ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.203.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 203

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
6 ta' Awwissu 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Ftehim dwar Miżuri tal-Istat tal-Port li Jimpedixxu, Jiskoraġġixxu u Jeliminaw is-Sajd Illegali, Mhux Rappurtat u Mhux Regolat

1

 

 

2011/492/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2011 dwar il-konklużjoni tal-proċedura ta’ konsultazzjoni mar-Repubblika tal-Ginea Bissaw skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

2

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 783/2011 tal-5 ta’ Awwissu 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 724/2010 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ għeluq f’ħin reali ta’ ċertu sajd fil-Baħar tat-Tramuntana u fi Skagerrak

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 784/2011 tal-5 ta’ Awwissu 2011 dwar il-ħlasijiet bil-quddiem li għandhom isiru mis-16 ta’ Ottubru 2011 tal-pagamenti diretti elenkati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall bdiewa

9

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 785/2011 tal-5 ta’ Awwissu 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-erja massima garantita li għaliha jista’ jingħata l-primjum għall-uċuħ tal-proteina

10

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 786/2011 tal-5 ta’ Awwissu 2011 li japprova s-sustanza attiva 1-naftilaċetammid, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/941/KE ( 1 )

11

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 787/2011 tal-5 ta’ Awwissu 2011 li japprova s-sustanza attiva aċidu 1-naftilaċetiku, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/941/KE ( 1 )

16

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2011 tal-5 ta’ Awwissu 2011 li japprova s-sustanza attiva fluważifop-P, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE ( 1 )

21

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 789/2011 tal-5 ta’ Awwissu 2011 li jiftaħ il-proċedura għall-allokazzjoni tal-liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2012 skont ċerti kwoti tal-GATT

26

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 790/2011 tal-5 ta’ Awwissu 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

30

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/493/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Awwissu 2011 li tapprova l-pjan għall-qerda tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument numru C(2011) 5625)

32

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/210/PESK tal-1 ta’ April 2011 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea sabiex tappoġġa operazzjonijiet ta’ assistenza umanitarja bħala risposta għas-sitwazzjoni ta' kriżi fil-Libja (EUFOR Libya) ( ĠU L 89, 5.4.2011 )

36

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/1


Ftehim dwar Miżuri tal-Istat tal-Port li Jimpedixxu, Jiskoraġġixxu u Jeliminaw is-Sajd Illegali, Mhux Rappurtat u Mhux Regolat

Wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2011  (1) li japprova l-Ftehim imsemmi, fis-7 ta' Lulju 2011 l-Unjoni Ewropea ddepożitat l-istrument ta' approvazzjoni tagħha mad-Direttur Ġenerali tal-FAO.


(1)   ĠU L 191, 22.7.2011, p. 1.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Lulju 2011

dwar il-konklużjoni tal-proċedura ta’ konsultazzjoni mar-Repubblika tal-Ginea Bissaw skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

(2011/492/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1) u rivedut f’Ouagadougou, Burkina Faso, fit-22 ta’ Ġunju 2010 (2) (minn issa “il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE”), u partikolarment l-Artikolu 96 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-ftehim intern dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu u l-proċeduri li għandhom ikunu segwiti għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija tal-AKP-KE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Bi ftehim mar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

L-elementi essenzjali tal-Ftehim ta’ Sħubija tal-AKP-KE, imsemmija fl-Artikolu 9 tiegħu kienu miksura.

(2)

Skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija tal-AKP-KE, kien hemm konsultazzjonijiet fid-29 ta’ Marzu 2011 mar-Repubblika tal-Ginea Bissaw, fil-preżenza ta’ rappreżentanti tal-grupp tal-Istati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku, li jinkludu l-Unjoni Afrikana, l-ECOWAS (Il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent) u s-CPLP (Il-Komunità tal-Pajjiżi tal-Lingwa Portugiża), li fihom ir-rappreżentanti tal-gvern tal-Ginea Bissaw ippreżentaw proposti ta’ impenn sodisfaċenti.

(3)

Għaldaqstant il-konsultazzjonijiet li nbdew abbażi tal-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija tal-AKP-KE għandhom jitwaqqfu u għandhom jiġu adottati miżuri xierqa biex jiġu eżegwiti dawn l-impenji,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konsultazzjonijiet li nbdew mar-Repubblika tal-Ginea Bissaw skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija tal-AKP-KE huma b’dan konklużi.

Artikolu 2

Il-miżuri stabbiliti fl-ittra li tinsab fl-Anness huma adottati bħala miżuri xierqa skont l-Artikolu 96(2)(c) tal-Ftehim ta’ Sħubija tal-AKP-KE.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija tiskadi fid-19 ta’ Lulju 2012.

Hi ser terġa’ tkun eżaminata mill-ġdid b’mod regolari minn tal-anqas kull 6 xhur, preferibbilment fuq il-bażi tal-missjonijiet ta’ sorveljanza tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, bl-assoċjazzjoni tal-Kummissjoni

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)   ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)   ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.

(3)   ĠU L 317, 15.12.2000, p. 376.


ANNESS

ABBOZZ TA’ ITTRA

Eċċellenza,

Onorevoli Prim Ministru,

L-Unjoni Ewropea tqis li l-ammutinament tal-1 ta’ April 2010 u l-ħatra sussegwenti tal-instigaturi ewlenin tagħha għal pożizzjonijiet għolja fil-ġerarkija militari huma vjolazzjoni partikolarment gravi u evidenti tal-elementi essenzjali msemmija fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (minn issa “il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE”). Hija esprimiet bosta drabi t-tħassib tagħha fir-rigward tan-nuqqas ta’ rispett għas-supremazija tad-dritt ċivili u tal-prinċipji ta’ governanza demokratika tajba fil-Ginea Bissaw.

B’hekk, skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, impenjat ruħha fi djalogu politiku mal-gvern sabiex tiġi eżaminata s-sitwazzjoni u s-soluzzjonijiet possibbli. Wara li aċċetta l-Gvern tal-Ginea Bissaw, il-konsultazzjonijiet bdew fid-29 ta’ Marzu 2011 fi Brussell.

Matul il-laqgħa, il-parteċipanti ddiskutew dwar il-miżuri neċessarji biex tiġi żgurata is-supremazija tal-awtorità ċivili, it-titjib tal-governanza demokratika, il-garanzija tar-rispett tal-ordni kostituzzjonali u l-Istat tad-Dritt kif ukoll għall-ġlieda kontra l-impunità u l-kriminalità organizzata. Matul it-tħejjija tal-konsultazzjonijiet, il-parti tal-Ginea Bissaw kienet ippreżentat memorandum li jinkludi proposti għar-rimedju tal-preokkupazzjonijiet espressi fl-ittra ta’ stedina tal-Unjoni Ewropea.

L-Unjoni Ewropea ħadet nota tal-impenji tal-parti tal-Ginea Bissaw matul il-konsultazzjonijiet, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda:

it-twettiq u l-konklużjoni, b’mod kompletament indipendenti u f’kundizzjonijiet materjali u ta’ sigurtà xierqa, ta’ inkjesti u proċeduri ġudizzjarji rigward l-qtil li saru f’Marzu u Ġunju 2009;

l-implimentazzjoni effettiva tar-riforma tas-settur tas-sigurtà, abbażi tal-istrateġija approvata mill-Parlament nazzjonali u mill-pakkett leġiżlattiv imħejji bl-appoġġ tal-missjoni PSDK tal-Unjoni Ewropea;

it-tiġdid tal-ġerarkija militari, biex tiġi żgurata l-ħatra għall-karigi għolja ta’ kmand ta’ persuni mhux involuti f’imġiba antikostituzzjonali, illegali jew f’atti ta’ vjolenza, skont il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-pjan ta’ riforma tal-ECOWAS għas-settur tas-sigurtà;

l-approvazzjoni u l-iffaċilitar ta’ missjoni ta’ esperti bħala appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà u l-protezzjoni ta’ personalitajiet politiċi, li għandha ssir bl-għajnuna tal-ECOWAS, tas-CPLP u/jew imsieħba oħra;

it-tħejjija, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet operazzjonali nazzjonali għall-implimentazzjoni tar-riforma tas-settur tas-sigurtà u għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi;

it-titjib tal-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja tal-impjegati ċivili u militari kif ukoll miżuri għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.

Permezz tal-konklużjonijiet wara l-konsultazzjonijiet, l-Unjoni Ewropea stiednet lir-rappreżentanti tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw biex iniedu minnufih l-inkjesti u l-proċeduri ġudizzjarji relatati mal-avvenimenti tal-1 ta’ April 2010, sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-impunità, u biex jiġi propost kalendarju iktar dettaljat għall-implimentazzjoni tal-impenji, skont l-iskadenzi stabbiliti fil-pjan tal-ECOWAS.

L-Unjoni stmat li l-impenji meħuda mill-parti tal-Ginea Bissaw kienu ġeneralment inkoraġġanti. Għalhekk, iddeċidiet li tagħlaq il-konsultazzjonijiet u li tapprova miżuri xierqa skont l-Artikolu 96(2)(c) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE.

It-tkomplija progressiva tal-kooperazzjoni sabiex ikun hemm ritorn għar-rispett tal-elementi essenzjali tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, għandha jssegwi dawn il-fażijiet, skont l-Anness I hawn mehmuż (skeda tal-impenji);

1.

Bħalissa, l-Unjoni Ewropea se tkompli tiffinanzja kuntratti għaddejjin u azzjonijiet ta’ natura umanitarja, ta’ urġenza, ta’ appoġġ dirett għall-poplu, relatati mal-ġlieda kontra l-kriminalità transnazzjonali u ta’ appoġġ għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija. Il-Ginea Bissaw hija eliġibbli għall-iniżjattiva MDG tal-FEŻ. L-għoti ta’ finanzjamenti għall-proġetti reġjonali li jkopru l-Ginea Bissaw u fuq faċilitajiet oħra tal-FEŻ (ilma, enerġija eċċ) kif ukoll it-tnedija ta’ attivitajiet ta’ tħejjija għall-implimentazzjoni ta’ proġetti futuri, u inkluż il-preparazzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet futuri mill-Bank Ewropew għall-Investiment se jkunu eżaminati każ b’każ.

2.

Is-sospensjoni tal-proġetti u programmi tas-settur fokali “Prevenzjoni ta’ kunflitti” (ħlief il-PROJUST, il-PARACEM u l-iżbursar tal-kontribuzzjoni għall-Fond ta’ pensjonijiet RSS tal-programm PARSS), tas-settur fokali “Ilma u enerġija” (Il-Proġett għall-elettriku tal-Bissau) u minbarra s-setturi fokali (Il-Proġett ta’ appoġġ għall-ġestjoni sostenibbli tat-trasport bit-toroq u l-Programm ta’ appoġġ għas-settur privat) se tieqaf meta:

(i)

jiġi ppreżentat kalendarju dettaljat għall-implimentazzjoni tal-impenji fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà, skont il-pjan tal-ECOWAS,

(ii)

il-finalizzazzjoni, l-adozzjoni, il-promulgazzjoni u l-pubblikazzjoni tal-leġiżlazzjoni qafas tar-riforma tas-settur tas-sigurtà, imħejjija bl-għajnuna tal-missjoni PSDK tal-UE (UE RSS),

(iii)

l-approvazzjoni u l-iffaċilitar ta’ missjoni ta’ esperti bħala appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà u l-protezzjoni ta’ personalitajiet politiċi, li għandha ssir bl-għajnuna tal-ECOWAS, tas-CPLP u/jew imsieħba oħra kif ukoll

(iv)

it-tħejjija, l-adozzjoni u l-bidu ta’ implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet operazzjonali nazzjonali ta’ riforma tas-settur tas-sigurtà kif ukoll il-ġlieda kontra d-drogi u l-ħasil tal-flus.

3.

L-iżburżar tal-ewwel kontribut tal-FEŻ għall-Fond tal-pensjonijiet biex ikunu jistgħu jirtiraw l-impjegati anzjani żejda tas-settur tas-sigurtà (il-Programm PARSS, id-9 FEŻ), suġġett għall-allokazzjoni effettiva tiegħu mill-Gvern u mill-ECOWAS:

(i)

it-twettiq u l-konklużjoni, b’mod kompletament indipendenti u f’kundizzjonijiet materjali u ta’ sigurtà xierqa, ta’ inkjesti u proċeduri ġudizzjarji rigward l-qtil li saru f’ Marzu u Ġunju 2009; u

(ii)

it-titjib tal-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja tal-impjegati pubbliċi, ċivili u militari tal-Ginea Bissaw.

4.

L-Unjoni Ewropea se tqis ir-ritorn għall-Appoġġ Baġitarju tagħha, it-tnedija mill-ġdid tal-programm il-ġdid ta’ appoġġ għas-settur tal-ġustizzja (PROJUST, is-settur fokali “Prevenzjoni ta’ kunflitti”) u t-tħejjija ta’ programm ġdid ta’ appoġġ għar-riformi ċivili u militari (PARACEM, settur fokali “Prevenzjoni ta’ kunflitti”), wara:

(i)

li tkompli l-implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet operazzjonali nazzjonali ta’ riforma tas-settur tas-sigurtà kif ukoll il-ġlieda kontra d-drogi u l-ħasil tal-flus,

(ii)

li jibdew l-inkjesti u l-proċeduri ġudizzjarji dwar l-avvenimenti li seħħew fl-1 ta’ April 2010 kif ukoll

(iii)

it-tiġdid tal-ġerarkija militari, billi tiġi żgurata l-ħatra għall-karigi għolja ta’ kmand tal-Forzi Armati ta’ persuni mhux involuti f’imġiba antikostituzzjonali, illegali jew f’atti ta’ vjolenza, skont il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-pjan ta’ riforma tal-ECOWAS għas-settur tas-sigurtà.

L-Unjoni Ewropea tirriserva d-dritt li temenda dawn il-miżuri skont il-progress fis-sitwazzjoni politika u l-implimentazzjoni tal-impenji.

Fil-qafas tal-proċedura skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, l-Unjoni Ewropea se tibqa’ tissorvelja mill-viċin is-sitwazzjoni fil-Ginea Bissaw waqt perjodu ta’ 12-il xahar. Matul dan il-perjodu, se jinżamm djalogu msaħħaħ fil-qafas tal-Artikolu 8 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE sabiex jassisti fil-proċess ta’ ritorn għar-rispett tal-elementi essenzjali tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE. Se jsiru verifiki regolari tas-sitwazzjoni mill-Unjoni Ewropea; l-ewwel missjoni ta’ sorveljanza se sseħħ fi żmien li m’għandux jaqbeż sitt xhur.

Fil-qafas tal-Artikolu 8 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, iż-żewġ partijiet jimpenjaw ruħhom li jkomplu djalogu politiku regolari dwar ir-riformi fil-qasam tal-governanza politika, ġudizzjarja u ekonomika, billi jagħtu attenzjoni partikolari għar-riforma tas-settur tas-sigurtà, il-ġlieda kontra l-impunità u għall-fenomenu tal-kriminalità organizzata, b’mod partikolari t-traffikar tad-drogi.

Dejjem tiegħek,

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON

Għall-Kummissjoni

Kummissarju

A. PIEBALGS

L-ANNESS I: SKEDA TAL-IMPENJI

Impenji tal-imsieħba:

Impenji tal-parti Ginea Bissaw

Impenji tal-Unjoni Ewropea

IL-QAGĦDA PREŻENTI

Ikompli l-finanzjament tal-kuntratti għaddejjin u azzjonijiet ta’ natura umanitarja, ta’ urġenza, ta’ appoġġ dirett għall-poplu, relatati mal-ġlieda kontra l-kriminalità transnazzjonali u ta’ appoġġ għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija. Twaqqif tal-programmi u azzjonijiet soġġetti għal miżuri xierqa. Pajjiż eliġibbli għall-inizjattiva MDG. L-għoti ta’ finanzjamenti għall-proġetti reġjonali li jkopru l-Ginea Bissaw u fuq faċilitajiet oħra tal-FEŻ (ilma, enerġija eċċ) kif ukoll it-tnedija ta’ attivitajiet ta’ tħejjija għall-implimentazzjoni ta’ proġetti futuri, u inkluż il-preparazzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet futuri mill-Bank Ewropew għall-Investiment se jkunu eżaminati każ b’każ mis-servizzi kompetenti tal-Unjoni Ewropea.

Eżekuzzjoni tal-impenji li ġejjin:

Preżentazzjoni ta’ kalendarju dettaljat għall-implimentazzjoni tal-impenji fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà, skont il-pjan direzzjonali tal-ECOWAS

Finalizzazzjoni, adozzjoni, promulgazzjoni u pubblikazzjoni tal-leġiżlazzjoni qafas (1) tar-riforma tas-settur tas-sigurtà, imħejjija bl-għajnuna tal-missjoni PSDK tal-UE

Approvazzjoni u ffaċilitar ta’ missjoni ta’ esperti bħala appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà u l-protezzjoni ta’ personalitajiet politiċi, li għandha ssir bl-għajnuna tal-ECOWAS, tas-CPLP u/jew imsieħba oħra

Tħejjija, adozzjoni u bidu ta’ implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet operazzjonali nazzjonali ta’ riforma tas-settur tas-sigurtà kif ukoll il-ġlieda kontra d-drogi u l-ħasil tal-flus

Jerġgħu jibdew il-proġetti u l-programmi:

tas-settur fokali “Prevenzjoni ta’ Kunflitti” (ħlief PROJUST, tal-PARACEM u tal-iżbursar tal-kontribuzzjoni għall-Fond ta’ Pensjonijiet RSS tal-PARSS)

tas-settur fokali “Ilma u enerġija” (Proġett ta’ elettriku tal-Bissau)

minbarra setturi fokali (Proġett ta’ appoġġ għall-ġestjoni sostenibbli tat-trasport bit-triq u l-Programm ta’ Appoġġ għas-Settur Privat)

(ammont attwali ta’ referenza finanzjarja: EUR 23,2 miljun)

Eżekuzzjoni tal-impenji li ġejjin:

Twettiq u konklużjoni, b’mod kompletament indipendenti u f’kundizzjonijiet materjali u ta’ sigurtà xierqa, ta’ inkjesti u proċeduri ġudizzjarji rigward l-qtil li saru f’ Marzu u Ġunju 2009

Titjib tal-ġestjoni amminsitrattiva u finanzjarja tal-impjegati pubbliċi, ċivili u militari tal-Ginea Bissaw

Żbursar tal-kontribuzzjoni għall-Fond għall-Pensjonijiet sabiex l-impjegati anzjani żejda jkunu jistgħu jirtiraw skont il-Programm ta’ Appoġġ għar-riforma tas-Settur tas-Sigurtà - PARSS (is-settur fokali “Prevenzjoni tal-Kunflitt”), suġġett għall-allokazzjoni effettiva mill-Gvern u mill-ECOWAS

(ammont attwali ta’ referenza finanzjarja: EUR 3 miljuni)

Eżekuzzjoni tal-impenji li ġejjin:

Implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet operazzjonali nazzjonali ta’ riforma tas-settur tas-sigurtà kif ukoll il-ġlieda kontra d-drogi u l-ħasil tal-flus

Bidu tal-inkjesti u l-proċeduri ġudizzjarji dwar l-avvenimenti li seħħew fl-1 ta’ April 2010

Tiġdid tal-ġerarkija militari għolja, billi tiġi żgurata l-ħatra għall-karigi għolja ta’ kmand tal-Forzi Armati ta’ persuni mhux involuti f’imġiba antikostituzzjonali, illegali jew f’atti ta’ vjolenza, skont il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-pjan ta’ riforma tal-ECOWAS għas-settur tas-sigurtà

Ikomplu l-programmi:

ta’ appoġġ għas-settur tal-ġustizzja - PROJUST (settur fokali “Prevenzjoni ta’ Kunflitti”)

ta’ appoġġ għar-riforma tal-amministrazzjoni ċivili u militari - PARACEM (settur fokali “Prevenzjoni ta’ Kunflitti”)

ta’ Appoġġ Baġitarju

(ammont attwali ta’ referenza finanzjarja: EUR 46 miljun)


(1)  Il-Leġiżlazzjoni qafas tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (lista indikativa): Il-Kunċett Strateġiku tad-Difiża Nazzjonali, il-Liġi Organika tad-Difiża Nazzjonali, il-Liġi Organika Bażika tal-Organizzazzjoni tal-Forzi Armati, il-Liġi Organika tal-Kmandant tal-Forzi Armati, il-Liġi Organika tal-Armata tal-Art, il-Liġi Organika tal-Marina, il-Liġi Organika tal-Forzi tal-Ajru, il-Liġi Organika tal-Ministeru tad-Difiża Nazzjonali, il-Liġi tal-Kundizzjoni Militari (reviżjoni tal-Liġi Nru 3/99), Il-Liġi tas-Servizz Militari (reviżjoni tal-Liġi Nru 4/99), il-Liġi Organika tal-Ministeru tal-Intern.


REGOLAMENTI

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 783/2011

tal-5 ta’ Awwissu 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 724/2010 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ għeluq f’ħin reali ta’ ċertu sajd fil-Baħar tat-Tramuntana u fi Skagerrak

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 51(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 724/2010 (2) jipprovdi għal livell ta’ attivazzjoni tal-qabdiet ta’ 15 % bħala piż ta’ bakkaljaw, haddock, pollakkju (saithe) u merlangu li għadu qed jikber jew, jekk il-kwantità tal-bakkaljaw fil-kampjun taqbeż il-75 % meta mqabbla mat-total tal-erba’ speċijiet f’refgħa, għal livell ta’ attivazzjoni tal-qabdiet ta’ 10 % bħala piż ta’ ħut li għadu qed jikber ta’ dawk l-ispeċijiet.

(2)

Skont l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 724/2010 għandu jittieħed kampjun meta huwa stmat li f’refgħa waħda hemm tal-inqas 300 kg ta’ bakkaljaw, haddock, pollakkju (saithe) u merlangu.

(3)

Kif ġie ddikjarat fil-Konsultazzjonijiet dwar is-Sajd għall-2011 li saru fl-4 ta’ Diċembru 2010 bejn l-Unjoni u n-Norveġja, jixraq li l-Unjoni temenda l-parametri ewlenin tas-sistema għall-għeluq fil-ħin reali fil-Baħar tat-Tramuntana u fi Skagerrak, jiġifieri l-livell ta’ attivazzjoni tal-qabdiet u l-kwantità minima stmata tal-ħut konċernat f’refgħa waħda, sabiex is-sistema ssir aktar effettiva.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 724/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-Kumitat tas-Sajd u l-Akkwakultura ma ressaqx opinjoni dwar il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 724/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Livell ta’ attivazzjoni tal-qabdiet

1.   Il-livell tal-qabdiet li jitlob attivazzjoni għall-għeluq fil-ħin reali tas-sajd, kif imsemmi fl-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, għandu jkun 10 % bħala piż ta’ ħut li għadu qed jikber meta mqabbel mat-total tal-erba’ speċijiet imsemmija fl-Artikolu 2, f’refgħa.

2.   Madankollu, jekk il-kwantità tal-bakkaljaw fil-kampjun taqbeż il-75 % meta mqabbla mat-total tal-erba’ speċijiet f’refgħa, il-livell ta’ attivazzjoni tal-qabdiet għandu jkun 7,5 % bħala piż ta’ ħut li għadu qed jikber meta mqabbel mat-total tal-erba’ speċijiet f’refgħa.”

(2)

Fl-Anness I, il-punt 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.

Għandu jittieħed kampjun meta huwa stmat li hemm tal-inqas 200 kg ta’ kwalunkwe taħlit flimkien ta’ bakkaljaw, haddock, pollakkju (saithe) jew merlangu f’refgħa waħda.

(a)

Id-daqs minimu tal-kampjun għandu jkun 200 kg ta’ kwalunkwe taħlit flimkien ta’ bakkaljaw, haddock, pollakkju (saithe) jew merlangu.

(b)

Il-kampjun irid jittieħed b’tali mod li jirrifletti l-kompożizzjoni tal-qabda fir-rigward tal-erba’ speċijiet.

(c)

Meta hu xieraq minħabba d-daqs tal-qabda, il-kampjun għandu jittieħed fil-bidu, fin-nofs u fi tmiem il-qabda.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 213, 13.8.2010, p. 1.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 784/2011

tal-5 ta’ Awwissu 2011

dwar il-ħlasijiet bil-quddiem li għandhom isiru mis-16 ta’ Ottubru 2011 tal-pagamenti diretti elenkati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall bdiewa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 29(4)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprovdi li pagamenti skont skemi ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I għal dak ir-Regolament għandhom isiru matul il-perjodu mill-1 ta’ Diċembru sat-30 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja ta’ wara. Madankollu, l-Artikolu 29(4)(a) ta’ dak ir-Regolament jippermetti lill-Kummissjoni tipprovdi għall-pagamenti bil-quddiem.

(2)

Fl-2011, fl-Ewropa it-temp xejn ma kien favorevoli, b'xitwa qalila u b'rebbiegħa li ġiet tard segwita b'nixfa esaġerata u temperaturi għoljin li kkawżaw ħsarat serji lill-produzzjoni tal-uċuh tar-raba’ u tal-għalf. Minħabba dan kollu, il-bdiewa kellhom iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet finanzjarji enormi, b'mod partikolari l-produtturi tal-baqar. Dawn id-diffikultajiet ikomplu jiżdiedu bl-effetti tal-kriżi finanzjarja kontinwa li kienet il-kawża li wasslet biex diversi bdiewa kellhom jiffaċċjaw problemi serji ta’ likwidità. Din is-sitwazzjoni diġà diffiċli kompliet teħżien bl-effetti fuq is-swieq minħabba t-tixrid tal-batterji E.coli li wassal għal waqgħa drammatika fid-domanda u fil-prezzijiet tal-ħxejjex u l-frott. Sabiex jgħinu lill-bdiewa jtaffu dawn id-diffikultajiet, ikun xieraq li dawn jkunu jistgħu jirċievu pagamenti bil-quddiem sa 50 % tal-iskemi ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Fir-rigward tal-pagamenti taċ-ċanga u l-vitella pprovduti fit-Taqsima 11 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati wkoll biex iżidu l-ħlas tal-pagamenti bil-quddiem kif imsemmija fl-Artikolu 82 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1121/2009 (2), biex jiżdiedu sa 80 % tal-ħlas.

(3)

Sabiex ikun żgurat li l-pagamenti bil-quddiem jingħaddu mas-sena tal-baġit 2012, dawn għandhom isiru mis-16 ta’ Ottubru 2011. Il-verifika meħtieġa dwar il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà skont l-Artikolu 29(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandha ssir xorta waħda qabel il-ħlas tal-pagamenti bil-quddiem, fl-interess ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Ottubru 2011, l-Istati Membri jistgħu jħallsu pagamenti bil-quddiem lill-bdiewa sa 50 % tal-pagamenti diretti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-applikazzjonijiet li saru fl-2011 sakemm tkun tlestiet il-verifika dwar il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Fir-rigward tal-pagament taċ-ċanga u l-vitella pprovdut fit-Taqsima 11 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati membri għandhom jiġu awtorizzati biex iżidu sa 80 % l-ammont imsemmi fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(2)   ĠU L 316, 2.12.2009, p. 27.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 785/2011

tal-5 ta’ Awwissu 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-erja massima garantita li għaliha jista’ jingħata l-primjum għall-uċuħ tal-proteina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 81(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 81(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 jistabbilixxi l-erja massima garantita li għaliha jista’ jingħata l-primjum għall-uċuħ tal-proteina.

(2)

L-Artikolu 81(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 jipprovdi li fejn, skont l-Artikolu 67, Stat Membru jiddeċiedi li jintegra l-primjum għall-uċuħ tal-proteina fi skema ta’ pagament uniku, il-Kummissjoni, għandha tnaqqas l-erja massima garantita msemmija fl-Artikolu 81(1) bi proporzjon mal-erja li tikkorrispondi mal-ammont ta’ uċuħ tal-proteina attribwit għal dak l-Istat Membru fl-Anness XII.

(3)

Id-Danimarka, il-Greċja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit, għajr l-Ingilterra, ddeċidew li jintegraw il-primjum għall-uċuħ tal-proteina fl-iskema ta’ pagament uniku.

(4)

L-Artikolu 81(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 81(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Erja massima garantita ta’ 1 505 056 ettaru li għaliha jista’ jingħata l-primjum għall-uċuħ tal-proteina hija b’dan stabbilita.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 786/2011

tal-5 ta’ Awwissu 2011

li japprova s-sustanza attiva 1-naftilaċetammid, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/941/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) għandha tapplika għal sustanzi attivi li għalihom tkun ġiet ivverifikata l-kompletezza skont l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 (3), fir-rigward tal-proċedura u l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni. Il-1-Naftilaċetammid hija sustanza attiva li għaliha ġiet ivverifikata l-kompletezza skont dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1112/2002 (4) u (KE) Nru 2229/2004 (5) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-raba’ stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista kienet tinkludi l-1-naftilaċetammid.

(3)

In-notifikant irtira s-sostenn tiegħu għall-inklużjoni ta’ dik is-sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(2) ta' dak ir-Regolament, skont l-Artikolu 24e tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004. B'konsegwenza ta' dan, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/941/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (6) kienet addottata għan-noninklużjoni tal-1-naftilaċetammid.

(4)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, in-notifikatur oriġinali (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "l-applikant") ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċelerata, kif previst fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha.

(5)

L-applikazzjoni tressqet lil Franza, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/941/KE. Dik l-applikazzjoni tikkonforma wkoll mal-bqija tar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(6)

Franza vvalutat id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikant u ppreparat rapport addizzjonali. Hija kkomunikat dak ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Awtorità") u lill-Kummissjoni fit-12 ta' Marzu 2010. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u għaddiet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjonijiet tagħha dwar il-1-naftilaċetammid lill-Kummissjoni fil-15 ta' Frar 2011 (7). L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u ġew iffinalizzati fis-17 ta' Ġunju 2011 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għall-1-naftilaċetammid.

(7)

Minn eżamijiet varji li saru, deher li jista' jkun mistennni li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-1-naftilaċetammid jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li għalihom ġew eżaminati u spjegati fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li l-1-naftilaċetammid tiġi approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(8)

Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali huwa, madankollu, neċessarju li jiġu inklużi ċerti kondizzjonijiet u restrizzjonijiet.

(9)

Mingħajr ħsara għall-konklużjoni li l-1-naftilaċetammid għandha tiġi approvata huwa partikolarment xieraq li jintalab iktar tagħrif konfermatorju.

(10)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel l-approvazzjoni, sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jingħataw żmien biżżejjed biex iħejju rwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni.

(11)

Mingħajr ħsara għall-obbligi definiti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni, u b'kunsiderazzjoni għas-sitwazzjoni speċifika maħluqa mit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 dan li ġej għandu, madankollu, japplika. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-approvazzjoni sabiex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkollhom il-1-naftilaċetammid. L-Istati Membri għandhom, skont kif ikun xieraq, ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti. Permezz ta' deroga mill-iskadenza ta' hawn fuq, għandu jiġi previst perjodu itwal biex jitressaq u jiġi vvalutat l-aġġornament tad-dossier sħiħ tal-Anness III, kif inhu stabbilit fid-Direttiva 91/414/KEE, għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi.

(12)

L-esperjenza miksuba mill-inklużjonijiet fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (8), uriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-obbligi tad-detenturi ta' awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li l-obbligi tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment l-obbligu li jkun verifikat li d-detentur ta' awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma' dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati s'issa li jemendaw l-Anness I ma' dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi.

(13)

L-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta' sustanzi attivi approvati (9), għandu jiġi emendat kif xieraq f'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(14)

Id-Deċiżjoni 2008/941/KE tipprevedi n-noninklużjoni tal-1-naftilaċetammid u l-irtirar tal-awtorizazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjonijiet tal-pjanti li jkun fihom dik is-sustanza sal-31 ta' Diċembru 2011. Jeħtieġ li titħassar il-linja dwar il-1-naftilaċetammid fl-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni. Huwa għalhekk xieraq li konsegwentement tiġi emendata d-Deċiżjoni 2008/941/KE.

(15)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta' sustanza attiva

Is-sustanza attiva 1-naftilaċetammid, kif inhu speċifikat fl-Anness I, hija approvata suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009/KEE, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-1-naftilaċetammid bħala sustanza attiva sat-30 ta' Ġunju 2012.

Sa dik id-data huma għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li l-kondizzjonijiet fl-Anness I ma' dan ir-Regolament ikunu ntlaħqu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-kolonna li tikkonċerna d-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu, jew ikollu aċċess għal, dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II mad-Direttiva 91/414/KEE, skont il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 13 (1) sa (4) ta' dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-1-naftilaċetammid bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li kollha ġew elenkati fl-Anness mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011/KEE li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tas-sustanzi approvati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif inhu stipulat fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta' dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u b'kunsiderazzjoni tal-Parti B tal-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ma' dan ir-Regolament. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009/KEE. Wara li jistabbilixxu dan l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' prodott li jkun fih il-1-naftilaċetammid bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih il-1-naftilaċetammid bħala waħda minn diversi sustanzi attivi, fejn meħtieġ, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015 jew sad-data ffissata, għal tali emenda jew irtirar fl-att jew l-atti rispettivi li bis-saħħa tagħhom is-sustanza jew is-sustanzi attivi rilevanti jkunu ġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew ġew approvati, skont liema wieħed ikun l-iktar reċenti.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Emendi għad-Deċiżjoni 2008/941/KE

Il-linja dwar il-1-naftilaċetammid fl-Anness mad-Deċiżjoni 2008/941/KE għandha titħassar.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(3)   ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(4)   ĠU L 168, 27.6.2002, p. 14.

(5)   ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.

(6)   ĠU L 335, 13.12.2008, p. 91.

(7)   L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance 1-naphthylacetic acid. EFSA Journal 2011;9(2):2019. [54 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2011.2019. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu

(8)   ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.

(9)   ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

1-naftilaċetammid

Nru CAS

86-86-2

Nru CIPAC 282

2-(1-naftil)aċetammid

≥ 980 g/kg

l-1 ta’ Jannar 2012

il-31 ta’ Diċembru 2021

PARTI A

L-użi bħala regolatur tal-iżvilupp tal-pjanti biss jistgħu jiġu awtorizzati

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-1-naftilaċetammid u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-17 ta' Ġunju 2011.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri:

(a)

għandhom jagħtu kas partikolari tar-riskju għall-operaturi u l-ħaddiema u jiżguraw li l-kundizzjonijiet għall-użu jinkludu l-applikazzjoni ta' tagħmir protettiv personali adegwat fejn xieraq;

(b)

għandhom jagħtu kas partikolari għall-ħarsien tal-ilma ta' taħt l-art meta s-sustanza attiva tkun applikata f'reġjuni b'kondizzjonijiet klimatiċi u/jew ħamrija vulnerabbli;

(ċ)

għandhom jagħtu kas partikolari tar-riskju għall-organiżmi akkwatiċi;

(d)

għandhom jagħtu kas partikolari tar-riskju għall-pjanti mhux fil-mira;

(e)

għandhom jagħtu kas partikolari tar-riskju għall-għasafar.

Il-kondizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju, fejn xieraq.

L-applikant għandu jissottometti tagħrif konfermatorju fir-rigward ta':

(1)

ir-riskju għall-pjanti mhux fil-mira;

(2)

ir-riskju fit-tul għall-għasafar.

L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità informazzjoni bħal din sal-31 ta' Diċembru 2013.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, għandha tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (*1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“12

1-naftilaċetammid

Nru CAS

86-86-2

Nru CIPAC 282

2-(1-naftil)aċetammid

≥ 980 g/kg

l-1 ta’ Jannar 2012

il-31 ta’ Diċembru 2021

PARTI A

L-użi bħala regolatur tal-iżvilupp tal-pjanti biss jistgħu jiġu awtorizzati

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-1-naftilaċetammid u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-17 ta' Ġunju 2011.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri:

(a)

għandhom jagħtu kas partikolari tar-riskju għall-operaturi u l-ħaddiema u jiżguraw li l-kundizzjonijiet għall-użu jinkludu l-applikazzjoni ta' tagħmir protettiv personali adegwat fejn xieraq;

(b)

għandhom jagħtu kas partikolari għall-ħarsien tal-ilma ta' taħt l-art meta s-sustanza attiva tkun applikata f'reġjuni b'kondizzjonijiet klimatiċi u/jew ħamrija vulnerabbli;

(c)

għandhom jagħtu kas partikolari tar-riskju għall-organiżmi akkwatiċi;

(d)

għandhom jagħtu kas partikolari tar-riskju għall-pjanti mhux fil-mira;

(e)

għandhom jagħtu kas partikolari tar-riskju għall-għasafar.

Il-kondizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju, fejn xieraq.

L-applikant għandu jissottometti tagħrif konfermatorju fir-rigward ta':

(1)

ir-riskju għall-pjanti mhux fil-mira;

(2)

ir-riskju fit-tul għall-għasafar.

L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità informazzjoni bħal din sal-31 ta' Diċembru 2013.”


(*1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 787/2011

tal-5 ta’ Awwissu 2011

li japprova s-sustanza attiva “aċidu 1-naftilaċetiku”, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/941/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) għandha tapplika għas-sustanzi attivi li l-kompletezza tagħhom tkun ġiet stabbilita skont l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 (3), fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni. L-aċidu 1-naftilaċetiku, li qabel kien jismu “aċidu naftilaċetiku”, huwa sustanza attiva li għaliha ġiet stabbilita l-kompletezza skont dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1112/2002 (4) u (KE) Nru 2229/2004 (5) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li jridu jiġu vvalutati bil-ħsieb li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi s-sustanza “aċidu 1-naftilaċetiku”.

(3)

Skont l-Artikolu 24e tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004, in-notifikatur irtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta’ dik is-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(2) ta’ dak ir-Regolament. B'riżultat ta’ dan, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/941/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (6) ġiet applikata rigward in-noninklużjoni tal-aċidu 1-naftilaċetiku.

(4)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, in-notifikatur oriġinali (minn hawn 'il quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata kif prevista fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha.

(5)

L-applikazzjoni ntbagħtet lil Franza, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/941/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mar-rekwiżiti proċedurali u sostantivi li jifdal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(6)

Franza vvalutat id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikant u ħejjiet rapport addizzjonali. Hija bagħtet dak ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-12 ta’ Marzu 2010. L-Awtorità bagħtet ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u għaddiet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. F'konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar l-aċidu 1-naftilaċetiku lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Frar 2011 (7). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew irreveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzati fis-17 ta’ Ġunju 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-aċidu 1-naftilaċetiku.

(7)

Deher mill-eżamijiet varji li saru illi l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-aċidu 1-naftilaċetiku jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari rigward l-użi li ġew eżaminati u dettaljati fir-rapport tar-reviżjoni tal-Kummissjoni. Jixraq għalhekk li l-aċidu 1-naftilaċetiku jiġi approvat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(8)

Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jinħtieġ, madankollu, li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet.

(9)

Bla ħsara għall-konklużjoni li l-aċidu 1-naftilaċetiku għandu jiġi approvat, jixraq b'mod partikolari li tintalab aktar informazzjoni ta’ konferma.

(10)

Għandu jingħata perjodu raġonevoli qabel l-approvazzjoni sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jħejju lilhom infushom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni.

(11)

Bla ħsara għall-obbligi definiti mir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 b'konsegwenza tal-approvazzjoni, u b'kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni speċifika maħluqa mit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom madankollu japplikaw dawn li ġejjin. L-Istati Membri għandu jingħatalhom perjodu ta’ sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti tal-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom l-aċidu 1-naftilaċetiku. L-Istati Membri għandhom, skont il-każ, ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti. B'deroga mill-iskadenza msemmija, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-aġġornament, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, tal-fajl komplut tal-Anness III għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skont il-prinċipji uniformi.

(12)

L-esperjenza miksuba mill-inklużjonijiet fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jitratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (8), uriet li jistgħu jinħolqu d-diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-obbligi tad-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti b'rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li l-obbligi tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment l-obbligu li jkun verifikat li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbel mad-direttivi li ġew adottati s'issa u li jemendaw l-Anness I ta’ dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi.

(13)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (9) għandu jiġi emendat skont dan.

(14)

Id-Deċiżjoni 2008/941/KE tistipula li l-aċidu 1-naftilaċetiku ma għandux ikun inkluż u li l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza jiġu rtirati sal-31 ta’ Diċembru 2011. Jeħtieġ li titħassar il-linja dwar “l-aċidu naftilaċetiku” fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni. Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/941/KE tiġi emendata skont dan.

(15)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta’ sustanza attiva

Is-sustanza attiva “aċidu 1-naftilaċetiku”, kif speċifikata fl-Anness I, hija approvata bil-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Rivalutazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   L-Istati Membri għandhom, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-aċidu 1-naftilaċetiku bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Ġunju 2012.

B'mod partikolari, sa dik id-data għandhom jivverifikaw li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, ħlief dawk identifikati fil-Parti B tal-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu f'idejh dossier, jew ikollu aċċess għal dossier, li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzat u li fih l-aċidu 1-naftilaċetiku bħala l-unika sustanza attiva jew waħda minn diversi sustanzi attivi li lkoll ġew elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011, l-Istati Membri għandhom jevalwaw mill-ġdid il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u b'kunsiderazzjoni tal-Parti B tal-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta'dan ir-Regolament. Abbażi ta’ din il-valutazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Wara li ssir dik id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih l-aċidu 1-naftilaċetiku bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih l-aċidu 1-naftilaċetiku bħala wieħed minn diversi sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015 jew sad-data ffissata għat-tali emenda jew irtirar fl-att jew l-atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, jew approvaw dik is-sustanza jew is-sustanzi, skont liema minnhom tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Emendi għad-Deċiżjoni 2008/941/KE

Il-linja li tikkonċerna l-“aċidu naftilaċetiku” fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/941/KE titħassar.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(3)   ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(4)   ĠU L 168, 27.6.2002, p. 14.

(5)   ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.

(6)   ĠU L 335, 13.12.2008, p. 91.

(7)   L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance 1-naphthylacetic acid. EFSA Journal 2011;9(2):2019. [54 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2011.2019. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu

(8)   ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.

(9)   ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Aċidu 1-naftilaċetiku

Nru CAS 86-87-3

Nru CIPAC 313

Aċidu 1-naftilaċetiku

≥ 980 g/kg

fl-1 ta’ Jannar 2012.

fil-31 ta’ Diċembru 2021.

PARTI A

Huma biss l-użi bħala regolatur tal-iżvilupp tal-pjanti li jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar l-aċidu 1-naftilaċetiku, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-17 ta’ Ġunju 2011.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jagħtu kas partikolari tas-sikurezza tal-operaturi u l-ħaddiema u jiżguraw li l-kundizzjonijiet għall-użu jinkludu l-użu ta’ tagħmir protettiv personali adegwat, fejn xieraq;

(b)

jagħtu kas partikolari tal-espożizzjoni djetetika tal-konsumaturi fid-dawl tar-reviżjonijiet futuri tal-livelli massimi tar-residwi;

(c)

jagħtu kas partikolari tal-ħarsien tal-ilma ta’ taħt l-art meta s-sustanza attiva tkun applikata fir-reġjuni b'kundizzjonijiet klimatiċi u/jew ħamrija vulnerabbli;

(d)

jagħtu kas partikolari għar-riskju lill-organiżmi akkwatiċi;

(e)

jagħtu kas partikolari tar-riskju lill-għasafar;

Il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju, fejn xieraq.

L-applikant għandu jibgħat informazzjoni ta’ konferma dwar:

(1)

ir-rotta u r-rata ta’ degradazzjoni fil-ħamrija inkluż valutazzjoni tal-potenzjal għall-fotoliżi;

(2)

ir-riskju fit-tul lill-għasafar.

L-applikant għandu jibgħat din l-informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sal-31 ta’ Diċembru 2013.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, jiżdied dan li ġej:

Numru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“13

Aċidu 1-naftilaċetiku

Nru CAS

86-87-3

Nru CIPAC 313

Aċidu 1-naftilaċetiku

≥ 980 g/kg

fl-1 ta’ Jannar 2012.

fil-31 ta’ Diċembru 2021.

PARTI A

Huma biss l-użi bħala regolatur tal-iżvilupp tal-pjanti li jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar l-aċidu 1-naftilaċetiku, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-17 ta’ Ġunju 2011.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jagħtu kas partikolari tas-sikurezza tal-operaturi u l-ħaddiema u jiżguraw li l-kundizzjonijiet għall-użu jinkludu l-użu ta’ tagħmir protettiv personali adegwat. fejn xieraq;

(b)

jagħtu kas partikolari tal-espożizzjoni djetetika tal-konsumaturi fid-dawl tar-reviżjonijiet futuri tal-livelli massimi tar-residwi;

(c)

jagħtu kas partikolari tal-ħarsien tal-ilma ta’ taħt l-art meta s-sustanza attiva tkun applikata fir-reġjuni b’kundizzjonijiet klimatiċi u/jew ħamrija vulnerabbli;

(d)

jagħtu kas partikolari tar-riskju lill-organiżmi akkwatiċi;

(e)

jagħtu kas partikolari għar-riskju lill-għasafar.

Il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju, fejn xieraq.

L-applikant għandu jibgħat informazzjoni ta’ konferma dwar:

(1)

ir-rotta u r-rata ta’ degradazzjoni fil-ħamrija inkluż valutazzjoni tal-potenzjal għall-fotoliżi;

(2)

ir-riskju fit-tul lill-għasafar.

L-applikant għandu jibgħat din l-informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sal-31 ta’ Diċembru 2013.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/21


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 788/2011

tal-5 ta’ Awwissu 2011

li japprova s-sustanza attiva fluważifop-P, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 80(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) għandha tapplika għal sustanzi attivi li għalihom il-kompletezza kienet stabbilita skont l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 (3), fir-rispett tal-proċedura u l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni. Il-fluważifop-P huwa sustanza attiva li għaliha ġiet stabbilita l-kompletezza skont dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (4) u (KE) Nru 1490/2002 (5) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati bil-ħsieb li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi l- fluazifop-P.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1095/2007 tal-20 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1490/2002 li jwaqqaf regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma' fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u [li jemenda] ir-Regolament (KE) Nru 2229/2004 li jwaqqaf regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (6), in-notifikatur irtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta' dik is-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mid-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (7) kienet adottata għan-noninklużjoni tal-fluważifop-P.

(4)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, in-notifikatur oriġinali (minn hawn 'il quddiem "l-applikant") ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata, kif stipulata fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha.

(5)

L-applikazzjoni ntbagħtet lil Franza, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess kif kien is-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mar-rekwiżiti proċedurali u sostantivi li jifdal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(6)

Franza vvalutat id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikant u ppreparat rapport addizzjonali. Hija bagħtet dak ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem "l-Awtorità") u lill-Kummissjoni fid-19 ta' Frar 2010. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u għaddiet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. B'konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar il-fluważifop-P lill-Kummissjoni fis-17 ta' Novembru 2010 (8). L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità għaddew minn reviżjoni mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew finalizzati fis-17 ta’ Ġunju 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-fluważifop-P

(7)

Deher mill-bosta eżamijiet li saru li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fluważifop-P jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u rrappurtati fid-detall fir-rapport ta’ valutazzjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk huwa xieraq li l-fluważifop-P ikun approvat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(8)

F'konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, madankollu, hemm bżonn li jkunu inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet

(9)

Bla ħsara għall-konklużjoni li l-fluważifop-P għandu jkun approvat, b'mod partikolari huwa xieraq li tintalab aktar informazzjoni konfermatorja.

(10)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel l-approvazzjoni sabiex jippermetti lill-Istati Membri u l-partijiet interessati jippreparaw irwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti il-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni.

(11)

Bla ħsara għall-obbligi definiti mir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 b’konsegwenza tal-approvazzjoni, wara li titqies is-sitwazzjoni speċifika maħluqa mit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għaldaqstant dan li ġej għandu japplika. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fluważifop-P. L-Istati Membri għandhom, skont il-każ, ibiddlu, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti. Permezz ta’ deroga minn dik l-iskadenza, għandu jiġi pprovdut perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tal-aġġornament tal-fajl komplut tal-Anness III għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skont il-prinċipji uniformi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE.

(12)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq (9) ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti wriet li jistgħu jinħolqu d-diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-obbligi tad-detenturi ta' awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li l-obbligi tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment l-obbligu li jkun verifikat li d-detentur ta' awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma' dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-direttivi li jemendaw l-Anness I li ġew adottati s'issa.

(13)

F'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (10) għandu jiġi emendat skont dan.

(14)

Id-Deċiżjoni 2008/934/KE tistipula n-noninklużjoni tal-fluważifop-P u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza sal-31 ta' Diċembru 2011. Jeħtieġ li titħassar il-linja dwar il-fluważifop-P fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni. Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/934/KE tiġi emendata skont dan.

(15)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta' sustanzi attivi

Is-sustanza attiva tal-fluważifop-P, kif speċifikata fl-Anness I, hija approvata suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009/KEE, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fluważifop-P bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Ġunju 2012.

Sa dakinhar huma għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta' dak ir-Regolament ikunu ntlaħqu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-Parti B tal-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu, jew ikollu aċċess għal, fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 (1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-fluważifop-P bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn diversi sustanzi attivi li jkunu lkoll elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 sal-31 ta' Diċembru 2011 l-aktar tard, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fuq il-bażi tal-fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u billi titqies il-Parti B tal-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Wara li ssir dik id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' prodott li jkun fih il-fluważifop-P bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih il-fluważifop-P bħala waħda minn diversi sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015 jew sad-data ffissata għal emendar jew irtirar ta’ din ix-xorta fl-att jew l-atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, jew approvat dik is-sustanza jew sustanzi, skont liema waħda tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Emendi għad-Deċiżjoni 2008/934/KE

Il-linja dwar il-fluważifop-P fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/934/KE qiegħda titħassar.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ u data ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(3)   ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(4)   ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(5)   ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(6)   ĠU L 246, 21.9.2007, p. 19.

(7)   ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.

(8)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance fluazifop-P-butyl. Il-Ġurnal tal-EFSA 2010;8(11):. [24 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2010.1905. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm

(9)   ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.

(10)   ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Fluważifop-P

Nru CAS 83066-88-0 (fluważifop-P)

Nru CIPAC 467 (fluważifop-P)

(R)-2-{4-[5-(trifluworometil)-2-piridilossi]fenossi}aċtu propjoniku (fluważifop-P)

≥ 900 g/kg fil-fluważifop-P-butil

L-impurità li ġejja 2-kloro-5-(trifluworometil)piridin ma għandhiex taqbeż il-1,5 g/kg fil-materjal kif manifatturat

l-1 ta’ Jannar 2012

il-31 ta’ Diċembru 2021

PARTI A

Użijiet biss bħala erbiċida għall-ġonna tas-siġar tal-frott (applikazzjoni bażali) b'applikazzjoni waħda kull sena tista' tkun awtorizzata.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-fluważifop-P-butil, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-17 ta’ Ġunju 2011.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri:

għandhom jagħtu kas partikolari għas-sikurezza tal-operaturi u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet għall-użu jinkludu l-applikazzjoni ta' tagħmir protettiv personali adegwat fejn xieraq;

Għandhom jagħtu kas partikolari lill-protezzjoni tal-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta' taħt l-art f'żoni vulnerabbli;

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għar-riskju ta' pjanti mhux fil-mira.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju, fejn xieraq.

L-applikant għandu jissottometti informazzjoni konfermatorja fir-rigward ta’:

(1)

l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku, kif immanifatturat kummerċjalment, inkluża l-informazzjoni dwar ir-rilevanza tal-impurità R154719;

(2)

l-ekwivalenza bejn l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal tekniku, kif immanifatturat kummerċjalment, u l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal tat-test li ntuża fl-istudji tat-tossiċità;

(3)

ir-riskju fit-tul potenzjali għall-mammiferi erbivori;

(4)

id-destin u l-imġiba fl-ambjent tal-metaboliti komposti X (2) u IV (3);

(5)

ir-riskju potenzjali tal-ħut u l-invertebri akkwatiċi mill-metabolit kompost IV.

L-applikant għandu jressaq lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità l-informazzjoni stabbilita fil-punti (1) u (2) sat-30 ta' Ġunju 2012 u l-informazzjoni stabbilita fil-punti (3), (4) u (5) sal-31 ta’ Diċembru 2013.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.

(2)  5-(trifluworometil)-2(1H)-piridinon

(3)  4-{[5-(trifluworometil)-2-piridinil]ossi}fenol


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied id-daħla li ġejja:

“15

Fluważifop-P

Nru CAS 83066-88-0 (fluważifop-P)

Nru CIPAC 467 (fluważifop-P)

(R)-2-{4-[5-(trifluworometil)-2-piridilossi]fenossi}aċtu propjoniku (fluważifop-P)

≥ 900 g/kg fil-fluważifop-P-butil

L-impurità li ġejja 2-kloro-5-(trifluworometil)piridin ma għandhiex taqbeż il-1,5 g/kg fil-materjal kif manifatturat

1- ta’ Jannar 2012

il-31 ta’ Diċembru 2021

PARTI A

Użijiet biss bħala erbiċida għall-ġonna tas-siġar tal-frott (applikazzjoni bażali) b'applikazzjoni waħda kull sena tista' tkun awtorizzata.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-fluważifop-P-butil, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-17 ta’ Ġunju 2011.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri:

għandhom jagħtu kas partikolari għas-sikurezza tal-operaturi u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet għall-użu jinkludu l-applikazzjoni ta' tagħmir protettiv personali adegwat fejn xieraq;

għandhom jagħtu kas partikolari lill-protezzjoni tal-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta' taħt l-art f'żoni vulnerabbli;

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għar-riskju ta' pjanti mhux ril-mira.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju, fejn xieraq.

L-applikant għandu jissottometti informazzjoni konfermatorja fir-rigward ta’:

(1)

l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku, kif kummerċjalment manifatturat, inkluża l-informazzjoni dwar ir-rilevanza tal-impurità R154719;

(2)

l-ekwivalenza bejn l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal tekniku, kif immanifatturat kummerċjalment, u l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal tat-test li ntuża fl-istudji tat-tossiċità;

(3)

ir-riskju fit-tul potenzjali għall-mammiferi erbivori;

(4)

id-destin u l-imġiba fl-ambjent tal-metaboliti komposti X (*1) u IV (*2);

(5)

ir-riskju potenzjali tal-ħut u l-invertebri akkwatiċi mill-metabolit kompost IV.

L-applikant għandu jressaq lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità l-informazzjoni stabbilita fil-punti (1) u (2) sat-30 ta' Ġunju 2012 u l-informazzjoni stabbilita fil-punti (3), (4) u (5) sal-31 ta’ Diċembru 2013.


(*1)  5-(trifluoromethyl)-2(1H)-pyridinone.

(*2)  4-{[5-(trifluoromethyl)-2-pyridinyl]oxy}phenol.”


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 789/2011

tal-5 ta’ Awwissu 2011

li jiftaħ il-proċedura għall-allokazzjoni tal-liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2012 skont ċerti kwoti tal-GATT

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 171(1) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

It-Taqsima 2 tal-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (2) tistipula li l-liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika bħala parti mill-kwoti li jaqgħu taħt il-ftehimiet konklużi waqt in-negozjati dwar il-kummerċ multilaterali jistgħu jiġu allokati skont proċedura speċjali li permezz tagħha jistgħu jiġu nnominati importaturi ppreferuti fl-Istati Uniti tal-Amerika.

(2)

Dik il-proċedura għandha tinfetaħ għall-esportazzjonijiet li jsiru matul l-2012 u għandhom jiġu stabbiliti r-regoli addizzjonali relatati magħha.

(3)

Fl-amministrazzjoni tal-importazzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Uniti tal-Amerika jagħmlu distinzjoni bejn il-kwota addizzjonali mogħtija lill-Unjoni Ewropea skont l-Assemblea tal-Urugwaj u l-kwoti li jirriżultaw mill-Assemblea ta' Tokjo. Il-liċenzji tal-esportazzjoni għandhom jiġu allokati billi titqies l-eliġibbiltà ta’ dawk il-prodotti għall-kwota tal-Istati Uniti tal-Amerika kkonċernata kif deskritt fl-Iskeda tat-Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti tal-Amerika.

(4)

Sabiex tiġi esportata l-kwantità massima taħt il-kwoti li għalihom hemm interess moderat, għandhom jiġu permessi applikazzjonijiet li jkopru l-kwantità kollha tal-kwota.

(5)

Il-Kummissjoni żviluppat sistema ta' informazzjoni li tippermettilha timmaniġġja b'mod elettroniku dokumenti u proċeduri fi ħdan il-proċeduri interni ta' ħidma tagħha u fir-relazzjonijiet tagħha mal-awtoritajiet involuti fil-politika agrikola komuni. Huwa kkunsidrat li n-notifiki pprovduti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 u f'dan ir-Regolament jistgħu jiġu ssodisfati permezz ta' dik is-sistema skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-iktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (3). Fl-interess ta' amministrazzjoni effiċjenti, l-Istati Membri għandhom jużaw dik is-sistema ta' informazzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009.

(6)

Għal raġunijiet ta' ċarezza u ta’ ċertezza legali, għandu jiġi stabbilit li l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament ma jibqgħux japplikaw fi tmiem l-2012.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-liċenzji tal-esportazzjoni għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 0406  u li huma elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament li jkunu se jiġu esportati lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2012 taħt il-kwoti msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 għandhom jinħarġu skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu III ta' dak ir-Regolament u skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji msemmija fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 (minn hawn ’il quddiem imsejħa "l-applikazzjonijiet") għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti mill-1 sa mhux iktar tard mid-9 ta' Settembru 2011.

2.   L-applikazzjonijiet għandhom ikunu ammissibbli biss jekk ikun fihom l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 u jekk ikollhom magħhom id-dokumenti msemmija fih.

Fejn, għall-istess grupp ta' prodotti msemmi fil-kolonna 2 tal-Anness I għal dan ir-Regolament, il-kwantità disponibbli tkun maqsuma bejn il-kwota tal-Assemblea tal-Urugwaj u l-kwota tal-Assemblea ta' Tokjo, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji jistgħu jkopru biss waħda minn dawk il-kwoti u għandhom jindikaw il-kwota kkonċernata billi jispeċifikaw l-identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota indikata fil-kolonna 3 ta' dak l-Anness.

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 għandha tiġi ppreżentata skont il-mudell stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

3.   Fir-rigward tal-kwoti identifikati bil-kodiċijiet “22-Tokjo”, “22-Urugwaj”, “25-Tokjo” u “25-Urugwaj” fil-kolonna 3 tal-Anness I, l-applikazzjonijiet għandhom ikopru tal-anqas 10 tunnellati u ma għandhomx jaqbżu l-kwantità disponibbli taħt il-kwota kkonċernata stipulata fil-kolonna 4 ta' dak l-Anness.

Fir-rigward tal-kwoti l-oħra indikati fil-kolonna 3 tal-Anness I, l-applikazzjonijiet għandhom ikopru tal-anqas 10 tunnellati u mhux iktar minn 40 % tal-kwantità disponibbli taħt il-kwota kkonċernata stipulata fil-kolonna 4 ta' dak l-Anness.

4.   L-applikazzjonijiet għandhom ikunu ammissibbli biss jekk l-applikanti jiddikjaraw bil-miktub li ma ressqu l-ebda applikazzjoni oħra għall-istess grupp ta' prodotti u għall-istess kwota u jekk huma jimpenjaw irwieħhom li ma jagħmlux dan.

Jekk applikant iressaq diversi applikazzjonijiet għall-istess grupp ta' prodotti u għall-istess kwota fi Stat Membru wieħed jew iktar, l-applikazzjonijiet kollha tiegħu għandhom jitqiesu bħala inammissibbli.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sa mhux iktar tard mis-16 ta' Settembru, bl-applikazzjonijiet imressqa għal kull grupp ta' prodotti u, fejn ikun applikabbli, għall-kwoti indikati fl-Anness I.

In-notifiki kollha, inklużi n-notifiki li ma saret l-ebda applikazzjoni, għandhom isiru skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009.

2.   In-notifika għandha tinkludi, għal kull grupp u, fejn ikun applikabbli, għal kull kwota:

(a)

lista tal-applikanti, isimhom, l-indirizz u (in-numru ta') referenza tagħhom;

(b)

il-kwantitajiet li kull applikant ikun applika għalihom, imqassma skont il-kodiċi tal-prodott mogħti fin-Nomenklatura Magħquda u skont il-kodiċi tagħhom f'konformità mal-Iskeda tat-Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti tal-Amerika (tal-2011);

(c)

l-isem, l-indirizz u (in-numru ta') referenza tal-importatur innominat mill-applikant.

Artikolu 4

Skont l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-allokazzjoni tal-liċenzji mingħajr dewmien u għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar dan sa mhux iktar tard mill-31 ta' Ottubru 2011.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta jiġu ppubblikati l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni, għal kull grupp, u fejn ikun applikabbli, għal kull kwota, il-kwantitajiet allokati għal kull applikant, il-kodiċi tal-prodott, (in-numru ta') referenza tal-applikant u (in-numru ta') referenza tal-importatur innominat, skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009.

Il-kwantitajiet allokati bix-xorti skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 għandhom jitqassmu bejn il-kodiċijiet individwali tan-NM b’mod li jkun proporzjonat mal-kwantitajiet tal-prodotti li tkun saret applikazzjoni għalihom, imqassmin skont il-kodiċijiet tan-NM tagħhom.

In-notifiki għandhom isiru skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009.

Artikolu 5

L-informazzjoni nnotifikata skont l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 għandha tkun ivverifikata mill-Istati Membri qabel ma jinħarġu l-liċenzji u sa mhux iktar tard mill-15 ta' Diċembru 2011.

Jekk jinstab li operatur li nħarġitlu liċenzja jkun ipprovda informazzjoni żbaljata, il-liċenzja għandha titħassar u tintilef il-garanzija. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan mingħajr dewmien. In-notifika għandha ssir skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009 u għandha tinkludi, għal kull grupp u, fejn ikun applikabbli, għal kull kwota:

(a)

(in-numru ta') referenza tal-applikant;

(b)

il-kwantitajiet li kull applikant ikun applika għalihom, imqassma skont il-kodiċi tal-prodott mogħti fin-Nomenklatura Magħquda u skont il-kodiċi tagħhom f'konformità mal-Iskeda tat-Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti tal-Amerika (tal-2011);

(c)

(in-numru ta') referenza tal-importatur innominat.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1.

(3)   ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.


ANNESS I

Ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2012 skont ċerti kwoti tal-GATT

It-Taqsima 2 tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 u r-Regolament (UE) Nru 789/2011

L-identifikazzjoni tal-grupp skont in-Noti Addizzjonali mogħtija fil-Kapitolu 4 tal-Iskeda tat-Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti tal-Amerika

Identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota

Il-kwantità disponibbli għall-2012

Nota bin-numru

Grupp

 

F’kg

(1)

(2)

(3)

(4)

16

Grupp li m’hemmx dispożizzjoni speċifika dwaru

16-Tokjo

908 877

16-Urugwaj

3 446 000

17

Ġobon tat-tursina

17-Urugwaj

350 000

18

Ġobon ċedar

18-Urugwaj

1 050 000

20

Ġobon tal-boċċa/ġobon ta’ Guda

20-Urugwaj

1 100 000

21

Ġobon tat-tip Taljan

21-Urugwaj

2 025 000

22

Ġobon tax-xkora barra dak bit-toqob

22-Tokjo

393 006

22-Urugwaj

380 000

25

Ġobon tax-xkora bit-toqob

25-Tokjo

4 003 172

25-Urugwaj

2 420 000


ANNESS II

Preżentazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 22 tar-regolament (KE) Nru 1187/2009

L-identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota msemmija fil-kolonna 3 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 789/2011:

 

L-isem tal-grupp indikat fil-kolonna 2 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 789/2011: …

Oriġini tal-kwota:

L-Assemblea tal-Urugwaj: 

L-Assemblea ta' Tokjo: 


Isem/indirizz tal-applikant

Kodiċi tal-prodott mogħti fin-Nomenklatura Magħquda

Kwantità li saret applikazzjoni għaliha f'kg

Kodiċi mogħti fl-Iskeda tat-Tariffi Armonizzati

tal-Istati Uniti tal-Amerika

Isem/indirizz tal-importatur innominat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total:

 

 


6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/30


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 790/2011

tal-5 ta’ Awwissu 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Awwissu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0707 00 05

TR

105,8

ZZ

105,8

0709 90 70

TR

116,3

ZZ

116,3

0805 50 10

AR

63,8

CL

76,3

TR

57,0

UY

92,0

ZA

84,4

ZZ

74,7

0806 10 10

EG

152,5

MA

187,2

TR

164,1

ZA

98,7

ZZ

150,6

0808 10 80

AR

95,7

BR

74,7

CL

105,4

CN

56,0

NZ

102,4

US

100,4

ZA

89,2

ZZ

89,1

0808 20 50

AR

83,3

CL

81,6

CN

31,1

NZ

108,0

ZA

103,2

ZZ

81,4

0809 20 95

CA

870,0

TR

315,2

US

510,8

ZZ

565,3

0809 30

TR

126,6

ZZ

126,6

0809 40 05

BA

50,1

IL

149,1

XS

57,7

ZZ

85,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/32


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Awwissu 2011

li tapprova l-pjan għall-qerda tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5625)

(It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)

(2011/493/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (1), u b’mod partikolari l-paragrafu 2 tal-Parti B tal-Anness XVIII tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/85/KE (“id-Direttiva”) tintroduċi l-miżuri tal-Unjoni għall-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, inklużi dawk li jridu jiġu applikati jekk ikun hemm konferma tal-preżenza tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ.

(2)

Ġie kkonfermat każ wieħed tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-ħnieżer slavaġ u 11-il tifqigħa ta’ din il-marda fil-bhejjem domestiċi fir-reġjun ta’ Burgas fil-Bulgarija bejn il-5 ta’ Jannar u s-7 ta’ April 2011. Bħala riżultat ta’ dan, il-Bulgarija ħadet il-passi fil-qafas tad-Direttiva.

(3)

Skont l-Artikolu 85(4) tad-Direttiva, malli l-awtorità kompetenti tal-Bulgarija kellha l-konferma tal-każ primarju tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ, applikat il-miżuri stipulati fil-Parti A tal-Anness XVIII tad-Direttiva biex tnaqqas il-firxa tal-marda.

(4)

Barra minn hekk, il-Bulgarija fasslet pjan biex teqred il-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ fiż-żona li ġiet identifikata li kienet infettata u speċifikat il-miżuri li ġew applikati fl-azjendi li qegħdin f’dik iż-żona skont il-Parti B tal-Anness XVIII tad-Direttiva.

(5)

Fl-4 ta’ April 2011, fi żmien 90 ġurnata wara l-konferma tal-preżenza tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ, il-Bulgarija ressqet pjan għall-qerda tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ f’partijiet mir-reġjuni ta’ Burgas, Yambol u Haskovo.

(6)

Wara valutazzjoni magħmula mill-Kummissjoni, instab li l-pjan imressaq mill-Bulgarija jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fil-Parti B tal-Anness XVIII tad-Direttiva u jidher li jwassal għall-kisba tal-objettivi mixtieqa. Għaldaqstant, il-pjan għandu jiġi approvat.

(7)

Barra dan, f’xi partijiet tar-reġjuni ta’ Burgas u Yambol, il-miżuri stipulati fil-pjan tal-qerda huma rinfurzati bil-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (2).

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-approvazzjoni tal-pjan għall-qerda tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ fil-Bulgarija

Il-pjan imressaq quddiem il-Kummissjoni mill-Bulgarija fl-4 ta’ April 2011 għall-qerda tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ li huma suxxettibbli għal din il-marda fiż-żoni stabbiliti fl-Anness huwa approvat.

Artikolu 2

Il-konformità

Il-Bulgarija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni u tippubblika dawk l-istess miżuri.

Hija għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 3

Id-Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.

(2)   ĠU L 19, 22.1.2011, p. 20.


ANNESS

Żoni fil-Bulgarija fejn għandu jiġi implimentat il-pjan għall-qerda tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ suxxettibbli għaliha

Iż-żoni fir-reġjuni ta’ Burgas, Yambol u Haskovo fil-perimetri li jidhru hawn taħt:

1.

Il-limitu tal-fruntiera tat-Tramuntana:

(a)

fil-muniċipji ta’ Primorsko u Sozopol (fir-Reġjun ta’ Burgas):

(i)

it-triq Nru 99 li tibda min-naħa tal-Punent tal-belt ta’ Kiten fuq il-kosta tal-Baħar l-Iswed, u tibqa’ sejra sa Primorsko, u minn hemm it-triq sekondarja Nru 992 lejn Yasna Polyana u iżjed ’il quddiem lejn Novo Panicharevo sakemm taħbat mat-triq Nru 9/E87,

(ii)

it-triq Nru 9/E87 lejn it-Tramuntana safejn taqsam it-triq sekondarja lejn Izvor,

(iii)

it-triq lejn Izvor, Zidarovo, Gabar sal-punt fejn it-triq lokali taħbat mal-fruntiera amministrattiva tal-muniċipju ta’ Sredets fil-koordinat 42°18′19,82″N / 27°17′12,11″E;

(b)

fil-muniċipju ta’ Sredets (fir-Reġjun ta’ Burgas):

(i)

it-triq lokali mill-koordinat deskritt fil-punt (i) sa Drachevo, ir-raħal ta’ Drachevo u mbagħad tibqa’ sejra sat-triq li twassal mit-Tramuntana ta’ Drachevo sal-konnessjoni bejn it-triq nazzjonali Nru 79 u t-triq nazzjonali Nru 53 fil-Lvant tal-villaġġ ta’ Sredets,

(ii)

il-fruntiera tan-Nofsinhar ta’ Sredets,

(iii)

it-triq lokali minn Sredets lejn il-punent sar-raħal ta’ Belila u sal-pont li jaqsam ix-xmara Sredetska fin naħa tal-Punent tar-raħal ta’ Prohod, u jinkludi r-raħal ta’ Prohod,

(iv)

ix-xmara Sredetska minn fejn tiltaqa’ mat-triq lokali li twassal minn Prohod għal Bistrets sal-punt fejn dik il-fergħa tax-xmara li twassal għar-raħal ta’ Oman (fil-muniċipju ta’ Bolyarovo) tmiss mal-fruntiera tal-muniċipju ta’ Bolyarovo fil-koordinat 42°16′57,78″N / 26°57′33,54″E;

(c)

fil-muniċipju ta’ Bolyarovo (fir-Reġjun ta’ Yambol):

(i)

ix-xmara Sredetska mill-punt fejn il-fergħa li twassal għar-raħal ta’ Oman taħbat mal-fruntiera tal-muniċipju ta’ Bolyarovo fil-koordinat 42°16′57,78″N / 26°57′33,54″E sa Oman,

(ii)

it-triq minn Oman li tagħti għal Dennitsa u iżjed ’il quddiem, sal-punt fejn taħbat mat-triq li twassal minn Kamenets sa Stefan Karadzhovo,

(iii)

it-triq bejn Stefan Karadzhovo u Dabovo, u iżjed ’il quddiem sa Popovo u mbagħad safejn tasal mal-fruntiera tal-muniċipju ta’ Elhovo fil-koordinat 42°10′48″N / 26°41′45″E;

(d)

fil-muniċipju ta’ Elhovo (fir-Reġjun ta’ Yambol):

(i)

it-triq għal Dobrich mill-punt imsemmi fil-punt (c)(iii) sa fejn taħbat mat-triq Nru 79 fin-naħa tan-Nofsinhar ta’ Dobrich,

(ii)

it-triq Nru 79 minn Dobrich sa fejn taqsam it-triq Nru 7 in-naħa tal-Lvant ta’ Elhovo.

2.

Il-limitu tal-fruntiera tal-Punent:

(a)

fil-muniċipju ta’ Elhovo (fir-Reġjun ta’ Yambol):

(i)

it-triq Nru 7 minn Elhovo sa fejn taqsam it-triq Nru 76 in-naħa tal-Grigal tar-raħal ta’ Knyazhevo,

(ii)

it-triq sekondarja li taqsam it-triq Nru 76 fin-naħa tat-Tramuntana tar-raħal ta’ Knyazhevo u li twassal għal Srem;

(b)

fil-muniċipju ta’ Topolovgrad (fir-Reġjun ta’ Haskovo):

(i)

it-triq li twassal minn Knyazhevo għal Srem, Ustem u tasal sa Planinovo,

(ii)

it-triq minn Planinovo sal-intersezzjoni fil-koordinat 41°57′12″N / 26°21′56″E qrib il-fruntiera mal-muniċipju ta’ Svilengrad;

(c)

fil-muniċipju ta’ Svilengrad (fir-Reġjun ta’ Haskovo):

(i)

it-triq li twassal għan-naħa tan-Nofsinhar, ġejja mill-intersezzjoni msemmija fil-punt (b)(ii), lejn Dervishka Mogila, Levka u sal-intersezzjoni mat-triq Nru 55 li twassal għal Svilengrad,

(ii)

it-triq Nru 55 mill-intersezzjoni msemmija fil-punt (i) sal-intersezzjoni mat-triq Nru 8 fin-naħa tat-Tramuntana ta’ Svilengrad,

(iii)

it-triq Nru 8 min-naħa tan-Nofsinhar ix-Xlokk ta’ Svilengrad, li tgħaddi f’parallel mat-triq Nru E80, sa Kapitan Andreevo fil-fruntiera mat-Turkija.

3.

Il-limitu tal-fruntiera tan-Nofsinhar:

Il-fruntiera nazzjonali (kemm l-art kif ukoll ix-xmara) bejn il-Bulgarija u t-Turkija bejn Kapitan Andreevo fil-Punent u Rezovo fil-Lvant.

4.

Il-limitu tal-fruntiera tal-Lvant:

Il-kosta tal-Baħar l-Iswed bejn Rezovo u Kiten.


Rettifika

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/36


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/210/PESK tal-1 ta’ April 2011 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea sabiex tappoġġa operazzjonijiet ta’ assistenza umanitarja bħala risposta għas-sitwazzjoni ta' kriżi fil-Libja (EUFOR Libya)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 89, tal-5 ta' April 2011 )

F'paġna 18, premessa 11:

minflok:

“(11)

Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad- Danimarka anness għat-TUE u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Id-Danimarka, għalhekk, ma tipparteċipax fil-finanzjament ta’ din l-operazzjoni,”,

aqra:

“(11)

Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-TUE u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Id-Danimarka ma tipparteċipax fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għalhekk ma tipparteċipax fil-finanzjament ta’ din l-operazzjoni,”.