa, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 2941 10 00 u ex 2941 90 00 li joriġinaw fl-Indja, li kienet imnedija skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009, hija b’dan mitmuma u l-miżuri fis-seħħ dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja huma mħassra.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  ĠU L 121, 13.5.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 273, 9.10.1998, p. 1.

(4)  ĠU L 319, 29.11.2008, p. 1.

(5)  ĠU C 21, 28.1.2010, p. 40.

(6)  ĠU C 123, 12.5.2010, p. 11.


11.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 804/2011

tal-10 ta’ Awwissu 2011

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-2 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Libja u f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/500/PESK tal-10 ta’ Awwissu 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (2), għandhom jiġu inklużi żewġ entitajiet addizzjonali fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi suġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 204/2011,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-entitajiet elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandha tiżdied mal-lista li tinsab fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 204/2011.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1.

(2)  Ara paġna 53 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Al-Shahara Oil Services Company

(magħrufa wkoll bħala: Al Sharara, Al-shahara oil service company, Sharara Oil Service Company, Sharara, Al-Sharara al-Dhahabiya Oil Service Company)

Al-Saqa District, Beside al-Saqa Mosque, Tripli, Libja

Tel: +218 21362 2163

Fax: +218 21362 2161

Entità li taġixxi f'isem jew taħt id-direzzjoni tar-Reġim ta' Qadhafi.

10.8.2011

2.

Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' Ċentri Amministrattivi (ODAC)

www.odac-libya.com

Entità li taġixxi f'isem jew taħt id-direzzjoni tar-Reġim ta' Qadhafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim. ODAC iffaċilitat eluf ta' proġetti infrastrutturali ffinanzjati mill-gvern.

10.8.2011


11.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 805/2011

tal-10 ta’ Awwissu 2011

li jistabbilixxi regoli ddettaljati għal liċenzji u ċerti ċertifikati tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8c(10) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) NRU 216/2008 għandu l-għan li jiġi stabbilit u jinżamm livell uniformi għoli ta’ sikurezza fl-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa. Dak ir-Regolament jipprovdi l-mezzi biex jinkisbu dan l-għan u għanijiet oħra fil-qasam tas-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili.

(2)

L-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, kif ukoll il-leġislazzjoni dwar l-Ajru Uniku Ewropew II (2) teħtieġ l-istabbiliment ta’ regoli ta’ implimentazzjoni aktar dettaljati, b'mod partikolari fir-rigward tal-liċenzjar tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, sabiex jinżamm livell uniformi għoli ta’ sikurezza fl-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa, sabiex jintlaħqu l-ogħla standards ta’ responsabbiltà u kompetenza, sabiex tittejjeb id-disponibbiltà tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u sabiex jiġi promoss ir-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji filwaqt li jitfittex li jintlaħaq l-għan ta’ titjib ġenerali fis-sikurezza tat-traffiku tal-ajru u l-kompetenza tal-persunal.

(3)

Il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru kif ukoll persuni u organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, l-ittestjar, il-kontrolli u l-valutazzjoni medika ta’ dawk il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Anness Vb għar-Regolament (KE) Nru 216/2008. Skont dak ir-Regolament, kemm il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru kif ukoll il-persuni u l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ tagħhom għandhom ikunu ċertifikati jew liċenzjati kemm-il darba jinsabu li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali.

(4)

Id-Direttiva 2006/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar Liċenzja Komunitarja għall-Kontrolluri tat-Traffiku tal-Ajru (3) introduċiet liċenzja li rnexxiet bħala għodda utli biex jiġi rikonoxxut ir-rwol speċifiku li l-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru għandhom fil-forniment ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru mingħajr periklu. L-istabbiliment ta’ standards ta’ kompetenza fl-Unjoni Ewropea kollha naqqas il-frammentazzjoni f'dan il-qasam, li ffaċilita l-organizzazzjoni iżjed effiċjenti tax-xogħol fil-qafas tal-kollaborazzjoni reġjonali dejjem tiżdied bejn il-fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru. Għalhekk, li tinżamm u tittejjeb l-iskema komuni tal-liċenzjar għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru fl-Unjoni Ewropea, huwa element essenzjali tas-sistema Ewropea ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru.

(5)

Id-Direttiva 2006/23/KE tħassret permezz tar-Regolament (KE) Nru 1108/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Madankollu, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/23/KE jibqgħu japplikaw sad-data applikabbli tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 8c(10) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. Dan ir-Regolament jipprovdi għal dawk il-miżuri.

(6)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jirriflettu l-aħħar żviluppi, fosthom l-aħjar prattiċi u l-progress xjentifiku u tekniku, fil-qasam tat-taħriġ għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru. Dawn ġew żviluppati abbażi tad-Direttiva 2006/23/KE u jipprovdu lill-Istati Membri traspożizzjoni komuni tal-Istandards u l-Prattiċi Rakkomandati stabbiliti mill-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f'Chicago fis-7 ta’ Diċembru 1944 u r-Rekwiżiti Regolatorji dwar is-Sikurezza adottati mill-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni bl-Ajru (Eurocontrol) stabbilita mill-Konvenzjoni Internazzjonali tat-13 ta’ Diċembru 1960.

(7)

Sabiex tiġi żgurata l-uniformità fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti komuni għal-liċenzjar u ċ-ċertifikazzjoni medika tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru jeħtieġ li jiġu segwiti proċeduri komuni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u, fejn applikabbli, li l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, “l-Aġenzija”, tivvaluta l-osservanza ta’ dawn ir-rekwiżiti; l-Aġenzija għandha tiżviluppa speċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni, mezzi aċċettabbli ta’ konformità u materjal ta’ gwida sabiex tiffaċilita l-uniformità regolatorja neċessarja.

(8)

Il-karatteristiċi partikolari tat-traffiku tal-ajru fl-Unjoni Ewropea jitolbu l-introduzzjoni u l-applikazzjoni effettiva ta’ standards komuni ta’ kompetenza għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru impjegati minn fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru li jipprovdu servizzi ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (ATM/ANS) lill-pubbliku.

(9)

L-Istati Membri għandhom, madankollu, safejn ikun prattikabbli, jiżguraw li s-servizzi pprovduti jew magħmula disponibbli minn persunal militari lill-pubbliku, joffru livell ta’ sikurezza li jkun tal-inqas ekwivalenti għal-livell meħtieġ mir-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness Vb għar-Regolament Bażiku. Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li japplikaw il-prinċipji ta’ dan ir-Regolament għall-persunal militari tagħhom li jipprovdi servizzi lill-pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(c) ta’ dak ir-Regolament.

(10)

L-awtoritajiet li jwettqu sorveljanza u verifika tal-konformità għandhom ikunu suffiċjentement indipendenti mill-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u l-fornituri ta’ taħriġ. L-awtoritajiet iridu jibqgħu wkoll kapaċi jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effiċjenti. L-awtorità kompetenti magħżula għall-għan ta’ dan ir-Regolament tista' tkun l-istess korp jew korpi nominat/i jew stabbilit/i skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (5), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1070/2009. L-Aġenzija għandha taġixxi bħala awtorità kompetenti għall-iskop ta’ dan ir-Regolament sabiex toħroġ u ġġedded iċ-ċertifikati tal-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru li jkunu jinstabu barra mit-territorju tal-Istati Membri u fejn ikun rilevanti, il-persunal tagħhom.

(11)

Il-provvediment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru jeħtieġ personal imħarreġ ħafna, li l-kompetenza tiegħu tista' tintwera b'diversi mezzi. Għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru, il-mezz xieraq huwa li tinżamm skema komuni ta’ liċenzjar għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru fl-Unjoni Ewropea, li għandha titqies bħala tip ta’ diploma, għal kull kontrollur tat-traffiku tal-ajru individwali. Il-klassifikazzjoni li tinsab fuq il-liċenzja għandha tindika it-tip ta’ servizz tat-traffiku tal-ajru li kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu l-kompetenza li jipprovdi. Fl-istess ħin, l-annotazzjonijiet inklużi fuq il-liċenzja jirriflettu kemm il-ħiliet speċifiċi tal-kontrollur kif ukoll l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti sabiex jipprovdi servizzi lil settur partikolari jew grupp ta’ setturi. Din hija r-raġuni għaliex l-awtoritajiet, meta joħorġu l-liċenzji jew jestendu l-validità tal-annotazzjonijiet, għandhom ikunu f'pożizzjoni li jevalwaw il-kompetenza tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu f'pożizzjoni wkoll li jissospendu liċenzja, klassifikazzjonijiet jew annotazzjonijiet meta jkun hemm dubju dwar il-kompetenza.

(12)

Filwaqt li jirrikonoxxi l-ħtieġa li tissaħħaħ aktar il-kultura tas-sikurezza, b'mod speċjali bl-integrazzjoni ta’ rappurtaġġ affidabbli tal-inċidenti u Kultura Ġusta sabiex wieħed jitgħallem mill-inċidenti, dan ir-Regolament m'għandux jistabbilixxi rabta awtomatika bejn inċident u s-sospensjoni ta’ liċenzja, klassifikazzjoni jew annotazzjoni. Ir-revoka ta’ liċenzja għandha titqies bħala l-aħħar alternattiva għal każijiet estremi.

(13)

Sabiex tiżdied il-fiduċja tal-Istati Membri fis-sistemi tal-ħruġ tal-liċenzji ta’ xulxin għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, huma meħtieġa regoli komuni dwar il-ksib u ż-żamma tal-liċenzji. Għalhekk huwa importanti, sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ sikurezza, li jiddaħħlu rekwiżiti uniformi fir-rigward tat-taħriġ, il-kwalifiki, il-kompetenza u l-aċċess għall-professjoni ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru. Dan għandu jwassal għall-provvediment ta’ servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru sikuri u ta’ kwalità għolja, u jikkontribwixxi għar-rikonoxximent tal-liċenzji madwar l-Unjoni Ewropea kollha, u b'hekk iżid il-libertà tal-moviment u jtejjeb id-disponibbiltà tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru.

(14)

Dan ir-Regolament m'għandux iwassal għal tidwir mad-dispożizzjonijiet nazzjonali eżistenti li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi applikabbli għar-relazzjoni ta’ impjieg bejn min iħaddem u l-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru applikanti.

(15)

Sabiex il-ħiliet jsiru komparabbli fl-Unjoni Ewropea kollha, dawn jeħtieġ li jiġu strutturati b'mod ċar u ġeneralment aċċettabli. Dan għandu jgħin sabiex tiġi garantita s-sikurezza mhux biss fl-ispazju tal-ajru taħt il-kontroll ta’ fornitur wieħed ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru, iżda speċjalment fil-kollegament operattiv bejn il-fornituri differenti ta’ servizzi.

(16)

F'bosta inċidenti u aċċidenti, il-komunikazzjoni għandha rwol sinifikanti. Għalhekk, dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti ddettaljati dwar il-kompetenza lingwistika għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru. Dawn ir-rekwiżiti huma bbażati fuq ir-rekwiżiti adottati mill-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) u jipprovdi mezz sabiex jiġu infurzati dawn l-istandards aċċettati b'mod internazzjonali. Hemm il-ħtieġa li jiġu osservati l-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, trasparenza u proporzjonalità fir-rekwiżiti lingwistiċi, sabiex jiġi inkoraġġit il-moviment liberu filwaqt li tkun żgurata s-sikurezza.

(17)

L-għanijiet tat-taħriġ inizjali huma deskritti fl-Ispeċifikazzjoni għat-Taħriġ Inizjali tal-Kontenut Bażiku Komuni tal-ATCO (Specification for the ATCO Common Core Content Initial Training) tal-EUROCONTROL, żviluppat fuq talba tal-membri tal-Eurocontrol u li huma kkunsidrati bħala l-istandards xierqa. Għat-taħriġ tal-unità, in-nuqqas ta’ standards aċċettati b'mod ġenerali jrid jiġi kkumpensat b'firxa ta’ miżuri, fosthom l-approvazzjoni tal-eżaminaturi u tal-assessuri tal-kompetenza, li għandhom jiggarantixxu standards għolja ta’ kompetenza. Dan huwa aktar u aktar importanti peress li t-taħriġ tal-unità jinvolvi ħafna spejjeż u huwa deċiżiv f'termini tas-sikurezza. L-ICAO żviluppat ukoll standards f'oqsma fejn m'hemmx rekwiżiti Ewropej komuni ta’ taħriġ. Fin-nuqqas ta’ rekwiżiti Ewropej ta’ taħriġ, l-Istati Membri jistgħu jibbażaw fuq dawn l-istandards tal-ICAO.

(18)

Fuq talba tal-Istati Membri tal-Eurocontrol, ġew żviluppati rekwiżiti mediċi li huma kkunsidrati bħala standards xierqa għall-iskop li tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament. B'mod partikolari, il-ħruġ taċ-ċertifikati mediċi għandu jkun konsistenti mar-Rekwiżiti stabbiliti mill-Eurocontrol għaċ-Ċertifikazzjoni Medika Ewropea ta’ Klassi 3 tal-Kontrolluri tat-Traffiku tal-Ajru.

(19)

Iċ-ċertifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ għandha titqies, f'termini ta’ sikurezza, bħala wieħed mill-fatturi deċiżivi li jikkontribwixxu għall-kwalità tat-taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti għall-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ It-taħriġ għandu jitqies bħala servizz simili għas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru, suġġett ukoll għal proċess ta’ ċertifikazzjoni. Dan ir-Regolament għandu jagħmilha possibbli li t-taħriġ jiġi ċċertifikat skont it-tip ta’ taħriġ, skont il-pakkett ta’ servizzi ta’ taħriġ jew skont il-pakkett ta’ taħriġ u servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru, mingħajr ma jintesew il-karatteristiċi partikolari tat-taħriġ.

(20)

Dan ir-Regolament jikkonferma l-każistika li ilha stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi u tal-moviment liberu tal-ħaddiema. Il-prinċipju tal-proporzjonalità, il-ġustifikazzjonijiet motivati għall-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ kumpens u l-provvediment ta’ proċeduri xierqa ta’ appell, jikkostitwixxu prinċipji bażiċi li jeħtieġ li jsiru applikabbli għas-settur tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru b'mod aktar viżibbli. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jirrifjutaw li jirrikonoxxu liċenzji li ma jkunux maħruġa skont dan ir-Regolament. Billi dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura r-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji, huwa ma jirregolax il-kundizzjonijiet konnessi mal-aċċess għall-impjieg.

(21)

Il-professjoni ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru hija suġġetta għal innovazzjonijiet tekniċi li jirrikjedu aġġornamenti fuq bażi regolari tal-ħiliet ta’ tali kontrolluri. Dan ir-Regolament għandu jiġi adattat għall-iżviluppi tekniċi u l-progress xjentifiku skont il-proċedura bi skrutinju xierqa prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (6).

(22)

Dan ir-Regolament jista' jkollu impatt fuq il-prattiċi tax-xogħol ta’ kuljum tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru. L-imsieħba soċjali għandhom ikunu infurmati u kkonsultati b'mod xieraq dwar il-miżuri kollha li jkollhom implikazzjonijiet soċjali sinifikanti.

Għalhekk, l-imsieħba soċjali ġew ikkonsultati permezz tal-proċedura “mħaffa” tal-aġenzija. Il-Kumitat ta’ Djalogu Settorjali stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/500/KE tal-20 ta’ Mejju 1998 dwar l-istabbiliment ta’ Kumitati ta’ Djalogu Settorjali biex iġibu 'l quddiem id-Djalogu bejn l-imsieħba soċjali fuq livell Ewropew (7) għandu jiġi kkonsultat b'mod xieraq dwar miżuri oħra ta’ implimentazzjoni li jittieħdu mill-Kummissjoni.

(23)

Il-kundizzjonijiet ġenerali sabiex tinkiseb liċenzja, safejn jikkonċernaw l-età, ir-rekwiżiti mediċi, ir-rekwiżiti edukattivi u t-taħriġ inizjali, m'għandhomx jaffettwaw lid-detenturi ta’ liċenzji eżistenti. Il-liċenzji u ċ-ċertifikati mediċi maħruġa mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2006/23/KE għandhom jitqiesu bħala li nħarġu skont dan ir-Regolament sabiex tkun garantita l-kontinwità tal-privileġġi ta’ liċenzji eżistenti u t-tranżizzjoni kemm jista' jkun faċli għad-detenturi kollha ta’ liċenzja u għall-awtoritajiet kompetenti.

(24)

Għandhom jiġu previsti derogi bl-għan li jippermettu l-issoktar tal-applikazzjoni ta’ prattiċi nazzjonali diverġenti fir-rigward ta’ kwistjonijiet fejn ikunu għadhom ma ġewx stabbiliti regoli komuni matul il-proċedura aċċellerata applikata għal dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-ewwel fażi.

(25)

L-Aġenzija għandha tagħmel evalwazzjoni tas-sistema Ewropea għal-liċenzjar tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u tat-titjib ulterjuri li hemm bżonn għal “approċċ ta’ sistema totali tal-avjazzjoni” u sabiex tistabbilixxi konformità sħiħa mar-rekwiżiti essenzjali kif deskritti fl-Anness Vb għar-Regolament (KE) Nru 216/2008, bl-għan li tissottometti opinjoni lill-Kummissjoni, li tinkludi emendi possibbli għal dan ir-Regolament.

(26)

Din l-opinjoni għandha tindirizza wkoll dawk il-kwistjonijiet li, fl-ewwel fażi, bil-proċedura aċċellerata, ma kienx possibbli li jiġu stabbiliti regoli komuni minflok il-varjetajiet nazzjonali diverġenti u għaldaqstant huwa propost li tinżamm l-applikabbiltà tal-leġislazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, fejn applikabbli, fuq bażi tranżitorja.

(27)

Il-miżuri previsti b'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni maħruġa mill-Aġenzija skont l-Artikoli 17(2)(b) u 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(28)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan

L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jsaħħaħ l-istandards tas-sikurezza u jtejjeb l-operat tas-sistema ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru fi ħdan l-Unjoni permezz tal-ħruġ ta’ liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru bbażata fuq rekwiżiti komuni tal-liċenzjar.

Artikolu 2

Suġġett u ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-ħruġ, is-sospensjoni u r-revoka ta’ liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u tal-istudenti kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, u tal-klassifikazzjonijiet, l-annotazzjonijiet, iċ-ċertifikati mediċi assoċjati u taċ-ċertifikati tal-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ u l-kundizzjonijiet tal-validità, it-tiġdid, il-validazzjoni mill-ġdid u l-użu tagħhom.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal:

(a)

studenti kontrolluri tat-traffiku tal-ajru,

(b)

kontrolluri tat-traffiku tal-ajru li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, u

(c)

persuni u organizzazzjonijiet involuti fil-liċenzjar, it-taħriġ, l-ittestjar, il-kontrolli jew il-valutazzjoni medika tal-applikanti skont dan ir-Regolament.

3.   Suġġett għall-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-Istati Membri għandhom, safejn ikun prattikabbli, jiżguraw li s-servizzi pprovduti jew magħmula disponibbli minn persunal militari lill-pubbliku msemmija fl-Artikolu 1(2)(c) ta’ dak ir-Regolament, joffru livell ta’ sikurezza li jkun tal-inqas ekwivalenti għal-livell meħtieġ mir-rekwiżiti essenzjali kif definiti fl-Anness Vb għal dak ir-Regolament.

4.   Bl-għan li jintlaħaq livell armonizzat ta’ sikurezza fl-ispazju tal-ajru Ewropew, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw il-prinċipji ta’ dan ir-Regolament għall-persunal militari tagħhom li jipprovdi servizzi lill-pubbliku msemmija fl-Artikolu 1(2)(c) ta’ dak ir-Regolament.

5.   Is-servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandhom jiġu pprovduti biss minn kontrolluri tat-traffiku tal-ajru liċenzjati skont dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

1.

“servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru” tfisser servizz mogħti bl-għan li jiġu evitati ħabtiet bejn inġenji tal-ajru, u, fiż-żona ta’ manuvrar, bejn inġenji tal-ajru u ostruzzjonijiet, u sabiex jitħaffef u jinżamm fluss ordnat tat-traffiku tal-ajru;

2.

“fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru” tfisser kwalunkwe entità pubblika jew privata li tipprovdi servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru għat-traffiku tal-ajru ġenerali;

3.

“traffiku tal-ajru ġenerali” tfisser il-movimenti kollha tal-inġenji tal-ajru ċivili, kif ukoll il-movimenti ta’ inġenji tal-ajru Statali (fosthom inġenji tal-ajru militari, doganali u tal-pulizija) meta dawn il-movimenti jitwettqu skont il-proċeduri tal-ICAO;

4.

“liċenzja” tfisser ċertifikat, bi kwalunkwe isem li bih jista' jkun magħruf, maħruġ u annotat skont dan ir-Regolament u li jagħti d-dritt lid-detentur leġittimu tiegħu li jipprovdi servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru skont il-klassifikazzjonijiet u l-annotazzjonijiet li jkun hemm fih;

5.

“klassifikazzjoni” tfisser l-awtorizzazzjoni mniżżla fuq jew assoċjata ma’ liċenzja u li tifforma parti minnha, li tindika l-kundizzjonijiet, il-privileġġi jew il-limitazzjonijiet speċifiċi relatati ma’ dik il-liċenzja;

6.

“annotazzjoni tal-klassifikazzjoni” tfisser l-awtorizzazzjoni mniżżla fuq liċenzja u li tagħmel parti minnha, li tindika l-kundizzjonijiet, il-privileġġi jew il-limitazzjonijiet speċifiċi relatati mal-klassifikazzjoni rilevanti;

7.

“annotazzjoni ta’ unità” tfisser l-awtorizzazzjoni mniżżla fuq liċenzja u li tifforma parti minnha, li tindika l-indikatur tal-pożizzjoni tal-ICAO u s-setturi u/jew il-pożizzjonijiet ta’ ħidma fejn id-detentur tal-liċenzja jkollu l-kompetenza li jaħdem;

8.

“annotazzjoni lingwistika” tfisser l-awtorizzazzjoni mniżżla fuq liċenzja u li tifforma parti minnha, li tindika l-kompetenza lingwistika tad-detentur;

9.

“annotazzjoni ta’ għalliem” tfisser l-awtorizzazzjoni mniżżla fuq liċenzja u li tifforma parti minnha, li tindika l-kompetenza tad-detentur li jagħti tagħlim ta’ taħriġ fuq ix-xogħol;

10.

“indikatur tal-pożizzjoni tal-ICAO” tfisser il-kodiċi b'erba' ittri fformulat skont ir-regoli preskritti mill-ICAO fil-manwal DOC 7910 tagħha u assenjat lill-pożizzjoni ta’ stazzjon ajrunawtiku fiss;

11.

“settur” tfisser parti minn żona ta’ kontroll u/jew parti minn reġjun/reġjun superjuri ta’ informazzjoni dwar it-titjir;

12.

“taħriġ” tfisser it-totalità tal-korsijiet teoretiċi, l-eżerċizzji prattiċi, fosthom is-simulazzjoni, u t-taħriġ fuq ix-xogħol li huma meħtieġa sabiex jinkisbu u jinżammu l-ħiliet meħtieġa sabiex jingħataw servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru li jkunu sikuri u ta’ kwalità għolja; dan jikkonsisti minn:

(a)

taħriġ inizjali, li jipprovdi taħriġ bażiku u għal klassifikazzjoni, li jwassal għall-għoti ta’ liċenzja ta’ student,

(b)

taħriġ tal-unità, inkluż it-taħriġ tranżitorju li jingħata qabel it-taħriġ fuq ix-xogħol, u t-taħriġ fuq ix-xogħol, li jwassal għall-għotja ta’ liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru,

(c)

taħriġ ta’ kontinwazzjoni, li jżomm il-validità tal-annotazzjonijiet tal-liċenzja,

(d)

taħriġ tal-għalliema li jagħtu taħriġ fuq ix-xogħol, li jwassal għall-għotja tal-annotazzjoni ta’ għalliem,

(e)

taħriġ tad-detenturi ta’ liċenzja li għandhom id-dritt li jaġixxu bħala eżaminaturi tal-kompetenza u/jew assessuri tal-kompetenza skont l-Artikolu 24;

13.

“organizzazzjoni ta’ taħriġ” tfisser organizzazzjoni li tkun ġiet iċċertifikata mill-awtorità kompetenti sabiex tipprovdi tip wieħed jew aktar ta’ taħriġ;

14.

“Skema ta’ Kompetenza tal-Unità” tfisser skema approvata li tindika l-metodu li permezz tiegħu l-unità żżomm il-kompetenza tad-detenturi tagħha ta’ liċenzja;

15.

“Pjan ta’ Taħriġ tal-Unità” tfisser pjan approvat li jispjega l-proċess u ż-żminijiet neċessarji sabiex tiġi permessa l-applikazzjoni tal-proċeduri tal-unità liż-żona lokali taħt is-superviżjoni ta’ għalliem li jagħti taħriġ fuq ix-xogħol.

Artikolu 4

Awtorità kompetenti

Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità nnominata jew stabbilita minn kull Stat Membru bħala l-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza tagħhom sabiex tassumi l-kompiti assenjati lil tali awtorità skont dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni taċ-ċertifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ imsemmija fl-Artikolu 27, fejn l-awtorità kompetenti għandha tkun:

(a)

l-awtorità nnominata jew stabbilita mill-Istat Membru meta l-applikant ikollu l-post tal-operat prinċipali tiegħu jew, jekk ikollu, l-uffiċċju reġistrat, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fi ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn Stati Membri jew awtoritajiet kompetenti;

(b)

l-Aġenzija jekk l-applikant ikollu l-post tal-operat prinċipali tiegħu jew, jekk ikollu, l-uffiċċju reġistrat, barra mit-territorju tal-Istati Membri.

KAPITOLU II

LIĊENZJI, KLASSIFIKAZZJONIJIET U ANNOTAZZJONIJIET

Artikolu 5

Applikazzjoni għal u ħruġ ta’ liċenzji, klassifikazzjonijiet u annotazzjonijiet

1.   L-applikazzjoni għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ liċenzji, klassifikazzjonijiet u/jew annotazzjonijiet assoċjati, għandha tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti skont il-proċedura stabbilita minn dik l-awtorità.

2.   L-applikazzjoni trid tkun akkumpanjata bi prova tal-kompetenza tal-applikant sabiex iservi bħala kontrollur tat-traffiku tal-ajru jew student kontrollur tat-traffiku tal-ajru skont ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-prova li turi l-kompetenza tal-applikant għandha tirrigwarda l-għarfien, l-esperjenza, il-ħiliet u l-kompetenza lingwistika.

3.   Il-liċenzja għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha li hija relatata mal-privileġġi mogħtija minn dak id-dokument u għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Anness I.

4.   Il-liċenzja għandha tibqa' l-proprjetà tal-persuna li lilha tkun ingħatat u li għandha tiffirmaha.

Artikolu 6

Sospensjoni u revoka ta’ liċenzji, klassifikazzjonijiet u annotazzjonijiet

Skont l-Artikolu 22(2):

(a)

liċenzja, klassifikazzjoni jew annotazzjoni jistgħu jiġu sospiżi meta jkun hemm dubju dwar il-kompetenza tal-kontrollur tat-traffiku tal-ajru jew f'każijiet ta’ kondotta ħażina;

(b)

liċenzja tista' tiġi revokata f'każijiet ta’ traskuraġni serja jew abbuż.

Artikolu 7

Eżerċizzju tal-privileġġi tal-liċenzji

L-eżerċizzju tal-privileġġi mogħtija minn liċenzja għandu jiddependi fuq il-validità tal-klassifikazzjonijiet, l-annotazzjonijiet u taċ-ċertifikat mediku.

Artikolu 8

Liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru

1.   Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandhom ikunu awtorizzati sabiex jipprovdu servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru taħt is-superviżjoni ta’ għalliem li jipprovdi taħriġ fuq ix-xogħol skont il-klassifikazzjoni(jiet) u l-annotazzjoni(jiet) tal-klassifikazzjoni li jinsabu fil-liċenzja tagħhom.

2.   L-applikanti għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru jridu:

(a)

ikollhom tal-inqas 18-il sena;

(b)

ikollhom tal-inqas diploma li tagħti aċċess għall-università jew ekwivalenti, jew kwalunkwe kwalifika oħra tal-edukazzjoni sekondarja li tippermettilhom li jtemmu t-taħriġ għal kontrollur tat-traffiku tal-ajru;

(c)

ikunu temmew b'suċċess taħriġ inizjali approvat li jkun rilevanti għall-klassifikazzjoni, u jekk applikabbli, għall-annotazzjoni tal-klassifikazzjoni, kif stipulat fil-Parti A tal-Anness II;

(d)

ikollhom ċertifikat mediku validu;

(e)

ikunu wrew livell adegwat ta’ kompetenza lingwistika skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 13.

3.   Il-liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandha tinkludi l-annotazzjoni(jiet) lingwistika/lingwistiċi u tal-inqas klassifikazzjoni waħda u jekk applikabbli, annotazzjoni waħda tal-klassifikazzjoni.

Artikolu 9

Liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru

1.   Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandhom ikunu awtorizzati sabiex jipprovdu servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru skont il-klassifikazzjonijiet u l-annotazzjonijiet fil-liċenzja tagħhom.

2.   Il-privileġġi ta’ liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandhom jinkludu l-privileġġi ta’ liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru kif stipulati fl-Artikolu 8(1).

3.   L-applikanti għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru jridu:

(a)

ikollhom tal-inqas 21 sena. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu għal età minima iżgħar f'każijiet debitament ġustifikati;

(b)

ikollhom liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru;

(c)

ikunu temmew pjan approvat ta’ taħriġ tal-unità u rnexxilhom jgħaddu mill-eżamijiet jew mill-valutazzjonijiet xierqa skont ir-rekwiżiti stipulati fil-Parti B tal-Anness II;

(d)

ikollhom ċertifikat mediku validu;

(e)

ikunu wrew livell adegwat ta’ kompetenza lingwistika skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 13.

4.   Il-liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandha tiġi validata bl-inklużjoni ta’ klassifikazzjoni waħda jew aktar u l-annotazzjonijiet rilevanti tal-klassifikazzjoni, tal-unità u lingwistiċi li għalihom ikun intemm b'suċċess it-taħriġ.

Artikolu 10

Klassifikazzjonijiet tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru

1.   Il-liċenzji għandhom jinkludu klassifikazzjoni waħda jew akar minn dawn li ġejjin sabiex jindikaw it-tip ta’ servizz li d-detentur tal-liċenzja jista' jipprovdi:

(a)

il-klassifikazzjoni ta’ Kontroll Viżiv ta’ Ajrudrom (ADV – Aerodrome Control Visual), li għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru f'ajrudrom li ma jkollux proċeduri ppubblikati ta’ avviċinament jew tluq bl-istrumenti;

(b)

il-klassifikazzjoni ta’ Kontroll Strumentali ta’ Ajrudrom (ADI), li għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għat-traffiku ta’ ajrudrom f'ajrudrom li jkollu proċeduri ppubblikati ta’ avviċinament jew tluq bl-istrumenti, u għandha tkun akkumpanjata tal-inqas b'waħda mill-annotazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni deskritti fl-Artikolu 11(1);

(c)

il-klassifikazzjoni ta’ Kontroll Proċedurali tal-Avviċinament (APP), li għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru lil inġenji tal-ajru li jaslu, jitilqu jew jittransitaw, mingħajr l-użu ta’ tagħmir ta’ sorveljanza;

(d)

il-klassifikazzjoni ta’ Kontroll tal-Avviċinament b'Sorveljanza (APS), li għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru lil inġenji tal-ajru li jaslu, jitilqu jew jittransitaw bl-użu ta’ tagħmir ta’ sorveljanza u għandha tkun akkumpanjata tal-inqas b'waħda mill-annotazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni deskritti fl-Artikolu 11(2);

(e)

il-klassifikazzjoni ta’ Kontroll Proċedurali ta’ Żona (ACP), li għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru lil inġenji tal-ajru mingħajr l-użu ta’ tagħmir ta’ sorveljanza;

(f)

il-klassifikazzjoni ta’ Kontroll ta’ Żona b'Sorveljanza (ACS), li għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru lill-inġenji tal-ajru bl-użu ta’ tagħmir ta’ sorveljanza u għandha tkun akkumpanjata tal-inqas b'waħda mill-annotazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni deskritti fl-Artikolu 11(3).

2.   Id-detentur ta’ klassifikazzjoni li ma jkunx eżerċita l-privileġġi assoċjati ma’ dik il-klassifikazzjoni għal kwalunkwe perjodu ta’ erba' snin wara xulxin, jista' jibda biss taħriġ tal-unità f'dik il-klassifikazzjoni wara li ssir valutazzjoni xierqa sabiex jiġi determinat jekk il-persuna kkonċernata tkunx għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dik il-klassifikazzjoni, u wara li tissodisfa kwalunkwe rekwiżit ta’ taħriġ li jirriżulta minn din il-valutazzjoni.

Artikolu 11

Annotazzjonijiet tal-klassifikazzjoni

1.   Il-klassifikazzjoni ta’ Kontroll Strumentali ta’ Ajrudrom (ADI) għandu jkollha tal-inqas waħda mill-annotazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-annotazzjoni “Torri ta’ Kontroll” (TWR), li għandha tindika li d-detentur huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizzi ta’ kontroll fejn il-kontroll tal-ajrudrom ikun ipprovdut minn pożizzjoni operattiva waħda;

(b)

l-annotazzjoni “Kontroll tal-Moviment fl-Art” (GMC), li għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti sabiex jipprovdi kontroll tal-movimenti fl-art;

(c)

l-annotazzjoni “Sorveljanza tal-Moviment fl-Art” (GMS), mogħtija flimkien mal-annotazzjoni “Kontroll tal-Moviment fl-Art” jew mal-annotazzjoni “Torri ta’ Kontroll”, li għandha tindika li d-detentur huwa kompetenti sabiex jipprovdi kontroll tal-movimenti fl-art bil-għajnuna ta’ sistemi ta’ gwida tal-moviment fuq is-superfiċji ta’ ajrudrom;

(d)

l-annotazzjoni “Kontroll tal-Ajru” (AIR), li għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti sabiex jipprovdi kontroll tal-ajru;

(e)

l-annotazzjoni “Kontroll bir-Radar ta’ Ajrudrom” (RAD), mogħtija flimkien mal-annotazzjoni “Kontroll tal-Ajru” jew l-annotazzjoni “Torri ta’ Kontroll”, li għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti sabiex jipprovdi kontroll ta’ ajrudrom bil-għajnuna ta’ tagħmir tar-radar ta’ sorveljanza.

2.   Il-klassifikazzjoni ta’ Kontroll tal-Avviċinament b'Sorveljanza (APS) għandu jkollha tal-inqas waħda mill-annotazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-annotazzjoni “Radar” (RAD), li għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizz ta’ kontroll tal-avviċinament bl-użu ta’ tagħmir tar-radar primarju u/jew sekondarju;

(b)

l-annotazzjoni “Avviċinament b'Radar ta’ Preċiżjoni” (PAR), li tingħata flimkien mal-annotazzjoni “Radar”, li għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti sabiex jipprovdi lill-inġenji tal-ajru li jkunu fil-fażi finali ta’ avviċinament għar-runway, avviċinamenti ta’ preċiżjoni kkontrollati mill-art bl-użu ta’ tagħmir tar-radar għall-avviċinament ta’ preċiżjoni;

(c)

l-annotazzjoni “Avviċinament b'Radar ta’ Sorveljanza” (SRA), li tingħata flimkien mal-annotazzjoni “Radar”, li għandha tindika li d-detentur huwa kompetenti sabiex jipprovdi lill-inġenji tal-ajru li jkunu fil-fażi finali ta’ avviċinament għar-runway, kontroll mill-art ta’ avviċinamenti mhux ta’ preċiżjoni, bl-użu ta’ tagħmir ta’ sorveljanza;

(d)

l-annotazzjoni “Sorveljanza Dipendenti Awtomatika” (ADS), li għandha tindika li d-detentur huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizz ta’ kontroll tal-avviċinament bl-użu ta’ sorveljanza dipendenti awtomatika;

(e)

l-annotazzjoni “Kontroll tat-Terminal” (TCL), li tingħata flimkien mal-annotazzjoni “Radar” jew l-annotazzjoni “Sorveljanza Dipendenti Awtomatika”, li għandha tindika li d-detentur huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru bl-użu ta’ kwalunkwe tagħmir ta’ sorveljanza lil inġenji tal-ajru li joperaw f'żona speċifika ta’ terminal u/jew f'setturi kontigwi.

3.   Il-klassifikazzjoni ta’ Kontroll ta’ Żona b'Sorveljanza (ACS) għandu jkollha tal-inqas waħda mill-annotazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-annotazzjoni “Radar” (RAD), li għandha tindika li d-detentur huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizzi ta’ kontroll ta’ żona bl-użu ta’ tagħmir tar-radar ta’ sorveljanza;

(b)

l-annotazzjoni “Sorveljanza Dipendenti Awtomatika” (ADS), li għandha tindika li d-detentur huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizzi ta’ kontroll ta’ żona bl-użu ta’ sorveljanza dipendenti awtomatika;

(c)

l-annotazzjoni “Kontroll tat-Terminal” (TCL), li tingħata flimkien mal-annotazzjoni “Radar” jew l-annotazzjoni “Sorveljanza Dipendenti Awtomatika”, li għandha tindika li d-detentur huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru bl-użu ta’ kwalunkwe tagħmir ta’ sorveljanza lil inġenji tal-ajru li joperaw f'żona speċifika ta’ terminal u/jew f'setturi kontigwi;

(d)

l-annotazzjoni “Kontroll Oċeaniku” (OCN), li għandha tindika li d-detentur huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru lil inġenji tal-ajru li joperaw f'Żona ta’ Kontroll Oċeanika.

4.   Id-detentur ta’ annotazzjoni ta’ klassifikazzjoni li ma jkunx eżerċita l-privileġġi assoċjati ma’ dik l-annotazzjoni ta’ klassifikazzjoni għal kwalunkwe perjodu ta’ erba' snin wara xulxin, jista' jibda biss taħriġ tal-unità f'dik l-annotazzjoni ta’ klassifikazzjoni wara li ssir valutazzjoni xierqa sabiex jiġi determinat jekk il-persuna kkonċernata tkunx għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dik l-annotazzjoni ta’ klassifikazzjoni, u wara li tissodisfa kwalunkwe rekwiżit ta’ taħriġ li jirriżulta minn din il-valutazzjoni.

Artikolu 12

Annotazzjonijiet tal-unità

1.   L-annotazzjoni tal-unità għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għal settur partikolari, grupp ta’ setturi jew pożizzjonijiet ta’ ħidma taħt ir-responsabbiltà ta’ unità ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru.

2.   L-annotazzjonijiet tal-unità għandhom ikunu validi għal perjodu inizjali ta’ 12-il xahar.

3.   Il-validità ta’ annotazzjonijiet tal-unità għandha tiġi estiża għal perjodu sussegwenti ta’ 12-il xahar aktar mill-perjodu previst fil-paragrafu 2 jekk il-fornitur tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru juri lill-awtorità kompetenti li:

(a)

l-applikant eżerċita l-privileġġi tal-liċenzja għal għadd minimu ta’ sigħat, kif indikat fl-iskema approvata ta’ kompetenzi tal-unità, matul l-aħħar 12-il xahar.

(b)

il-kompetenza tal-applikant tkun ġiet ivvalutata skont il-Parti C tal-Anness II, u

(c)

l-applikant ikollu ċertifikat mediku validu.

Għall-fini tal-applikazzjoni tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-unitajiet operattivi tal-operaturi ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom iżommu rekords tal-għadd effettiv ta’ sigħat maħduma fis-setturi, grupp ta’ setturi jew fil-pożizzjonijiet ta’ ħidma għal kull detentur ta’ liċenzja li jaħdem fl-unità u għandhom jipprovdu din l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti u lid-detentur tal-liċenzja meta jiġu mitluba.

4.   L-għadd minimu ta’ sigħat ta’ xogħol, mingħajr ma jiġu kkunsidrati l-kompiti ta’ tagħlim, meħtieġa sabiex tinżamm il-validità tal-annotazzjoni tal-unità, jistgħu jitnaqqsu għall-għalliema li jagħtu taħriġ fuq ix-xogħol, b'mod proporzjonali mal-ħin ta’ tagħlim fuq il-pożizzjonijiet ta’ ħidma li għalihom tiġi applikata l-estensjoni, kif indikat fl-iskema approvata tal-kompetenzi tal-unità.

5.   Fejn ma jibqgħux validi l-annotazzjonijiet tal-unità, għandu jiġi kompletat b'suċċess pjan ta’ taħriġ tal-unità sabiex terġa' tiġi vvalidata l-annotazzjoni.

Artikolu 13

Annotazzjoni lingwistika

1.   Il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u l-istudenti kontrolluri tat-traffiku tal-ajru m'għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom jekk ma jkollhomx annotazzjoni fil-lingwa Ingliża.

2.   L-Istati Membri jistgħu jimponu rekwiżiti lingwistiċi lokali meta dawn ikunu meqjusa meħtieġa għal raġunijiet ta’ sikurezza.

Tali rekwiżiti għandhom ikunu nondiskriminatorji, proporzjonati u trasparenti u għandhom jiġu nnotifikati lill-Aġenzija mingħajr dewmien.

3.   Għall-fini tal-paragrafi 1 u 2, l-applikant għal annotazzjoni lingwistika għandu tal-inqas juri livell operattiv (livell erbgħa) ta’ kompetenza lingwistika kemm fl-użu tal-frażjoloġija kif ukoll tal-lingwaġġ komuni.

Biex jagħmel dan, l-applikant għandu:

(a)

jikkomunika b'mod effettiv f'sitwazzjonijiet ta’ kuntatt orali biss (bit-telefon/bir-radjutelefonija) u f'sitwazzjonijiet wiċċ imbwiċċ;

(b)

jikkomunika bi preċiżjoni u ċarezza dwar argumenti komuni, konkreti u relatati max-xogħol;

(c)

juża strateġiji komunikattivi xierqa sabiex jiskambja messaġġi u biex jagħraf u jsolvi nuqqas ta’ ftehim f'kuntest ġenerali jew relatat max-xogħol;

(d)

jirnexxilu jindirizza, b'faċilità relattiva, id-diffikultajiet lingwistiċi li jinħolqu minn kumplikazzjoni jew żvilupp mhux mistenni ta’ sitwazzjonijiet li jseħħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni tax-xogħol ta’ rutina jew kompitu ta’ komunikazzjoni li normalment ikunu familjari miegħu, u

(e)

juża djalett jew aċċett li jinftiehem mill-komunità ajrunawtika.

4.   Il-livell ta’ kompetenza lingwistika għandu jiġi determinat skont l-iskala ta’ klassifikazzjoni ppreżentata fl-Anness III.

5.   Minkejja l-paragrafu 3, il-fornitur tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru jista' jitlob għal livell ogħla (livell ħamsa) tal-iskala ta’ klassifikazzjoni tal-kompetenza lingwistika stipulata fl-Anness III għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, fejn iċ-ċirkustanzi operattivi tal-klassifikazzjoni jew l-annotazzjoni partikolari jitolbu livell ogħla għal raġunijiet imperattivi ta’ sikurezza. Tali rekwiżit għandu jkun nondiskriminatorju, proporzjonat, trasparenti u ġustifikat b'mod oġġettiv mill-fornitur ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru li jkun jixtieq japplika l-livell ogħla ta’ kompetenza u approvat mill-awtorità kompetenti.

6.   Il-kompetenza lingwistika tal-applikant għandha tiġi evalwata b'mod formali f'intervalli regolari.

Ħlief għal dawk l-applikanti li jkunu wrew kompetenza lingwistika f'livell espert (livell sitta) skont l-Anness III, l-annotazzjoni lingwistika għandha tkun valida għal perjodu rinnovabbli ta':

(a)

tliet snin jekk il-livell muri jkun livell operattiv (livell erbgħa) skont l-Anness III, jew

(b)

sitt snin jekk il-livell muri jkun livell estiż (livell ħamsa) skont l-Anness III.

7.   Il-kompetenza lingwistika għandha tiġi murija permezz ta’ ċertifikat maħruġ wara proċedura trasparenti u oġġettiva ta’ valutazzjoni approvata mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 14

Annotazzjoni ta’ għalliem

1.   Id-detenturi ta’ annotazzjoni ta’ għalliem għandhom ikunu awtorizzati sabiex jipprovdu taħriġ fuq ix-xogħol u superviżjoni f'pożizzjoni tax-xogħol għall-oqsma koperti minn annotazzjoni valida tal-unità.

2.   L-applikanti għall-ħruġ ta’ annotazzjoni ta’ għalliem iridu:

(a)

ikollhom liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru;

(b)

ikunu eżerċitaw il-privileġġi ta’ liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru għal perjodu, immedjatament preċedenti, ta’ mill-anqas sena, jew għal perjodu ta’ żmien itwal kif stabbilit mill-awtorità kompetenti wara li jitqiesu l-klassifikazzjonijiet u l-annotazzjonijiet li għalihom jingħata t-tagħlim, u

(c)

ikunu rnexxilhom itemmu kors approvat ta’ taħriġ għal għalliem li jagħti taħriġ fuq ix-xogħol, li matulu l-għarfien meħtieġ u l-ħiliet pedagoġiċi jkunu ġew ivvalutati permezz ta’ eżamijiet adegwati.

3.   L-annotazzjoni ta’ għalliem għandha tkun valida għal perjodu rinnovabbli ta’ tliet snin.

KAPITOLU III

ĊERTIFIKAZZJONI MEDIKA

Artikolu 15

Applikazzjonijiet u ħruġ ta’ ċertifikati mediċi

1.   L-applikazzjonijiet għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ ċertifikati mediċi għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti skont il-proċedura stabbilita minn dik l-awtorità.

2.   Iċ-ċertifikati mediċi għandhom jinħarġu minn organu mediku kompetenti tal-awtorità kompetenti jew minn eżaminaturi ajrumediċi jew ċentri ajrumediċi approvati minn dik l-awtorità.

3.   Il-ħruġ ta’ ċertifikati mediċi għandu jsir skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness I għall-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u r-Rekwiżiti stabbiliti mill-Eurocontrol għaċ-Ċertifikazzjoni Medika Ewropea ta’ Klassi 3 tal-Kontrolluri tat-Traffiku tal-Ajru.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri effettivi ta’ reviżjoni jew ta’ appell bl-involviment xieraq ta’ konsulenti mediċi indipendenti.

Artikolu 16

Validità taċ-ċertifikati mediċi

1.   Iċ-ċertifikati mediċi għandhom ikunu validi għal perjodu ta':

(a)

24 xahar sakemm il-kontrollur tat-traffiku tal-ajru jagħlaq l-erbgħin (40) sena;

(b)

12-il xahar wara l-età ta’ 40 sena.

2.   Il-perjodi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkalkulati mid-data tal-eżami mediku fil-każ ta’ ħruġ inizjali u tiġdid ta’ ċertifikat mediku, u mid-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat mediku preċedenti fil-każ ta’ validazzjoni mill-ġdid.

3.   L-eżaminazzjonijiet għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat mediku jistgħu jsiru sa 45 ġurnata qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat mediku.

4.   F'każ li l-kontrollur tat-traffiku tal-ajru ma jissottomettix ruħu għal eżaminazzjoni għall-validazzjoni mill-ġdid sad-data li fiha jiskadi ċ-ċertifikat, ikun meħtieġ eżaminazzjoni għat-tiġdid.

5.   Iċ-ċertifikat mediku jista' jiġi limitat, sospiż jew revokat fi kwalunkwe ħin jekk il-kundizzjoni medika tad-detentur titlob dan.

Artikolu 17

Tnaqqis fis-saħħa fiżika

1.   Id-detenturi ta’ liċenzja:

(a)

m'għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom fl-ebda ħin meta jindunaw b'xi tnaqqis fis-saħħa fiżika tagħhom li jista' jżommhom milli jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja mingħajr periklu;

(b)

għandhom jinnotifikaw lill-fornitur rilevanti tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru li qegħdin jindunaw b'xi tnaqqis fis-saħħa fiżika tagħhom jew li qegħdin taħt l-influwenza ta’ xi sustanza jew mediċini psikoattivi li jistgħu jfixkluhom milli jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja mingħajr periklu.

2.   Il-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom jistabbilixxu proċeduri għall-ġestjoni tal-impatt fuq it-tħaddim f'każijiet ta’ tnaqqis fis-saħħa fiżika u jinformaw lill-awtorità kompetenti meta detentur ta’ liċenzja jkun ġie eżaminat u nstab li mhux f'saħħtu.

3.   Il-proċeduri msemmija fil-paragrafu (2) għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti.

KAPITOLU IV

REKWIŻITI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' TAĦRIĠ

Artikolu 18

Ċertifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ

1.   L-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti skont il-proċedura stabbilita minn dik l-awtorità.

2.   L-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ għandhom juru, permezz ta’ evidenza, li għandhom persunal u tagħmir adegwat u joperaw f'ambjent adattat għall-għoti tat-taħriġ neċessarju sabiex jinkisbu jew jinżammu liċenzji ta’ studenti kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u liċenzji ta’ kontrolluri tat-traffiku tal-ajru.

3.   L-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ għandhom jagħtu aċċess għall-bini rilevanti lil kwalunkwe persuna awtorizzata mill-awtorità kompetenti sabiex teżamina r-rekords, l-informazzjoni, il-proċeduri u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tal-awtorità rilevanti.

Artikolu 19

Sistema ta’ ġestjoni tal-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ

L-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ għandhom:

(a)

ikollhom sistema ta’ ġestjoni effiċjenti u persunal suffiċjenti bi kwalifiki u esperjenza adegwati sabiex jagħtu taħriġ skont dan ir-Regolament;

(b)

jiddefinixxu b'mod ċar lista tal-persuni responsabbli mis-sikurezza fl-organizzazzjoni ta’ taħriġ approvata, li tindika wkoll min mill-amministrazzjoni għolja jkun direttament responsabbli mis-sikurezza.

(c)

ikollhom il-faċilitajiet, it-tagħmir u l-akkomodazzjoni adattati meħtieġa għat-tip ta’ taħriġ offrut;

(d)

jagħtu prova tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni fis-seħħ sabiex timmonitorja l-konformità u l-adegwatezza tas-sistemi u l-proċeduri li jiżguraw li s-servizzi ta’ taħriġ mogħtija jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament;

(e)

jinkludu sistema ta’ żamma tar-rekords li tippermetti ħażna adegwata u traċċabilità affidabbli tal-attivitajiet rilevanti;

(f)

juru li għandhom fondi suffiċjenti sabiex imexxu t-taħriġ skont dan ir-Regolament u li l-attivitajiet huma koperti b'assigurazzjoni suffiċjenti skont in-natura tat-taħriġ mogħti.

Artikolu 20

Rekwiżiti għall-korsijiet ta’ taħriġ, għall-pjanijiet ta’ taħriġ inizjali u tal-unità u għall-iskemi ta’ kompetenzi tal-unità

1.   L-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti, il-metodoloġija li se jużaw sabiex jistabbilixxu d-dettalji tal-kontenut, l-organizzazzjoni u t-tul tal-korsijiet ta’ taħriġ u fejn applikabbli, il-pjanijiet ta’ taħriġ tal-unità u l-iskemi ta’ kompetenzi tal-unità.

2.   Din għandha tinkludi l-mod kif jiġu organizzati l-eżamijiet u l-valutazzjonijiet. Għall-eżamijiet relatati mat-taħriġ inizjali, inkluż it-taħriġ b'simulazzjoni, il-kwalifiki tal-eżaminaturi u tal-assessuri għandhom jiġu indikati b'mod dettaljat.

KAPITOLU V

REKWIŻITI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 21

Indipendenza tal-awtorità kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu indipendenti mill-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u mill-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ. Din l-indipendenza għandha tinkiseb permezz ta’ separazzjoni adegwata, tal-anqas fil-livell funzjonali, bejn l-awtoritajiet kompetenti u dawn il-fornituri. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw il-poteri tagħhom b'mod imparzjali u trasparenti.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija bl-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll bi kwalunkwe tibdil fihom.

Artikolu 22

Kompiti tal-awtoritajiet kompetenti

1.   Sabiex jiġu żgurati dawk il-livelli ta’ kompetenza indispensabbli għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru sabiex iwettqu xogħlhom skont standards għolja ta’ sikurezza, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw u jimmonitorjaw it-taħriġ tagħhom.

2.   Il-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu:

(a)

il-ħruġ u r-revoka ta’ liċenzji, klassifikazzjonijiet u annotazzjonijiet li għalihom ikun sar it-taħriġ u l-valutazzjoni rilevanti taħt il-qasam ta’ responsabbiltà tal-awtorità kompetenti;

(b)

il-validazzjoni mill-ġdid, it-tiġdid u s-sospensjoni ta’ klassifikazzjonijiet u annotazzjonijiet, li l-privileġġi tagħhom jiġu eżerċitati taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti;

(c)

iċ-ċertifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ;

(d)

l-approvazzjoni ta’ korsijiet ta’ taħriġ, pjanijiet ta’ taħriġ tal-unità u skemi ta’ kompetenza tal-unità;

(e)

l-approvazzjoni ta’ eżaminaturi jew ta’ assessuri tal-kompetenza;

(f)

il-monitoraġġ u l-verifika tas-sistemi ta’ taħriġ;

(g)

l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi adegwati ta’ appell u ta’ notifika;

(h)

l-approvazzjoni tal-ħtieġa ta’ kompetenza lingwistika fil-livell estiż (livell ħamsa) skont l-Artikolu 13(5).

(i)

l-approvazzjoni tal-proċeduri relatati mat-tnaqqis ta’ saħħa fiżika skont l-Artikolu 17(3).

Artikolu 23

Ħruġ u żamma ta’ liċenzji, klassifikazzjonijiet, annotazzjonijiet u ċertifikati

1.   L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri għall-applikazzjoni u l-ħruġ, it-tiġdid u l-validazzjoni mill-ġdid ta’ liċenzji, klassifikazzjonijiet, annotazzjonijiet u ċertifikati mediċi assoċjati.

2.   Wara li tirċievi applikazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk l-applikant jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

3.   Meta tkun sodisfatta li l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ, iġġedded jew terġa' tivvalida l-liċenzja rilevanti, il-klassifikazzjoni, l-annotazzjoni jew iċ-ċertifikat mediku assoċjati.

4.   Il-liċenzja maħruġa mill-awtorità kompetenti għandha tinkludi l-elementi stipulati fl-Anness I.

5.   Meta liċenzja tinħareġ b'lingwa li ma tkunx l-Ingliż, din għandha tinkludi traduzzjoni bl-Ingliż tal-elementi stipulati fl-Anness I.

Artikolu 24

Valutazzjoni tal-kompetenza

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom japprovaw lid-detenturi ta’ liċenzja li jkollhom id-dritt li jaġixxu bħala eżaminaturi tal-kompetenza jew assessuri tal-kompetenza għal taħriġ tal-unità u ta’ kontinwazzjoni.

2.   L-approvazzjoni għandha tkun valida għal perjodu rinnovabbli ta’ tliet snin.

Artikolu 25

Żamma tar-rekords

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li tinżamm database li telenka l-kompetenzi tad-detenturi ta’ liċenzja li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom u d-dati ta’ validità tal-annotazzjonijiet tagħhom.

Artikolu 26

Skambju ta’ informazzjoni

B'rispett għall-prinċipji tal-kunfidenzjalità stipulati fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni xierqa u jassistu li xulxin biex jiżguraw l-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, b'mod partikolari f'każijiet li jinvolvu l-moviment liberu ta’ kontrolluri tat-traffiku tal-ajru fl-Unjoni.

Artikolu 27

Proċedura ta’ ċertifikazzjoni għall-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri għall-applikazzjoni, ħruġ u żamma tal-validità taċ-ċertifikati tal-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu ċertifikati meta l-organizzazzjoni ta’ taħriġ applikanta tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu IV.

3.   Jista' jinħareġ ċertifikat għal kull tip ta’ taħriġ jew flimkien ma’ servizzi oħra ta’ navigazzjoni bl-ajru, sabiex it-tip ta’ taħriġ u t-tip ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru jiġu ċċertifikati bħala pakkett ta’ servizzi.

4.   Iċ-ċertifikat għandu jispeċifika l-informazzjoni msemmija fl-Anness IV.

Artikolu 28

Monitoraġġ tal-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ u infurzar

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw il-konformità mar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet mehmuża maċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni ta’ taħriġ.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw l-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ fuq bażi regolari bl-għan li jiggarantixxu konformità effettiva mal-istandards stipulati f'dan ir-Regolament.

3.   Minbarra l-verifika regolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu spezzjonijiet għal għarrieda sabiex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti kontenuti f'dan ir-Regolament.

4.   Jekk awtorità kompetenti ssib li d-detentur ta’ ċertifikat ta’ organizzazzjoni ta’ taħriġ ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti jew il-kundizzjonijiet mehmuża maċ-ċertifikat tiegħu, hija għandha tieħu l-miżuri xierqa ta’ infurzar, li jistgħu jinkludu l-irtirar taċ-ċertifikat.

5.   Iċ-ċertifikati maħruġa skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu rikonoxxuti b'mod reċiproku.

Artikolu 29

Rikonoxximent tal-liċenzji

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u tal-istudenti kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, u l-klassifikazzjonijiet, l-annotazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni u l-annotazzjonijiet lingwistiċi assoċjati magħhom kif ukoll iċ-ċertifikati mediċi assoċjati magħhom maħruġa minn Stati Membri oħra skont dan ir-Regolament.

Madankollu, f'każ li Stat Membru jkun ippreveda għal età minima iżgħar minn 21 sena skont l-Artikolu 9(3), id-dritt li jeżerċita l-privileġġi tad-detentur ta’ liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu jkun limitat għat-territorju tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja sakemm id-detentur jagħlaq 21 sena.

F'każijiet fejn detentur ta’ liċenzja jeżerċita l-privileġġi tal-liċenzja fi Stat Membru differenti minn dak li fih tkun inħarġet il-liċenzja, id-detentur tal-liċenzja għandu jkollu d-dritt li jibdel il-liċenzja tiegħu ma’ liċenzja maħruġa fl-Istat Membru fejn ikunu eżerċitati l-privileġġi, mingħajr ma jiġu imposti kundizzjonijiet addizzjonali.

Sabiex tagħti annotazzjoni tal-unità, l-awtorità kompetenti għandha tesiġi li l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet partikolari marbuta ma’ din l-annotazzjoni, billi tispeċifika l-unità, is-settur jew il-pożizzjoni ta’ ħidma. Meta tistabbilixxi l-pjan ta’ taħriġ tal-unità, l-organizzazzjoni ta’ taħriġ għandha tikkunsidra l-kompetenzi miksuba u l-esperjenza tal-applikant.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tapprova jew tirrifjuta l-pjan għat-taħriġ tal-unità li jkun fih it-taħriġ propost għall-applikant mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara l-preżentazzjoni tal-evidenza, bla ħsara għad-dewmien li jirriżulta minn kwalunkwe appell li jista' jsir. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jiġu rrispettati l-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u tal-proporzjonalità.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 30

Konformità mar-rekwiżiti essenzjali

L-Aġenzija għandha tagħmel evalwazzjoni tas-sistema ta’ liċenzjar tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru stabbilita permezz ta’ dan ir-Regolament u tat-titjib ulterjuri meħtieġ għal “approċċ ta’ sistema totali tal-avjazzjoni” u sabiex tistabbilixxi konformità sħiħa mar-rekwiżiti essenzjali kif deskritti fl-Anness Vb tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 bl-għan li tissottometti opinjoni lill-Kummissjoni, li tinkludi l-emendi li jista' jkun hemm għal dan ir-Regolament.

Artikolu 31

Derogi

1.   B'deroga mill-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri li jkunu żviluppaw annotazzjonijiet nazzjonali tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2006/23/KE jistgħu jkomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom kif tkun fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   B'deroga mill-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri li jkunu pprovdew li l-privileġġi ta’ annotazzjoni tal-unità jiġu eżerċitati biss minn detenturi ta’ liċenzja taħt età partikolari skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2006/23/KE, jistgħu jkomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom kif tkun fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   F'każ li Stat Membru jiddeċiedi li japplika d-derogi previsti fil-paragrafi 1 u 2, dan għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija.

Artikolu 32

Arranġamenti tranżitorji

1.   B'deroga mill-Anness II, Parti A ta’ dan ir-Regolament, l-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ jistgħu jkomplu japplikaw il-pjanijiet ta’ taħriġ abbażi tal-edizzjoni tal-10 ta’ Diċembru 2004 tal-Linjigwida għat-Taħriġ Inizjali tal-Kontenut Bażiku Komuni tal-Kontrolluri tat-Traffiku tal-Ajru “Guidelines for air traffic controllers Common Core Content Initial Training” tal-Eurocontrol, għal perjodu ta’ sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-liċenzji, klassifikazzjonijiet, annotazzjonijiet, ċertifikati mediċi u ċertifikati għall-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ maħruġa skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġislazzjoni nazzjonali bbażata fuq id-Direttiva 2006/23/KE fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandhom jitqiesu li nħarġu skont dan ir-Regolament.

3.   L-applikanti għal liċenzja, klassifikazzjoni, annotazzjoni, ċertifikat mediku jew ċertifikat ta’ organizzazzjoni ta’ taħriġ, li jkunu ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u li jkunu għadhom ma nħarġulhomx liċenzja, klassifikazzjoni, annotazzjoni, ċertifikat mediku jew ċertifikat ta’ organizzazzjoni ta’ taħriġ, għandhom juru konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament qabel ma tinħarġilhom il-liċenzja, klassifikazzjoni, annotazzjoni, ċertifikat mediku jew ċertifikat ta’ organizzazzjoni ta’ taħriġ.

4.   L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li l-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ li jkollhom lill-Aġenzija bħala l-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 4 ikunu applikaw għall-ħruġ ta’ ċertifikat qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandha tiffinalizza l-proċess ta’ ċertifikazzjoni b'koordinazzjoni mal-Aġenzija u tittrasferixxi l-fajl lill-Aġenzija malli jinħareġ iċ-ċertifikat.

5.   L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li kellha r-responsabbiltà għas-sorveljanza tas-sikurezza tal-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ li kellhom lill-Aġenzija bħala l-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 4, għandha tittrasferixxi l-funzjoni ta’ sorveljanza tas-sikurezza ta’ dawk l-organizzazzjonijiet lill-Aġenzija, sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 33

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004, (KE) Nru 551/2004 u (KE) Nru 552/2004 biex itejjeb il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea tal-avjazzjoni (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34).

(3)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 22.

(4)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 51

(5)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

(6)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(7)  ĠU L 225, 12.8.1998, p. 27.


ANNESS I

SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAL-LIĊENZJI

Il-liċenzji maħruġa skont dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

1.   Dettalji

1.1.

Id-dettalji li ġejjin iridu jidhru fuq il-liċenzja, b'asterisk li tindika dawk l-elementi li jridu jiġu tradotti għall-Ingliż:

(a)

*l-isem tal-Istat jew tal-Awtorità li toħroġ il-liċenzja (b'tipa grassa);

(b)

*it-titlu tal-liċenzja (b'tipa grassa ħafna);

(c)

in-numru tas-serje tal-liċenzja, b'numerazzjoni Għarbija, mogħti mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja;

(d)

l-isem sħiħ tad-detentur (bl-użu tal-alfabett Ruman anki jekk l-iskrittura tal-lingwa nazzjonali tkun differenti minn dik Rumana);

(e)

id-data tat-twelid;

(f)

in-nazzjonalità tad-detentur;

(g)

il-firma tad-detentur;

(h)

*Ċertifikazzjoni fir-rigward tal-validità u l-awtorizzazzjoni tad-detentur sabiex jeżerċita l-privileġġi xierqa għal-liċenzja, li tindika:

(i)

il-klassifikazzjonijiet, l-annotazzjonijiet tal-klassifikazzjoni, l-annotazzjonijiet lingwistiċi, l-annotazzjonijiet ta’ għalliem u l-annotazzjonijiet tal-unità,

(ii)

id-dati meta nħarġu l-ewwel darba,

(iii)

id-dati meta tiskadi l-validità tagħhom;

(i)

il-firma tal-uffiċjal li ħareġ il-liċenzja u d-data ta’ tali ħruġ;

(j)

is-siġill jew timbru tal-awtorità li ħarġet il-liċenzja.

1.2.

Il-liċenzja trid tkun akkumpanjata minn ċertifikat mediku validu.

2.   Materjal

Il-materjal użat għandu jkun karta ta’ kwalità prima jew materjal adegwat ieħor u għandhom jidhru fuqu b'mod ċar l-elementi msemmija fil-punt 1.

3.   Kulur

3.1.

Fejn jintuża materjal tal-istess kulur għal-liċenzji kollha relatati mal-avjazzjoni maħruġa minn Stat Membru, dan il-kulur irid ikun abjad.

3.2.

Fejn il-liċenzji relatati mal-avjazzjoni maħruġa minn Stat Membru jkunu distinti permezz ta’ mmarkar bil-kulur, il-kulur tal-liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu jkun isfar.


ANNESS II

REKWIŻITI TA’ TAĦRIĠ

PARTI A

Rekwiżiti ta’ taħriġ inizjali għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru

It-taħriġ inizjali għandu jassigura li l-istudenti kontrolluri tat-traffiku tal-ajru jissodisfaw tal-inqas l-għanijiet għat-taħriġ bażiku u ta’ klassifikazzjoni, kif deskritt fl-edizzjoni tal-21 ta’ Ottubru 2008 tal-Ispeċifikazzjoni għat-Taħriġ Inizjali tal-Kontenut Bażiku Komuni tal-ATCO “Specification for the ATCO Common Core Content Initial Training” (1) tal-Eurocontrol, sabiex il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru jkunu kapaċi jimmaniġġaw it-traffiku tal-ajru b’mod sikur, rapidu u effiċjenti.

It-taħriġ inizjali għandu jkopri s-suġġetti li ġejjin: il-liġi tal-avjazzjoni, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, inklużi l-proċeduri għall-kooperazzjoni ċivili-militari, il-meteoroloġija, in-navigazzjoni, l-inġenji tal-ajru u l-prinċipji tat-titjir, inkluż il-fehim bejn il-kontrollur tat-traffiku tal-ajru u l-pilota, il-fatturi umani, it-tagħmir u s-sistemi, l-ambjent professjonali, is-sikurezza u l-kultura tas-sikurezza, is-sistemi ta’ ġestjoni tas-sikurezza, sitwazzjonijiet mhux tas-soltu/ta’ emerġenza, is-sistemi degradati u l-għarfien lingwistiku, inkluż il-frażjoloġija użata fir-radjutelefonija.

Is-suġġetti għandhom jiġu mgħallma b’mod li jippreparaw lill-applikanti għat-tipi differenti ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru u jenfasizzaw l-aspetti tas-sikurezza. It-taħriġ inizjali għandu jikkonsisti minn korsijiet teoretiċi u prattiċi, fosthom is-simulazzjoni, u t-tul tiegħu għandu jiġi ddeterminat fil-pjanijiet approvati tat-taħriġ inizjali. Il-ħiliet miksuba għandhom jassiguraw li l-kandidat ikun jista’ jitqies bħala kompetenti sabiex jimmaniġġa sitwazzjonijiet kumplessi u densi ta’ traffiku, li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni għat-taħriġ tal-unità.

Il-kompetenza tal-kandidat wara t-taħriġ inizjali għandha tiġi vvalutata permezz ta’ eżamijiet xierqa jew sistema ta’ valutazzjoni kontinwa.

PARTI B

Rekwiżiti ta’ taħriġ tal-unità għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru

Il-pjanijiet ta’ taħriġ tal-unità għandhom jispeċifikaw il-proċessi u l-perjodi neċessarji għall-applikazzjoni tal-proċeduri tal-unità għaż-żona lokali taħt is-superviżjoni tal-għalliem li jagħti taħriġ fuq ix-xogħol. Il-pjan approvat għandu jinkludi indikazzjonijiet tal-elementi kollha tas-sistema ta’ valutazzjoni tal-kompetenza, fosthom l-arranġamenti tax-xogħol, il-valutazzjoni u l-eżami tal-progress, flimkien mal-proċeduri sabiex tiġi nnotifikata l-awtorità kompetenti. It-taħriġ tal-unità jista’ jinkludi ċerti elementi mit-taħriġ inizjali li jkunu speċifiċi għall-kundizzjonijiet nazzjonali.

Waqt it-taħriġ tal-unità, il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru għandhom jitħarrġu b’mod suffiċjenti dwar is-sikurezza, is-sigurtà u l-immaniġġar ta’ kriżijiet.

It-tul ta’ taħriġ tal-unità għandu jiġi ddeterminat fil-pjan ta’ taħriġ tal-unità. Il-ħiliet meħtieġa għandhom jiġu vvalutati permezz ta’ eżamijiet xierqa jew sistema ta’ valutazzjoni kontinwa, minn eżaminaturi jew assessuri approvati tal-kompetenza li għandhom ikunu newtrali u oġġettivi fil-ġudizzju tagħhom. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ appell sabiex jiżguraw trattament ġust tal-kandidati.

PARTI C

Rekwiżiti ta’ taħriġ ta’ kontinwazzjoni għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru

Il-klassifikazzjonijiet u l-annotazzjonijiet tal-unità fuq il-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru għandhom jinżammu validi permezz ta’ taħriġ approvat ta’ kontinwazzjoni, li jikkonsisti f’taħriġ għaż-żamma tal-ħiliet tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, korsijiet ta’ aġġornament, taħriġ għall-emerġenzi u, fejn ikun xieraq, taħriġ lingwistiku.

Waqt it-taħriġ ta’ kontinwazzjoni, il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru għandhom jitħarrġu b’mod suffiċjenti dwar is-sikurezza, is-sigurtà u l-immaniġġar ta’ kriżijiet.

It-taħriġ ta’ kontinwazzjoni għandu jikkonsisti f’korsijiet teoretiċi u prattiċi, flimkien mal-użu ta’ simulazzjoni. Għal dan l-għan, l-organizzazzjoni ta’ taħriġ għandha tistabbilixxi skemi ta’ kompetenza tal-unità li jispeċifikaw il-proċessi, il-persunal u ż-żmien neċessarju sabiex jipprovdu għat-taħriġ adegwat ta’ kontinwazzjoni u sabiex juru l-kompetenza. Dawn l-iskemi għandhom jiġu riveduti u approvati tal-inqas kull tliet snin. It-tul tat-taħriġ ta’ kontinwazzjoni għandu jiġi deċiż skont il-ħtiġijiet funzjonali tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru li jaħdmu fl-unità, b’mod partikolari fid-dawl ta’ bidliet jew ta’ bidliet ippjanati fil-proċeduri jew fit-tagħmir, jew fid-dawl tar-rekwiżiti ġenerali ta’ ġestjoni tas-sikurezza. Il-kompetenza ta’ kull kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandha tiġi vvalutata b’mod xieraq tal-inqas kull tliet snin. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jassigura li jiġu applikati mekkaniżmi li jiżguraw it-trattament ġust tad-detenturi ta’ liċenzji meta l-validità tal-annotazzjonijiet tagħhom ma tkunx tista’ tiġi estiża.


(1)  Edizzjoni 1.0, Data tal-edizzjoni: 21.10.2008, Nru ta’ Referenza: EUROCONTROL-SPEC-0113.


ANNESS III

REKWIŻITI GĦALL-KOMPETENZA LINGWISTIKA

Skala ta’ klassifikazzjoni tal-kompetenza lingwistika: livell ta’ espert, livell avvanzat u livell operattiv.

Livell

Pronunzja

Juża djalett u/jew aċċent li jinftiehem mal-komunità aeronawtika.

Struttura

Strutturi grammatikali rilevanti u frażijiet rilevanti huma ddeterminati mill-funzjonijiet tal-lingwa meħtieġa għall-funzjoni.

Vokabularju

Ħeffa fil-kliem

Komprensjoni

Interazzjonijiet

Espert

6

Pronunzja, aċċent, ritmu u intonazzjoni, għalkemm possibilment influwenzati mill-ewwel lingwa jew minn varjazzjoni reġjonali, kważi qatt ma jaffettwaw il-faċilità li wieħed jiftiehem.-{}-

Kemm l-istrutturi grammatikali bażiċi u kumplessi u frażijiet rilevanti huma kkontrollati tajjeb u b’ konsistenza.

Il-firxa tal-vokabularju u l-preċiżjoni huma suffiċjenti biex jikkomunika b'mod effettiv fuq medda wiesgħa ta’ suġġetti kemm familjari u le. Il-vokabularju huwa idjomatiku, varjat u tajjeb biex jiġi reġistrat.

Kapaċi jitkellem fit-tul b'mod naturali u mingħajr tbatija. Kapaċi jvarja d-diskors biex jikseb effett stilistiku, eż. biex jenfasizza punt. Jagħmel użu b'mod spontanju mill-marki u l-konnetturi tad-diskors.

Il-komprensjoni hija kontinwament preċiża kważi fil-kuntesti kollha u tinkludi l-komprensjoni ta’ irqaqat lingwistiċi u kulturali.

Interazzjoni mingħajr tbatija kważi fis-sitwazzjonijiet kollha. Jirrispondi b'mod tajjeb u huwa sensittiv għas-sinjali verbali u mhux verbali.

Avvanzat

5

Pronunzja, aċċent, ritmu u intonazzjoni, għalkemm influwenzati mill-ewwel lingwa jew minn varjazzjoni reġjonali, rarament jaffettwaw il-faċilità li wieħed jiftiehem.

L-istrutturi grammatikali bażiċi u kumplessi u frażijiet rilevanti huma kkontrollati tajjeb u b’ konsistenza. Jipprova juża strutturi kumplessi, iżda bi żbalji li xi kultant jaffetwaw is-sinifikat.

Il-firxa tal-vokabularju u l-preċiżjoni huma suffiċjenti biex jikkomunika b'mod effettiv fuq argumenti komuni, konkreti, u dwar suġġetti relatati max-xogħol. Jagħmel użu konsistenti u tajjeb ta’ parafrażi. Il-vokabularju huwa xi kultant idjomatiku.

Kapaċi jitkellem fit-tul mingħajr tbatija dwar suġġetti familjari, iżda mhux kapaċi jvarja d-diskors biex jikseb effett stilistiku. Kapaċi jagħmel użu mill-marki u l-konnetturi tad-diskors kif suppost.

Il-komprensjoni hija preċiża għal argumenti komuni, konkreti, u dwar suġġetti relatati max-xogħol u b'mod preċiż meta l-kelliem ikun iffaċċjat bi problema lingwistika jew b'sitwazzjoni kumplikata jew minn sitwazzjoni mhux mistennija. Kapaċi jifhem firxa ta’ varjetà fid-diskors (djalett u/jew aċċent) jew reġistri.

Jirrispondi b'mod immedjat, adegwat u informattiv. Jikkontrolla r-relazzjoni kelliem/semmiegħ b'mod effettiv.

operazzjonali

4

Pronunzja, aċċent, ritmu u intonazzjoni, huma influwenzati mill-ewwel lingwa jew minn varjazzjoni reġjonali, iżda xi kultant jaffettwaw il-faċilità li wieħed jiftiehem.

L-istrutturi grammatikali bażiċi u frażijiet rilevanti huma użati b'mod kreattiv u huma ġeneralment ikkontrollati tajjeb. Jistgħu jseħħu xi żbalji, b'mod partikulari f' sitwazzjonijiet mhux tas-soltu jew mhux mistennija, iżda rarament jaffettwaw is-sinifikat.

Il-firxa tal-vokabularju u l-preċiżjoni huma normalment suffiċjenti biex jikkomunika b'mod effettiv fuq argumenti komuni, konkreti, u dwar suġġetti relatati max-xogħol. Kapaċi, ta’ spiss, jagħmel użu minn parafrażi b'mod tajjeb fin-nuqqas ta’ vokabularju f'sitwazzjonijiet mhux tas-soltu jew mhux mistennija.

Kapaċi jesprimi kunċett b'ritmu tajjeb. Xi kultant jaf ikun hemm xi telf fil-ħeffa tal-kliem minn diskors ipprattikat jew ifformulat għal interazzjoni spontanja, iżda dan ma jfixkilx il-komunikazzjoni effettiva. Kapaċi jagħmel użu limitat mill-marki u l-konnetturi tad-diskors. Kliem żejjed biex jimla ma jtellfux l-attenzjoni.

Il-komprensjoni hija fil-biċċa l-kbira preċiża għal argumenti komuni, konkreti, u dwar suġġetti relatati max-xogħol meta l-aċċent jew varjazzjoni wżata hija suffiċjentament intelliġibli għal komunità internazzjonali li tagħmel użu minnha. Meta l-kelliem ikun iffaċċjat bi problema lingwistika jew b'sitwazzjoni kumplikata jew minn sitwazzjoni mhux mistennija, il-komprensjoni taf iseħħ iktar bil-mod jew ikunu meħtieġa strateġiji għall-kjarafikazzjoni.

Normalment, jirrispondi b'mod immedjat, adegwat u informattiv. Jibda u jżomm il-konversazzjoni anki meta jitratta sitwazzjoni mhux mistennija. Jitratta b'mod adegwat f'każijiet ta’ nuqqas ta’ fehim apparenti billi jivverifika, jikkonferma u jikkjarifika.


Skala ta’ klassifikazzjoni tal-kompetenza lingwistika: livell preoperattiv, livell elementari u livell preelementari.

Livell

Pronunzja

Juża djalett u/jew aċċent li jinftiehem mal-komunità ajrunawtika.

Struttura

Strutturi grammatikali rilevanti u frażijiet rilevanti huma ddeterminati mill-funzjonijiet tal-lingwa meħtieġa għall-kompitu.

Vokabularju

Ħeffa fil-kliem

Komprensjoni

Interazzjonijiet

Preoperattiv

3

Pronunzja, aċċent, ritmu u intonazzjoni, huma influwenzati mill-ewwel lingwa jew minn varjazzjoni reġjonali, u ta’ spiss jaffettwaw il-faċilità li wieħed jifhem.

L-istrutturi grammatikali bażiċi u frażijiet rilevanti assoċjati ma’ sitwazzjonijiet prevedibbli mhumiex dejjem kontrollati tajjeb. Żbalji ta’ spiss jaffettwaw is-sinifikat.

Il-firxa tal-vokabularju u l-preċiżjoni huma ta’ spiss suffiċjenti biex jikkomunika b'mod effettiv fuq argumenti komuni, konkreti, jew dwar suġġetti relatati max-xogħol iżda din il-firxa hija limitata u l-għażla tal-kliem ta’ spiss mhijiex kif għandha tkun. Ta' spiss mhux kapaċi jagħmel użu minn parafrażi b'suċċess meta jkollu vokabularju limitat.

Kapaċi jesprimi kunċett, iżda l-użu ta’ frażijiet u l-waqfiet ta’ spiss mhumiex kif għandhom ikunu. Il-komunikazzjoni effettiva taf ma tinkisibx minħabba f'eżitazzjoni jew proċessar tal-lingwa bil-mod. Kliem żejjed biex jimla jafu jtellfu l-attenzjoni.

Il-komprensjoni hija ta’ spiss preċiża għal argumenti komuni, konkreti, u dwar suġġetti relatati max-xogħol meta l-aċċent jew varjazzjoni wżata hija suffiċjentament intelliġibli għal komunità internazzjonali li tagħmel użu minnha. Jaf ma jirnexxilux jifhem problema lingwistika jew sitwazzjoni kumplikata jew sitwazzjoni mhux mistennija.

Xi kultant, jirrispondi b'mod immedjat, adegwat u informattiv. Jaf jibda u jżomm konversazzjoni mingħajr tbatija fuq suġġetti familjari u f'sitwazzjonijiet prevedibbli. Ġeneralment inadegwat meta jkollu x'jaqsam ma’ sitwazzjoni mhux mistennija.

Elementari

2

Pronunzja, aċċent, ritmu u intonazzjoni, huma influwenzati b'mod qawwi mill-ewwel lingwa jew minn varjazzjoni reġjonali, u normalment jaffettwaw il-faċilità li wieħed jifhem.

Juri biss kontroll limitat ta’ ftit strutturi grammatikali sempliċi u frażijiet rilevanti li jaf bl-amment.

Firxa ta’ vokabularju limitat li jikkonsisti biss minn kliem iżolat u frażijiet li jaf bl-amment.

Kapaċi biss jesprimi kunċetti ferm qosra, iżolati, li jaf bl-amment, b'waqfiet spissi u, biex jimla, juża kliem żejjed li jtellef l-attenzjoni, sakemm jaħseb f'espressjonijiet u biex ilissen kliem inqas familjari.

Il-komprensjoni hija limitata għal frażijiet iżolati, ta’ bl-amment meta dawn ikunu artikulati b'attenzjoni u bil-mod.

Normalment, jirrispondi bil-mod, u spiss b'mod inadegwat. L-interazzjoni hija limitata għal konversazzjonijiet sempliċi u ta’ rutina.

Preelementari

1

Ma jilħaqx il-livell Elementari

Ma jilħaqx il-livell Elementari

Ma jilħaqx il-livell Elementari

Ma jilħaqx il-livell Elementari

Ma jilħaqx il-livell Elementari

Ma jilħaqx il-livell Elementari


ANNESS IV

Speċifikazzjonijiet għaċ-ċertifikati tal-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ

Iċ-ċertifikati tal-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ maħruġa minn awtorità kompetenti skont dan ir-Regolament għandhom jispeċifikaw:

(a)

l-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat;

(b)

l-applikant (isem u indirizz);

(c)

it-tip ta’ taħriġ u/jew servizzi pprovduti li jkunu ċċertifikati, kif applikabbli;

(d)

dikjarazzjoni tal-konformità tal-applikant mar-rekwiżiti definiti fil-Kapitolu V;

(e)

id-data tal-ħruġ u l-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat.


11.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/39


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 806/2011

tal-10 ta’ Awwissu 2011

li japprova s-sustanza attiva flukwinkonażol, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) għandha tapplika għal sustanzi attivi li għalihom tkun ġiet stabbilita kompletezza skont l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissojni (KE) Nru 33/2008 (3), fir-rigward tal-proċedura u l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni. Il-flukwinkonażol hija sustanza attiva li għaliha ġiet stabbilita kompletezza skont dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (4) u (KE) Nru 1490/2002 (5) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadji tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista kienet tinkludi il-flukwinkonażol.

(3)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1095/2007 tal-20 ta' Settembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1490/2002 li jistabbilixxi iktar regoli fid-dettall għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta' xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u r-Regolament (KE) Nru 2229/2004 li jwaqqaf regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (6) in-notifikatur irtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta' dik is-sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mid-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament. B'konsegwenza ta' dan, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (7) ġiet addottata għan-noninklużjoni tal-flukwinkonażol.

(4)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikatur oriġinali (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "l-applikant") ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata, kif previst fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha.

(5)

L-applikazzjoni ntbagħtet lill-Irlanda, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. Dik l-applikazzjoni tikkonforma wkoll mal-bqija tar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(6)

L-Irlanda vvalutat id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikant u ppreparat rapport addizzjonali. Hija kkomunikat dak ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Awtorità") u lill-Kummissjoni fil-13 ta' April 2010. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u għaddiet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjonijiet tagħha dwar il-flukwinkonażol lill-Kummissjoni fit-25 ta' Frar 2011 (8). L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u ġew iffinalizzati fis-17 ta' Ġunju 2011 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għall-flukwinkonażol.

(7)

Minn eżamijiet varji li saru, deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-flukwinonażol jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu għalihom li ġew eżaminati u spjegati fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li l-flukwinkonażol tiġi approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(8)

Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, huwa, madankollu, neċessarju li jiġu inklużi ċerti kondizzjonijiet u restrizzjonijiet.

(9)

Mingħajr ħsara għall-konklużjoni li l-flukwinkonażol għandha tiġi approvata, huwa, partikolarment, xieraq li jintalab iktar tagħrif ta' konferma.

(10)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel l-approvazzjoni, sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jingħataw żmien biżżejjed biex iħejju rwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni.

(11)

Mingħajr ħsara għall-obbligi definiti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni, b'kunsiderazzjoni għas-sitwazzjoni speċifika maħluqa mit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 dan li ġej għandu, madankollu, japplika. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-approvazzjoni sabiex jirrevedu l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkollhom il-flukwinkonażol. L-Istati Membri għandhom, skont kif ikun xieraq, ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti. B’deroga mill-iskadenza ta' hawn fuq, għandu jiġi previst perjodu itwal biex jitressaq u jiġi vvalutat l-aġġornament tal-fajl sħiħ tal-Anness III, kif inhu stabbilit fid-Direttiva 91/414/KEE, għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi.

(12)

L-esperjenza miksuba mill-inklużjonijiet fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (9), uriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-obbligi tad-detenturi ta' awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li l-obbligi tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment l-obbligu li jkun verifikat li d-detentur ta' awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma' dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati s'issa li jemendaw l-Anness I ma' dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi.

(13)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (10) għandu jiġi emendat skont dan.

(14)

Id-Deċiżjoni 2008/934/KE tipprevedi n-noninklużjoni tal-flukwinkonażol u li l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza jiġu rtirati sal-31 ta' Diċembru 2011. Jeħtieġ li titħassar il-linja dwar il-flukwinkonażol fl-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni. Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/934/KE tiġi emendata skont dan.

(15)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta' sustanza attiva

Is-sustanza attiva flukwinkonazol, kif inhu speċifikat fl-Anness I, hija approvata suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   B'mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009/KEE, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-flukwinkonażol bħala sustanza attiva sat-30 ta' Ġunju 2012.

Sa dik id-data huma għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li l-kondizzjonijiet fl-Anness I ma' dan ir-Regolament ikunu ntlaħqu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-kolonna li tikkonċerna d-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu, jew ikollu aċċess għal, fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II mad-Direttiva 91/414/KEE, skont il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 13 (1) sa (4) ta' dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-flukwinkonażol bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li kollha ġew elenkati fl-Anness I mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif inhu stipulat fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta' fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III mad-Direttiva 91/414/KEE u b'kunsiderazzjoni tal-Parti B tal-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ma' dan ir-Regolament. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009/KEE. Wara li jistabbilixxu dan l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' prodott li jkun fih il-flukwinkonażol bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih il-flukwinkonażol bħala waħda minn diversi sustanzi attivi, fejn meħtieġ, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015 jew sad-data ffissata, għal tali emenda jew revoka fl-att jew l-atti rispettivi li bis-saħħa tagħhom is-sustanza jew is-sustanzi attivi rilevanti jkunu ġew inklużi fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE jew ġew approvati, skont liema wieħed ikun l-iktar reċenti.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Emendi għad-Deċiżjoni 2008/934/KE

Il-linja dwar il-flukwinkonażol fl-Anness mad-Deċiżjoni 2008/934/KE għandha titħassar.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(3)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(4)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(5)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(6)  ĠU L 246, 21.9.2007, p. 19.

(7)  ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.

(8)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: Konklużjoni dwar ir-reviżjoni tal-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva flukwinkonażol. EFSA Journal 2011;9(5):2096. [112 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2011.2096. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu

(9)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.

(10)  ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Flukwinkonażol

Nru CAS 136426-54-5

Nru CIPAC 474

3-(2,4-diklorofenil)-6-flworo-2-(1H-1,2,4-triażol-1-yl)kwinażolin-4(3H)-on

≥ 955 g/kg

l-1 ta’ Jannar 2012

il-31 ta’ Diċembru 2021

PARTI A

L-użi bħala funġiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-flukwinkonażol u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-17 ta’ Ġunju 2011.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri:

(a)

għandhom jagħtu kas partikolari tar-riskju għall-operaturi u l-ħaddiema u jiżguraw li l-kondizzjonijiet għall-użu jinkludu l-applikazzjoni ta' tagħmir protettiv personali adegwat fejn xieraq;

(b)

għandhom jagħtu kas partikolari tal-espożizzjoni djetetika tal-konsumaturi għar-residwi tal-metaboliti derivattivi tat-triażol (TDMs);

(ċ)

għandhom jagħtu kas partikolari tar-riskju għall-għasafar u l-mammiferi.

Il-kondizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju, fejn xieraq.

L-applikant għandu jissottometti tagħrif konfermatorju fir-rigward ta':

(1)

ir-residwi tal-metaboliti derivattivi tat-triażol (TDMs) fl-għelejjel primarji, l-għelejjel rotazzjonali u l-prodotti ta' oriġini mill-annimali;

(2)

il-kontribut tar-residwi potenzjali tal-metabolit dion fl-għelejjel rotazzjonali għall-espożizzjoni ġenerali tal-konsumatur;

(3)

ir-riskju akut għall-mammiferi insettivori;

(4)

ir-riskju fit-tul għall-għasafar u l-mammiferi insettivori u erbivori;

(5)

ir-riskju għall-mammiferi li jieklu l-ħniex;

(6)

il-potenzjal li jinħoloq xkiel endokrinali fl-organiżmi akkwatiċi (studju taċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-ħut).

L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità tagħrif bħal dan sal-31 ta' Diċembru 2013.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, għandha tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (*)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“14

Flukwinkonażol

Nru CAS 136426-54-5

Nru CIPAC 474

3-(2,4-diklorofenil)-6-flworo-2-(1H-1,2,4-triażol-1-yl)kwinażolin-4(3H)-on

≥ 955 g/kg

l-1 ta’ Jannar 2012

il-31 ta’ Diċembru 2021

PARTI A

L-użi bħala funġiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-flukwinkonażol u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-17 ta’ Ġunju 2011.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri:

(a)

għandhom jagħtu kas partikolari tar-riskju għall-operaturi u l-ħaddiema u jiżguraw li l-kondizzjonijiet għall-użu jinkludu l-applikazzjoni ta' tagħmir protettiv personali adegwat fejn xieraq;

(b)

għandhom jagħtu kas partikolari tal-espożizzjoni djetetika tal-konsumaturi għar-residwi tal-metaboliti derivattivi tat-triażol (TDMs);

(ċ)

għandhom jagħtu kas partikolari tar-riskju għall-għasafar u l-mammiferi.

Il-kondizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju, fejn xieraq.

L-applikant għandu jissottometti tagħrif konfermatorju fir-rigward ta':

(1)

ir-residwi tal-metaboliti derivattivi tat-triażol (TDMs) fl-għelejjel primarji, l-għelejjel rotazzjonali u l-prodotti ta' oriġini mill-annimali;

(2)

il-kontribut tar-residwi potenzjali tal-metabolit dion fl-għelejjel rotazzjonali għall-espożizzjoni ġenerali tal-konsumatur;

(3)

ir-riskju akut għall-mammiferi insettivori;

(4)

ir-riskju fit-tul għall-għasafar u l-mammiferi insettivori u erbivori;

(5)

ir-riskju għall-mammiferi li jieklu l-ħniex;

(6)

il-potenzjal li jinħoloq xkiel endokrinali fl-organiżmi akkwatiċi (studju taċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-ħut).

L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità tagħrif bħal dan sal-31 ta' Diċembru 2013.”


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


11.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/44


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 807/2011

tal-10 ta’ Awwissu 2011

li japprova s-sustanza attiva triażossidu, skont it-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) trid tapplika għas-sustanzi attivi li għalihom ġiet stabbilita l-kompletezza skont l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 (3), fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni. It-triażossidu huwa sustanza attiva li għaliha ġiet stabbilita l-kompletezza skont dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (4) u (KE) Nru 1490/2002 (5) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati bil-ħsieb li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista kienet tinkludi t-triażossidu. Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/860/KE (6) ġie deċiż li t-triażossidu ma jkunx inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn hawn 'il quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata li se tiġi applikata, kif previst fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha.

(4)

L-applikazzjoni ntbagħtet lir-Renju Unit, li kien maħtur bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2009/860/KE. Dik l-applikazzjoni tikkonforma wkoll mal-bqija tar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

Ir-Renju Unit evalwa l-informazzjoni l-ġdida u d-dejta mressqa mill-applikant u ħejja rapport addizzjonali. Hija bagħtet dak ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fl-10 ta' Ġunju 2010.

(6)

L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u għaddiet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008, u fuq talba tal-Kummissjoni, ir-rapport addizzjonali saritlu reviżjoni inter pares mill-Istati Membri u l-Awtorità. L-Awtorità mbagħad ippreżentat il-konklużjoni tagħha dwar it-triażossidu lill-Kummissjoni fil-15 ta' Frar 2011 (7). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew iffinalizzati fis-17 ta’ Ġunju 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għat-triażossidu.

(7)

Ir-rapport addizzjonali tal-Istat Membru relatur u l-konklużjoni l-ġdida tal-Awtorità jikkonċentraw fuq it-tħassib li kien wassal għan-noninklużjoni. Dak it-tħassib kien tali li ma kienx possibbli li titwettaq valutazzjoni tar-riskju għall-konsumatur ta’ min jorbot fuqha, u dan peress li kien hemm dejta nieqsa sabiex tiġi ddeterminata n-natura tar-residwi fil-prodotti ġejjin mill-pjanti u t-trasferiment possibbli ta’ residwi fil-prodotti ġejjin mill-annimali.

(8)

L-informazzjoni l-ġdida li ppreżenta l-applikant turi li l-espożizzjoni tal-konsumaturi tista' titqies aċċettabbli.

(9)

Konsegwentement, id-dejta addizzjonali li pprovda l-applikant tippermetti li jiġu eliminati l-punti speċifiċi ta' tħassib li wasslu għan-noninklużjoni. Ma tqajmet l-ebda mistoqsija xjentifika miftuħa oħra.

(10)

Mill-bosta eżamijiet li saru ħareġ li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-triażossidu jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u rrapportati fid-detall fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant ikun xieraq li t-triażossidu jiġi approvat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(11)

Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u kif ukoll fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, l-inklużjoni ta' ċerti kondizzjonijiet u restrizzjonijiet hija madankollu neċessarja.

(12)

Mingħajr preġudizzju għall-konklużjoni li t-triażossidu għandu jiġi approvat, huwa partikolarment xieraq li tintalab aktar informazzjoni konfermatorja.

(13)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta' sustanzi attivi approvati (8), għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

(14)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta' sustanza attivi

Is-sustanza attiva triażossidu, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata bil-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(3)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(4)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(5)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(6)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 81.

(7)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance triazoxide. EFSA Journal 2011;9(3): [86 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2011.2018. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm.

(8)  ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Triażossidu

Nru CAS 72459-58-6

Nru CIPAC 729

7-kloro-3-imidażol-1-il-1,2,4-benżotriażina 1-ossidu

≥ 970 g/kg

Impuritajiet:

toluwina: mhux aktar minn 3 g/kg

l-1 ta’ Ottubru 2011

it-30 ta' Settembru 2021

PARTI A

Jista’ jiġi awtorizzat biss l-użu bħala funġiċida għat-trattament taż-żrieragħ.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jiġu kkunsidrati l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar it-triażossidu, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif finalizzati fis-17 ta’ Ġunju 2011 fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri:

(a)

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jinkludu l-applikazzjoni ta' tagħmir protettiv personali adegwat, fejn meħtieġ;

(b)

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lir-riskju għall-għasafar granivori u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju.

L-applikant għandu sat-30 ta' Settembru 2013 sabiex jippreżenta lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità, informazzjoni konfermatorja fir-rigward tar-riskju fit-tul għall-mammiferi granivori.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 540/2011, tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (*)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“17

Triażossidu

Nru CAS 72459-58-6

Nru CIPAC 729

7-kloro-3-imidażol-1-il-1,2,4-benżotriażina 1-ossidu

≥ 970 g/kg

Impuritajiet:

toluwina: mhux aktar minn 3 g/kg

l-1 ta’ Ottubru 2011

it-30 ta' Settembru 2021

PARTI A

Jista’ jiġi awtorizzat biss l-użu bħala funġiċida għat-trattament taż-żrieragħ.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jiġu kkunsidrati l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar it-triażossidu, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif finalizzati fis-17 ta’ Ġunju 2011 fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri:

(a)

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jinkludu l-applikazzjoni ta' tagħmir protettiv personali adegwat, fejn meħtieġ;

(b)

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lir-riskju għall-għasafar granivori u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju.

L-applikant għandu sat-30 ta' Settembru 2013 sabiex jippreżenta lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità, informazzjoni konfermatorja fir-rigward tar-riskju fit-tul għall-mammiferi granivori.”


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


11.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/48


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 808/2011

tal-10 ta’ Awwissu 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Awwissu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0707 00 05

TR

105,8

ZZ

105,8

0709 90 70

TR

128,9

ZZ

128,9

0805 50 10

AR

73,7

TR

63,0

UY

98,8

ZA

72,4

ZZ

77,0

0806 10 10

EG

150,8

MA

187,2

TR

166,4

ZZ

168,1

0808 10 80

AR

114,4

BR

63,1

CL

86,0

CN

56,0

NZ

102,2

US

121,3

ZA

88,7

ZZ

90,2

0808 20 50

AR

95,9

CL

75,1

CN

49,3

NZ

108,0

ZA

96,2

ZZ

84,9

0809 30

TR

126,5

ZZ

126,5

0809 40 05

BA

50,1

XS

57,7

ZZ

53,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

11.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/50


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/499/PESK

tal-1 ta’ Awwissu 2011

li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/450/PESK li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Sudan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28, 31(2) u 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-11 ta’ Awwissu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/450/PESK (1), li taħtar lis-Sinjura Rosalind MARSDEN bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (“ir-RSUE”) għas-Sudan għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2010 sal-31 ta’ Awwissu 2011.

(2)

Fid-9 ta’ Lulju 2011, ir-Repubblika tas-Sudan t’Isfel iddikjarat l-indipendenza tagħha u r-RSUE għalhekk tkopri żewġ pajjiżi indipendenti.

(3)

Is-Sinjura Rosalind MARSDEN għandha tinħatar bħala r-RSUE għar-Repubblika tas-Sudan u r-Repubblika tas-Sudan t’Isfel għall-perijodu mid-9 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012. Id-Deċiżjoni 2010/450/PESK għandha għalhekk tiġi emendata u estiża.

(4)

Ir-RSUE ser timplimenta l-mandat tagħha fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif hemm imniżżel fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/450/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/450/PESK li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għar-Repubblika tas-Sudan u r-Repubblika tas-Sudan t’Isfel”.

(2)

L-Artikoli 1, 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Is-Sinjura Rosalind MARSDEN hija b’dan maħtura bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (‘RSUE’) għar-Repubblika tas-Sudan (‘Sudan’) u r-Repubblika tas-Sudan t’Isfel (‘is-Sudan t’Isfel’) mid-9 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012. Il-mandat tar-RSUE jista’ jintemm qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (‘ir-RGħ’).

Artikolu 2

Objettivi ta’ politika

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni Ewropea (‘l-UE’ jew ‘l-Unjoni’) fir-rigward tas-Sudan u s-Sudan t’Isfel, b’ħidma mal-partiti Sudaniżi, l-Unjoni Afrikana (‘UA’) u n-Nazzjonijiet Uniti (‘NU’) u partijiet interessati nazzjonali, reġjonali u internazzjonali oħra, biex tinkiseb koeżistenza paċifika bejn is-Sudan u s-Sudan t’Isfel wara l-iskadenza tal-Ftehim Komprensiv ta’ Paċi (‘CPA’) u l-indipendenza tas-Sudan t’Isfel fid-9 ta’ Lulju 2011. L-objettivi ta’ politika tal-Unjoni jinkludu kontribut attiv għas-soluzzjoni ta’ kwalunkwe kwistjoni tas-CPA u ta’ wara s-CPA u għajnuna għall-partijiet biex jimplimentaw dak li ġie maqbul; appoġġ għall-isforzi biex tiġi stabbilizzata ż-żona tal-fruntiera volatili tramuntana-nofsinhar; promozzjoni tal-bini ta’ istituzzjonijiet u trawwim ta’ stabbiltà, sigurtà u żvilupp fis-Sudan t’Isfel; tiġi ffaċilitata soluzzjoni politika għall-kunflitt f’Darfur; promozzjoni tal-governanza demokratika, ir-responsabbiltà u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inkluża kooperazzjoni sħiħa mal-Qorti Kriminali Internazzjonali; jinżamm impenn fis-Sudan tal-Lvant; u titjib tal-aċċess umanitarju fis-Sudan u s-Sudan t’Isfel kollu.

Barra minn hekk, il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettiv ta’ politika tal-Unjoni li jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni u l-eliminazzjoni ta’ theddid għall-istabbiltà tas-Sudan t’Isfel u r-reġjun usa’ ppreżentat mil-Lords Resistance Army (‘LRA’).

Artikolu 3

Mandat

1.   Sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun:

(a)

ħidma mal-Gvern tas-Sudan, il-Gvern tas-Sudan t’Isfel, il-partiti politiċi Sudaniżi u tas-Sudan t’Isfel, il-movimenti armati tad-Darfur, u s-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet mhux governattivi, bil-għan li jitwettqu l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni;

(b)

żamma tal-kooperazzjoni mill-qrib man-NU, l-UA u b’mod partikolari l-Grupp ta’ Implimentazzjoni ta’ Livell Għoli tal-UA għas-Sudan (‘AUHIP’), il-Lega tal-Istati Għarab, l-Aġenzija Intergovernattiva għall-Iżvilupp u partijiet interessati reġjonali u internazzjonali ewlenin oħra inkluż il-Mibgħut Speċjali tal-Istati Uniti;

(ċ)

parteċipazzjoni fil-fora internazzjonali u pubbliċi rilevanti għall-promozzjoni tal-objettivi ta’ politika tal-Unjoni u l-koerenza ta’ sforzi internazzjonali lejn is-Sudan;

(d)

kontribut għal sforzi internazzjonali biex jiġi ffaċilitat ftehim ta’ paċi komprensiv, inklużiv u dejjiemi għad-Darfur b’ħidma mill-qrib man-NU, l-UA, il-Gvernijiet tal-Qatar u partijiet interessati internazzjonali oħra;

(e)

promozzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem billi jinżammu kuntatti regolari mal-awtoritajiet rilevanti fis-Sudan u s-Sudan t’Isfel, l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-osservaturi tad-drittijiet tal-bniedem attivi fir-reġjun;

(f)

kontribut għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-Linji Gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari l-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Kunflitt Armat, kif ukoll dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni kontrihom u l-politika tal-Unjoni rigward ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (‘UNSCR’) 1325 (2000) dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, inkluż permezz tal-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-iżviluppi kif ukoll il-formulazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rigward;

(g)

kontribut attiv għall-implimentazzjoni ta’ approċċ komprensiv tal-Unjoni għas-Sudan u s-Sudan t’Isfel kif maqbul mill-Kunsill Affarijiet Barranin fl-20 ta’ Ġunju 2011;

(h)

sorveljanza u koordinazzjoni tal-impenn tal-UE mal-partijiet interessati rilevanti kollha biex jiġu appoġġati l-isforzi għall-mitigazzjoni u l-eliminazzjoni ta’ theddid ta’ persuni ċivili u għall-istabbiltà tas-Sudan t’Isfel u r-reġjun usa’ ppreżentat mil-LRA.

2.   Bil-għan li jwettaq il-mandat tiegħu, ir-RSUE għandha, fost l-oħrajn:

(a)

tagħti parir u tirraporta dwar id-definizzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Unjoni f’fora internazzjonali sabiex tippromovi u ssaħħaħ proattivament approċċ konsistenti ta’ politika tal-Unjoni lejn is-Sudan u s-Sudan t’Isfel;

(b)

ikollha idea ġenerali tal-attivitajiet kollha tal-Unjoni u tikkoopera mill-qrib mad-delegazzjoni tal-Unjoni f’Khartoum, Juba u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni għall-UA f’Addis Ababa u għan-NU f’New York;

(ċ)

tikkontribwixxi għall-proċess politiku u l-attivitajiet relatati mas-soluzzjoni ta’ kwalunkwe kwistjoni tas-CPA u ta’ wara s-CPA pendenti u għajnuna għall-partijiet biex jimplimentaw dak li nqabel kif ukoll appoġġ għall-isforzi fil-qasam tal-bini tal-istituzzjonijiet fis-Sudan t’Isfel;

(d)

tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-Linji Gwida tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari l-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Kunflitt Armat, kif ukoll dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni kontrihom u l-politika tal-UE rigward UNSCR 1325 (2000) dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, inkluż permezz tal-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-iżviluppi f’dan ir-rigward; u

(e)

twettaq segwitu u tirrapporta dwar il-konformità tal-partijiet Sudaniżi u tas-Sudan t’Isfel mal-UNSCR rilevanti, partikolarment 1556 (2004), 1564 (2004), 1590 (2005), 1591 (2005), 1593 (2005), 1612 (2005), 1663 (2006), 1672 (2006), 1679 (2006), 1769 (2007), 1778 (2007), 1881 (2009), 1882 (2009), 1891 (2009), 1919 (2010).”;

(3)

fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Ir-RSUE għandha taħdem f’koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (‘SEAE’).”;

(4)

L-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarju ta’ EUR 1 820 000 għandu jiżdied għal EUR 955 000 sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2012.”;

(5)

L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Kostituzzjoni u kompożizzjoni tal-iskwadra

1.   Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti li jsiru disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli għat-twaqqif tal-iskwadra tagħha. L-iskwadra għandha tinkludi konsulenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tal-iskwadra tiegħu.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ persunal li jiġi ssekondat minn Stat Membru jew minn istituzzjoni tal-Unjoni lir-RSUE għandu jkun kopert mill-Istat Membru, l-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata jew is-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mas-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru mandanti, l-istituzzjoni tal-Unjoni jew is-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

4.   L-uffiċċji tar-RSUE għandhom jinżammu fi Brussell, f’Khartoum u f’Juba bil-persunal ta’ appoġġ politiku, amministrattiv u loġistiku meħtieġ.”;

(6)

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-iskwadra tagħha għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (*)

(*)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.”;"

(7)

L-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 10

Sigurtà

Konformement mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta’ persunal skjerat barra l-Unjoni f’kapaċità operazzjonali taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f’konformità mal-mandat tiegħu u s-sitwazzjoni ta’ sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tiegħu, partikolarment billi:

(a)

jiġi stabbilit pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali, li jirregolaw l-immaniġġar tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll l-immaniġġar ta’ inċidenti ta’ sigurtà u li jinkludi pjan ta’ kontinġenza u ta’ evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiġi żgurat li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(ċ)

jiġi żgurat li l-membri kollha tal-iskwadra tagħha li jkunu ser jiġu skjerati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni;

(d)

jiġi żgurat li r-rakkomandazzjonijiet kollha miftiehma, magħmula wara valutazzjonijiet ta’ sigurtà regolari jiġu implimentati, ir-RGħ, il-Kunsill u l-Kummissjoni jingħataw rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta’ nofs it-terminu u ta’ implimentazzjoni tal-mandat.”;

(8)

L-Artikolu 11(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Ir-RSUE għandu jirrapporta regolarment lill-KPS dwar is-sitwazzjoni fid-Darfur u dwar is-sitwazzjoni fis-Sudan u s-Sudan t’Isfel.”;

(9)

L-Artikolu 12(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fil-post, għandu jinżamm kuntatt mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, inkluż f’Khartoum, f’Juba, f’Addis Ababa u New York u mal-Kapijiet ta’ Missjoni tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu mill-aħjar biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandha tikkollabora wkoll ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħra fuq il-post.”;

(10)

L-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 13

Rieżami

L-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħrajn mill-Unjoni lir-reġjun għandhom jiġu rieżaminati regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress qabel it-tmiem ta’ Jannar 2012 u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat fi tmiem il-mandat.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mid-9 ta’ Lulju 2011.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 211, 12.8.2010, p. 42.


11.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/53


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/500/PESK

tal-10 ta’ Awwissu 2011

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fit-28 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Libja, għandhom jiġu inklużi żewġ entitajiet addizzjonali fil-listi ta’ persuni u entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness IV tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-entitajiet elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness IV tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53.


ANNESS

Entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Al-Shahara Oil Services Company

(magħrufa wkoll bħala: Al Sharara, Al-shahara oil service company, Sharara Oil Service Company, Sharara, Al-Sharara al-Dhahabiya Oil Service Company)

Al-Saqa District, Beside al-Saqa Mosque, Tripli, Libja

Tel: +218 21362 2163

Fax: +218 21362 2161

Entità li taġixxi f'isem jew taħt id-direzzjoni tar-Reġim ta' Qadhafi.

10.8.2011

2.

Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' Ċentri Amministrattivi (ODAC)

www.odac-libya.com

Entità li taġixxi f'isem jew taħt id-direzzjoni tar-Reġim ta' Qadhafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim. ODAC iffaċilitat eluf ta' proġetti infrastrutturali ffinanzjati mill-gvern.

10.8.2011