ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.198.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 198

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
30 ta' Lulju 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2011 tat-28 ta’ Lulju 2011 li jemenda għall-153 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2011 tad-29 ta’ Lulju 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta’ ċerti kampjuni u oġġetti li huma eżentati mill-verifiki veterinarji fil-fruntiera skont dik id-Direttiva ( 1 )

3

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 750/2011 tad-29 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

23

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 751/2011 tad-29 ta’ Lulju 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

25

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 752/2011 tad-29 ta’ Lulju 2011 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2011

27

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/73/UE tad-29 ta’ Lulju 2011 li temenda, l-Annessi I u V mad-Direttiva 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ismijiet tat-tessuti, għall-fini tal-adattament tagħhom għall-progress tekniku ( 1 )

30

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/74/UE tad-29 ta’ Lulju 2011 li temenda, għall-għanijiet tal-adattament tagħha għall-progress tekniku, l-Anness II mad-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ żewġ fibri tat-tessut ( 1 )

32

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/483/PESK tat-28 ta’ Lulju 2011 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Eworpea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia)

37

 

 

2011/484/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Lulju 2011 dwar format ta’ informazzjoni għas-siti Natura 2000 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4892)

39

 

 

2011/485/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità (notifikata bid-dokument numru C(2011) 5444)  ( 1 )

71

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

30.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 748/2011

tat-28 ta’ Lulju 2011

li jemenda għall-153 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fid-19 ta’ Lulju 2011, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid żewġ persuni fiżiċi mal-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għaldaqstant l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-28 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 l-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

(a)

“Abdul Rahim Ba’aysir (magħruf bħala (a) Abdul Rahim Bashir, (b) 'Abd Al-Rahim Ba'asyir, (c) 'Abd Al-Rahim Bashir, (d) Abdurrahim Ba'asyir, (e) Abdurrahim Bashir, (f) Abdul Rachim Ba'asyir, (g) Abdul Rachim Bashir, (h) Abdul Rochim Ba'asyir, (i) Abdul Rochim Bashir, (j) Abdurochim Ba'asyir, (k) Abdurochim Bashir, (l) Abdurrochim Ba'asyir, (m) Abdurrochim Bashir, (n) Abdurrahman Ba'asyir, (o) Abdurrahman Bashir). Indirizz: l-Indoneżja. Data tat-twelid: (a) 16.11.1977, (b) 16.11.1974. Post tat-twelid: (a) Solo, l-Indoneżja; (b) Sukoharjo, Java Ċentrali, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjana. Tagħrif ieħor: (a) Mexxej anzjan ta’ Jemaah Islamiyah; (b) Isem il-missier Abu Bakar Ba'asyir. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 19.7.2011.”;

(b)

“Umar Patek (magħruf bħala (a) Omar Patek, (b) Pa'tek, (c) Pak Taek, (d) Umar Kecil, (e) Al Abu Syekh Al Zacky, (f) Umangis Mike. Indirizz: (a) l-Indoneżja, (b) il-Filippini. Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Java Ċentrali, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjana. Tagħrif ieħor: Membru anzjan ta’ Jemaah Islamiyah. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 19.7.2011.”.


30.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 749/2011

tad-29 ta’ Lulju 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta’ ċerti kampjuni u oġġetti li huma eżentati mill-verifiki veterinarji fil-fruntiera skont dik id-Direttiva

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 15(1)(c), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1), l-Artikolu 20(10) u (11), l-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 41(3), l-Artikolu 42(2) u l-Artikolu 45(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jistabbilixxi regoli tas-saħħa pubblika u tal-annimali għall-prodotti sekondarji tal-annimali u derivati minnhom, sabiex jiġu evitati u minimizzati r-riskji għas-saħħa pubblika u tal-animali li ġejjin minn dawn il-prodotti. Dan ir-Regolament jipprevedi wkoll id-determinazzjoni ta’ punt tat-tmiem fil-katina tal-manifattura għal ċerti prodotti derivati li lil hinn minnu ma jkunux aktar soġġetti għar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (2), jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, inklużi regoli dwar id-determinazzjoni ta’ punti tat-tmiem għal ċerti prodotti derivati.

(3)

Id-Danimarka ressqet talba għad-determinazzjoni ta’ punt tat-tmiem għaż-żejt tal-ħut li jintuża għall-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali. Billi tali żejt tal-ħut huwa derivat minn materjal li jaqa' taħt il-Kategorija 3 u huwa pproċessat taħt kundizzjonijiet stretti, għandu jiġi determinat punt tat-tmiem għal dak iż-żejt. L-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u l-Anness XIII tiegħu għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 approva dispożizzjonijiet introdotti għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/324/KE (3) li b'mod partikolari jippermetti lill-Estonja, lil-Latvja u lill-Finlandja jitimgħu lil ċerti annimali bil-pil għalf li fih proteini tal-annimali pproċessati derivati mill-iġsma jew il-partijiet tal-iġsma tal-annimali tal-istess speċi, b'mod partikolari volpijiet (Vulpes vulpes u Alopex lagopus) u klieb rakkuni (Nyctereutes procyonides). L-Anness II għandu jiġi emendat biex jippermetti li jingħata tali materjal liż-żewġ speċi li jinżammu normalment, il-Volpi l-Aħmar (Vulpes vulpes), li bħalissa huwa protett, u l-Volpi tal-Artiku (Alopex lagopus), minħabba li d-Deċiżjoni 2003/324/KE ġiet irrevokata bir-Regolament (UE) Nru 142/2011.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jistabbilixxi ċerti regoli għall-isterilizzazzjoni bil-pressjoni u jipprevedi li jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni għal metodi oħra tal-ipproċessar, li għandhom jiġu applikati għall-prodotti sekondarji tal-annimali jew għall-prodotti derivati minnhom, sabiex ma jkun hemm l-ebda riskju mhux aċċettabbli għas-saħħa pubblika u tal-annimali meta jintużaw jew jintremew tali prodotti. Għaldaqstant, l-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jistabbilixxi metodi tal-ipproċessar standard għall-impjanti tal-ipproċessar u ċerti impjanti u stabbilimenti oħra.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jippermetti r-rimi jew l-użu tal-prodotti sekondarji tal-annimali jew tal-prodotti derivati minnhom permezz ta’ metodi alternattivi, sakemm tali metodi jkunu ġew awtorizzati fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-kapaċità ta’ dawk il-metodi biex inaqqsu r-riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali sa livell li huwa mill-inqas ekwivalenti, għall-kategorija rilevanti tal-prodotti sekondarji tal-annimali, għall-metodi tal-ipproċessar standard. Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jipprevedi wkoll format standard għall-applikazzjonijiet biex jiġu adottati metodi alternattivi. Għaldaqstant, l-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jistabbilixxi metodi tal-ipproċessar alternattivi għall-impjanti tal-ipproċessar u ċerti impjanti u stabbilimenti oħra.

(7)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat tliet opinjonijiet b'rabta ma’ tali metodi alternattivi: opinjoni xjentifika adottata fil-21 ta’ Jannar 2009 dwar il-Proġett għall-istudju ta’ alternattivi ta’ sistemi ta’ qerda tal-karkassa bl-użu tas-sistema bunker (4) (il-proġett tas-sistema bunker); opinjoni xjentifika adottata fit-8 ta’ Lulju 2010 dwar it-Trattament bil-Ġir tad-Demel Solidu tal-Ħnieżer u tat-Tjur (5); u opinjoni xjentifika adottata fit-22 ta’ Settembru 2010 dwar l-Applikazzjoni tan-Neste Oil għal metodu alternattiv ġdid għar-rimi jew l-użu tal-Prodotti Sekondarji tal-Annimali (6).

(8)

Il-proġett tas-sistema bunker jipproponi l-idrolisi tal-kadavri tal-ħnieżer u ta’ prodotti sekondarji oħra tal-annimali minn ħnieżer mrobbija f'kontenitur magħluq fuq is-sit ta’ razzett. Wara perjodu ta’ ħin definit, il-materjali idrolizzati miksuba għandhom jintremew permezz tal-inċinerazzjoni jew permezz tal-ipproċessar, skont ir-regoli tas-saħħa dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali bħala l-ewwel għażla.

(9)

Il-proġett tas-sistema bunker jipproponi wkoll it-tifrik u l-pastorizzazzjoni sussegwenti tal-kadavri tal-ħnieżer u ta’ prodotti sekondarji tal-annimali minn ħnieżer mrobbija bħala t-tieni għażla, qabel ir-rimi tagħhom.

(10)

Fl-opinjoni tagħha tal-21 ta’ Jannar 2009 dwar il-proġett tas-sistema bunker, l-EFSA kkonkludiet li l-informazzjoni pprovduta ma kinitx bażi suffiċjenti biex it-tieni għażla titqies bħala mezz sigur għar-rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali mill-ħnieżer. Fir-rigward tal-ewwel għażla, fuq il-bażi tal-idrolisi, l-EFSA ma setgħetx toħroġ valutazzjoni finali. Madankollu, l-EFSA indikat li l-materjal idrolizzat ma jippreżentax riskju addizzjonali, sakemm dan jiġi pproċessat aktar skont ir-regoli tas-saħħa għall-materjali tal-Kategorija 2.

(11)

Għalhekk, l-idrolisi tal-prodotti sekondarji tal-annimali fuq il-post ta’ azjenda għandha tiġi permessa taħt il-kundizzjonijiet li jimpedixxu t-trażmissjoni ta’ mard li jista' jittieħed mill-bniedem jew l-annimali u li jevitaw effetti avversi fl-ambjent. B'mod partikolari, l-idrolisi għandha ssir f'kontenitur magħluq u li ma joħroġx likwidu minnu li huwa separat minn kwalunkwe annimali mrobbija fuq l-istess post bħala t-tielet għażla. Madankollu, billi l-metodoloġija tal-idrolisi ma tikkostitwix metodu tal-ipproċessar, il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-ipproċessar tal-prodotti sekondarji tal-annimali f'tali impjanti ma għandhomx japplikaw. Il-kontenitur għandu jiġi vverifikat b'mod regolari biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm korrużjoni, taħt sorveljanza uffiċjali, sabiex tiġi evitata t-tnixxija ta’ materjali fl-art.

(12)

Il-ħila tal-metodoloġija tal-idrolisi li tnaqqas ir-riskji potenzjali għas-saħħa għadha ma ntwerietx. Għalhekk, għandu jiġi projbit l-immaniġġjar jew l-użu tal-materjal idrolizzat, għajr l-inċinerazzjoni jew l-koinċinerazzjoni, bi proċessar minn qabel jew mingħajr ipproċessar, jew ir-rimi f'miżbla awtorizzata, il-kompostjar jew it-trasformazzjoni f'bijogass, fejn dawn l-aħħar tliet għażliet għandhom jitwettqu wara sterilizzazzjoni bil-pressjoni.

(13)

Spanja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Portugall u r-Renju Unit urew interess biex jippermettu lill-operaturi tagħhom jużaw il-metodoliġija tal-idrolisi. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri kkonfermaw li għandhom jitwettqu kontrolli stretti fuq tali operaturi sabiex jiġu evitati riskji potenzjali għas-saħħa.

(14)

Fl-opinjoni tagħha tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar Trattament bil-Ġir tad-Demel Solidu tal-Ħnieżer u tat-Tjur, l-EFSA kkonkludiet li t-taħlita proposta tal-ġir mad-demel tista' titqies bħala proċess sigur għall-inattivazzjoni ta’ patoġeni batterjoloġiċi u virali rilevanti, fid-dawl tal-applikazzjoni maħsuba tal-prodott derivat, jiġifieri t-taħlita tal-ġir mad-demel, għall-art. Billi l-applikazzjoni wriet l-effiċjenza tal-proċess għal mezz ta’ taħlit partikolari biss, l-EFSA rrakkomandat li meta jintuża mezz ta’ taħlit differenti għall-proċess, għandha titwettaq validazzjoni, fuq il-bażi tal-kejl tal-pH, il-ħin u t-temperatura, biex jintwera li bl-użu tal-mezz ta’ taħlit differenti, tinkiseb inattivazzjoni ekwivalenti tal-patoġeni.

(15)

Għandha titwettaq validazzjoni skont dawk il-prinċipji meta il-ġir verġni (CaO), li ntuża għall-proċess ivvalutat mill-EFSA, huwa sostitwit bil-ġir dolomitiku (CaOMgO).

(16)

Fl-opinjoni tagħha tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar proċess katalitiku b'bosta stadji għall-produzzjoni ta’ fjuwils li jiġġeddu, l-EFSA kkonkludiet li l-proċess jista' jitqies bħala sigur, meta x-xaħmijiet maħlula derivati minn materjali tal-Kategorija 2 u tal-Kategorija 3 jintużaw bħala materjali tal-bidu u dawk ix-xaħmijiet maħlula jkunu ġew ipproċessati skont il-metodi tal-ipproċessar standard għall-prodotti sekondarji tal-annimali. Madankollu, l-evidenza ppreżentata ma ppermettietx li ssir konklużjoni li l-proċess huwa wkoll kapaċi li jimmitiga riskji potenzjali tal-enċefalopatija sponġiformi trasmissibbli li jistgħu jkunu preżenti f'xaħmijiet maħlula derivati minn materjali tal-Kategorija 1. Għalhekk, il-proċess katalitiku b'bosta stadji għandu jiġi awtorizzat għal xaħmijiet maħlula derivati minn materjali tal-Kategorija 2 u tal-Kategorija 3, filwaqt li għandu jiġi rrifjutat għal xaħmijiet maħlula derivati minn materjali tal-Kategorija 1. Filwaqt li tali rifjut ma jipprojbix lill-applikant li jressaq aktar evidenza lill-EFSA għal valutazzjoni ġdida, l-użu ta’ xaħmijiet maħlula derivati minn materjal tal-Kategorija 1 għall-proċess għandhom jiġu projbiti, sakemm issir din il-valutazzjoni.

(17)

L-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu jiġi emendat biex iqis il-konklużjonijiet tat-tliet opinjonijiet xjentifiċi tal-EFSA.

(18)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni għall-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali f'bijogass jew kompost. Meta l-prodotti sekondarji tal-annimali jitħaltu f'impjant tal-bijogass jew f'impjant tal-ikkompostjar ma’ materjali li mhux ġejjin mill-annimali jew ma’ materjali oħra li mhumiex koperti minn dak ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha titħalla tawtorizza t-teħid ta’ kampjuni rappreżentattivi wara l-pasturizzazzjoni u qabel ma jsir it-taħlit, sabiex tiġi ttestjata l-konformità tagħhom mal-kriterji mikrobijoloġiċi. It-teħid ta’ tali kampjuni għandu juri jekk il-pasturizzazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali mmitigax ir-riskji mikrobijoloġiċi fil-prodotti sekondarji tal-annimali li għandhom jiġu pproċessati.

(19)

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 142/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(20)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jipprevedi l-adozzjoni ta’ format standard għall-applikazzjonijiet għal metodi alternattivi ta’ użu jew rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew ta’ prodotti derivati. Dan il-format għandu jintuża mill-partijiet interessati meta jressqu applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tali metodi.

(21)

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-EFSA adottat opinjoni xjentifika fis-7 ta’ Lulju 2010 fuq dikjarazzjoni dwar l-għajnuna teknika għall-format għall-applikazzjonijiet għal metodi alternattivi ġodda għall-prodotti sekondarji tal-annimali (7). F'din id-dikjarazzjoni, l-EFSA tirrakkomanda, b'mod partikolari, kjarifiki oħra rigward l-informazzjoni li għandhom jipprovdu l-partijiet interressati meta jressqu applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ metodu alternattiv ġdid.

(22)

Meta jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet ta’ dik l-opinjoni xjentifika, il-format standard għall-applikazzjonijiet għal metodi alternattivi ġodda stabbilit fl-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu jiġi emendat.

(23)

Billi l-fjuwils li jistgħu jiġġeddu mill-proċess katalitiku b'bosta stadji jistgħu wkoll jiġu prodotti minn xaħmijiet maħlula importati, ir-rekwiżiti tal-importazzjoni għal tali xaħmijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fiċ-ċertifikat tas-saħħa li għandu jakkumpanja l-kunsinni ta’ xaħmijiet maħlula fil-punt tad-dħul fl-Unjoni fejn isiru l-kontrolli veterinarji għandhom jiġu kkjarifikati. L-Annessi XIV u XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(24)

L-Artikolu 3 u l-Annessi II, IV, V, VII, VIII, XI u l-Annessi XIII sa XVI għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(25)

Perjodu transizzjonali għandu jiġi previst wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, sabiex tiġi permessa l-importazzjoni kontinwa fl-Unjoni ta’ xaħmijiet maħlula li mhumiex maħsuba għall-konsum mill-bniedem għal ċerti skopijiet 'il barra mill-katina tal-għalf, kif previst fir-Regolament (UE) Nru 142/2011 qabel l-emendi mdaħħla permezz ta’ dan ir-Regolament.

(26)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3, il-punt (g) jinbidel b'dan li ġej:

“(g)

pil li jissodisfa r-rekwiżiti speċjali għall-punt tat-tmiem għal dak il-prodott stabbiliti fil-Kapitolu VIII tal-Anness XIII;

(h)

żejt tal-ħut għall-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali li jissodisfa r-rekwiżiti speċjali għall-punt tat-tmiem għal dak il-prodott stabbiliti fil-Kapitolu XIII tal-Anness XIII;

(i)

gażolina u fjuwils li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċjali għall-prodotti mill-proċess katalitiku b'bosta stadji għall-produzzjoni ta’ fjuwils li jistgħu jiġġeddu stabbiliti fil-punt 2(c) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu IV tal-Anness IV.”

(2)

L-Annessi II, IV, V, VII, VIII, XI u l-Annessi XIII sa XVI huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għal perjodu transizzjonali sal-31 ta’ Jannar 2012, il-kunsinni ta’ xaħmijiet maħlula li mhumiex maħsuba għall-konsum mill-bniedem li għandhom jintużaw għal ċerti skopijiet 'il barra mill-katina tal-għalf li huma akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li ġie ffirmat u mimli skont il-mudell stabbilit fil-Kapitolu 10(B) tal-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142.2011 qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandhom jibqgħu jiġu aċċettati għall-importazzjoni fl-Unjoni, sakemm tali ċertifikati jkunu mtlew u ġew iffirmati qabel it-30 ta’ Novembru 2011.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 117, 13.5.2003, p. 37.

(4)  EFSA Journal (2009) 971, 1-12.

(5)  EFSA Journal (2010); 8(7):1681.

(6)  EFSA Journal (2010); 8(10):1825.

(7)  EFSA Journal 2010; 8(7):1680.


ANNESS

Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, il-Kapitolu III, il-punt 1(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

volpijiet (Vulpes vulpes u Alopex lagopus);”

(2)

Fl-Anness IV, il-Kapitolu IV huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-Taqsima 1, il-punt 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.

Il-materjali li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ materjali tal-Kategorija 1 u 2 għandhom jiġu mmarkati b’mod permanenti skont ir-rekwiżiti għall-immarkar ta’ ċerti prodotti derivati stabbiliti fil-Kapitolu V tal-Anness VII.

Madankollu, tali mmarkar ma għandux jiġi meħtieġ għall-materjali li ġejjin imsemmijin fit-Taqsima 2:

(a)

il-bijodiżil prodott skont il-punt D;

(b)

il-materjali idrolizzati msemmija fil-punt H;

(c)

it-taħlitiet ta’ demel tal-ħnieżer u tat-tjur mal-ġir verġni prodott skont il-punt I;

(d)

il-fjuwils li jistgħu jiġġeddu prodotti minn xaħmijiet maħlula, li huma derivati minn materjali tal-Kategorija 2, skont il-punt J.”

(b)

Fit-Taqsima 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“H.   L-idrolisi u r-rimi sussegwenti

1.   L-Istati Membri konċernati

Il-proċess ta’ idrolisi u r-rimi sussegwenti jista’ jintuża fi Spanja, fl-Irlanda, fil-Latvja, fil-Portugall u fir-Renju Unit.

Wara l-idrolisi, l-awtorità kompetenti li tawtorizza għandha tiżgura li l-materjali jinġabru u jintremew fl-istess Stat Membru msemmi hawn fuq.

2.   Il-materjali tal-bidu

Għal dan il-proċess, jistgħu jintużaw il-materjali li ġejjin biss:

(a)

Il-materjali tal-Kategorija 2 msemmija fl-Artikolu 9(f)(i), (ii) u (iii) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 li ġejjin mill-ħnieżer;

(b)

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10(h) ta’ dak ir-Regolament li ġejjin mill-ħnieżer.

Madankollu, l-iġsma jew il-partijiet tal-iġsma li mietu minħabba l-preżenza ta’ marda epiżootika, jew sabiex tinqered din il-marda, ma jistgħux jintużaw

3.   Metodoloġija

L-idrolisi u r-rimi sussegwenti hija ħażna temporanja fil-post. Għandha titwettaq skont l-istandards li ġejjin:

(a)

Wara l-ġbir tagħhom minn azjenda li għaliha l-awtorità kompetenti awtorizzat l-użu tal-metodu tal-ipproċessar, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tad-densità tal-annimali tal-azjenda, ir-rata probabbli tal-mortalità u r-riskji potenzjali għas-saħħa pubblika u tal-annimali li jistgħu jinqalgħu, il-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom jitqiegħdu f’kontenitur li nbena skont il-punt (b)(‘il-kontenitur’) u li tqiegħed f’sit apposta skont il-punti (c) u (d) (‘is-sit apposta’).

(b)

Il-kontenitur għandu:

(i)

jkollu apparat biex jingħalaq;

(ii)

ma joħroġx ilma minnu u jkun issiġillat ermetikament;

(iii)

jkun miksi b’mod li jevita l-korrużjoni;

(iv)

jkun mgħammar b’apparat għall-kontroll tal-emissjonijiet skont il-punt (e).

(c)

Il-kontenitur għandu jitqiegħed f’sit apposta li huwa fiżikament separat mill-azjenda.

Dan is-sit għandu jkollu rotot għall-aċċess apposta għall-moviment ta’ materjali u għall-vetturi tal-ġbir.

(d)

Il-kontenitur u s-sit għandhom ikunu mibnija u organizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-ħarsien tal-ambjent, sabiex jiġu evitati l-irwejjaħ u r-riskji għall-ħamrija u għall-ilma ta’ taħt l-art.

(e)

Il-kontenitur għandu jkun mqabbad ma’ pajp għall-emissjonijiet tal-gassijiet, li għandu jkun mgħammar b’filtri xierqa sabiex tiġi evitata t-trasmissjoni ta’ mard li jista’ jittieħed mill-bniedem u mill-annimali.

(f)

Il-kontenitur għandu jkun magħluq għall-proċess ta’ idrolisi għal perjodu ta’ mill-inqas tliet xhur, b’tali mod li jiġi evitat kwalunkwe ftuħ mhux awtorizzat.

(g)

L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri li jevitaw it-trasmissjoni ta’ mard li jista’ jittieħed mill-bniedem u mill-annimali permezz tal-movimenti tal-persunal.

(h)

L-operatur għandu:

(i)

jieħu miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-għasafar, l-annimali gerriema, l-insetti u annimali oħra li jagħmlu l-ħsara;

(ii)

jistabbilixxi programm dokumentat għall-kontroll tal-annimali qerrieda.

(i)

L-operatur għandu jżomm rekords ta’:

(i)

kwalunkwe tpoġġija ta’ materjal fil-kontenitur;

(ii)

kwalunkwe ġbir ta’ materjal idrolizzat mill-kontenitur.

(j)

L-operatur għandu jiżvojta l-kontenitur f’intervalli regolari għal verifika:

(i)

għall-assenza ta’ korrużjoni;

(ii)

għas-sejba u l-prevenzjoni ta’ tnixxija possibbli ta’ materjali likwidi fl-art.

(k)

Wara l-idrolisi, il-materjali għandhom jinġabru, jintużaw u jintremew skont l-Artikolu 13(a), (b), (c) jew l-Artikolu 13(e)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

(l)

Il-proċess għandu jitwettaq permezz ta’ lottijiet.

(m)

Kwalunkwe mmaniġġjar jew użu ieħor tal-materjali idrolizzati, inkluża l-applikazzjoni tagħhom għall-art, għandu jkun projbit.

I.   It-trattament bil-ġir għad-demel tal-ħnieżer u tat-tjur

1.   Il-materjali tal-bidu

Għal dan il-proċess jista’ jintuża d-demel li ġej mill-ħnieżer jew mit-tjur kif imsemmi fl-Artikolu 9(a) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

2.   Il-metodu tal-ipproċessar

(a)

Il-kontenut tal-materja niexfa tad-demel għandu jiġi determinat bl-użu tal-metodu CEN EN 12880:2000 (*)‘Il-Karatterizzazzjoni tal-ħama. Id-determinazzjoni tar-residwu niexef u l-kontenut tal-ilma’.

Għal dan il-proċess, il-kontenut tal-materja niexfa għandu jkun bejn 15 % u 70 %.

(b)

L-ammont ta’ ġir li għandu jiżdied għandu jiġi determinat b’tali mod li tinkiseb waħda mill-kombinazzjonijiet ta’ ħin u temperatura stabbiliti fil-punt (f).

(c)

Id-daqs tal-partikuli tal-prodotti sekondarji tal-annimali li għandhom jiġu pproċessati ma għandux ikun akbar minn 12-il mm.

Jekk meħtieġ, id-daqs tal-partikuli tad-demel għandu jitnaqqas b’tali mod li jinkiseb id-daqs massimu tal-partikuli.

(d)

Id-demel għandu jitħallat mal-ġir verġni (CaO) li għandu reattività medja sa għolja ta’ inqas minn sitt minuti biex jikseb żieda ta’ 40 °C fit-temperatura skont il-kriterji tat-test tar-reattività 5.10 fil-metodu CEN EN 459-2:2002 (**).

It-taħlit għandu jsir b’żewġ magni għat-taħlit li jaħdmu wara xulxin, b’żewġ skrejjen għal kull magna għat-taħlit.

Iż-żewġ magni għat-taħlit għandhom:

(i)

ikollhom skrun b’dijametru ta’ 0,55 m u tul ta’ 3,5 m;

(ii)

jaħdmu b’qawwa ta’ 30 kW u veloċità ta’ rotazzjoni tal-iskrun ta’ 156 rpm;

(iii)

ikollhom kapaċità ta’ trattament ta’ 10 tunnellati kull siegħa.

It-tul ta’ żmien medju għat-taħlit inizjali għandu jkun madwar żewġ minuti.

(e)

It-taħlita għandha titħallat għal perjodu ta’ mill-inqas sitt sigħat f’munzell għall-ħażna b’daqs minimu ta’ żewġ tunnellati.

(f)

F’punti ta’ monitoraġġ li għandhom jiddaħħlu fil-munzell għall-ħażna, għandu jitwettaq kejl kontinwu sabiex jintwera li t-taħlita fil-munzell għall-ħażna tilħaq pH ta’ mill-inqas 12 matul wieħed mill-perjodi ta’ ħin li ġejjin, li matulu għandha tinkiseb waħda mit-temperaturi korrispondenti li ġejjin:

(i)

60 °C għal 60 minuta; jew

(ii)

70 °C għal 30 minuta.

(g)

Il-proċess għandu jitwettaq permezz ta’ lottijiet.

(h)

Għandha tiġi stabbilita proċedura permanenti bil-miktub imsejsa fuq il-prinċipji tal-HACCP.

(i)

L-operaturi jistgħu juru lill-awtorità kompetenti, permezz ta’ validazzjoni skont ir-rekwiżiti li ġejjin, li proċess bl-użu ta’ magna għat-taħlit li hija differenti mill-magna għat-taħlit imsemmija fil-punt (d) jew bl-użu tal-ġir dolomitiku (CaOMgO) minflok ġir verġni huwa effiċjenti mill-inqas bl-istess mod bħall-proċess stabbilit fil-punti (a) sa (h):

Il-validazzjoni għandha:

turi li bl-użu tal-magna għat-taħlit differenti minn dik imsemmija fil-punt (d) jew il-ġir dolomitiku, skont kif meħtieġ, tista’ tiġi prodotta taħlita tad-demel li tikseb il-parametri għall-pH, il-ħin u t-temperatura msemmija fil-punt (f);

tkun imsejsa fuq il-monitoraġġ tal-ġir u t-temperatura fil-qiegħ, fin-nofs u fil-wiċċ tal-munzell għall-ħażna, b’numru rappreżentattiv ta’ punti ta’ monitoraġġ (mill-inqas erba’ punti ta’ monitoraġġ fiż-żona tal-qiegħ, li jinsabu f'massimu ta’ 10 ċm ‘il fuq mill-qiegħ u massimu ta’ 10 ċm taħt in-naħa ta’ fuq taż-żona tal-qiegħ, punt ta’ monitoraġġ wieħed fin-nofs bejn il-qiegħ u l-wiċċ tal-munzell għall-ħażna, u erba' punti ta’ monitoraġġ fiż-żona marġinali fil-wiċċ tal-munzell, li jinsabu f'massimu ta’ 10 ċm taħt il-punt l-aktar baxx tal-wiċċ u massimu ta’ 10 ċm taħt il-punt l-aktar għoli tal-wiċċ tal-munzell għall-ħażna);

titwettaq matul żewġ perjodi ta’ mill-inqas 30 jum, li minnhom wieħed għandu jkun fl-istaġun kiesaħ tas-sena fil-post ġeografiku fejn il-magna għat-taħlit tkun se tintuża.

J.   Proċess katalitiku b’bosta stadji għall-produzzjoni ta’ fjuwils li jistgħu jiġġeddu

1.   Il-materjali tal-bidu

(a)

Għal dan il-proċess, jistgħu jintużaw il-materjali li ġejjin:

(i)

xaħmijiet maħlula derivati minn materjal tal-Kategorija 2, li ġew ipproċessati permezz tal-metodu tal-ipproċessar 1 (sterilizzazzjoni bill-pressjoni);

(ii)

żejt tal-ħut jew xaħmijiet maħlula derivati minn materjal tal-Kategorija 3, li ġew ipproċessati bl-użu ta’:

kwalunkwe wieħed mill-metodi tal-ipproċessar minn 1 sa 5 jew il-metodu tal-ipproċessar 7; jew

fil-każ ta’ materjal derivat miż-żejt tal-ħut, kwalunkwe wieħed mill-metodi tal-ipproċessar minn 1 sa 7;

(iii)

iż-żejt tal-ħut jew xaħam maħlul li ġie prodotti skont it-Taqsimiet VIII jew XII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, rispettivament.

(b)

L-użu ta’ xaħmijiet maħlula derivati minn materjal tal-Kategorija 1 għal dan il-proċess għandu jiġi projbit.

2.   Il-metodu tal-ipproċessar

(a)

Ix-xaħam maħlul għandu jiġi trattat minn qabel u dan it-trattament jikkonsisti fi:

(i)

l-ibbliċjar tal-materjali li ġew ċentrifugati billi jingħaddu minn filtru tat-tafal;

(ii)

it-tneħħija tal-impuritajiet li fadal li ma jinħallux permezz tal-filtrazzjoni.

(b)

Il-materjali trattati minn qabel għandhom jiġu sottomessi għal proċess katalitiku b'bosta stadji li jikkonsisti fi stadju ta’ idrodeossiġenizzazzjoni u stadju ta’ isomerizzazzjoni warajh.

Il-materjali għandhom jiġu sottomessi għal pressjoni ta’ mill-inqas 20 bars f’temperatura ta’ mill-inqas 250 °C għal mill-inqas 20 minuta.

(*)  BS EN 12880:2000, Il-Karatterizzazzjoni tal-ħama. Id-determinazzjoni tar-residwu niexef u l-kontenut tal-ilma. Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni,"

(**)  Il-metodu CEN EN 459-2:2002 CEN/TC 51 - Il-ġir għas-siment u għall-bini. Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni,”"

(c)

Fit-Taqsima 3, il-punt 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

It-tieni inċiż tal-punt (b)(iii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“—

derivat minn materjal tal-Kategorija 3 għajr materjali imsemmijin fl-Artikolu 10(p) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, li jintużaw għall-għalf;”

(ii)

Il-punti li ġejjin huma miżjuda:

“(c)

il-proċess katalitiku b’bosta stadji għall-produzzjoni ta’ fjuwils li jistgħu jiġġeddu jista’:

(i)

fil-każ tal-gażolina u l-fjuwils l-oħra li jirriżultaw mill-proċess, jintuża bħala fjuwil mingħajr restrizzjonijiet skont dan ir-Regolament (punt tat-tmiem);

(ii)

fil-każ ta’ tafal użat mill-ibbliċjar u l-ħama mill-proċess ta’ trattament minn qabel imsemmi fil-punt J(2)(a) tat-Taqsima 2:

jintrema permezz tal-inċinerazzjoni jew il-koinċinerazzjoni,

jinbidel f’bijogass,

jiġi kkompostjat jew użat għall-manifattura ta’ prodotti derivati msemmijin fl-Artikolu 36(a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(d)

it-taħlita ta’ demel tal-ħnieżer u tat-tjur trattata bil-ġir tista’ tintuża għall-art bħala demel ipproċessat.”

(3)

Fl-Anness V, fil-Kapitolu III, fit-Taqsima 3, jiżdied il-punt 3 li ġej:

“3.

Meta l-prodotti sekondarji tal-annimali jiġu pproċessati f’bijogass jew ikkompostjati flimkien ma’ materjali li mhux ġejjin mill-annimali, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza lill-operaturi jieħdu kampjuni rappreżentattivi wara l-pasturizzazzjoni msemmija fil-punt 1(a) tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I jew wara l-ikkompostjar imsemmi fil-punt 1 tat-Taqsima 2, kif xieraq, u qabel ma jsir it-taħlit ma’ materjali li mhux ġejjin mill-annimali, sabiex jimmonitorjaw l-effiċjenza tal-ipproċessar jew l-ikkompostjar tal-prodotti sekondarji tal-annimali, kif xieraq.”

(4)

Fl-Anness VII, fil-Kapitolu II, il-punti 1, 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.

L-applikazzjonijiet għandu jkollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex l-EFSA tkun tista’ tivvaluta s-sikurezza tal-metodu alternattiv propost, u b’mod partikolari jiddeskrivu:

il-kategoriji tal-prodotti sekondarji tal-annimali li huma maħsuba li jiġu sottomessi għall-metodu,

il-proċess sħiħ,

il-perikli bijoloġiċi għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali involuti, u

il-livell tat-tnaqqis tar-riskju li għandu jinkiseb permezz tal-proċess.

2.

L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha wkoll:

(a)

tindika l-punti applikabbli fl-Artikoli 8, 9 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 inkluż l-istatus fiżiku ta’ dawk il-materjali u, jekk applikabbli, kwalunkwe trattament minn qabel li għalih dawk il-materjali ġew sottomessi filwaqt li tindika kwalunkwe materjal għajr il-prodotti sekondarji tal-annimali li għandhom jintużaw fil-proċess.

(b)

tinkludi protokoll tal-HACCP u dijagramma tal-fluss li jindika b’mod ċar l-istadji individwali tal-proċess, jidentifika l-parametri li huma kritiċi għall-inattivazzjoni ta’ patoġeni rilevanti bħat-temperatura, il-pressjoni, il-ħin tal-espożizzjoni, l-aġġustament għall-valur tal-pH u d-daqs tal-partikuli u huwa kkumplimentat b'folji ta’ dejta teknika tat-tagħmir użat matul il-proċess;

(c)

tidentifika u tikkaratterizza l-perikli bijoloġiċi għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali rrappreżentati mill-kategoriji ta’ prodotti sekondarji tal-annimali li huma maħsuba li jiġu sottomessi għall-metodu;

(d)

turi li l-perikli bijoloġiċi l-aktar reżistenti assoċjati mal-kategorija ta’ materjali li għandhom jiġu pproċessati huma mnaqqsa fi kwalunkwe prodott ġġenerat matul il-proċess, inkluż l-ilma ta’ skart, mill-inqas sal-livell miksub mill-istandards tal-ipproċessar stabbiliti f’dan ir-Regolament għall-istess kategorija ta’ prodotti sekondarji tal-annimali. Il-livell tat-tnaqqis tar-riskju għandu jiġi determinat permezz ta’ kejl dirett ivvalidat, sakemm ma jkunx jista' jiġi aċċettat l-immudellar jew it-tqabbil ma’ proċessi oħra.

3.

Il-kejl dirett ivvalidat kif imsemmi fil-paragrafu 2(d) hawn fuq għandu jfisser:

(a)

il-kejl tat-tnaqqis tal-vijabbiltà/infettività ta’: organiżmi indikaturi endoġeni waqt il-proċess, fejn l-indikatur huwa:

preżenti b’mod konsistenti fil-materja prima f’għadd kbir;

mhux inqas reżistenti għall-aspetti letali tal-proċess ta’ trattament, iżda wkoll mhux aktar reżistenti b’mod sinifikanti mill-patoġeni li għalihom ikun qed jintuża għall-monitoraġġ;

relattivament faċli biex tikkwantifikah, tidentifikah u tikkonfermah; jew

(b)

bl-użu ta’ organiżmu jew virus għat-testijiet li jkun kkaratterizzat sewwa mdaħħal f’suġġett adatt għat-testijiet fil-materjal tal-bidu.

Jekk ikunu involuti bosta stadji ta’ trattament, għandha titwettaq valutazzjoni dwar il-livell sa fejn l-istadji ta’ tnaqqis differenti huma kumulattivi, jew jekk l-istadji bikrija fil-proċess jistgħux jikkompromettu l-effikaċja tal-istadji sussegwenti;

(c)

ir-rappurtaġġ ta’ riżultati kompluti billi

(i)

tiġi deskritta fid-dettall il-metodoloġija użata;

(ii)

tiġi deskritta n-natura tal-kampjuni li ġew analizzati;

(iii)

jintwera li l-għadd ta’ kampjuni analizzati huwa rappreżentattiv;

(iv)

jiġi ġustifikat l-għadd ta’ testijiet imwettqa u l-għażla tal-punti ta’ kejl;

(v)

jiġu indikati s-sensibbiltà u l-ispeċifiċità tal-metodi ta’ sejba użati;

(vi)

tiġi pprovduta dejta dwar ir-ripetittività u l-varjabbiltà statistika tal-kejl miksub waqt l-esperimenti;

(vii)

jiġu ġġustifikati, jekk jintużaw; it-tifsir tas-surrogati tal-prijoni;

(viii)

jintwera, fejn hemm nuqqas ta’ kejl dirett, li jintużaw mudelli jew tqabbil ma’ proċessi oħra, li l-fatturi li jwasslu għat-tnaqqis tar-riskju huma magħrufa sew u l-mudell tat-tnaqqis tar-riskju huwa stabbilit sew;

(ix)

tiġi pprovduta dejta għall-proċess sħiħ dwar il-kejl dirett tal-fatturi kollha li jwasslu għat-tnaqqis tar-riskju li juri li dawn il-fatturi huma applikati b’mod omoġenu fil-lott kollu li ġie ttrattat.

4.

Il-pjan tal-HACCP imsemmi fil-paragrafu 2(b) għandu jkun msejjes fuq il-parametri kritiċi li jintużaw għall-kisba tat-tnaqqis tar-riskju, b’mod partikolari:

it-temperatura,

il-pressjoni,

il-ħin, u

il-kriterji mikrobijoloġiċi.

Il-limiti kritiċi miżmuma fil-pjan tal-HACCP għandhom jiġu definiti, imsejsa fuq ir-riżultati tal-validazzjoni sperimentali u/jew tal-mudell ipprovdut.

Jekk it-tħaddim b’suċċess tal-proċess jista’ biss jintwera b’referenza għal parametri tekniċi li huma speċifikament relatati mat-tagħmir użat fil-proċesss, il-pjan tal-HACCP għandu wkoll jinkludi l-limiti tekniċi li għandhom jiġu ssodisfati, b’mod partikolari t-teħid ta’ enerġija, l-għadd ta’ tefgħat tal-pompa jew id-doża tas-sustanzi kimiċi.

Għandha tingħata informazzjoni dwar il-parametri kritiċi u tekniċi li għandhom jiġu mmonitorjati u rrekordjati b’mod kontinwu jew wara intervalli definiti u dwar il-metodi użati għall-kejl u għall-monitoraġġ.

Għandha titqies il-varjabbiltà tal-parametri taħt kundizzjonijiet ta’ produzzjoni tipiċi.

Il-pjan tal-HACCP għandu jirrifletti l-kundizzjonijiet ta’ tħaddim normali u mhux normali/ta’ emerġenza inkluż falliment tal-proċess u għandu jispeċifika azzjonijiet korrettivi possibbli li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ kundizzjonijiet ta’ tħaddim mhux normali/ta’ emerġenza.

5.

L-applikazzjonijiet għandhom ukoll jinkludu biżżejjed informazzjoni dwar:

(a)

ir-riskji assoċjati ma’ proċessi interdipendenti, u b’mod partikolari dwar ir-riżultat ta’ evalwazzjoni ta’ impatti indiretti possibbli, li jistgħu:

(i)

jinfluwenzaw il-livell tat-tnaqqis tar-riskju ta’ proċess partikolari;

(ii)

jirriżultaw mit-trasport jew il-ħażna ta’ kwalunkwe prodott iġġenerat matul il-proċess u mir-rimi sigur ta’ tali prodotti, inkluż l-ilma ta’ skart.

(b)

ir-riskji assoċjati mal-użu tat-tmiem maħsub tal-prodotti, b’mod partikolari:

(i)

l-użu tat-tmiem maħsub ta’ kwalunkwe prodott iġġenerat waqt il-proċess għandu jiġi speċifikat;

(ii)

ir-riskji probabbli għas-saħħa tal-bniedem u s-saħħa tal-annimali u l-impatti possibbli fuq l-ambjent għandhom jiġu vvalutati fuq il-bażi tat-tnaqqis tar-riskju stmat skont il-punt 2(d).

6.

L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu flimkien ma’ evidenza dokumentarja, b’mod partikolari:

(a)

dijagramma tal-fluss li turi l-funzjonament tal-proċess;

(b)

l-evidenza msemmija fil-punt 2(d), kif ukoll evidenza oħra li għandha l-għan li tissostanzja l-informazzjoni pprovduta fil-qafas tal-applikazzjoni kif stabbilit fil-punt 2.

7.

L-applikazzjonijiet għandhom jinkludu indirizz ta’ kuntatt għall-parti interessata, li għandu jinkludi l-isem u l-indirizz sħiħ, in-numri tat-telefown u/jew tal-faks u/jew l-indirizz tal-posta elettronika ta’ persuna partikolari li tkun responsabbli bħala l-parti interessata jew f'isimha.”

(5)

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-Kapitolu II, il-punt 2(b), (xvii) jinbidel b’dan li ġej:

“(xvii)

fil-każ ta’ oġġetti għall-wiri, il-kliem ‘oġġett għall-wiri mhux għall-konsum mill-bniedem’, minflok it-test tat-tikketta stabbilit fil-punt (a);

(xviii)

fil-każ taż-żejt tal-ħut għall-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali msemmija fil-Kapitolu XIII tal-Anness XIII, il-kliem ‘żejt tal-ħut għall-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali’, minflok it-test tat-tikketta stabbilit fil-punt (a);

(xix)

fil-każ ta’ demel li kien soġġett għat-trattament bil-ġir stabbilit fil-punt I tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness IV, il-kliem ‘taħlita ta’ demel u ġir’.”

(b)

Fil-Kapitolu V, fil-punt 3(d), (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

maħsub għal finijiet ta’ riċerka u għal finijiet speċifiċi oħra kif imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 li ġew awtorizzati mill-awtorità kompetenti;

(e)

fjuwils li jistgħu jiġġeddu prodotti minn xaħmijiet maħlula, li huma derivati minn materjali tal-Kategorija 2, skont il-punt J tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness IV.”

(6)

Fl-Anness XI, fil-Kapitolu I, fit-Taqsima 2, is-sentenza tal-bidu tinbidel b’dan li ġej:

“It-tqegħid fis-suq ta’ demel ipproċessat, prodotti derivati minn demel ipproċessat u l-gwanu mill-friefet il-lejl għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin. Barra minn hekk, fil-każ tal-gwanu mill-friefet il-lejl, huwa meħtieġ il-kunsens tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.”

(7)

Fl-Anness XIII, jiżdied il-Kapitolu XIII li ġej:

“KAPITOLU XIII

Rekwiżiti speċifiċi għaż-żejt tal-ħut għall-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali

Punt tat-tmiem għaż-żejt tal-ħut għall-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali

Iż-żejt tal-ħut derivat mill-materjali msemmija fil-punt A.2 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu II tal-Anness X, li tkun tneħħietlu l-aċidità b’soluzzjoni ta’ NaOH b’temperatura ta’ 80 °C jew aktar u li wara ġie ppurifikat permezz tad-distillazzjoni b’temperatura ta’ 200 °C jew aktar, jista’ jitqiegħed fis-suq għall-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali mingħajr restrizzjonijiet skont dan ir-Regolament.”

(8)

L-Anness XIV huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Kapitolu I huwa emendat kif ġej:

(i)

It-Taqsima 1 hija emendata kif ġej:

fil-paragrafu tal-bidu, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

għandhom ikunu ppreżentati fil-punt tad-dħul fl-Unjoni fejn isiru l-kontrolli veterinarji flimkien ma’ dokument li jikkorrispondi mal-mudell imsemmi fil-kolonna ‘ċertifikati/dokumenti mudell’ tat-Tabella 1;

(f)

dawn għandhom jiġu minn stabbiliment jew impjant li huwa rreġistrat jew approvat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, kif xieraq, u li huwa fil-lista ta’ tali stabbilimenti u impjanti msemmija fl-Artikolu 30.”

fit-Tabella 1, fir-ringiela nru 1, id-deskrizzjoni tal-prodott fit-tieni kolonna hija sostitwita b’dan li ġej:

“proteina pproċessata tal-annimali, inklużi taħlitiet u prodotti għajr l-ikel għall-annimali domestiċi li jkun fih tali proteina, u għalf kompost li jkun fih tali proteina kif definit fl-Artikolu 3(2)(h) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009”.

(ii)

Fit-Taqsima 2, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

Importazzjonijiet ta’ proteina pproċessata tal-annimali, inklużi taħlitiet u prodotti għajr l-ikel għall-annimali domestiċi li jkun fih tali proteina, u għalf kompost kif definit fl-Artikolu 3(2)(h) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009”.

(b)

Il-Kapitolu II huwa emendat kif ġej:

(i)

It-Taqsima 1 hija emendata kif ġej:

fil-paragrafu tal-bidu, il-punti (d) u (e) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(d)

dawn għandhom jiġu minn stabbiliment jew impjant li huwa rreġistrat jew approvat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, kif xieraq, u li huwa fil-lista ta’ tali stabbilimenti u impjanti msemmija fl-Artikolu 30; u

(e)

għandu jkollhom magħhom matul it-trasport sal-punt tad-dħul fl-Unjoni fejn isiru l-kontrolli veterinarji ċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fil-kolonna ‘ċertifikati/dokumenti mudell’ tat-Tabella 1; jew

(f)

għandhom ikunu ppreżentati fil-punt tad-dħul fl-Unjoni fejn isiru l-kontrolli veterinarji flimkien ma’ dokument li jikkorrispondi mal-mudell imsemmi fil-kolonna ‘ċertifikati/dokumenti mudell’ tat-Tabella 2.”

fit-Tabella 2, ir-ringiela nru 17 hija sostitwita b’dan li ġej:

“17

Xaħmijiet maħlula għal ċerti skopijiet ’il barra mill-katina tal-għalf għall-annimali mrobbija

(a)

Fil-każ ta’ materjali maħsuba għall-produzzjoni tal-bijodiżil:

Materjali tal-Kategorija 1, 2 u 3 msemmijin fl-Artikoli 8, 9 u 10.

(b)

Fil-każ ta’ materjali maħsuba għall-produzzjoni ta’ fjuwils li jistgħu jiġġeddu msemmijin fil-punt J tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness IV:

Materjali tal-Kategorija 2 u 3 msemmijin fl-Artikoli 9 u 10.

(c)

Fil-każ ta’ materjali maħsuba għal fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija:

Il-materjali tal-Kategorija 2 msemmijin fl-Artikolu 9, punti (c) u (d) u l-Artikolu 9, punt (f)(i) u l-materjali tal-Kategorija 3 msemmijin fl-Artikolu 10, għajr fil-punti (c) u (p).

(d)

Fil-każ ta’ materjali maħsuba għal skopijiet oħra:

Il-materjali tal-Kategorija 1 msemmijin fl-Artikolu 8, punti (b), (c) u (d), il-materjali tal-Kategorija 2 msemmijin fl-Artikolu 9, punti (c), (d) u l-Artikolu 9, punt (f)(i) u l-materjali tal-Kategorija 3 msemmijin fl-Artikolu 10, għajr fil-punti (c) u (p).

Ix-xaħmijiet maħlula għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 9.

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 u, fil-każ ta’ materjali ta’ ħut, pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE.

Il-Kapitolu 10(B) tal-Anness XV.”

(ii)

Fit-Taqsima 9, il-punt (a)(iii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(iii)

fil-każ ta’ materjali maħsuba għall-produzzjoni ta’ fjuwils li jistgħu jiġġeddu msemmijin fil-punt J tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament, il-materjali tal-Kategorija 2 imsemmijin fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u l-materjali tal-Kategorija 3 imsemmijin fl-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

fil-każ ta’ materjali oħra, il-materjali tal-Kategorija 1 imsemmijin fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, il-materjali tal-Kategorija 2 imsemmijin fil-punti (c) u (d) u l-punt (f)(i) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jew il-materjali tal-Kategorija 3, għajr il-materjali msemmijin fil-punti (c) u (p) tal-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament;”

(9)

Fl-Anness XV, il-Kapitolu 10(B) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“KAPITOLU 10(B)

Ċertifikat tas-saħħa

Għax-xaħmijiet maħlula mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem li għandhom jintużaw għal ċerti skopijiet ’il barra mill-katina tal-għalf, maħsuba għad-dispaċċ lejn l-Unjoni Ewropea jew għat-tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(10)

Fl-Anness XVI, fil-Kapitolu III, tiddaħħal it-Taqsima 11 li ġejja:

Taqsima 11

Kontrolli uffiċjali rigward l-idrolisi u r-rimi sussegwenti

L-awtorità kompetenti għandha twettaq kontrolli fis-siti fejn titwettaq l-idrolisi u r-rimi sussegwenti skont il-punt H tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness IV.

Għall-iskop ta’ rikonċiljazzjoni tal-kwantitajiet ta’ materjali idrolizzati mibgħuta u mormija, tali kontrolli għandhom jinkludu verifiki dokumentarji:

(a)

tal-ammont ta’ materjali li huma idrolizzati fis-sit;

(b)

fl-istabbilimenti jew impjanti fejn jintremew il-materjali idrolizzati.

Il-kontrolli għandhom jitwettqu b’mod regolari fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskji.

Waqt il-perjodu tal-ewwel 12-il xahar ta’ tħaddim, għandha titwettaq żjara ta’ kontroll f’sit fejn jinsab kontenitur għall-idrolisi, kull darba li l-materjal idrolizzat jinġabar mill-kontenitur.

Wara l-perjodu tal-ewwel 12-il xahar ta’ tħaddim, għandha titwettaq żjara ta’ kontroll f’tali sit kull darba li jiġi żvujtat il-kontenitur u jiġi vverifikat għall-assenza ta’ korrużjoni u tnixxija skont il-punt H(j) tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness IV.”



30.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 750/2011

tad-29 ta’ Lulju 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Lulju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AR

23,8

ZA

27,3

ZZ

25,6

0707 00 05

TR

100,6

ZZ

100,6

0709 90 70

TR

111,7

ZZ

111,7

0805 50 10

AR

64,9

CL

79,0

TR

60,0

UY

68,2

ZA

79,9

ZZ

70,4

0806 10 10

CL

54,3

EG

155,4

MA

137,5

TN

223,5

TR

175,1

ZA

69,4

ZZ

135,9

0808 10 80

AR

93,7

BR

83,5

CL

87,3

CN

77,5

NZ

110,7

US

131,3

ZA

92,9

ZZ

96,7

0808 20 50

AR

74,9

CL

109,2

CN

75,8

NZ

148,5

ZA

109,1

ZZ

103,5

0809 10 00

IL

240,3

TR

174,5

XS

83,4

ZZ

166,1

0809 20 95

CL

267,8

TR

282,9

ZZ

275,4

0809 30

TR

174,8

ZZ

174,8

0809 40 05

BA

51,5

IL

148,6

XS

57,7

ZA

70,8

ZZ

82,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


30.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 751/2011

tad-29 ta’ Lulju 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 728/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Lulju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 194, 26.7.2011, p. 29.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-30 ta’ Lulju 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

49,99

0,00

1701 11 90  (1)

49,99

0,00

1701 12 10  (1)

49,99

0,00

1701 12 90  (1)

49,99

0,00

1701 91 00  (2)

56,48

0,53

1701 99 10  (2)

56,48

0,00

1701 99 90  (2)

56,48

0,00

1702 90 95  (3)

0,56

0,19


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


30.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 752/2011

tad-29 ta’ Lulju 2011

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 5 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2011, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Awwissu 2011, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2011

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

0,00

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

0,00


(1)  Għall-prodotti li jaslu fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed,

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Isvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

15.7.2011-28.7.2011

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

228,97

190,16

Prezz FOB USA

386,59

376,59

356,59

Tariffa fuq il-Golf

21,69

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

57,12

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Merkanzija/Spejjeż: Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam:

18,33  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż: L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

49,88  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


DIRETTIVI

30.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/30


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/73/UE

tad-29 ta’ Lulju 2011

li temenda, l-Annessi I u V mad-Direttiva 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ismijiet tat-tessuti, għall-fini tal-adattament tagħhom għall-progress tekniku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar ismijiet tat-tessuti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2008/121/KE tistabbilixxi r-regoli dwar l-ittikkettjar jew l-immarkar tal-prodotti fir-rigward tal-kontenut tagħhom ta’ fibra tessili, biex b’hekk ikun żgurat li l-interessi tal-konsumatur ikunu mħarsa. Il-prodotti tat-tessuti jistgħu jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni biss jekk ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Fid-dawl ta’ sejbiet riċenti minn grupp ta’ ħidma tekniku, hu meħtieġ, għall-fini tal-adattament tad-Direttiva 2008/121/KE għall-progress tekniku, li l-bikomponent tal-fibra polipropilen/poliammid jiżdied mal-lista tal-fibri stipulati fl-Annessi I u V ma’ dik id-Direttiva.

(3)

Għalhekk, id-Direttiva 2008/121/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Direttivi relatati mal-Ismijiet u l-Ittikkettjar tat-Tessuti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2008/121/KE hija emendata kif ġej:

1.

Fl-Anness I tiżdied ir-ringiela 49:

“49.

Il-bikomponent abbażi tal-polipropilen/poliammid

fibra bikomponenti li tikkonsisti minn 10 % sa 25 % bil-massa ta’ fibrilli tal-poliammid inkorporati fil-matriċi tal-polipropilen”

2.

Fl-Anness V tiżdied l-annotazzjoni 49 li ġejja:

“49.

Il-bikomponent abbażi tal-polipropilen/poliammid

1,00 ”.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Lulju 2012. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 19, 23.1.2009, p. 29.


30.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/32


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/74/UE

tad-29 ta’ Lulju 2011

li temenda, għall-għanijiet tal-adattament tagħha għall-progress tekniku, l-Anness II mad-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ żewġ fibri tat-tessut

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ żewġ fibri tat-tessut (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar ismijiet tat-tessuti (2) titlob li l-ittikkettjar ikun jindika l-kompożizzjoni tal-fibri tal-prodotti tat-tessut, filwaqt li jsiru kontrolli b’analiżi dwar il-konformità ta’ dawn il-prodotti mal-indikazzjonijiet mogħtija fuq it-tikketta.

(2)

Metodi uniformi għal analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ żewġ fibri tat-tessut huma previsti fid-Direttiva 96/73/KE.

(3)

Fuq il-bażi ta’ sejbiet riċenti minn grupp ta’ ħidma tekniku, id-Direttiva 2008/121/KE ġiet adattata għall-progress tekniku biż-żieda tal-fibra bikomponenti abbażi tal-polipropilen/poliammid mal-lista ta’ fibri stipulata fl-Annessi I u V ma’ din id-Direttiva.

(4)

Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu mfissra metodi uniformi ta’ ttestjar għall-bikomponent abbażi tal-polipropilen/poliammid.

(5)

Id-Direttiva 96/73/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Direttivi dwar it-Twaħħil tat-Tikketti u l-Ismijiet tat-Tessuti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness II mad-Direttiva 96/73/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Lulju 2012. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 32, 3.2.1997, p. 1.

(2)  ĠU L 19, 23.1.2009, p. 29.


ANNESS

Il-Kapitolu 2 tal-Anness II tad-Direttiva 96/73/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Tabella Sommarja tinbidel b'din li ġejja:

“2.   TABELLA SOMMARJA

Il-metodu osservat

Kamp ta' applikazzjoni (1)

Reaġent

Komponent li jinħall

Komponent li ma jinħallx

1.

Aċetat

Ċerti fibri oħra

Aċetun

2.

Ċerti fibri ta' proteina

Ċerti fibri oħra

Ipoklorit

3.

Viskuż, kupru jew ċerti tipi ta’ modal

Ċerti fibri oħra

Aċidu formiku u klorur taż-żingu

4.

Poliammid jew najlon

Ċerti fibri oħra

Aċidu formiku, 80 % m/m

5.

Aċetat

Ċerti fibri oħra

Alkoħol tal-benżil

6.

Triaċetat jew polilaktid

Ċerti fibri oħra

Diklorometan

7.

Ċerti fibri taċ-ċelluloża

Ċerti fibri oħra

Aċidu sulfuriku, 75 % m/m

8.

Akriliki, ċerti modakriliki jew ċerti klorofibri

Ċerti fibri oħra

Dimetilformammid

9.

Ċerti klorofibri

Ċerti fibri oħra

Disulfid tal-karbonju/aċetun, 55,5/44,5 v/v

10.

Aċetat

Ċerti fibri oħra

Aċidu aċetiku glaċjali

11.

Ħarir, poliammid jew najlon

Ċerti fibri oħra

Aċidu sulfuriku, 75 % m/m

12.

Ġuta

Ċerti fibri tal-annimali

Metodu bil-kontenut ta’ nitroġenu

13.

Polipropilen

Ċerti fibri oħra

Ksilin

14.

Ċerti fibri

Ċerti fibri oħra

Metodu ta’ aċidu sulfuriku konċentrat

15.

Klorofibri, ċerti modakriliki, ċerti elastani, aċetati, triaċetati

Ċerti fibri oħra

Ċikloesanun

16.

Melamina

Ċerti fibri oħra

Aċidu formiku jaħraq 90 % m/m

(2)

Il-punt 1.2 tal-metodu Nru 1 qed jinbidel b'dan li ġej:

“2.

suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kittien (7), qanneb veru (8), ġuta (9), abaka (10), alfa (11), kajjar (12), broom (13), ramie (14), sisal (15), kupru (21), modal (22), proteina (23), viskuż (25), akrilik (26), poliammid jew najlon (30), poliester (35), polipropilen (37), elastomultiester (46), elastolefin (47), melamina (48) u l-bikomponent abbażi tal-polipropilen/poliammid (49).

Dan il-metodu fl-ebda ċirkustanza ma hu applikabbli għal fibri aċetati li ġew deaċetilati fil-wiċċ.”

(3)

Il-punt 1.2 tal-metodu Nru 2 qed jinbidel b'dan li ġej:

“2.

qoton (5), kupru (21), viskuż (25), akrilik (26), klorofibri (27), poliammid jew najlon (30), poliester (35), polipropilen (37), elastan (43), fibri tal-ħġieġ (44), elastomultiester (46), elastolefin (47), melamina (48) u l-bikomponent abbażi tal-polipropilen/poliammid (49).

F’każ li jkun hemm preżenti fibri ta’ proteini differenti, il-metodu jagħti t-total tal-ammonti tagħhom iżda mhux il-kwantitajiet individwali tagħhom.”

(4)

Il-metodu Nru 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“VISKUŻ, KUPRU JEW ĊERTI TIPI TA' MODAL U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża l-aċidu formiku u l-klorur taż-żingu)”

(b)

Il-punt 1.2 qed jinbidel b'dan li ġej:

“2.

qoton (5), polipropilen (37), elastolefin (47) u melamina (48).

Jekk jinstab li tkun preżenti fibra tal-modal, għandu jsir test preliminari biex jivverifika jekk din iddubx fir-reaġent.

Dan il-metodu mhuwiex applikabbli għal taħlitiet li fihom il-qoton ikun ġarrab degradazzjoni kimika eċċessiva, u lanqas meta l-viskuż jew il-kupru jiġi mdewweb għalkollox bil-preżenza ta' ċerti żebgħat jew tirqim li ma jistgħux jitneħħew għalkollox.”

(c)

Il-punt 5 qed jinbidel b'dan li ġej:

“5.   IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa 1,00, ħlief għall-qoton, li għalih ‘d’ =1,02 u għall-melamina, li għaliha ‘d’ = 1,01.”

(5)

Il-metodu Nru 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“AĊETAT U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża alkoħol tal-benżil)”

(b)

Il-punt 1.2 qed jinbidel b'dan li ġej:

“2.

triaċetat (24), polipropilen (37), elastolefin (47) melamina (48) u l-bikomponenti abbażi tal-polipropilen/poliammid (49)."

(6)

Il-metodu Nru 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“TRIAĊETATI JEW POLILAKTID U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża d-diklorometan)”

(b)

Il-punt 1.2 qed jinbidel b'dan li ġej:

“2.

suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kupru (21), modal (22), viskuż (25), akrilik (26), poliammid jew najlon (30), poliester (35), polipropilen (37), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (46), elastolefin (47), melamina (48) u l-bikomponent abbażi tal-polipropilen/poliammid (49).

Nota

Il-fibri tat-triaċetat li jkunu għaddew minn fażi finali li twassal għall-idroliżi parzjali ma jibqgħux idubu għalkollox fir-reaġent. F’każijiet bħal dawn, il-metodu mhuwiex applikabbli”.

(7)

Il-metodu Nru 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“ĊERTI FIBRI TAĊ-ĊELLULOŻA U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża 75 % m/m aċidu sulfuriku)”

(b)

Il-punt 1.2 qed jinbidel b'dan li ġej:

“2.

poliester (35), polipropilen (37), elastomultiester (46), elastolefin (47) u l-bikomponent abbażi tal-polipropilen/poliammid (49)."

(c)

Il-punt 5 qed jinbidel b'dan li ġej:

“5.   IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta' ‘d’ huwa 1,00, ħlief għall-bikomponent abbażi tal-polipropilen/poliammid, li għalih il-valur ta' ‘d’ huwa 1,01."

(8)

Il-punt 1.2 tal-Metodu Nru 8 qed jinbidel b'dan li ġej:

“2.

suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kupru (21), modal (22), viskuż (25), poliammid jew najlon (30), poliester (35), polipropilen (37), elastomultiester (46), elastolefin (47), melamina (48) u bikomponenti abbażi tal-polipropilen/poliammid (49).

Huwa applikabbli bl-istess mod għall-akriliki, u ċerti modakriliki, ittrattati b’żebgħat premetallizzati, iżda mhux għal dawk miżbugħin b’żebgħat afterchrome.”

(9)

Il-punt 1.2 tal-Metodu Nru 9 qed jinbidel b'dan li ġej:

“2.

suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kupru (21), modal (22), viskuż (25), akrilik (26), poliammid jew najlon (30), poliester (35), polipropilen (37), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (46), melamina (48) u bikomponent abbażi tal-polipropilen/poliammid (49).

Meta l-kontenut tas-suf jew tal-ħarir tat-taħlita jaqbeż il-25 %, għandu jintuża l-metodu Nru 2.

Meta l-kontenut tal-poliammid jew najlon tat-taħlita jaqbeż il-25 %, għandu jintuża l-metodu Nru 4.”

(10)

Il-metodu Nru 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“AĊETAT U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża l-aċidu aċetiku glaċjali)”

(b)

Il-punt 1.2 qed jinbidel b'dan li ġej:

“2.

ċerti klorofibri (27), primarjament il-fibri tal-klorur tal-polivinill, kemm jekk wara li jkunu ġew ikklorinati kif ukoll jekk le, polipropilen (37), elastolefin (47), melamina (48) u bikomponent abbażi tal-polipropilen/poliammid (49).”

(11)

Il-metodu Nru 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“ĦARIR JEW POLIAMMID U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża 75 % m/m aċidu sulfuriku)”

(b)

Il-punt 1 qed jinbidel b'dan li ġej:

“1.   IL-QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

1.

ħarir (4) jew poliammid jew najlon, (30)

ma

2.

suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), polipropilen (37), elastolefin (47) melamina (48) u l-bikomponent abbażi tal-polipropilen/poliammid (49).’

(c)

Il-punt 2 qed jinbidel b'dan li ġej:

“2.   IL-PRINĊIPJU

Il-fibra tal-ħarir jew tal-poliammid jew tan-najlon tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, b'75 % m/m ta' aċidu sulfuriku.

Ir-residwu jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen. Il-piż tiegħu, korrett jekk meħtieġ, jitfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali tal-ħarir jew poliammid jew najlon xott jinstab permezz tad-differenza.”

(d)

Il-punt 4 qed jinbidel b'dan li ġej:

“4.   IL-PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

 

Mal-kampjun miżmum fi flask konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml, żid 100 ml ta' 75 % m/m aċidu sulfuriku għal kull gramma tal-kampjuni u poġġi t-tapp. Ħawwad b'mod vigoruż u ħallih għal 30 minuta f'temperatura tal-kamra. Ħawwad mill-ġdid u ħallih joqgħod għal 30 minuta. Ħawwad għall-aħħar darba u ffiltra l-kontenut tal-flask minn ġewwa l-griġjol filtru miżun. Aħsel kwalunkwe fibri li jkun fadal mill-flask bir-reaġent ta' 75 % ta' aċidu sulfuriku. Aħsel ir-residwu fuq il-griġjol suċċessivament b'50 ml ta' reaġent ta' aċidu sulfuriku dilwit, 50 ml ilma u 50 ml ta' soluzzjoni ta' ammonja dilwita. Kull darba ħalli li l-fibri jibqgħu f'kuntatt mal-likwidu għal madwar 10 minuti qabel ma tapplika l-ġbid tal-arja. Finalment laħlaħ bl-ilma, waqt li tħalli l-fibri f'kuntatt mal-ilma għal madwar 30 minuta. Ixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u r-residwu, berridhom u iżinhom.

 

F'każ li t-taħlitiet b'żewġ fibri ta' poliammid flimkien mal-bikomponent abbażi tal-polipropilen/poliammid, wara li tkun iffiltrajt il-fibri minn ġewwa l-griġjol filtru miżun u qabel ma tapplika l-proċedra tal-ħasil deskritta, aħsel ir-residwu darbtejn fuq il-griġjol filtru b'50 ml ta' reaġent ta' 75 % ta' aċidu sulfuriku kull darba.”

(e)

Il-punti 5 u 6 qed jinbidlu b'dan li ġej:

“5.   IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta' ‘d’ huwa 1,00, ħlief għas-suf, li għalih ‘d’ = 0,985, għall-bikomponent abbażi tal-polipropilen/poliammid, li għalih ‘d’ =1,005 u għall-melamina, li għaliha ‘d’ =1,01.

6.   PREĊIŻJONI

Għal taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-gradi ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex akbar minn ± 1 għal grad ta' fiduċja ta' 95 %, ħlief għal taħlitiet b'żewġ fibri ta' poliammid bil-bikomponent abbażi tal-propilen/poliammid li għalihom il-gradi ta' fiduċja tar-riżultati mhumiex aktar minn ± 2.”

(12)

Il-metodu Nru 14 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“ĊERTI FIBRI U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża l-aċidu sulfuriku kkonċentrat)”

(b)

Il-punt 1.2 qed jinbidel b'dan li ġej:

“2.

klorofibri (27) ibbażati fuq l-omopolimeri tal-klorur tal-vinil, kemm jekk wara li ġew ikklorinati kif ukoll jekk le, polipropilen (37), elastolefin (47), melamina (48) u l-bikomponent abbażi tal-polipropilen/poliammid (49).

Il-modakriliki konċernati huma dawk li jagħtu soluzzjoni limpida meta mgħaddsa fl-aċidu sulfuriku kkonċentrat (densità relattiva ta' 1,84 f'20°C).

Dan il-metodu jista jintuża minflok il-metodi Nri 8 u 9.’

(c)

Il-punt 2 qed jinbidel b'dan li ġej:

“2.   IL-PRINĊIPJU

Il-kostitwent għajr il-klorofibra, polipropilen, elastolefin, melamina jew il-bikomponent abbażi tal-polipropilen/poliammid (jiġifieri l-fibri msemmija f'paragrafu 1.1) jiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita b'aċidu sulfuriku kkonċentrat (densità relattiva ta' 1,84 f'20 °C). Ir-residwu li jikkonsisti f'klorofibra, polipropilen, elastolefin, melamina jew il-bikomponent abbażi tal-polipropilen/poliammid jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-piż tiegħu, korrett jekk meħtieġ, jitfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali tat-tieni kostitwent jinstab permezz tad-differenza."

(d)

Il-punt 5 qed jinbidel b'dan li ġej:

“5.   IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta' ‘d’ huwa 1,00, ħlief għall-melamina u l-bikomponent abbażi tal-polipropilen/poliammid, li għalihom il-valur ta' ‘d’ huwa 1,01."

(13)

Il-metodu Nru 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“MELAMINA U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża l-aċidu formiku jaħraq)”

(b)

Il-punt 1.2 qed jinbidel b'dan li ġej:

“2.

qoton (5), aramid (31) u polipropilen (37).”


(1)  Lista dettaljata tal-fibri taħt kull metodu”


DEĊIŻJONIJIET

30.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/483/PESK

tat-28 ta’ Lulju 2011

li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Eworpea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28 u 43(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Frar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Eworpea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja. (1)

(2)

Fil-31 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/197/PESK dwar il-varar ta’ missjoni militari tal-Unjoni Eworpea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) (2).

(3)

Fl-20 ta’ Lulju l-Kunsill approva l-kunċett rivedut ta’ maniġġar tal-kriżijiet għall-EUTM Somalja.

(4)

Fit-28 ta’ April 2011, fir-rapport tiegħu S/2011/277 lill-Kunsill tas-Sigurtà, is-Segretarju-Ġenerali tal-Nazzjonijiet Uniti (SĠNU) nnota l-kisbiet territorjali u l-progress fil-qasam tas-sigurtà, u semma t-taħriġ ipprovdut mill-UE. Is-SĠNU jirrakkomanda l-iffukar fuq l-iżvilupp ulterjuri tal-istituzzjonijet tas-settur tas-sigurtà tas-Somalja u b’mod partikolari jirrakkomanda t-titjib tal-istrutturi ta’ Kmand u Kontroll tal-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali (NSF).

(5)

Fil-21 ta’ April 2011, il-President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana (UA) ppreżenta r-rapport dwar is-sitwazzjoni fis-Somalja lill-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà. Huwa enfasizza l-kisbiet fis-settur tas-sigurtà u talab għat-tkomplija tal-appoġġ għat-taħriġ.

(6)

Fl-ittra tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2011, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, il-Prim Ministru tas-Somalja, wera l-apprezzament tal-Gvern Federali Transitorju Somalu (TFG) għall-appoġġ tal-UE u tenna l-impenn sħiħ tat-TFG biex jibni struttura ta’ Kmand u Kontroll għall-NSF, biex tipproteġi l-popolazzjoni ċivili u tintegra l-forzi tal-milizji u tal-klanns differenti fl-NSF.

(7)

L-apprezzament tat-TFG kien imtenni matul il-Kumitat Konġunt dwar is-Sigurtà f’Kampala fit-23 ta’ Ġunju 2011.

(8)

Matul il-laqgħa Konsultattiva Konġunta tal-KPS UA u tal-KPS UE li saret fl-10 ta’ Mejju 2011 f’Addis Ababa, l-UA wriet is-sodisfazzjon tagħha għall-appoġġ ipprovdut mill-EUTM Somalia fit-tiswir ta’ NSF Somali professjonali u unifikati.

(9)

L-awtoritajiet Politiċi u Militari tal-Uganda wrew is-sodisfazzjon tagħhom bis-sħubija mal-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika, u r-rieda tagħhom li jkomplu t-taħriġ.

(10)

F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Id-Danimarka ma tipparteċipax fl-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u għalhekk ma tikkontribwixxix għall-finanzjament ta’ din l-operazzjoni.

(11)

L-EUTM Somalia għandha tkun estiża aktar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/96/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Sabiex tkompli tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-Gvern Federali Tansitorju Somalu (TFG) bħala gvern li jiffunzjona u li jservi liċ-ċittadini Somali kollha, missjoni ta’ taħriġ militari tal-UE (EUTM Somalia) għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-settur tas-sigurtà tas-Somalja permezz tal-għoti ta’ taħriġ militari lill-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali (NSF). It-taħriġ ser jiffoka fuq l-iżvilupp ta’ Kmand u Kontroll u kapaċitajiet speċjalizzati u fuq il-kapaċitajiet tal-NSF Somali li jħarrġu lilhom infushom, bil-ħsieb li l-għarfien tat-taħriġ tal-UE jkun trasferit lill-atturi lokali. L-EUTM Somalia ser tkompli topera f’kooperazzjoni u koordinazzjoni mill-qrib ma’ atturi oħra fil-Komunità Internazzjonali, b’mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti, AMISOM u l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Uganda f’konformità mar-rekwiżiti miftiehma tat-TFG.

2.   It-taħriġ militari tal-UE mwettaq għal dak il-għan għandu jsir prinċipalment fl-Uganda, f’konformità mal-objettiv politiku tal-missjoni tal-UE li tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja, kif definit fil-Kunċett rivedut ta’ Maniġġar tal-Kriżijiet approvat mill-Kunsill fl-20 ta’ Lulju 2011. L-elementi ta’ EUTM Somalia ser ikunu bbażati wkoll f’Najrobi u Brussell.”;

(2)

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-Kurunell Michael BEARY huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Missjoni tal-UE b’effett mid-9 ta’ Awwissu 2011.”;

(3)

l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għall-perijodu sad-9 ta’ Awwissu 2011 għandu jkun ta’ EUR 4,8 miljuni. Il-persentaġġ tal-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 32(3) ta’ ATHENA għandu jkun ta’ 60 %.”;

(b)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“3.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għall-perijodu li jibda mid-9 ta’ Awwissu 2011 għandu jkun ta’ EUR 4,8 miljuni. Il-perċentaġġ ta’ dan l-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 32(3) ta’ ATHENA għandu jkun ta’ 30 %.”;

(4)

fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-missjoni militari tal-UE għandha tintemm fl-2012 wara żewġ perijodi ta’ taħriġ ta’ sitt xhur u l-istazzjonament mill-ġdid tal-unitajiet u tal-persunal tal-UE lejn l-Ewropa.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 44, 19.2.2010, p. 16.

(2)  ĠU L 87, 7.4.2010, p. 33.


30.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/39


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Lulju 2011

dwar format ta’ informazzjoni għas-siti Natura 2000

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 4892)

(2011/484/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 92/43/KEE jipprevedi li n-netwerk Natura 2000 għandu jinkludi fih iż-żoni ta’ protezzjoni speċjali kklassifikati mill-Istati Membri skont id-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE (3).

(2)

Għal kull sit Natura 2000 propost, il-format jeħtieġ jipprovdi mappa tas-sit, l-isem, il-lok, il-kobor u d-dejta li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-kriterji użati fl-għażla tas-sit;

(3)

Il-format jagħmel parti mid-dokumentazzjoni tan-netwerk Natura 2000.

(4)

Il-kontenut tal-Formola Standard tad-Dejta tan-Natura 2000 għandu jiġi aġġornat b’mod regolari abbażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli għal kull sit tan-netwerk, biex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq ir-rwol tagħha bħala koordinatriċi u biex, skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 92/43/KEE, minn żmien għal żmien tirrevedi s-sehem li n-Natura 2000 jagħti biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dik id-Direttiva.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 92/43/KEE.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-format li għandu jintuża għat-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar in-netwerk Natura 2000, u li qiegħed jissejjaħ il-“Formola Standard tad-Dejta tan-Natura 2000”, huwa stipulat fl-Anness.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/266/KE (4) hija mħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(2)  ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7.

(3)  ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1.

(4)  ĠU L 107, 24.4.1997, p. 1.


ANNESS

NATURA 2000

FORMOLA STANDARD TAD-DEJTA

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/147/KE dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal- ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa

FORMOLA STANDARD TAD-DEJTA

Għal Żoni ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS), Siti ta’ Interess Komunitarju proposti (SIKp), Siti ta’ Interess Komunitarju (SIK) u għal Żoni Speċjali ta’ Konservazzjoni (ŻSK)

1.   IDENTIFIKAZZJONI TAS-SIT

Image

Test ta 'immaġni

2.   LOK TAS-SIT

Image

Test ta 'immaġni

3.   INFORMAZZJONI EKOLOĠIKA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

4.   DESKRIZZJONI TAS-SIT

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

5.   STATUS TAL-PROTEZZJONI TAS-SIT (FAKULTATTIV)

Image

Test ta 'immaġni

6.   IMMANIĠĠJAR TAS-SIT

Image

Test ta 'immaġni

7.   MAPPA TAS-SIT

Image

Test ta 'immaġni

FORMOLA STANDARD TAD-DEJTA

NOTI TA’ SPJEGA

WERREJ

DAĦLA

1.

IDENTIFIKAZZJONI TAS-SIT 53

1.1.

It-tip tas-sit 53

1.2.

Il-kodiċi tas-sit 54

1.3.

L-isem tas-Sit 54

1.4.

Id-data tal-ewwel mili tal-formola 54

1.5.

Id-data tal-aġġornament 54

1.6.

L-entità li timla l-formola 54

1.7.

Indikazzjoni tas-sit u dati ta’ desinjazzjoni/klassifikazzjoni 55

2.

LOK TAS-SIT 55

2.1.

Lok taċ-ċentru tas-sit 55

2.2.

Erja tas-superfiċje tas-sit 55

2.3.

Ir-rata perċentwali ta’ erja marina fis-sit 55

2.4.

It-tul tas-sit (fakultattiv) 56

2.5.

Il-kodiċi u l-isem tar-reġjun amministrattiv 56

2.6.

Ir-Reġjun(i) bijoġeografiku/ċi 56

3.

INFORMAZZJONI EKOLOĠIKA 56

3.1.

Tipi ta’ ħabitat preżenti fis-sit u l-valutazzjoni tas-sit għalihom 56

3.2.

Speċijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KEE u speċijiet elenkati fl-Anness II għad-Direttiva 92/43/KEE u l-valutazzjoni tas-sit għalihom 60

3.3.

Speċijiet importanti oħra ta’ flora u fawna (fakultattiv) 64

4.

DESKRIZZJONI TAS-SIT 65

4.1.

Karattru ġenerali tas-sit 65

4.2.

Kwalità u importanza: 65

4.3.

Theddidiet, pressjonijiet u attivitajiet li jħallu impatt fuq is-sit 65

4.4.

Proprjetà (fakultattiv) 66

4.5.

Dokumentazzjoni (fakultattiv) 66

5.

STATUS TAL-PROTEZZJONI TAS-SIT (FAKULTATTIV) 67

5.1.

Status ta’ protezzjoni fil-livell nazzjonali u reġjonali 67

5.2.

Ir-relazzjoni bejn is-sit deskritt u siti oħra (siti ġirien u siti li jappartjenu għal tipi differenti ta’ desinjazzjoni) 67

5.3.

Desinjazzjoni tas-sit 68

6.

IMMANIĠĠJAR TAS-SIT 68

6.1.

Korp responsabbli għall-immaniġġjar tas-sit 68

6.2.

Pjan ta’ mmaniġġjar 68

6.3.

Miżuri ta’ konservazzjoni (fakultattiv) 68

7.

MAPPA TAS-SIT 68
Appendiċi 69

Lista ta’ taqsiriet:

KE

Komunitajiet Ewropej

KEE

Komunità Ekonomika Ewropea

GIS

Sistema ta’ Informazzjoni Ġeografika

INSPIRE

Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fl-Ewropa

SIKp

Sit ta’ Interess Komunitarju propost

SIK

Sit ta’ Interess Komunitarju

ŻSK

Żona ta’ Konservazzjoni Speċjali

FSD

Formola Standard tad-Dejta

ŻPS

Żona ta’ Protezzjoni Speċjali

DAĦLA

In-NATURA 2000 huwa n-netwerk ekoloġiku li ġie stabbilit għall-konservazzjoni ta’ speċijiet ta’ annimali u flora u fawna selvaġġi u tal-ħabitat naturali li huma ta’ importanza Komunitarja fl-Unjoni. Huwa magħmul mis-siti kklassifikati skont id-Direttiva dwar l-Għasafar, adottata għall-ewwel darba fl-1979 (id-Direttiva 2009/147/KE) u d-Direttiva dwar il-Ħabitat adottata fl-1992 (id-Direttiva 92/43/KEE).

Is-suċċess tan-NATURA 2000 jiddependi ħafna mil-livell ta’ informazzjoni dwar il-ħabitat u l-ispeċijiet ta’ interess Komunitarju. Għalhekk, id-dejta u l-informazzjoni jridu jkunu f’format strutturat u komparabbli.

Il-bażi ġuridika tal-proċess ta’ komunikazzjoni tad-dejta għall-implimentazzjoni ta’ din il-fażi tan-NATURA 2000 hija indikata fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar il-Ħabitat, li skontu “l-informazzjoni jrid ikun fiha mappa tas-sit, isimha, il-post, id-daqs u l-fatti magħrufa li jirriżultaw mill-applikar tal-kriterji speċifikati fl-Anness III (Stadju 1) mogħtija f’għamla stabbilita mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21”. Skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar l-Għasafar, l-Istati Membri diġà huma meħtieġa “jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha rilevanti sabiex din tkun tista’ tieħu inizjattivi xierqa bil-għan li tikkoordina b’mod xieraq biex tiżgura li ż-żoni li hemm previsti fil-paragrafi 1 u 2 (tal-Artikolu 4) jiffurmaw koerenza sħiħa li tkun konformi mal-ħtiġiet ta’ protezzjoni ta’ dawn l-ispeċi fiż-żona ġeografika tal-baħar u tal-art fejn tapplika din id-Direttiva”.

L-għan u l-użu tal-Formola Standard tad-Dejta

L-għanijiet prinċipali tal-Formola Standard tad-Dejta (FSD) tan-NATURA 2000 u tal-bażi ta’ dejta li toħroġ minnha huma:

(1)

biex tkun ipprovduta l-informazzjoni meħtieġa li tippermetti lill-Kummissjoni, bil-kooperazzjoni tal-Istati Membri, tikkoordina miżuri biex jinħoloq netwerk kooerenti tan-NATURA 2000 u tivvaluta l-effikaċja tiegħu għall-konservazzjoni tal-ħabitat tal-Anness I u l-ħabitat tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness II għad-Direttiva 92/43/KEE kif ukoll il-ħabitat tal-ispeċijiet tal-għasafar tal-Anness I u speċijiet oħra ta’ għasafar tal-passa koperti bid-Direttiva 2009/147/KE.

(2)

biex taġġorna l-Listi ta’ SIK/ŻSK tal-Unjoni skont id-Direttiva dwar il-Ħabitat.

(3)

biex tkun ipprovduta informazzjoni li tassisti lill-Kummissjoni fi proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet biex ikun żgurat li n-network NATURA 2000 jiġi kkunsidrat b’mod sħiħ f’setturi u oqsma ta’ politika oħra tal-attivitajiet tal-Kummissjoni, b’mod partikolari fil-politiki reġjonali, agrikoli, tal-enerġija, tat-trasport u tat-turiżmu.

(4)

biex il-Kummissjoni u l-Kumitati rilevanti jiġu mgħejuna fl-għazla ta’ azzjonijiet għall-finanzjament fl-ambitu tal-LIFE + u ta’ strumenti finanzjarji oħra, f’każijiet fejn id-dejta rilevanti għall-konservazzjoni tas-siti x’aktarx tiffaċilita l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

(5)

li tipprovdi format konsistenti u utli għall-iskambju u l-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar is-siti tan-NATURA 2000, b’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-regolament tal-INSPIRE u leġiżlazzjonijiet u ftehimiet oħra tal-Kummissjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni (pereżempju, l-Konvenzjoni ta’ Aarhus).

(6)

biex tintuża fir-riċerka, ippjanar u għal finijiet oħra ta’ appoġġ għall-politika ta’ konservazzjoni.

(7)

li tipprovdi sors ta’ referenza u informazzjoni affidabbli għall-valutazzjoni ta’ problemi speċifiċi f’każ ta’ potenzjal ta’ ksur tal-liġi tal-Unjoni.

Peress li l-Formoli Standard tad-Dejta (FSD) huma d-dokumentazzjoni tan-netwerk NATURA 2000 fuq livell tal-Unjoni Ewropea, huma jitqiesu bħala sors ta’ informazzjoni importanti għall-dawn il-finijiet kollha. Għalhekk, din id-dokumentazzjoni għandha tiġi aġġornata kif xieraq biex taqdi d-diversi finijiet tagħha. Konsegwentement, l-Istati Membri għandhom jaġġornaw id-dokumentazzjoni tagħhom abbażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli. Pereżempju, ir-riżultati mill-monitoraġġ previst fl-Artikolu 11, l-ippjanar tal-immaniġġjar, il-valutazzjonijiet tal-impatt, eċċ., jistgħu jkunu s-sors ta’ informazzjoni ġdida li għandha tiġi inkluża fl-aġġornament ta’ FSD. Madankollu, id-Direttiva dwar il-Ħabitat ma tesiġix b’mod espliċitu li għandu jsir xi monitoraġġ dettaljat ta’ kull sit b’mod separat mill-monitoraġġ previst fl-Artikolu 11 tal-istess Direttiva.

Filwaqt li xi tibdil li l-Istati Membri jagħmlu fl-FSD jista’ jħalli konsegwenzi ta’ natura legali (pereżempju, it-tibdil li jsir fil-Listi tal-Unjoni permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni), ir-reviżjoni ta’ xi entrati fl-FSD, minnha nnifisha, ma titqiesx li tħalli effetti legali awtomatikament: pereżempju, l-għajbien ta’ xi speċijiet minn sit ma għandux dejjem jiġi interpretat bħala konsegwenza ta’ mmaniġġjar inadekwat u għalhekk, ma għandux iwassal għat-teħid ta’ azzjonijiet legali b’mod awtomatiku. Bl-istess mod, l-informazzjoni li tingħata fl-FSD dwar theddid u pressjoni b’impatti negattivi fuq is-sit mhux dejjem tfisser li Stat Membru jkun qed jonqos mill-ħarsien tal-obbligi tiegħu, peress li din l-informazzjoni kollha trid titqies fil-kuntest sħiħ.

Il-Formola Standard tad-Dejta riveduta

L-ewwel “Formola Standard tad-Dejta” (FSD) ġiet adottata fl-1997 (id-Deċiżjoni Nru 97/266/KE). Fl-2008, l-Istati Membri u l-Kummissjoni saħqu dwar il-ħtieġa li l-fluss tad-dejta fl-ambitu taż-żewġ Direttivi jiġi mtejjeb, razzjonalizzat u mmodernizzat, u f’dan il-kuntest bdiet issir reviżjoni tal-FSD. Dan sar b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, fi grupp ta’ ħidma tekniku (“Grupp ta’ Esperti dwar ir-Rappurtar”).

Ir-reviżjoni tal-FSD saret bil-ħsieb li jittejbu d-disponibbiltà u l-kwalità tad-dejta li jkunu meħtieġa b’mod impliċitu għan-netwerk NATURA 2000. Konsegwentement, tneħħew ċerti partijiet tal-formola l-qadima peress li ma baqgħux meħtieġa; filwaqt li ġie kkunsidrat, b’mod partikolari, it-titjib tad-disponibbiltà tad-dejta spazjali diġitali fl-infrastrutturi għall-informazzjoni spazjali. Barra minn hekk, ġew irranġati ċerti nuqqasijiet importanti (pereżempju, rigward l-informazzjoni dwar il-perċentwali ta’ superfiċje marin fis-siti) u sar it-titjib meħtieġ fl-istruttura tad-dejta dwar l-informazzjoni ekoloġika.

Ir-reviżjoni saret ukoll minħabba l-iżvilupp imgħaġġel fit-teknoloġija tal-Informatika fir-rigward tal-ġestjoni tad-dejta (pereżempju, l-introduzzjoni ta’ kontrolli tal-kwalità awtomatiċi jew il-possibbiltà li l-kambjamenti fid-diversi trażmissjonijiet ta’ dejta jiġu identifikati b’mod preċiż), kif ukoll minħabba ż-żieda fid-disponibbiltà ta’ informazzjoni ġeografika diġitali u ta’ strumenti għall-analiżi. Għalhekk ma fadalx il-ħtieġa ta’ mapep u formoli tal-karti, u d-dejta għandha tintbagħat f’format elettroniku biss.

Dan id-dokument jipprovdi informazzjoni dwar id-diversi spazji għall-mili tad-dejta fl-FSD kif ukoll dwar l-informazzjoni ġeografika meħtieġa, u jispjega kif għandhom jiġu mimlija.

Portal ta’ referenza għan-NATURA 2000

Madankollu, xi elementi jkollhom jinbidlu maż-żmien, kif ukoll minħabba xi żviluppi tekniċi. Dawn l-elementi se jkunu f’ “Portal ta’ Referenza għan-NATURA 2000”, fejn jiġu aġġornati u jkunu disponibbli għall-konsultazzjoni. Dawn l-elementi jikkonċernaw: dokumenti ta’ referenza (pereżempju, l-ikkodifikar ta’ speċijiet), materjal ta’ appoġġ tekniku (pereżempju, mudelli ta’ dejta, applikazzjonijiet) kif ukoll linji gwida biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jużaw l-FSD b’mod konsistenti u biex jispjegaw il-proċeduri tekniċi u amministrattivi ta’ kif id-dejta għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni. Peress li l-Portal ta’ Referenza huwa parti importanti mid-dokumentazzjoni tal-FSD, kwalunkwe aġġustament jew tibdil li jsir fid-dokumenti tal-portal, li l-ġestjoni tagħhom hija r-responsabbiltà tad-DĠ Ambjent u tal-Kumitat dwar il-Ħabitat (ara l-Anness għal din id-distinzjoni) għandu jsir bl-approvazzjoni minn qabel tal-Kumitat dwar il-Ħabitat (1). Il-portal ta’ referenza jinsab fuq is-sit tal-Internet tal-Kummissjoni, DĠ Ambjent. Id-dokumenti ta’ referenza ta’ dan il-portal huma elenkati fl-Anness.

Il-Formola Standard tad-Dejta tan-Natura 2000 u l-bażi ta’ dejta tagħha

Kull sit li jiġi propost, iddesinjat jew ikklassifikat irid ikollu Formola Standard tad-Dejta mimlija. F’xi każijiet jista’ jkun hemm relazzjoni eżistenti bejn żewġ siti jew aktar tan-Natura 2000. Il-Grafika 1 turi t-tliet relazzjonijiet rilevanti li jistgħu jeżistu bejn żewġ siti tan-Natura 2000. F’każijiet meta jeżisti sovvraponiment bejn iż-żewġ siti (iżda, li ma jkunux identiċi) jew meta wieħed minnhom ikun fl-ieħor, għandhom jimtlew żewġ formuli separati.

L-ispazji għall-mili tad-dejta fl-FSD kollha jridu jimtlew, sakemm ma jkunx indikat speċifikament mod ieħor.

1.   IDENTIFIKAZZJONI TAS-SIT

1.1.   It-tip tas-sit

Dan il-kodiċi magħmul minn karattru wieħed jindika jekk is-sit ikunx Sit li jaqa’ fl-ambitu tad-Direttiva dwar il-Ħabitat (SIKp, SIK jew ŻSK) jew inkella Żona ta’ Protezzjoni Speċjali kklassifikata (ŻPS), jew it-tnejn. F’każijiet fejn ikun jeżisti sovvraponiment bejn is-SIK u ż-ŻPS, iżda fejn dawn ma jkunux identiċi, dawn is-siti għandhom jiġu ttrattati bħala żewġ entitajiet separati.

Grafika 1

Relazzjonijiet possibbli bejn is-siti

Image

A

Żona ddesinjata bħala ŻPS

Għandha timtela formola waħda għaż-ŻPS

Image

B

SIKp, SIK jew ŻSK

Għandha timtela formola waħda għas-SIKp/SIK/ŻSK

Image

C

Iż-żona SIKp/SIK/ŻSK hija l-istess taż-żona ddesinjata bħala ŻPS

Għandha timtela formola waħda għat-tnejn, kemm għas-(SIKp/SIK/ŻSK) kif ukoll għall-ŻPS

Image

 

F’każ li jkun jeżisti sovvraponiment bejn is-SIK u ż-ŻPS, iżda fejn dawn ma jkunux identiċi, dawn is-siti għandhom jiġu ttrattati bħala żewġ entitajiet separati. Għandha timtela formola għal kull sit/żona.

1.2.   Il-kodiċi tas-sit

Kull sit jintgħaraf minn kodiċi uniku li jkun fih disa’ karattri u li hu magħmul minn żewġ komponenti:

1.

L-ewwel żewġ karattri jiffurmaw il-kodiċi tal-pajjiż. Applika r-regola tal-Unjoni, fejn jintużaw iż-żewġ ittri tal-kodiċi tal-pajjiż skont l-ISO 3166 (ara l-portal ta’ referenza) (2).

2.

Is-seba’ karattri li jibqa’, li jservu biex joħolqu kodiċi uniku alfanumeriku għal kull sit, għandhom jingħataw billi tiġi segwita sistema loġika u koerenti kif definita mill-awtorità nazzjonali responsabbli. Peress li l-kodiċijiet jikkostitwixxu l-element li jidentifika s-siti, dawn ma għandhomx jiġu mibdula kontinwament maż-żmien.

1.3.   L-isem tas-sit

L-ismijiet tas-siti jitniżżlu fil-lingwa lokali tagħhom. B’dan il-mod tkun evitata traduzzjoni diffiċli u b’hekk, l-integrazzjoni tad-dejta eżistenti fil-livell nazzjonali jew lokali tkun faċli ħafna. Fil-każ ta’ karattri differenti (eż. bl-alfabet Ġrieg jew Ċirilliku), l-ismijiet jiġu maqluba għall-alfabet Latin. L-ismijiet tas-siti ma għandhomx jingħataw b’ittri kapitali (pereżempju, “Gave de Pau” MHUX “GAVE DE PAU”).

1.4.   Id-data tal-ewwel mili tal-formola

Niżżel id-data li tixtieq tara bħala d-“data tal-ewwel mili tal-formola” għall-informazzjoni rreġistrata fl-FSD. L-ispazju li fih titniżżel id-dejta huwa magħmul minn sitt ċifri f’forma numerika li jindikaw is-sena (erba’ ċifri) segwita bix-xahar (żewġ ċifri).

Eżempju: 199305: dejta miġbura għall-ewwel darba f’Mejju 1993.

F’każ li d-daqs tas-sit ikun kiber, ħalli d-“data tal-ewwel mili tal-formola” l-istess, għaliex din id-data tintuża biss għall-ewwel sottomissjoni tas-sit. Minflok, fl-ispazju “data tal-aġġornament” (ara l-punt 1.5), daħħal id-data ta’ meta d-daqs tas-sit ikun kiber.

1.5.   Id-data tal-aġġornament

Daħħal id-data ta’ meta l-informazzjoni rapportata dwar is-sit ġiet mibdula l-aħħar, u għad-“data” uża l-format indikat fl-eżempju tal-punt 1.4. Fil-każ ta’ reġistrazzjoni ta’ sit ġdid ħalli l-ispazju tal-“aġġornament” vojt. Meta l-informazzjoni tkun ġiet aġġornata diversi drabi dan l-ispazju għandu jimtela bid-data l-aktar reċenti li fiha l-informazzjoni tkun ġiet mibdula.

1.6.   L-entità li timla l-formola

Hawnhekk, niżżel l-informazzjoni dwar il-kuntatt uffiċjali tal-organizzazzjoni (pereżempju, l-awtorità amministrattiva kompetenti) li mliet l-informazzjoni rreġistrata fil-formola. L-entità li timla l-formola għandha tkun il-punt ta’ kuntatt meta jsiru mistoqsijiet tekniċi; l-entità li timla l-formola jista’ jkollha “rwol” fl-organizzazzjoni (pereżempju, tokkupa pożizzjoni f’ unità).

1.7.   Indikazzjoni tas-sit u dati ta’ desinjazzjoni/klassifikazzjoni

Dawn jistgħu jikkonċernaw tliet dati obbligatorji: id-data li fiha s-sit jiġi kklassifikat bħala SPA; id-data li fiha s-sit jiġi propost bħala SIK, u d-data li fiha s-sit kien ġie ddesinjat bħala ŻSK fuq livell nazzjonali. Is-sottospazji jindikaw is-sena u x-xahar ta’ dawn id-dati. Meta sit ikun ġie ddesinjat u wara jitkabbar fid-daqs, is-sena ta’ meta tniżżel fil-lista inizjalment għandha tibqa’ tidher, filwaqt li tiġi indikata l-erja totali l-aktar reċenti.

Huwa fakultattiv li l-Istati Membri jimlew id-data “ikkonfermat bħala SIK”; id-dati ta’ konfermazzjoni/adozzjoni tal-Lista tal-Unjoni rilevanti jiġu ddokumentati mid-DĠ Ambjent.

Indika r-referenza legali Nazzjonali tad-desinjazzjoni ŻSK/ŻPS fl-ispazju rilevanti bi kliem li tixtieq int (test liberu). Spjegazzjonijiet addizzjonali jistgħu jingħataw fl-ispazju “Spjegazzjonijiet”, li l-mili tiegħu huwa fakultattiv, pereżempju, għad-dati ta’ klassifikazzjoni jew desinjazzjoni ta’ siti li jkunu magħmula minn siti li qabel kienu ŻPS u/jew SIK separati.

2.   LOK TAS-SIT

2.1.   Lok taċ-ċentru tas-sit

Il-koordinati ġeografiċi (lonġitudni u latitudni) taċ-ċentru tas-sit għandhom jiġu indikati fi Gradi Deċimali. Il-valuri tal-lonġitudni li jkunu fil-punent mal-Meridjan ta’ Referenza ta’ Greenwich jingħataw valur negattiv u dawk fil-lvant jingħataw valur pożittiv (dan jista’ jiġi kkonfermat b’sinjal “+”, jew jitqies li hu hekk jekk ma jingħata ebda sinjal ieħor).

Meta s-siti jkunu magħmula minn diversi żoni distinti, għandhom jiġu indikati l-koordinati tal-aktar sottożona importanti (għal raġunijiet prattiċi, nissuġġerixxu li tintuża l-akbar żona). Il-koordinati indikati għas-sit għandhom ikunu parti mis-sit. Meta l-koordinati taċ-ċentru jiġu ġġenerati b’mod awtomatiku, dan irid isir b’attenzjoni; f’dan l-eżempju, fejn is-sit ikun magħmul minn diversi poligoni, l-ewwel immaġni (immaġni (a)) turi l-koordinati ġġenerati b’mod awtomatiku iżda wieħed jinnota li l-koordinat tal-akbar poligonu jinsab lil hinn mill-poligonu; fit-tieni immaġni (immaġni (b)), ġie ġġenerat koordinat wieħed biss, li jikkorrispondi għall-akbar sit, iżda dan il-koordinat jinsab lil hinn mis-sit; fit-tielet immaġni (immaġni (c)), ġie ġġenerat koordinat għall-akbar sit u dan il-koordinat jinsab fil-poligonu. L-aħħar eżempju biss (eżempju (c)) huwa korrett (3).

Image

Huwa faċli ħafna biex wieħed jaqleb il-koordinati mis-sistema ta’ Gradi, Minuti u Sekondi (DMS). Valur indikat bis-sistema ta’ DMS jista’ jinqaleb għal valur fi gradi deċimali billi tintuża l-formula (D + M/60 + S/3600) e.g. Lonġitudni 9° 15′ 30″ PUNENT, Latitudni 54° 36′ 30″ isir Lonġitudni -9.2583, Latitudni 54.6083.

2.2.   Erja tas-superfiċje tas-sit

Indika l-valur totali tal-erja tas-superfiċje l-aktar preċiż disponibbli f’ettari; jistgħu jintużaw valuri deċimali. F’każ li l-erja tas-superfiċje ma tkunx fattibbli, indika t-tul tas-sit fl-ispazju 2.4 (it-tul tas-sit), u f’dan il-każ biss, ħalli l-ispazju għall-erja tas-superfiċje tas-sit vojt.

Għerien: Fejn ikun possibbli, l-Istati Membri għandhom jindikaw l-erja tas-superfiċje projettata, inkella jużaw l-ispazju 2.4.

Meta l-erja tas-sit tkun inbidlet maż-żmien, għandha tiġi indikata l-aktar erja totali reċenti.

2.3.   Ir-rata perċentwali ta’ erja marina fis-sit

Għandha tiġi indikata r-rata perċentwali ta’ erja marina fis-sit. Id-definizzjoni tal-linja kostali li tintuża biex tiġi speċifikata l-konfini marina għandha ssir skont il-leġiżlazzjoni internazzjonali (pereżempju, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar - UNCLOS) jew dik nazzjonali. Kull Stat Membru għandu jipprovdi d-deskrizzjoni tal-konfini użata mill-Kummissjoni; imbagħad, din għandha ssir disponibbli fil-portal ta’ referenza (pereżempju, “l-erja ta’ taħt l-aktar livell baxx tal-Marea fir-rebbiegħa”).

Meta d-dejta eżatta ma tkunx disponibbli, agħmel stima. Meta r-rata perċentwali ta’ erja marina fis-sit tkun inbidlet maż-żmien, għandha tiġi indikata l-aktar rata perċentwali reċenti.

2.4.   It-tul tas-sit (fakultattiv)

Imla dan l-ispazju jekk it-tul ikun rilevanti (pereżempju, f’każ ta’ rdum). It-tul tas-sit għandu jitniżżel f’kilometri.

F’każ li l-erja tas-superfiċje ma tkunx ġiet indikata fl-ispazju 2.2, hawnhekk għandu jiġi indikat it-tul stmat tas-sit.

Meta t-tul tas-sit ikun inbidel maż-żmien, għandu jiġi indikat it-tul totali l-aktar riċenti.

2.5.   Il-kodiċi u l-isem tar-reġjun amministrattiv

Għar-referenza ta’ dejta statistika, il-Eurostat żviluppa sistema ta’ kodifikazzjoni ġerarkika standard għar-reġjuni tal-Unjoni. Is-sistema ta’ kodifikazzjoni trid tiġi applikata għall-applikazzjonijiet kollha ta’ kodifikazzjoni reġjonali fil-Kummissjoni (ara r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4)). Wieħed jista’ jsib deskrizzjoni sħiħa fuq il-paġna ewlenija tal-Eurostat.

Għal kull sit jiġi indikat il-kodiċi NUTS tal-livell 2, bl-indikazzjoni ta’ kodiċi wieħed obbligatorja. Meta sit ikun jinsab f’żewġ reġjuni jew aktar, fil-bażi tad-dejta għandu jiġi indikat l-istess għadd ta’ kodiċijiet daqs l-għadd ta’ reġjuni involuti. L-isem tar-reġjun huwa meħtieġ għar-riferiment. Meta sit ma jkunx kopert minn reġjun NUTS, indika l-kodiċi NUTS għal “reġjun ekstra” (pereżempju, il-kodiċi korrett ta’ reġjun ekstra tal-livell 2 fil-Belġju huwa “BEZZ” filwaqt li l-kodiċi “BE0” mhux korrett). Il-kodiċijiet jinsabu fil-portal ta’ referenza.

2.6.   Ir-Reġjun(i) bijoġeografiku/ċi

B’referenza għall-mappa tar-reġjuni bijoġeografiċi (ara l-portal ta’ referenza), indika f’liema minn dawn ir-reġjun(i) jinsab is-sit billi timmarka l-kaxxi xierqa; dan ma japplikax fil-każ ta’ siti marini.

F’każ li s-sit ikun jinsab f’aktar minn reġjun wieħed, għandu jitniżżel il-perċentwali tas-superfiċje koperta għal kull reġjun (fakultattiv).

Informazzjoni addizzjonali dwar ir-reġjuni marini: L-indikazzjoni tar-reġjuni marini fl-FSD hija dovuta għal raġunijiet prattiċi/tekniċi u tinteressa lill-Istati Membri li jkollhom reġjun bijoġeografiku terrestri b’konfini ma’ żewġ reġjuni marini; ma għandha ebda implikazzjoni oħra. Id-dejta dwar l-aktar konfini reċenti tar-reġjuni bijoġeografiċi, flimkien mal-kodiċijiet, jistgħu jitniżżlu mill-portal ta’ referenza.

3.   INFORMAZZJONI EKOLOĠIKA

Għal siti kklassifikati bħala ŻPS skont id-Direttiva dwar l-Għasafar, l-Istati Membri għandhom jipprovdu

l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-ispeċijiet koperti bl-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar l-Għasafar, jiġifieri, l-ispeċijiet tal-Anness I u speċijiet komuni li jpassu u li mhumiex inklużi fl-Anness I (Taqsima 3.2) (obbligatorju),

l-informazzjoni dwar il-ħabitat tal-ispeċijiet tal-Anness I għad-Direttiva dwar il-Ħabitat (Taqsima 3.1) u l-ispeċijiet tal-fawna u l-flora tal-Anness II (Taqsima 3.2) għas-sit kollu jew għal dik il-parti tas-sit jekk dan ikun rikonoxxut bħala sit ta’ importanza Komunitarja skont id-Direttiva 92/43/KEE jew iddisinjat simultanjament bħala SIKp/SIK/ŻSK (fakultattiv),

l-informazzjoni kollha l-oħra rilevanti dwar speċijiet ta’ fawna u flora importanti (Taqsima 3.3) hija mixtieqa (fakultattiv),

fil-każ ta’ sit li jiġi kklassifikat bħala ŻPS, u li ma jiġix rikonoxxut kollu jew parti minnu bħala sit ta’ importanza Komunitarja skont id-Direttiva 92/43/KEE, imma li ċerta informazzjoni dwar il-ħabitat naturali jew dwar l-ispeċijiet ta’ fawna u flora tkun rilevanti għall-konservazzjoni tal-ispeċijiet ta’ għasafar li għalihom is-sit kien ġie kklassifikat bħala ŻPS, din l-informazzjoni hija mixtieqa (fakultattiv).

Għal siti kklassifikati skont id-Direttiva dwar il-Ħabitat (SIKp/SIK/ŻSK), l-Istati Membri għandhom jipprovdu

l-informazzjoni rilevanti kollha dwar it-tipi ta’ ħabitat tal-Anness I (Taqsima 3.1) u dwar l-ispeċijiet ta’ flora u fawna tal-Anness II (Taqsima 3.2) (obbligatorju),

l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-ispeċijiet ta’ għasafar tal-Anness I u l-ispeċijiet tal-passa skont id-Direttiva 2009/147/KE (Taqsima 3.2) għas-sit kollu jew dik il-parti tas-sit li hija kklassifikata simultanjament bħala ŻPS (fakultattiv),

l-informazzjoni kollha l-oħra rilevanti dwar speċijiet ta’ fawna u flora importanti (Taqsima 3.3) hija mixtieqa (fakultattiv).

3.1.   Tipi ta’ ħabitat preżenti fis-sit u l-valutazzjoni tas-sit għalihom

(i)   Il-kodiċijiet u s-superfiċje koperta tat-tipi ta’ ħabitat tal-Anness I fis-sit

Kodiċi: Hawnhekk, indika l-kodiċi b’erba’ karattri tat-tipi ta’ ħabitat tal-Anness I għad-Direttiva 92/43/KEE. Għandhom jintużaw biss il-kodiċijiet li jidhru fl-Anness I għad-Direttiva dwar il-Ħabitat li huwa validu attwalment, u ma għandhomx jintużaw il-kodiċijiet għas-sottotipi li ngħataw fil-verżjonijiet preċedenti tal-Manwal ta’ Interpretazzjoni.

Forom ta’ Prijorità (PF): Attenzjoni: Jekk il-forom ta’ prijorità tal-ħabitat 6210, 7130 u 9430 ikunu preżenti fis-sit (skont il-karattru tagħhom, dawn it-tipi ta’ ħabitat jista’ jkollhom iż-żewġ tipi ta’ forom – forma ta’ prijorità u forma mhux ta’ prijorità), jekk jogħġbok indika l-forma ta’ prijorità billi tnizzel “x” fil-kolonna “PF” (ara l-eżempju ta’ hawn taħt). Minħabba raġunijiet tekniċi, f’din il-kolonna addizzjonali s-sinjal ‘*’ li jintuża bħala parti mill-kodiċi fl-Anness I huwa sostitwit b’ “x”. (Meta fis-sit ikun hemm kemm forom ta’ prijorità kif ukoll forom mhux ta’ prijorità, għandhom isiru entrati separati għal kull tip ta’ forma).

Mhux Preżenti (NP) (fakultattiv): F’każijiet fejn tip ta’ ħabitat tal-Anness I li s-sit ikun ġie ddisinjat għalih inizjalment (jiġifieri, li qabel kien preżenti) ma jibqax eżistenti fis-sit, huwa rrakkomandat ħafna li tindika dan billi tniżżel “x” fil-kolonna “NP” (minflok ma l-informazzjoni dwar dan it-tip ta’ ħabitat titneħħa mill-FSD).

Superfiċje Koperta: Il-ħabitat kollu tal-Anness I eżistenti fis-sit speċifiku għandu jiġi indikat, flimkien mas-superfiċje li jkopri, f’ettari (ara l-Grafika 2). Jistgħu jitniżżlu valuri deċimali.

Jista’ jkun hemm każijiet ta’ sovvraponiment bejn it-tipi ta’ ħabitat tal-Anness I (pereżempju, sikek ta’ ramel f’estwarji). F’dan il-każ, indika l-erja ta’ kull ħabitat (pereżempju, indika l-erja tal-estwarju u d-daqs tas-sikek tar-ramel); f’dawn it-tipi ta’ każijiet, l-erja totali tat-tipi ta’ ħabitat tal-Anness I tista’ tkun abkar mill-erja tas-sit. Jekk dan ma jkunx meqjus bħala possibbli, naqqas l-erja tal-ħabitat iż-żgħir mill-erja tal-ħabitat il-kbir.

Jekk jogħġbok innota: F’każijiet fejn għandu jiġi indikat li l-ħabitat huwa meqjus bħala kandidat għall-introduzzjoni fis-sit, fl-ispazju “daqs” niżżel “-1”.

Għerien: Għall-għerien (8310, 8330), jekk l-erja tas-superfiċje ma tkunx disponibbli, jista’ jitniżżel l-għadd ta’ għerien.

Kwalità tad-Dejta: Indika l-kwalità tal-kejl fl-ispazju “kwalità tad-dejta”. Indika il-kwalità tad-dejta bl-aktar mod possibbli bħala: G = “Tajba” (pereżempju, abbażi ta’ stħarriġ); M = “Moderata” (pereżempju, e.g. abbażi ta’ dejta parzjali, bi ftit estrapolazzjoni); P = “Ħażina” (pereżempju, stima approssimattiva).

(ii)   Kriterji ta’ valutazzjoni tas-sit għal tip partikolari ta’ ħabitat naturali fl-Anness I (skont it-Taqsima A tal-Anness III)

—   RAPPREŻENTATTIVITÀ: = A(a) tal-Anness III: grad ta’ rappreżentattività tat-tip ta’ ħabitat fis-sit.

Il-Kriterju A(a) tal-Anness III għandu jkun marbut mal-manwal ta’ interpretazzjoni tat-tipi ta’ ħabitat tal-Anness I peress dan il-manwal jipprovdi definizzjoni, lista ta’ speċijiet karatteristiċi u elementi rilevanti oħra. Il-grad tar-rappreżentattività joffri sistema ta’ kejl ta’ “kemm huwa tipiku” it-tip ta’ ħabitat. Jekk ikun meħtieġ, din il-valutazzjoni għandha tqis ukoll ir-rappreżentattività tat-tip ta’ ħabitat ikkonċernat fis-sit inkwistjoni, jew għal grupp ta’ tipi ta’ ħabitat inkella għal kombinazzjoni partikolari ta’ tipi ta’ ħabitat differenti.

Jekk id-dejta li trid titniżżel fl-ispazju, jiġifieri d-dejta kwantitattiva, għall-paragun ma tkunx teżisti jew jekk il-kejl tal-kriterju mhux fattibbli, biex jiġi kklassifikat it-tip ta’ ħabitat jista’ jintuża “l-aħjar ġudizzju espert”.

Għandha tintuża din is-sistema ta’ klassifikazzjoni:

A:

rappreżentattività eċċellenti,

B:

rappreżentattività tajba,

C:

rapperżentattività sinifikanti.

Barra minn hekk, il-każijiet kollha ta’ meta l-preżenza tat-tip ta’ ħabitat fis-sit inkwistjoni ma tkunx sinifikanti għandhom jiġu indikati fir-raba’ kategorija:

D:

preżenza mhux sinifikanti.

Meta jkunu preżenti biss forom ta’ ħabitat tal-Anness I li għandhom valur ta’ konservazzjoni baxx, jekk jogħġbok indika “D” (preżenza mhux sinifikanti). Pereżempju, art imsaġġra fi stat ferm degradat u b’ħafna mill-ispeċijiet tas-soltu neqsin għandha tiġi indikata bħala “D”.

F’każijiet meta r-rappreżentattività tas-sit għat-tip ta’ ħabitat ikkonċernat tiġi kklassifikata bħala “D: mhux sinifikanti”, l-ebda indikazzjoni oħra mhi meħtieġa għall-kriterji l-oħra ta’ valutazzjoni li jikkonċernaw dan it-tip ta’ ħabitat fis-sit inkwistjoni. F’dawn il-każijiet, il-kriterji “Superfiċje relattiva”, “Status ta’ konservazzjoni” u “Valutazzjoni globali” m’għandhomx jiġu mmarkati.

—   SUPERFIĊJE RELATTIVA: = A(b) tal-Annex III: L-erja tas-sit kopert mit-tip ta’ ħabitat naturali mqabbla mal-erja totali koperta minn dak it-tip ta’ ħabitat naturali fit-territorju nazzjonali.

Teoretikament, għall-valutazzjoni tal-kriterju A(b) wieħed irid ikejjel is-superfiċje koperta mit-tip ta’ ħabitat fis-sit, u s-superfiċje totali tat-territorju nazzjonali li hija koperta mill-istess tip ta’ ħabitat. Minkejja li din hija ħaġa ċara, jista’ jkun diffiċli ħafna biex wieħed jieħu dan il-kejl, speċjalment il-kejl li jikkonċerna s-superfiċje nazzjonali ta’ referenza.

Dan il-kriterju għandu jiġi indikat bħala perċentwali “p”. Kemm jekk iż-żewġ miżuri jeżistu jew jistgħu jinkisbu (u għalhekk il-perċentwali ikun jista’ jiġi kkalkolat), kif ukoll jekk ir-riżultat jiġi minn stima skont l-aħjar ġudizzju (li x’aktarx li jkun il-każ), għandha ssir valutazzjoni ta’ “p” f’intervalli ta’ klassifikazzjoni permezz ta’ mudell progressiv.

A

:

100 ≥ p > 15 %

B

:

15 ≥ p > 2 %

C

:

2 ≥ p > 0 %

—   GRAD TA’ KONSERVAZZJONI: = A(c) tal-Anness III: Il-grad ta’ konservazzjoni tal-istruttura u tal-funzjonijiet tat-tip ta’ ħabitat naturali kkonċernat u possibbiltajiet ta’ restawr.

Dan il-kriterju huwa magħmul minn tliet sottokriterji:

(i)

il-grad ta’ konservazzjoni tal-istruttura,

(ii)

il-grad ta’ konservazzjoni tal-funzjonijiet,

(iii)

il-possibbiltà ta’ restawr.

Minkejja li s-sottokriterji ta’ hawn fuq jistgħu jiġu vvalutati separatament, dawn għandhom jiġu kkombinati għar-rekwiżiti tal-għażla tas-siti proposti fuq il-lista nazzjonali, peress li għandhom influwenza kumplessa u interdipendenti fuq il-proċess.

(i)   Il-grad ta’ konservazzjoni tal-istruttura

Dan is-sottokriterju għandu jkun marbut mal-manwal ta’ interpretazzjoni tat-tipi ta’ ħabitat tal-Anness I, peress li dan il-manwal jipprovdi definizzjoni, lista ta’ speċijiet karatteristiċi u elementi rilevanti oħra.

Billi wieħed jikkompara l-istruttura ta’ tip partikolari ta’ ħabitat preżenti fis-sit mad-dejta tal-manwal ta’ interpretazzjoni (u informazzjoni xjentifika rilevanti oħra), u anke mal-istess tip ta’ ħabitat f’siti oħra, wieħed ikun jista’ jistabbilixxi sistema ta’ klassifikazzjoni kif ġej, bl-użu ta’ “l-aħjar ġudizzju espert”:

I

:

struttura eċċellenti,

II

:

struttura kkonservata tajjeb,

III

:

struttura medjament jew parzjalment degradata.

F’każijiet meta tingħata s-sottoklassi “struttura eċċellenti”, il-kriterju A(c) għandu jiġi kklassifikat fl-intier tiegħu bħala “A: konservazzjoni eċċellenti”, indipendentement mill-klassifikazzjoni taż-żewġ sottokriterji l-oħra.

F’każijiet meta t-tip ta’ ħabitat ikkonċernat fis-sit inkwistjoni ma jkollux struttura eċċellenti, ikun għadu meħtieġ li ssir valutazzjoni taż-żewġ sottokriterji l-oħra.

(ii)   Il-grad ta’ konservazzjoni tal-funzjonijiet

Jista’ jkun diffiċli biex wieħed jiddefinixxi u jkejjel il-funzjonijiet ta’ tip partikolari ta’ ħabitat fis-sit definit u l-konservazzjoni tagħhom, u biex dan isir indipendentement minn tipi oħra ta’ ħabitat. Għal din ir-raġuni jkun utli li “il-konservazzjoni tal-funzjonijiet” tiġi pparafrażata skont il-prospetti (kapaċità u probabbiltà) tat-tip tal-ħabitat ikkonċernat fis-sit inkwistjoni biex tinżamm l-istruttura tiegħu għall-ġejjieni, fuq naħa, minħabba li jista’ jkun hemm influwenzi sfavorevoli, u fuq l-oħra, minħabba l-isforz raġonevoli ta’ konservazzjoni li huwa possibbli.

I

:

prospetti eċċellenti

II

:

prospetti tajba

III

:

prospetti medji jew sfavorevoli

F’każijiet meta s-sottoklassi “I: prospetti eċċellenti” jew “II: prospetti tajbin” tiġi kkombinata mal-klassifikazzjoni “II: struttura kkonservata tajjeb” tal-ewwel sottokriterju, il-kriterju A(c) għandu jiġi kklassifikat fl-intier tiegħu bħala “A: konservazzjoni eċċellenti” jew “B: konservazzjoni tajba” rispettivament, indipendentement mill-klassifikazzjoni tat-tielet sottokriterju, li m’għandux jibqa’ jitqies.

F’każijiet meta s-sottoklassi “III: prospetti medji jew sfavorevoli” tiġi kkombinata mal-klassifikazzjoni “III: struttura medjament jew parzjalment degradata” tal-ewwel sottokriterju, il-kriterju A(c) għandu jiġi kklassifikat fl-intier tiegħu bħala “C: konservazzjoni medja jew imnaqqsa”, indipendentement mill-klassifikazzjoni tat-tielet sottokriterju li m’għandux jibqa’ jitqies.

(iii)   Il-possibbiltajiet ta’ restawr

Dan is-sottokriterju jintuża biex jiġi vvalutat safejn hu possibbli li jsir restawr għat-tip ta’ ħabitat ikkonċernat fis-sit inkwistjoni.

L-ewwel ħaġa li trid tiġi vvalutata hija l-fattibbiltà tiegħu mil-lat xjentifiku: l-istat attwali ta’ għarfien jipprovdi risposta għall-mistoqsijiet “x’għandu jsir u kif għandu jsir”? Dan jimplika l-għarfien sħiħ tal-istruttura u tal-funzjonijiet tat-tip ta’ ħabitat u tal-pjanijiet ta’ immaniġġjar konkreti u l-preskrizzjonijiet meħtieġa għar-restawr tiegħu, jiġifieri, biex jiġi stabbilizzat jew miżjud il-perċentwali taż-żona koperta minn dak it-tip ta’ ħabitat, biex ikunu ristabbiliti l-istruttura u l-funzjonijiet speċifiċi li huma meħtieġa għall-manutenzjoni tiegħu fit-tul u biex jinżamm jew jiġi restawrat status favorevoli ta’ konservazzjoni għall-ispeċijiet tipiċi tiegħu.

It-tieni mistoqsija li tista’ ssir hija jekk “huwiex kosteffikaċi mil-lat ta’ konservazzjoni tan-natura?”. Din il-valutazzjoni għandha tqis il-grad tat-theddida għat-tip tal-ħabitat u r-rarità tiegħu.

Is-sistema ta’ klassifikazzjoni għandha tkun kif ġej, bl-użu ta’ “l-aħjar ġudizzju espert”:

I

:

restawr faċli,

II

:

restawr possibbli bi sforz medju,

III

:

restawr diffiċli jew impossibbli.

Sinteżi: applikabbli għall-klassifikazzjoni kumplessiva tat-tliet sottokriterji

A: konservazzjoni eċċellenti

=

struttura eċċellenti, indipendentement mill-klassifikazzjoni taż-żewġ sottokriterji l-oħra,

=

struttura kkonservata tajjeb u prospetti eċċellenti, indipendentement mill-klassifikazzjoni tat-tielet kriterju.

B: konservazzjoni tajba

=

struttura kkonservata tajjeb u prospetti tajbin, indipendentement mill-klassifikazzjoni tat-tielet sottokriterju,

=

struttura kkonservata tajjeb u prospetti medji/forsi sfavorevoli u restawr faċli jew possibbli bi sforz medju,

=

struttura medjament/parzjalment degradata, prospetti eċċellenti u restawr faċli jew possibbli bi sforz medju,

=

struttura medjament/parzjalment degradata, prospetti tajbin u restawr faċli.

C: konservazzjoni medja jew imnaqqsa

=

il-kombinazzjonijiet l-oħra kollha.

—   VALUTAZZJONI GLOBALI = A(d) tal-Anness III: Valutazzjoni globali tal-valur tas-sit għall-konservazzjoni tat-tip ta’ ħabitat naturali kkonċernat.

Dan il-kriterju jirreferi għall-valutazzjoni globali tal-valur tas-sit fir-rigward tal-konservazzjoni tat-tip ta’ ħabitat ikkonċernat. Dan il-kriterju għandu jintuża biex il-kriterji msemmija qabel jiġu vvalutati b’mod integrat filwaqt li jitqiesu l-livelli ta’ importanza li jista’ jkollhom għall-ħabitat inkwistjoni. Jistgħu jiġu kkunsidrati aspetti oħra fir-rigward tal-valutazzjoni tal-elementi l-aktar rilevanti, sabiex l-influwenza pożittiva jew negattiva tagħhom fuq il-konservazzjoni tat-tip ta’ ħabitat tiġi vvalutata b’mod globali. L-elementi “l-aktar rilevanti” jistgħu jvarjaw bejn tip ta’ ħabitat u tip ta’ ħabitat ieħor; dawn jistgħu jinkludu l-attivitajiet tal-bniedem, kemm fis-sit kif ukoll fiż-żoni ġirien, li x’aktarx jinfluwenzaw l-istatus ta’ konservazzjoni tat-tip ta’ ħabitat, is-sjieda tal-art, l-istatus legali eżistenti tas-sit, ir-relazzjonijiet ekoloġiċi bejn it-tipi differenti ta’ ħabitat u ta’ speċijiet, eċċ.

“L-aħjar ġudizzju espert” jista’ jintuża biex jiġi vvalutat dan il-valur globali, u s-sistema ta’ klassifikazzjoni użata biex tindikah għandha tkun kif ġej:

A:

valur eċċellenti,

B:

valur tajjeb,

C:

valur sinifikanti.

Ta’ min jinnota li l-Formola Standard tad-Dejta tintuża għall-valutazzjonijiet tal-konservazzjoni ta’ ħabitat jew ta’ speċijiet f’sit partikolari, filwaqt li l-valutazzjoni skont l-Artikolu 17 tikkonċerna l-istatus fir-reġjun Bijoġeografiku kollu tal-Istat Membru. It-terminu “status ta’ konservazzjoni” huwa definit fl-Artikolu 1(e) u 1(i) tad-Direttiva dwar il-Ħabitat bħala terminu li jiddeskrivi l-istatus globali ta’ xi tip ta’ ħabitat jew speċi f’xi reġjun bijoġeografiku. Dan l-istatus ta’ konservazzjoni, issa qiegħed jiġi vvalutat b’mod regolari fl-ambitu tar-rapporti ta’ kull 6 snin dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri, skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva dwar il-Ħabitat. Il-valutazzjoni ta’ siti skont il-kriterji tal-Anness III għad-Direttiva dwar il-Ħabitat tinkludi valutazzjoni tal-“grad ta’ konservazzjoni” tat-tip ta’ ħabitat jew speċi f’sit speċifiku.

Grafika 2

Eżempju ta’ dejta dwar tipi ta’ ħabitat preżenti fis-sit u l-valutazzjoni tas-sit għalihom (3.1)

Tipi ta’ Ħabitat tal-Anness I

Valutazzjoni tas-sit

Kodiċi

PF

NP

Is-superfiċje koperta [ha]

Għerien

Kwalità tad-dejta

A|B|C|D

A|B|C

Rappreżentattività

Superfiċje Relattiva

Konservazzjoni

Globali

7130

x

 

2 212,70

 

G

B

B

B

B

8310

 

 

0

3

P

C

C

C

C

3150

 

 

921

 

G

A

C

B

C

1110

 

 

1 700

 

P

C

A

A

B

Grafika 3

Eżempju ta’ dejta dwar speċijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar l-Għasafar jew elenkati fl-Anness II għad-Direttiva dwar il-Ħabitat u l-valutazzjoni tas-sit għalihom (3.2)

Speċi

Popolazzjoni fis-sit

Valutazzjoni tas-sit

Grupp

Kodiċi

Isem

S

NP

Tip

Daqs

Unità

Kat.

Kwalità tad-dejta

A|B|C|D

A|B|C

Min.

Mass.

 

C|R|V|P

G|M|P|DD

Popolazzjoni

Konservazzjoni

Isolament

Globali

B

A038

Cygnus cygnus

 

 

w

800

1 000

I

 

M

B

B

C

B

B

A038

Cygnus cygnus

 

 

c

1 500

1 500

I

 

P

A

B

A

B

P

1903

Liparis loeselii

 

 

p

20

30

I

 

G

C

A

C

A

I

1014

Vertigo angustior

 

 

p

 

 

 

R

DD

C

B

B

B

3.2.   Speċijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KEE u speċijiet elenkati fl-Anness II għad-Direttiva 92/43/KEE u l-valutazzjoni tas-sit għalihom

(i)   Kodiċi, isem u dejta dwar il-popolazzjoni tal-ispeċijiet

Għas-siti, kif xieraq, niżżel il-Grupp, il-Kodiċi u l-Isem Xjentifiku tal-ispeċijiet kollha tal-għasafar rilevanti għall-Artikolu 4(1) u (4) tad-Direttiva 2009/147/KE, u tal-ispeċijiet kollha tal-fawna u tal-flora elenkati fl-Anness II għad-Direttiva 92/43/KEE li jeżistu fis-sit b’indikazzjoni tal-popolazzjoni tagħhom fis-sit (ara hawn taħt).

Grupp: A = Anfibji, B = Għasafar, F = Ħut, I = Invertebrati, M = Mammiferi, P = Pjanti, R = Rettili

Kodiċi: Il-kodiċi b’erba’ karattri sekwenzjali għal kull speċi jinsab fil-portal ta’ referenza.

Sensittività (S): F’dan l-ispazju, indika jekk id-disponibbiltà għall-pubbliku tal-informazzjoni dwar speċi partikolari tistax tkun ta’ ħsara għall-konservazzjoni tagħha, pereżempju, għaliex tkun tista’ tinġabar illegalment u d-disponibbiltà għall-pubbliku tal-informazzjoni li tidher fl-FSD tista’ żżid din it-theddida b’mod konkret. Jekk dan ikun il-każ, f’dan l-ispazju niżżel “iva”. Jekk speċi tiġi mmarkata bħala “sensittiva”, il-Kummissjoni ma tgħarrafx lill-pubbliku dwar il-preżenza tal-ispeċi fuq is-sit min jeddha (pereżempju, billi ttella’ din l-informazzjoni fuq xi bażi ta’ dejta jew sit tal-Internet li jkunu disponibbli għall-pubbliku). Jekk l-informazzjoni dwar il-preżenza tal-ispeċi f’xi sit partikolari tkun diġà disponibbli għall-pubbliku, pereżempju bħala informazzjoni onlajn, l-immarkar tal-ispeċi bħala “sensittiva” ma jistax jitqies ġustifikat.

Mhux preżenti (NP) (fakultattiv): F’każijiet fejn speċi li s-sit ikun ġie ddisinjat għaliha inizjalment (jiġifieri, li qabel kienet preżenti fis-sit) ma tibqax eżistenti fis-sit, huwa rrakkomandat ħafna li tindika dan billi tniżżel “x” fil-kolonna “NP” (minflok ma l-informazzjoni dwar din l-ispeċi titneħħa mill-FSD). L-ispeċijiet li ma kinux preżenti fis-sit minn meta d-Direttiva daħlet fis-seħħ, kif ukoll “preżenzi rari” ma għandhomx jiġu indikati.

Jekk jogħġbok INNOTA: L-ispeċijiet jitqiesu bħala “mhux preżenti aktar” fuq is-sit meta, pereżempju, ikunu ilhom perjodu ta’ żmien twil ma jiġu osservati fis-sit. Dan il-perjodu ta’ żmien ivarja skont l-ispeċi, fejn l-assenza ta’ speċi komuni għal ftit snin x’aktarx li tindika l-għejbien ta’ dik l-ispeċi, filwaqt li jekk speċijiet rari, bħalma huma l-brijofiti u xi insetti ma jiġux osservati għal tul ta’ ħafna snin, dan ma jfissirx li l-ispeċi ma għadhiex teżisti fil-ħabitat, sakemm il-ħabitat ma jkunx inbidel.

Tip: Uża dawn il-kategoriji:

Permanenti (p)

:

l-ispeċi tinsab fis-sit is-sena kollha (speċi li ma tpassix jew pjanta, popolazzjoni residenti ta’ speċi li tpassi)

Tirriproduċi (r)

:

l-ispeċi tuża s-sit biex trabbi ż-żgħar (pereżempju, trobbija, tibjit)

Konċentrazzjoni (c)

:

l-ispeċi tuża s-sit biex tistrieħ u tiekol, jew biex tieqaf waqt il-passa jew biex toħrof lil hinn mill-post tat-tnissil, u mhux fix-xitwa

Xitwa (w)

:

l-ispeċi tuża s-sit matul ix-xitwa.

Meta popolazzjoni mhux residenti tkun preżenti fis-sit f’aktar minn staġun wieħed, l-entrati għal dawn it-“tipi ta’ popolazzjoni” għandhom isiru b’mod separat (ara l-eżempju fil-Grafika 3). Pereżempju, peress li għadd ta’ speċijiet tal-fawna huma tal-passa, partikolarment ħafna speċijiet ta’ għasafar, is-sit jista’ jkun importanti għal aspetti differenti taċ-ċiklu tal-ħajja tal-ispeċi.

F’każ li ma tistax iddaħħal id-dejta għal staġuni differenti, daħħal dejta għall-aktar staġun importanti (jew “Xitwa” jew “Konċentrazzjoni”).

Daqs: Fir-rigward tal-abbondanza, jekk disponibbli, indika d-dejta magħrufa dwar il-popolazzjoni. Jekk taf x’hinu d-daqs tal-popolazzjoni, imla ż-żewġ spazji (min. u mass.) bl-istess valur. F’każ li jkun aktar xieraq li tindika medda ta’ popolazzjoni, imla l-ispazji bil-valuri stmati għal-limitu baxx (min.) u għal-limitu għoli (mass.) ta’ din il-medda. Meta ma tkunx taf il-medda ta’ popolazzjoni imma teżisti informazzjoni dwar id-daqs minimu jew massimu tal-popolazzjoni, agħmel stima tal-valur tal-medda li ma tafx. Jekk jogħġbok innota li l-valuri “min.” u “mass.” għandhom ikunu l-medja ta’ valuri ta’ diversi snin u mhux l-aktar valuri estremi.

F’każ li lanqas stima approssimattiva tad-daqs tal-popolazzjoni ma tkun possibbli, indika t-tip tal-popolazzjoni (pereżempju, “permanenti”) u fl-ispazju “kwalità tad-dejta” indika l-valur “DD” (dejta defiċjenti). F’dan il-każ, tista’ tħalli l-ispazju għall-valuri tad-daqs tal-popolazzjoni vojt u minflok tuża l-ispazju għall-kategoriji ta’ abbondanza (komuni (C), rari (R), rari ħafna (V), jew preżenti (P)). Il-karattru tal-popolazzjoni fis-sit jista’ jkompli jiġi deskritt fl-ispazju “Kwalità u Importanza” (il-punt 4.2) fejn tista’ tindika n-natura tal-popolazzjoni (pereżempju densa, mifruxa jew iżolata). Il-kategoriji ta’ abbondanza jistgħu jintużaw flimkien mad-daqs tal-popolazzjoni.

Jekk jogħġbok innota: F’każijiet fejn għandu jiġi indikat li l-ispeċi hija meqjusa bħala kandidata għall-introduzzjoni fis-sit, fl-ispazju “Is-superfiċje koperta” niżżel “-1”.

Unità: Indika l-unità tal-valur tal-popolazzjoni fl-ispazju korrispondenti. Kemm jista’ jkun għandek tuża l-unitajiet “individwali” (= i) jew “pari” (= p), inkella, jekk jogħġbok uża l-aktar unitajiet preċiżi disponibbli skont il-lista standardizzata ta’ kodiċi u unitajiet ta’ popolazzjoni skont ir-rappurtar previst fl-Artikoli 12 u 17 (ara l-portal ta’ referenza).

Kategorija ta’ abbundanza (Kat.): ara l-ispjegazzjoni ta’ hawn fuq, taħt “daqs” — C = komuni, R = rari, V = rari ħafna, P = preżenti – din it-taqsima trid timtela f’każ li l-kwalità tad-dejta tkun defiċjenti (DD) u ma tingħata ebda stima għad-daqs tal-popolazzjoni jew biex tikkumplimenta stimi kwantitattivi għad-daqs tal-popolazzjoni.

Kwalità tad-dejta: Indika l-kwalità tad-dejta billi tuża dan il-kodiċi: G = “Tajba” (pereżempju, abbażi ta’ stħarriġ); M = “Moderata” (pereżempju, e.g. abbażi ta’ dejta parzjali, bi ftit estrapolazzjoni); P = “Ħażina” (pereżempju, stima approssimattiva) DD = “Dejta Defiċjenti” (dan il-kodiċi għandu jintuża f’każ li lanqas stima approssimattiva tad-daqs tal-popolazzjoni ma tkun tista’ ssir).

(ii)   Kriterji ta’ valutazzjoni tas-sit għal speċijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KE u speċijiet elenkati fl-Anness II għad-Direttiva 92/43/KEE (skont it-Taqsima B tal-Anness III)

—   POPOLAZZJONI: = B(a) tal-Anness III: Id-daqs u d-densità tal-popolazzjoni tal-ispeċijiet preżenti fis-sit imqabbla mal-popolazzjonijiet preżenti fit-territorju nazzjonali.

Dan il-kriterju jintuża għall-valutazzjoni tad-daqs jew densità relattiv/a tal-popolazzjoni fis-sit kif imqabbla mad-daqs jew densità tal-popolazzjoni nazzjonali.

Ġeneralment, il-valutazzjoni ta’ dan l-aħħar aspett hija pjuttost diffiċli. L-aħjar kejl jista’ jsir f’forma ta’ perċentwali, li jirriżulta mill-proporzjon tal-popolazzjoni fis-sit mal-popolazzjoni fit-territorju nazzjonali. Kif propost għall-kriterju A(b) għandha tintuża stima jew klassifikazzjoni f’intervalli skont dan il-mudell progressiv:

A

:

100 % ≥ p > 15 %,

B

:

15 % ≥ p > 2 %,

C

:

2 % ≥ p > 0 %.

Barra minn hekk, il-każijiet kollha meta tip ta’ speċi kkonċernat ikun preżenti fis-sit inkwistjoni b’mod mhux sinifikanti għandhom ikunu indikati fir-raba’ kategorija:

D:

popolazzjoni mhux sinifikanti.

Meta speċi rarament tiġi osservata fis-sit, pereżempju jekk tkun biss xewwiela, din ma titqiesx bħala popolazzjoni sinifikanti u għandha tiġi rreġistrata bħala “D”.

F’każijiet meta r-rappreżentattività tas-sit għall-popolazzjoni kkonċernata tiġi kklassifikata bħala “D: mhux sinifikanti”, l-ebda indikazzjoni oħra mhi meħtieġa għall-kriterji l-oħra ta’ valutazzjoni li jikkonċernaw dan it-tip ta’ ħabitat fis-sit inkwistjoni. F’dawn il-każijiet il-kriterji “Konservazzjoni”, “Iżolament” u “Valutazzjoni Globali” m’għandhomx ikunu mmarkati.

—   GRAD TA’ KONSERVAZZJONI: = B(b) tal-Annex III: Grad ta’ konservazzjoni tal-karatteristiċi tal-ħabitat li huma importanti għall-ispeċijiet ikkonċernati u l-possibbiltajiet għar-restawr.

Dan il-kriterju huwa magħmul minn żewġ sottokriterji:

(i)

il-grad ta’ konservazzjoni tal-karatteristiċi tal-ħabitat li huma importanti għall-ispeċi;

(ii)

il-possibbiltajiet ta’ restawr.

(i)   Il-grad ta’ konservazzjoni tal-karatteristiċi tal-ħabitat li huma importanti għall-ispeċi

Il-kriterju (i) jeħtieġ valutazzjoni globali tal-karatteristiċi tal-ħabitat fir-rigward tar-rekwiżiti bijoloġiċi ta’ speċi partikolari. Il-karatterisitiċi relatati mad-dinamika tal-popolazzjoni huma fost l-aktar xierqa, kemm għall-ispeċijiet annimali kif ukoll għal dawk tal-pjanti. L-istruttura tal-ħabitat u xi karatterisitiċi abijotiċi għandhom jiġu vvalutati.

Biex jiġi kklassifikat dan il-kriterju għandu jintuża l-“aħjar ġudizzju espert”:

I.

elementi f’kundizzjoni eċċellenti,

II.

elementi kkonservati tajjeb,

III.

elementi f’kundizzjoni medjament jew parzjalment degradata,

F’każijiet meta tingħata s-sottoklassi “I: elementi f’kundizzjoni eċċellenti” jew “II: elementi kkonservati tajjeb”, il-kriterju B(b) għandu jiġi kklassifikat fl-intier tiegħu bħala “A: konservazzjoni eċċellenti” jew “B: konservazzjoni tajba” rispettivament u indipendentement mill-klassifikazzjoni taż-żewġ sottokriterji l-oħra.

(ii)   Il-possibbiltajiet ta’ restawr

Għal dan is-sottokriterju, li għandu jitqies biss meta l-elementi jkunu f’kundizzjoni medjament jew parzjalment degradata, għandu jintuża approċċ analogu għal dak tal-kriterju A(c) (iii), u ssir ukoll valutazzjoni tal-vijabbilità tal-popolazzjoni inkwistjoni. Dan għandu jwassal għal din is-sistema ta’ klassifikazzjoni:

I

:

restawr faċli,

II

:

restawr possibbli bi sforz medju,

III

:

restawr diffiċli jew impossibbli.

Sinteżi applikabbli għall-klassifikazzjoni taż-żewġ sottokriterji

A.: konservazzjoni eċċellenti

=

elementi f’kundizzjoni eċċellenti, indipendentement mill-klassifikazzjoni tal-possibbiltà ta’ restawr,

B: konservazzjoni tajba

=

elementi kkonservati tajjeb, indipendentement mill-klassifikazzjoni tal-possibbilità ta’ restawr,

=

elementi f’kundizzjoni medjament jew parzjalment degradata u faċli li jiġu rrestawrati,

C: konservazzjoni medja jew imnaqqsa

=

il-kombinazzjonijiet l-oħra kollha.

—   IŻOLAMENT: = B(c) tal-Anness III: Il-grad ta’ iżolament tal-popolazzjoni preżenti fis-sit fir-rigward tad-disseminazzjoni naturali tal-ispeċi.

Dan il-kriterju jista’ jiġi interpretat bħala miżura approssimattiva tal-kontribut ta’ popolazzjoni partikolari, fuq naħa għad-diversità ġenetika tal-ispeċi u fuq l-oħra għall-fraġilità ta’ dik il-popolazzjoni speċifika. Bl-użu ta’ approċċ sempliċistiku wieħed jista’ jgħid li aktar ma popolazzjoni tkun iżolata (fir-rigward tad-disseminazzjoni naturali tagħha), akbar ikun il-kontribut tagħha għad-diversità ġenetika tal-ispeċi. Konsegwentement it-terminu “iżolament” għandu jitqies f’kuntest usa’, u japplika kemm għal speċijiet strettament endemiċi, għal sottospeċijiet/varjetajiet/razez kif ukoll għal sottopopolazzjonijiet ta’ metapopolazzjoni. F’dan il-kuntest għandha tintuża din il-klassifikazzjoni:

A:

popolazzjoni (kważi) iżolata,

B:

popolazzjoni mhux iżolata, imma fil-marġini tad-disseminazzjoni,

C:

popolazzjoni mhux iżolata fid-disseminazzjoni estiża.

—   GLOBALI = B(d) tal-Anness III: Valutazzjoni globali tal-valur tas-sit għall-konservazzjoni tal-ispeċijiet ikkonċernati.

Dan il-kriterju jirreferi għall-valutazzjoni globali tal-valur tas-sit fir-rigward tal-konservazzjoni tal-ispeċijiet ikkonċernati. Il-kriterju jista’ jintuża biex jirrikapitula l-kriterji ta’ qabel kif ukoll għall-valutazzjoni ta’ karatterisitiċi oħra tas-sit meqjusa bħala rilevanti għal speċi partikolari. Dawn il-karatterisitiċi jistgħu jvarjaw bejn speċi u oħra u jistgħu jinkludu attivitajiet tal-bniedem fis-sit jew fiż-żoni fil-qrib li jistgħu jinfluwenzaw l-istatus ta’ konservazzjoni tal-ispeċi, l-immaniġġjar tal-art, il-protezzjoni statutorja tas-sit, ir-relazzjonijiet ekoloġiċi bejn it-tipi differenti ta’ ħabitat u l-ispeċijiet, eċċ.

Għal din il-valutazzjoni globali jista’ jintuża “l-aħjar ġudizzju espert”, bl-użu ta’ din is-sistema ta’ klassifikazzjoni:

A:

valur eċċellenti,

B:

valur tajjeb,

C:

valur sinifikanti.

Ta’ min jinnota li l-Formola Standard tad-Dejta tintuża għall-valutazzjonijiet tal-konservazzjoni ta’ ħabitat jew ta’ speċijiet f’sit partikolari, filwaqt li l-valutazzjoni skont l-Artikolu 17 tikkonċerna l-istatus fir-reġjun Bijoġeografiku kollu tal-Istat Membru. It-terminu “status ta’ konservazzjoni” huwa definit fl-Artikolu 1(e) u 1(i) tad-Direttiva dwar il-Ħabitat bħala terminu li jiddeskrivi l-istatus globali ta’ xi tip ta’ ħabitat jew speċi f’xi reġjun bijoġeografiku. Dan l-istatus ta’ konservazzjoni, issa qiegħed jiġi vvalutat b’mod regolari fl-ambitu tar-rapporti ta’ kull 6 snin dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri, skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva dwar il-Ħabitat. Il-valutazzjoni ta’ siti skont il-kriterji tal-Anness III għad-Direttiva dwar il-Ħabitat tinkludi valutazzjoni tal-“grad ta’ konservazzjoni” tat-tip ta’ ħabitat jew speċi f’sit speċifiku.

3.3.   Speċijiet importanti oħra ta’ flora u fawna (fakultattiv)

L-ispeċijiet importanti l-oħra tal-flora u l-fawna kollha jistgħu jitniżżlu sussegwentement, fejn ikunu rilevanti għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar tas-sit, skont il-proċedura li ġejja:

Grupp: Indika l-kodiċi tal-grupp tal-ispeċi speċifiku (A = Anfibji, B = Għasafar, F = Ħut, Fu = Fungi, I = Invertebrati, L = Likeni, M = Mammiferi, P = Pjanti, R = Rettili);

Isem u kodiċi: Agħti l-isem xjentifiku tal-ispeċi; għall-ispeċijiet ta’ għasafar tal-Annessi IV u V, għandu jintuża l-kodiċi kif previst fil-portal ta’ referenza flimkien mal-isem xjentifiku;

Sensittività (S): F’dan l-ispazju, indika jekk id-disponibbiltà għall-pubbliku tal-informazzjoni dwar speċi partikolari tistax tkun ta’ ħsara għall-konservazzjoni tagħha, pereżempju, għaliex tkun tista’ tinġabar illegalment u d-disponibbiltà għall-pubbliku tal-informazzjoni li tidher fl-FSD tista’ żżid din it-theddida b’mod konkret. Jekk dan ikun il-każ, f’dan l-ispazju niżżel “iva”. Jekk speċi tiġi mmarkata bħala “sensittiva”, il-Kummissjoni ma tgħarrafx lill-pubbliku dwar il-preżenza tal-ispeċi fuq is-sit min jeddha (pereżempju, billi ttella’ din l-informazzjoni fuq xi bażi ta’ dejta jew sit tal-Internet li jkunu disponibbli għall-pubbliku). Jekk l-informazzjoni dwar il-preżenza tal-ispeċi f’xi sit partikolari tkun diġà disponibbli għall-pubbliku, pereżempju f’pubblikazzjonijiet jew bħala informazzjoni onlajn, l-immarkar tal-ispeċi bħala “sensittiva” ma jistax jitqies ġustifikat.

Mhux preżenti (NP) (fakultattiv): F’każijiet fejn speċi li qabel kienet preżenti fis-sit ma tibqax preżenti aktar, dan għandu jiġi indikat billi titniżżel “x” fil-kolonna “NP” (minflok ma l-informazzjoni dwar din l-ispeċi titneħħa mill-FSD).

Jekk jogħġbok INNOTA: L-ispeċijiet jitqiesu bħala “mhux preżenti aktar” fuq is-sit meta, pereżempju, ikunu ilhom perjodu ta’ żmien twil ma jiġu osservati fis-sit. Dan il-perjodu ta’ żmien ivarja skont l-ispeċi, fejn l-assenza ta’ speċi komuni għal ftit snin x’aktarx li tindika l-għejbien ta’ dik l-ispeċi, filwaqt li jekk speċijiet rari, bħalma huma l-brijofiti u xi insetti ma jiġux osservati għal tul ta’ ħafna snin, dan ma jfissirx li l-ispeċi ma għadhiex teżisti fil-ħabitat, sakemm il-ħabitat ma jkunx inbidel.

Daqs: Agħti informazzjoni dwar id-daqs tal-popolazzjoni. Meta ma tkunx magħrufa l-kwantità preċiża, jekk jista’ jkun indika medda ta’ popolazzjoni billi timla l-ispazji bil-valuri stmati għal-limitu baxx (min.) u għal-limitu għoli (mass.) ta’ din il-medda. Meta ma tkunx taf il-medda ta’ popolazzjoni imma teżisti informazzjoni dwar id-daqs minimu jew massimu tal-popolazzjoni, agħmel stima tal-valur tal-medda li ma tafx. Indika l-unità tal-valur tal-popolazzjoni fl-ispazju korrispondenti. Kemm jista’ jkun għandek tuża l-unitajiet “pari” (= p) jew “individwali” (= i), inkella, jekk jogħġbok segwi l-lista standardizzata ta’ kodiċi u unitajiet ta’ popolazzjoni skont ir-rappurtar previst fl-Artikolu 17 (ara l-portal ta’ referenza). Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jintużaw unitajiet differenti minn dawk użati skont ir-rappurtar previst fl-Artikolu 17.

Kategorija: Meta ma jkunx hemm dejta kwantitattiva, indika jekk l-ispeċi hix komuni (C), rari (R), jew rari ħafna (V). F’każ li ma jkun hemm ebda dejta dwar il-popolazzjoni, indika l-ispeċi bħala preżenti (P) (ara l-eżempju li jidher fil-Grafika 4)

Jekk jogħġbok indika l-motivazzjoni għall-elenkar ta’ kull speċi permezz ta’ dawn il-kategoriji:

IV Speċijiet tal-Anness IV (id-Direttiva dwar il-Ħabitat)

V Speċijiet tal-Anness V (id-Direttiva dwar il-Ħabitat)

A.Speċijiet elenkati fil-Lista l-Ħamra Nazzjonali

B. Speċijiet endemiċi

C. Konvenzjonijiet Internazzjonali (inkluż dawk ta’ Berna, ta’ Bonn u dwar il-Bijodiversità),

D. Raġunijiet oħra

Jistgħu jsiru entrati multipli ta’ kategoriji. Aktar dettalji dwar il-motivazzjonijiet għall-elenkar ta’ speċijiet individwali, speċjalment fir-rigward ta’ “D”, jistgħu jingħataw fit-Taqsima 4.2 li huwa spazju li jista’ jimtela b’test liberu għad-deskrizzjoni tal-kwalità u l-importanza tas-sit.

Għall-ispeċijiet ta’ għasafar tal-Annessi IV u V, għandhom jintużaw il-kodiċijiet tal-isem tal-ispeċijiet (ara l-portal ta’ referenza). Għal dawn l-ispeċijiet ma ssir ebda valutazzjoni tas-sit.

Grafika 4

Eżempju ta’ dejta dwar speċijiet oħra (3.3)

Speċi

Popolazzjoni fis-sit

Motivazzjoni

Grupp

Kodiċi

Isem

S

NP

Daqs

Unità

Kat.

L-Anness tal-ispeċi

Kategoriji Oħra

Min.

Mass.

 

C|R|V|P

IV

V

A

B

C

D

P

 

Acer heldreichii

 

 

51

100

I

 

 

 

 

x

 

 

P

 

Accipter nisus

 

 

2

4

I

 

 

 

 

 

 

x

M

 

Eptesicus serotinus

 

 

150

200

I

 

x

 

x

 

 

 

I

 

Ectemnius massiliensis

 

 

 

 

 

R

 

 

 

 

 

x

R

 

Elaphe longissima

 

 

 

 

 

C

x

 

 

 

x

 

P

 

Campanula morettiana

 

 

 

 

 

C

x

 

x

 

 

 

4.   DESKRIZZJONI TAS-SIT

4.1.   Karattru ġenerali tas-sit

Din it-taqsima għandha tagħti “stampa” kumplessiva tas-sit. Agħti sinteżi tal-karatteristiċi ġenerali tas-sit fejn tibda billi tindika d-diviżjoni tas-sit fi klassijiet wiesa’ tal-ħabitat bl-użu tal-aktar ġudizzju espert biex tagħmel stima tal-perċentwali ta’ superfiċje koperta (dawn il-klassijiet tal-ħabitat huma elenkati flimkien mal-kodiċi tagħhom fil-portal ta’ referenza). Il-kopertura totali tal-klassijiet tal-ħabitat għandha tkun ta’ 100 % u tikkorrispondi għall-erja tas-superfiċje totali tas-sit. X’aktarx li l-informazzjoni li tidher f’din it-Taqsima ma tkunx taqbel dejjem mal-informazzjoni li tingħata fit-Taqsima 3.1 (tipi ta’ ħabitat tal-Anness I) minħabba li l-użu ta’ sorsi differenti ta’ dejta.

“Karatteristiċi oħra tas-sit”: Il-karatteristiċi ġeoloġiċi, ġeomorfoloġiċi u tal-pajsaġġ ta’ importanza ewlenin għandhom jiġu deskritti b’test liberu fl-ispazju tat-Taqsima 4.1. Jekk rilevanti, indika t-tipi dominanti ta’ veġetazzjoni. Semmi wkoll ħabitat ieħor li mhux tal-Anness I jew speċijiet li mhumiex fl-ambitu tal-Anness li huma importanti għall-konservazzjoni tas-sit. Meta rendikont aktar dettaljat tal-informazzjoni dwar il-klassijiet tal-ħabitat ikun importanti għall-konservazzjoni tas-sit (eż. għad-dehesas jew għad-dwieli), dan għandu jitniżżel f’din it-taqsima b’test liberu. Informazzjoni dwar żoni msaġġra lineari u f’forma ta’ mużajk (pereżempju, arbuxxelli, buskeġġ, linji ta’ siġar) għandha tingħata wkoll f’dan it-test ġenerali.

4.2.   Kwalità u importanza:

Niżżel l-indikazzjoni kumplessiva tal-kwalità u tal-importanza tas-sit, fir-rigward tal-għanijiet ta’ konservazzjoni tad-direttivi.

Għal meded ta’ art mgħaddra ta’ importanza internazzjonali li normalment ikun fihom aktar minn 20 000 tajra tal-ilma, dan il-fatt għandu jiġi indikat hawnhekk.

Meta speċi tkun elenkata fit-Taqsima 3.3 b’motivazzjoni “D”, spjega l-bażi għall-inklużjoni tagħha.

4.3.   Theddidiet, pressjonijiet u attivitajiet li jħallu impatt fuq is-sit

L-impatti huma relatati mal-attivitajiet tal-bniedem u l-proċessi naturali kollha li jistgħu jħallu influwenza, pożittiva jew negattiva, fuq il-konservazzjoni u l-immaniġġjar tas-sit. Wieħed jirrikonoxxi li l-impatt jista’ jkun negattiv għal xi ħabitat jew speċi li tkun preżenti fis-sit, filwaqt li jkun pożittiv għal ħabitat jew speċi oħra. Madankollu, l-għan ta’ din it-taqsima hu li fiha tinġabar informazzjoni dwar l-aktar theddidiet, pressjonijiet u attivitajiet importanti għas-sit inġenerali, aktar milli biex isir rapport dwar kull aspett. Jekk jogħġbok, ikkunsidra wkoll it-theddidiet, pressjonijiet u attivitajiet li jseħħu fl-inħawi ta’ madwar is-sit, jekk dawn jaffettwaw l-integrità tas-sit. Jiddependi minn fatturi oħra jekk dan ikunx il-każ, fosthom, mit-topografija lokali, mid-daqs u n-natura tas-sit u mit-tip ta’ attivitajiet tal-bniedem. L-informazzjoni għandha tirrifletti l-aktar sitwazzjoni reċenti. Wieħed jistenna li t-theddid, il-pressjoni u l-attivitajiet li jħallu impatt negattiv jistgħu jiġu indirizzati permezz ta’ miżuri ta’ mmaniġġjar. Għaldaqstant, wieħed għandu jara u jqis l-informazzjoni dwar dawn l-impatti fid-dawl ta’ pjanijiet ta’ mmaniġġjar tas-sit.

Fil-portal ta’ referenza, wieħed isib il-Lista ta’ Referenza valida għal Theddidiet, pressjonijiet u attivitajiet. Indika l-kodiċi ta’ kategorija xieraq tal-livell 3, b’kunsiderazzjoni għall-aktar theddidiet, pressjonijiet u attivitajiet rilevanti; f’każ li l-kategoriji tal-livell 3 ma jkunux applikabbli, tista’ tuża l-livell 2. Il-lista ta’ kodiċijiet hija l-istess waħda li tintuża għar-rappurtar tal-impatti u attivitajiet skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva dwar il-Ħabitat.

L-importanza relattiva ta’ theddida, pressjoni jew attività għandha tiġi kklassifikata fi tliet kategoriji:

H:

Impatt/importanza kbir(a)

influwenza diretta jew immedjata u/jew li taffettwa żoni kbar

M:

Impatt/importanza medju/medja

influwenza diretta jew immedjata medja, influwenza fil-biċċa l-kbira indiretta u/jew li taffettwa parti moderata taż-żona jew taffettwa r-reġjun biss

L:

Impatt/importanza żgħir(a)

influwenza diretta jew immedjata żgħira, influwenza indiretta u/jew li taffettwa parti żgħira taż-żona jew taffettwa lokalment biss

L-entrati ta’ dejta għall-ogħla klassifikazzjoni huma limitati għal 5 impatti negattivi u 5 impatti pożittivi. Il-minimu obbligatorju ta’ entrati ta’ dejta huwa ta’ impatt wieħed għal kull tabella. Jekk ma jkunx hemm impatti x’jiġu rreġistrati, indika “x”. Fil-kategoriji (H jew M jew L) ma hemmx klassifikazzjonijiet. Jistgħu jitniżżlu sa limitu ta’ 20 entrata ta’ dejta għal impatti u attivitajiet ta’ importanza medja jew żgħira. Madankollu, huwa rrakkomandat li tiffoka fuq l-aktar impatti u attivitajiet li huma importanti għas-sit.

Speċifikatur għat-tniġġis (fakultattiv)

Peress li t-tniġġis jista’ jħalli effetti pjuttost differenti li jiddependu mis-sustanzi involuti u li jistgħu jkunu ġejjin minn sorsi differenti, bħall-każ tal-introduzzjoni tan-nitroġenu u l-fosfat fl-ekosistemi akkwatiċi jew l-introduzzjoni ta’ nitroġenu atmosferiku f’ħabitat oligotrofiku terrestri, jista’ jiġi applikat speċifikatur addizzjonali għat-tip speċifiku tas-sustanza inkwinanti.

Jistgħu jintużaw dawn is-speċifikaturi:

N

:

Introduzzjoni ta’ nitroġenu

P

:

Introduzzjoni ta’ Fosforu/Fosfat

A

:

Introduzzjoni ta’ aċidu/aċidifikazzjoni

T

:

kimiċi inorganiċi tossiċi

O

:

kimiċi organiċi tossiċi

X

:

Taħlita ta’ inkwinanti

Speċifikatur ġewwa/barra

Indika jekk it-theddida, il-pressjoni jew l-attività isseħx/taġixxix ġewwa jew barra s-sit, inkella ġewwa u barra wkoll.

4.4.   Proprjetà (fakultattiv)

Agħti deskrizzjoni ġenerali tal-proprjetà tas-sit billi tagħżel mill-klassijiet indikati hawn taħt. Inkludi stima tal-proporzjon tal-erja tas-sit f’kull klassi ta’ proprjetà. Uża l-klassijiet tal-proprjetà li huma anologi ma dawk li jintużaw fil-Bażi ta’ Dejta Dinjija dwar iż-Żoni Protetti (World Database on Protected Areas).

Pubblika:

Nazzjonali/Federali: L-art hija proprjetà taċ-ċittadini kollha u hija f’idejn il-gvern nazzjonali/federali

Tal-Istat/Provinċja: L-art hija proprjetà taċ-ċittadini kollha u hija f’idejn il-gvern tal-istat/provinċja

Lokali/Muniċipali: L-art hija proprjetà taċ-ċittadini kollha u hija f’idejn il-gvern lokali/muniċipali

Proprjetà Konġunta jew Kompropjretà: Proprjetà konġunta/kompropjretà bejn żewġ entitajiet jew aktar (pereżempju, entità pubblika u entità privata)

Privata: L-art mhijiex proprjetà pubblika, pereżempju, ta’ NGOs, ta’ entitajiet individwali, ta’ korporazzjonijiet

4.5.   Dokumentazzjoni (fakultattiv)

Jekk disponibbli, għal kull sit issir referenza għall-pubblikazzjonijiet rilevanti u/jew dejta xjentifika dwar is-sit. It-tniżżil ta’ informazzjoni għandu jsir skont il-konvenzjoni standard għar-referenzi xjentifiċi. Dokumenti jew komunikazzjonijiet mhux ippubblikati, li jirreferu għall-informazzjoni mogħtija fil-forma reġistrata, għandhom jiġu inklużi kull fejn ikun utli. Għal ħoloq ma’ riżorsi onlajn, ħu ħsieb li, inġenerali, il-URLs jinbidlu spiss, u għalhekk għandek tevita li tindika URLs li mhumiex stabbli. Dan l-ispazju jista’ jintuża wkoll għal informazzjoni oħra li tkun importanti għad-dokumentazzjoni tas-sit.

5.   STATUS TAL-PROTEZZJONI TAS-SIT (FAKULTATTIV)

5.1.   Status ta’ protezzjoni fil-livell nazzjonali u reġjonali

Għal kull Stat Membru, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent iżżomm lista sekwenzjali tat-tipi rilevanti ta’ desinjazzjoni tal-konservazzjoni tan-natura li għandhom il-protezzjoni statutorja bid-definizzjoni tagħhom fil-livell nazzjonali/reġjonali; din il-lista tinsab fil-portal ta’ referenza. Tliet listi ta’ tipi ta’ protezzjoni jkopru dawn it-tliet kategoriji:

A.

Tipi ta’ desinjazzjoni, li jintużaw sabiex jiġu protetti l-fawna, il-flora, il-ħabitat u l-pajsaġġi (dawn tal-aħħar, sakemm ikunu rilevanti għall-protezzjoni tal-fawna, flora u ħabitat);

B.

Statuti skont atti leġiżlattivi u amministrattivi settorjali, partikolarment tal-forestrija, li jipprovdu protezzjoni adegwata rilevanti għall-konservazzjoni tal-fawna, flora u ħabitat;

C.

Statut privat li jipprovdi protezzjoni durevli għall-fawna, flora jew ħabitat.

It-tipi ta’ protezzjoni jiġu kklassifikati skont il-qawwa tal-protezzjoni; fejn l-ewwel jiġu l-istatuti bl-aktar protezzjoni qawwija.

Meta ma jkunx hemm status ta’ protezzjoni għas-sit, huwa importanti li dan jiġi indikat permezz tal-kodiċi nazzjonali li jikkorrispondi għall-istatus ta’ “mingħajr protezzjoni”

Għal kull sit, għandhom jiġu indikati l-kodiċijiet tat-tipi ta’ desinjazzjoni xierqa, flimkien mal-% tas-superfiċje koperta ġewwa s-sit għal kull tip ta’ desinjazzjoni. L-informazzjoni maħżuna f’din it-taqsima hija fuq il-livell tat-tipi differenti ta’ desinjazzjoni. Pereżempju, jekk diversi riżervi naturali tal-istess tip huma inklużi fis-sit reġistrat, għandu jiġi indikat il-perċentwali tal-erja totali koperta minn dawn ir-riżervi.

Ir-relazzjoni bejn żoni desinjati individwalment u s-sit tiġi rreġistrata separatament (ara t-Taqsima 5.2).

5.2.   Ir-relazzjoni bejn is-sit deskritt u siti oħra (siti ġirien u siti li jappartjenu għal tipi differenti ta’ desinjazzjoni)

Din il-parti tal-formola ta’ reġistrazzjoni tippermetti l-indikazzjoni ta’ siti ġirien jew siti li jappartjenu għal tipi differenti ta’ desinjazzjoni li jissovvraponu jew li huma ġirien. L-interrelazzjoni bejn it-tipi differenti tiġi stabbilita wkoll billi ssir referenza bejniethom. Ir-relazzjonijiet kollha possibbli jiġu kkodifikati permezz ta’ waħda minn:

is-siti jikkoinċidu (uża l-kodiċi =),

is-sit deskritt jinkludi sit ieħor kompletament (uża l-kodiċi +),

is-sit l-ieħor jinkludi s-sit deskritt kompletament (uża l-kodiċi –),

Iż-żewġ siti jissovvraponu parzjalment (uża l-kodiċi *).

Barra li jiġu indikati dawn il-kodiċijiet, għandu jiġi indikat ukoll il-perċentwali tas-sit deskritt li jissovvraponi s-sit l-ieħor.

Is-siti ġirien jiġu indikati permezz ta’ “/”.

Barra minn hekk, fil-formola jistgħu jiġu indikati tipi ta’ desinjazzjoni fil-livell internazzjonali: Sit Ramsar, Riżerva bijoġenetika, Żona Ewrodiploma, sit Konvenzjoni ta’ Barċellona, Riżervi Bijosfera, sit ta’ Wirt Dinji, sit OSPAR, sit HELCOM, sit Konvenzjoni ta’ Bukarest, Żona Marina Protetta u oħrajn.

Jekk jogħġbok indika d-desinjazzjonijiet nazzjonali bl-isem tas-sit flimkien mat-tip ta’ relazzjoni (ara hawn fuq) u l-% ta’ sovvraponiment b’referenza għas-sit deskritt.

5.3.   Desinjazzjoni tas-sit

Indika, permezz ta’ test liberu, kwalunkwe aspett tad-desinjazzjoni tas-sit li mhux kopert adegwatament bil-kodiċijiet użati fl-ispazji għall-kodiċi ta’ desinjazzjoni tas-sit tat-Taqsima 5.1 jew 5.2.

6.   IMMANIĠĠJAR TAS-SIT

6.1.   Korp responsabbli għall-immaniġġjar tas-sit

Agħti informazzjoni dwar il-korp(i) responsabbli għall-immaniġġjar tas-sit.

Indika r-referenza sħiħa inkluż l-isem, l-indirizz u t-telefon/faks, l-indirizz tal-posta elettronika tal-awtorità u/jew l-individwu responsabbli għall-immaniġġjar tas-sit.

Tista’ tiġi indikata referenza sħiħa għal aktar minn korp wieħed.

6.2.   Pjan ta’ mmaniġġjar

Indika jekk jeżistix pjan speċifiku attwali għall-immaniġġjar tas-sit jew jekk hux qiegħed jiġi mħejji xi wieħed. Filwaqt li wieħed jirrikonoxxi li l-pjanijiet ta’ mmaniġġjar mhumiex rekwiżiti skont id-Direttiva, din l-informazzjoni hija importanti ħafna biex wieħed jifhem l-istrumenti li l-Istati Membri jużaw għall-immaniġġjar tan-netwerk tagħhom u biex jikseb aktar informazzjoni speċifika f’każ li din tkun meħtieġa.

F’każ li jeżisti pjan ta’ mmaniġġjar attwali, jekk jogħġbok indika l-isem tiegħu u indika ħolqa għal riżorsi onlajn rilevanti (pereżempju, ħolqa għas-sit tal-Internet ta’ xi sistema ta’ informazzjoni nazzjonali). Ħu ħsieb li, inġenerali, il-URLs jinbidlu spiss, u għalhekk għandek tevita li tindika URLs li mhumiex stabbli.

6.3.   Miżuri ta’ konservazzjoni (fakultattiv)

L-informazzjoni dwar miżuri ta’ konservazzjoni li jittieħdu jew li huma neċessarji għas-sit jistgħu jiġu indikati fl-ispazju permezz ta’ test liberu.

7.   MAPPA TAS-SIT

Waħda mill-prekondizzjonijiet għal din il-verżjoni riveduta tal-Formola Standard tad-Dejta hija d-disponibbiltà ta’ konfini diġitali tas-siti ġeoreferenzjati. L-informazzjoni rilevanti, pereżempju għal fini ta’ statistika, tittieħed minn kombinazzjoni ta’ dejta spazjali diġitali oħra (dejta GIS). Għalhekk, huwa kruċjali li l-informazzjoni dwar il-konfini diġitali tas-siti ġeoreferenzjati tingħata.

Il-konfini tas-siti għandhom jittieħdu minn mapep topografiċi ppubblikati jew minn dejtasets bi skala ta’ 50 000 jew bi skala aktar fina. Il-preċiżjoni kartografika spazjali ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 1.0 mm bi skala ta’ 1:50 000 li hija ekwivalenti għal 50 m fuq l-art meta mqabbel mal-oriġinal. Id-dejta GIS għandha tinkludi metadejta skont l-aħħar verżjoni approvata tar-Regolament dwar tal-INSPIRE il-Metadejta.

L-ID INSPIRE: Dan l-ID huwa identifikatur uniku estern ta’ oġġett għas-sit protett, li jiġi ppubblikat mill-korp responsabbli. Dan l-identifikatur jintuża minn applikazzjonijiet esterni biex issir referenza għall-oġġett spazjali. L-ID INSPIRE isir obbligatorju hekk kif ir-regolament ta’ implimentazzjoni tal-INSPIRE jidħol fis-seħħ.

PDF: Minbarra l-konfini elettroniċi, l-Istat Membri jistgħu jipprovdu wkoll mappa elettronika skont l-ISO 19005-1: Document Management - Electronic document file format for long term preservation. L-identifikatur tas-siti (il-kodiċi tas-sit) u d-data li fiha saret il-mappa għandhom jiġu indikati fil-PDF, btali mod li d-dokument ikun jista’ jinstab elettronikament billi wieħed juża l-kodiċi tas-sit jew id-data li fiha saret il-mappa (fakultattiv)

Referenza/Referenzi (fakultattiv) hawnhekk, indika r-referenzi nazzjonali għall-mappa oriġinali li ntużat għad-diġitizzazzjoni tal-konfini elettroniċi. Ir-referenza tista’ tkun, pereżempju, in-numru/numri ta’ identifikazzjoni u l-isem/ismijiet tal-mappa/mapep topografika/topografiċi.


(1)  Bl-eċċezzjoni ta’ korrezzjonijiet żgħar fis-sit tal-Internet, bħal kliem spellut ħażin u aġġustamenti skont l-aktar standards tekniċi reċenti.

(2)  Eċċezzjoni: UK tintuża minflok GB, biex jinżamm il-kodiċi eżistenti għall-identifikazzjoni tas-siti.

(3)  Il-biċċa l-kbira tas-softwer GIS jipprovdi funzjoni li tikkalkula l-koordinat taċ-ċentru tal-akbar element tas-sit b’mod awtomatiku.

(4)  ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

Appendiċi

Werrej tal-portal ta’ referenza Natura 2000

1.

It-titlu: Kodiċi ISO 3166 tal-pajjiż:

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO)

Spazju fl-FSD: 1.2

2.

It-titlu: Lista ta’ SIK skont ir-Reġjun Bijoġeografiku

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: id-DĠ Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (*)

Spazju fl-FSD: 1.7

3.

It-titlu: Sunt tad-definizzjoni ta’ konfini marini użati mill-Istati Membri

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: id-DĠ Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (*)

Spazji fl-FSD:: 2.3

4.

It-titlu: Reġjun NUTS, livell 2

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: l-Eurostat

Spazju fl-FSD: 2.5

5.

It-titlu: Reġjuni Bijoġeografiċi fl-Ewropa

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: id-DĠ Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (*)

Spazju fl-FSD: 2.6

6.

It-titlu: Lista ta’ kodiċijiet ta ħabitat tal-Anness I skont id-Direttiva 92/43/KEE

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: id-DĠ Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (*)

Spazju fl-FSD: 3.1

7.

It-titlu: Kodiċijiet rilevanti tal-gruppi tal-ispeċijiet, il-kwalità tad-dejta, il-kategoriji ta’ abbondanza, il-kategorija ta’ motivazzjoni

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: id-DĠ Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (*)

Spazji fl-FSD: 3.2, 3.3

8.

It-titlu: Lista ta’ kodiċijiet tal-ispeċijiet tal-għasafar skont id-Direttiva 2009/147/KE

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: id-DĠ Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (*)

Spazju fl-FSD: 3.2, 3.3

9.

It-titlu: Lista ta’ kodiċijiet tal-ispeċijiet skont id-Direttiva 92/43/KEE (Annessi II, IV, V)

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: id-DĠ Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (*)

Spazji fl-FSD: 3.2, 3.3

10.

It-titlu: Lista ta’ kodiċi u unitajiet ta’ popolazzjoni (skont l-Artikoli 17)

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: id-DĠ Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (*)

Spazji fl-FSD: 3.2, 3.3

11.

It-titlu: Klassijiet ta’ ħabitat fir-rigward tal-karatteristiċi ġenerali tas-sit

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: id-DĠ Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (*)

Spazju fl-FSD: 4.1

12.

It-titlu: Lista ta’ Referenza għal Theddidiet, Pressjonijiet u Attivitajiet (skont l-Artikolu 17)

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: id-DĠ Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (*)

Spazju fl-FSD: 4.3

13.

It-titlu: Lista ta’ tipi rilevanti ta’ desinjazzjoni tal-konservazzjoni tan-natura li għandhom protezzjoni statutorja

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: l-Aġenzija Ewropea tal-Ambjent (EEA)

Spazju fl-FSD: 5.1

14.

It-titlu: ID INSPIRE

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: l-Istati Membri skont ir-regolament ta’ implimentazzjoni tal-INSPIRE

Spazju fl-FSD: 7

15.

It-titlu: Linji gwida tekniċi u amministrattivi dwar il-preżentazzjoni ta’ dejta tan-NATURA 2000 lill-Kummissjoni

Il-ġestjoni tiegħu hija f’idejn: id-DĠ Ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (*)


(*)  Il-ġestjoni tal-portal ta’ referenza hija r-responsabbiltà tad-DĠ Ambjent u tal-Kumitat dwar il-Ħabitat.


30.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/71


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Lulju 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5444)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/485/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Novembru 2008, il-Kummissjoni ħarġet mandat lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), biex din tagħmel studji tekniċi dwar sistemi tar-radar b’medda qasira għall-vetturi b’appoġġ għar-reviżjoni fundamentali kif meħtieġ skont l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/50/KE (2) u biex din tagħmel studji dwar il-kompatibbiltà tar-radju fir-rigward ta’ approċċi alternattivi possibbli għall-użu tal-medda ta’ frekwenza ta’ 24 GHz.

(2)

Ir-rapporti 36 u 37 tas-CEPT li saru skont dan il-mandat u r-reviżjoni fundamentali li twettqet skont id-Deċiżjoni 2005/50/KE tal-iżviluppi fir-rigward tal-meded ta’ frekwenza ta’ 24 GHz u 79 GHz jindikaw li d-data ta’ referenza tat-30 ta’ Ġunju 2013 prevista fl-Artikolu 2(5) ta’ dik id-Deċiżjoni għadha valida, u li meta titqies l-assenza attwali ta’ impatt dannuż fuq utenti oħra tal-medda ta’ frekwenza ta’ 24 GHz, ma hemm ebda ħtieġa li din titressaq ’il quddiem.

(3)

L-iżvilupp fit-teknoloġija ta’ tagħmir tar-radar b’medda qasira b’medda ta’ frekwenza ta’ 79 GHz għall-vetturi miexi ’l quddiem. Madakollu, hemm indikazzjonijiet ċari li l-integrazzjoni tal-applikazzjonijiet ta’ din it-teknoloġija fil-manifattura tal-karrozzi mhux se sseħħ sad-data limitu stabbilita għat-teknoloġija tar-radar b’medda qasira fil-medda ta’ frekwenza ta’ 24 GHz u li, meta jitqies it-tul ta’ żmien li għadu meħtieġ għall-fażijiet tal-iżvilupp, l-integrazzjoni u l-ittestjar, x’aktarx li l-integrazzjoni tar-radars b’medda ta’ 79 GHz fil-karrozzi għal distribuzzjoni fis-suq bil-massa tkun fattibbli għall-2018 jew l-iktar kmieni xi ftit snin qabel.

(4)

Barra minn hekk, ikun meħtieġ perjodu addizzjonali biex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni mit-teknoloġija ta’ 24 GHz għat-teknoloġija ta’ 79 GHz tkun possibbli fuq mudelli ta’ karrozzi li jużaw it-teknoloġija ta’ 24 GHz li jkunu għadhom jeżistu meta jibdew jinħarġu mudelli ta’ karrozzi li jużaw it-teknoloġija ta’ 79 GHz.

(5)

Huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-karozzi eżistenti u dawk prodotti fil-ġejjieni li jkunu mgħammra b’radars ta’ 24 GHz ikunu jistgħu jibqgħu jintużaw, peress li dawn huma importanti għas-sikurezza tat-traffiku u biex jiġi inkuraġġit l-iżvilupp ta’ dawn l-applikazzjonijiet fl-akbar għadd possibbli ta’ vetturi eżistenti; għalhekk, għandha tiġi evitata d-diskontinwità tal-ispettru utilizzabbli għar-radars u trid tinsab soluzzjoni biex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni bejn l-1 ta’ Lulju 2013 u l-1 ta’ Jannar 2018 tkun possibbli. Biex ikun possibbli perjodu ta’ tranżizzjoni addizzjonali, id-data tal-1 ta’ Jannar 2018 għandha tiġi estiża b’erba’ snin għat-tagħmir tar-radar b’medda qasira għall-vetturi li jkun immuntat fuq vetturi li jkunu kisbu approvazzjoni tat-tip qabel l-1 ta’ Jannar 2018.

(6)

Meta titqies il-protezzjoni internazzjonali li tingħata lis-servizzi tar-radjuastronomija, servizzi satellitari għal-esplorazzjoni tad-Dinja u servizzi passivi tar-riċerka spazjali fil-medda ta’ bejn 23.60 GHz u 24 GHz, flimkien man-natura eċċezzjonali tad-desinjazzjoni ta’ dik il-medda għal radars b’medda qasira permezz tad-Deċiżjoni 2005/50KE, l-estenzjoni ta’ din id-desinjazzjoni mhix alternattiva fattibbli. Barra minn hekk, il-medda ta’ bejn 24 GHz u 24,25 GHz ġiet iddesinjata għal skopijiet industrijali, xjentifiċi u mediċinali (il-medda ISM).

(7)

L-istudji tas-CEPT dwar il-kompatibbiltà, inkluż xi sistemi militari, jindikaw li l-medda ta’ bejn 24,25 GHz u 27,50 GHz tista’ tkun soluzzjoni alternattiva teknikament fattibbli. Il-medda minn 26,50 GHz ’il fuq ġiet identifikata min-NATO bħala medda militari prevista għal sistemi mobbli u sistemi fissi.

(8)

Għandu jinżamm il-limitu ta’ 7 % għar-rata ta’ penetrazzjoni kif impost mid-Deċiżjoni 2005/50/KE, peress li ma hemm ebda indikazzjoni li dan il-limitu se jinqabeż qabel ma sseħħ it-tranżizzjoni għall-medda ta’ 79 GHz u biex jiġi enfasizzat li l-medda ta’ 24 GHz tibqa’ soluzzjoni tranżitorja.

(9)

Il-Kummissjoni, assistita mill-Istati Membri, għandha tkompli timmonitorja l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-valur limitu, tal-assenza ta’ interferenza dannuża għal utenti oħra tal-medda jew għal meded viċini, u ta’ jekk il-limitu ta’ 7 % inqabiżx jew le.

(10)

Id-Deċiżjoni 2005/50/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma b’mod konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2005/50/KE hija emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 2, il-punt 5 jinbidel b’dan li ġej:

“5.

‘dati ta’ referenza’ tfisser it-30 ta’ Ġunju 2013 għall-frekwenza ta’ bejn 21,65 u 24,25 GHz u l-1 ta’ Jannar 2018 għall-frekwenza ta’ bejn 24,25 u 26,65 GHz;”.

2.

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-tieni paragrafu, il-kliem “data ta’ referenza” jinbidel għal “dati ta’ referenza”;

(b)

Fit-tielet paragrafu, f’żewġ postijiet, il-kliem “dik id-data” jinbidel għal “dawk id-dati”;

(c)

Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara t-tielet paragrafu:

“Madankollu, id-data tal-1 ta’ Jannar 2018 għandha tiġi estiża b’4 snin għat-tagħmir tar-radar b’medda qasira għall-vetturi li jkun immuntat fuq vetturi li għalihom tkun tressqet applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip skont l-Artikiolu 6(6) tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) u li jkunu kisbuha qabel l-1 ta’ Jannar 2018.

(*)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.”"

3.

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt (d) tal-paragrafu 1, il-kliem “id-data ta’ referenza” jinbidel għal “id-dati ta’ referenza”;

(b)

Il-paragrafi 2 u 3 huma mħassra.

(c)

Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom jassistu lill-Kummissjoni sabiex twettaq l-iskrutinju msemmi fil-paragrafu 1 billi jiżguraw li l-informazzjoni meħtieġa tinġabar u tiġi fornuta lill-Kummissjoni f’waqtha, b’mod partikolari l-informazzjoni stipulata fl-Anness.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Viċi-President


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 25.1.2005, p. 15.