ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.182.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 182

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
12 ta' Lulju 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Faeroe dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2011 tal-11 ta’ Lulju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjaġġi ta’ skart biex jinkludi ċerti taħlitiet ta’ skart fl-Anness IIIA miegħu ( 1 )

2

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2011 tal-11 ta’ Lulju 2011 dwar l-awtorizzazzjoni u ċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq oġġetti tal-ikel u li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard ( 1 )

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2011 tal-11 ta’ Lulju 2011 li jirrifjuta li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, ħlief dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal ( 1 )

8

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 667/2011 tal-11 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

10

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/407/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2011 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness VI (Sigurtà Soċjali) u l-Protokoll 37 mal-Ftehim taż-ŻEE

12

 

 

2011/408/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 li tistabbilixxi regoli u proċeduri ssimplifikati dwar kontrolli sanitarji ta’ prodotti tas-sajd, ta’ molluski bivalvi ħajjin, ta’ ekinodermi, ta’ tunikati, ta’ gasteropodi tal-baħar, ta’ prodotti sekondarji tagħhom u ta’ prodotti dderivati minn dawn il-prodotti sekondarji, li jiġu mill-Groenlandja ( 1 )

24

 

 

2011/409/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Lulju 2011 dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Isvizzera, dwar il-liġijiet interni li għandha tistabbilixxi skont l-Artikolu 19(4) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta’ sigurtà

28

 

 

2011/410/UE

 

*

Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2011 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Portugiż (BĊE/2011/10)

31

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

12.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/1


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Faeroe dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Faeroe dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika (1), iffirmat fit-3 ta’ Ġunju 2010, f’konformità mal-Artikolu 5(2) tiegħu, daħal fis-seħħ fit-28 ta’ Ġunju 2011.


(1)  ĠU L 245, 17.9.2010, p. 13.


REGOLAMENTI

12.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 664/2011

tal-11 ta’ Lulju 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjaġġi ta’ skart biex jinkludi ċerti taħlitiet ta’ skart fl-Anness IIIA miegħu

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart (1), u b’mod partikolari l-punt (c) tal-Artikolu 58(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Finlandja ressqet talba lill-Kummissjoni għal taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrati B3040 u B3080 ta’ Basel biex jiġu kkunsidrati għall-inklużjoni fl-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

(2)

Ir-Renju Unit ressaq talba lill-Kummissjoni għal taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3020 ta’ Basel biex jiġu kkunsidrati għall-inklużjoni fl-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

(3)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, il-Finlandja u l-Isvezja fir-rigward tal-aċċettabbilità ta’ taħlit ta’ skart li jikkorrispondi għal inċiżi differenti jew subinċiżi tal-entrati B1010, B2010, B2030, B3010, B3020, B3030, B3040 u B3050 ta’ Basel biex jiġu kkunsidrati għall-inklużjoni fl-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006. B’kunsiderazzjoni ta’ dawk il-kummenti, il-Kummissjoni għażlet lista ta’ taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt entrata waħda ta’ Basel għall-inklużjoni fl-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

(4)

Il-Kummissjoni vvalutat it-talbiet mill-Finlandja u mir-Renju Unit u l-kummenti tal-Istati Membri u fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni ntagħżlu lista ta’ taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt entrati individwali ta’ Basel għall-inklużjoni fl-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

(5)

Huwa importanti li jiġi ċċarat liema proċeduri huma applikabbli għall-vjaġġi ta’ taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt entrata waħda ta’ Basel. Sabiex titħalla l-esportazzjoni ta’ ftit minn dawk it-taħlitiet ta’ skart lejn pajjiżi li d-Deċiżjoni OECD C(2001) 107/Finali tal-Kunsill tal-OECD li tikkonċerna r-reviżjoni tad-Deċiżjoni C(92) 39/Finali dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali ta’ skart destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru (id-Deċiżjoni tal-OECD) ma tapplikax, bl-użu tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali stipulati fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, huwa meħtieġ perjodu ta’ tranżizzjoni għal dawk il-pajjiżi qabel ma jkunu jistgħu jinfurmaw lill-Kummissjoni, jekk taħlitiet rilevanti ta’ skart jistgħux jiġi esportati għal dak il-pajjiż u dwar il-proċedura ta’ kontroll applikabbli, jekk hu l-każ.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 hu emendat skont it-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, f’każ ta’ esportazzjonijiet lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni OECD ma tapplikax, il-punt 3 tal-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, kif emendat b’dan ir-Regolament, għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.


ANNESS

L-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 hu emendat kif ġej:

(1)

il-punt 2 hu sostitwit b’li ġej:

“2.

It-taħlitiet ta’ skart li ġejjin huma inklużi f’dan l-Anness:

(a)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrati B1010 u B1050 ta’ Basel;

(b)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrati B1010 u B1070 ta’ Basel;

(c)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrati B3040 u B3080 ta’ Basel;

(d)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata GB040 (OECD) u taħt l-entrata B1100 ta’ Basel ristretti għal żingu mhux pur u iebes, ħmieġ tal-metalli li fih iż-żingu, tneħħija ta’ aluminju mill-wiċċ ta’ likwidu (jew tneħħija mill-wiċċ ta’ likwidu) li teskludi fdalijiet ta’ melħ minn metall imdewweb u skart ta’ kisi ta’ refrattarji, li jinkludi griġjoli, li joriġina mit-tisħin u t-tidwib tar-ram sabiex jinkiseb minnu l-metall li jkun fih;

(e)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata GB040 (OECD), taħt l-entrata B1070 u B1100 ta’ Basel ristretti għal skart ta’ kisi ta’ refrattarji, li jinkludi griġjoli, li joriġina mit-tisħin u t-tidwib tar-ram sabiex jinkiseb minnu l-metall li jkun fih.

L-entrati msemmija fil-punti (d) u (e) ma għandhomx japplikaw għal esportazzjonijiet lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni OECD ma tapplikax.”

(2)

il-punt 3 li ġej hu miżjud:

“3.

It-taħlitiet ta’ skart li ġejjin, ikklassifikati taħt inċiżi separati jew subinċiżi tal-istess entrata, huma inklużi f’dan l-Anness:

(a)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B1010 ta’ Basel;

(b)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B2010 ta’ Basel;

(c)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B2030 ta’ Basel;

(d)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3010 ta’ Basel u elenkati taħt Ruttam tal-plastik tal-polimeri mhux aloġenati u l-kopolimeri;

(e)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3010 ta’ Basel u elenkati taħt Skart ittrattat tar-raża jew prodotti ta’ kondensazzjoni;

(f)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3010 ta’ Basel u elenkati taħt Perfluoro alkoxyl alkane;

(g)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3020 ta’ Basel ristretti għal karta jew kartun mhux ibbliċjati jew minn karti jew kartun immewġin, karta oħra jew kartun ieħor, magħmul(a) prinċipalment minn polpa kimika ibbliċjata fil-biċċa l-kbira mhux miżbugħ(a), karta jew kartun magħmulin prinċipalment minn polpa mekkanika (pereżempju gazzetti, ġurnali u materjal simili stampat);

(h)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3030 ta’ Basel;

(i)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3040 ta’ Basel;

(j)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3050 ta’ Basel.”


12.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 665/2011

tal-11 ta’ Lulju 2011

dwar l-awtorizzazzjoni u ċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq oġġetti tal-ikel u li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fuq oġġetti tal-ikel huma projbiti sakemm dawn ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni b’konformità ma’ dan ir-Regolament u sakemm ma jkunux inklużi f’lista ta’ indikazzjonijiet li huma permessi.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa jistgħu jitressqu minn operaturi tan-negozju tal-ikel lill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tressaq l-applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Awtorità”.

(3)

Wara li tirċievi applikazzjoni, l-Awtorità għandha tgħarraf mingħajr dewmien lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni u tipprovdi opinjoni dwar l-indikazzjoni dwar is-saħħa kkonċernata.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità.

(5)

It-tliet opinjonijiet imsemmija f’dan ir-Regolament huma marbuta mal-applikazzjonijiet għal indikazzjonijiet tat-tnaqqis fir-riskju tal-mard, kif imsemmi fl-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

(6)

Wara applikazzjoni minn Wrigley GmbH, imressqa skont l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni dwar indikazzjoni dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta’ chewing gum mingħajr zokkor u t-tnaqqis fid-demineralizzazzjoni tas-snien (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2010-00119) (2). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Il-magħda ta’ chewing gum mingħajr zokkor jimmineralizza mill-ġdid l-enamel tas-snien u b’hekk tnaqqas ir-riskju tat-taħsir tas-snien”.

(7)

Abbażi tad-dejta ppreżentata, fl-opinjoni tagħha li waslet għand il-Kummissjoni u għand l-Istati Membri fl-1 ta’ Ottubru 2010, l-Awtorità kkonkludiet li ġiet stabbilita relazzjoni ta’ kawża u effett bejn il-konsum ta’ chewing gum mingħajr zokkor u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, indikazzjoni dwar is-saħħa li tirrifletti din il-konklużjoni għandha titqies bħala konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, u għandha tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet li huma permessi.

(8)

Wara applikazzjoni minn Wrigley GmbH, imressqa skont l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni dwar indikazzjoni dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta’ chewing gum mingħajr zokkor u n-newtralizzazzjoni tal-aċidi tal-plakka li jnaqqas ir-riskju tat-taħsir tas-snien (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2010-00120) (3). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Il-magħda ta’ chewing gum mingħajr zokkor jinnewtralizza l-aċidi tal-plakka u b’hekk tnaqqas ir-riskju tat-taħsir tas-snien”.

(9)

Abbażi tad-dejta ppreżentata, fl-opinjoni tagħha li waslet għand il-Kummissjoni u għand l-Istati Membri fl-1 ta’ Ottubru 2010, l-Awtorità kkonkludiet li ġiet stabbilita relazzjoni ta’ kawża u effett bejn il-konsum ta’ chewing gum mingħajr zokkor u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, indikazzjoni dwar is-saħħa li tirrifletti din il-konklużjoni għandha titqies bħala konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, u għandha tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet li huma permessi.

(10)

L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula li opinjoni favur l-awtorizzazzjoni ta’ indikazzjoni dwar is-saħħa għandha tinkludi ċerti dettalji. Għaldaqstant, dawk id-dettalji għandhom jiġu stipulati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-indikazzjonijiet awtorizzati u għandhom jinkludu, skont il-każ, ir-reviżjoni tal-kliem tal-indikazzjonijiet, il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward l-użu tal-indikazzjonijiet, u, fejn japplikaw, il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet tal-użu tal-ikel u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali, skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u konformi mal-opinjonijiet tal-Awtorità.

(11)

Wieħed mill-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 huwa li jiżgura li l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa jkunu veri, ċari u affidabbli, u siewja għall-konsumatur, u li l-mod kif jitpoġġa l-kliem u l-preżentazzjoni jitqiesu f’dan ir-rigward. Għalhekk, meta l-kliem tal-indikazzjonijiet jkollhom l-istess tifsira għall-konsumaturi bħal dawk ta’ indikazzjoni dwar is-saħħa li hija awtorizzata, għaliex juru l-istess relazzjoni li teżisti bejn kategorija tal-ikel, prodott tal-ikel jew wieħed mill-kostitwenti tiegħu u s-saħħa, dawn għandhom ikunu soġġetti għall-istess kundizzjonijiet tal-użu indikati fl-Anness I.

(12)

Wara applikazzjoni minn GP International Holding B.V., imressqa skont l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni dwar indikazzjoni dwar is-saħħa marbuta mal-effetti tal-OPC Plus dwar it-tnaqqis tar-riskju tal-insuffiċjenza kronika tal-vini (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2009-00751) (4). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Intwera li OCP Plus iżid il-mikroċirkolazzjoni u għalhekk jista’ jnaqqas ir-riskju tal-insuffiċjenza kronika tal-vini”.

(13)

Abbażi tad-dejta ppreżentata, fl-opinjoni li waslet għand il-Kummissjoni u għand l-Istati Membri fis-7 ta’ Settembru 2010, l-Awtorità kkonkludiet li ma kienet ġiet stabbilita l-ebda relazzjoni bejn il-konsum tal-OPC Plus u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(14)

Hija u tistabbilixxi l-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni qieset il-kummenti li rċeviet mingħand l-applikanti u l-membri tal-pubbliku skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

(15)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-indikazzjonijiet dwar is-saħħa elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jistgħu jsiru dwar oġġetti tal-ikel fis-suq tal-Unjoni Ewropea b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

2.   L-indikazzjonijiet dwar is-saħħa msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet permessi kif stipulat fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

Artikolu 2

L-indikazzjoni dwar is-saħħa elenkata fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet permessi kif stipulat fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  The EFSA Journal 2010; 8(10): 1775.

(3)  The EFSA Journal 2010; 8(10): 1776.

(4)  The EFSA Journal 2010; 8(7): 1691.


ANNESS I

INDIKAZZJONIJIET DWAR IS-SAĦĦA LI HUMA PERMESSI

Applikazzjoni – Dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Applikant - Indirizz

Nutrijent, sustanza, ikel jew kategorija tal-ikel

Indikazzjoni

Kundizzjonijiet tal-użu tal-indikazzjoni

Kundizzjonijiet u/jew restrizzjonijiet fuq l-użu tal-ikel u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali

Referenza tal-opinjoni tal-EFSA

Indikazzjoni dwar is-saħħa li tirreferi għal tnaqqis fir-riskju tal-mard, skont l-Artikolu 14(1)(a)

Wrigley GmbH, Scientific and Regulatory Affairs EMEAI, Biberger str. 18, D-82008, Unterhaching, il-Ġermanja

Chewing gum mingħajr zokkor

Iċ-chewing gum mingħajr zokkor jgħin biex inaqqas id-demineralizzazzjoni tas-snien. Id-demineralizzazzjoni tas-snien huwa fattur ta’ riskju fl-iżvilupp tat-taħsir tas-snien.

Se tingħata informazzjoni lill-konsumatur li l-effett ta’ benefiċċju jinkiseb bil-magħda ta’ 2-3 g ta’ chewing gum mingħajr zokkor għal 20 minuta, mill-inqas tliet darbiet kuljum wara l-ikel.

 

Q-2010-00119

Indikazzjoni dwar is-saħħa li tirreferi għal tnaqqis fir-riskju tal-mard, skont l-Artikolu 14(1)(a)

Wrigley GmbH, Scientific and Regulatory Affairs EMEAI, Biberger str. 18, D-82008, Unterhaching, il-Ġermanja

Chewing gum mingħajr zokkor

Iċ-chewing gum mingħajr zokkor jgħin biex jinnewtralizza l-aċidi tal-plakka. L-aċidi tal-plakka huma fattur ta’ riskju fl-iżvilupp tat-taħsir tas-snien.

Se tingħata informazzjoni lill-konsumatur li l-effett ta’ benefiċċju jinkiseb bil-magħda ta’ 2-3 g ta’ chewing gum mingħajr zokkor għal 20 minuta, mill-inqas tliet darbiet kuljum wara l-ikel.

 

Q-2010-00120


ANNESS II

INDIKAZZJONI MIĊĦUDA DWAR IS-SAĦĦA

Applikazzjoni – Dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Nutrijent, sustanza, ikel jew kategorija tal-ikel

Indikazzjoni

Referenza tal-opinjoni tal-EFSA

Indikazzjoni dwar is-saħħa li tirreferi għal tnaqqis fir-riskju tal-mard, skont l-Artikolu 14(1)(a)

OPC Plus

Intwera li OCP Plus iżid il-mikroċirkolazzjoni u għalhekk jista’ jnaqqas ir-riskju tal-insuffiċjenza kronika tal-vini

Q-2009-00751


12.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 666/2011

tal-11 ta’ Lulju 2011

li jirrifjuta li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, ħlief dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 l-istqarrijiet li jsiru rigward l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa huma ipprojbiti sakemm dawn ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni b’konformità ma’ dan ir-Regolament u ma jkunux inklużi f’lista ta’ indikazzjonijiet permessi.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet ta’ stqarrijiet dwar is-saħħa jistgħu jitressqu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel quddiem l-awtorità kompetenti nazzjonali ta’ Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tressaq l-applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA), minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Awtorità”.

(3)

Wara li tirċievi applikazzjoni l-Awtorità għandha tgħarraf bla dewmien lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni u tipprovdi opinjoni dwar l-istqarrija kkonċernata li tirrigwarda s-saħħa.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni ta’ stqarrijiet dwar is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità.

(5)

Wara applikazzjoni mingħand Synbiotec S.r.l., imressqa skont l-Artikolu 13(5)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni dwar stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta’ Synbio fuq iż-żamma u t-titjib tal-benesseri intestinali (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2009-00889) (2). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Synbio jibqa’ fl-intestin u jgħin ir-regolarità, bħekk jikkontribwixxi għaż-żamma u t-titjib tal-benesseri intestinali tal-bniedem”.

(6)

Fis-27 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità li kkonkludiet li abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum ta’ Sybnio u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(7)

Wara applikazzjoni mingħand MILTE ITALIA S.p.a., imressqa skont l-Artikolu 13(5)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni dwar stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta’ Silymarin BIO-C® fuq żieda fil-produzzjoni tal-ħalib tal-omm (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2009-00957) (3). L-istqarrija proposta mill-applikant inkitbet, inter alia, kif ġej: “Indikat għaż-żieda tal-produzzjoni fiżjoloġika tal-ħalib tal-omm waqt it-treddigħ”.

(8)

Fit-28 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika mingħand l-Awtorità li kkonkludiet li abbażi tad-dejta ppreżentata, ma ġietx stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum ta’ Silymarin BIO-C® u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(9)

L-istqarrijiet kollha dwar is-saħħa soġġetti għal dan ir-Regolament huma stqarrijiet kif imsemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u għaldaqstant jistgħu jibbenefikaw mill-perjodu ta’ tranżizzjoni stipulat fl-Artikolu 28(5) ta’ dan ir-Regolament. Minħabba li l-Awtorità kkonkludiet li ma ġewx stabbiliti rabtiet ta’ kawża u effett bejn dawn l-oġġetti tal-ikel u l-effetti rispettivi mistqarra tagħhom, dawn iż-żewġ stqarrijiet ma jikkonformawx mar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, u għaldaqstant ma jistgħux jibbenefikaw mill-perjodu ta’ tranżizzjoni stipulat f’dan l-Artikolu.

(10)

Biex jiżguraw li dan ir-Regolament jiġi sodisfatt b’mod sħiħ, kemm l-operaturi tan-negozju tal-ikel, kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jaċċertaw li, mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-prodotti li fuqhom hemm l-istqarrijiet elenkati fl-Anness tiegħu ma jkunux għadhom jidhru fis-suq.

(11)

Tqiesu l-kummenti mingħand l-applikanti u l-membri tal-pubbliku li rċeviet il-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 hija u tistabbilixxi l-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament.

(12)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-istqarrijiet dwar is-saħħa elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ stqarrijiet permessi stipulati fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

2.   B’danakollu, il-prodotti li fuqhom jidhru dawn l-istqarrijiet dwar is-saħħa li kienu nħarġu fis-suq jew ġew ittikkettati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu fis-suq għal perijodu massimu ta’ sitt xhur wara dik id-data.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  The EFSA Journal 2010; 8(9):1773.

(3)  The EFSA Journal 2010; 8(9):1774.


ANNESS

STQARRIJIET DWAR IS-SAĦĦA MIĊĦUDA

Applikazzjoni – Dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Nutrijent, sustanza, ikel jew kategorija ta’ ikel

Stqarrija

Referenza tal-opinjoni tal-EFSA

L-Artikolu 13(5) tal-istqarrija dwar is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata reċentement u/jew li tinkludi talba għall-ħarsien ta’ dejta riżervata

Synbio

Synbio jibqa’ fl-intestin u jgħin ir-regolarità, b’hekk jikkontribwixxi għaż-żamma u t-titjib tal-benesseri intestinali tal-bniedem.

Q-2009-00889

L-Artikolu 13(5) tal-istqarrija dwar s-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata reċentement u/jew li tinkludi talba għall-ħarsien ta’ dejta riżervata

Silymarin BIO-C®

Indikat għaż-żieda tal-produzzjoni fiżjoloġika tal-ħalib tal-omm waqt it-treddigħ

Q-2009-00957


12.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 667/2011

tal-11 ta’ Lulju 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Lulju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

EC

20,9

MK

47,5

ZZ

34,2

0707 00 05

TR

100,3

ZZ

100,3

0709 90 70

AR

27,2

EC

26,5

TR

110,5

ZZ

54,7

0805 50 10

AR

61,3

BR

42,9

TR

64,0

UY

70,0

ZA

65,2

ZZ

60,7

0808 10 80

AR

133,8

BR

94,4

CA

106,0

CL

99,0

CN

87,0

EC

60,7

NZ

111,8

US

173,6

UY

50,2

ZA

96,4

ZZ

101,3

0808 20 50

AR

99,9

AU

75,6

CL

112,0

CN

81,6

NZ

131,8

ZA

114,1

ZZ

102,5

0809 10 00

TR

246,4

XS

101,8

ZZ

174,1

0809 20 95

CL

298,8

SY

253,3

TR

280,6

ZZ

277,6

0809 40 05

BA

70,7

EC

75,9

ZZ

73,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

12.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Ġunju 2011

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness VI (Sigurtà Soċjali) u l-Protokoll 37 mal-Ftehim taż-ŻEE

(2011/407/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 48, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Anness VI għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”) fih dispożizzjonijiet speċifiċi u arranġamenti dwar is-sigurtà soċjali u l-Protokoll 37 fih lista ta’ Kumitati li fihom jipparteċipaw l-Istati taż-ŻEE.

(2)

Huwa xieraq li jkun inkluż ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (2), ir-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu (3) u r-Regolament (KE) Nru 987/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (4) fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. Barra minn hekk, il-Protokoll 37 għandu jkun emendat biex fil-lista tiegħu ta’ kumitati jinkludi l-Kumissjoni Amministrattiva għall-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 883/2004.

(3)

Għalhekk, meħtieġ li jkunu emendati l-Anness VI u l-Protokoll 37 għall-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu uniku

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda mistennija għall-Anness VI (Sigurtà Soċjali) u l-Protokoll 37 mal-Ftehim taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussell, is-6 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

RÉTHELYI M.


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 43.

(4)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/2011 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

ta’ …

li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) u l-Protokoll 37 għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT taż-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 98 u 101 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VI tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim”) kien emendat b’Deċiżjoni Nru …/… tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE…. (1).

(2)

Il-Protokoll 37 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni Nru …/… tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE …. (2).

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (3), għandu jiddaħħal fil-Ftehim.

(4)

Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu (4) għandu jiddaħħal fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (5) għandu jiddaħħal fil-Ftehim.

(6)

Id-Deċiżjoni Nru A1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ proċedura ta’ djalogu u konċiljazzjoni dwar il-validità ta’ dokumenti, id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli u l-provvista ta’ benefiċċji skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(7)

Id-Deċiżjoni Nru A2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għal ħaddiema stazzjonati u ħaddiema li jaħdmu għal rashom li qed jaħdmu temporanjament barra l-Istat kompetenti (7) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(8)

Id-Deċiżjoni Nru E1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-arranġamenti prattiċi għall-perjodu tranżitorju tal-iskambju ta’ dejta permezz ta’ mezzi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(9)

Id-Deċiżjoni Nru F1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli ta’ prijorità f’każ ta’ koinċidenza tal-benefiċċji tal-familja (9) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(10)

Id-Deċiżjoni Nru H1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas għat-tranżizzjoni mir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 għar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-applikazzjoni ta’ Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (10) għandhom jiddaħħlu fil-Ftehim.

(11)

Id-Deċiżjoni Nru H2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-metodi ta’ ħidma u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Teknika għall-ipproċessar tad-dejta tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (11) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(12)

Id-Deċiżjoni Nru P1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 50(4), 58 u 87(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-għoti tal-benefiċċji tal-invalidità, tal-età u tas-superstiti (12) għandha tiddaħħal fil-Ftehim

(13)

Id-Deċiżjoni Nru S1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (13) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(14)

Id-Deċiżjoni Nru S2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (14) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(15)

Id-Deċiżjoni Nru S3 tat-12 ta’ Ġunju 2009 li tiddefinixxi l-benefiċċji koperti mill-Artikoli 19(1) u 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 25(A)(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(16)

Id-Deċiżjoni Nru U1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 rigward l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żidiet fil-benefiċċji tal-qgħad għal membri dipendenti tal-familja (16) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(17)

Id-Deċiżjoni Nru U2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-ambitu tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt għall-benefiċċji tal-qgħad ta’ persuni qiegħda għal kollox għajr ħaddiema transkonfinali li kienu residenti fit-territorju ta’ Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru kompetenti matul l-aħħar perjodu ta’ impjieg tagħhom jew ta’ xogħol għal rashom (17) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(18)

Id-Deċiżjoni Nru U3 tat-12 ta’ Ġunju 2009 rigward l-ambitu tal-kunċett ta’ qgħad parzjali u li japplika għal persuni qiegħda msemmija fl-Artikolu 65(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(19)

Ir-Rakkomandazzjoni Nru P1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 li tikkonċerna s-sentenza Gottardo, li skontha l-vantaġġi li jgawdu ċ-ċittadini nnifishom ta’ Stat partikolari skont konvenzjoni bilaterali dwar is-sigurtà soċjali ma’ pajjiż mhux membru jridu jingħataw ukoll lill-ħaddiema li huma ċittadini ta’ Stati Membri oħra (19) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(20)

Ir-Rakkomandazzjoni Nru U1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuni qiegħda involuti f’attività professjonali jew kummerċjali part-time fi Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat ta’ residenza (20) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(21)

Ir-Rakkomandazzjoni Nru U2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 64(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal persuni qiegħda li jakkumpanjaw is-sieħeb/sieħba tagħhom li qed jieħdu sehem f’attività professjonali jew kummerċjali fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat kompetenti (21) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(22)

Biex il-ftehim jiffunzjona sew, il-Protokoll 37 għalih għandu jkun emendat biex jinkludi l-Kummissjoni Amministrattiva għall-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali mwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Anness VI għandu jkun emendat sabiex jispeċifika l-proċeduri għall-assoċjazzjoni ma’ dik il-Kummissjoni u l-korpi marbuta magħha.

(23)

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 (22), li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim.

(24)

Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 iħassar, b’effett mil-1 ta’ Mejju 2010, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 (23), li huwa inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont dan il-Ftehim.

(25)

L-atti kollha taħt l-intestaturi “Atti li l-Partijiet Kontraenti għandhom jagħtu kas tajjeb tagħhom” u “Atti li tagħhom il-partijiet kontraenti għandhom jieħdu nota” ma għadhomx jintużaw u konsegwentament għandhom jitħassru skont il-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness VI mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-test tal-punt 5 “Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali tal-Ħaddiema Migranti” tal-Protokoll 37 li fih il-lista pprovdut għaliha fl-Artikolu 101 mal-Ftehim għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

“Kummissjoni Amministrattiva għall-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.”.

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, (KE) Nru 987/2009 u (KE) Nru 988/2009 tad-Deċiżjonijiet Nri A1, A2, E1, F1, H1, H2, P1, S1, S2, S3, U1, U2 u U3, u tar-Rakkomandazzjonijiet Nru P1, U1 u U2 fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, … .

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L …

(2)  ĠU L …

(3)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 43.

(5)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1

(6)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 1.

(7)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 5.

(8)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 9.

(9)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 11.

(10)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 13.

(11)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 17.

(12)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 21.

(13)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 23.

(14)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 26.

(15)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 40.

(16)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 42.

(17)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 43.

(18)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 45.

(19)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 47.

(20)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 49.

(21)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 51.

(22)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2.

(23)  ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1.

(*)  [Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali][Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]

ANNESS

MAD-DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …

It-test tal-Aness VI tal-Ftehim għandu jinbidel b’dan li ġej:

“INTRODUZZJONI

Meta l-atti msemmijin f’dan l-Anness ikun fihom referenzi għall-proċeduri li huma speċifiċi għall-ordni legali tal-Komunità, bħal

preamboli;

id-destinatarji tal-atti Komunitarji;

referenzi għat-territorji jew lingwi tal-KE;

referenzi għad-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri tal-KE, l-entitajiet pubbliċi tagħhom, impriżi jew individwi relatati ma’ xulxin; kif ukoll

referenzi għal proċeduri ta’ notifika u ta’ informazzjoni;

Il-Protokoll 1 dwar l-adattamenti orizzontali għandu jgħodd, sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f’dan l-Anness.

ADATTAMENTI SETTORJALI

I.

Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness u minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokol 1, il-kliem “Stat(i) Membru(i)” fl-atti msemmija għandhom jinftiehmu li jinkludu, flimkien mat-tifsira tagħhom fl-atti tal-KE relevanti, lill-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.

II.

Fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-atti msemmija f’dan l-Anness, għall-għanijiet tal-Ftehim preżenti, id-drittijiet u l-obbligi mogħtija lill-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-sigurtà soċjali li tifforma parti mill-Kummissjoni tal-KE u d-drittijiet u d-dmirijiet mogħtija lill-Bord tal-Awditjar u l-Kummissjoni Teknika, li t-tnejn li huma jifformaw parti mill-Kummissjoni Amministrattiva msemmija, għall-ipproċessar tad-dejta, għandhom jittieħdu, skont id-disposizzjoniet tal-Parti VII tal-Ftehim, mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

I.   KORDINAZZJONI ĠENERALI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI

ATTI MSEMMIJA

1.

32004 R 0883: Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1), kif emendat bi:

32009 R 0988: Ir-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 284, 30.10.2009, p. 43).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw kif ġej:

(a)

Is-subparagrafu li ġej għandu jiġi miżjud mal-Artikolu 87(10):

‘Fir-rigward tal-Liechtenstein, id-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenzi tal-Artikolu 65(2) u (3) għandhom japplikaw mill-inqas mill-1 ta’ Mejju 2012.’;

(b)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-Anness I(I):

‘L-ISLANDA

Għoti bil-quddiem ta’ pagamenti ta’ manteniment skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali Nru 100/2007.

IL-LIECHTENSTEIN

Għoti bil-quddiem ta’ pagamenti ta’ manteniment skont il-Liġi dwar l-għoti bil-quddiem ta’ pagamenti ta’ manteniment tal-21 ta’ Ġunju 1989 kif emendata.

IN-NORVEĠJA.

Għoti bil-quddiem ta’ manteniment tat-tfal skont l-Att dwar l-għoti bil-quddiem ta’ manteniment tat-tfal tas-17 ta’ Frar 1989 Nru 2.’;

(c)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-Anness I(II):

‘L-ISLANDA

Għotjiet ta’ somma f’darba maħsuba biex ipattu għall-kosti ta’ adozzjoni internazzjonali skont l-Att dwar l-Għotjiet għall-Adozzjoni Nru 152/2006.

IN-NORVEĠJA

Għotjiet ta’ somma f’darba mogħtija mat-twelid tat-tarbija skont l-Att Nazzjonali dwar l-Assigurazzjoni.

Għotjiet ta’ somma f’darba mogħtija mal-adozzjoni skont l-Att Nazzjonali dwar l-Assigurazzjoni.’;

(d)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness II:

‘L-ISLANDA – ID-DANIMARKA

L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003 (li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar żejda f’każ ta’ mard waqt żjara f’pajjiż Nordiku ieħor li jżidu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż ta’ residenza).

L-ISLANDA – Il-FINLANDJA

L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003 (li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar żejda f’każ ta’ mard waqt żjara f’pajjiż Nordiku ieħor li jżidu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż ta’ residenza).

L-ISLANDA – L-ISVEZJA

L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003 (li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar żejda f’każ ta’ mard waqt żjara f’pajjiż Nordiku ieħor li jżidu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż ta’ residenza).

L-ISLANDA – IN-NORVEĠJA

L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003 (li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar żejda f’każ ta’ mard waqt żjara f’pajjiż Nordiku ieħor li jżidu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż ta’ residenza).

IN-NORVEĠJA – ID-DANIMARKA

L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003 (li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar żejda f’każ ta’ mard waqt żjara f’pajjiż Nordiku ieħor li jżidu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż ta’ residenza).

IN-NORVEĠJA – IL-FINLANDJA

L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003 (li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar żejda f’każ ta’ mard waqt żjara f’pajjiż Nordiku ieħor li jżidu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż ta’ residenza).

IN-NORVEĠJA – L-ISVEZJA

L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003 (li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar żejda f’każ ta’ mard waqt żjara f’pajjiż Nordiku ieħor li jżidu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż ta’ residenza).’;

(e)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness III:

‘L-ISLANDA

IN-NORVEĠJA’;

(f)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness IV:

‘L-ISLANDA

IL-LIECHTENSTEIN’;

(g)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness VIII, Parti 1:

‘L-ISLANDA

L-applikazzjonijiet kollha mill-iskema bażika tal-anzjanità u l-iskema tal-impjegati tal-Istat b’benefiċċju definit.

IL-LIECHTENSTEIN

L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet għall-anzjanità, assigurazzjoni għas-superstiti u tal-invalidità mill-iskema tal-pensjoni statutorja kif ukoll għall-pensjonijiet għall-anzjanità, għas-superstiti u tal-invalidità mill-iskema okkupazzjonali sa fejn ir-regolamenti tal-fondi tal-pensjoni rispettivi ma jkunx fihom diżpożizzjonijiet li jikkonċernaw tnaqqis.

IN-NORVEĠJA.

L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjoni tal-anzjanità, ħlief pensjonijiet imsemmija fl-Anness IX.’;

(h)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness VIII, Parti 2:

‘L-ISLANDA

Skema ta’ pensjoni tax-xogħol għall-anzjanità.

IL-LIECHTENSTEIN

Pensjonijiet għall-anzjanità, għas-superstiti u għall-invalidità mill-iskema okkupazzjonali.’;

(i)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness IX(I):

‘L-ISLANDA

Pensjoni għat-tfal skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali Nru 100/2007 u pensjoni għat-tfal skont l-Att dwar Assigurazzjoni Għall-Pensjoni Mandatorja u dwar l-Attivitajiet tal-Fondi għall-Pensjoni Nru 129/1997.’;

(j)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-Anness IX(II):

‘L-ISLANDA

Pensjoni tal-invalidità bħla pensjoni bażika, suppliment tal-pensjoni u suppliment tal-pensjoni relatata mal-età skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali Nru 100/2007.

Pensjoni għall-invalidità skont l-Att dwar Assigurazzjoni Għall-Pensjoni Mandatorja u dwar l-Attivitajiet tal-Fondi għall-Pensjoni Nru 129/1997

IN-NORVEĠJA.

Il-pensjoni Norveġiża għad-diżabilità, anke meta din tkun mibdula f’pensjoni għall-anzjanità hekk kif tintlaħaq l-età tal-pensjoni, u l-pensjonijiet kollha (pensjonijiet għas-superstiti u għall-anzjanità) bbażati fuq il-qligħ mill-pensjoni ta’ persuna mejta.’;

(k)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness X:

‘IL-LIECHTENSTEIN

(a)

Għajnuna għal persuni neqsin mid-dawl (Liġi dwar l-għoti ta’ għajnuna għal persuni neqsin mid-dawl tas-17 ta’ Diċembru 1970 kif emendata);

(b)

Għajnuna tal-maternità (Liġi dwar l-għoti ta’ għajnuna tal-maternità tal-25 ta’ Novembru 1981 kif emendata);

(c)

Benefiċċji supplimentari għall-assigurazzjoni għall-anzjanità, għas-superstiti u għall-invalidità (Liġi dwar benefiċċji supplimentari għall-assigurazzjoni għall-anzjanità, għas-superstiti u għall-invalidità tal-10 ta’ Diċembru 1965 kif emendata).

IN-NORVEĠJA

(a)

Pensjoni supplimentari minima garantita lil persuni li jitwieldu diżabbli jew isiru diżabbli f’età żgħira skont l-Att tal-Assigurazzjoni Nazzjonali;

(b)

Benefiċċji speċjali skont l-Att tad-29 ta’ April 2005 Nru 21 dwar l-għajnuna supplimentari lil persuni għal perjodi qosra ta’ residenza fin-Norvegja.’;

(l)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness XI:

‘L-ISLANDA

1.

(a)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6, persuni li ma kinux impjegati bi qligħ f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri jew l-Istati tal-EFTA huma intitolati għal pensjoni soċjali Islandiża fil-każ biss li kienu, jew kienu qabel, residenti permanenti fl-Islanda minn tal-anqas għal tliet snin, suġġetti għal-limiti tal-età preskritti mil-leġiżlazzjoni Islandiża.

(b)

Id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq ma japplikawx għad-dritt għal pensjoni soċjali Islandiża għall-membri tal-familja ta’ persuni li huma jew kienu impjegati bi qligħ fl-Islanda, jew għall-istudenti jew il-membri tal-familji tagħhom.

2.

Fejn wieħed jintemmlu l-impjieg jew l-impjieg għal rasu fl-Islanda u l-kontinġenza tinqala’ matul impjieg jew impjieg għal rasu fi Stat ieħor li għalih japplika dan ir-Regolament u fejn il-pensjoni ta’ diżabilità tas-sigurtà soċjali u l-iskemi ta’ pensjoni supplimentari (fondi ta’ pensjoni) fl-Islanda ma jibqgħux jinkludu l-perjodu ta’ bejn il-kontinġenza u l-età pensjonabbli (perjodi futuri), perjodi ta’ assigurazzjoni skont il-leġislazzjoni ta’ Stat ieħor li għaliha japplika dan ir-Regolament għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni għall-ħtieġa tal-perjodi futuri bħallikieku dawn kienu perjodi ta’ assigurazzjoni fl-Islanda.

IL-LIECHTENSTEIN

1.

Assigurazzjoni obbligatorja skont l-iskema ta’ assigurazzjoni tal-Liechtenstein kontra l-mard għal benefiċċji in natura (“Krankenpflegeversicherung”) u eżenzjonijiet possibbli:

(a)

Id-dispożizzjonijiet legali tal-Liechtenstein li jirregolaw assigurazzjoni obbligatorja kontra l-mard għandhom japplikaw għall-persuni li ġejjin li mhumiex residenti fil- Liechtenstein:

(i)

persuni soġġetti għad-dispożizzjonijiet legali tal-Liechtenstein skont it-Titolu II tar-Regolament;

(ii)

persuni li għalihom il-Liechtenstein għandu jħallas l-ispejjeż tal-benefiċċji skont l-Artikoli 24, 25 u 26 tar-Regolament;

(iii)

persuni li jirċievu l-benefiċċji tal-Liechtenstein għall-qgħad;

(iv)

membri tal-familja ta’ persuni msemmija f’(i) u (iii) jew ta’ persuna impjegata jew li taħdem għal rasha li tirrisjedi fil-Liechtenstein li hija assigurata skont l-iskema ta’ assigurazzjoni tal-Liechtenstein kontra l-mard;

(v)

membri tal-familja ta’ persuni msemmija f’(ii) jew ta’ pensjonant residenti fil-Liechtenstein li hu assigurat skont l-iskema ta’ assigurazzjoni tal-Liechtenstein kontra l-mard.

Minħabba li membri tal-familja huma meqjusin bħala dawk il-persuni li huma definiti bħala membri tal-familja skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza.

(b)

Persuni li saret referenza għalihom f’(a) jistgħu, fuq talba, jiġu eżentati minn assigurazzjoni obbligatorja għal benefiċċji in natura jekk u sakemm huma residenti fl-Awstrija u jistgħu jagħtu prova li huma eliġibbli għal kopertura minn assigurazzjoni kontra l-mard statutarja jew ekwivalenti fil-każ ta’ mard. L-eżenzjoni ma tistax tkun revokata ħlief fil-każ ta’ bidla tal-impjegatur.

Din it-talba

(i)

trid tiġi ppreżentata fi żmien tliet xhur mid-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu li tittieħed assigurazzjoni fil-Liechtenstein; fejn, f’każijiet ġustifikati, it-talba tiġi ppreżentata wara din id-data ta’ għeluq, l-eżenzjoni għandha tidħol fis-seħħ sa mill-bidu tal-obbligu tal-assigurazzjoni. Persuni li diġà qed ikunu assigurati fl-Awstrija meta jidħol fis-seħħ ir-Regolament fiż-ŻEE huma kkunsidrati eżenti mill-assigurazzjoni obbligatorja tal-Lichtenstein għal benefiċċji in natura;

(ii)

għandha tapplika għall-membri kollha tal-familja li jkollhom ir-residenza tagħhom fl-istess Stat.

2.

Persuni li qegħdin jaħdmu fil-Liechtenstein, iżda li ma għandhomx ir-residenza tagħhom hemmhekk u li għandhom kopertura tal-assigurazzjoni statutarja fl-Istat ta’ residenza tagħhom skont il-punt 1(b), kif ukoll il-membri tal-familja tagħhom, għandhom jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament matul is-soġġorn fil-Liechtenstein.

3.

Għall-għanijiet li jiġu applikati l-Artikoli 18, 19, 20 u 27 tar-Regolament fil-Liechtenstein, l-assiguratur kompetenti għandu jħallas l-ispejjeż kollha ffatturati.

4.

Meta persuna soġġetta għad-dispożizzjonijiet legali tal-Liechtenstein skont it-Titolu II tar-Regolament tkun, fl-applikazzjoni ta’ 1(b), soġġetta, għall-għanijiet ta’ assigurazzjoni kontra l-mard, għad-dispożizzjonijiet legali ta’ Stat ieħor kopert b’dan il-Ftehim, l-ispejjeż ta’ dawn il-benefiċċji in natura għal inċidenti mhux fuq il-post tax-xogħol għandhom jinqasmu b’mod ugwali bejn l-assiguratur tal-Liechtenstein kontra inċidenti fuq il-post tax-xogħol u inċidenti mhux fuq il-post tax-xogħol u mard industrijali u l-istituzzjoni tal-assigurazzjoni kontra l-mard kompetenti jekk jeżisti intitolament għall-benefiċċji in natura miż-żewġ korpi. L-assiguratur tal-Liechtenstein kontra inċidenti fuq il-post tax-xogħol u inċidenti mhux fuq il-post tax-xogħol u mard industrijali għandu jissodisfa l-ispejjeż kollha fil-każ ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol, inċidenti lejn il-post tax-xogħol jew mard industrijali, saħansitra meta jkun hemm intitolament għall-benefiċċji minn korp tal-assigurazzjoni kontra l-mard fil-pajjiż ta’ residenza.

IN-NORVEĠJA

1.

Id-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-leġislazzjoni Norveġiża dwar tnaqqis tal-perjodu tal-assigurazzjoni li huma meħtieġa għall-pensjoni sħiħa supplimentari għall-persuni li twieldu qabel l-1937 għandhom ikunu applikabbli għal persuni li huma koperti bir-Regolament sakemm dawn kienu residenti fin-Norveġja, jew involuti f’attività li trendi bħala impjegati jew li jaħdmu għal rashom fin-Norveġja, għal dak l-ammont ta’ snin kif meħtieġ wara li jkun għalqu s-sittax-il sena u qabel l-1 ta’ Jannar 1967. Dan ir-rekwizit huwa ta’ sena għal kull sena li persuna tkun twieldet qabel l-1937.

2.

Persuna assigurata bl-Att Nazzjonali dwar l-Assigurazzjoni li tipprovdi għajnuna għal min hu avvanzat fl-età u għandu bżonn l-għajnuna u hu assigurat, għal min għandu xi diżabilità jew persuni li huma morda għandhom, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti, jingħatawlhom punti għall-pensjoni għal dawn il-perjodi. Similarment, u mingħajr ħsara għall-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, persuna li tieħu ħsieb ta’ tfal żgħar għandhom jingħatawlha punti għall-pensjoni meta toqgħod fi Stat ieħor li japplika għalih dan ir-Regolament, sakemm il-persuna kkonċernata qiegħdha fuq il-liv tal-ġenituri skont il-liġi tax-xogħol Norveġiża.

3.

(a)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6, persuni li ma kinux impjegati bi qligħ f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri tal-KE jew tal-EFTA huma intitolati għal pensjoni soċjali Norveġiża fil-każ biss li kienu, jew kienu qabel, residenti permanenti fin-Norveġja minn tal-anqas għal tliet snin, suġġetti għal-limiti tal-età preskritti mil-leġiżlazzjoni Norveġiża.

(b)

Id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq ma japplikawx għad-dritt għal pensjoni soċjali Norveġiża għall-membri tal-familja ta’ persuni li huma jew kienu impjegati bi qligħ fin-Norveġja, jew għall-istudenti jew il-membri tal-familji tagħhom.’.

MODALITAJIET GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI TAL-ISTATI TAL-EFTA FIL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI U L-KUMMISSJONI TEKNIKA GĦALL-IPPROĊESSAR TAD-DEJTA U FIL-BORD TAL-AWDITJAR, IT-TNEJN LI HUMA KONNESSI MAL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA, SKONT L-ARTIKOLU 101 TAL-FTEHIM:

L-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja jistgħu jibagħtu rappreżentant kull wieħed, preżenti f’kapaċità konsultattiva (osservatur), għall-laqgħat tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, li tifforma parti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, u għal-laqgħat tal-Kummissjoni Teknika għall-ipproċessar tad-dejta u tal-Bord tal-Awditjar, it-tnejn marbuta mal-Kummissjoni Amministrattiva.

2.

32009 R 0987: Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jiġu adattati kif ġej:

(a)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-Anness 1:

‘L-ISLANDA – ID-DANIMARKA

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003: Il-Ftehim dwar ir-rinunzja reċiproka għar-rifużjonijiet skont l-Artikoli 36, 63 u 70 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (spejjeż tal-benefiċċji in natura fir-rigward ta’ mard u maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol, u benefiċċji tal-qgħad) u l-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (spejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi).

L-ISLANDA - IL-LUSSEMBURGU

Arranġament tat-30 ta’ Novembru 2001 dwar ir-rimbors ta’ spejjeż fil-qasam tas-sigurtà soċjali.

L-ISLANDA – Il-FINLANDJA

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003: Il-Ftehim dwar ir-rinunzja reċiproka għar-rifużjonijiet skont l-Artikoli 36, 63 u 70 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (spejjeż tal-benefiċċji in natura fir-rigward ta’ mard u maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol, u benefiċċji tal-qgħad) u l-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (spejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi).

L-ISLANDA – L-ISVEZJA

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003: Il-Ftehim dwar ir-rinunzja reċiproka għar-rifużjonijiet skont l-Artikoli 36, 63 u 70 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (spejjeż tal-benefiċċji in natura fir-rigward ta’ mard u maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol, u benefiċċji tal-qgħad) u l-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (spejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi).

L-ISLANDA – IN-NORVEĠJA

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003: Il-Ftehim dwar ir-rinunzja reċiproka għar-rifużjonijiet skont l-Artikoli 36, 63 u 70 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (spejjeż tal-benefiċċji in natura fir-rigward ta’ mard u maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol, u benefiċċji tal-qgħad) u l-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (spejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi).

IN-NORVEĠJA – ID-DANIMARKA

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003: Il-Ftehim dwar ir-rinunzja reċiproka għar-rifużjonijiet skont l-Artikoli 36, 63 u 70 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (spejjeż tal-benefiċċji in natura fir-rigward ta’ mard u maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol, u benefiċċji tal-qgħad) u l-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (spejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi).

IN-NORVEĠJA – IL-LUSSEMBURGU

L-Artikoli 2 sa 4 tal-Ftehim tad-19 ta’ Marzu 1998 dwar ir-rifużjoni tal-ispejjeż fil-qasam tas-sigurtà soċjali.

IN-NORVEĠJA – IL-PAJJIŻI L-BAXXI

Ftehim tat-23 ta’ Jannar 2007 dwar ir-rifużjoni tal-ispejjeż għal benefiċċji in natura previsti fir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72.

IN-NORVEĠJA – IL-PORTUGALL

L-arranġament tal-24 ta’ Novembru 2000 skont l-Artikoli 36(3) u 63(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 dwar ir-rinunzja reċiproka tar-rifużjoni ta’ spejjeż ta’ benefiċċji in natura għal mard, maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard marbut max-xogħol u tal-ispejjeż inkorsi għal kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi previsti skont dawn ir-Regolamenti.

IN-NORVEĠJA – IL-FINLANDJA

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003: Il-Ftehim dwar ir-rinunzja reċiproka għar-rifużjonijiet skont l-Artikoli 36, 63 u 70 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (spejjeż tal-benefiċċji in natura fir-rigward ta’ mard u maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol, u benefiċċji tal-qgħad) u l-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (spejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi).

IN-NORVEĠJA – L-ISVEZJA

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tat-18 ta’ Awwissu 2003: Il-Ftehim dwar ir-rinunzja reċiproka għar-rifużjonijiet skont l-Artikoli 36, 63 u 70 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (spejjeż tal-benefiċċji in natura fir-rigward ta’ mard u maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol, u benefiċċji tal-qgħad) u l-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (spejjeż tal-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi).

IN-NORVEĠJA – IR-RENJU UNIT

L-Iskambju ta’ Ittri tal-20 ta’ Marzu 1997 u tat-3 ta’ April 1997 dwar l-Artikoli 36(3) u 63 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (rimbors u r-rinunzja ta’ rimbors tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura), u l-Artikolu 105 tar-Regolament (KE) Nru 574/72 (rinunzja tal-ispejjeż ta’ kontrolli amministrattivi u eżaminazzjonijiet mediċi).’;

(b)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-Anness 3:

‘IN-NORVEĠJA’;

(c)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-Anness 5:

‘IL-LIECHTENSTEIN

IN-NORVEĠJA’.

ATTI LI L-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM IQISU BIR-REQQA

3.1

32010 D 0424(01): Id-Deċiżjoni Nru A1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ proċedura ta’ djalogu u konċiljazzjoni dwar il-validità ta’ dokumenti, id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli u l-provvista ta’ benefiċċji skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 1).

3.2

32010 D 0424(02): Id-Deċiżjoni Nru A2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għal ħaddiema stazzjonati u ħaddiema li jaħdmu għal rashom li jaħdmu temporanjament barra l-Istat kompetenti (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 5).

4.1

32010 D 0424(03): Id-Deċiżjoni Nru E1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-arranġamenti prattiċi għall-perjodu tranżitorju tal-iskambju ta’ dejta permezz ta’ mezzi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 9).

5.1

32010 D 0424(04): Id-Deċiżjoni Nru F1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli ta’ prijorità f’każ ta’ koinċidenza mal-benefiċċji tal-familja (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 11).

6.1

32010 D 0424(05): Id-Deċiżjoni Nru H1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas għat-tranżizzjoni mir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 għar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-applikazzjoni ta’ Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 13).

6.2

32010 D 0424(06): Id-Deċiżjoni Nru H2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-metodi ta’ ħidma u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Teknika għall-Ipproċessar tad-dejta tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 17).

7.1

32010 D 0424(07): Id-Deċiżjoni Nru P1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 50(4), 58 u 87(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-għoti tal-benefiċċji tal-Invalidità, tal-Età u tas-Superstiti (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 21).

8.1

32010 D 0424(08): Id-Deċiżjoni Nru S1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 23).

8.2

32010 D 0424(09): Id-Deċiżjoni Nru S2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 26).

Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru S2 għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Minkejja il-punt 3.3.2 tal-Anness għad-Deċiżjoni, l-Istati tal-EFTA għandhom xorta waħda l-possibbiltà li jdaħħlu l-istilel Ewropej fuq il-Karti tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea maħruġa minnhom.

8.3

32010 D 0424(10): Id-Deċiżjoni Nru S3 tat-12 ta’ Ġunju 2009 li tiddefinixxi l-benefiċċji koperti mill-Artikoli 19(1) u 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 25(A)(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 40).

9.1

32010 D 0424(11): Id-Deċiżjoni Nru U1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 rigward l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żidiet fil-benefiċċji tal-qgħad għal membri dipendenti tal-familja (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 42).

9.2

32010 D 0424(12): Id-Deċiżjoni Nru U2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-ambitu tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt għall-benefiċċji tal-qgħad ta’ persuni qiegħda għal kollox minbarra ħaddiema transkonfinali li kienu residenti fit-territorju ta’ Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru kompetenti matul l-aħħar perjodu tal-impjieg tagħhom jew tax-xogħol għal rashom (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 43).

9.3

32010 D 0424(13): Id-Deċiżjoni Nru U3 tat-12 ta’ Ġunju 2009 rigward l-ambitu tal-kunċett tal-‘qgħad parzjali’ li japplika għal persuni qiegħda msemmija fl-Artikolu 65(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 45).

ATTI LI L-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA TAGĦHOM

10.1

32010 H 0424(01): Ir-Rakkomandazzjoni Nru P1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 li tikkonċerna s-sentenza Gottardo, li skontha l-vantaġġi li jgawdu ċ-ċittadini nnifishom ta’ Stat partikolari skont konvenzjoni bilaterali dwar is-sigurtà soċjali ma’ pajjiż mhux membru jridu jingħataw ukoll lill-ħaddiema li huma ċittadini ta’ Stati Membri oħra (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 47).

11.1

32010 H 0424(02): Ir-Rakkomandazzjoni Nru U1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuni qiegħda involuti f’attività professjonali jew kummerċjali part-time fi Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat ta’ residenza (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 49).

11.2

32010 H 0424(03): Ir-Rakkomandazzjoni Nru U2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 64(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal persuni qiegħda li jakkumpanjaw is-sieħeb/sieħba tagħhom li qed jieħdu sehem f’attività professjonali jew kummerċjali fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat kompetenti (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 51).

II.   IS-SALVAGWARDJA TAD-DRITTIJIET TAL-PENSJONI SUPPLIMENTARI

ATTI MSEMMIJA

12.

398 L 0049: Id-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE tad-29 ta’ Ġunju 1998 dwar is-salvagwardjar tad-drittijiet ta’ pensjoni supplimentari ta’ persuni impjegati u li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU L 209, tal-25.7.1998, p. 46).”


12.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Ġunju 2011

li tistabbilixxi regoli u proċeduri ssimplifikati dwar kontrolli sanitarji ta’ prodotti tas-sajd, ta’ molluski bivalvi ħajjin, ta’ ekinodermi, ta’ tunikati, ta’ gasteropodi tal-baħar, ta’ prodotti sekondarji tagħhom u ta’ prodotti dderivati minn dawn il-prodotti sekondarji, li jiġu mill-Groenlandja

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/408/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 203 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)

Il-Groenlandja hija inkluża fil-lista ta’ pajjiżi u territorji extra-Ewropej stipulati fl-Anness II mat-Trattati. F’konformità mal-Artikolu 198 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “it-Trattat”), l-għan tal-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej mal-Unjoni huwa li jippromwovi l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej u jiġu stabbiliti relazzjonijiet ekonomiċi mill-qrib bejnhom u l-Unjoni fl-intier tagħha.

(2)

Id-Danimarka u l-Groenlandja talbu li l-ispezzjonijiet veterinarji bejn l-Unjoni u l-Groenlandja tal-prodotti tas-sajd, tal-molluski bivalvi, tal-ekinodermi, tat-tunikati, tal-gasteropodi tal-baħar, tal-prodotti sekondarji tagħhom u tal-prodotti dderivati minn dawn il-prodotti sekondarji li huma kkunsidrati bħala li joriġinaw fil-Groenlandja skont l-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea”) (1), u tal-istess prodotti li jiddaħħlu fil-Groenlandja minn pajjiżi terżi, ikunu permessi f’konformità mar-regoli dwar il-kontrolli sanitarji u veterinarji applikabbli għall-kummerċ fl-Unjoni.

(3)

Il-kummerċ ta’ dawk il-prodotti bejn il-Groenlandja u l-Unjoni għandu, għalhekk, isir f’konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali u s-sikurezza tal-ikel. Għaldaqstant, id-Danimarka u l-Groenlandja għandhom jaġixxu sabiex jiżguraw li l-konsenji tal-prodotti mibgħutin mill-Groenlandja lejn l-Unjoni jkunu f’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni rigward is-saħħa tal-annimali u s-sikurezza tal-ikel. B’mod partikolari, l-operaturi tan-negozji tal-għalf u tal-ikel li huma eliġibbli jridu jiġu reġistrati u elenkati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (2).

(4)

Il-kontrolli veterinarji fil-postijiet tal-ispezzjoni fil-fruntieri fil-Groenlandja għandhom isiru f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3). Il-kontrolli veterinarji fil-postijiet tal-ispezzjoni fil-fruntieri għandhom isiru f’kooperazzjoni mill-qrib mal-uffiċjali tad-dwana. Sabiex dawk il-kompiti jkunu ssimplifikati, huwa kunsiljabbli li l-awtoritajiet kompetenti jkunu pprovduti bir-referenzi għan-Nomenklatura Magħquda (NM) speċifikati fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta’ April 2007 dwar il-listi ta’ annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta’ ispezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE (4).

(5)

L-awtorità kompetenti tal-Groenlandja għandha tipprovdi l-assigurazzjonijiet uffiċjali lill-Kummissjoni dwar l-infurzar tar-regoli tal-Unjoni u tar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għall-prodotti kkonċernati. Dawn l-assigurazzjonijiet għandhom ikopru, b’mod partikolari, konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (5), ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (6) u d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (7). Dawk l-assigurazzjonijiet għandhom jinkludu wkoll impenn sabiex tkun żgurata l-konformità mar-regoli dwar il-kummerċ fl-Unjoni.

(6)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali (8) tirrikjedi li jkunu stabbiliti pjanijiet nazzjonali għas-sorveljanza tal-annimali tal-akkwakultura. Għalhekk, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għall-Groenlandja.

(7)

Sabiex tkun permessa l-importazzjoni tal-prodotti koperti b’din id-Deċiżjoni fl-Unjoni mill-Groenlandja f’konformità mar-regoli dwar il-kummerċ fl-Unjoni, stabbiliti fl-atti legali tal-Unjoni, kif ukoll biex tkun żgurata s-sigurtà sanitarja tal-prodotti kkonċernati, id-Danimarka u l-Groenlandja għandhom jimpenjaw irwieħhom li jittrasponu u jimplimentaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġijiet tal-Unjoni fil-Groenlandja, qabel id-data li minnha din id-Deċiżjoni għandha tapplika.

(8)

Id-Danimarka u l-Groenlandja għandhom jimpenjaw irwieħhom ukoll li jiżguraw li l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati fil-Groenlandja minn pajjiżi terzi jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali u s-sikurezza tal-ikel.

(9)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tikkonċerna l-ispezzjonijiet veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u ta’ prodotti bil-għan li jiġi kkompletat is-suq intern (9) tipprevedi l-introduzzjoni ta’ sistema kompjuterizzata li tgħaqqad l-awtoritajiet veterinarji bil-ħsieb partikolari li tiffaċilita l-ħeffa tal-iskambju tal-informazzjoni marbuta mas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali bejn l-awtoritajiet kompetenti (TRACES). Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema TRACES (10) tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jużaw it-TRACES mill-1 ta’ April 2004. It-TRACES hija essenzjali għall-monitoraġġ effettiv tal-kummerċ fl-annimali u fil-prodotti oriġinati mill-annimali, u għaldaqstant għandha tintuża għat-trażmissjoni tad-dejta dwar il-movimenti u l-kummerċ ta’ dawn il-prodotti bejn il-Groenlandja u l-Unjoni.

(10)

Meta jfaqqa’ l-mard tal-annimali elenkat fid-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar in-notifika ta’ mard tal-annimali fil-Komunità (11) għandu jiġi rrappurtat lill-Kummissjoni permezz tas-Sistema ta’ Notifika tal-Mard tal-Annimali (ADNS) f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/176/KE tal-1 ta’ Marzu 2005 li twaqqaf l-għamla kkodifikata u l-kodiċi għan-notifika tal-mard tal-annimali skont id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE (12). Għall-prodotti kkonċernati, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għall-Groenlandja ukoll.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (13) stabbilixxa sistema ta’ allarm malajr għan-notifika ta’ xi riskju dirett jew indirett għas-saħħa tal-bniedem li jirriżulta minn ikel jew għalf. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għall-Groenlandja wkoll fir-rigward tal-prodotti kkonċernati.

(12)

Qabel ma l-Groenlandja tista’ tagħmel kontrolli veterinarji fuq il-prodotti li jiddaħħlu fil-Groenlandja minn pajjiżi terzi, għandha ssir ispezzjoni mill-Unjoni fil-Groenlandja sabiex ikun ivverifikat li l-post jew aktar ta’ ispezzjoni fil-fruntieri tal-Groenlandja jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 97/78/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 tat-22 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi proċeduri għal kontrolli veterinarji f’postijiet ta’ ispezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi (14) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/812/KE tal-21 ta’ Novembru 2001 li tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ postijiet ta’ ispezzjoni tal-fruntiera responsabbli għal kontrolli veterinarji ta’ prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (15).

(13)

Fil-każ li r-riżultati ta’ tali ispezzjoni jkunu pożittivi, post jew aktar ta’ ispezzjoni fil-fruntieri tal-Groenlandja għandhom jiġu elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 li tfassal lista approvata ta’ postijiet ta’ ispezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet mwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (16). Biex ikun żgurat kontroll effettiv tal-prodotti tas-sajd li jiddaħħlu fil-Groenlandja u fl-Unjoni, huwa meħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-mument li fih jiġu elenkati post jew aktar ta’ ispezzjoni fil-fruntieri tal-Groenlandja fid-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(14)

Din id-Deċiżjoni ma taffettwax kwalunkwe arranġament possibbli relatat mal-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd li jkun ibbażat fuq il-Protokoll (Nru 34) dwar l-arranġamenti speċjali għall-Groenlandja anness mat-Trattati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli u proċeduri simplifikati għall-applikazzjoni ta’ kontrolli sanitarji ta’ prodotti tas-sajd, molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi, tunikati, gasteropodi tal-baħar u ta’ prodotti sekondarji tagħhom u prodotti dderivati minn dawn il-prodotti sekondarji (minn hawn ’il quddiem “il-prodotti”), li joriġinaw fil-Groenlandja jew jiddaħħlu fil-Groenlandja minn pajjiżi terzi u konsegwentement jiġu importati mill-Groenlandja fl-Unjoni (minn hawn ’il quddiem “il-prodotti li jiġu mill-Groenlandja”).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“molluski bivalvi” tfisser molluski kif definiti fil-punt 2.1 tat-Taqsima 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(b)

“prodotti tas-sajd” tfisser prodotti kif definiti fil-punt 3.1 tat-Taqsima 3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(ċ)

“prodotti sekondarji u prodotti dderivati minn dawn il-prodotti sekondarji” tfisser prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati fis-sens tal-punti 1 u 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, safejn ikunu dderivati minn prodotti tas-sajd, molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati jew gastropodi tal-baħar;

(d)

“prodotti li joriġinaw fil-Groenlandja” tfisser prodotti previsti fil-punti (a), (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu, kif definiti skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness III tad-Direttiva 2001/822/KE.

Artikolu 3

Regoli ġenerali li jikkonċernaw il-kontrolli sanitarji tal-prodotti bejn l-Unjoni u l-Groenlandja

1.   Id-Danimarka u l-Groenlandja għandhom jiżguraw li l-atti legali rilevanti tal-Unjoni li huma applikabbli għall-prodotti definiti fl-Artikolu 2 ikunu implimentati fil-Groenlandja.

2.   L-Istati Membri m’għandhomx japplikaw il-kontrolli veterinarji applikabbli għall-prodotti koperti minn din id-Deċiżjoni. Il-prodotti li jiġu mill-Groenlandja għandhom jitqiegħdu fis-suq intern skont ir-regoli sanitarji applikabbli fl-Unjoni, sakemm id-Danimarka u l-Groenlandja jiżguraw, b’mod partikolari, ir-rispett sħiħ tal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni effettivi fil-Groenlandja tar-regoli applikabbli stabbiliti fl-atti legali tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali u s-sikurezza tal-ikel, relatati mal-prodotti;

(b)

it-tfassil u l-aġġornament mill-awtoritajiet kompetenti fid-Danimarka u fil-Groenlandja ta’ lista aġġornata ta’ operaturi ta’ negozji tal-għalf u tal-ikel, irreġistrati f’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004;

(ċ)

il-konformità ta’ konsenji ta’ prodotti mibgħutin lejn l-Unjoni mill-Groenlandja mar-regoli applikabbli stabbiliti fl-atti legali tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali u s-sikurezza tal-ikel.

Artikolu 4

Pjanijiet għall-monitoraġġ tal-annimali tal-akkwakultura

Id-Danimarka u l-Groenlandja għandhom jippreżentaw għall-approvazzjoni lill-Kummissjoni l-pjanijiet ta’ monitoraġġ għall-preżenza ta’ residwi u sostanzi fl-annimali tal-akkwakultura, f’konformità mad-Direttiva 96/23/KE.

Artikolu 5

Kontrolli fuq prodotti li jiddaħħlu fil-Groenlandja minn pajjiżi terzi

1.   Għandhom isiru l-kontrolli veterinarji fuq konsenji tal-prodotti mdaħħlin fil-Groenlandja minn pajjiżi terzi f’konformità mar-regoli stabbiliti fid-Direttiva 97/78/KE.

Biex jiġu ffaċilitati dawn il-kontrolli veterinarji, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tad-Danimarka u tal-Groenlandja bil-kodiċijiet NM tal-prodotti, elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/275/KE.

2.   Il-proposti għal postijiet ta’ ispezzjoni tal-fruntieri fil-Groenlandja għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni f’konformità mal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 97/78/KE.

Il-lista ta’ postijiet ta’ ispezzjoni tal-fruntieri li jiġu approvati għall-Groenlandja għandhom jiddaħħlu fil-lista ta’ postijiet ta’ ispezzjoni tal-fruntieri fl-Istati Membri, approvati f’konformità mad-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE.

Artikolu 6

Sistema ta’ informazzjoni

1.   Id-dejta dwar il-movimenti u l-kummerċ tal-prodotti lejn u mill-Groenlandja għandha tkun trażmessa bil-lingwa Daniża permezz tas-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (TRACES) f’konformità mad-Deċiżjoni 2004/292/KE.

2.   In-notifika ta’ mard tal-annimali akkwatiċi fir-rigward tal-prodotti fil-Groenlandja għandha tkun trażmessa permezz tas-sistema ta’ notifika dwar il-mard tal-annimali (ADNS), f’konformità mad-Direttiva 82/894/KEE u d-Deċiżjoni 2005/176/KE.

3.   In-notifika tar-riskji diretti jew indiretti għas-saħħa tal-bniedem li jirriżultaw mill-prodotti fil-Groenlandja għandha tintbagħat permezz tas-sistema ta’ allarm malajr għall-ikel u għall-għalf (RASFF) stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 178/2002.

Artikolu 7

Marka ta’ identifikazzjoni

Il-konsenji tal-prodotti mibgħutin lejn l-Unjoni mill-Groenlandja għandhom ikunu mmarkati bis-sinjal ta’ identifikazzjoni tal-Groenlandja, “GL”, f’konformità mar-regoli stipulati fit-Taqsima I(B) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 8

Konferma ta’ konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni

Id-Danimarka u l-Groenlandja għandhom jipprovdu, qabel id-data msemmija fl-Artikolu 9, li minnha din id-Deċiżjoni għandha tapplika, konferma bil-miktub lill-Kummissjoni li ttieħdu l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mid-data tal-elenkar fid-Deċiżjoni 2009/821/KE tal-ewwel post ta’ ispezzjoni tal-fruntiera fil-Groenlandja.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-28 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

FAZEKAS S.


(1)  ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1; (MT: Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap 11, Vol 38, p. 319).

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(4)  ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9.

(5)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(6)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(7)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(8)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(9)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(10)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63.

(11)  ĠU L 378, 31.12.1982, p. 58.

(12)  ĠU L 59, 5.3.2005, p. 40.

(13)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1; (MT: Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap 15, Vol 06, p. 463).

(14)  ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11.

(15)  ĠU L 306, 23.11.2001, p. 28.

(16)  ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.


12.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Lulju 2011

dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Isvizzera, dwar il-liġijiet interni li għandha tistabbilixxi skont l-Artikolu 19(4) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta’ sigurtà

(2011/409/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-25 ta’ Ġunju 2009 dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta’ sigurtà (1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-ftehim”),

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/556/KE tal-25 ta’ Ġunju 2009 dwar l-applikazzjoni provviżorja u l-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta’ sigurtà (2), u b’mod partikulari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

L-Artikolu 19(4) tal-Ftehim jgħid li l-kumitat konġunt stabbilit b’dan il-Ftehim (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Isvizzera”) għandu jadotta l-liġijiet interni tiegħu,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Waħdieni

Il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Isvizzera rigward il-liġijiet interni li jridu jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 19(4) tal-Ftehim għandha tiġi ddefinita fl-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Isvizzera, li jinsab mehmuż.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 199, 31.7.2009, p. 24.

(2)  ĠU L 199, 31.7.2009, p. 22.


Abbozz

DEĊIŻJONI Nru 1/2011 TAL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U L-ISVIZZERA

ta’ …

li jadotta l-liġijiet interni tal-Kumitat Konġunt u li jistabbilixxi grupp ta’ ħidma

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-25 ta’ Ġunju 2009 dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta’ sigurtà (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 19(4) u (5) tiegħu,

FTIEHEM KIF ĠEJ:

KAPITOLU I

LIĠIJIET INTERNI

Artikolu 1

Kompożizzjoni u presidenza

Il-Kumitat Konġunt huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u minn rappreżentatnti tal-Konfederazzjoni Svizzera. Il-presidenza tkun alternata bejn il-partijiet kontraenti kull sena kalendarja.

Qabel kull laqgħa, il-President għandu jiġi infurmat dwar min ikun ippjanat li se jieħu sehem fid-delegazzjoni ta’ kull parti kontraenti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, il-Kumitat Konġunt jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tiegħu sabiex jipprovdulu l-informazzjoni speċifika mitluba.

Artikolu 2

Segretarjat

Ix-xogħol tas-segretarjat tal-Kumitat Konġunt jagħmlu l-president. Il-korrispondenza kollha ddestinata għall-Kumitat Konġunt, inklużi talbiet biex jiddaħħlu punti fl-aġenda tal-laqgħat tiegħu, għandha tiġi indirizzata lill-president tiegħu.

Artikolu 3

Laqgħat

Ladarba tkun kisbet il-kunsens taż-żewġ Partijiet Kontraenti, il-presidenza tal-Kumitat Konġunt għandha tistabbilixxi d-data u l-post tal-laqgħat. Il-laqgħat jalternaw bejn Brussell u l-Isvizzera.

Artikolu 4

L-aġenda tal-laqgħat

Il-president għandu jfassal l-aġenda proviżorja ta’ kull laqgħa. Din għandha tinbagħat lill-Partijiet Kontraenti mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda provviżorja għandu jkun fiha l-punti li t-talba biex jiddaħħlu tkun waslet għand il-president almenu 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumenti ta’ referenza għandhom jaslu għand iż-żewġ partijiet kontraenti mill-inqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Dawn il-limti ta’ żmien jistgħu jitqassru f’każ ta’ urġenza, dment li ż-żewġ partijiet kontraenti jaqblu.

Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.

Artikolu 5

Ir-reklamar

Sakemm ma jintlaħaqx qbil mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt m’għandhomx ikunu pubbliċi.

Id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom ikunu kunfidenzjali.

Artikolu 6

Minuti

Wara kull laqgħa, il-president iħejji l-minuti. L-abbozz tal-minuti għandu jingħadda lill-Kumitat Konġunt għall-approvazzjoni. Wara li jiġu adottati, il-minuti għandhom jiġu ffirmati mill-president u tintbagħat kopja lill-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 7

L-adozzjoni tal-istrumenti

Ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 21 tal-ftehim għandhom ikunu intestati “rakkommandazzjoni” u “deċiżjoni”, segwiti b’numru serjali, bid-data tal-adozzjoni tagħhom u b’deskrizzjoni ġenerali dwar is-suġġett tagħhom. Dawn għandhom jiġu ffirmati mill-President u jiġu kkomunikati lill-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 8

Proċedura bil-miktub

F’każijiet ta’ urġenza, id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet jistgħu jiġu adottati permezz tal-proċedura bil-miktub, dment li jagħtu l-kunsens tagħhom għal dan iż-żewġ Partijiet Kontraenti.

Artikolu 9

Spejjeż

Kull Parti Kontraenti għandha tħallas l-ispejjeż li jirriżultawlha minn sehemha fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt.

Artikolu 10

Lista ta’ deċiżuri

Il-Kumitat Konġunt għandu jistabbilixxi l-lista ta’ arbitri anzjani kif mitlub mill-Anness III ta’ mal-Ftehim, fi żmien xahrejn mid-deċiżjoni tiegħu li jissottometti każ ta’ nuqqas ta’ qbil għall-arbitraġġ kif previst fl-Artikolu 29(3) tal-Ftehim.

KAPITOLU II

GRUPP TA’ ĦIDMA

Artikolu 11

Grupp ta’ ħidma dwar il-proċeduri u l-miżuri doganali ta’ sigurtà

Għandu jinħoloq grupp ta’ ħidma bir-responsabbiltà li jassisti lill-Kumitat fit-twettiq tad-doveri tiegħu fl-oqsma koperti mill-Kapitoli II (proċeduri) u III (miżuri doganali ta’ sigurtà) tal-Ftehim.

Artikolu 12

Liġijiet interni tal-grupp ta’ ħidma

L-Artikoli minn 1 sa 6 u 9 ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw mutatis mutandis għal-laqgħat tal-grupp ta’ ħidma.

Artikolu 13

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, …

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President


(1)  ĠU L 199, 31.7.2009, p. 24.


12.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/31


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta’ Lulju 2011

dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Portugiż

(BĊE/2011/10)

(2011/410/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), u partikolarment l-Artikolu 12.1 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1, flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikolu 18.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jistgħu jwettqu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq garanzija xierqa. Il-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-garanzija għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema huma stabbiliti fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1) (minn hawn ’il quddiem imsejħa d-“Dokumentazzjoni Ġenerali”).

(2)

Skont it-Taqsima 1.6 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’, f’kull ħin, jibdel l-istrumenti, il-kundizzjonijiet, il-kriterji u l-proċeduri għall-eżekuzzjoni tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Skont it-Taqsima 6.3.1 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali, l-Eurosistema tirriżerva d-dritt li tiddetermina jekk ħruġ, emittent, debitur jew min qed jiggarantixxi jissodisfax ir-rekwiżiti tagħha għal standards ta’ kreditu għoljin fuq il-bażi ta’ kull informazzjoni li tista’ tikkunsidra bħala rilevanti.

(3)

Iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali prevalenti fis-suq finanzjarju, flimkien mal-pożizzjoni fiskali tal-Gvern Portugiż, sfrattaw il-valutazzjoni mis-suq tat-titoli maħruġa mill-Gvern Portugiz, b’effetti negattivi fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Din is-sitwazzjoni eċċezzjonali teħtieġ adattazzjoni ta’ malajr u temporanja tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

(4)

Il-Kunsill Governattiv ivvaluta l-fatt illi l-Gvern Portugiż approva programm u jinsab fil-proċess tal-implimentazzjoni ta’ programm ta' aġġustament ekonomiku u finanzjarju, li nnegozja mal-Kummissjoni Ewropea, il-BĊE u l-Fond Monetarju Internazzjonali, u li l-Gvern Portugiż intrabat li jimplimenta bis-sħiħ. Il-Kunsill Governattiv ivvaluta wkoll, minn perspettiva ta’ ġestjoni tar-riskju tal-kreditu tal-Eurosistema, l-effetti ta’ programm bħal dan fuq it-titoli maħruġin mill-Gvern Portugiż. Il-Kunsill Governattiv iqis il-programm bħala xieraq, sabiex, minn perspettiva ta’ ġestjoni tar-riskju tal-kreditu, l-istrumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin mill-Gvern Portugiż jew iggarantiti mill-Gvern Portugiż iżommu standard ta’ kwalità suffiċjenti għat-tkomplija tal-eliġibbiltà tagħhom bħala kollateral għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, irrispettivament minn kull valutazzjoni ta’ kreditu esterna. Dawn il-valutazzjonijiet pożittivi huma l-bażi għal dan l-adattament eċċezzjonali u temporanju tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema, stabbilit bil-ħsieb li jikkontribwixxi għas-saħħa tal-istituzzjonijiet finanzjarji, u b'hekk isaħħaħ l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha u jipproteġi l-klijenti ta' dawk l-istituzzjonijiet.

(5)

Il-Kunsill Governattiv ser jimmonitorja mill-qrib l-impenn b’saħħtu u kontinwat tal-Gvern Portugiż biex jimplimenta bis-sħiħ il-programm ta’ aġġustament ekonomiku u finanzjarju li huwa l-bażi ta’ dan l-adattament eċċezzjonali u temporanju tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

(6)

L-adattament eċċezzjonali tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema ġie deċiż u mħabbar pubblikament mill-Kunsill Governattiv fils-7 ta’ Lulju 2011. Għandu japplika temporanjament, sakemm il-Kunsill Governattiv jikkunsidra illi l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tippermetti l-applikazzjoni normali tal-qafas għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Sospensjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Dokumentazzjoni Ġenerali

1.   Ir-rekwiżiti minimi tal-Eurosistema għal-limiti tal-kwalità tal-kreditu, kif speċifikati fir-regoli tal-qafas tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-Eurosistema għal titoli negozjabbli f’Taqsima 6.3.2 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali, għandhom jiġu sospiżi skont l-Artikoli 2 u 3.

2.   F’każ ta’ xi diskrepanza bejn din id-Deċiżjoni u d-Dokumentazzjoni Ġenerali, tal-ewwel għandha tingħata preċedenza.

Artikolu 2

Eliġibbiltà kontinwata bħala kollateral għal strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin mill-Gvern Portugiż

Il-limitu tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema m’għandux japplika għal strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin mill-Gvern Portugiż. Dawn l-assi għandhom jikkostitwixxu kollateral eliġibbli għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, irrispettivament mill-klassifika esterna tal-kreditu tagħhom.

Artikolu 3

Eliġibbiltà kontinwata bħala kollateral għal strumenti ta’ dejn negozjabbli ggarantiti mill-Gvern Portugiż

Il-limitu tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema m’għandux japplika għal strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin minn entitajiet stabbiliti fil-Portugall u ggarantiti bis-sħiħ mill-Gvern Portugiż. Garanzija mogħtija mill-Gvern Portugiż għandha tkompli tkun soġġetta għar-rekwiżiti li jinsabu f'Taqsima 6.3.2 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali. Dawn l-assi għandhom jikkostitwixxu kollateral eliġibbli għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, irrispettivament mill-klassifika esterna tal-kreditu tagħhom.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Lulju 2011.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Lulju 2011.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1.