ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.197.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 197

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
29 ta' Lulju 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 743/2011 tas-26 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċi fiż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1 min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 744/2011 tat-28 ta’ Lulju 2011 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Karlovarské oplatky (IĠP)]

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 745/2011 tat-28 ta’ Lulju 2011 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Karlovarské trojhránky (IĠP)]

5

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 746/2011 tat-28 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

8

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 747/2011 tat-28 ta’ Lulju 2011 dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għall-tieni stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 634/2011

10

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/478/PESK tat-28 ta’ Lulju 2011 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo

12

 

 

2011/479/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Lulju 2011 dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jintlaħqu mill-istandards Ewropej għal tagħmir tal-ġinnastika skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

13

 

 

2011/480/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 2011 dwar il-lista ta’ dejta statistika li tikkonċerna l-istruttura u r-rati ta’ dazju tas-sisa applikati fuq it-tabakk manifatturat li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri skont id-Direttivi tal-Kunsill 92/79/KEE u 92/80/KEE (notifikata bid-dokument numru C(2011) 5291)

17

 

 

2011/481/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 2011 li teżenta l-esplorazzjoni għaż-żejt u għall-gass u l-isfruttament taż-żejt fid-Danimarka, ħlief għall-Groenlandja u għall-Gżejjer Faeroe, mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (notifikata bid-dokument numru C(2011) 5312)  ( 1 )

20

 

 

2011/482/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 2011 dwar il-pubblikazzjoni ta’ referenzi tal-istandard EN 15947 rigward ir-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stabbiliti fid-Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar oġġetti pirotekniċi (notifikata bid-dokument numru C(2011) 5310)  ( 1 )

23

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

29.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 743/2011

tas-26 ta’ Lulju 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċi fiż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1 min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta’ Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd tal-2011 għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament u allokata lill-Istat Membru msemmi fih għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.01.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

22/T&Q

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

ANF/8C3411

Speċi

Petriċi (Lophiidae)

Żona

VIIIc, IX u X l-ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1

Data

10.6.2011


29.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 744/2011

tat-28 ta’ Lulju 2011

li jdaħħal isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Karlovarské oplatky (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) u f’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tal-20 ta’ Ottubru 2004 mir-Repubblika Ċeka għar-reġistrazzjoni tal-isem “Karlovarské oplatky”, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Ġermanja u l-Awstrija ressqu l-oġġezzjonijiet għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Dawn l-oġġezzjonijiet tqiesu ammissibbli abbażi tal-punti (a), (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu, tal-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Bl-ittri tal-21 ta’ Mejju 2008, il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri konċernati jilħqu qbil bejniethom skont il-proċeduri interni tagħhom.

(4)

Minħabba li ma ntlaħaq l-ebda qbil la bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Awstrija u lanqas bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Ġermanja fiż-żmien stipulat, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

(5)

Rigward l-allegat nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 2 dwar id-delimitazzjoni taż-żona ġeografika u l-produzzjoni fiha, l-użu u l-karatteristiċi tal-ilma termali tan-nixxiegħa, u l-apparenza ta’ disinn grafiku fuq il-wejfers, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli pprovdew konferma li dawn l-elementi kienu korretti u barra minn hekk ma ġie identifikat ebda żball evidenti. L-awtoritajiet nazzjonali pprovdew aktar evidenza biex juru li l-isem “Karlovarské oplatky” kien użat fis-sens tal-Artikolu 2(1) il-punt (b) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u ġie propost mill-grupp tal-produtturi identifikat.

(6)

Instab li t-termini “Karlsbader Oblaten” u “Karlovarské oplatky” huma traduzzjonijiet ta’ xulxin fil-lingwa Ġermaniża u dik Ċeka rispettivament. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni mill-Ġermanja wrew li marki kummerċjali li jinkludu t-terminu “Karlsbader Oblaten” kienu ġew irreġistrati qabel l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-terminu “Karlovarské oplatky” bħala indikazzjoni ġeografika protetta. Ġiet ipprovduta xi evidenza biex turi li f’każ ieħor, isem seta’ kiseb l-istatus ta’ marka kummerċjali minħabba l-użu. Ġiet ipprovduta aktar evidenza biex turi li l-konsumaturi fil-Ġermanja assoċjaw l-isem “Karlsbader Oblaten” ma’ tip ta’ gallettina partikolari. Madankollu, ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza fid-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni li l-konsumaturi jassoċjaw il-wejfers mal-marki kummerċjali kollha jew uħud minnhom bħala distinti mit-terminu ta’ deskrizzjoni “Karlsbader Oblaten”, l-anqas li l-konsumaturi hemm ċans li jesperjenzaw qerq dwar l-indentità vera tal-prodott imqiegħed fis-suq taħt l-isem “Karlovarské oplatky”. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li r-reġistrazzjoni tal-isem “Karlovarské oplatky” ikun f’konflitt mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

(7)

Minħabba li parti sostanzjali tal-ismijiet “Karlsbader Oblaten” u “Karlovarské oplatky” hija identika, huwa raġonevoli li jiġi konkluż li l-ismijiet huma parzjalment identiċi għall-iskopijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Barra minn hekk, bħala traduzzjoni ta’ xulxin, u minħabba s-similaritajiet fonetiċi tal-kliem u d-dehra taż-żewġ prodotti u l-oriġini komuni tagħhom, l-applikazzjoni għall-protezzjoni prevista fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, b’mod partikolari il-punt (b) tal-paragrafu (1) tiegħu, tista’ twassal għal każ fejn jekk l-“Karlovarské oplatky” jekk jiġi rreġistrat, dan jista’ jinstab prottett kontra l-użu tal-isem ta’ “Karlsbader Oblaten” fuq il-wejfers konċernati minn qorti kompetenti. Għalhekk l-evidenza turi li l-kontinwità tal-eżistenza tal-isem “Karlsbader Oblaten”, tista’ tiġi pperikolata bir-reġistrazzjoni tal-“Karlovarské oplatky” fi ħdan it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

(8)

Id-dikjarazzjonijiet tal-oġġezzjoni ġew iddikjarati ammissibli fuq il-bażi inter alia, li r-reġistrazzjoni tal-isem propost tista’ tipperikola l-eżistenza ta’ isem parzjalment identiku, jiġifieri “Karlsbader Oblaten”, f’każijiet fejn dan l-isem jintuża għall-prodott u ma jkunx protett taħt il-leġiżlazzjoni tal-marka kummerċjali. L-evidenza turi wkoll li l-isem “Karlsbader Oblaten” oriġina mill-produtturi tal-belt li qabel kienet magħrufa bħala Karlsbad u li l-produzzjoni tal-gallettina hekk msemmija kompliet għall-perjodu konsiderevoli ta’ żmien. Barra minn hekk, l-evidenza turi wkoll li l-użijiet tal-isem “Karlsbader Oblaten” jirreferu għall-prodott awtentiku u tradizzjonali li għandu oriġini komuni mal-“Karlovarské trojhránky”, imma ġeneralment ma kienx maħsub li jisfrutta r-reputazzjoni tal-aħħar isem. Għal dawn ir-raġunijiet, u f’interessi tal-ġustizzja u tal-użu tradizzjonali, għandu jiġi previst il-perjodu tranżizzjonali massimu stabbilit mill-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

(9)

Rigward il-marki kummerċjali li fihom it-terminu “Karlsbader Oblaten” li kienu ġew protetti bir-reġistrazzjoni jew ġew miksuba bl-użu qabel l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-“Karlovarské oplatky”, jekk ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-marki kummerċjali msemmija la jistgħu jiġu invalidati u lanqas ma tista’ titwaqqaf it-tkomplija tal-użu tagħhom minħabba r-reġistrazzjoni tal-“Karlovarské oplatky” bħala indikazzjoni ġeografika protetta, sakemm ir-rekwiżiti ġenerali skont il-leġiżlazzjoni tal-marka kummerċjali ma jintlaħqux mod ieħor.

(10)

Rigward tal-istatus ġeneriku, l-evidenza pprovduta fid-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni tirreferi għall-allegat użu ġenerali tat-terminu “Karlsbader Oblaten” fil-Ġermanja u l-Awstrija, u mhux għall-“Karlovarské oplatky”. Filwaqt li l-oġġezzjonijiet ipprovdew evidenza sabiex juru li għadd ta’ użijiet bħala termini ta’ deskrizzjoni ġenerali inkluż “Karlsbader Oblaten” imsemmi mill-Ġermanja, ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li l-isem “Karlovarské oplatky” huwa użat biex jinnomina kategorija ta’ prodotti li ma joriġinawx fir-reġjun ta’ Karlovy Vary. L-isem “Karlovarské oplatky” kien protett bħala indikazzjoni ġeografika fl-1967 fir-Repubblika Ċeka. L-oġġezzjoni ma tikkunsidrax is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċeka. Għalhekk, abbażi tal-informazzjoni pprovduta l-isem “Karlovarské oplatky” ma jistax jiġi kkunsidrat bħala ġeneriku u ma hemm l-ebda nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

(11)

Fid-dawl ta’ dak imsemmi hawn fuq, l-isem “Karlovarské oplatky” għandu jiddaħħal fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti soġġett għall-perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ ħames snin li matulhom it-terminu “Karlsbader Oblaten” jista’ jibqa’ jintuża f’ċirkostanzi li, dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni, jistgħu jkunu bil-kontra tal-protezzjoni provduta fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

(12)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti u d-Denominazzjonijiet Protetti tal-Oriġini,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata.

Artikolu 2

1.   It-terminu “Karlsbader Oblaten” jista’ jintuża sabiex jiġu nnominati wejfers li ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjoni tal-“Karlovarské oplatky” għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-marki kummerċjali li fihom it-terminu “Karlsbader Oblaten” li kienu protetti permezz ta’ reġistrazzjoni jew miksuba bl-użu qabel id-20 ta’ Ottubru 2004, mhux se jiġu invalidati u lanqas ma hija se titwaqqaf il-kontinwità tal-użu tagħhom minħabba r-reġistrazzjoni ta’ “Karlovarské oplatky” bħala indikazzjoni ġeografika protetta, sakemm ir-rekwiżiti ġenerali taħt il-leġiżlazzjoni tal-marka kummerċjali jiġu issodisfati mod ieħor.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 85, 19.4.2007, p. 6.


ANNESS

Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 510/2006:

Klassi 2.4.   Ħobż, għaġina, kejkijiet, oġġetti tal-ħelu, gallettini u oġġetti oħra tal-furnar

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Karlovarské oplatky (IĠP)


29.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 745/2011

tat-28 ta’ Lulju 2011

li jdaħħal isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Karlovarské trojhránky (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) u f’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa fid-19 ta’ Ottubru 2004 mir-Repubblika Ċeka għar-reġistrazzjoni tal-isem “Karlovarské trojhránky” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Ġermanja u l-Awstrija ressqu l-oġġezzjonijiet tagħhom kontra r-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Dawn l-oġġezzjonijiet tqiesu eliġibbli skont il-punti (a), (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Bl-ittri tas-6 ta’ Mejju 2008, il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri konċernati jilħqu qbil bejniethom skont il-proċeduri interni tagħhom.

(4)

Minħabba li ma ntlaħaq l-ebda qbil la bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Awstrija u lanqas bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Ġermanja fiż-żmien stipulat, il-Kummissjoni jkollha tadotta deċiżjoni f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

(5)

Rigward l-allegat nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 fir-rigward ta’ assenza ta’ produzzjoni fiż-żona ġeografika u l-kwalità tar-reputazzjoni tiegħu, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli kkonfermaw li l-produzzjoni seħħet fiż-żona ġeografika. Ir-rabta kienet ibbażata fuq il-kwalità speċifika tal-prodott attribwita għaż-żona ġeografika, primarjament l-ilma tan-nixxiegħa termali użat fil-produzzjoni, li kien suffiċjenti biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt (b) tal-Artikolu 2(1); l-fatt jekk l-prodott kellux jew le reputazzjoni suffiċjenti biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 2(1) kien immaterjali.

(6)

Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni mill-Ġermanja wrew li marki kummerċjali li jinkludu t-terminu “Karlsbader Oblaten” kienu ġew irreġistrati qabel l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-terminu “Karlovarské trojhránky” bħala indikazzjoni ġeografika protetta. Ġiet ipprovduta aktar evidenza biex turi li l-konsumaturi ġewwa l-Ġermanja jassoċjaw l-isem “Karlsbader Oblaten” ma’ tip ta’ gallettina partikolari. Madankollu, ma ġiet provduta l-ebda evidenza fid-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni li l-konsumaturi assoċjaw bis-sħiħ il-gallettini mal-marki kummerċjali kollha jew ma’ uħud minnhom bħala distinti mit-terminu ta’ deskrizzjoni “Karlsbader Oblaten” u lanqas li l-konsumaturi jistgħu jiġu mqarrqa dwar l-indentità vera tal-prodott kummerċjalizzat bl-isem “Karlovarské trojhránky”. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li r-reġistrazzjoni tal-isem “Karlovarské trojhránky” tista’ tkun f’konflitt mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

(7)

Minħabba li parti sostanzjali tal-ismijiet “Karlsbader Oblaten” u “Karlovarské trojhránky” hija identika, huwa raġonevoli li jiġi konkluż li l-ismijiet huma parzjalment identiċi għall-iskopijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Barra minn hekk, minħabba s-similaritajiet fil-prodotti u l-oriġini komuni tagħhom, l-applikazzjoni għall-protezzjoni prevista fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, b’mod partikolari il-punt (b) tal-paragrafu (1) tiegħu, tista’ tirriżulta li l-“Karlovarské trojhránky” jekk jiġi rreġistrat, dan jista’ jinstab prottett kontra l-użu tal-isem “Karlsbader Oblaten” fuq il-gallettini konċernati minn qorti kompetenti. Għalhekk l-evidenza turi li l-kontinwità tal-eżistenza tal-isem “Karlsbader Oblaten”, tista’ tiġi pperikolata bir-reġistrazzjoni tal-“Karlovarské trojhránky”, fi ħdan it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

(8)

Id-dikjarazzjonijiet tal-oġġezzjoni ġew iddikjarati ammissibli fuq il-bażi inter alia, li r-reġistrazzjoni tal-isem propost tkun tista’ tipperikola l-eżistenza ta’ isem parzjalment identiku, jiġifieri “Karlsbader Oblaten”, f’każijiet fejn dan l-isem jintuża fuq prodott u ma jkunx protett taħt il-leġiżlazzjoni tal-marka kummerċjali. L-evidenza turi wkoll li l-isem “Karlsbader Oblaten” oriġina mill-produtturi tal-belt li qabel kienet magħrufa bħala Karlsbad u li l-produzzjoni tal-galletina hekk imsemmija tkompliet għall-perjodu konsiderevoli ta’ żmien. Barra minn hekk, l-evidenza turi li l-użijiet tal-isem “Karlsbader Oblaten” jirreferu għall-prodott awtentiku u tradizzjonali li ma kienx qiegħed jisfrutta r-reputazzjoni tal-“Karlovarské trojhránky”. Għal dawn ir-raġunijiet għandu jiġi previst il-perjodu tranżizzjonali massimu stabbilit mill-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

(9)

Rigward il-marki kummerċjali li fihom it-terminu “Karlsbader Oblaten” li kienu ġew protetti bir-reġistrazzjoni jew ġew miksuba bl-użu qabel l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-“Karlovarské trojhránky”, jekk ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 14(1), il-marki kummerċjali msemmija la jistgħu jiġu invalidati u lanqas ma tista’ titwaqqaf it-tkomplija tal-użu tagħhom minħabba r-reġistrazzjoni tal-“Karlovarské trojhránky” bħala indikazzjoni ġeografika protetta sakemm ir-rekwiżiti ġenerali taħt il-leġiżlazzjoni tal-marka kummerċjali jiġu ssodisfati mod ieħor.

(10)

Rigward tal-istatus ġeneriku, l-evidenza pprovduta fid-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni kienet tirreferi għall-użu ġenerali tat-terminu “Karlsbader Oblaten” u mhux għal “Karlovarské trojhránky”. Filwaqt li l-oġġezzjonijiet ipprovdew evidenza sabiex juru li jeżistu għadd ta’ użijiet bħala termini ta’ deskrizzjoni ġenerali inkluż “Karlsbader Oblaten” imsemmi mill-Ġermanja, ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li l-isem “Karlovarské trojhránky” huwa użat biex jinnomina kategorija ta’ prodotti li ma joriġinawx fir-reġjun ta’ Karlovy Vary. L-oġġezzjoni ma tikkunsidrax is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċeka. Għalhekk, abbażi tal-informazzjoni pprovduta l-isem “Karlovarské trojhránky” ma jistax jiġi kkunsidrat bħala ġeneriku u ma hemm l-ebda nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

(11)

Fid-dawl ta’ dak imsemmi hawn fuq, l-isem “Karlovarské trojhránky” għandu jiddaħħal fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti soġġett għall perjodu tranżitorju ta’ ħames snin li matulhom it-terminu “Karlsbader Oblaten” jista’ jibqa’ jintuża f’ ċirkostanzi li, fin–nuqqas ta’ dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni, jistgħu jmorru kontra l-protezzjoni pprovduta fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

(12)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti u d-Denominazzjonijiet Protetti tal-Oriġini,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata.

Artikolu 2

1.   It-terminu “Karlsbader Oblaten” jista’ jintuża sabiex jiġu nnominati gallettini li ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjoni tal-“Karlovarské trojhránky” għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-marki kummerċjali li fihom it-terminu “Karlsbader Oblaten” li kienu protetti permezz ta’ reġistrazzjoni jew miksuba bl-użu qabel id-19 ta’ Ottubru 2004, mhux se jiġu invalidati u lanqas ma hija se titwaqqaf il-kontinwità tal-użu tagħhom minħabba r-reġistrazzjoni ta’ “Karlovarské trojhránky” bħala indikazzjoni ġeografika protetta, sakemm ir-rekwiżiti ġenerali taħt il-leġiżlazzjoni tal-marka kummerċjali jiġu ssodisfati mod ieħor.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 206, 5.9.2007, p. 29.


ANNESS

Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 510/2006:

Klassi 2.4.   Ħobż, għaġina, kejkijiet, oġġetti tal-ħelu, gallettini u oġġetti oħra tal-furnar

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Karlovarské trojhránky (IĠP)


29.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 746/2011

tat-28 ta’ Lulju 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Lulju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AR

23,8

ZZ

23,8

0707 00 05

TR

98,9

ZZ

98,9

0709 90 70

TR

108,5

ZZ

108,5

0805 50 10

AR

61,9

CL

79,0

TR

60,0

UY

70,8

ZA

84,4

ZZ

71,2

0806 10 10

CL

54,3

EG

147,3

MA

161,2

TN

223,5

TR

175,1

ZA

83,5

ZZ

140,8

0808 10 80

AR

94,3

BR

81,7

CL

92,7

CN

79,1

NZ

110,7

US

131,3

ZA

93,2

ZZ

97,6

0808 20 50

AR

79,6

CL

109,2

CN

75,8

NZ

148,5

ZA

108,7

ZZ

104,4

0809 10 00

TR

174,4

XS

83,4

ZZ

128,9

0809 20 95

CL

267,8

TR

286,4

ZZ

277,1

0809 30

TR

181,0

ZZ

181,0

0809 40 05

BA

48,0

EC

64,7

XS

57,7

ZA

70,8

ZZ

60,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


29.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 747/2011

tat-28 ta’ Lulju 2011

dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għall-tieni stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 634/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 187, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 634/2011 (2) fetaħ sejħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2010/2011 għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi NM 1701 b’dazju doganali mnaqqas.

(2)

Skont L-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 634/2011, fid-dawl tal-offerti riċevuti bi tweġiba għall-istedina parzjali għall-offerta, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li jew tiffissa dazju doganali minimu jew li ma tiffissax dazju doganali minimu għal kodiċi NM bi tmien ċifri.

(3)

Abbażi tal-offerti riċevuti għall-tieni stedina parzjali għall-offerta, għandu jiġi ffissat dazju doganali minimu għall-kodiċijiet kollha bi tmien ċifri għaz-zokkor li jaqa’ taħt in-NM 1701 u ma għandu jiġi ffissat ebda dazju doganali minimu għall-kodiċijiet bi tmien ċifri l-oħra għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċi NM.

(4)

Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-tieni stedina parzjali għall-offerta fil-proċedura tal-offerti li nfetħet permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 634/2011, li għaliha l-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fis-27 ta’ Lulju 2011, ġie ffissat dazju doganali minimu jew ma ġie ffissat l-ebda dazju doganali, kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-kodiċijiet bi tmien ċifri għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1701.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 170, 30.6.2011, p. 21.


ANNESS

Dazji doganali minimi

(EUR/tunnellata)

Il-kodiċi NM bi tmien ċifri

Dazji doganali minimi

1

2

1701 11 10

151,05

1701 11 90

170,00

1701 12 10

X

1701 12 90

X

1701 91 00

X

1701 99 10

225,00

1701 99 90

X

(—)

l-ebda dazju doganali minimu ffissat (l-offerti kollha ġew miċħuda)

(X)

l-ebda offerta


DEĊIŻJONIJIET

29.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/478/PESK

tat-28 ta’ Lulju 2011

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (1)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28, 31(2) u 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-4 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (2) u l-Azzjoni Konġunta 2008/123/PESK (3) li taħtar lis-Sur Pieter FEITH bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Kosovo.

(2)

Fil-5 ta’ Mejju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/270/PESK (4) li taħtar lis-Sur Fernando GENTILINI bħala r-RSUE fil-Kosovo sal-31 ta’ Lulju 2011.

(3)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż sat-30 ta’ Settembru 2011.

(4)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-objettivi tal-azzjoni esterni tal-Unjoni kif jidher fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċizjoni 2011/270/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Is-Sur Fernando GENTILINI huwa b’dan maħtur bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Kosovo mill-1 ta’ Mejju 2011 sal-31 ta’ Settembru 2011. Il-mandat tar-RSUE jista’ jintemm qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).”.

(2)

L-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta’ Mejju 2011 sat-30 ta’ Settembru 2011 għandu jkun ta’ EUR 690 000.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  Skont ir-Riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(2)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

(3)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 88.

(4)  ĠU L 119, 7.5.2011, p. 12.


29.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Lulju 2011

dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jintlaħqu mill-istandards Ewropej għal tagħmir tal-ġinnastika skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/479/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2001/95/KE tipprevedi l-istandards Ewropej li għandhom jiġu stabbiliti mill-korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni. Standards bħal dawn għandhom jiżguraw li l-prodotti jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ sikurezza ġenerali ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Skont id-Direttiva 2001/95/KE, prodott jitqies li jkun sikur meta jikkonforma mal-istandards nazzjonali volontarji li jittrasponu l-istandards Ewropej, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(3)

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/95/KE jistabbilixxi l-proċedura għat-tfassil tal-istandards Ewropej. Skont dik il-proċedura, il-Kummissjoni trid tiddetermina r-rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza li l-istandards Ewropej għandhom jissodisfaw u, sussegwentement, fuq il-bażi ta’ dawk ir-rekwiżiti, għandha tagħti mandati lill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej biex ifasslu dawk l-istandards.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-referenzi għall-istandards Ewropej adottati b'dak il-mod f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/95/KE, ir-referenzi għall-istandards Ewropej li ġew adottati mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dik id-Direttiva jistgħu jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea anki fin-nuqqas ta’ mandat tal-Kummissjoni, jekk dawk l-istandards jiżguraw il-konformità mar-rekwiżit ta’ sikurezza ġenerali stabbilit f'dik id-Direttiva.

(5)

Permezz tad-Deċiżjoni 2005/718/KE (2) tagħha, il-Kummissjoni ppubblikat ir-referenzi ta’ seba' standards Ewropej dwar is-sikurezza tat-tagħmir tal-ġinnastika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Is-seba' standards Ewropej dwar is-sikurezza tat-tagħmir tal-ġinnastika kkonċernat mid-Deċiżjoni 2005/718/KE mhumiex sostnuti minn mandat tal-Kummissjoni adottat skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/95/KE.

(7)

Wieħed minn dawk l-istandards, EN 913:1996, tbiddel b'verżjoni ġdida, EN 913:2008. Din il-verżjoni ġdida ġiet adottata wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2001/95/KE u r-referenza tagħha ma tistax, għaldaqstant, tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fin-nuqqas ta’ mandat tal-Kummissjoni, inklużi r-rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza.

(8)

Sabiex tiġi evalwata l-konformità tal-verżjoni ġdida u ta’ kull verżjoni sussegwenti tal-istandards Ewropej għat-tagħmir tal-ġinnastika mar-rekwiżit ta’ sikurezza ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE, jinħtieġ li tiġi stabbilita mill-ġdid il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva.

(9)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tiddetermina r-rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza għat-tagħmir tal-ġinnastika bl-għan li jingħata mandat lill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej biex jiżviluppaw standards Ewropej rilevanti għat-tagħmir tal-ġinnastika fuq il-bażi ta’ dawk ir-rekwiżiti.

(10)

Ladarba l-istandards rilevanti jkunu disponibbli, u sakemm il-Kummissjoni tiddeċiedi li tippubblika r-referenzi tagħhom f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/95/KE, it-tagħmir tal-ġinnastika għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ sikurezza ġenerali ta’ dik id-Direttiva, safejn ir-rekwiżiti ta’ sikurezza koperti mill-istandards huma kkonċernati.

(11)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2001/95/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni “Tagħmir tal-ġinnastika” jfisser tagħmir użat għal għanijiet ta’ taħriġ, eżerċizzju jew kompetizzjoni, li jinvolvu eżerċizzju individwali u fi gruppi. Dan it-tagħmir jew jitqiegħed fl-art jew jitwaħħal mas-saqaf jew mal-ħajt jew ma’ struttura fissa oħra. Dan jista' jitwaħħal b'mod permanenti jew ikun jista' jiġi mċaqlaq u modifikat biex jintuża.

Artikolu 2

Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 li għandhom jintlaħqu mill-istandards Ewropej skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/95/KE għandhom jiġu stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 271, 15.10.2005, p. 51.


ANNESS

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TA’ SIKUREZZA GĦAL TAGĦMIR TAL-ĠINNASTIKA

Parti I

Prodott u definizzjoni tal-prodott

It-tagħmir tal-ġinnastika kopert b’dan il-mandat huwa tagħmir użat għal għanijiet ta’ taħriġ, eżerċizzju jew kompetizzjoni, li jinvolvu eżerċizzju individwali u fi gruppi. Dan it-tagħmir jew jitqiegħed fl-art jew jitwaħħal mas-saqaf jew mal-ħajt jew ma’ struttura fissa oħra. Dan jista’ jitwaħħal b’mod permanenti jew ikun jista’ jiġi mċaqlaq u modifikat biex jintuża.

Għal xi tagħmir speċifiku tal-ġinnastika, ir-rekwiżiti ġenerali huma kkumplimentati minn rekwiżiti ta’ sikurezza addizzjonali.

Parti II

A.   Rekwiżiti ta’ sikurezza ġenerali

Dawn il-prodotti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit ta’ sikurezza ġenerali msemmija fid-Direttiva 2001/95/KE u għandhom ikunu “sikuri” skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tagħha. B’mod partikolari, il-prodott għandu jkun sikur f’kundizzjonijiet ta’ użu prevedibbli normali u raġonevoli, inklużi l-ħżin, it-trasport sikur għall-ispazju fejn jinħażen, l-installazzjoni u l-manutenzjoni, iż-żarmar, u matul iż-żmien kollu li fih jintuża. Il-prodott għandu jkun sikur ukoll għal utenti professjonali (eż. trejners, għalliema).

F’kundizzjonijiet ta’ użu prevedibbli normali u raġonevoli tat-tagħmir tal-ġinnastika, ir-riskju ta’ feriment jew ħsara għas-saħħa u s-sikurezza għandu jiġi minimizzat. L-ebda parti li hija aċċessibbli għall-utent waqt użu normali jew maħsub ma għandha tikkawża ħsara fiżika jew taffettwa s-saħħa tal-utent.

L-użu prevedibbli komuni ta’ dawn il-prodotti huwa li jħarrġu lit-tfal (eż. fl-iskola, fi klabbs tal-isport) li ġeneralment ikollhom perċezzjoni ta’ riskju aktar baxxa minn dik tal-adulti. Fejn il-perikli ma jistgħux jiġu minimizzati biżżejjed mid-disinn jew mis-salvagwardji, ir-riskju residwu għandu jiġi trattat permezz ta’ tagħrif marbut mal-prodott indirizzat lill-kontrolluri.

L-utenti għandhom jiġu mgħarrfa dwar ir-riskji u l-perikli li x’aktarx iseħħu u kif jevitawhom.

B.   Rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza

Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu, bħala minimu, fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ sikurezza ġenerali msemmija fid-Direttiva 2001/95/KE,

(a)

Irfinitura tal-wiċċ.

(b)

Xquq u ponot b’periklu ta’ feriment minn qtugħ/tgħaffiġ/qris.

(c)

Waqgħa mhux intenzjonata.

(d)

Waqgħa mill-għoli.

(e)

Stabbiltà u saħħa.

(f)

Apparati ta’ aġġustament.

(g)

reżistenza għall-impatt tal-materjal ikkuttunat ta’ fuq.

(h)

Immarkar. B’mod aktar speċifiku, it-tagħmir kollu tal-ġinnastika għandu jkollu fuqu t-tagħrif li ġej:

1.

in-numru tal-Istandard Ewropew rilevanti;

2.

l-isem, il-marka kummerċjali jew mezz ieħor ta’ identifikazzjoni tal-manifattur, tal-bejjiegħ bl-imnut jew tal-importatur;

3.

is-sena tal-produzzjoni;

4.

in-numru massimu ta’ utenti li jistgħu jużaw it-tagħmir f’daqqa u li għalihom hu maħsub it-tagħmir;

5.

istruzzjonijiet għall-użu.

(i)

Qbid u strangulament.

(j)

Kolliżjoni.

(k)

Durabbiltà.

(l)

Xokkijiet tal-elettriku.

Barra minn hekk, jitqiesu wkoll ir-riskji li ġejjin: a)

(a)

riskji li jirriżultaw minn nuqqas ta’ kapaċità għall-irfigħ tat-tagħbija tat-tagħmir, filwaqt li jitqiesu s-saħħa, ir-riġidità u l-elastiċità tal-materjali użati;

(b)

riskji li jirriżultaw minn telf ta’ stabbiltà tat-tagħmir, filwaqt li jitqies is-sostenn tat-tagħmir u l-art, kif ukoll il-possibbiltà ta’ tagħbija fuq it-tagħmir;

(c)

riskji li jirriżultaw mill-użu tal-enerġija tal-elettriku u miċ-ċirkwiti operattivi;

(d)

riskji li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-enerġija mekkanika jew tal-ilma;

(e)

riskji li jirriżultaw mill-użu tat-tagħmir, inklużi waqgħat, qtugħ, qbid, fgar, kolliżjonijiet u piż żejjed tal-ġisem;

(f)

riskji li jirriżultaw mill-aċċessibbiltà tat-tagħmir, inkluża l-aċċessibbiltà f’każ ta’ difetti u sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

(g)

riskji li jirriżultaw mill-possibbiltà ta’ kuntatti mat-tagħmir u dawk li jinzertaw fil-qrib (eż. il-pubbliku);

(h)

riskji li jirriżultaw minn nuqqas ta’ manutenzjoni;

(i)

riskji li jirriżultaw minn immuntar, żarmar u mmaniġġjar tat-tagħmir;

(j)

riskji li jirriżultaw minn esponiment għal sustanzi kimiċi.

It-testijiet li ġejjin għandhom jitqiesu, bħala minimu, fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ sikurezza ġenerali msemmija fid-Direttiva 2001/95/KE:

(a)

Determinazzjoni tar-riskju ta’ qbid;

(b)

Tagħbija mekkanika biex jiġu ddeterminati l-istabbiltà u s-saħħa;

(c)

Determinazzjoni tar-reżistenza tal-materjal ikkuttunat;

(d)

Rapport tat-testijiet.

C.   Eżempji ta’ tagħmir tal-ġinnastika

Fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ sikurezza ġenerali msemmija fid-Direttiva 2001/95/KE, il-lista li ġejja, li mhijiex waħda eżawrjenti, tagħti eżempji tat-tipi differenti ta’ tagħmir tal-ġinnastika:

(a)

Vireg paralleli u taħlita ta’ vireg asimmetriċi/paralleli;

(b)

Vireg asimmetriċi;

(c)

Kaxex għall-qbiż;

(d)

Żiemel tal-qbiż għall-ġinnastika;

(e)

Vireg orizzontali;

(f)

Vireg tal-ħajt, slielem bil-kannizzati u strutturi għat-tixbit;

(g)

Vireg għall-ibbilanċjar;

(h)

Ċrieki mdendlin;

(i)

Trampolini;

(j)

Imwejjed għall-qbiż.


29.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/17


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Lulju 2011

dwar il-lista ta’ dejta statistika li tikkonċerna l-istruttura u r-rati ta’ dazju tas-sisa applikati fuq it-tabakk manifatturat li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri skont id-Direttivi tal-Kunsill 92/79/KEE u 92/80/KEE

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5291)

(2011/480/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/79/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tat-taxxi fuq is-sigaretti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/80/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar it-tqarrib tat-taxxi fuq it-tabakk fabbrikat li mhux sigaretti (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

id-Direttivi 92/79/KEE u 92/80/KEE jirrekjedu li kull 4 snin il-Kummissjoni tressaq rapport lill-Kunsill dwar ir-rati u l-istruttura tad-dazju tas-sisa ta’ tabakk manifatturat, b’kunsiderazzjoni tal-iffunzjonar xieraq tas-suq intern, il-valur reali tar-rati tad-dazju tas-sisa u l-għanijiet aktar ġenerali tat-Trattat.

(2)

B’mod partikolari, ir-rapport għandu jissejjes fuq l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri dwar it-tabakk manifatturat kollu li jitpoġġa għad-dispożizzjoni tal-konsumatur matul is-sena kalendarja preċedenti.

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni meħtieġa għar-rapport imsemmi fl-Artikolu 4(1) tad-Direttivi 92/79/KEE u 92/80/KEE tkun suffiċjenti u tingħata fil-ħin, u biex ikun jista’ jsir segwitu iktar dinamiku tal-iżviluppi, l-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dejta statistika lill-Kummissjoni fuq bażi annwali. Din id-dejta tista’ tiddependi fuq id-dejta li tinġabar mill-Istati Membri għall-kalkolu tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont il-fehma tal-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tal-Artikolu 4(3) tad-Direttivi 92/79/KEE u 92/80/KEE rispettivament, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bid-dejta statistika annwali stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Id-dejta statistika għandha tinkludi t-tabakk manifatturat kollu li jitpoġġa għad-dispożizzjoni tal-konsumatur matul is-sena kalendarja preċedenti.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 316, 31.10.1992, p. 8.

(2)  ĠU L 316, 31.10.1992, p. 10.


ANNESS

Dejta statistika dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa applikati fuq it-tabakk manifatturat li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri

A.   SIGARETTI

 

Prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut (WAP (1))

Dazju tas-sisa speċifiku għal kull 1 000 sigarett

Dazju tas-sisa ad valorem bħala perċentwal tat-TIRSP (2)

Dazju tas-sisa globali (dazju speċifiku u/jew dazju ad valorem eskluż il-VAT) bħala perċentwal tal-WAP

Sena/perjodu

Valuta Nazzjonali

Ewropa

Valuta Nazzjonali

Ewropa

%

%

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kwantitajiet disponibbli għall-konsum u d-dazji tas-sisa totali miġbura għal kull 1 000 sigarett skont il-kategorija tal-prezz

Kategorija tal-prezz

Kwantità totali (f’eluf)

Referenza għas-sena kalendarja preċedenti

Ammont ta’ dazju tas-sisa miġbur (f’eluf ta’ EUR)

Referenza għas-sena kalendarja preċedenti

Kategorija tal-prezz nru 1

 

 

Kategorija tal-prezz nru 2

 

 

Kategorija tal-prezz nru 3

 

 

Żid il-kategoriji tal-prezz l-oħrajn kif xieraq

 

 

B.   TABAKK IMQATTA’ FIN

 

Prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut (WAP)

Dazju tas-sisa speċifiku għal kull kilogramma

Dazju tas-sisa ad valorem bħala perċentwal tat-TIRSP

Dazju tas-sisa globali (dazju speċifiku u/jew dazju ad valorem eskluż il-VAT) bħala perċentwal tal-WAP, jew għal kull kilogramma f’EUR

Sena/perjodu

Valuta Nazzjonali

Ewropa

Valuta Nazzjonali

Ewropa

%

% jew EUR

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kwantitajiet f’tunnellati ta’ tabakk imqatta’ fin disponibbli għall-konsum u l-ammont totali ta’ dazju tas-sisa miġbur għal kull kategorija ta’ prezz

Kategorija tal-prezz

Kwantità totali (f’tunnellati) (1) (2)

Referenza għas-sena kalendarja preċedenti

Ammont totali ta’ dazju tas-sisa miġbur f’eluf ta’ EUR

Referenza għas-sena kalendarja preċedenti

Kategorija tal-prezz nru 1

 

 

Kategorija tal-prezz nru 2

 

 

Kategorija tal-prezz nru 3

 

 

Żid il-kategoriji tal-prezz l-oħrajn kif xieraq

 

 

1.

Dawk l-Istati Membri li japplikaw rata tat-taxxa purament speċifika fuq it-tabakk imqatta’ fin għandhom jimlew biss il-kwantità totali, f’tunnellati, fit-tieni kolonna u d-dazju tas-sisa totali, f’eluf ta’ EUR, fit-tielet kolonna.

2.

Dawk l-Istati Membri li ma jistgħux jisseperaw iċ-ċifri bejn it-tabakk imqatta’ fin u tabakk ieħor għat-tipjip, minħabba li r-rata tad-dazju tas-sisa fuq iż-żewġ prodotti hija l-istess, għandhom jimlew l-ammonti totali rilevanti filwaqt li jsemmu li ċ-ċifra tinkludi dejta għaż-żewġ prodotti (jiġifieri billi jinkludu nota f’qiegħ il-paġna).

C.   SIGARRI U SIGARRI ŻGĦAR

 

Dazju tas-sisa speċifiku għal kull 1 000  biċċa jew għal kull kilogramma

Dazju tas-sisa ad valorem bħala perċentwal tat-TIRSP

Kwantitajiet disponibbli għall-konsum għal kull 1 000  biċċa jew kilogramma

Ammont ta’ dazju tas-sisa miġbur f’eluf ta’ EUR

Sena/perjodu

Valuta Nazzjonali

Ewropa

%

 

1 000  EUR

Sigarri u sigarri żgħar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

D.   TABAKK IEĦOR GĦAT-TIPJIP

 

Dazju tas-sisa speċifiku għal kull kilogramma

Dazju tas-sisa ad valorem bħala perċentwal tat-TIRSP

Kwantitajiet disponibbli għall-konsum f’tunnellati

Ammont ta’ dazju tas-sisa miġbur f’eluf ta’ EUR

Sena/perjodu

Valuta Nazzjonali

Ewropa

%

 

1 000  EUR

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  Il-Prezz Medju Ppeżat tal-Bejgħ bl-Imnut.

(2)  Il-prezz tal-bejgħ bl-imnut bit-taxxa inkluża.


29.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/20


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Lulju 2011

li teżenta l-esplorazzjoni għaż-żejt u għall-gass u l-isfruttament taż-żejt fid-Danimarka, ħlief għall-Groenlandja u għall-Gżejjer Faeroe, mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5312)

(It-test bid-Daniż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/481/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 30(4) u (6) tagħha,

Wara li kkunsidrat it-talba mressqa mir-Renju tad-Danimarka permezz tal-posta elettronika fis-26 ta’ Mejju 2011,

Billi:

I.   IL-FATTI

(1)

Fis-26 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni rċeviet talba mingħand id-Danimarka skont l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva 2004/17/KE, li ġiet trażmessa lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika.

(2)

It-talba mressqa mir-Renju tad-Danimarka għandha x’taqsam mal-esplorazzjoni għaż-żejt u għall-gass u mal-isfruttament taż-żejt fid-Danimarka, minbarra l-Groenlandja u l-Gżejjer Faeroe. Skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-Amalgamazzjonijiet li ttieħdu qabel (2), f’din it-talba ġew deskritti żewġ attivitajiet, jiġifieri:

(a)

l-esplorazzjoni għaż-żejt u għall-gass naturali, u

(b)

il-produzzjoni taż-żejt.

Skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ssemmew hawn fuq, għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-kelma “produzzjoni” se titqies li tinkludi wkoll “l-iżvilupp”, jiġifieri t-twaqqif ta’ infrastruttura xierqa għall-produzzjoni tal-ġejjieni (pjattaformi taż-żejt, pajpijiet, terminals, eċċ.). Barra minn hekk, prattika stabbilita tal-Kummissjoni sabet ukoll li “l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ taż-żejt mhux raffinat” jikkostitwixxi “suq wieħed rilevanti ta’ prodott” (3). Għalhekk, għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-kelma “il-produzzjoni” se titqies li tinkludi kemm “l-iżvilupp” kif ukoll (l-ewwel) bejgħ taż-żejt.

(3)

29 kumpanija qed jieħdu sehem, bħala detenturi ta’ liċenzja jew bħala operaturi, fil-konċessjonijiet Daniżi taż-żejt u/jew tal-gass, u tliet operaturi huma responsabbli għall-produzzjoni attwali taż-żejt u tal-gass. Dawn huma l-kumpaniji Mærsk Olie og Gas A/S (fil-qosor imsejħa “Mærsk”, li topera 15-il sit fejn jinsab iż-żejt), DONG E&P A/S (fil-qosor imsejħa “Dong”, li topera tliet siti) u Hess Denmark ApS (fil-qosor imsejħa “Hess”, li topera sit wieħed) (4). Barra minn hekk, bħala operaturi, il-kumpaniji Wintershall Nordzee B.V. u Altinex Oil Denmark A/S (NORECO) sabu ż-żejt f’siti li mhumiex żviluppati u li dal-ħin ma jipproduċux iż-żejt. Sabiex jinqasam ir-riskju, il-ġestjoni normali tal-attivitajiet tal-esplorazzjoni u l-isfruttament issir permezz ta’ ftehimiet ta’ impriżi konġunti, li fihom parti waħda titqabbad bħala “l-operatur” u l-partijiet l-oħra fl-impriża konġunta jiksbu sehem pro rata għal kwalunkwe żejt u gass prodott mill-konsorzju. Il-parteċipanti li ma jkunux operaturi għandhom kontroll sħiħ dwar fejn isir il-bejgħ, meta dan isir u lil min isir, u għalhekk huma sħab u kompetituri tal-operaturi fl-istess ħin.

(4)

It-talba qed tintbagħat mill-Awtorità Daniża għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumaturi, imsejħa “Konkurrence- og Forbrugerstyrelsen”, li qiegħda, għalhekk, tapprovaha.

II.   IL-QAFAS LEGALI

(5)

L-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE jipprovdi li l-kuntratti maħsuba biex jippermettu t-twettiq ta’ waħda mill-attivitajiet li għalihom tapplika d-Direttiva 2004/17/KE m’għandhomx ikunu suġġetti għal dik id-Direttiva jekk, fl-Istat Membru fejn titwettaq, l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom l-aċċess mhuwiex ristrett. L-esponiment dirett għall-kompetizzjoni huwa vvalutat abbażi ta’ kriterji oġġettivi, li jqisu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur ikkonċernat. L-aċċess jitqies li mhuwiex ristrett jekk l-Istat Membru jkun implimenta u applika l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE li tiftaħ settur partikulari jew parti minnu.

(6)

Ġaladarba d-Danimarka implimentat u applikat id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (5), l-aċċess għas-suq m’għandux jitqies li huwa ristrett skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(3) tad-Direttiva 2004/17/KE. L-esponiment dirett għall-kompetizzjoni f’suq partikulari għandu jiġi evalwat abbażi ta’ diversi kriterji, li l-ebda wieħed minnhom m’hu deċiżiv bil-fors.

(7)

Biex jiġi vvalutat jekk l-operaturi rilevanti humiex suġġetti għall-kompetizzjoni diretta fis-swieq ikkonċernati minn din id-Deċiżjoni, għandhom jitqiesu s-sehem tas-suq tal-atturi ewlenin u l-livell tal-konċentrazzjoni ta’ dawk is-swieq. Minħabba li l-kundizzjonijiet ivarjaw għall-attivitajiet differenti li huma kkonċernati minn din id-Deċiżjoni, għandha titwettaq valutazzjoni separata għal kull suq/attività differenti.

(8)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni.

III.   IL-VALUTAZZJONI

(9)

Kull waħda miż-żewġ attivitajiet li huma s-suġġett ta’ din it-talba (l-esplorazzjoni għaż-żejt u għall-gass naturali u l-produzzjoni taż-żejt) tqieset bħala attività li tikkostitwixxi suq separat tal-prodotti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ttieħdu qabel, li huma msemmija fil-Premessa 2 t’hawn fuq. Għalhekk, dawn iż-żewġ attivitajiet għandhom jiġu eżaminati b’mod separat.

L-esplorazzjoni għaż-żejt u għall-gass naturali

(10)

Skont il-prattika stabbilita tal-Kummissjoni (6), l-esplorazzjoni għaż-żejt u għall-gass naturali tikkostitwixxi suq wieħed rilevanti tal-prodotti, minħabba li mhuwiex possibbli li jkun deċiż mill-bidu nett jekk l-esplorazzjoni hijiex se twassal għas-sejbien taż-żejt jew tal-gass naturali. Barra minn hekk, permezz tal-istess prattika tal-Kummissjoni li ilha stabbilita għal żmien twil, ġie stabbilit li l-ambitu ġeografiku ta’ dak is-suq huwa mifrux mad-dinja kollha. Minħabba li m’hemm l-ebda indikazzjoni li d-definizzjoni għandha tkun differenti f’dan il-każ, għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni se tinżamm l-istess waħda.

(11)

L-ishma tas-suq tal-operaturi li huma attivi fl-esplorazzjoni jistgħu jitkejlu b’referenza għal tliet fatturi varjabbli: in-nefqa kapitali, ir-riżervi ppruvati u l-produzzjoni prevista. L-użu tan-nefqa kapitali biex jitkejlu l-ishma tas-suq tal-operaturi fis-suq tal-esplorazzjoni nstab li mhuwiex fattur xieraq, fost l-oħrajn minħabba d-differenzi kbar fil-livelli tal-investimenti meħtieġa f’żoni ġeografiċi differenti. Għalhekk, hemm bżonn ta’ investimenti ikbar sabiex issir l-esplorazzjoni għaż-żejt u għall-gass fil-Baħar tat-Tramuntana milli biex issir l-esplorazzjoni, pereżempju, fil-Lvant Nofsani.

(12)

Tipikament ġew applikati żewġ parametri oħra sabiex jiġu vvalutati l-ishma tas-suq tal-operaturi ekonomiċi f’dan is-settur, jiġifieri s-sehem tagħhom fir-riżervi ppruvati u fil-produzzjoni prevista (7).

(13)

Skont it-tagħrif disponibbli, fil-31 ta’ Diċembru 2009, ir-riżervi ppruvati taż-żejt u tal-gass flimkien laħqu total li kien l-ekwivalenti ta’ 385,58 biljun metru kubu standard ta’ żejt (minn hawn ’il quddiem “Sm3 o. e.”) madwar id-dinja kollha (8). Fil-31 ta’ Diċembru 2009, fid-Danimarka, ir-riżervi ppruvati taż-żejt u tal-gass flimkien kienu jammontaw għal ftit iktar minn 0,19 biljun Sm3 o. e. (9), jew għal ftit iktar minn 0,05 %. Is-sehem tal-entitjiet kontraenti individwali li joperaw fid-Danimarka minn dawn ir-riżervi huwa ovvjament saħansitra anqas minn hekk. Skont it-tagħrif disponibbli, hemm korrelazzjoni diretta bejn ir-riżervi ppruvati taż-żejt u tal-gass u l-produzzjoni prevista tal-ġejjieni. Għalhekk m’hemm xejn fit-tagħrif disponibbli li jindika li s-sehem tas-suq tal-entitajiet kontraenti individwali li joperaw fid-Danimarka se jkun sostanzjalment differenti jekk jitkejjel f’termini tal-produzzjoni prevista milli f’termini tas-sehem tagħhom mir-riżervi ppruvati. Minħabba r-rabtiet bejn ir-riżervi ppruvati u l-produzzjoni reali, dawn il-fatti jistgħu jitqiesu wkoll bħala indikazzjoni tal-istat tal-kompetizzjoni fis-suq ikkonċernat hawnhekk.

(14)

Is-suq tal-esplorazzjoni mhuwiex ikkonċentrat ħafna. Minbarra l-kumpaniji li huma proprjetà tal-istat, is-suq huwa kkaratterizzat mill-preżenza ta’ tliet kumpaniji internazzjonali privati integrati vertikalment li jissejħu l-kumpaniji l-kbar nett (jiġifieri l-kumpaniji BP, ExxonMobil u Shell), kif ukoll minn għadd ta’ kumpaniji msejħa “kbar ħafna”. Dawn il-fatturi huma indikazzjoni tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni.

Il-produzzjoni taż-żejt

(15)

Skont il-prattika stabbilita tal-Kummissjoni (10), l-iżvilupp u l-produzzjoni taż-żejt (mhux raffinat) huwa suq tal-prodotti separat li jħaddan fih id-dinja kollha. Minħabba li m’hemm l-ebda indikazzjoni li d-definizzjoni għandha tkun differenti f’dan il-każ, għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni se tinżamm l-istess waħda. Skont it-tagħrif disponibbli (11), fl-2009 l-produzzjoni kollha ta’ kuljum taż-żejt madwar id-dinja kienet ta’ 79,948 miljun barmil. F’dik is-sena stess, id-Danimarka pproduċiet total ta’ 0,265 miljun barmil kuljum, liema rata wasslitha biex ikollha sehem mis-suq ta’ 0,33 %. Jekk inħarsu lejn is-sehem li kellhom fl-2009 l-entitajiet kontraenti individwali li joperaw fid-Danimarka, insibu s-sitwazzjoni li ġejja: bi produzzjoni dinjija ta’ 381 elf barmil kuljum (12), il-kumpanija Mærsk għandha sehem ta’ 0,5 % mill-produzzjoni dinjija taż-żejt; il-produzzjoni dinjija tal-kumpanija Dong hi ta’ 23 elf barmil żejt kuljum u għalhekk din għandha sehem mis-suq ta’ 0,029 % mill-produzzjoni dinjija taż-żejt; fl-aħħar nett, il-produzzjoni totali tal-kumpanija Hess hi ta’ 11 575 barmil żejt kuljum u b’hekk din għandha sehem ta’ 0,014 % mill-produzzjoni dinjija taż-żejt.

(16)

Għall-għanijiet ta’ din l-analiżi, huwa importanti li jitqies il-grad ta’ konċentrazzjoni fis-suq rilevanti kollu. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tinnota li s-suq tal-produzzjoni taż-żejt mhux raffinat huwa kkaratterizzat mill-preżenza ta’ kumpaniji kbar li huma proprjetà tal-istat u ta’ tliet kumpaniji internazzjonali privati integrati vertikalment (l-hekk imsejħa “l-kumpaniji l-kbar nett”, jiġifieri l-kumpaniji BP, ExxonMobil u Shell, li fl-2009 kellhom sehem ta’ 3,2 %, 3,0 % u 2 % rispettivament mill-produzzjoni taż-żejt), kif ukoll minn għadd ta’ kumpaniji msejħa “kbar ħafna” (13). Dawn il-fatturi jissuġġerixxu li s-suq jinkludi għadd ta’ kumpaniji li bejniethom nistgħu nassumu li hemm kompetizzjoni effettiva.

IV.   KONKLUŻJONIJIET

(17)

Minħabba l-fatturi eżaminati fil-premessi (5) sa (16), il-kundizzjoni ta’ esponiment dirett għall-kompetizzjoni stabbilita fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE għandha titqies li ntlaħqet fid-Danimarka, minbarra l-Groenlandja u l-Gżejjer Faeroe, fir-rigward tas-servizzi li ġejjin:

(a)

l-esplorazzjoni għaż-żejt u għall-gass naturali, u

(b)

il-produzzjoni taż-żejt.

(18)

Ladarba l-kundizzjoni tal-aċċess għas-suq mingħajr restrizzjonijiet intlaħqet, id-Direttiva 2004/17/KE m’għandhiex tapplika meta l-entitajiet kontraenti jagħtu kuntratti maħsubin biex jippermettu li jitwettqu s-servizzi elenkati fil-punti (a) sa (b) tal-premessa (17) fid-Danimarka, ħlief għall-Groenlandja u għall-Gżejjer Faeroe, u lanqas meta jiġu organizzati kompetizzjonijiet tad-disinn għat-twettiq ta’ attività bħal din f’dik iż-żona ġeografika.

(19)

B’mod ġenerali, is-siti tal-esplorazzjoni jistgħu jipproduċu kemm iż-żejt kif ukoll il-gass, f’ammonti differenti. Il-produzzjoni tal-gass mhijiex suġġetta għal din it-talba ta’ eżenzjoni u b’hekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE jibqgħu japplikaw għal dan is-settur. F’sitwazzjonijiet fejn sit ikun jipproduċi kemm iż-żejt kif ukoll il-gass, ta’ min jiftakar li l-kuntratti tal-akkwist li jkopru diversi attivitajiet għandhom jiġu ttrattati skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/17/KE. Dan ifisser li, meta entità kontraenti tkun involuta f’akkwist “imħallat” biex jiġi appoġġat it-twettiq tat-tnejn li huma (jiġifieri ta’ attivitajiet li huma eżentati mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE u ta’ attivitajiet li mhumiex), għandhom jitqiesu l-attivitajiet li għalihom il-kuntratt huwa maħsub b’mod ewlieni. Fil-każ ta’ akkwist imħallat bħal dan, meta l-għan prinċipali jkun li tiġi appoġġata l-produzzjoni tal-gass, għandha tapplika d-dispożizzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE. Jekk ikun impossibbli li wieħed jiddeċiedi, b’mod oġġettiv, għal liema attività l-kuntratt ikun maħsub b’mod ewlieni, il-kuntratt għandu jingħata skont ir-regoli msemmija fil-paragrafu 2 u 3 tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/17/KE.

(20)

Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq is-sitwazzjoni legali u fattwali minn Mejju sa Lulju tal-2011, hekk kif tidher mit-tagħrif mogħti mill-awtoritajiet Daniżi. Din tista’ tiġi riveduta jekk ikun hemm xi tibdil sinifikanti fis-sitwazzjoni legali jew fattwali li jwasslu biex il-kundizzjonijiet għall-applikabbiltà tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE ma jibqgħux jitħarsu aktar.

(21)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2004/17/KE m’għandhiex tapplika għall-kuntratti mogħtija minn entitajiet kontraenti u li huma maħsubin biex jippermettu li jitwettqu s-servizzi li ġejjin fid-Danimarka, ħlief għall-Groenlandja u għall-Gżejjer Faeroe:

(a)

l-esplorazzjoni għaż-żejt u għall-gass naturali, u

(b)

il-produzzjoni taż-żejt.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Michel BARNIER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Ara b’mod partikulari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/284/KE tad-29 ta’ Settembru 1999 li tiddikjara konċentrazzjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim taż-ŻEE (il-Każ Nru IV/M.1383 — Exxon/Mobil) [titlu mhux uffiċjali] u d-deċiżjonijiet sussegwenti, fosthom id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 2007 li tiddikjara konċentrazzjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni (il-Każ Nru COMP/M.4545 STATOIL/HYDRO) skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 139/2004.

(3)  Ara, fost l-oħrajn, il-punt 14 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 1999 li tiddikjara konċentrazzjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim taż-ŻEE (il-Każ Nru IV/M.1532. BP Amoco/Arco) [titlu mhux uffiċjali], (ĠU L 18, 19.1.2001, p. 1).

(4)  Is-siti msemmija huma dawk li jipproduċu ż-żejt.

(5)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3 u ĠU L 79, 29.3.1996, p. 30.

(6)  Ara b’mod partikulari d-Deċiżjoni marbuta mal-kumpanija Exxon/Mobil imsemmija hawn fuq u, iktar riċenti, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2007 li tiddikjara konċentrazzjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni (il-Każ Nru COMP/M.4934 - KAZMUNAIGAZ/ROMPETROL) skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 139/2004 [titlu mhux uffiċjali].

(7)  Ara b’mod partikulari d-Deċiżjoni marbuta mal-kumpanija Exxon/Mobil imsemmija hawn fuq (il-paragrafi 25 u 27).

(8)  Ara l-punt 5.2.1 tal-applikazzjoni u s-sorsi kkwotati hemmhekk, b’mod partikulari d-dokument ta’ Ġunju 2010 msejjaħ “BP Statistical Review of World Energy” (Analiżi statistika tal-enerġija fid-dinja magħmula mill-kumpanija BP), li huwa mehmuż magħha, li minn hawn ‘il quddiem jissejjaħ “l-istatistika tal-kumpanija BP”.

(9)  Jiġifieri 0,06 triljun m3 gass, li huma daqs 0,0594 biljun Sm3 o. e., u 0,9 elf miljun barmil żejt, li huma daqs 0,135 biljun Sm3, li flimkien jammontaw għal 0,1944 biljun Sm3.

(10)  Ara n-nota f' qiegħ il-paġna nru 6.

(11)  Ara l-paġna 8 tal-istatistika tal-kumpanija BP.

(12)  Li minnhom 90 elf barmil jiġi prodott kuljum fid-Danimarka.

(13)  Pereżempju l-kumpaniji Total, Chevron, ENI u Conoco, li l-ishma tagħhom tas-suq huma iżgħar minn dawk tal-kumpaniji l-kbar nett.


29.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Lulju 2011

dwar il-pubblikazzjoni ta’ referenzi tal-istandard EN 15947 rigward ir-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stabbiliti fid-Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar oġġetti pirotekniċi

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5310)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/482/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi (1),u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti stabbilit skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (2),

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Settembru 2010, l-awtoritajiet Svediżi qajmu oġġezzjoni formali fir-rigward tal-partijiet 3, 4 u 5 tal-istandard EN 15947, b’mod partikolari dawk li għandhom x’jaqsmu mar-rekwiżiti għal batteriji u kombinazzjonijiet.

(2)

L-istandard EN 15947 jikkunsidra li l-batteriji u l-kombinazzjonijiet huma f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza tad-Direttiva 2007/23/KE jekk huma inkorporati f’art ratba jew imwaħħlin ma’ arblu sabiex jibqgħu’l fuq matul il-funzjonament.

(3)

Skont l-awtoritajiet Svediżi, l-istandard EN 15947 ma jissodisfax ir-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stabbiliti f’punt 3 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/23/KE. Il-batteriji u l-kombinazzjonijiet spiss huma użati fuq art iebsa, bħal art iffriżata u bankina, uċuħ tal-asfalt jew konkos. L-istandard EN 15947 ma jistipulax test għal dawk il-batteriji u kombinazzjonijiet fuq wiċċ iebes. Għaldaqstant, hemm riskju li dawk il-batteriji u kombinazzjonijiet ma jibqgħux weqfin matul il-funzjament fuq art iebsa. L-istandard EN 15947 ma jissodisfax ir-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza fuq l-istruzzjonijiet għall-użu stabbiliti fil-punt 3(h) tal-Anness I tad-Direttiva 2007/23/KE. Minħabba n-natura tal-logħob tan-nar, dawn spiss huma użati tard filgħaxija jew bil-lejl meta, minħabba viżibbiltà mnaqqsa, l-istruzzjonijiet huma diffiċli biex wieħed jaqrahom.

(4)

Ġie indirizzat tħassib imqajjem mill-Isvezja fil-qafas tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), b’bosta Stati Membri jinsistu li, fid-dawl tal-kundizzjonijiet klimatiċi tagħhom u r-regolamenti nazzjonali għall-użu tal-logħob tan-nar, batteriji u kombinazzjonijiet li huma inkorporati fl-art jew li jkunu mwaħħlin ma’ arblu għandhom jiġu inklużi fl-istandard EN 15947. B’riżultat ta’ dan, batteriji u kombinazzjonijiet li huma inkorporati fl-art jew li jeħtieġ li mwaħħlin ma’ arblu ġew inklużi f’dak l-istandard minħabba li dawn jissodisfaw rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stabbiliti fid-Direttiva 2007/23/KE meta akkumpanjati bl-istruzzjonijiet dwar l-użu.

(5)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li fl-Istati Membri fejn il-logħob tan-nar huwa użat primarjament fi spazji pubbliċi, ċerti batteriji u kombinazzjonijiet, minkejja li l-ittikkettjar jitlobhom li jkunu mwaħħlin ma’ arblu jew inkorporati f’art ratba, fil-prattika spiss huma mqiegħda fuq art iebsa jew uċuħ ibsin. Fi Stati Membri oħra, fejn il-logħob tan-nar jintuża primarjament fi proprjetà privata, ir-rekwiżit biex il-batteriji u l-kombinazzjonijiet ikunu inkorporati f’art ratba jew jitwaħħlu ma’ arblu żżid is-sikurezza. Għaldaqstant, sabiex wieħed jipproteġi lill-utenti u persuni fil-qrib minn feriti, huwa meħtieġ li jiġu riveduti l-partijiet rilevanti tal-istandard EN 15947 sabiex jintroduċi tipi differenti ta’ batteriji u kombinazzjonijiet u jikkunsidra d-distinzjonijiet bejniethom. Għandha ssir distinzjoni bejn batteriji u kombinazzjonijiet li huma maħsuba u adattati biex jitqiegħdu fuq wiċċ iebes u ċatt u għandhom jiġu ttestjati f’dak il-mod, u dawk il-batteriji u kombinazzjonijiet li jeħtieġ li jkunu inkorporati f’art ratba jew marbuta ma’ arblu u ttestjati f’dak il-mod. Batteriji u kombinazzjonijiet li la huma maħsuba u adattati biex jitqiegħdu fuq art iebsa u ċatta, u lanqas inkorporati f’art ratba jew marbuta ma’ arblu ma għandhomx jiġu inklużi f’tielet tip addizzjonali.

(6)

B’riżultat tal-ħtieġa biex jiġu riveduti l-partijiet 3, 4 u 5 tal-istandard EN 15947 fir-rigward ta’ batteriji u kombinazzjonijiet, għandha tiġi ppubblikata referenza għal dawk il-partijiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’avviż addizzjonali.

(7)

Fis-27 ta’ Settembru 2010, l-awtoritajiet Franċiżi qajmu oġġezzjoni formali fir-rigward tal-partijiet 3, 4 u 5 tal-istandard EN 15947, li għandu x’jaqsam man-nuqqas ta’ drop test u nuqqas biex jiġu stabbiliti distanzi differenti tas-sikurezza għal operaturi u għall-pubbliku.

(8)

Wara diskussjoni fil-qafas tas-CEN ġie deċiż biex id-drop test ma jiġix inkluż fl-istandard kif propost minn Franza. Ikkundizzjonar mekkaniku skont id-deskrizzjonijiet fl-istandard EN 15947 diġà kien jagħmel parti mis-serje preċedenti ta’ standards EN 14035 u kien stabbilit ħafna fil-passat. Dan il-metodu ta’ test ikopri r-rekwiżiti rigward is-sensittività għal immaniġġjar u trasportazzjoni previsti stabbiliti fid-Direttiva 2007/23/KE.

(9)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li t-test tal-ikkundizzjonar mekkaniku li diġà kien inkluż fl-EN 15947 ikopri b’mod suffiċjenti r-rekwiżiti dwar is-sensittività għal immaniġġjar u trasportazzjoni previsti stabbiliti fid-Direttiva 2007/23/KE.

(10)

Franza esprimiet ukoll tħassib li d-distanzi ta’ sikurezza stabbiliti fil-parti 3 tal-istandard EN 15947 ma jipproteġux lill-pubbliku f’kull każ, iżda jipproteġu biss lil dak li jqabbad in-nar. Pereżempju, jekk il-prodotti huma sparati viċin bini għoli, hemm riskju ta’ dannu fuq il-parti esterna ta’ dan il-bini jew li jweġġa’ xi ħadd li jkun fil-gallariji jew terrazzini. Għaldaqstant, Franza pproponiet li tiddetermina d-distanzi ta’ sikurezza ta’ kull oġġett pirotekniku billi tikkunsidra l-firxa massima vertikali tagħha.

(11)

Id-diskussjonijiet tas-CEN rigward id-distanzi ta’ sikurezza wrew li kien meħtieġ li jkollhom l-istess distanza ta’ sikurezza għal kull oġġett f’ċertu kategorija. Devjazzjoni minn dan il-prinċipju involviet riskji sinifikanti, minħabba li l-utent mingħajr għarfien speċjalizzat kellu jadatta d-distanzi ta’ sikurezza qabel l-użu.

(12)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li ħafna distanzi tas-sikurezza li jvarjaw għal oġġetti pirotekniċi tal-istess kategorija, speċjalment distanzi differenti għal utenti mingħajr għarfien speċjalizzat u l-pubbliku tagħhom, se jħawdu lill-utenti. Għaldaqstant mhuwiex meħtieġ li jiġu riveduti l-partijiet 3, 4 u 5 tal-istandard EN 15947 f’dan ir-rigward, minħabba li diġà jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stabbiliti fid-Direttiva 2007/23/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-referenzi għall-istandard EN 15947 tal-partijiet 3, 4 u 5 għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

1.   Il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-referenzi tal-partijiet 3, 4 u 5 tal-istandard EN 15947 għandhom jiġu akkumpanjati mill-avviż addizzjonali li ġej:

“Sakemm jiġi rivedut dak l-istandard u ppubblikat mill-ġdid, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw batteriji u kombinazzjonijiet li huma konformi mal-istandard EN 15947 biex ikunu f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament u tal-Kunsill biss jekk, qabel jitqiegħdu fis-suq, huma ġew ittikkettjati b’mod ċar kif indikat hawn taħt.

 

Għal batteriji u kombinazzjonijiet li jitqiegħdu fuq art ċatta:

‘Poġġi l-batterija fuq art ċatta’ jew ‘Poġġi l-kombinazzjoni fuq art ċatta’.

 

Għal batteriji u kombinazzjonijiet li għandhom ikunu inkorporati fuq art jew materjal artab:

‘Daħħal il-batterija wieqfa f’art ratba jew materjal ieħor li ma jiħux in-nar, eż. ramel’ jew ‘Daħħal kombinazzjoni wieqfa f’art ratba jew materjal ieħor li ma jiħux in-nar, eż. ramel’.

 

Għal batteriji u kombinazzjonijiet li għandhom jitwaħħlu ma’ arblu:

‘Waħħal il-batterija b’mod sod u wieqaf ma’ arblu solidu’, ‘Kun żgur li n-naħa ta’ fuq tal-batterija jikxef l-arblu’ jew ‘Waħħal kombinazzjoni b’mod sod u wieqaf ma’ arblu solidu’, ‘Kun żgur li n-naħa ta’ fuq tal-kombinazzjoni jikxef l-arblu’. Il-metodu u l-mezzi għall-iffissar tal-batterija jew kombinazzjoni ma’ arblu għandhom jiġu deskritti f’biżżejjed dettall u f’terminoloġija li tista’ tinftihem faċilment minn utenti li mhumiex professjonali li jakkumpanjaw l-istruzzjonijiet dwar l-użu.

 

Għal batteriji u kombinazzjonijiet oħra: [speċifika prekawzjonijiet oħra tas-sikurezza jekk mhumiex maħsuba u adattati biex jitqiegħdu fuq art ċatta, jew biex jiġu inkorporati f’art ratba jew materjal jew mwaħħla ma’ arblu].”

2.   Il-pubblikazzjoni tan-numru ta’ referenza ta’ standard nazzjonali li jittrasponi l-istandard EN 15947għandha tkun akkumpanjata mill-avviż imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi-President


(1)  ĠU L 154, 14.6.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.