ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.169.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 169

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
29 ta' Ġunju 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 627/2011 tas-27 ta’ Ġunju 2011 li jimponi dazju provviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 628/2011 tat-28 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

23

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 629/2011 tat-28 ta’ Ġunju 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

25

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/380/PESK tat-28 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/330/PESK dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ

27

 

 

2011/381/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal-lubrikanti (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4447)  ( 1 )

28

 

 

2011/382/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment ta’ kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4448)  ( 1 )

40

 

 

2011/383/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment ta’ kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti tat-tindif b’użi multipli u deterġenti tat-tindif sanitarji (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4442)  ( 1 )

52

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

29.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 627/2011

tas-27 ta’ Ġunju 2011

li jimponi dazju provviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Bidu

(1)

Fit-30 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2), il-bidu ta’ proċedura antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ” jew il-“pajjiż ikkonċernat”).

(2)

Il-proċedura nbdiet bħala riżultat ta’ lment li tressaq fis-16 ta’ Awwissu 2010 mill-Kumitat tad-Difiża tal-Industrija tat-Tubi Mingħajr Saldaturi tal-Azzar li ma Jissaddadx tal-Unjoni Ewropea (“il-Kumitat tad-Difiża”) f’isem żewġ gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni (“l-ilmentaturi”) li jirrappreżentaw proporzjon kbir ħafna, f’dan il-każ ta’ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni kollha ta’ pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx fl-Unjoni. L-ilment inkluda evidenza prima facie ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, li kienet meqjusa bħala ġustifikazzjoni xierqa għat-tnedija ta’ proċedura.

2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċedura

(3)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment bit-tnedija tal-proċedura lill-kwerelant, lil produtturi oħrajn magħrufa fl-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lir-rappreżentanti tar-RPĊ, lill-importaturi, il-fornituri u l-utenti magħrufa, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet tagħhom. Il-Kummissjoni avżat ukoll lill-produtturi fl-Istati Uniti minħabba li dan kien previst bħala pajjiż analogu possibbli. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu ta’ żmien stabbilit fin-notifikazzjoni tal-inizjazzjoni.

(4)

Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta.

(5)

Fid-dawl tan-numru apparentement għoli ta’ produtturi esportaturi, importaturi mhux relatati u produtturi tal-Unjoni, it-teħid tal-kampjuni kien previst fin-notifikazzjoni tal-inizjazzjoni għad-determinazzjoni tad-dumping u l-ħsara, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjuni huwiex neċessarju u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi, l-importaturi u l-produtturi tal-Unjoni kollha ntalbu jagħmlu lilhom infushom magħrufa lill-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fin-notifikazzjoni tal-inizjazzjoni, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott taħt investigazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010. L-awtoritajiet tar-RPĊ ġew ikkonsultati wkoll.

(a)   It-teħid ta’ kampjuni ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi

(6)

Minn fost il-31 produttur esportatur jew gruppi ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi li ppreżentaw ruħhom, il-Kummissjoni għażlet, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, kampjun ibbażat fuq l-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet li jistgħu jiġu investigati b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-kampjun magħżul kien jikkonsisti minn tliet (gruppi ta’) kumpaniji, li jirrappreżentaw 25 % tal-importazzjonijiet totali rreġistrati fl-Eurostat matul il-PI u aktar minn 38 % tal-volum totali tal-esportaturi li kkooperaw fil-PI. Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati u l-awtoritajiet Ċiniżi ġew ikkonsultati iżda ma qajmu ebda oġġezzjoni għall-kampjun propost.

(b)   It-teħid ta’ kampjuni ta’ produtturi tal-Unjoni

(7)

Minn fost il-21 produttur tal-Unjoni li kkuntattjat il-Kummissjoni, ħdax ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Fuq il-bażi tal-informazzjoni rċevuta mingħand dawn il-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ gruppi li jirrappreżentaw ħames produtturi tal-Unjoni. Il-kampjun intgħażel fuq il-bażi tal-volumi tal-bejgħ u tal-produzzjoni. Il-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 48 % tal-bejgħ totali fl-UE tal-produtturi kollha tal-Unjoni, u 80 % tal-produtturi li ppreżentaw ruħhom.

(8)

Mit-62 importatur mhux relatat li kkuntattjat il-Kummissjoni, kienu biss ħames kumpaniji li wieġbu għall-mistoqsijiet tal-kampjun sad-data tal-għeluq. Għalhekk, kien ikkunsidrat li ma kien meħtieġ l-ebda teħid ta’ kampjuni, u l-kwestjonarji ntbagħtu lil dawn il-kumpaniji kollha. Eventwalment, kienu biss żewġ importaturi li wieġbu għall-kwestjonarju u li kkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni.

(ċ)   It-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-verifiki

(9)

Sabiex il-produtturi esportaturi fir-RPĊ magħżula fil-kampjun jitħallew iressqu talba għal trattament tal-ekonomija tas-suq (“TES”) jew trattament individwali (“TI”), jekk din tkun ix-xewqa tagħhom, il-Kummissjoni bagħtet formoli b’talbiet lill-produtturi esportaturi magħżula fil-kampjun. Il-gruppi kollha ta’ produtturi esportaturi talbu t-TES skont l-Artikolu 2(7) tar-regolament bażiku jew TI f’każ li l-investigazzjoni tistabbilixxi li ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet għal TES.

(10)

Tliet (gruppi ta’) kumpaniji talbu eżaminazzjoni individwali. L-eżaminazzjoni ta’ dawn it-talbiet fl-istadju provviżorju ma kinitx fattibbli fi ħdan il-qafas ta’ żmien. Deċiżjoni dwar jekk l-eżaminazzjoni individwali hijiex se tingħata lil kwalunkwe waħda minn dawn il-kumpaniji mistennija tittieħed fl-istadju definittiv.

(11)

Il-Kummissjoni uffiċjalment żvelat ir-riżultati tas-sejbiet tat-TES lill-produtturi esportaturi magħżula fil-kampjun ikkonċernati fir-RPĊ, kif ukoll lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun.

(12)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand il-produtturi esportaturi magħżula fil-kampjun fir-RPĊ, mingħand il-produtturi kollha tal-Unjoni magħżula fil-kampjun, żewġ importaturi tal-Unjoni mhux relatati u utent wieħed.

(13)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset bħala meħtieġa għall-iskop tal-analiżi tat-TES jew it-TI u għal determinazzjoni provviżorja tad-dumping, il-ħsara li tirriżulta minnu u l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin.

Produtturi esportaturi fir-RPĊ

Changshu Walsin Specialty Steel Co., Ltd., Haiyu Town, Changshu City u l-kumpaniji relatati magħha: Shanghai Baihe Walsin Lihwa Specialty Steel Products Co., Ltd., Baihe Town, Qingpu District, Shanghai; Yantai Jin Cheng Precision Wire Rod Co., Ltd., ETDZ Yantai City, Shandong Province; Yantai Dazhong Recycling Resource Co., Ltd., ETDZ Yantai City, Shandong Province;

Shanghai Jinchang Stainless Steel Tube Manufacturing Co., Ltd., Situan Town, Fengxian District, Shanghai u l-kumpaniji relatati magħha: Shanghai Jinchang International Trade Co., Ltd., Situan Town, Fengxian District, Shanghai; Shanghai Jinchang international trading Chongqing Co., Ltd., Jieshi Town, Banan District, Chongqing;

Wenzhou Jiangnan Steel Pipe Manufacturing Co., Ltd.,Yongzhong, Longwan district, Wenzhou.

Produtturi tal-Unjoni

Il-Kwartieri Ġenerali ta’ Salzgitter Mannesmann Stainless Tubes; Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja;

Salzgitter Mannesmann Stainless Tubes Deutschland; Remscheid, il-Ġermanja;

Tubacex Tubos Inoxidables, S.A., Llodio, Spanja.

Produtturi fil-pajjiż analogu

PEXCO, Scranton, Pennsylvania;

Salem Tube, Greenville, Pennsylvania;

Salzgitter Mannesmann Stainless Tubes USA, Houston, Texas;

Sandvik Materials Technology, Scranton, Pennsylvania.

3.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni

(14)

L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-2006 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(15)

Il-prodott ikkonċernat kif deskritt fin-Notifikazzjoni tal-Inizjazzjoni huwa ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx, għajr dawk b’fittings imwaħħlin magħhom maħsuba biex iwasslu gassijiet jew likwidi għall-użu fl-ajruplani ċivili, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 7304 11 00, 7304 22 00, 7304 24 00, ex 7304 41 00, 7304 49 10, ex 7304 49 93, ex 7304 49 95, ex 7304 49 99 u ex 7304 90 00 (“il-prodott ikkonċernat”). Dan jinkludi “hollows” mhux irfinuti, prodotti rfinuti bis-sħana u prodotti rfinuti bil-kesħa.

(16)

Il-proċess tal-produzzjoni normalment juża ċilindri (“billetti”) tal-azzar li ma jissaddadx bħala materja prima. Fl-ewwel pass tal-produzzjoni, “hollow” mhux irfinuta tiġi manifatturata jew billi tintuża pressa tal-estrużjoni jew permezz ta’ proċess ta’ titqib bis-sħana. Sussegwentement, il-“hollow” tista’ l-ewwel tiġi pproċessata permezz ta’ proċess ta’ rfinar bis-sħana li jirriżulta f’pajp irfinut bis-sħana u li jkompli jiġi pproċessat permezz ta’ proċess ta’ rfinar bil-kesħa (proċess tat-tip cold pilger) jew permezz ta’ proċess ta’ ġbid bil-kiesaħ, li jirriżulta f’pajp irfinut bil-kesħa. It-tipi ta’ prodotti kollha (hollows, pajpijiet irfinuti bis-sħana u pajpijiet irfinuti bil-kesħa) għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użijiet bażiċi.

(17)

Il-pajpijiet u t-tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx jintużaw l-aktar fl-industriji li ġejjin: l-industriji tal-kimika u tal-petrokimika, il-produzzjoni tal-fertilizzanti, il-ġenerazzjoni tal-enerġija, l-inġinerija ċivili u l-kostruzzjoni, il-farmakoloġija u t-teknoloġiji mediċi, il-bijoteknoloġija, it-trattament tal-ilma u l-inċinerazzjoni tal-iskart, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u tal-gass, l-ipproċessar tal-faħam u tal-gass, l-ipproċessar tal-ikel.

(18)

Produttur wieħed tal-Unjoni, li jkompli jipproċessa tubi tal-azzar li ma jissaddadx, sostna li f’każ li jkollhom jiġu imposti xi miżuri, il-kodiċi NM 7304 49 10 għandu jiġi eskluż mill-ambitu tagħhom għaliex huwa kien ikopri hollows mhux irfinuti li jintużaw biss għal ipproċessar ulterjuri. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li kemm il-fornituri tal-Unjoni kif ukoll dawk Ċiniżi ta’ dak il-produttur tal-Unjoni ddikjaraw l-oġġetti mibjugħa lil dan il-produttur bħala oġġetti rfinuti bis-sħana jew irfinuti bil-kesħa.

(19)

Tabilħaqq, id-dikjarazzjoni ta’ dawk il-prodotti bħala “hollows mhux maħduma għal użu biss fil-manifattura ta’ tubi u pajpijiet b’taqsimiet trasversali oħrajn u l-ħxuna tal-ġnub” tikkonċerna oġġetti li mhux neċessarjament għandhom karatteristiċi fiżiċi differenti, iżda sempliċiment għandhom użu differenti. Ġie konkluż provviżorjament li ma kien hemm ebda raġuni biex il-“hollows mhux maħduma” jiġu esklużi mid-definizzjoni tal-prodott.

2.   Il-prodott simili

(20)

Il-prodott ikkonċernat u ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx mibjugħa fis-suq domestiku fir-RPĊ, kif ukoll ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx mibjugħa fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni nstabu li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użijiet bażiċi. Għalhekk, ġie konkluż provviżorjament li dawn il-prodotti huma simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   DUMPING

1.   Trattament tal-ekonomija tas-suq

(21)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, f’investigazzjonijiet ta’ antidumping li jikkonċernaw l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi li nstabu li ssodisfaw il-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku.

(22)

Fil-qosor, u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji ġew stabbiliti fil-forma mqassra hawn taħt:

1.

id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż tan-negozju jsiru bħala reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq u mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat, u l-ispejjeż jirriflettu l-valuri tas-suq;

2.

id-ditti għandhom sett wieħed ċar ta’ rekords kontabilistiċi bażiċi, li jiġu vverifikati b’mod indipendenti, skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità u huma applikati għall-finijiet kollha;

3.

ma hemm ebda tfixkil sinifikanti trasferit mis-sistema preċedenti tal-ekonomija mhux tas-suq;

4.

il-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà jiggarantixxu stabbiltà u ċertezza legali;

5.

il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru skont ir-rata tas-suq.

(23)

Fl-investigazzjoni preżenti, it-tliet (gruppi ta’) produtturi esportaturi kollha magħżula fil-kampjun talbu trattament tal-ekonomija tas-suq (“TES”) skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u wieġbu għall-formola b’talba tat-TES sal-iskadenzi mogħtija.

(24)

L-investigazzjoni stabbiliet li l-ebda wieħed mill-(gruppi ta’) produtturi esportaturi fil-kampjun fir-RPĊ ma ssodisfa r-rekwiżiti tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, għalhekk ma jistgħux jingħataw it-TES.

(25)

L-ebda waħda mill-kumpaniji ma tissodisfa r-rekwiżiti tal-Kriterju 1 minħabba l-interferenza tal-Istat f’deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-akkwist tal-materja prima ewlenija (partikolarment billetti, ingotti u staneg tondi tal-azzar li ma jissaddadx). Din il-materja prima tirrappreżenta ’l fuq sew minn 50 % tal-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat (pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx). Konsegwentement, din il-materja prima hija bil-bosta l-input prinċipali fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(26)

L-Istat Ċiniż għandu rwol primarju fl-iffissar tal-prezzijiet tal-materja prima għall-pajpijiet u t-tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx u jinterferixxi fis-suq kontinwament bl-għodod li ġejjin: it-taxxa tal-esportazzjoni u l-ebda rifużjoni tal-VAT. L-ewwel nett, il-materja prima ewlenija għall-manifattura tal-pajpijiet u t-tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx, huma soġġetti għal taxxa ta’ esportazzjoni ta’ 15 % mill-1 ta’ Jannar 2008. It-tieni, l-Istat ma jagħti l-ebda rifużjoni tal-VAT fuq l-esportazzjonijiet ta’ din il-materja prima.

(27)

Il-kumpaniji fil-kampjun jakkwistaw il-materja prima ewlenija li tintuża għall-produzzjoni tal-pajpijiet u t-tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx fis-suq domestiku Ċiniż. L-investigazzjoni stabbiliet li bħala medja u jiddependi mill-grad tal-azzar, il-prezzijiet Ċiniżi tal-materja prima huma madwar 30 % inqas minn dawk fis-swieq dinjija (l-Istati Uniti jew l-UE).

(28)

Minħabba li r-RPĊ trid timporta l-maġġoranza tal-minerali tal-ħadid tagħha bil-prezzijiet tas-suq internazzjonali, huwa ċar li hija ma tibbenifika minn ebda vantaġġ komparattiv naturali, li jispjega l-prezzijiet baxxi tal-materja prima ewlenija fis-suq domestiku Ċiniż. Fl-istess waqt u għal bosta snin, diversi studji jindikaw li hemm interferenza sinifikanti mill-Istat f’dan is-settur. (3) Dawk ir-rapporti jindikaw li l-gvern Ċiniż identifika 14-il industrija “prinċipali” u seba’ industriji “pilastri”. Il-konsumaturi downstream primarji tal-azzar speċjali huma fost is-seba’ industriji “pilastri” appoġġjati mill-gvern Ċiniż permezz tal-politiki industrijali tiegħu. (4) L-impatt negattiv tat-taxxi tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet parzjali tal-VAT ġie enfasizzat ukoll fir-Reviżjonijiet tal-Politika Kummerċjali tad-WTO tal-politiki u l-prattiċi kummerċjali tar-RPĊ. (5)

(29)

Kif intqal fir-Reviżjonijiet tal-Politika Kummerċjali tad-WTO, it-taxxi tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-VAT huma għodod tal-politika li l-użu tagħhom inaqqas il-volumi tal-esportazzjoni tal-materja prima inkwistjoni, jiddevja l-provvisti għas-suq domestiku u jwassal għal pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet domestiċi ta’ dawk il-prodotti. (6) Tabilħaqq, l-investigazzjoni attwali stabbiliet diskrepanza sinifikanti fil-prezz bejn il-prezzijiet domestiċi u l-prezzijiet dinjija. Tali diskrepanza tikkostitwixxi għajnuna impliċita lill-industriji downstream domestiċi u, għalhekk, tipprovdilhom vantaġġ kompetittiv. Dan l-argument huwa msaħħaħ aktar mill-fatt li ma hemm ebda taxxa ta’ esportazzjoni imposta fuq l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat (pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx), li jibbenefika wkoll minn rifużjoni tal-VAT.

(30)

L-investigazzjoni attwali, billi tistabbilixxi l-użu differenti tat-taxxi tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-VAT fuq l-industriji upstream u downstream, turi interferenza mill-Istat, li tista’ tiġi konkluża mid-differenza sinifikanti fil-prezz għall-materja prima tal-azzar li ma jissaddadx (partikolarment billetti, ingotti, staneg tondi tal-azzar li ma jissaddadx) fis-swieq Ċiniżi u dinjija.

(31)

Minħabba d-differenza fil-prezz bejn is-suq domestiku Ċiniż u s-swieq dinjija, fin-nuqqas tal-interferenza mill-Istat, il-produtturi domestiċi tal-materja prima msemmija hawn fuq ikunu inklinati li jesportaw il-prodotti tagħhom lejn swieq bi prezzijiet ogħla fejn ikunu jistgħu jiksbu profitti ogħla. Tabilħaqq, l-istatistika doganali taċ-Ċina tikkonferma li virtwalment ma hemm l-ebda esportazzjoni ta’ billetti tal-azzar li ma jissaddadx mir-RPĊ lejn il-bqija tad-dinja. Fl-2009, l-esportazzjonijiet tal-ingotti tal-azzar li ma jissaddadx u forom primarji oħrajn tal-azzar li ma jissaddadx kienu jammontaw għal inqas minn żewġ tunnellati, filwaqt li fl-2010 kienu jammontaw għal inqas minn ħames tunnellati. Dan huwa argument ieħor li juri l-interferenza mill-Istat fis-suq tal-materja prima.

(32)

Dawn il-prattiċi Ċiniżi għandhom jitqiesu bħala fattur sottostanti tal-interferenza mill-Istat fid-deċiżjonijiet tal-impriżi rigward il-materja prima. Tabilħaqq, is-sistema Ċiniża attwali tad-dazji għoljin fuq l-esportazzjonijiet u n-nuqqas ta’ rifużjoni tal-VAT għall-esportazzjoni ta’ materja prima essenzjalment wasslet għal sitwazzjoni fejn il-prezzijiet Ċiniżi tal-materja prima jkomplu jkunu r-riżultat ta’ intervent mill-Istat u, wisq probabbli, fil-ġejjieni għandha tkompli tipprovdi appoġġ lill-produtturi Ċiniżi tal-pajpijiet u t-tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx.

(33)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-kriterju 1, waħda mill-kumpaniji naqset li tinkludi żewġ fornituri relatati ta’ materja prima fl-informazzjoni tat-teħid tal-kampjuni tagħha u fit-talba għat-TES. Il-kumpanija sostniet li dawk il-fornituri jfornu kwantitajiet żgħar u, għalhekk, il-fatt li dawn ma kinux irrapportati ma setax u ma jista’ jkollu ebda impatt sostanzjali fuq l-eżitu tal-investigazzjoni. Huwa nnotat li l-ewwel nett il-Kummissjoni għandha tikseb stampa sħiħa tal-kumpaniji kollha fi grupp involut fil-produzzjoni jew il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, irrispettivament mid-daqs ta’ dawk il-kumpaniji jew mid-daqs tal-bejgħ tagħhom. Huwa nnotat ukoll li l-provvisti tal-materja prima huma pjuttost frammentati, imxerrda fost bosta fornituri żgħar. Ġie konkluż li l-kumpanija, minbarra d-distorsjoni tal-inputs ewlenin deskritti hawn fuq, naqset li turi li d-deċiżjonijiet kummerċjali tagħha ttieħdu b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq, mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat, u l-ispejjeż kienu jirriflettu l-valuri tas-suq.

(34)

Minbarra l-kriterju 1, ċerti kumpaniji naqsu wkoll milli juru li huma ssodisfaw il-kriterji 2 u 3. Żewġ kumpaniji ma setgħux juru li kellhom sett ċar ta’ rekords kontabilistiċi li kienu vverifikati b’mod indipendenti u skont l-istandards tal-kontabilità internazzjonali. Għal kumpanija waħda, id-diskrepanzi fir-rekords finanzjarji ma kinux riflessi fir-rapport tal-awditur. Kumpanija oħra ma setgħetx tippreżenta r-rapporti finanzjarji għal xi snin tal-operat tagħha.

(35)

Fl-aħħar nett, kumpanija waħda rċeviet self minn banek tal-Istat b’rati preferenzjali, ferm aktar baxxi mir-rati tas-suq. Dan juri li l-ispejjeż tal-produzzjoni u s-sitwazzjoni finanzjarja huma soġġetti għal distorsjonijiet sinifikanti trasferiti mis-sistema ekonomika mhux tas-suq.

(36)

Wara l-iżvelar tas-sejbiet tat-TES, waslu kummenti mill-industrija tal-Unjoni u tliet (gruppi ta’) produtturi esportaturi fil-kampjun ikkonċernati.

(37)

Kumpanija waħda sostniet li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-TES kienet influwenzata u għalhekk ippreġudikata mill-kalkolu tal-marġini ta’ dumping. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li d-determinazzjoni tat-TES issir qabel kwalunkwe kalkolu tad-dumping u kull verifika li seħħet hija relatata biss mad-dejta relatata mad-determinazzjoni tat-TES. Għalhekk, it-talba mhijiex fondata.

(38)

Kumpanija waħda sostniet li ma kienx meħtieġ li jiġu sottomessi talbiet għal TES għall-fornituri relatati tal-materja prima. Dan l-argument għandu jiġi rrifjutat. In-notifikazzjoni tal-inizjazzjoni ddikjarat b’mod ċar li l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (għall-esportazzjoni u/jew fis-suq domestiku) tal-prodott taħt investigazzjoni għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni.

(39)

Barra minn hekk, dik il-kumpanija sostniet li d-distorsjonijiet fis-suq tal-materja prima ma kinux sinifikanti minħabba li 17,5 % tal-materja prima tiġi importata minn fornituri internazzjonali mhux relatati u l-bqija tinxtara primarjament mingħand kumpaniji relatati. L-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni turi li madwar 30 % tal-materja prima tinxtara lokalment u l-bqija tiġi importata primarjament mingħand fornituri relatati. F’dan il-kuntest, għandu jiġi nnotat li l-prezzijiet tat-trasferiment minn fornituri relatati normalment ma jitqisux bħala informazzjoni affidabbli. Barra minn hekk, b’mod ġenerali, il-prezzijiet tax-xiri tal-materja prima tal-kumpanija mingħand fornituri indipendenti huma sostanzjalment aktar baxxi mill-prezzijiet fl-UE jew fl-Istati Uniti, simili għall-produtturi esportaturi l-oħrajn investigati. Għalhekk, it-talba ma ġietx milqugħa.

(40)

Kumpanija waħda kkontestat il-kalkolu mill-Kummissjoni tad-differenza fil-prezz bejn il-prezzijiet tal-materja prima fis-suq Ċiniż u dawk fis-swieq dinjija. Wara l-verifika, il-Kummissjoni tikkonferma dan il-kalkolu. B’mod partikolari, il-kumpanija ma ħaditx f’kunsiderazzjoni l-ħlasijiet addizzjonali għal-liga applikati mill-fornituri tal-Istati Uniti u tal-UE. Għalhekk, it-talba għandha tiġi rrifjutata.

(41)

Kumpanija waħda sostniet ukoll li d-diskrepanzi bejn id-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul u d-dikjarazzjoni finanzjarja kienu normali, mhux sinifikanti u għalhekk ma kien hemm ebda obbligu għal spjegazzjonijiet fin-noti għad-dikjarazzjoni finanzjarja. Konsegwentement, dan għalhekk ma għandu jkollu ebda impatt fuq id-determinazzjoni tal-Kummissjoni. Huwa nnotat li d-diskrepanzi fir-rigward tal-qligħ annwali huma qrib it-30 miljun RMB u għalhekk kellhom jitqiesu bħala importanti u jiġu spjegati fin-noti għad-dikjarazzjoni finanzjarja.

(42)

Talba oħra kienet relatata ma’ allegat ksur tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji u tar-Regolament bażiku tal-UE Kontra s-Sussidji. (7) Il-kumpanija ddikjarat li r-rifjut tat-talba għat-TES fuq il-bażi li l-kumpaniji jistgħu jkunu qegħdin jirċievu sussidji għandu l-effett li jippenalizza lill-esportatur għal sussidji li huma meqjusa illegali mingħajr ebda prova. Dan l-argument għandu jiġi rrifjutat. It-talbiet għat-TES ma ġewx irrifjutati fuq il-bażi ta’ sussidji possibbli, iżda għal raġunijiet speċifiċi stabbiliti fil-premessi ta’ hawn fuq, kif ukoll fid-dokumenti dettaljati dwar l-iżvelar tat-TES mibgħuta lill-partijiet. Ir-raġuni ewlenija għar-rifjut tat-TES kienet id-distorsjonijiet stabbiliti fis-suq tal-materja prima. Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li, pereżempju, il-kumpaniji kisbu self minn banek tal-Istat b’rati preferenzjali ferm aktar baxxi mir-rati tas-suq, li turi b’mod ċar it-trasferiment mill-ekonomija preċedenti mhux tas-suq.

(43)

Bħala konklużjoni, l-ebda wieħed mill-kummenti li waslu ma kien tali li jbiddel is-sejbiet fir-rigward tad-determinazzjoni tat-TES.

2.   Trattament individwali

(44)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, qiegħed jiġi stabbilit dazju mal-pajjiż kollu, jekk hemm, għal dawk il-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, għajr f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu kapaċi juru li huma jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma stabbiliti hawn taħt:

fil-każ ta’ ditti jew impriżi konġunti kompletament jew parzjalment barranin, l-esportaturi huma ħielsa biex jirripatrijaw il-kapital u l-qligħ;

il-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-esportazzjoni, u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ huma ddeterminati b’mod ħieles;

il-maġġoranza tal-ishma jappartjenu lil persuni privati. L-uffiċjali tal-Istat li jidhru fuq il-Bord tad-Diretturi jew li għandhom pożizzjonijiet maniġerjali ewlenin għandhom jew ikunu fil-minoranza jew inkella għandu jintwera li l-kumpanija hija madankollu indipendenti biżżejjed mill-interferenza tal-Istat;

il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru skont ir-rata tas-suq; u

l-interferenza tal-Istat mhijiex tali li tippermetti ċ-ċirkumvenzjoni tal-miżuri jekk l-esportaturi individwali jingħataw rati tad-dazju differenti.

(45)

It-tliet (gruppi ta’) kumpaniji fil-kampjun imsemmija qabel, li ġew imċaħħda t-TES, talbu wkoll li jingħataw trattament individwali (“TI”). Instab provviżorjament li dawn it-tliet (gruppi ta’) kumpaniji kollha fil-kampjun issodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku u għalhekk setgħu jingħataw it-TI.

3.   Valur normali

(a)   Pajjiż analogu

(46)

Skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx it-TES għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet domestiċi jew tal-valur normali maħdum f’pajjiż analogu.

(47)

Fin-notifikazzjoni tal-inizjazzjoni, il-Kummissjoni indikat li hija pprevediet li tuża l-Istati Uniti bħala pajjiż analogu bl-iskop li tistabbilixxi l-valur normali għar-RPĊ. Parti waħda sostniet li l-Indja kienet suq analogu aħjar minħabba l-livell simili ta’ żvilupp lejn ir-RPĊ. Il-Kummissjoni ma kisbet l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi Indjani. L-Istati Uniti dehru inizjalment addattati minħabba l-ftuħ tagħhom għall-kompetizzjoni tal-importazzjonijiet (tariffi doganali ta’ 0 % kontra l-10 % fl-Indja) u livell pjuttost tajjeb ta’ kompetizzjoni fis-suq domestiku bi 15 sa 20 produttur tal-Istati Uniti.

(48)

Madankollu, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjara ta’ verifika żvelaw li l-Istati Uniti mhumiex suq ta’ pajjiż analogu xieraq. Il-produtturi kollha tal-Istati Uniti li kkooperaw jiddependu fuq l-importazzjonijiet ta’ materja prima bażika u prodotti finali mill-kumpaniji prinċipali tagħhom tal-UE u għandhom attività ta’ produzzjoni limitata fl-Istati Uniti, primarjament biex iwieġbu għall-ordnijiet personalizzati jew urġenti. Fil-fatt, il-volum tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Istati Uniti li kkooperaw huwa frazzjoni tal-produtturi prinċipali Ewropej tagħhom. Madankollu, l-aktar importanti huwa li l-produtturi tal-Istati Uniti li kkooperaw għandhom spejjeż tal-ipproċessar għoljin li jirriflettu ċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom fil-manifattura. Dawk l-ispejjeż jissarrfu fi prezzijiet domestiċi għoljin fis-suq tal-Istati Uniti.

(b)   Determinazzjoni tal-valur normali

(49)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur normali maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq jew il-prezzijiet tal-esportazzjoni minn tali pajjiż għal pajjiżi oħrajn, inkluża l-UE. Billi l-valur normali ma setax jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet jew tal-valuri maħduma fl-Istati Uniti għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa preċedenti, ġie esplorat it-tieni metodu. Madankollu, għar-raġunijiet mogħtija hawn taħt, lanqas dan il-metodu ma huwa xieraq għall-każ preżenti. L-istess bħall-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-Istati Uniti, il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-Istati Uniti se jkunu wkoll influwenzati mill-ispejjeż għoljin tal-produzzjoni u mill-fatt li l-volumi tal-esportazzjoni jkunu limitati, jiġifieri inqas minn 2 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-UE). Jidher ukoll li wħud minn dawk l-esportazzjonijiet isiru lil kumpaniji relatati u għalhekk mhumiex affidabbli għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur normali.

(50)

Bħala alternattiva għaż-żewġ metodi msemmija fuq, l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku jistipula li l-valur normali jista’ jiġi stabbilit fuq kwalunkwe bażi raġonevoli oħra, inkluż il-prezz fil-fatt imħallas jew pagabbli fl-Unjoni għall-prodott simili, debitament aġġustat, jekk ikun meħtieġ, sabiex jinkludi qligħ raġonevoli. Dan il-metodu ntuża b’mod provviżorju fil-każ preżenti minħabba li f’dan l-istadju l-investigazzjoni stabbiliet li l-Istati Uniti mhumiex pajjiż analogu xieraq.

(51)

Għat-tipi ta’ prodotti esportati mill-(gruppi ta’) produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun li għalihom ma sar l-ebda bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, il-Kummissjoni użat provviżorjament il-prezzijiet fil-fatt imħallsin jew pagabbli fl-Unjoni għall-prodott simili, debitament aġġustati, jekk meħtieġ, sabiex jinkludu qligħ raġonevoli, tal-aktar tipi ta’ prodotti li jixxiebħu u li għandhom l-istess dijametru, grad ta’ azzar u tip ta’ prodott (pereżempju rfinuti bil-kesħa jew bis-sħana).

4.   Prezz tal-esportazzjoni

(52)

Fil-każijiet kollha, il-prodott ikkonċernat kien esportat lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, u għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni attwalment imħallsa jew pagabbli.

5.   Paragun

(53)

Il-marġini ta’ dumping ġew stabbiliti permezz ta’ paragun tal-prezzijiet tal-esportazzjoni kif joħorġu mill-fabbrika tal-esportaturi fil-kampjun meqjusa individwalment mal-prezzijiet tal-bejgħ domestiċi tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun stabbiliti kif stipulat fil-premessa (50) hawn fuq.

(54)

Bil-għan li jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Ingħataw aġġustamenti xierqa fil-każijiet kollha fejn dawn instabu li kienu raġonevoli, preċiżi u appoġġjati minn evidenza vverifikata. B’mod partikolari, ingħata aġġustament għat-taxxi indiretti, il-merkanzija u l-assigurazzjoni marittima, il-merkanzija fil-pajjiż esportatur, l-ispejjeż tal-garanziji, il-kummissjonijiet, l-ispejjeż tal-krediti, l-ispejjeż bankarji, il-livell tal-kummerċ u kif elaborat fil-premessa (70) aktar ’l isfel, il-perċezzjoni tal-kwalità.

6.   Marġini ta’ dumping

(55)

Il-marġini ta’ dumping provviżorju ġew espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas.

(a)   Għall-produtturi esportaturi fil-kampjun li kkooperaw mogħtija TI

(56)

Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġini ta’ dumping għall-produtturi esportaturi fil-kampjun li kkooperaw mogħtija TI ġew stabbiliti fuq il-bażi ta’ paragun tal-valur normali medju peżat stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet attwalment imħallsa jew pagabbli fl-Unjoni għall-prodott simili, debitament aġġustati sabiex jinkludu profitt raġonevoli kif spjegat fid-dettall fil-premessi (50) u (51) hawn fuq mal-prezz medju peżat tal-esportazzjoni ta’ kull kumpanija tal-prodott ikkonċernat lill-Unjoni, kif stabbilit hawn fuq.

(57)

Abbażi ta’ dan, il-marġini ta’ dumping provviżorju espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma:

Kumpaniji fil-kampjun

Marġini ta’ dumping provviżorju

Changshu Walsin Specialty Steel, Co. Ltd., Haiyu

83,2  %

Shanghai Jinchang Stainless Steel Tube Manufacturing, Co. Ltd., Situan

62,5  %

Wenzhou Jiangnan Steel Pipe Manufacturing, Co. Ltd., Yongzhong

66,5  %

(b)   Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha li kkooperaw

(58)

Il-marġini ta’ dumping għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha li kkooperaw fir-RPĊ, mhux inklużi fil-kampjun, ġie kkalkulat bħala medja peżata tal-marġini ta’ dumping tal-produtturi esportaturi fil-kampjun, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku.

(59)

Abbażi ta’ dan, il-marġini ta’ dumping provviżorju espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa ta’ 71,1 %.

(ċ)   Il-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha (li ma kkooperawx)

(60)

Minħabba l-livell għoli ta’ kooperazzjoni fl-investigazzjoni (il-kumpaniji li kkooperaw jirrappreżentaw madwar 64 % tal-importazzjonijiet totali rreġistrati fl-Eurostat matul il-PI) il-marġini uniku għall-pajjiż kollu applikabbli għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx ġie stabbilit bl-użu tal-ogħla mill-marġini li nstabu għall-(gruppi ta’) kumpaniji fil-kampjun.

(61)

Abbażi ta’ dan, il-livell ta’ dumping provviżorju uniku għall-pajjiż kollu bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa ta’ 83,2 %.

D.   ĦSARA

1.   Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni

(62)

Matul il-PI, il-prodott simili kien manifatturat minn 21 produttur fl-Unjoni. Skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku, il-21 produttur tal-Unjoni eżistenti kollha jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni u, għalhekk, minn hawn ’il quddiem, se ssir referenza għalihom bħala l-“industrija tal-Unjoni”.

(63)

Kif indikat taħt il-premessa (7) aktar ’il fuq, fil-kampjun intgħażlu żewġ gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni, komposti minn ħames produtturi tal-Unjoni, li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. Mill-bqija tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, il-kumpanija li talbet għal limitazzjoni tal-ambitu tal-prodott (ara l-premessi (16) u (17) aktar ’il fuq) – ma qablitx mal-għażla tal-kampjun. Notevolment, il-produttur ikkritika l-fatt li l-kampjun jinkludi biss kumpaniji li huma preżenti kemm fis-“suq tal-prodotti finali” kif ukoll dak tal-“prematerjal”, kif ukoll il-fatt li l-kampjun huwa magħmul minn kumpaniji li lmentaw biss. Ġie mtenni li l-kumpanija inkwistjoni tixtri l-prematerjal kemm mir-RPĊ kif ukoll mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, il-produttur naqas milli juri bil-provi li tabilħaqq kienu jeżistu dawn iż-żewġ swieq separati. Barra minn hekk, il-produttur kien jirrappreżenta inqas minn 2 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PI, filwaqt li ż-żewġ gruppi ta’ kumpaniji ntgħażlu fuq il-bażi tal-kriterji oġġettivi kif deskritti fil-premessi (7) u (8) aktar ’il fuq.

2.   Il-konsum tal-Unjoni

(64)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni abbażi tal-informazzjoni miksuba mill-kumitat tad-difiża li jirrappreżenta lill-kwerelanti (ara l-premessa (2) aktar ’il fuq) u d-dejta dwar il-volumi tal-importazzjoni għas-suq tal-Unjoni miksuba mill-Eurostat. Din id-dejta tal-aħħar kellha tiġi aġġustata bi ftit fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Afrika ta’ Isfel u l-Ġappun għal ċerti perjodi minħabba li dik id-dejta kienet tinkludi xi distorsjonijiet li jirriżultaw minn rappurtar żbaljat tal-informazzjoni.

(65)

Il-konsum tal-Unjoni naqas drastikament b’35 % bejn l-2006 u l-PI. Madankollu, il-konsum żdied bi ftit bejn l-2006 u l-2007, laħaq il-quċċata fl-2007 u mbagħad kompla jonqos kontinwament sena wara sena sal-PI.

Tabella 1

Il-konsum tal-Unjoni

 

2006

2007

2008

2009

PI

Unitajiet (tunnellati)

131 965

153 630

133 711

102 865

85 629

Indiċi

100

116

101

78

65

(66)

Tabilħaqq, il-perjodu kkunsidrat ikopri varjazzjonijiet konsiderevoli fis-suq, primarjament minħabba volatilitajiet kbar ħafna fid-domanda għat-tubi tal-azzar li ma jissaddadx. Is-sena 2007 kif ukoll l-ewwel tliet kwarti tal-2008 jistgħu jiġu kkaratterizzati bħala suq robust li qiegħed jikber u jissaħħaħ. Eventwalment, il-kriżi ekonomika kellha impatt kbir fuq id-domanda. Dan l-impatt beda jsir evidenti fl-aħħar kwart tal-2008, sar aktar gravi matul l-2009 u saħansitra ssokta fl-ewwel nofs tal-2010, biex b’hekk affettwa wkoll il-PI kollu kemm hu. Dan kollu huwa rifless sew fix-xejra tal-konsum tal-Unjoni li kien fl-aqwa tiegħu fl-2007 u li mbagħad beda jonqos sena wara sena.

3.   L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

3.1.   Il-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(67)

Il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ fis-suq tal-Unjoni żdied matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod ġenerali, matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b’14 %. Fil-fatt, bejn l-2006 u l-2007, l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu kważi bid-doppju, filwaqt li bdew jonqsu sena wara sena bejn l-2007 u l-PI, l-aktar minħabba t-tnaqqis fil-konsum (billi s-sehem mis-suq baqa’ stabbli bejn l-2008 u l-PI – ara l-premessa (68) hawn taħt).

Tabella 2

Importazzjonijiet mir-RPĊ (f’volumi)

 

2006

2007

2008

2009

PI

Unitajiet (tunnellati)

13 804

26 790

25 186

17 043

15 757

Indiċi

100

194

182

123

114

3.2.   Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(68)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ żdied kważi bid-doppju matul il-perjodu kkunsidrat, billi żdied b’76 % jew b’7,9 punti perċentwali. Dan it-tkabbir fis-sehem tas-swieq ġie rreġistrat primarjament bejn l-2006 u l-2007, fejn sussegwentement żamm il-livell għoli tiegħu.

Tabella 3

Importazzjonijiet mir-RPĊ (sehem mis-suq)

 

2006

2007

2008

2009

PI

Sehem mis-suq (%)

10,5  %

17,4  %

18,8  %

16,6  %

18,4  %

Indiċi

100

167

180

158

176

3.3.   Il-prezzijiet

(a)   L-evoluzzjoni tal-prezzijiet

(69)

It-tabella ta’ hawn taħt turi l-prezz medju tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ, bid-dazju mhux imħallas fil-fruntiera Ewropea, kif irrapportat mill-Eurostat. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezz medju tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied sal-2008 u mbagħad naqas bejn l-2008 u l-PI.

Tabella 4

Importazzjonijiet mir-RPĊ (prezzijiet)

 

2006

2007

2008

2009

PI

Prezz medju għal kull tunnellata (EUR)

4 354

5 129

5 506

4 348

3 954

Indiċi

100

118

126

100

91

(b)   It-twaqqigħ tal-prezzijiet

(70)

Sar paragun tal-prezzijiet ta’ tip għal tip bejn il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fl-Unjoni. Għal dan il-għan, il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lill-klijenti mhux relatati ġew imqabbla mal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi fil-kampjun tal-pajjiż ikkonċernat. Fejn meħtieġ, ġew applikati aġġustamenti sabiex jittieħed kont tad-differenzi fil-perċezzjoni tas-suq tal-kwalità tal-prodott, il-livell tal-kummerċ u l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni.

(71)

Il-paragun wera li, matul il-PI, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ inbiegħu fl-Unjoni bi prezzijiet li waqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni, meta espressi bħala perċentwal ta’ din tal-aħħar, li kien ivarja minn 21 % sa 32 %.

4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.1.   Rimarki preliminari

(72)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indikaturi kollha rilevanti li jinfluwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni. Id-dejta ppreżentata hawn taħt hija relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni għall-ishma tal-bejgħ u tas-suq, u mal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun għall-indikaturi kollha li jifdal. F’dak li għandu x’jaqsam mal-indikaturi bbażati fuq il-produtturi fil-kampjun, billi l-kampjun kien kompost minn żewġ gruppi biss ta’ produtturi, għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, id-dejta aggregata attwali ma tistax tiġi żvelata fit-tabelli relatati ta’ hawn taħt; minflok, qegħdin jiġu ppreżentati biss l-indiċijiet sabiex juru x-xejra ta’ dawk l-indikaturi.

4.2.   Il-produzzjoni

(73)

Il-volumi tal-produzzjoni tal-Unjoni żdiedu bejn l-2006 u l-2008, iżda mbagħad naqsu drastikament bejn l-2008 u l-PI. Dan it-tnaqqis sostanzjali fil-produzzjoni kien ikkawżat kemm mit-tnaqqis fid-daqs tas-suq kif ukoll mill-pressjoni dejjem tiżdied tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

Tabella 5

Produzzjoni

il-produtturi fil-kampjun

2006

2007

2008

2009

PI

Produzzjoni (indiċi)

100

107

121

84

66

4.3.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(74)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni baqgħet relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat: Madankollu, ir-rata tal-użu tal-kapaċità naqset b’35 % bejn l-2006 u l-PI. Matul il-PI, il-livell tal-użu tal-kapaċità naqas għal ftit aktar minn nofs il-livell milħuq fl-2008.

Tabella 6

Kapaċità tal-produzzjoni

il-produtturi fil-kampjun

2006

2007

2008

2009

PI

Kapaċità (indiċi)

100

98

101

102

101

L-użu tal-kapaċità (indiċi)

100

109

120

82

65

4.4.   Stokkijiet

(75)

It-tabella ta’ hawn taħt turi li l-istokkijiet tal-għeluq għall-ewwel żdiedu sal-2008, meta l-produzzjoni tal-Unjoni kienet fl-aqwa tagħha, iżda mbagħad bdew jonqsu minħabba l-livelli mnaqqsa ta’ attività tal-manifattura.

Tabella 7

Stokkijiet

il-produtturi fil-kampjun

2006

2007

2008

2009

PI

Stokkijiet (indiċi)

100

124

168

138

118

4.5.   Il-volumi tal-bejgħ tal-Unjoni (l-industrija totali tal-Unjoni)

(76)

Il-volum tal-bejgħ tal-produtturi kollha tal-Unjoni fis-suq tal-UE naqas globalment b’39 %, filwaqt li, fl-istess ħin, l-esportazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu b’14 %, kif iddikjarat fil-premessa (68) hawn fuq. Il-volumi tal-bejgħ tal-Unjoni fl-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 8

Il-bejgħ tal-Unjoni (volumi)

il-produtturi kollha tal-UE

2006

2007

2008

2009

PI

Il-bejgħ tal-Unjoni (tunnellati)

82 743

91 043

79 418

63 223

50 569

Indiċi

100

110

96

76

61

4.6.   Is-sehem mis-suq (l-industrija totali tal-Unjoni)

(77)

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 3,4 punti perċentwali bejn l-2006 u l-2007 u baqa’ relattivament stabbli matul il-bqija tal-perjodu kkunsidrat, b’żieda temporanja żgħira fl-2009. B’mod ġenerali, l-industrija tal-Unjoni tilfet 3,6 punti perċentwali tas-sehem mis-suq, filwaqt li, kif muri fit-Tabella 3 hawn fuq, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ żdied kważi bid-doppju matul il-perjodu kkunsidrat.

Tabella 9

Is-sehem mis-suq tal-Unjoni

il-produtturi kollha tal-UE

2006

2007

2008

2009

PI

Is-sehem mis-suq (%)

62,7  %

59,3  %

59,4  %

61,5  %

59,1  %

Indiċi

100

95

95

98

94

4.7.   Il-prezzijiet tal-bejgħ

(78)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet medji tal-bejgħ, it-tabella ta’ hawn taħt turi li fl-2007 l-industrija tal-Unjoni żiedet il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha u mbagħad naqqsithom gradwalment sena wara sena sal-PI, sakemm laħqet il-livelli tal-prezzijiet li huma aktar baxxi minn dawk tal-2006. L-evoluzzjoni u l-volatilità għolja tal-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom kienu parzjalment dovuti għall-varjazzjonijiet serji fl-ispejjeż tal-materja prima.

Tabella 10

Il-bejgħ tal-Unjoni (prezzijiet medji)

il-produtturi fil-kampjun

2006

2007

2008

2009

PI

Prezz medju għal kull tunnellata (indiċi)

100

135

126

100

92

4.8.   Impjieg

(79)

Il-livell tal-impjieg segwa l-aktar l-iżvilupp tal-volumi tal-produzzjoni (ara t-Tabella 5 hawn fuq), li jindika li l-industrija tal-Unjoni ppruvat tirrazzjonalizza l-ispejjeż tal-manifattura meta kien meħtieġ. L-industrija tal-Unjoni ppruvat tadatta l-forza tax-xogħol tagħha għaċ-ċirkostanzi dejjem imorru għall-agħar tas-suq billi naqqset is-sigħat tax-xogħol minflok naqqset l-għadd ta’ ħaddiema. Għalhekk, it-tabella ta’ hawn taħt turi l-livell ta’ impjieg f’ekwivalenti għall-full-time (“FTE”). L-impjieg FTE tal-produtturi tal-Unjoni żdied bi 11-il punt perċentwali bejn l-2006 u l-2008, segwit bi tnaqqis ta’ 19-il punt perċentwali mill-2008 sal-PI. B’mod ġenerali, l-għadd ta’ FTE's naqas bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat.

Tabella 11

Impjieg

il-produtturi fil-kampjun

2006

2007

2008

2009

PI

Impjieg f’ekwivalenti għall-full-time (indiċi)

100

106

111

95

92

4.9.   Produttività

(80)

Minkejja t-tentattivi msemmija qabel tal-industrija tal-Unjoni, l-output għal kull FTE tal-produtturi tal-Unjoni naqas b’mod konsiderevoli, globalment b’29 %. L-impatti serji tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ fil-perjodu ta’ domanda tas-suq li qiegħda tonqos ħafna ma ħallewx lill-industrija tal-Unjoni żżomm il-livelli tal-produttività tagħha.

Tabella 12

Produttività

il-produtturi fil-kampjun

2006

2007

2008

2009

PI

Il-volum tal-produzzjoni għal kull FTE (indiċi)

100

102

109

88

71

4.10.   L-Ispejjeż tax-Xogħol

(81)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tikkontrolla l-iżvilupp tal-ispejjeż tax-xogħol. Tabilħaqq, it-tabella ta’ hawn taħt turi li l-ispiża tax-xogħol annwali medja żdiedet bi ftit fl-2007 u fl-2008, iżda naqset fl-2009 u fil-PI. Matul il-perjodu kollu, l-ispejjeż tax-xogħol naqsu bi 2 %. Dan it-tnaqqis kien ikun aktar notevoli li kieku l-ammonti tal-ħlasijiet għall-waqfien mill-impjieg kienu esklużi mix-xejra ta’ hawn fuq.

Tabella 13

L-ispejjeż tax-xogħol

il-produtturi fil-kampjun

2006

2007

2008

2009

PI

L-ispiża tax-xogħol annwali għal kull impjegat (indiċi)

100

103

109

100

98

4.11.   Profittabilità u redditu fuq l-investimenti (ROI)

(82)

Il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni ġiet stabbilita billi l-qligħ nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-UE lil klijenti mhux relatati ġie espress bħala perċentwali tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. B’riżultat ta’ dan, il-marġini tal-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 14

Profittabilità u redditu fuq l-investimenti (ROI)

il-produtturi fil-kampjun

2006

2007

2008

2009

PI

Qligħ nett (indiċi)

100

202

89

– 147

– 188

ROI (indiċi)

100

289

215

– 107

– 153

(83)

Kif turi t-tabella ta’ hawn fuq, il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni laħqet il-quċċata tagħha fl-2007 minħabba l-kundizzjonijiet straordinarji tas-suq, li minnhom jistgħu jibbenifikaw il-parteċipanti kollha tas-suq. Il-profittabilità medja bdiet tiddeterjora b’mod sinifikanti mill-2007 u l-profitti nbidlu f’telf sinifikanti matul l-2009 u l-PI.

(84)

F’dak li għandu x’jaqsam mar-redditu fuq l-investimenti (“ROI”), espress bħala l-qligħ f’perċentwali tal-valur nett skont il-kotba tal-investimenti, dan l-indikatur jidher li segwa x-xejra tal-profittabilità.

4.12.   Il-fluss tal-flus u l-abbiltà li jiżdied il-kapital

(85)

Il-fluss nett tal-flus mill-attivitajiet operattivi żviluppa kif ġej (meta wieħed iqis l-ammont negattiv fl-2006, b’mod eċċezzjonali għal din it-tabella, is-sena 2007 kienet meqjusa bħala s-sena ta’ referenza sabiex jiġi indikat l-iżvilupp tal-fluss tal-flus):

Tabella 15

Fluss tal-flus

il-produtturi fil-kampjun

2006

2007

2008

2009

PI

Fluss tal-flus (indiċi)

negattiv

100

685

175

53

(86)

It-tabella ta’ hawn fuq turi li l-fluss tal-flus tal-industrija tal-Unjoni laħaq il-quċċata tiegħu fl-2008 u li sussegwentement naqas sal-aħħar tal-perjodu kkunsidrat, sakemm laħaq livell pjuttost baxx fil-PI.

4.13.   Investimenti

(87)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej:

Tabella 16

Investimenti

il-produtturi fil-kampjun

2006

2007

2008

2009

PI

Investimenti netti (indiċi)

100

192

406

286

183

(88)

Kif turi t-tabella ta’ hawn fuq, il-produtturi tal-Unjoni ddeċidew li jkomplu jinvestu minkejja l-qagħda finanzjarja fraġli tagħhom fl-2009 u fil-PI. Ir-raġunijiet għal dan huma li (i) dan it-tip ta’ industrija normalment ikun jirrikjedi ċerti investimenti multiannwali li jkollhom jiġu kkompletati irrispettivament mis-sitwazzjoni tas-suq, u li (ii) f’dan is-settur, it-titjib frekwenti fit-tagħmir huwa prerekwiżit sabiex tkun tista’ ssir il-produzzjoni ta’ kwantitajiet akbar ta’ prodotti ta’ livell ogħla (bħala sforz sabiex tinżamm il-kompetittività vis-à-vis manifatturi oħrajn).

4.14.   Il-kobor tal-marġini ta’ dumping attwali

(89)

Il-marġini ta’ dumping għall-importazzjonijiet mir-RPĊ, kif speċifikat aktar ’il fuq fil-premessa (57) hawn fuq, huma għoljin ħafna. Minħabba l-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, l-impatt tal-marġini tad-dumping jista’ jitqies bħala wieħed sostanzjali.

5.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(90)

L-indikaturi tal-ħsara żviluppaw b’mod negattiv matul il-perjodu kkunsidrat. Dan huwa partikolarment notevoli għall-indikaturi li jikkonċernaw il-profittabilità, il-volumi tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq, li kollha wrew xejra ta’ deterjorament b’mod ċar.

(91)

Fl-istess waqt, l-importazzjonijiet tat-tubi tal-azzar li ma jissaddadx mir-RPĊ kienu qegħdin iwaqqgħu il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’sa 32 % matul il-PI (ara l-premessa (71) aktar ’il fuq).

(92)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, huwa provviżorjament konkluż li l-industrija tal-Unjoni sofriet ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

E.   KAWŻALITÀ

1.   Introduzzjoni

(93)

Skont l-Artikolu 3(6) u l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping ikkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni sa livell li jippermettilha tiġi kklassifikata bħala materjali. Barra minn hekk, il-fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li setgħu fl-istess waqt ikkawżaw il-ħsara lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati biex jiġi żgurat li kwalunkwe ħsara kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħrajn ma tiġix attribwita lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

2.   L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(94)

Bejn l-2006 u l-PI, il-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat żdied f’termini ta’ volum b’14 % f’suq li kien qiegħed jiċkien b’35 %, li wassal għal żieda fis-sehem mis-suq tal-Unjoni b’76 %, minn 10,5 % għal 18,4 %.

(95)

Iż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat ikkoinċidiet ma’ xejra ’l isfel f’ħafna mill-indikaturi ta’ ħsara tal-industrija tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni tilfet 3,6 punti perċentwali tas-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha naqsu bi 8 % minħabba l-pressjoni tal-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx fis-suq tal-Unjoni. Il-qtugħ sinifikanti tal-prezzijiet impedixxa lill-industrija tal-Unjoni milli tgħaddi l-ispejjeż miżjudin tal-produzzjoni fil-prezzijiet tal-bejgħ sa ammont aċċettabbli, u dan irriżulta f’livelli ta’ profittabilità negattivi matul il-PI.

(96)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa provviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ, li daħlu fis-suq tal-Unjoni f’volumi kbar u li b’mod ġenerali qegħdin jiżdiedu u li waqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, qegħdin jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni.

3.   L-effett ta’ fatturi oħrajn

3.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

(97)

Matul il-perjodu kkunsidrat, kien hemm importazzjonijiet limitati minn pajjiżi terzi oħrajn. Is-sehem totali tas-suq ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn għajr ir-RPĊ naqas b’4,3 punti perċentwali, minn 26,8 % għal 22,5 %.

(98)

L-akbar sorsi li jmiss ta’ importazzjonijiet matul il-PI kienu l-Ġappun u l-Ukraina. Huma t-tnejn kellhom sehem mis-suq ta’ 5,2 % kull wieħed. L-Indja kellha sehem mis-suq ta’ 3,0 %, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti kellhom sehem mis-suq ta’ 2,7 % matul il-PI. It-tabella li ġejja turi l-iżvilupp tal-volumi tal-importazzjoni, il-prezzijiet u l-ishma mis-suq tal-akbar erba’ pajjiżi tas-sors ta’ importazzjoni wara r-RPĊ u dawk tal-importazzjonijiet tal-pajjiżi terzi l-oħrajn li jifdal, ilkoll ibbażati fuq id-dejta tal-Eurostat. Kif issemma diġà fil-premessa (64) aktar ’il fuq, id-dejta tal-Eurostat għall-importazzjonijiet mill-Ġappun kienet teħtieġ aġġustamenti żgħar sabiex jiġu esklużi d-distorsjonijiet li jirriżultaw minn rappurtar żbaljat tat-tranżazzjonijiet.

Tabella 17

Importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn

Pajjiż

 

2006

2007

2008

2009

PI

Il-Ġappun

Volumi (tunnellati)

5 801

7 211

6 955

6 753

4 445

 

Sehem mis-suq (%)

4,4  %

4,7  %

5,2  %

6,6  %

5,2  %

 

Prezz medju (EUR)

7 981

7 396

8 591

11 634

9 596

L-Ukraina

Volumi (tunnellati)

7 820

8 536

7 904

4 659

4 431

 

Sehem mis-suq (%)

5,9  %

5,6  %

5,9  %

4,5  %

5,2  %

 

Prezz medju (EUR)

6 775

9 212

8 100

6 336

6 031

L-Indja

Volumi (tunnellati)

3 664

4 323

3 461

3 265

2 540

 

Sehem mis-suq (%)

2,8  %

2,8  %

2,6  %

3,2  %

3,0  %

 

Prezz medju (EUR)

5 519

6 874

6 789

3 929

4 111

L-Istati Uniti

Volumi (tunnellati)

3 739

6 019

2 724

2 740

2 344

 

Sehem mis-suq (%)

2,8  %

3,9  %

2,0  %

2,7  %

2,7  %

 

Prezz medju (EUR)

16 235

5 597

12 892

11 175

11 054

Pajjiżi oħrajn

Volumi (tunnellati)

14 394

9 709

8 063

5 183

5 542

 

Sehem mis-suq (%)

10,9  %

6,3  %

6,0  %

5,0  %

6,5  %

 

Prezz medju (EUR)

6 643

7 880

8 553

6 695

6 497

Total tal-pajjiżi terzi kollha għajr ir-RPĊ

Volumi (tunnellati)

35 418

35 797

29 107

22 600

19 303

 

Sehem mis-suq (%)

26,8  %

23,3  %

21,8  %

22,0  %

22,5  %

 

Prezz medju (EUR)

5 586

7 540

8 453

8 392

7 484

(99)

Kif indikat fit-tabella ta’ hawn fuq, matul il-perjodu kkunsidrat il-Ġappun żied b’mod moderat is-sehem mis-suq tiegħu b’0,8 punti perċentwali minn 4,4 % għal 5,2 %. Madankollu, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Ġappun jidhru li huma ferm aktar komparabbli mal-prezzijiet tal-Unjoni mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ. L-aktar importanti, fil-PI, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Ġappun kienu ogħla b’mod sinifikanti minn dawk tal-industrija tal-Unjoni.

(100)

L-importazzjonijiet mill-Istati Uniti saru bi prezzijiet konsiderevolment ogħla minn dawk tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat (għajr għas-sena tal-2007). F’dak li għandu x’jaqsam mal-importazzjonijiet mill-Ukraina u mill-Indja, għalkemm il-prezzijiet medji minn dawn il-pajjiżi kienu ġeneralment aktar baxxi mill-prezzijiet tal-Unjoni, it-tnejn żammew sehem mis-suq relattivament stabbli fis-suq tal-Unjoni: is-sehem mis-suq tal-Ukraina naqas minn 5,9 % għal 5,2 %, filwaqt li dak tal-Indja żdied minn 2,8 % għal 3,0 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(101)

Bħala konklużjoni, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha għajr ir-RPĊ naqas b’4,3 punti perċentwali (minn 26,8 % għal 22,5 %) matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod ġenerali, il-prezz medju tal-importazzjoni mill-pajjiżi terzi kollha għajr ir-RPĊ żdied b’34 % matul il-perjodu kkunsidrat (minn EUR 5 586 għal EUR 7 484 għal kull tunnellata) li huwa f’kuntrast qawwi mat-tnaqqis ta’ 9 % fil-prezzijiet tal-importazzjoni diġà baxxi ħafna taċ-Ċina u mat-tnaqqis ta’ 8 % fil-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-Unjoni.

(102)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ ma jidhrux li kkontribwixxew għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI.

3.2.   L-impatti tal-varjazzjonijiet tas-suq u l-kriżi ekonomika

(103)

Filwaqt li l-2007 u l-ewwel tliet kwarti tal-2008 jistgħu jiġu kkaratterizzati bħala suq robust li qiegħed jikber u jissaħħaħ għat-tubi tal-azzar li ma jissaddadx, eventwalment, il-kriżi finanzjarja u ekonomika kellha wkoll impatt kbir fuq dan is-settur. It-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku beda fl-aħħar kwart tal-2008, kompla matul l-2009 u affettwa saħansitra l-ewwel nofs tal-2010, jiġifieri l-PI kollu kemm hu. Dan kollu huwa rifless fix-xejriet tal-konsum tal-Unjoni, li kien fl-aqwa tiegħu fl-2007 u li mbagħad beda jonqos sena wara sena (ara t-Tabella 1 hawn fuq).

(104)

Mingħajr dubju, it-tnaqqis fil-konsum imsemmi hawn fuq li jirriżulta mit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kellu wkoll impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, għandu jiġi nnotat li dan l-effett negattiv kien aggravat serjament mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ, li waqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, anki li kieku t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kellu jitqies bħala fattur li jikkontribwixxi għall-ħsara matul il-PI, dan bl-ebda mod ma jista’ jnaqqas l-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ fis-suq tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ tali kompetizzjoni inġusta mir-RPĊ u l-pressjoni tal-volum u l-prezzijiet li eżerċitat fuq il-produtturi tal-Unjoni, kien ikun possibbli għal din tal-aħħar li żżomm il-livell tal-prezzijiet tal-bejgħ u tal-profittabilità tagħhom f’livelli relattivament aċċettabbli anki f’sitwazzjoni ta’ domanda li tonqos.

(105)

Fil-fatt, l-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ li waqqgħu ħafna l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni matul il-PI jista’ jitqies bħala saħansitra aktar dannuż f’perjodu ta’ kriżi ekonomika meta l-volumi u l-prezzijiet tal-bejgħ ikunu, f’kull każ, diġà taħt pressjoni mill-konsum aktar baxx.

(106)

Meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq, it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku ma jistax jitqies bħala fattur possibbli li jkisser ir-rabta kawżali bejn il-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ.

3.3.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(107)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-iżvilupp tal-bejgħ mill-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, l-esportazzjonijiet naqsu inqas mill-bejgħ domestiku, irrispettivament minn jekk humiex eżaminati l-produtturi kollha tal-Unjoni jew il-produtturi fil-kampjun biss. F’dak li għandu x’jaqsam mal-volumi tal-bejgħ mill-esportazzjoni, tista’ tiġi stabbilita x-xejra li ġejja għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 18

L-industrija tal-Unjoni – il-bejgħ mill-esportazzjoni (f’tunnellati) lil klijenti mhux relatati

il-produtturi kollha tal-UE

2006

2007

2008

2009

PI

Indiċi

100

99

108

88

64

(108)

Ta’ min jirrimarka li l-bejgħ mill-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’ritmu aktar bil-mod mill-bejgħ fis-suq tal-Unjoni. Dan jista’ jimplika li l-pressjoni tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ hija partikolarment qawwija fis-suq tal-Unjoni. Minħabba din l-indikazzjoni, kif ukoll is-sehem sostanzjali ta’ esportazzjonijiet fil-bejgħ totali magħmul mill-industrija tal-Unjoni (b’mod kostanti bejn 39 % u 45 % matul il-perjodu kkonċernat), kwalunkwe nuqqas ta’ kompetittività tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq dinji jista’ ċertament jiġi eskluż.

3.4.   Il-kompetittività tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u l-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(109)

Il-volatilità għolja tal-prezzijiet tal-ligi, kif ukoll l-iżviluppi ġenerali fid-domanda tas-suq, irriżultaw f’varjazzjonijiet konsiderevoli fl-ispejjeż tal-materja prima ewlenija għall-manifattura tal-prodott taħt investigazzjoni. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-ispiża unitarja medja tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żviluppat kif ġej:

Tabella 19

L-industrija tal-Unjoni – l-ispiża tal-produzzjoni (EUR għal kull tunnellata)

il-produtturi fil-kampjun

2006

2007

2008

2009

PI

Indiċi

100

120

119

124

118

(110)

Kif issemma diġà fil-premessa (78) aktar ’il fuq, is-suq tar-RPĊ għall-materja prima ewlenija huwa mfixkel ħafna. Minħabba din id-distorsjoni, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ jidhru li għandhom il-possibbiltà li jagħmlu l-bejgħ mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lis-suq tal-Unjoni bi prezz li x’aktarx ikun inqas elastiku għall-prezzijiet tal-materja prima u li jirriżulta fi prezzijiet li fil-biċċa l-kbira tagħhom iwaqqgħu l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. Fi kliem ieħor, minħabba d-distorsjoni fis-suq Ċiniż tal-materja prima, il-manifatturi tat-tubi tal-azzar li ma jissaddadx fir-RPĊ għandhom vantaġġ kompetittiv inġust meta mqabbel mal-industrija tal-Unjoni. Dawn id-distorsjonijiet setgħu kkontribwixxew biex jippermettu lill-produtturi Ċiniżi jżommu l-livell tal-prezz baxx tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ.

4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(111)

Bħala konklużjoni, l-analiżi ta’ hawn fuq uriet li l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu f’termini ta’ kwantitajiet u kisbu sehem sostanzjali tas-suq matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, dawn il-kwantitajiet miżjuda li daħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping waqqgħu drastikament il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Għalkemm għal ċertu perjodu l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tikkumpensa għall-effetti negattivi ta’ din il-pressjoni bis-saħħa tal-kundizzjonijiet eċċezzjonalment pożittivi tas-suq fis-snin tal-2007 u l-2008, dan ma kienx aktar possibbli meta l-kriżi ekonomika naqqset il-livell tad-domanda b’mod sostanzjali.

(112)

Minbarra dan, ġew analizzati wkoll fatturi oħrajn li setgħu kkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, instab li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, l-impatt tal-kriżi ekonomika, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u fatturi oħrajn li jinkludu dawk relatati mad-distorsjonijiet fis-suq tal-materja prima tar-RPĊ, ma jidhrux li huma tali li jistgħu jkissru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI.

(113)

Abbażi tal-analiżi ta’ hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat b’mod xieraq l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha li għandhom effett fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effett dannuż tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, huwa provviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet mir-RPĊ ikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

F.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(114)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar id-dumping, il-ħsara u l-kawżalità, kienx hemm raġunijiet li jwasslu sabiex il-Kummissjoni tikkonkludi b’mod ċar li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ partikolari. Għal dan il-għan u skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkunsidrat l-impatt probabbli tal-miżuri possibbli fuq il-partijiet kollha involuti, kif ukoll il-konsegwenzi li x’aktarx iġib miegħu n-nuqqas ta’ teħid ta’ miżuri.

(115)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil importaturi u utenti indipendenti. Eventwalment, kien hemm żewġ importaturi u utent wieħed li bagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju fi ħdan il-limiti ta’ żmien stabbiliti.

1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(116)

Produttur wieħed tal-Unjoni oppona l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping, minħabba li l-kumpanija tforni parzjalment hollows mhux maħduma tal-azzar li ma jissaddadx mir-RPĊ sabiex tkompli tipproċessahom f’tubi lesti. Madankollu, il-produttur jirrappreżenta inqas minn 2 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni.

(117)

Huwa mfakkar li l-indikaturi tal-ħsara wrew xejra negattiva ġenerali u li, b’mod partikolari, l-indikaturi tal-ħsara relatati mal-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ u mas-sehem mis-suq, kif ukoll il-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni bħall-profittabilità u r-redditu fuq l-investiment, kienu affettwati serjament.

(118)

Jekk jiġu imposti miżuri, huwa mistenni li t-tnaqqis fil-prezzijiet u t-telf tas-sehem mis-suq jittaffew u li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni jibdew jirkupraw, li għandhom iwasslu għal titjib sinifikanti tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

(119)

Min-naħa l-oħra, jekk ma jiġux imposti miżuri antidumping, x’aktarx li d-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja u tas-suq tal-industrija tal-Unjoni tkompli. F’xenarju bħal dan, l-industrija tal-Unjoni tkompli titlef aktar sehem mis-suq, billi mhijiex kapaċi ssegwi l-prezzijiet tas-suq stabbiliti mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. L-effetti probabbli jinvolvu aktar tnaqqis fil-manifattura u l-għeluq tal-faċilitajiet tal-produzzjoni fl-Unjoni, li jirriżultaw f’telf sostanzjali ta’ impjiegi.

(120)

Meta wieħed iqis il-fatturi kollha msemmija hawn fuq, huwa provviżorjament konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

2.   L-interess ta’ importaturi mhux relatati fl-Unjoni

(121)

Kif ġie indikat hawn fuq, it-teħid tal-kampjuni ma ġiex applikat għal importaturi mhux relatati, minħabba li kien hemm biss żewġ importaturi mhux relatati li kkooperaw b’mod sħiħ f’din l-investigazzjoni billi ssottomettew tweġiba għall-kwestjonarju. Parti żgħira biss tal-fatturat ta’ dawn iż-żewġ importaturi kienet relatata mal-bejgħ mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ.

(122)

Madankollu, l-importazzjonijiet iddikjarati minn dawn iż-żewġ importaturi kienu jirrappreżentaw proporzjon relattivament żgħir tal-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ fil-PI (ferm inqas minn 10 %). Meta wieħed iqis il-marġini għoljin miksuba mill-importaturi fuq il-bejgħ mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat fil-PI, wieħed jista’ jassumi li l-impożizzjoni tad-dazji antidumping tista’ tirriżulta f’livelli aktar baxxi ta’ profittabilità għalihom. Madankollu, l-ebda wieħed mill-importaturi ma ressaq argumenti li jgħidu li l-impożizzjoni tad-dazji antidumping tmur kontra l-interess tagħhom. Barra minn hekk, minħabba li t-tnejn ibigħu mill-ġdid tubi tal-azzar li ma jissaddadx ta’ oriġini mhux Ċiniża (inklużi tubi ta’ oriġini mill-Unjoni), huma jistgħu jiddeċiedu wkoll li jbiddlu x-xiri għal fornituri mhux Ċiniżi, li mhumiex affettwati mid-dazji.

(123)

L-ebda importatur ieħor ma kkoopera billi ssottometta tweġiba għall-kwestjonarju jew kummenti sostanzjati. Abbażi ta’ dan, huwa konkluż provviżorjament li l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji mhux se jkollha effetti sostanzjalment negattivi fuq l-interess tal-importaturi tal-Unjoni.

3.   L-interess tal-utenti

(124)

Il-pajpijiet u t-tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li huma soġġetti għal din il-proċedura jintużaw għal numru kbir ta’ applikazzjonijiet (ara l-premessa (17) aktar ’il fuq). Minkejja dan, il-kooperazzjoni nkisbet minn utent wieħed biss li juża t-tubi tal-azzar li ma jissaddadx għall-manifattura tal-air fin coolers u l-kondensaturi tal-arja mkessħa, li jammontaw għal inqas minn 1 % tal-importazzjonijiet totali miċ-Ċina matul il-PI. Madankollu, jista’ jiġi konkluż provviżorjament li l-kooperazzjoni limitata ħafna tal-utenti tidher li tindika li, b’mod ġenerali, l-impatt fuq il-profittabilità tal-industrija tal-utenti u s-sitwazzjoni ekonomika se jkun pjuttost limitat.

(125)

Mit-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ dan l-utent jidher li l-kumpanija mhux se tiġi affettwata serjament mill-miżuri antidumping, lanqas fir-rigward tad-diviżjoni tagħha li tuża t-tubi tal-azzar li ma jissaddadx. Meta l-valur tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat jitqabbel mal-fatturat tad-diviżjoni li tuża l-oġġetti importati, l-effett jista’ jitqies bħala insinifikanti.

(126)

Madankollu, fid-dawl tad-dejta ta’ dan l-utent, ma jistax jiġi eskluż li ċerti kumpaniji utenti li jużaw kwantitajiet aktar sostanzjali ta’ tubi tal-azzar li ma jissaddadx importati mir-RPĊ jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv mill-miżuri antidumping.

(127)

Mill-informazzjoni sottomessa mill-uniku utent li kkoopera, huwa impossibbli li jiġi stmat l-impjieg totali tal-industrija utenti kollha fi ħdan l-Unjoni, minħabba r-rappreżentattività limitata tagħha u l-varjetà wiesgħa tal-applikazzjonijiet.

(128)

Għandu jiġi nnotat ukoll li mhuwiex probabbli li l-livell tal-miżuri jipprevjeni l-importazzjonijiet Ċiniżi milli jkomplu jfornu s-suq tal-Unjoni, għalkemm bi prezzijiet mhux dannużi miżjuda. Barra minn hekk, il-kapaċità tal-produzzjoni mhux użata tal-industrija tal-Unjoni, kif ukoll is-sorsi alternattivi tal-importazzjonijiet minn diversi pajjiżi terzi oħrajn jindikaw li ma hemm ebda riskju ta’ sigurtà tal-provvista għat-tubi tal-azzar li ma jissaddadx fis-suq tal-Unjoni.

(129)

Barra minn hekk, minkejja d-diffikultajiet riċenti tal-industrija tal-Unjoni, hija tkompli tkun l-akbar fornitur tal-industrija utenti fl-Unjoni. Mingħajr l-impożizzjoni tal-miżuri, f’każ tad-deterjorazzjoni ulterjuri tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, l-eżistenza tal-industrija tal-Unjoni tiġi pperikolata, li tikkawża riskju ta’ provvista anki għall-utenti fi ħdan l-Unjoni.

(130)

Kollox ma’ kollox, meta wieħed iqis l-impatt globali tal-miżuri antidumping, l-effetti pożittivi fuq l-industrija tal-Unjoni jidhru li jegħlbu b’mod ċar l-impatti negattivi potenzjali fuq il-gruppi ta’ interess l-oħrajn. Għalhekk, huwa konkluż provviżorjament li d-dazji antidumping ma jmorrux kontra l-interess tal-Unjoni.

4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(131)

Jista’ jiġi konkluż li l-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ mistennija li tipprovdi opportunità għall-industrija tal-Unjoni sabiex ittejjeb is-sitwazzjoni tagħha permezz ta’ żieda fil-volumi tal-bejgħ, fil-prezzijiet tal-bejgħ u fis-sehem mis-suq. Filwaqt li jistgħu jiżviluppaw xi effetti negattivi fil-forma taż-żidiet tal-ispejjeż għal ċerti utenti, dawn x’aktarx li jkunu inqas mill-benefiċċji mistennija għall-produtturi u l-fornituri tagħhom.

(132)

Fid-dawl ta’ dak imsemmi hawn fuq, ġie konkluż provviżorjament li b’mod ġenerali ma hemmx raġunijiet konvinċenti kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ.

G.   MIŻURI PROVVIŻORJI ANTIDUMPING

(133)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tad-dumping, il-ħsara li tirriżulta, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina sabiex tiġi evitata aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

1.   Livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara

(134)

Il-miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ għandhom jiġu imposti f’livell suffiċjenti sabiex jeliminaw id-dumping, mingħajr ma jaqbeż il-ħsara kkawżata lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Meta jiġi kkalkolat l-ammont ta’ dazju meħtieġ sabiex jitneħħew l-effetti tad-dumping dannuż, huwa kkunsidrat li kwalunkwe miżura għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni li tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb globalment profitt qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(135)

L-industrija tal-Unjoni sostniet li għad-determinazzjoni tal-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara għandu jintuża profitt fil-mira ta’ 12 %. Madankollu, l-evidenza pprovduta sa issa ma wrietx li din il-profittabilità tista’ tinkiseb f’sitwazzjoni tas-suq normali. L-industrija tal-Unjoni saħansitra lanqas fis-sena eċċezzjonali tal-2007 ma setgħet tikseb livell daqstant għoli ta’ profittabilità. Abbażi tad-dejta miġbura matul l-investigazzjoni, ġie kkunsidrat provviżorjament li profitt ta’ 5 % huwa xieraq sabiex jiġi stabbilit il-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara.

(136)

Abbażi ta’ dan, ġie kkalkolat prezz mhux dannuż għall-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili. Il-prezz mhux dannuż ġie stabbilit billi tnaqqas il-marġini ta’ profitt attwali mill-prezz kif joħroġ mill-fabbrika u billi l-marġini ta’ profitt fil-mira msemmi hawn fuq ġie miżjud mal-prezz tal-fidi kkalkolat.

(137)

B’riżultat ta’ dan, ġew stabbiliti provviżorjament il-livelli ta’ eliminazzjoni tal-ħsara li ġejjin:

Kumpanija/kumpaniji

Livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara

Changshu Walsin Specialty Steel, Co. Ltd., Haiyu

71,5  %

Shanghai Jinchang Stainless Steel Tube Manufacturing, Co. Ltd., Situan

48,2  %

Wenzhou Jiangnan Steel Pipe Manufacturing, Co. Ltd., Yongzhong

48,0  %

Il-kumpaniji elenkati fl-Anness I

56,6  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

71,5  %

2.   Miżuri provviżorji

(138)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq u skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, huwa kkunsidrat li għandu jiġi impost dazju provviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ fil-livell tal-marġini l-aktar baxx ta’ dumping u ta’ eliminazzjoni tal-ħsara li nstab, skont ir-regola tal-inqas dazju, li fil-każijiet kollha huwa l-marġini tal-ħsara.

(139)

Minħabba r-rata għolja ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, ir-rata tal-kumpaniji l-oħrajn kollha hija stabbilita fir-rata tal-kumpanija li kkooperat fil-kampjun bl-ogħla rata. Għall-kumpaniji li kkooperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun elenkati fl-Anness, ir-rata tad-dazju provviżorju hija stabbilita fil-medja peżata tar-rati tal-kumpaniji fil-kampjun. Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rati tad-dazju proposti huma:

Kumpanija/kumpaniji

Dazju provviżorju

Changshu Walsin Specialty Steel, Co. Ltd., Haiyu

71,5  %

Shanghai Jinchang Stainless Steel Tube Manufacturing, Co. Ltd., Situan

48,2  %

Wenzhou Jiangnan Steel Pipe Manufacturing, Co. Ltd., Yongzhong

48,0  %

Il-kumpaniji elenkati fl-Anness I

56,6  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

71,5  %

(140)

Ir-rati tad-dazju antidumping individwali tal-kumpaniji speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (b’kuntrast mad-dazju nazzjonali applikabbli għall-‘kumpaniji l-oħrajn kollha’) huma għalhekk esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodotti li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u manifatturati mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati manifatturati minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenifikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(141)

Kwalunkwe talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju antidumping tal-kumpaniji individwali (pereżempju wara bidla fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (8) minnufih bit-tagħrif kollu rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni assoċjati ma’, pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk ikun addattat, ir-Regolament għandu jiġi emendat kif xieraq billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jibbenifikaw mir-rati tad-dazju individwali.

(142)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju antidumping, il-livell tad-dazju għall-kumpaniji l-oħrajn kollha mhux biss għandu japplika għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI.

H.   DISPOŻIZZJONI FINALI

(143)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jiġi ffissat perjodu li matulu l-partijiet interessati li għamlu lilhom infushom magħrufa fiż-żmien speċifikat fin-notifikazzjoni tal-inizjazzjoni jistgħu jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta. Barra minn hekk, għandu jiġi ddikjarat li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jista’ jkun li jkollhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-fini ta’ kwalunkwe miżura definittiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għaldaqstant, qiegħed jiġi impost dazju provviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx, għajr dawk b’fittings imwaħħlin magħhom addattati biex iwasslu gassijiet jew likwidi għall-użu fl-ajruplani ċivili, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 7304 11 00, 7304 22 00, 7304 24 00, ex 7304 41 00, 7304 49 10, ex 7304 49 93, ex 7304 49 95, ex 7304 49 99 u ex 7304 90 00 (il-kodiċi TARIC 7304410090, 7304499390, 7304499590, 7304499990 u 7304900091), u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju provviżorju antidumping applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:

Kumpanija/kumpaniji

Dazju provviżorju

Kodiċi addizzjonali TARIC

Changshu Walsin Specialty Steel, Co. Ltd., Haiyu

71,5  %

B120

Shanghai Jinchang Stainless Steel Tube Manufacturing, Co. Ltd., Situan

48,2  %

B118

Wenzhou Jiangnan Steel Pipe Manufacturing, Co. Ltd., Yongzhong

48,0  %

B119

Il-kumpaniji elenkati fl-Anness I

56,6  %

B121

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

71,5  %

B999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Jekk ma tiġi ppreżentata ebda fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-provvista ta’ titolu ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

5.   Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tad-dettalji wara l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw għal smigħ mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw fuq l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 265, 30.9.2010, p. 10.

(3)  Recent trends in steel trade and trade-related policy measures, rapport tal-OECD, 2010, DSTI/SU/SC(2010)15, p. 14; China’s Specialty Steel Subsidies: Massive, Pervasive, and Illegal, 2008, rapport mill-iSpeciality Steel Industry of North America, disponibbli fuq http://www.ssina.com/news/releases/pdf_releases/20081014_report.pdf; Chinese government subsidies to the stainless steel industry, 2007, rapport mill-iSpeciality steel industry of North America, disponibbli fuq http://www.ssina.com/news/releases/pdf_releases/chinese_govt_subsidies0407.pdf; kif ukoll The Reform Myth, How China is using state power to create the world's dominant steel industry, The American Iron & Steel Institute, The Steel Manufacturers Association, 2010; http://www.ustr.gov/webfm_send/2694.

(4)  Rapporti ta’ hawn fuq mill-iSpeciality Steel Industry of North America b’referenza għall-Għaxar Pjan fuq 5 snin tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali.

(5)  It-tielet Reviżjoni tad-WTO tal-politiki u l-prattiċi kummerċjali taċ-Ċina u l-impatt tagħhom fuq il-funzjonament tas-sistema tan-negozjati kummerċjali multilaterali, WT/TPR/S/230, disponibbli fuq http://www.wto.org/english/tratop_e/tpr_e/tp330_e.htm; kif ukoll It-tieni Reviżjoni tad-WTO tal-politiki u l-prattiċi kummerċjali taċ-Ċina u l-impatt tagħhom fuq il-funzjonament tas-sistema tan-negozjati kummerċjali multilaterali, WT/TPR/S/199, disponibbli fuq: http://www.wto.org/english/tratop_e/tpr_e/tp299_e.htm.

(6)  Ara, b’mod partikolari, WT/TPR/S/230, p. 44.

(7)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(8)  

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ

Direzzjoni H

Office Nerv 105

B-1049 Brussell.


ANNESS I

(1)

Baofeng Steel Group Co.Ltd., Lishui,

(2)

Changzhou City Lianyi Special Stainless Steel Tube Co.Ltd., Changzhou,

(3)

Huadi Steel Group Co.Ltd., Wenzhou,

(4)

Huzhou Fengtai Stainless Steel Pipes Co.Ltd, Huzhou,

(5)

Huzhou Gaolin Stainless Steel Tube Manufacture Co.Ltd., Huzhou,

(6)

Huzhou Zhongli Stainless Steel Pipe Co.Ltd., Huzhou,

(7)

Jiangsu Wujin Stainless Steel Pipe Group Co.Ltd., Beijing,

(8)

Jiangyin Huachang Stainless Steel Pipe Co.Ltd., Jiangyin

(9)

Lixue Group Co.Ltd., Ruian,

(10)

Shanghai Crystal Palace Pipe Co.Ltd., Shanghai,

(11)

Shanghai Baoluo Stainless Steel Tube Co., Ltd., Shanghai,

(12)

Shanghai Shangshang Stainless Steel Pipe Co.Ltd., Shanghai,

(13)

Shanghai Tianbao Stainless Steel Co.Ltd., Shanghai,

(14)

Shanghai Tianyang Steel Tube Co.Ltd, Shanghai,

(15)

Wen zZhou Xindeda Stainless Steel Material Co.Ltd., Wenzhou,

(16)

Wenzhou Baorui Steel Co.Ltd., Wenzhou,

(17)

Zhejiang Conform Stainless Steel Tube Co.Ltd., Jixing,

(18)

Zhejiang Easter Steel Pipe Co.Ltd., Jiaxing,

(19)

Zhejiang Five - Star Steel Tube Manufacturing Co.Ltd., Wenzhou,

(20)

Zhejiang Guobang Steel Co.Ltd., Lishui,

(21)

Zhejiang Hengyuan Steel Co.Ltd., Lishui,

(22)

Zhejiang Jiashang Stainless Steel Co.Ltd., Jiaxing City,

(23)

Zhejiang Jinxin Stainless Steel Manufacture Co.Ltd., Xiping Town,

(24)

Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals Co.Ltd., Huzhou,

(25)

Zhejiang Kanglong Steel Co.Ltd., Lishui,

(26)

Zhejiang Qiangli Stainless Steel Manufacture Co.Ltd., Xiping Town,

(27)

Zhejiang Tianbao Industrial Co.Ltd., Wenzhou,

(28)

Zhejiang Tsingshan Steel Pipe Co.Ltd., Lishui,

(29)

Zhejiang Yida Special Steel Co.Ltd., Xiping Town.


ANNESS II

Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, għandha tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):

(1)

l-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali;

(2)

id-dikjarazzjoni li ġejja:

“Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li (l-volum) tal-pajpijiet u t-tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie manifatturat minn (l-isem tal-kumpanija u l-uffiċċju rreġistrat) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (il-pajjiż ikkonċernat). Jiena niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa komplut u korrett.”


29.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 628/2011

tat-28 ta’ Ġunju 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AR

23,1

EC

23,1

MK

48,7

TR

40,0

ZZ

33,7

0707 00 05

TR

116,6

ZZ

116,6

0709 90 70

EC

28,8

TR

113,1

ZZ

71,0

0805 50 10

AR

59,8

BR

40,6

TR

68,6

UY

70,8

ZA

107,6

ZZ

69,5

0808 10 80

AR

133,5

BR

77,6

CA

105,9

CL

96,2

CN

76,7

NZ

114,3

US

168,4

UY

64,1

ZA

94,8

ZZ

103,5

0809 10 00

AR

89,7

TR

293,0

XS

152,4

ZZ

178,4

0809 20 95

TR

337,3

ZZ

337,3

0809 30

EC

116,4

TR

179,1

XS

55,8

ZZ

117,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


29.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 629/2011

tat-28 ta’ Ġunju 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 625/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 168, 28.6.2011, p. 5.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mid-29 ta’ Ġunju 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

49,75

0,00

1701 11 90  (1)

49,75

0,00

1701 12 10  (1)

49,75

0,00

1701 12 90  (1)

49,75

0,00

1701 91 00  (2)

51,93

1,89

1701 99 10  (2)

51,93

0,00

1701 99 90  (2)

51,93

0,00

1702 90 95  (3)

0,52

0,21


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

29.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/380/PESK

tat-28 ta’ Ġunju 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2010/330/PESK dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28 u 43(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-14 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/330/PESK (1) li estendiet il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ (“il-Missjoni”) għal 24 xahar aktar sat-30 ta’ Ġunju 2012. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012 għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.

(2)

Il-mandat tal-Missjoni qed jitwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif imniżżel fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

(3)

Id-Deċiżjoni 2010/330/PESK għandha għalhekk tiġi emendata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/330/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 2(4), huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-attivitajiet ta’ taħriġ għandhom isiru fl-Iraq u fir-reġjun kif ukoll fl-Unjoni. L-EUJUST LEX-IRAQ għandha jkollha uffiċċji fi Brussell, f’Bagdad, inkluża antenna f’Basra bi tħejjija għall-ftuħ possibbli ta’ uffiċċju soġġett għal deċiżjoni adatta għal dan l-għan. L-EUJUST LEX-IRAQ għandha jkollha uffiċċju wkoll f’Erbil (Reġjun tal-Kurdistan).”.

2.

Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni bejn l-1 ta’ Lulju 2011 u t-30 ta’ Ġunju 2012 għandu jkun ta’ EUR 27 250 000.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-28 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

FAZEKAS S.


(1)  ĠU L 149, 15.6.2010, p. 12.


29.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta’ Ġunju 2011

dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal-lubrikanti

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 4447)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/381/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li ġie kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti b'impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi li kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi tal-prodotti.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/360/KE (2) stabbilixxiet il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti relatati tal-valutazzjoni u l-verifika għal-lubrikanti li huma validi sat-30 ta’ Ġunju 2011.

(4)

Dawk il-kriterji ġew analizzati aktar fil-fond fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi. Il-kriterji l-ġodda, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati tal-valutazzjoni u l-verifika, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(5)

Id-Deċiżjoni 2005/360/KE għandha tiġi ssostitwita għal raġunijiet ta’ ċarezza.

(6)

Għandu jingħata perjodu ta’ tranżizzjoni għall-produtturi li l-prodotti tagħhom ingħataw l-Ekotikketta tal-UE għal-lubrikanti abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/360/KE, sabiex ikollhom żmien suffiċjenti biex jadattaw il-prodotti tagħhom biex isiru konformi mal-kriterji u r-rekwiżiti riveduti. Il-produtturi għandhom ukoll ikunu jistgħu jissotomettu l-applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/360/KE jew skont il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni sakemm tiskadi l-validità ta’ dik id-Deċiżjoni.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-grupp ta’ prodotti “lubrikanti” għandu jinkludi l-kategoriji li ġejjin:

Kategorija 1

:

fluwidi idrawliċi u żjut tat-trażmissjoni tat-tratturi

Kategorija 2

:

griżijiet u griżijiet tat-tubu tal-istern

Kategorija 3

:

żjut tas-serrieq mekkaniku tal-katina, aġenti tar-rilaxx tal-konkrit, lubrikanti tal-ħbula tal-wajer, żjut tat-tubu tal-istern u lubrikanti oħrajn ta’ telf totali

Kategorija 4

:

żjut two-stroke

Kategorija 5

:

żjut industrijali u tat-tagħmir tal-baħar.

Artikolu 2

Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“lubrikant” tfisser preparazzjoni magħmula minn fluwidi bażiċi u addittivi;

(2)

“fluwidu bażiku” tfisser fluwidu lubrikanti li l-proprjetajiet tiegħu tal-fluss, kemm jibqa’ tajjeb matul iż-żmien, il-lubriċità u r-reżistenza għall-kedd, kif ukoll il-proprjetajiet tiegħu fir-rigward tas-sospensjoni tal-kontaminanti ma ġewx imtejba permezz tal-inklużjoni ta’ addittiv(i);

(3)

“sustanza” tfisser element kimiku u l-komposti tiegħu fl-istat naturali jew miksuba bi kwalunkwe proċess tal-produzzjoni, inkluż kwalunkwe addittiv meħtieġ biex jippreżerva l-istabbiltà tal-prodotti u kwalunkwe impurità li tirriżulta mill-proċess użat, iżda li jeskludi kwalunkwe solvent li jista' jiġi sseparat mingħajr ma jeffettwa l-istabbiltà tas-sustanza jew jibdel il-kompożizzjoni tagħha;

(4)

“sustanza li tgħaqqad” tfisser sustanza waħda jew aktar fil-fluwidu bażiku użata biex tgħaqqad jew timmodifika r-rejoliġija ta’ fluwidu jew griż lubrikanti;

(5)

“komponent ewlieni” tfisser kwalunkwe sustanza li ssarraf għal aktar minn 5 % tal-piż tal-lubrikant;

(6)

“addittiv” tfisser sustanza jew taħlita li l-funzjonijiet ewlenin tagħha huma t-titjib tal-proprjetajiet tal-fluss, kemm jibqa’ tajjeb matul iż-żmien, il-lubriċità u r-reżistenza għall-kedd jew is-sospensjoni tal-kontaminanti;

(7)

“griż” tfisser taħlita solida għal semisolida li tikkonsisti f'sustanza li tgħaqqad u tista' tinkludi ingredjenti oħrajn li jagħtu proprjetajiet speċjali f'lubrikant likwidu.

Artikolu 3

Sabiex prodott jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, għandu jaqa’ fil-grupp tal-prodotti “lubrikanti” kif definit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u għandu jkun konformi mal-kriterji kif ukoll mar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u l-verifika relatati stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “lubrikanti”, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u l-verifika relatati, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Għall-finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp tal-prodotti “lubrikanti” għandu jkun “027”.

Artikolu 6

Id-Deċiżjoni 2005/360/KE hija rrevokata.

Artikolu 7

1.   B’deroga mill-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu taħt il-grupp tal-prodotti “lubrikanti” sottomessi qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/360/KE.

2.   L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu taħt il-grupp tal-prodotti “lubrikanti” sottomessi mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni iżda sat-30 ta’ Ġunju 2011 l-aktar tard jistgħu jkunu bbażati fuq il-kriterji stipulati fid-Deċiżjoni 2005/360/KE jew fil-kriterji stipulati f'din id-Deċiżjoni. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li fuqhom huma bbażati.

3.   Fejn l-Ekotikketta tal-UE tingħata abbażi ta’ applikazzjoni evalwata skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/360/KE, dik l-Ekotikketta tal-UE tista' tintuża għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 118, 5.5.2005, p. 26.


ANNESS

QAFAS

Għanijiet tal-kriterji

Dawn il-kriterji jimmiraw b’mod partikolari lejn il-promozzjoni ta’ prodotti li għandhom impatt imnaqqas fuq l-ilma u l-ħamrija matul l-użu tagħhom u fihom frazzjoni kbira ta’ materjal b’bażi bijoloġika.

KRITERJI

1.

Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati

2.

Esklużjoni ta’ sustanzi speċifiċi

3.

Rekwiżiti addizzjonali għat-tossiċità akkwatika

4.

Bijodegradabbiltà u potenzjal bijoakkumulattiv

5.

Materja prima rinnovabbli

6.

Prestazzjoni teknika minima

7.

Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Rekwiżiti tal-valutazzjoni u l-verifika

(a)   Rekwiżiti

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u l-verifika huma indikati f’kull kriterju.

Meta l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-testijiet jew evidenza oħra biex juri l-konformità mal-kriterji lill-korp kompetenti, huwa mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur(i) tiegħu u/jew il-fornitur(i) tagħhom, eċċ., kif jixraq.

Il-fornitur tal-addittiv, is-sustanza li tgħaqqad jew il-fluwidu bażiku jista’ jipprovdi l-informazzjoni rilevanti direttament lill-korp kompetenti.

Fejn possibbli, it-testijiet għandhom jitwettqu minn laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali tal-EN ISO 17025 jew ekwivalenti.

Fejn jixraq, jistgħu jintużaw metodi tal-ittestjar differenti minn dawk indikati għal kull kriterju jekk il-korp kompetenti li qed jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

Fejn jixraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

L-iskema ġenerali għall-valutazzjoni ta’ kwalunkwe sustanza konstitwenti fi prodott lubrikant qed tingħata fit-Tabella 1.

(b)   Limiti tal-kejl

Is-sustanzi konstitwenti kollha li huma preżenti b’aktar minn 0 010 % (w/w) u li huma miżjuda intenzjonalment u/jew iffurmati intenzjonalment wara xi reazzjoni kimika fil-lubrikant applikat, għandhom jiġu imsemmija b’mod ċar b’isimhom u l-konċentrazzjonijiet tal-massa li fihom huma preżenti u fejn applikabbli, in-numri tagħhom tar-Reġistru tal-CAS u tar-Reġistru tal-KE.

Il-kriterji għandhom japplikaw kif ġej:

għal-lubrikant applikat għal kriterji 1a, 6 u 7,

għal kull sustanza imsemmija miżjuda jew ffurmata intenzjonalment b’aktar minn 0 010 % (w/w) għall-kriterji 1b u 2,

għal kull sustanza imsemmija miżjuda jew ffurmata intenzjonalment b’aktar minn 0.10 % (w/w) għall-kriterji 3, 4 u 5.

Barra minn hekk, il-frazzjoni totali tas-sustanzi msemmija fejn ma japplikawx il-kriterji fformulati 3 u 4 għandha tibqa’ anqas minn 0,5 % (w/w).

KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

Kriterju 1 –   Sustanzi jew taħlitiet esklużi jew limitati

(a)   Sustanzi u taħlitiet perikolużi

Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, dwar l-Ekotikketta tal-UE, il-prodott jew kwalunkwe parti minnu ma għandux ikollu sustanzi (fi kwalunkwe forma, inkluż forma nano) li jissodisfaw il-kriterji għal klassifikazzjoni bid-dikjarazzjonijiet ta’ periklu jew il-frażijiet ta’ riskju speċifikati hawn taħt skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), jew id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (2) u l-anqas ma għandu jkun fih is-sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Il-frażijiet tar-riskju hawn taħt ġeneralment jirreferu għal sustanzi. Il-forom nano miżjuda mal-prodott intenzjonalment iridu jagħtu prova tal-konformità ma’ dan il-kriterju għal kwalunkwe konċentrazzjoni.

Lista ta’ dikjarazzjonijiet ta’ periklu u frażijiet ta’ riskju:

Dikjarazzjoni ta’ Periklu (4)

Frażi ta’ Riskju (5)

H300 Fatali jekk jinbela’

R28

H301 Tossiku jekk jinbela’

R25

H304 Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs

R65

H310 Fatali jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda

R27

H311 Tossiku jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda

R24

H330 Fatali jekk jinġibed man-nifs

R26

H331 Tossiku jekk jinġibed man-nifs

R23

H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi

R46

H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi

R68

H350 Jista’ jikkawża l-kanċer

R45

H350i Jista’ jikkawża l-kanċer meta jinġibed man-nifs

R49

H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità

R60

H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf.

R61

H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf.

R60; R61; R60-61

H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf.

R60-R63

H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R61-R62

H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R62

H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf.

R63

H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf.

R62-63

H362 Jista’ jikkawża ħsara lit-tfal imreddgħa

R64

H370 Jikkawża ħsara lill-organi

R39/23; R39/24; R39/25; R39/26; R39/27; R39/28

H371 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi

R68/20; R68/21; R68/22

H372 Jikkawża ħsara lill-organi wara espożizzjoni għal żmien twil jew ripetuta

R48/25; R48/24; R48/23

H373 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi wara espożizzjoni għal żmien twil jew ripetuta

R48/20; R48/21; R48/22

H400 Tossiku ħafna għall-ħajja akkwatika

R50

H410 Tossiku ħafna għall-ħajja akkwatika b’effetti għall-żmien twil

R50-53

H411 Tossiku għall-ħajja akkwatika b’effetti għall-żmien twil

R51-53

H412 Jagħmel ħsara lill-ħajja akkwatika b’effetti għall-żmien twil

R52-53

H413 Jista’ jikkawża effetti ta’ ħsara għall-żmien twil lill-ħajja akkwatika

R53

EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu

R59

EUH029 Meta jmiss mal-ilma jarmi gass tossiku

R29

EUH031 Meta jmiss mal-aċidi jarmi gass tossiku

R31

EUH032 Meta jmiss mal-aċidi jarmi gass tossiku ħafna

R32

EUH070 Tossiku meta jmiss mal-għajnejn

R39-41

Dan il-kriterju għandu japplika wkoll għad-dikjarazzjonijet ta’ periklu u l-frażijiet tar-riskju li ġejjin:

Dikjarazzjoni ta’ Periklu (6)

Frażi tar-Riskju (7)

H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinġibed man-nifs

R42

H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

H314 Jikkawża ħruq kbir fil-ġilda u ħsara fl-għajnejn

R34; R35

H319 Jikkawża irritazzjoni serja fl-għajnejn

R36

H315 Jikkawża irritazzjoni fil-ġilda

R38

EUH066 Espożizzjoni ripetuta tista’ twassal għal tnixxif jew qsim fil-ġilda

R66

H336 Jista’ jikkawża n-ngħas u sturdament

R67

Sustanzi jew taħlitiet li mal-ipproċessar jibdlu l-proprjetajiet tagħhom (eż. ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jgħaddu minn modifika kimika) b’mod li l-periklu identifikat ma japplikax aktar, huma eżentati mir-rekwiżit ta’ hawn fuq.

Il-limiti ta’ konċentrazzjoni għal sustanzi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 57(a), (b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ma għandhomx jaqbżu l-0 010 % (w/w). Jekk jiġu imsemmija limiti speċifiċi ta’ konċentrazjoni għal sustanzi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 57 (a), (b) jew (c), dawn għandhom jibqgħu anqas minn wieħed f’għaxra (1/10) tal-valur l-iżjed baxx tal-konċentrazzjoni speċifika indikata sakemm dan il-valur ma jaqax taħt il-0,010 % (w/w).

Derogi mill-Kriterju 1a huma elenkati fit-Tabella 1.

Valutazzjoni u verifika tal-kriterju: l-applikant għandu jipprovdi l-formulazzjoni eżatta tal-prodott lill-korp kompetenti. L-applikant għandu juri l-konformità ma’ dan il-kriterju għal sustanzi fil-prodott abbażi ta’ informazzjoni li tikkonsisti minimalment għal dak speċifikat fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Tali informazzjoni għandha tkun speċifika għal forma partikolari tas-sustanza, inkluż il-forom nano, użati fil-prodott. Għalhekk, l-applikant għandu jipprovdi stqarrija tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ lista tal-ingredjenti u l-Iskedi tad-Dejta tas-Sikurezza relatati skont l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għal prodott kif ukoll għas-sustanzi kollha elenkati fil-formulazzjoni(jiet). Il-limiti ta’ konċentrazzjoni għandhom jiġu speċifikati fl-Iskedi tad-Dejta tas-Sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Għandu jkun hemm biżżejjed dejta disponibbli li tippermetti l-evalwazzjoni tal-perikli ambjentali (indikati permezz tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu H400 – H413 jew il-frażijiet tar-riskju: R 50, R 50/53, R 51/53, R 52, R 52/53, R 53), tal-prodott skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew id-Direttiva 67/548/KEE u d-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

L-evalwazzjoni ta’ prodott għall-perikli għall-ambjent għandha ssir permezz ta’ metodu konvenzjonali kif indikat fl-Anness III għad-Direttiva 1999/45/KE jew permezz tal-metodu ta’ addizzjoni fit-taqsima 4.1.3.5.2 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Madankollu, kif imfisser fil-parti C tal-Anness III għad-Direttiva 1999/45KE jew permezz tat-taqsima 4.1.3.3 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, ir-riżultati tal-ittestjar tal-preparazzjoni (il-preparazzjoni tal-prodott jew il-pakkett ta’ addittivi) bħala tali jistgħu jintużaw biex jimmodifikaw il-klassifika fir-rigward tat-tossiċità akkwatika li kienet tinkiseb kieku ntuża l-metodu konvenzjonali jew tal-addizzjoni.

(b)   Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Ma għandha tingħata l-ebda deroga mill-esklużjoni fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 fir-rigward ta’ sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, meta preżenti f’taħlitiet, f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,010 % (w/w).

Valutazzjoni u verifika: il-lista ta’ sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tinsab hawn:

http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp

Fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għal-lista.

Il-limiti ta’ konċentrazzjoni għandhom ikunu speċifikati fl-Iskedi tad-Dejta tas-Sikurezza skont l-Anness II, il-paragrafu 3.2.1(c) għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 453/2010 (9).

Kriterju 2 –   Esklużjoni ta’ sustanzi speċifiċi

Is-sustanzi msemmija li ġejjin ma jistgħux ikunu fi kwantitajiet li jaqbżu l-0 010 % (w/w) tal-prodott finali:

Sustanzi li jidhru fil-Lista tal-Unjoni tas-sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika tal-ilma fl-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) kif emendata permezz tad-Deċiżjoni 2455/2001/KE (11) u l-Lista OSPAR tal-Kimiċi għall-Azzjoni Prijoritarja (http://www.ospar.org/content/content.asp?menu = 00950304450000_000000_000000)

Komposti tal-aloġenu organiku u komposti tan-nitrit

Metalli jew komposti metalliċi bl-eċċezzjoni tas-sodju, il-potassju, il-magneżju u l-kalċju. Fil-każ tas-sustanzi li jgħaqqdu, jistgħu jintużaw ukoll komposti tal-litju u/jew tal-aluminju sa livelli ta’ konċentrazzjoni limitati mill-kriterji l-oħrajn inklużi fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Valutazzjoni u verifika: il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti għandha tiġi msemmija bil-miktub u ffirmata mill-applikant.

Kriterju 3 –   Rekwiżiti addizzjonali dwar it-tossiċità akkwatika

L-applikant għandu juri l-konformità billi jissodisfa r-rekwiżiti tal-kriterju 3.1 jew tal-kriterju 3.2.

Kriterju 3.1. –   Rekwiżiti għal-lubrikant u l-komponenti ewlenin tiegħu

Għandha tiġi pprovduta dejta dwar it-tossiċità akkwatika akuta tal-komponenti ewlenin u t-taħlita.

Għandha tiġi imsemmija dejta dwar it-tossiċità akkwatika akuta għal kull komponent ewlieni dwar kull wieħed miż-żewġ livelli trofiċi li ġejjin: alka u dafnja (12). Il-konċentrazzjoni kritika għat-tossiċità akkwatika akuta għal kull komponent ewlieni għandha tkun mill-inqas 100 mg/L.

Għandha tiġi msemmija dejta dwar it-tossiċità akkwatika akuta għal-lubrikant applikat fuq kull wieħed mit-tliet livelli trofiċi li ġejjin: alka, dafnja u ħut. Il-konċentrazzjoni kritika għat-tossiċità akkwatika akuta għal lubrikant fil-Kategorija 1 u 5 għandha tkun mill-inqas 100 mg/l u għal lubrikant fil-Kategorija 2, 3 u 4 mill-inqas 1 000 mg/l.

It-Tabella 2 fiha sommarju tar-rekwiżiti għall-kategoriji differenti ta’ lubrikant skont il-Kriterju 3.1.

Valutazzjoni u verifika: huma aċċettati kemm dejta tat-tossiċità tal-baħar kif ukoll tal-ilma ħelu. It-testijiet isiru skont, u bl-użu ta’ speċijiet rilevanti għat-test, imsemmija fil-linji gwida li ġejjin: ISO/DIS 10253 jew OECD 201 jew Parti C.3. tal-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 440/2008 (13) għall-alka, ISO TC 147/SC5/WG2 jew OECD 202 jew Parti C.2. tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 għad-dafnja u OECD 203 jew Parti C.1 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 għall-ħut. Huma permessi wkoll metodi tal-ittestjar ekwivalenti kif maqbula ma’ korp kompetenti. Huma aċċettati biss (72 siegħa) ErC50 għall-alka, (48 siegħa) EC50 għad-dafnja u (96 siegħa) LC50 għall-ħut.

Kriterju 3.2. –   Rekwiżiti għal kull sustanza msemmija preżenti b’aktar minn 0,10 % (w/w)

Għal kull wieħed miż-żewġ livelli trofiċi akkwatiċi li ġejjin għandha tissemma dejta dwar ir-riżultati tat-test tat-tossiċità kronika fil-forma ta’ Konċentrazzjoni ta’ Effett Mhux Osservat (NOEC - No Observed Effect Concentration): dafnja u ħut.

Jekk ir-riżultati tat-testijiet tat-tossiċità kronika jkunu neqsin, għandhom jiġu pprovduti r-riżultati tat-testijiet tat-tossiċità akkwatika akuta għal kull wieħed miż-żewġ livelli trofiċi li ġejjin; alka u dafnja. Sustanza waħda jew aktar li juru ċertu grad ta’ tossiċità akkwatika huma permessi f’kull waħda mill-ħames kategoriji ta’ lubrikanti għal konċentrazzjoni kumulattiva tal-massa kif indikat fit-Tabella 1.

Valutazzjoni u verifika: Dejta dwar Konċentrazzjoni ta’ Effett Mhux Osservat (NOEC) għaż-żewġ livelli trofiċi, dafnja u ħut, huma stabbiliti permezz tal-metodi tal-ittestjar li ġejjin: Parti C.20 u Parti C.14 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 għal dafnja u ħut rispettivament, jew metodi tal-ittestjar ekwivalenti kif maqbul mal-korp kompetenti.

Kemm dejta dwar it-tossiċità akuta tal-baħar jew tal-ilma ħelu huma aċċettati dwar l-alka u d-dafnja. It-testijiet fl-ilma baħar isiru skont, u bl-użu ta’, speċijiet rilevanti għat-test, imsemmija fil-linji gwida li ġejjin: ISO/DIS 10253 jew OECD 201 jew Parti C.3. tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 għall-alka, ISO TC 147/SC5/WG2 jew OECD 202 jew Parti C.2 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 għad-dafnja u OECD 203 jew Parti C.1 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 għall-ħut. Huma permessi wkoll metodi ekwivalenti tat-test kif maqbul mal-korp kompetenti. Jiġu aċċettati biss (72 siegħa)ErC50 għall-alka u (48 siegħa)EC50 għad-dafnja.

Valutazzjoni u verifika għall-Kriterji 3.1 u 3.2: għandhom jiġu sottomessi lill-korp kompetenti rapporti ta’ testijiet ta’ kwalità għolja jew dejta mill-letteratura (ittestjar skont protokolli aċċettabbli u l-GLP) inkluż ir-referenzi, u li juru konformità mar-rekwiżiti stabbiliti għat-tossiċità akkwatika fit-Tabella 1.

Fil-każ ta’ sustanzi jew preparazzjonijiet li jinħallu ftit (< 10 mg/l) jista’ jintuża l-metodu tal-Frazzjoni Akkomodata mill-Ilma (WAF — water-accommodated fraction) għad-determinazzjoni tat-tossiċità akkwatika. Il-livell ta’ tagħbija stabbilit, xi drabi magħruf bħala LL50 u marbut mat-tagħbija letali, jista’ jintuża direttament fil-kriterji tal-klassifikazzjoni. Il-preparazzjoni ta’ Frazzjoni Akkomodata mill-Ilma għandha ssegwi r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti skont waħda mil-linji gwida li ġejjin; ECETOC Rapport Tekniku Nru 20 (1986), l-Anness III għall-OECD 1992 301 jew id-Dokument ta’ Gwida ISO 10634, jew l-ASTM D6081-98 (Prattika standard għall-Ittestjar tat-Tossiċità Akkwatika għal-Lubrikanti: (Standard practice for Aquatic Toxicity Testing for Lubricants:) Preparament tal-Kampjun u Interpretazzjoni tar-Riżultati jew metodi ekwivalenti (Sample Preparation and Results Interpretation or equivalent methods)). Barra minn hekk, id-demostrazzjoni tan-nuqqas ta’ tossiċità għal sustanza fil-limiti tagħha ta’ kemm tinħall fl-ilma għandha titqies li ssodisfat ir-rekwiżiti ta’ dan il-kriterju.

Studju tat-tossiċità akkwatika mhux meħtieġ li jsir meta:

il-klassifika tas-sustanza, fluwidu bażiku jew addittiv diġà tissemma fil-lista tal-Klassifikazzjoni tas-Sustanza tal-Lubrikant jew

tista’ tiġi sottomessa ittra valida ta’ konformità minn korp kompetenti jew

mhux probabbli li s-sustanza taqsam membrani bijoliġiċi MM > 800 g/mol jew dijametru molekulari > 1,5 nm (> 15 Å) jew,

is-sustanza hija polimeru u l-frazzjoni tal-piż molekulari anqas minn 1 000 g/mol tkun inqas minn 1 % jew

is-sustanza ftit li xejn tinħall fl-ilma (solubbiltà fl-ilma < 10 μg/l),

għaliex tali sustanzi mhumiex meqjusa tossiċi għall-alka u d-dafnja fis-sistema akkwatika.

Is-solubbiltà tas-sustanzi fl-ilma għandha tiġi determinata, fejn jixraq skont l-OECD 105 jew metodi ta’ testijiet ekwivalenti.

Il-frazzjoni tal-piż molekulari inqas minn 1 000 g/mol ta’ polimeru għandha tiġi determinata skont il-Parti A.19 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 jew metodi ta’ testijiet ekwivalenti.

Kriterju 4 –   Bijodegradibbiltà u potenzjal bijoakkumulattiv

Ir-rekwiżiti għall-potenzjal tal-bijodegradabbiltà u l-bijoakkumulattività għandhom jiġu sodisfatti għal kull sustanza imsemmija preżenti ‘l fuq minn 0,10 % (w/w).

Il-lubrikant ma għandux ikun fih sustanzi li huma kemm: mhux bijodegradabbli u (potenzjalment) bijoakkumulattivi.

Madankollu, il-lubrikant jista’ jkun fih sustanza waħda jew aktar b’ċertu grad ta’ degradibbiltà jew bijoakkumulazzjoni potenzjali jew attwali sa konċentrazzjoni kumulattiva tal-massa kif indikat fit-Tabella 1.

Valutazzjoni u verifika: il-konformità għandha tintwera billi tiġi pprovduta l-informazzjoni li ġejja:

Rapporti ta’ testijiet ta’ kwalità għolja jew dejta mill-letteratura (ittestjar skont protokolli aċċettabbli u l-GLP) inkluż ir-referenzi dwar il-bijodegradabbiltà u meta meħtieġ dwar il-bijoakkumulazzjoni (potenzjali) ta’ kull sustanza konstitwenti.

4.1.   Bijodegradazzjoni

Sustanza titqies li hija finalment bijodegradabbli (aerobika) jekk:

1.

Fi studju tal-bijodegradabbiltà ta’ 28 jum skont il-Parti C.4 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008, OECD 306, OECD 310 jinkisbu l-livelli li ġejjin tal-bijodegradazzjoni:

fit-testijiet tal-bijodegradabbiltà finali bbażati fuq il-karbonju organiku maħlul ≥ 70 %;

fit-testijiet tal-bijodegradabbiltà finali bbażati fuq it-tnaqqis tal-ossiġnu jew il-ġenerazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju ≥ 60 % tal-massimu teoretiku.

F’dawn it-testijiet tal-bijodegradabbiltà finali l-prinċipju ta’ apertura ta’ għaxart ijiem (10) mhux neċessarjament japplika. Jekk is-sustanza tilħaq il-livell rikjest ta’ bijodegradazzjoni fi żmien 28 jum iżda mhux fl-apertura ta’ għaxart ijiem (10), tiġi assunta rata ta’ bijodegradazzjoni aktar bil-mod.

2.

Il-BOD5/ThOD jew il-proporzjon BOD5/COD ≥ 0,5. Il-proporzjon BOD5/(ThOD jew COD) jista’ jintuża biss jekk l-ebda dejta abbażi tal-Parti C.4 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008, OECD 306 jew OECD 310 jew kwalunkwe metodu ieħor ta’ test ekwivalenti ma jkunu disponibbli. Il-BOD5 għandu jiġi vvalutat skont il-Parti C.5. tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 jew metodi ekwivalenti filwaqt li l-COD għandu jiġi vvalutat skont il-Parti C.6. tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 jew metodi ekwivalenti.

Sustanza titqies li hija bijodegradabbli b’mod inerenti jekk turi:

bijodegradazzjoni > 70 % fil-Parti C.9. tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 jew test tal-OECD 302 C għall-bijodegradazzjoni b’mod interenti jew metodi ekwivalenti, jew

bijodegradazzjoni > 20 % imma < 60 % wara 28 jum fil-Parti C.4. tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008, testijiet tal-OECD 306, l-OECD 310 ibbażati fuq it-tnaqqis tal-ossiġnu jew il-ġenerazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju jew metodi ekwivalenti.

It-test tal-bijodegradazzjoni ma hemmx għalfejn isir meta:

il-klassifikazzjoni tas-sustanza, fluwidu bażiku jew addittiv tissemma diġà fil-lista tal-Klassifikazzjoni tas-Sustanzi Lubrikanti jew tista’ tiġi sottomessa ittra valida ta’ konformita minn korp kompetenti

Sustanza mhix bijodegradabbli jekk ma tissodisfax il-kriterji tal-bijodegradabbiltà finali jew b’mod inerenti.

L-applikant jista’ juża wkoll dejta read-across biex jistima l-bijodegradabbiltà ta’ sustanza. “Read-across” għall-valutazzjoni tal-bijodegradabbiltà ta’ sustanza għandha tkun aċċettabbli jekk is-sustanza ta’ referenza tkun differenti bi grupp funzjonali wieħed biss jew framment mis-sustanza applikata fil-prodott. Jekk is-sustanza ta’ referenza tkun bijodegradabbli diġà jew b’mod inerenti u l-grupp funzjonali jkollu effett pożittiv fuq il-bijodegradabbiltà aerobika, allura s-sustanża applikata tista’ wkoll tiġi kkunsidrata li hija faċilment bijodegradabbli jew b’mod inerenti. Gruppi funzjonali jew frammenti b’effett pożittiv fuq il-bijodegradazzjoni huma: l-alkoħol alifatiku u aromatiku [-OH], l-aċidu alifatiku u aromatiku [-C(= O)-OH], l-aldeid [-CHO], l-ester [-C(= O)-O-C], l-amidu [-C(= O)-N jew –C(= S)-N]. Għandha tiġi pprovduta dokumentazzjoni adegwata u affidabbli dwar l-istudju fuq is-sustanza ta’ referenza. Fil-każ ta’ tqabbil ma’ framment mhux inkluż hawn fuq, għandha tiġi pprovduta dokumentazzjoni adegwata u affidabbli dwar l-istudji fuq l-effetti pożittivi tal-grupp funzjonali fuq il-bijodegradazzjoni ta’ sustanzi strutturalment simili.

4.2.   Bijoakkumulazzjoni

Il-bijoakkumulazzjoni (potenzjali) ma hemmx għalfejn tkun stabbilita meta s-sustanza:

għandha MM > 800 g/mol, jew

għandha dijametru molekulari > 1,5 nm (> 15 Å), jew

għandha koeffiċjent tal-parti oktanol-ilma, log Kow, valur ta’ < 3 jew > 7, jew

għandha BCF imkejjel ta’ 100 L/kg, jew

hija polimeru u l-frazzjoni tal-piż molekulari anqas minn 1 000 g/mol tkun inqas minn 1 %.

Billi l-biċċa l-kbira tas-sustanzi użati fil-lubrikanti huma idrofobiċi b’mod sinifikanti, il-valur BCF għandu jkun ibbażat fuq il-kontentut tal-piż lipidu u għandha tingħata attenzjoni biex ikun hemm żmien ta’ espożizzjoni suffiċjenti.

Il-fattur tal-bijokonċentrazzjoni (BCF) għandu jiġi vvalutat skont il-Parti C.13 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 jew metodi tal-ittestjar ekwivalenti.

Il-koeffiċjent tal-parti oktanol-ilma (log Kow) għandu jiġi vvalutat skont il-Parti A.8 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 440/2008 jew OECD 123 jew metodi tal-ittestjar ekwivalenti. Fil-każ ta’ sustanza organika differenti minn aġent tensjoattiv fejn mhuwiex disponibbli valur esperminentali, jista’ jintuża metodu ta’ kalkulazzjoni. Huma permessi il-metodi tal-kalkulazzjoni li ġejjin: CLOGP, LOGKOW, (KOWWIN) u SPARC. Valuri log Kow stmati minn kwalunkwe minn dawn il-metodi ta’ kalkulazzjoni < 3 or > 7 jindikaw li s-sustanza mhijiex mistennija li tagħmel bijoakkumulazzjoni.

Il-valuri Log Kow huma applikabbli biss għal kimiċi organiċi. Sabiex jiġi vvalutat il-potenżjal ta’ bijoakkumulazzjoni ta’ komposti mhux organiċi, aġenti tensjoattivi u xi komposti organometalliċi, għandu jsir kejl BCF.

Kriterju 5 –   Materji primi rinnovabbli

Il-prodott formulat għandu jkun fih kontenut tal-karbonju miksub minn materji primi rinnovabbli li għandhom ikunu:

≥ 50 % (m/m) għall-Kategorija 1,

≥ 45 % (m/m) għall-Kategorija 2,

≥ 70 % (m/m) għall-Kategorija 3,

≥ 50 % (m/m) għall-Kategorija 4,

≥ 50 % (m/m) għall-Kategorija 5.

Kontenut tal-karbonju miksub minn materji primi rinnovabbli jfisser il-persentaġġ tal-massa tal-komponent A × [għadd ta’ atomi-C fil-komponent A, li huma miksuba minn żjut (veġetali) jew xaħmijiet (mill-annimali) diviż bl-għadd totali ta’ atomi-C fil-komponernt A] flimkien mal-persentaġġ tal-massa tal-komponent B × [għadd ta’ atomi-C fil-komponent B, li huma miksuba minn żjut (veġetali) jew xaħmijiet (mill-annimali) diviż bl-għadd totali ta’ atomi-C fil-komponernt B] flimkien mal-persentaġġ tal-massa tal-komponent C × [għadd ta’ atomi-C fil-komponent C, li huma miksuba minn żjut (veġetali) jew xaħmijiet (mill-annimali) diviż bl-għadd totali ta’ atomi-C fil-komponernt C] u jkompli hekk.

L-applikant għandu jindika fuq l-applikazzjoni it-tip(i), is-sors(i) u l-oriġini tal-materjal(i) rinnovabbli tal-komponenti ewlenin.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.

Kriterju 6 –   Prestazzjoni teknika minima

(a)

Għal Fluwidi idrawliċi: tal-inqas il-kriterji tal-prestazzjoni teknika kif stabbilit fl-ISO 15380 attwali, it-Tabelli 2 sa 5. Il-fornitur għandu jelenka liema 2 elastomers ġew ittestjati fuq l-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott tiegħu.

(b)

Għal Żjut industrijali u tat-tagħmir tal-baħar: tal-inqas ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni teknika kif stabbilit f’DIN 51517. Il-fornitur għandu jelenka liema taqsima intgħażlet (I, II jew III) fuq l-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott tiegħu.

(c)

Għal żjut tas-serrieq mekkaniku tal-katina: tal-inqas il-kriterji tekniċi tal-prestazzjoni kif stabbiliti fil-RAL UZ 48 tal-Blue Angel.

(d)

Għaż-żjut two-stroke għall-applikazzjonijiet tal-baħar: tal-inqas il-kriterji tekniċi tal-prestazzjoni stabbiliti fin-“NMMA Certification for Two-Stroke Cycle Gasoline Engine Lubricants” tal-NMMA TC-W3.

(e)

Għaż-żjut two-stroke għall-applikazzjonijiet terrestri: tal-inqas jissodisfaw il-livell EGD tal-kriterji tekniċi tal-prestazzjoni stabbiliti f’ISO 13738:2000.

(f)

Għal lubrikanti l-oħrajn kollha: tajbin biżżejjed għall-iskop tagħhom.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata.

Kriterju 7 –   Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta

It-tikketta fakultattiva b’kaxxa tat-test għandha tinkludi t-test li ġej:

“—

Inqas ħsara għall-ilma u l-ħamrija waqt l-użu

Fih frazzjoni kbira ta’ materjal b’bażi bijoloġika”.

Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa tat-test jinsabu fil-“Guidelines for the use of the EU Ecolabel logo (Linji gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta tal-UE)” fuq is-sit tal-Internet: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/promo/logos_en.htm

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti kampjun tal-imballaġġ tal-prodott li juri t-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.

Tabella 1

Kriterji għal-lubrikant u għal kull sustanza msemmija

 

Kategorija 1

Kategorija 2

Kategorija 3

Kategorija 4

Kategorija 5

Kategorija

Kriterji

Fluwidi idrawliċi u żjut tat-trażmissjoni tat-tratturi

Griżijiet u griżijiet tat-tutbu tal-istern

Żjut tas-serrieq mekkaniku tal-katina, aġenti tar-rilaxx tal-konkrit, lubrikanti tal-ħbula tal-wajer u lubrikanti oħrjan ta’ telf totali

Żjut terrestri u tal-baħar two-stroke

Żjut industrijali u tat-tagħmir tal-baħar

Dikjarazzjonijiet ta’ periklu Ambjentali jew għas-Saħħa jew Frażi tar-Riskju tal-lubrikant fi żmien l-applikazzjoni

(Deroga għall-Kriterju 1a)

Kategorija 1

Kategorija 2

Kategorija 3

Kategorija 4

Kategorija 5

Dikjarazzjoni ta’ periklu Ambjentali jew għas-Saħħa jew Frażi tar-Riskju tal-lubrikant fi żmien l-applikazzjoni

Xejn

(L-iżjed limitu baxx tal-klassifikazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew id-Direttiva 1999/45/KE)

Xejn

(L-iżjed limitu baxx tal-klassifikazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew id-Direttiva 1999/45/KE)

Xejn

(L-iżjed limitu baxx tal-klassifikazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew id-Direttiva 1999/45/KE)

Xejn

(L-iżjed limitu baxx tal-klassifikazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew id-Direttiva 1999/45/KE)

Xejn

(L-iżjed limitu baxx tal-klassifikazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew id-Direttiva 1999/45/KE)

Esklużjoni ta’ sustanzi speċifiċi

(Kriterju 1b u 2)

Kategorija 1

Kategorija 2

Kategorija 3

Kategorija 4

Kategorija 5

Elenkati fl-OSPAR, il-lista tal-Unjoni tas-sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika tal-ilma; aloġeni organiċi; nitriti; metalli u komposti metalliċi bl-eċezzjoni ta’ Na, K, Mg, Ca au għas-sustanzi li jgħaqqdu Li, Al; CMR cat 1,2 (R45, R46, R49, R60 jew R61); il-lista tal-kandidati għall-Anness XIV għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

< 0,010 %

< 0,010 %

< 0,010 %

< 0,010 %

< 0,010 %

Tossiċità akkwatika

(Criterion 3.2 only)

Perċentwali kumulattivi tal-massa (% w/w) tas-sustanzi preżenti fi

Kategorija 1

Kategorija 2

Kategorija 3

Kategorija 4

Kategorija 5

Mhux tossiku (D)

Tossiċità akuta > 100 mg/L

jew

NOEC > 10 mg/L

Mhux limitat

Jagħmel il-ħsara (E)

10 mg/L < Tossiċità akuta ≤ 100 mg/L

jew

1 mg/L < NOEC ≤ 10 mg/L

≤ 20

≤ 25

≤ 5

≤ 25

≤ 20

Tossiku (F)

1 mg/L < Tossiċità akuta ≤ 10 mg/L

jew

0.1 mg/L < NOEC ≤ 1 mg/L

≤ 5

≤ 1

≤ 0.5

≤ 1

≤ 5

Tossiku ħafna (G)

Tossiċità akuta ≤ 1 mg/L

jew

NOEC ≤ 0,1 mg/L

≤ 0,1/M (*)

≤ 0,1/M (*)

≤ 0,1/M (*)

≤ 0,1/M (*)

≤ 1/M (*)

Bijodegredazzjoni u Bijoakkumulazzjoni

(Kriterju 4)

Perċentwali kumulattivi tal-massa (% w/w) tas-sustanzi preżenti fi

Kategorija 1

Kategorija 2

Kategorija 3

Kategorija 4

Kategorija 5

Finalment bijodegradabbli aerobikament (A)

> 90

> 75

> 90

> 75

> 90

Bijodegradabbli aerobikament b’mod interenti (B)

≤ 5

≤ 25

≤ 5

≤ 20

≤ 5

Mhux bijodegradabbli U mhux bijoakkumulattiv (C)

≤ 5

≤ 5

≤ 10

≤ 5

Mhux bijodegradabbli U bijoakkumulattiv (X)

≤ 0,1

≤ 0,1

≤ 0,1

≤ 0,1

≤ 0,1

Frazzjoni mhux ivvalutata għat-tossiċità akkwatika (Kriterju 3.2) jew bijodegredazzjoni/bijoakkumulazzjoni (Kriterju 4)

Perċentwali kumulattivi tal-massa (% w/w) tas-sustanzi preżenti fi

Kategorija 1

Kategorija 2

Kategorija 3

Kategorija 4

Kategorija 5

 

< 0,5

< 0,5

< 0,5

< 0,5

< 0,5

Rennovabbiltà

(Kriterju 5)

Perċentwali kumulattivi tal-massa (% w/w) tas-sustanzi preżenti fi

Kategorija 1

Kategorija 2

Kategorija 3

Kategorija 4

Kategorija 5

Ibbażat fuq il-karbonju

≥ 50 %

≥ 45 %

≥ 70 %

≥ 50 %

≥ 50 %

 

Kategorija 1

Kategorija 2

Kategorija 3

Kategorija 4

Kategorija 5

Prestazzjoni teknika minima

(Kriterju 6)

Fluwidi idrawliċi: ISO 15380 Tabelli 2 sa 5

Żjut tat-tra’missjoni tat-tratturi tajbin biżżejjed għall-iskop tagħhom.

Tajbin biżżejjed għall-iskop tagħhom.

Żjut tas-serrieq mekkaniku tal-katina: Bħal RAL UZ 48.

Oħrajn: tajbin biżżejjed għall-iskop tagħhom.

Żjut-2T tal-baħar: Bħal f’NMMA TC-W3.

Żjut-2T terrestri: bħal-livell EGD f’ISO 13738:2000

Żjut industrijali u tat-tagħmir tal-baħar DIN 51517


fattur tal-multiplikazzjoni (M)

Valur LC50 jew EC50 (“L(E)C50”) ta’ sustanza

1

0,1 < L(E)C50 ≤ 1

10

0,01 < L(E)C50 ≤ 0.1

100

0,001 < L(E)C50 ≤ 0.01

1 000

0,0001 < L(E)C50 ≤ 0 001

Għal sustanzi li għandhom valur LC50 jew EC50 iktar baxx minn 0,0001 mg/l, il-limiti ta’ konċentrazzjoni korrispondenti huma kkalkulati kif xieraq (f’intervalli ta’ fattur ta’ 10).


Tabella 2

Rekwiċiti tat-tossiċità akkwatika għall-kategoriji differenti tal-lubrikanti – Rekwiżiti tad-dejta u l-komponenti ewlenin tiegħu

Kriterju 3.1

Kategorija 1

Kategorija 2

Kategorija 3

Kategorija 4

Kategorija 5

Tossiċità akkwatika akuta għal-lubrikant ippreparat frisk fuq tliet livell trofiċi, alka dafnja u ħut

> 100 mg/L

> 1 000  mg/L

> 1 000  mg/L

> 1 000  mg/L

> 100 mg/L

Tossiċità akkwatika akuta għal kull komponent ewlieni fuq iż-żewġ livelli trofiċi alka u dafnja

> 100 mg/L

> 100 mg/L

> 100 mg/L

> 100 mg/L

> 100 mg/L


(1)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(2)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

(3)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(4)  Kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(5)  Kif ipprovdut fid-Direttiva 67/548/KEE.

(6)  Kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(7)  Kif ipprovdut fid-Direttiva 67/548/KEE.

(8)  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.

(9)  ĠU L 133, 31.5.2010, p. 1.

(10)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

(11)  ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1.

(12)  Krustaċju jista’ jissostitwixxi dafnja f’din id-Deċiżjoni meta tiġi sottomessa dejta dwar il-baħar

(13)  ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1.

(*)  M huwa l-fattur tal-multiplikazzjoni ta’ 10 għal sustanzi li huma tossiċi ħafna għall-ambjent akkwatiku bħal fit-Tabella 1b fid-Direttiva 2006/8/KE (ĠU L 19, 24.1.2006, p. 12).


29.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta’ Ġunju 2011

dwar l-istabbiliment ta’ kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 4448)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/382/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar l-Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista’ tingħata lil dawk il-prodotti b’impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi li kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għandhom ikunu stabbiliti skont il-gruppi tal-prodotti.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/342/KE (2) stabbilixxiet il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati magħhom għal deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn li huma validi sat-30 ta’ Ġunju 2011.

(4)

Dawk il-kriterji ġew analizzati aktar fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi. Il-kriterji l-ġodda, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati magħhom, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(5)

Id-Deċiżjoni 2005/342/KE għandha tiġi ssostitwita għal raġunijiet ta’ ċarezza.

(6)

Għandu jkun hemm perjodu tranżizzjonali għall-produtturi li l-prodotti tagħhom ingħataw l-Ekotikketta għad-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/342/KE, sabiex ikollhom żmien suffiċjenti u b’hekk jadattaw il-prodotti tagħhom biex jikkonformaw mal-kriterji u r-rekwiżiti riveduti. Il-produtturi għandhom ukoll jitħallew jippreżentaw applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/342/KE jew tal-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni sakemm tiskadi l-validità ta’ dik id-Deċiżjoni.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-grupp tal-prodotti “deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn” għandu jinkludi d-deterġenti kollha maħsuba biex jintużaw għall-ħasil bl-idejn ta’ platti, reċipjenti taċ-ċaqquf, pożati, borom, taġnijiet, utensili tal-kċina eċċ.

Il-grupp tal-prodotti għandu jkopri l-prodotti kemm għall-użu privat kemm għall-użu professjonali. Il-prodotti għandhom ikunu taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi u jeħtieġ li ma jkunx fihom mikroorganiżmi li deliberatament ikunu ġew miżjuda mill-manifattur.

Artikolu 2

Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“sustanza” tfisser element kimiku u l-komposti tiegħu fl-istat naturali jew miksub bi kwalunkwe proċess tal-produzzjoni, inkluż kwalunkwe addittiv meħtieġ biex jippreserva l-istabbiltà tal-prodotti u kwalunkwe impurità li tirriżulta mill-proċess użat iżda li jeskludi kwalunkwe solvent li jista’ jiġi sseparat mingħajr ma tkun affettwata l-istabbiltà tas-sustanza jew tinbidel il-kompożizzjoni tagħha.

2.

“prodott” (jew “taħlita”) tfisser taħlita jew soluzzjoni ta’ żewġ sustanzi jew aktar, li ma jirreaġixxux.

Artikolu 3

Sabiex jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, oġġett li huwa deterġent għall-ħasil tal-platti bl-idejn għandu jaqa’ fil-grupp tal-prodotti “deterġent għall-ħasil tal-platti bl-idejn” kif iddefinit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u għandu jikkonforma mal-kriterji ekoloġiċi kif ukoll mar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati magħhom stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Il-kriterji għall-grupp tal-prodotti “deterġent għall-ħasil tal-platti bl-idejn”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati magħhom, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Għal finijiet amministrattivi n-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp tal-prodotti “deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn” għandu jkun “019”.

Artikolu 6

Id-Deċiżjoni 2005/342/KE hija rrevokata.

Artikolu 7

1.   B’deroga mill-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu taħt il-grupp tal-prodotti “deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn” ippreżentati qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu evalwati skont il-kundizzjonjiiet stipulati fid-Deċiżjoni 2005/342/KE.

2.   L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu taħt il-grupp tal-prodotti “deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn” ippreżentati qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni iżda mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011 jistgħu jkunu bbażati jew fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/342/KE inkella fuq il-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li huma bbażati fuqhom.

3.   Fejn l-Ekotikketta tal-UE tingħata abbażi ta’ applikazzjoni evalwata skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/342/KE, dik l-Ekotikketta tista’ tintuża għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 115, 4.5.2005, p. 9.


ANNESS

QAFAS

L-għanijiet tal-kriterji

Dawn il-kriterji għandhom l-għan, b’mod partikolari, li jippromwovu prodotti li għandhom tnixxija mnaqqsa ta’ sustanzi tossiċi jew li jniġġsu b’xi mod ieħor fl-ambjent akkwatiku, inaqqsu jew jipprevjenu r-riskji għas-saħħa jew għall-ambjent relatati mal-użu ta’ sustanzi perikolużi, inaqqsu l-iskart tal-imballaġġ, jipprovdu informazzjoni li tippermetti lill-konsumatur juża l-prodott b’mod li huwa effiċjenti u jnaqqsu l-impatt ambjentali.

KRITERJI

1.

Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi

2.

Bijodegradabilità tal-aġenti tensjoattivi

3.

Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati

4.

Fwejjaħ

5.

Proprjetajiet korrużivi

6.

Rekwiżiti ta’ imballaġġ

7.

Adegwatezza għall-użu

8.

Struzzjonijiet għall-utent

9.

Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika

(a)   Rekwiżiti

Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u verifika huma indikati f’kull kriterju.

Meta l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, rapporti tat-testijiet tal-analiżi, jew evidenza oħra biex juri l-konformità mal-kriterji, hu mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew il-fornitur(i) tiegħu u/jew il-fornitur(i) tagħhom, eċċ., skont kif ikun xieraq.

Fejn possibbli, l-ittestjar għandu jitwettaq minn laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali ta’ EN ISO 17025 jew l-ekwivalenti.

Fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta’ ttestjar oħra minbarra dawk indikati għall kull kriterju jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

L-Appendiċi I tirreferi għal-lista tal-Bażi tad-Dejta tal-Ingredjenti tad-Deterġenti (DID) li tinkludi l-ingredjenti l-aktar użati fil-formulazzjonijiet tad-deterġenti. Din għandha tintuża biex tiġi dderivata d-dejta għall-kalkoli tal-Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV) u għall-valutazzjoni tal-bijodegradabilità tal-ingredjenti. Għas-sustanzi mhux preżenti fil-lista DID, tingħata gwida dwar kif għandha tiġi kkalkolata jew estrapolata d-dejta rilevanti. L-aħħar verżjoni tal-lista DID hi disponibbli mis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE jew permezz tas-siti elettroniċi tal-korpi kompetenti individwali.

Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

(b)   Limiti tal-kejl

Is-sustanzi kollha fil-prodott, inklużi l-addittivi (eż. preservattivi jew stabbilizzaturi) fl-ingredjenti, li l-konċentrazzjoni tagħhom taqbeż 0,010 % skont il-piż tal-formulazzjoni finali għandhom ikunu konformi mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għajr il-Kriterju 1, fejn kull sustanza miżjuda b’mod intenzjonat għandha tiġi inkluża, irrispettivament mill-piż tagħha. L-impuritajiet li jirriżultaw mill-produzzjoni tal-ingredjenti li jkunu preżenti f’konċentrazzjonijiet > 0,010 % skont il-piż tal-formulazzjoni finali għandhom ukoll ikunu konformi mal-kriterji.

(c)   Dożaġġ ta’ referenza

Għad-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn, id-dożaġġ fi grammi tal-prodott irrakkomandat mill-manifattur għall-preparazzjoni ta’ litru ta’ ilma għall-ħasil tal-platti għat-tindif ta’ platti li jkollhom ammont normali ta’ ħmieġ jittieħed bħala d-dożaġġ ta’ referenza għall-kalkoli li għandhom l-għan li jiddokumentaw il-konformità mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE u għall-ittestjar tal-ħila li jnaddaf.

KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

Kriterju 1 —   Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi:

Il-volum ta’ dilwizzjoni kritika (CDVkroniku) huwa kkalkolat għal kull sustanza (i) bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

fejn il-piż(i) huwa l-piż tas-sustanza (fi grammi) li tinsab fid-dożaġġ irrakkomandat mill-manifattur għal litru ta’ ilma għall-ħasil tal-platti. DF(i) huwa l-fattur ta’ degradazzjoni u TFkroniku(i) huwa l-fattur ta’ tossiċità tas-sustanza (f’milligrammi/litru).

Il-valuri tad-DF u tat-TF kroniku għandhom ikunu bħal dawk elenkati fil-Parti A tal-lista tal-bażi tad-dejta tal-ingredjenti tad-deterġenti (il-lista DID – il-Parti A) (l-Appendiċi I). Jekk is-sustanza inkwistjoni ma tkunx inkluża fil-lista DID-il-parti A, l-applikant għandu jistma l-valuri billi jsegwi l-approċċ deskritt fil-lista DID-il-parti B (l-Appendiċi I). Is-CDVkroniku jingħadd għal kull sustanza, u jagħti s-CDVkroniku għall-prodott.

Is-CDVkroniku għandu jiġi kkalkulat abbażi tad-dożaġġ fi grammi tal-prodott irrakkomandat mill-manifattur għall-preparazzjoni ta’ litru ta’ ilma għall-ħasil tal-platti għat-tindif ta’ platti b’ammont normali ta’ ħmieġ. Ic-CDVkroniku tad-doża rrakkomandata espress għal litru ta’ ilma għall-ħasil tal-platti ma għandux jaqbeż 3 800 litru.

Valutazzjoni u verifika: il-formulazzjoni eżatta tal-prodott għandha tiġi pprovduta lill-korp kompetenti, flimkien mad-dettalji tal-kalkoli tas-CDVkroniku li juru konformità ma’ dan il-kriterju.

Kriterju 2 —   Bijodegradabilità ta’ aġenti tensjoattivi

(a)   Bijodegradabilità faċli (aerobika)

Kull aġent tensjoattiv użat fil-prodott għandu jkun faċilment bijodegradabbli.

Valutazzjoni u verifika: il-formulazzjoni eżatta tal-prodott, kif ukoll deskrizzjoni tal-funzjoni ta’ kull sustanza għandhom jiġu pprovduti lill-Korp Kompetenti. Il-Parti A tal-lista DID (l-Appendiċi I) tindika jekk aġent tensjoattiv speċifiku huwiex aerobikament bijodegradabbli jew le (l-aġenti tensjoattivi li huma mmarkati bl-ittra “R” fil-kolonna dwar il-bijodegradibilità aerobika huma faċilment bijodegradabbli). Għall-aġenti tensjoattivi li mhumiex inklużi fil-Parti A tal-lista DID, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti mil-letteratura jew minn sorsi oħra, jew mir-riżultati ta’ testijiet xierqa, li juru li dawk l-aġenti tensjoattivi huma aerobikament bijodegradabbli. It-testijiet għall-bijodegradibilità faċli għandhom ikunu dawk imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar deterġenti (1). L-aġenti tensjoattivi għandhom jitqiesu bħala faċilment bijodegradabbli jekk il-livell ta’ bijodegradibilità (mineralizzazzjoni) imkejjel skont wieħed minn dawn il-ħames testijiet ikun tal-anqas 60 % fi żmien 28 jum: it-test tal-ispazju liberu tad-CO2 (CO2 headspace test) (OECD 310), it-test ta’ Sturm Immodifikat tal-Evoluzzjoni tad-diossidu tal-karbonju (CO2) (carbon dioxide (CO2) Evolution Modified Sturm test) (OECD 301B; ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 440/2008 (2) l-metodu C.4-C), it-test tal-Flixkun Magħluq (Closed Bottle test) (OECD 301D; ir-Regolament (KE) Nru 440/2008 l-metodu C.4-E), Respirometrija Manometrika (Manometric Respirometry) (OECD 301F; ir-Regolament (KE) Nru 440/2008 l-metodu C.4-D), jew it-test MITI (I) (OECD 301C; ir-Regolament (KE) Nru 440/2008 l-metodu C.4-F, jew it-testijiet ISO ekwivalenti għalihom. Jista’ jintuża xi wieħed minn dawn it-testijiet, skont il-karatteristiċi fiżiċi tal-aġent tensjoattiv, biex jikkonferma l-bijodegradibilità faċli, jekk il-livell ta’ bijodegradibilità jkun tal-anqas 70 % fi żmien 28 jum: l-Isparizzjoni tal-Karbonju Organiku Maħlul (Dissolved Organic Carbon DOC Die-Away) (OECD 301 A; ir-Regolament (KE) Nru 440/2008 l-metodu C.4-A), jew l-Iskrinjar tal-OECD Immodifikat tal-Isparizzjoni tad-DOC (Modified OECD Screening DOC Die-Away) (OECD 301E; ir-Regolament (KE) Nru 440/2008 l-metodu C.4-B), jew it-testijiet ISO ekwivalenti għalihom. L-applikabilità tal-metodi ta’ ttestjar abbażi tal-kejl tal-karbonju organiku maħlul jeħtieġ li tiġi ġġustifikata b’mod xieraq peress li dawn il-metodi jistgħu jagħtu riżultati mat-tneħħija u mhux mal-bijodegradabilità. Il-preadattazzjoni ma għandhiex tintuża f’testijiet għall-bijodegradabilità faċli aerobika. Il-prinċipju ta’ perjodu ta’ żmien ta’ għaxart ijiem ma għandux japplika.

(b)   Bijodegradabilità anaerobika

L-aġenti tensjoattivi li mhumiex bijodegradabbli taħt kundizzjonijiet anaerobiċi jistgħu jintużaw fil-prodott sakemm l-aġenti tensjoattivi ma jkunux ikklassifikati H400/R50 (Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi) u fi ħdan il-limitu speċifikat hawn taħt.

Il-piż totali ta’ tali aġenti tensjoattivi mhux bijodegradabbli ma għandux jaqbeż 0,20 gramma tad-doża rrakkomandata espressa għal litru ta’ ilma għall-ħasil tal-platti.

Valutazzjoni u verifika: il-formulazzjoni eżatta tal-prodott kif ukoll deskrizzjoni tal-funzjoni ta’ kull sustanza għandhom jiġu pprovduti lill-korp kompetenti. Il-Parti A tal-lista DID (l-Appendiċi I) tindika jekk aġent tensjoattiv speċifiku huwiex anaerobikament bijodegradabbli (l-aġenti tensjoattivi mmarkati bl-ittra “Y” fil-kolonna dwar il-bijodegradibilità anaerobika huma bijodegradabbli taħt kundizzjonijiet anaerobiċi). Għall-aġenti tensjoattivi li mhumiex inklużi fil-lista DID (ĠU L 115, 4.5.2005, p. 18 il-parti A), għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti mil-letteratura jew minn sorsi oħra, jew mir-riżultati ta’ testijiet xierqa, li juru li dawk l-aġenti tensjoattivi huma aerobikament bijodegradabbli. It-test ta’ referenza għall-bijodegradibilità anaerobika għandu jkun OECD 311, ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988) jew metodu ta’ ttestjar ekwivalenti, bir-rekwiżit ta’ minimu ta’ 60 % bijodegradibilità aħħarija taħt kundizzjonijiet anaerobiċi. Metodi ta’ ttestjar li jissimulaw il-kundizzjonijiet f’ambjent anaerobiku rilevanti jistgħu wkoll jintużaw biex jiddokumentaw il-fatt li 60 % tad-degradabilità aħħarija tkun inkisbet taħt kundizzjonijiet anaerobiċi (ara l-Appendiċi II).

Kriterju 3 —   Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati

Ir-rekwiżiti msemmija f’(a), (b) u (c) hawn taħt għandhom japplikaw għal kull sustanza jew taħlita inklużi l-bijoċidi, il-koloranti u l-fwejjaħ, li jaqbżu 0 010 % skont il-piż tal-prodott finali. Dan jinkludi wkoll kull sustanza ta’ kwalunkwe taħlita użata fil-formulazzjoni li taqbeż 0,010 % skont il-piż tal-prodott finali. Nanoforom li jiġu miżjuda mal-prodott b’mod intenzjonali għandhom jagħtu prova tal-konformità mal-kriterju 3(c) għal kwalunkwe konċentrazzjoni.

(a)   Sustanzi esklużi speċifikati

Is-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jiġu inklużi fil-prodott, kemm bħala parti mill-formulazzjoni kemm bħala parti minn xi taħlita inkluża fil-formulazzjoni:

L-alkilfenoletossilati (APEO) u d-derivattivi tagħhom,

L-EDTA (aċidu etilen-diammina-tetra-aċetiku) u l-imlieħ tiegħu

5-Bromo-5-nitro-1,3-diossan

2-Bromo-2-nitropropan-1,3-diol

Diażolinidilurea

Formaldeid

Idrossimetilgliċinat tas-sodju

Nitromiski u miski poliċikliċi, inklużi pereżempju:

Ksilen tal-misk: 5-Terz-butil-2,4,6-trinitro-m-ksilen

Ambretta tal-misk: 4-Terz-butil-3-metossi-2,6-dinitrotoluwen

Mosken: 1,1,3,3,5-Pentametil-4,6-dinitroindan

Tibetin tal-misk: 1-Terz-butil-3,4,5-trimetil-2,6-dinitrobenżen

Keton tal-misk: 4’-Terz-butil-2’,6’-dimetil-3’,5’-dinitroaċetafenon

HHCB (1,3,4,6,7,8-eżaidro-4,6,6,7,8,8-eżametilċiklopenta(g)-2-benżopiran)

AHTN (6-Aċetil-1,1,2,4,4,7-eżametiltetralin).

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni appoġġata minn dikjarazzjonijiet mill-manifatturi, kif ikun xieraq, li jikkonfermaw li s-sustanzi elenkati ma ġewx inklużi fil-prodott.

(b)   Imlieħ tal-ammonju kwaternarju li mhumiex faċilment bijodegradabbli ma għandhomx jintużaw, kemm bħala parti mill-formulazzjoni kemm bħala parti minn kwalunkwe taħlita inkluża fil-formulazzjoni.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li turi l-bijodegradabilità ta’ kwalunkwe melħ tal-ammonju kwaternarju użat.

(c)   Sustanzi u taħlitiet perikolużi

Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 dwar l-Ekotikketta tal-UE, il-prodott jew kwalunkwe parti minnu ma għandux/ma għandhiex jinkludi/tinkludi sustanzi (fi kwalunkwe forma inklużi nanoforom) li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fid-dikjarazzjonijiet ta’ periklu jew frażijiet ta’ riskju speċifikati hawn taħt skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (4), u lanqas ma għandu/ma għandha jinkludi/tinkludi sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Il-frażijiet ta’ riskju ta’ hawn taħt ġeneralment jirreferu għas-sustanzi. Madankollu, għal taħlitiet ta’ enżimi u fwejjaħ, fejn l-informazzjoni dwar is-sustanzi ma tkunx tista’ tinkiseb, għandhom jiġu applikati r-regoli ta’ klassifikazzjoni għat-taħlitiet.

Lista ta’ dikjarazzjonijiet ta’ periklu u frażijiet ta’ riskju:

Dikjarazzjoni ta’ Periklu (6)

Frażi ta’ Riskju (7)

H300 Fatali jekk jinbela’

R28

H301 Tossiku jekk jinbela’

R25

H304 Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs

R65

H310 Fatali jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda

R27

H311 Tossiku jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda

R24

H330 Fatali jekk jiġi inalat

R23;R26

H331 Tossiku jekk jiġi inalat

R23

H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi

R46

H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi

R68

H350 Jista’ jikkawża l-kanċer

R45

H350i Jista’ jikkawża l-kanċer meta jiġi inalat

R49

H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità

R60

H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R61

H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R60-61

H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R60-63

H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R61-62

H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R62

H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R63

H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R62-63

H362 Jista’ jikkawża ħsara lil tfal imreddgħa

R64

H370 Jikkawża ħsara lill-organi

R39/23; R39/24; R39/25; R39/26; R39/27; R39/28

H371 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi

R68/20; R68/21; R68/22

H372 Jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien

R48/25; R48/24; R48/23

H373 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien

R48/20; R48/21; R48/22

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R50-53

H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R51-53

H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R52-53

H413 Jista’ jikkawża effetti ta’ ħsara għat-tul lill-organiżmi akkwatiċi

R53

EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu

R59

EUH029 Meta jiġi f’kuntatt mal-ilma jillibera gass tossiku

R29

EUH031 Meta jiġi f’kuntatt ma’ aċidi jillibera gass tossiku

R31

EUH032 Meta jiġi f’kuntatt ma’ aċidi jillibera gass tossiku ħafna

R32

EUH070 Tossiku meta jiġi f’kuntatt mal-għajnejn

R39-41

Sustanzi sensitizzanti

H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat

R42

H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

Sustanzi jew taħlitiet li mal-ipproċessar jibdlu l-karatteristiċi tagħhom (eż. ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jgħaddu minn modifika kimika) b’mod li l-periklu identifikat ma japplikax aktar, huma eżentati mir-rekwiżit ta’ hawn fuq.

Derogi: is-sustanzi jew it-taħlitiet li ġejjin huma speċifikament eżentati minn dan ir-rekwiżit:

Aġenti tensjoattivi

F’konċentrazzjonijiet ta’ < 25 % fil-prodott (*)

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R 50

Fwejjaħ

H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R52-53

Enżimi (**)

H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat

R42

Enżimi (**)

H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

NTA bħala impurità f’MGDA u GLDA (***)

H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-formulazzjoni eżatta tal-prodott lill-korp kompetenti. L-applikant għandu juri konformità ma’ dan il-kriterju għal sustanzi fil-prodott abbażi ta’ informazzjoni li tkun tikkonsisti bħala minimu f’dak li hemm speċifikat fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Tali informazzjoni għandha tkun speċifika għall-forma partikolari tas-sustanza, inklużi n-nanoforom, użati fil-prodott. Għal dak il-għan l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ lista ta’ ingredjenti u l-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza skont l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għall-prodott kif ukoll għas-sustanzi kollha elenkati fil-formulazzjoni(jiet). Il-limiti tal-konċentrazzjoni għandhom jiġu speċifikati fl-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(d)   Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Ma tista’ tingħata l-ebda deroga mill-esklużjoni fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 rigward sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju u inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 59 tar-Regolament KE Nru 1907/2006 preżenti f’taħlitiet f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,010 %.

Valutazzjoni u verifika: il-lista ta’ sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku:

http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp

Fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għal-lista.

Il-limiti tal-konċentrazzjoni għandhom jiġu speċifikati fl-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(e)   Bijoċidi

(i)

Il-prodott jista’ jinkludi biss bijoċidi sabiex jippreservaw il-prodott, u fid-dożaġġ xieraq għal dan l-iskop biss. Dan ma jirreferix għall-aġenti tensjoattivi, li jista’ wkoll ikollhom karatteristiċi bijoċidali.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjal ta’ kwalunkwe preservattiv miżjud, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni eżatta fil-prodott. Il-manifattur jew il-fornitur tal-preservattivi għandu jipprovdi informazzjoni dwar id-dożaġġ meħtieġa għall-preservazzjoni tal-prodott.

(ii)

Hu pprojbit li jkun iddikjarat jew issuġġerit fuq l-imballaġġ jew bi kwalunkwe komunikazzjoni oħra li l-prodott jaġixxi kontra l-mikrobi.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi t-testi u l-preżentazzjonijiet użati fuq kull tip ta’ imballaġġ u/jew eżempju ta’ kull tip differenti ta’ imballaġġ lill-korp kompetenti.

(iii)

Bijoċidi, kemm bħala parti mill-formulazzjoni kemm bħala parti minn taħlita inkluża fil-formulazzjoni, li jintużaw biex jippreservaw il-prodott u li huma kklassifikati H410/R50-53 jew H411/R51-53 skont id-Direttiva 67/548/KEE, id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew i tal-Kunsill (8) jew ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, huma permessi iżda biss jekk il-potenzjali ta’ bijoakkumulazzjoni tagħhom huma kkaratterizzati minn log Pow (log ottanol/koeffiċjent tal-partizzjoni tal-ilma) < 3,0 jew fattur ta’ bijokonċentrazzjoni (BCF) iddeterminat b’mod sperimentali ≤ 100.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjali għall-bijoċidi kollha, flimkien mad-dokumentazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-bijoċidi fil-prodott finali.

Kriterju 4 —   Fwejjaħ

(a)

Il-prodott ma għandux ikollu fwejjaħ li jkun fihom in-nitromiski jew miski poliċikliċi (kif speċifikat fil-kriterju 3a).

(b)

Kwalunkwe sustanza miżjuda mal-prodott bħala fwieħa għandha tkun ġiet immanifatturata, ittrattata u/jew immaniġġata f’konformità mal-kodiċi ta’ prattika tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Fwejjaħ. Il-kodiċi jista’ jinstab fuq is-sit elettroniku tal-IFRA: http://www.ifraorg.org.

(c)

Is-sustanzi ta’ fwieħa soġġetti għar-rekwiżit ta’ dikjarazzjoni pprovdut fir-Regolament (KE) Nru 648/2004 dwar id-deterġenti (l-Anness VII) u li mhumiex diġà esklużi mill-kriterju 3c u sustanzi ta’ fwieħa (oħrajn) ikklassifikati bħala H317/R43 (Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda) u/jew H334/R42 (Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat) ma għandhomx ikunu preżenti fi kwantitajiet ≥ 0,010 % (≥ 100 ppm) għal kull sustanza.

(d)

Fid-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn għal użu professjonali ma għandhomx jintużaw fwejjaħ.

Valutazzjoni u verifika: dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ kull parti tal-kriterju (a) u (b) u (d). Għall-kriterju (c), l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ffirmata li tindika l-ammont ta’ fwejjaħ fil-prodott. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni mill-manifattur tal-fwieħa li tispeċifika l-kontenut ta’ kull waħda mis-sustanzi fil-fwejjaħ li huma elenkati fl-Anness III, il-Parti I tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE (9) kif ukoll il-kontenut ta’ sustanzi (oħra) li kienu assenjati l-frażijiet ta’ riskju R43/H317 u/jew R42/H334.

Kriterju 5 —   Proprjetajiet korrużivi

Il-prodott ma għandux ikun ikklassifikat bħala taħlita “Korrużiva” (C) bil-marki R34 jew R35 skont id-Direttiva 1999/45/KE, jew bħala taħlita “Kategorija tal-Ġilda 1” skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-konċentrazzjonijiet eżatti tas-sustanzi kollha użati fil-prodott, jew bħala parti mill-formulazzjoni jew bħala parti minn kwalunkwe taħlita inkluża fil-formulazzjoni, li huma kklassifikati bħala “Korrużivi” (C) bil-marki R34 jew R35 skont id-Direttiva 1999/45/KE, jew bħala taħlita “Kategorija tal-Ġilda 1” skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 lill-Korp Kompetenti, flimkien mal-kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza.

Kriterju 6 —   Rekwiżiti ta’ imballaġġ

(a)

Plastiks li jintużaw bħala r-reċipjent ewlieni għandhom jiġu mmarkati skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (10), jew DIN 6120 il-Partijiet 1 u 2 b’konnessjoni ma’ DIN 7728 il-parti 1.

(b)

Jekk l-imballaġġ primarju jkun magħmul minn materjal irriċiklat, kwalunkwe indikazzjoni ta’ dan fuq l-imballaġġ għandha tkun f’konformità mal-istandard ISO 14021 “Tikketti u dikjarazzjonijiet ambjentali - Dikjarazzjonijiet volontarji (tikettar ambjentali tat-tip II)”.

(c)

Jistgħu jintużaw biss fl-imballaġġ tal-plastik dawk il-ftalati li fiż-żmien tal-applikazzjoni jkunu ġew ivvalutati għar-riskji u li ma jkunux ġew ikklassifikati skont il-kriterju 3c.

(d)

Il-proporzjon piż/utilità (WUR) tal-imballaġġ primarju ma għandux jaqbeż il-valuri li ġejjin:

Tip tal-prodott

WUR

Deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn li jiġu ddilwiti fl-ilma qabel l-użu

1.20 gramma ta’ imballaġġ għal kull litru ta’ soluzzjoni użata (ilma għall-ħasil tal-platti)

Id-WUR jiġi kkalkulat biss għall-imballaġġ primarju (inklużi kuperċijiet, tappijiet u pompi tal-idejn/apparati li jisprejjaw) bl-użu tal-formula ta’ hawn taħt:

Formula,

fejn

Wi

=

Il-piż (gm) tal-imballaġġ primarju (i) inkluża t-tikketta jekk applikabbli.

Ui

=

Il-piż (gm) ta’ materjal (verġni) mhux irriċiklat fl-imballaġġ primarju (i). Jekk il-proporzjon ta’ materjal irriċiklat fl-imballaġġ primarju jkun 0 %, Ui = Wi.

Di

=

L-għadd ta’ dożi funzjonali (= l-għadd tal-volum tad-dożaġġ irrakkomandat mill-manifattur għal litru ta’ ilma għall-ħasil) li jkun hemm fl-imballaġġ primarju (i).

ri

=

Ċifra tar-riċiklaġġ, i.e. l-għadd ta’ drabi li l-imballaġġ primarju (i) jintuża għall-istess għan f’sistema ta’ ritorn jew ta’ milja oħra (ri = 1, jekk l-imballaġġ ma jerġax jintuża għall-istess għan. Jekk l-imballaġġ jerġa’ jintuża, ri tiġi ssettjata għal 1 sakemm l-applikant ma jkunx jista’ jiddokumenta għadd ogħla.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti b’kalkolu tad-WUR tal-prodott flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ kull parti ta’ dan il-kriterju. Għall-kriterju (c) l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità kompluta u ffirmata.

Kriterju 7 —   Adegwatezza għall-użu

Il-prodott għandu jkun adegwat għall-użu, u jkun jissodisfa l-ħtiġijiet tal-konsumaturi.

Il-ħila li jnaddaf u l-kapaċità li jnaddaf għandhom ikunu ekwivalenti għal jew aħjar minn dawk ta’ deterġent ta’ referenza ġeneriku speċifikat hawn taħt.

Valutazzjoni u verifika: il-ħila li jnaddaf u l-kapaċità li jnaddaf għandhom jiġu ttestjati permezz ta’ test tal-prestazzjoni fil-laboratorju li jkun ġustifikabbli u adegwat imwettaq u rrapportat fi ħdan parametri speċifikati kif iddikjarat fil-parti “Framework for testing the performance of hand dishwashing detergents” (qafas għall-ittestjar tal-prestazzjoni ta’ deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn) li tista’ tinstab hawn:

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/ecolabelled_products/categories/hand_dishwashing_detergents_en.htm.

Id-deterġent ta’ referenza ġeneriku għandu jkun dak preskritt fit-test tal-prestazzjoni tal-IKW “Recommendation for the quality assessment of the cleaning performance of hand dishwashing detergents” (rakkomandazzjoni għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-prestazzjoni tat-tindif tad-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn) (Ġurnal-SÖFW, 128, 5, p. 11-15, 2002) bl-adattament li d-dożaġġ applikat fit-test tal-prestazzjoni jiġi ffissat għal 2.5 millilitri tad-deterġent ta’ referenza għal kull 5 litri ta’ ilma.

Il-metodu ta’ ttestjar tal-prestazzjoni tal-IKW “Rakkomandazzjoni għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-prestazzjoni tat-tindif tad-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn” (Ġurnal-SÖFW, 128, 5, p. 11-15, 2002) jista’ jiġi applikat bl-adattament imsemmi u jista’ jitniżżel minn fuq dan is-sit: http://www.ikw.org/pdf/broschueren/EQ_Handgeschirr_e.pdf.

Kriterju 8 —   Struzzjonijiet għall-utent

Il-prodott għandu jkollu din l-informazzjoni li ġejja tidher fuq l-imballaġġ:

(a)

“Tużax ilma ġieri iżda għaddas il-platti taħt l-ilma, u uża d-doża rrakkomandata” (jew test ekwivalenti);

(b)

L-informazzjoni dwar id-dożaġġ irrakkomandat għandha tidher fuq l-imballaġġ f’daqs raġonevoli u fuq sfond viżibbli. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’millilitri (u kuċċarini) ta’ prodott għal ħames (5) litri ta’ ilma għall-ħasil tal-platti xieraq għal platti “maħmuġin” u “inqas maħmuġin”;

(c)

indikazzjoni ta’ għadd approssimattiv ta’ ħasliet li l-konsumatur jista’ jagħmel bi flixkun wieħed huwa rrakkomandat iżda fakultattiv.

Dan jiġi kkalkulat billi l-volum tal-prodott jiġi diviż bid-dożaġġ meħtieġ għal ħames (5) litri ta’ ilma għall-ħasil tal-platti għal platti maħmuġin.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b’kampjun tal-imballaġġ tal-prodott, inkluż it-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ kull parti ta’ dan il-kriterju.

Kriterju 9 —   L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

It-tikketta fakultattiva b’kaxxa tat-test għandha tinkludi t-test li ġej:

“—

impatt imnaqqas fuq il-ħajja akkwatika,

użu mnaqqas ta’ sustanzi perikolużi,

skart tal-imballaġġ imnaqqas,

struzzjonijiet ċari għall-utent.”

Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa tat-test jistgħu jinstabu fil-“Linji gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta tal-UE” fuq is-sit elettroniku: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/promo/logos_en.htm

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun tat-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.


(1)  ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(4)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

(5)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(6)  Kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(7)  Kif ipprovdut fid-Direttiva 67/548/KEE.

(*)  Il-perċentwal irid jiġi diviż bil-fattur M stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(**)  Inklużi l-istabbilizzaturi u kull sustanza awżiljarja oħra fil-preparazzjonijiet.

(***)  F’konċentrazzjonijiet aktar baxxi minn 1,0 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali tkun aktar baxxa minn 0,10 %.

(8)  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.

(9)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.

(10)  ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10.

Appendiċi I

Bażi tad-dejta tal-Ingredjenti tad-Deterġenti (lista DID)

Il-lista DID (il-parti A) hi lista li tinkludi informazzjoni dwar it-tossiċità akkwatika u l-bijodegradabilità tal-ingredjenti tipikament użati fil-formulazzjonijiet tad-deterġenti. Il-lista tinkludi informazzjoni dwar it-tossiċità u l-bijodegradabilità ta’ firxa ta’ sustanzi użati fil-prodotti għall-ħasil u t-tindif. Il-lista mhijiex komprensiva, iżda fil-parti B tal-lista DID tingħata gwida rigward kif jiġu ddeterminati l-parametri rilevanti tal-kalkolu għal sustanzi mhux preżenti fil-lista DID (eż. il-Fattur ta’ Tossiċità (TF) u l-fattur ta’ degradazzjoni (DF), li jintużaw fil-kalkolu tal-volum kritiku tad-dilwizzjoni). Il-lista hi sors ġeneriku ta’ informazzjoni u s-sustanzi preżenti fuq il-lista DID mhumiex approvati awtomatikament għall-użu fil-prodotti bl-Ekotikketta tal-UE. Il-lista DID (il-partijiet A u B) tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/ecolabelled_products/categories/did_list_en.htm.

Għas-sustanzi mingħajr dejta rigward it-tossiċità u d-degradabilità akkwatika, biex ikunu vvalutati t-TF u d-DF jistgħu jintużaw analoġiji strutturali ma’ sustanzi simili. Analoġiji strutturali bħal dawn għandhom ikunu approvati mill-korp kompetenti li jagħti l-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Alternattivament, jista’ jkun applikat approċċ li jiffoka fuq l-agħar każ possibbli, bl-użu tal-parametri ta’ hawn isfel:

Approċċ li jiffoka fuq l-agħar każ possibbli:

 

Tossiċità akuta

Tossiċità kronika

Degradazzjoni

Ingredjent

LC50/EC50

SF(akut)

TF(akut)

NOEC (*)

SF(kroniku)  (*)

TF(kroniku)

DF

Aerobiku

Anaerobiku

“Isem”

1  mg/l

10 000

0,0001

 

 

0,0001

1

P

N

Dokumentazzjoni ta’ bijodegradabilità faċli

Għandhom jintużaw il-metodi ta’ ttestjar li ġejjin għall-bijodegradabilità faċli:

(1)

Sal-1 ta’ Diċembru 2010 u matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta Diċembru 2010 sal-1 ta Diċembru 2015:

Il-metodi ta’ ttestjar għall-bijodegradabilità faċli pprovduti fid-Direttiva 67/548/KEE, b’mod partikolari l-metodi dettaljati fl-Anness V.C4 għal dik id-Direttiva jew il-metodi ta’ ttestjar tal-OECD 301 A-F ekwivalenti għalihom, jew it-testijiet tal-ISO ekwivalenti għalihom.

Il-prinċipju tal-perjodu ta’ għaxart ijiem ma għandux japplika għall-aġenti tensjoattivi. Il-livelli biex jgħaddu għandhom ikunu ta’ 70 % għat-testijiet imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 440/2008 l-metodu C.4-A l-Anness C.4-B (u t-testijiet ekwivalenti għalihom OECD 301 A u E u t-testijiet tal-ISO ekwivalenti għalihom), u għandhom ikunu ta’ 60 % għall-metodi C4-C, D, E u F (u t-testijiet ekwivalenti għalihom OCED 301 B, C, D u F u t-testijiet tal-ISO ekwivalenti għalihom).

(2)

Wara l-1 ta’ Diċembru 2015 u matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta’ Diċembru 2010 sal-1 ta’ Diċembru 2015:

Il-metodi ta’ ttestjar ipprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

Dokumentazzjoni ta’ bijodegradabilità anaerobika

It-test ta’ referenza għad-degradabilità anaerobika għandu jkun EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988), OECD 311 jew metodu ta’ ttestjar ekwivalenti, bir-rekwiżit ta’ 60 % ta’ degradabilità finali taħt kundizzjonijiet anaerobiċi. Il-metodi ta’ ttestjar li jissimulaw il-kundizzjonijiet f’ambjent anaerobiku rilevanti jistgħu jintużaw biex ikun iddokumentat li taħt kundizzjonijiet anaerobiċi ntlaħqet 60 % ta’ degradabilità finali.

Estrapolazzjoni għal sustanzi mhux elenkati fil-lista DID

Meta l-ingredjenti ma jkunux elenkati fil-lista DID, jista’ jintuża l-approċċ li ġej biex tkun ipprovduta d-dokumentazzjoni meħtieġa ta’ degradabilità anaerobika:

(1)

Applika estrapolazzjoni raġonevoli. Uża r-riżultati tat-test miksuba għal materja prima waħda biex testrapola d-degradabilità anaerobika finali ta’ aġenti tensjoattivi li huma relatati strutturalment. Meta l-bijodegradabilità anaerobika tkun ikkonfermata għal aġent tensjoattiv (jew għal grupp ta’ omologi) skont il-lista DID, jista’ jitqies li tip simili ta’ aġent tensjoattiv hu wkoll bijodegradabbli anaerobikament (eż. is-sulfat C12-15 A 1-3 EO [DID Nru 8] hu bijodegradabbli anaerobikament, u jista’ jitqies ukoll li teżisti bijodegradabilità anaerobika simili għas-sulfat C12-15 A 6 EO). Meta l-bijodegradabilità anaerobika tkun ikkonfermata għal aġent tensjoattiv bl-użu ta’ metodu ta’ ttestjar xieraq, jista’ jitqies li tip simili ta’ aġent tensjoattiv hu wkoll bijodegradabbli anaerobikament (eż. dejta mil-letteratura li tikkonferma l-bijodegradabilità anaerobika ta’ aġenti tensjoattivi li jappartjenu għall-grupp ta’ mlieħ tal-ammonju ta’ esteri alkili tista’ tintuża bħala dokumentazzjoni għal bijodegradabilità anaerobika simili ta’ mlieħ kwaternarji tal-ammonju li fihom sensil ta’ esteri fil-katina/ktajjen alkila/alkili).

(2)

Wettaq test ta’ skrinjar għad-degradabilità anaerobika. Jekk hu meħtieġ ittestjar ġdid, wettaq test tal-iskrinjar bl-użu ta’ EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988), OECD 311 jew metodu ekwivalenti.

(3)

Wettaq test ta’ degradabilità b’dożaġġ baxx. Jekk ikun meħtieġ ittestjar ġdid, u fil-każ ta’ problemi sperimentali fit-test tal-iskrinjar (eż. inibizzjoni minħabba t-tossiċità tas-sustanza għat-test), irrepeti l-ittestjar bl-użu ta’ dożaġġ baxx ta’ aġent tensjoattiv u mmonitorja d-degradazzjoni b’kejl ta’

Formula

jew b’analiżi kimika. L-ittestjar b’dożaġġi baxxi jista’ jitwettaq bl-użu tal-metodu OECD 308 (Awwissu 2000) jew metodu ekwivalenti.

(*)  Jekk ma tinstab l-ebda dejta aċċettabbli dwar it-tossiċità kronika dawn il-kolonni jitħallew vojta. F’dak il-każ it-TF(kroniku) jiġi ddefinit bħala ugwali għat-TF(akut)


29.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Ġunju 2011

dwar l-istabbiliment ta’ kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti tat-tindif b’użi multipli u deterġenti tat-tindif sanitarji

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 4442)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/383/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista’ tingħata lil dawk il-prodotti b’impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi li kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għandhom ikunu stabbiliti skont il-gruppi tal-prodotti.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/344/KE (2) stabbilixxiet il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati magħhom għal deterġenti tat-tindif b’użi multipli u deterġenti tat-tindif sanitarji għal faċilitajiet sanitarji li huma validi sat-30 ta’ Ġunju 2011.

(4)

Dawk il-kriterji ġew analizzati aktar fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi. Il-kriterji l-ġodda, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati magħhom, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(5)

Id-Deċiżjoni 2005/344/KE għandha tiġi ssostitwita għal raġunijiet ta’ ċarezza.

(6)

Għandu jitħalla perjodu tranżizzjonali għall-produtturi li l-prodotti tagħhom ikunu ngħataw l-Ekotikketta għal deterġenti tat-tindif b’użi multipli u deterġenti tat-tindif sanitarji abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/344/KE, biex ikollhom żmien suffiċjenti sabiex jadattaw il-prodotti tagħhom u b’hekk jikkonformaw mal-kriterji u r-rekwiżiti riveduti. Il-produtturi għandhom ukoll jitħallew jippreżentaw applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/344/KE jew tal-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni sakemm tiskadi l-validità ta’ dik id-Deċiżjoni.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-grupp tal-prodotti “Deterġenti tat-tindif b’użi multipli u deterġenti tat-tindif sanitarji” għandu jinkludi: deterġenti tat-tindif b’użi multipli, deterġenti tat-tindif tat-twieqi, u deterġenti tat-tindif sanitarji.

(a)

deterġenti tat-tindif b’użi multipli inklużi prodotti deterġenti maħsuba għat-tindif regolari tal-art, ħitan, soqfa, twieqi u wċuħ oħra fissi, li jew jiġu ddilwiti fl-ilma qabel l-użu inkella jintużaw mingħajr dilwizzjoni. Deterġenti tat-tindif b’użi multipli għandha tfisser prodotti maħsuba għall-użu fuq ġewwa ta’ bini inklużi faċilitajiet domestiċi, kummerċjali u industrijali.

(b)

deterġenti tat-tindif tat-twieqi inklużi deterġenti tat-tindif speċifiċi maħsuba għat-tindif regolari tat-twieqi u li jintużaw mingħajr dilwizzjoni.

(c)

deterġenti tat-tindif sanitarji inklużi prodotti deterġenti maħsuba għat-tneħħija regolari, inkluż bl-għarik, ta’ ħmieġ u/jew depożiti f’faċilitajiet sanitarji, bħal kmamar tal-ħasil, tojlits, kmamar tal-banju, doċoċ u kċejjen. Dan is-sottogrupp għalhekk jinkudi d-deterġenti tat-tindif tal-kmamar tal-banju u tal-kċejjen.

Il-grupp tal-prodotti għandu jkopri l-prodotti kemm għall-użu privat kemm għall-użu professjonali. Il-prodotti għandhom ikunu taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi u jeħtieġ li ma jkunx fihom mikroorganiżmi li deliberatament ikunu ġew miżjuda mill-manifattur.

Artikolu 2

Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

sustanza tfisser element kimiku u l-komposti tiegħu fl-istat naturali jew miksub bi kwalunkwe proċess tal-produzzjoni, inkluż kwalunkwe addittiv meħtieġ biex jippreserva l-istabbiltà tal-prodotti u kwalunkwe impurità li tirriżulta mill-proċess użat iżda li jeskludi kwalunkwe solvent li jista’ jiġi sseparat mingħajr ma tkun affettwata l-istabbiltà tas-sustanza jew tinbidel il-kompożizzjoni tagħha.

(2)

prodott (jew taħlita) tfisser taħlita jew soluzzjoni ta’ żewġ sustanzi jew aktar, li ma jirreaġixxux.

Artikolu 3

Sabiex jingħata l-Ekotikketta tal-UE fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, oġġett ta’ deterġent tat-tindif b’użi multipli, deterġent tat-tindif tat-twieqi jew deterġent tat-tindif sanitarju għandu jaqa’ taħt il-grupp tal-prodotti “deterġenti tat-tindif b’użi multipli u deterġenti tat-tindif sanitarji” kif iddefinit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u għandu jkun konformi mal-kriterji kif ukoll mar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati magħhom stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Il-kriterji għall-grupp tal-prodotti “deterġenti tat-tindif b’użi multipli u deterġenti tat-tindif sanitarji”, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u verifika, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Għal raġunijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp tal-prodotti “deterġenti tat-tindif b’użi multipli u deterġenti tat-tindif sanitarji” għandu jkun “020”.

Artikolu 6

Id-Deċiżjoni 2005/344/KE hija rrevokata.

Artikolu 7

1.   B’deroga mill-Artikolu 6, applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu taħt il-grupp tal-prodotti “deterġenti tat-tindif b’użi multipli u deterġenti tat-tindif sanitarji” ppreżentati qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni 2005/344/KE.

2.   Applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu taħt il-grupp tal-prodotti “deterġenti tat-tindif b’użi multipli u deterġenti tat-tindif sanitarji” ppreżentati qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni iżda mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011 jistgħu jkunu bbażati jew fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/344/KE jew fuq il-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li huma bbażati fuqhom.

3.   Fejn l-Ekotikketta tal-UE tingħata abbażi ta’ applikazzjoni evalwata skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/344/KE, dik l-Ekotikketta tista’ tintuża għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 115, 4.5.2005, p. 42.


ANNESS

QAFAS

L-għanijiet tal-kriterji

Il-kriterji għandhom l-għan, b’mod partikolari, li jippromwovu prodotti li għandhom impatt ambjentali mnaqqas billi jillimitaw il-kwantità ta’ sustanzi perikolużi, billi jnaqqsu l-kwantità ta’ deterġent użat u billi jnaqqsu l-iskart mill-imballaġġ. Barra minn hekk il-kriterji għandhom l-għan li jnaqqsu jew jipprevjenu r-riskji għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem relatati mal-użu ta’ sustanzi perikolużi, inaqqsu l-iskart mill-imballaġġ, jipprovdu informazzjoni li tippermetti lill-konsumatur juża l-prodott b’mod li huwa effiċjenti u jnaqqsu l-impatt ambjentali.

KRITERJI

1.

Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi

2.

Bijodegradabilità tal-aġenti tensjoattivi

3.

Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati

4.

Fwejjaħ

5.

Komposti organiċi volatili

6.

Fosforu

7.

Rekwiżiti ta’ imballaġġ

8.

Adegwatezza għall-użu

9.

Struzzjonijiet għall-utent

10.

Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

11.

Taħriġ professjonali

Rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika

(a)   Rekwiżiti

Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u verifika huma indikati f’kull kriterju.

Meta l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, rapporti tat-testijiet tal-analiżi, jew evidenza oħra biex juri l-konformità mal-kriterji, hu mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew il-fornitur(i) tiegħu u/jew il-fornitur(i) tagħhom, eċċ., skont kif ikun xieraq.

Fejn possibbli, l-ittestjar għandu jitwettaq minn laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali ta’ EN ISO 17025 jew l-ekwivalenti.

Fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta’ ttestjar oħra minbarra dawk indikati għal kull kriterju jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

L-Appendiċi I tirreferi għal-lista tal-Bażi tad-Dejta tal-Ingredjenti tad-Deterġenti (DID) li tinkludi l-ingredjenti l-aktar użati fil-formulazzjonijiet tad-deterġenti. Din għandha tintuża biex tiġi dderivata d-dejta għall-kalkoli tal-Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV) u għall-valutazzjoni tal-bijodegradabilità tal-ingredjenti. Għas-sustanzi mhux preżenti fil-lista DID, tingħata gwida dwar kif għandha tiġi kkalkolata jew estrapolata d-dejta rilevanti. L-aħħar verżjoni tal-lista DID hi disponibbli mis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE jew permezz tas-siti elettroniċi tal-korpi kompetenti individwali.

Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

(b)   Livelli limitu tal-kejl

Is-sustanzi kollha fil-prodott, inklużi l-addittivi (eż. preservattivi jew stabbilizzaturi) fl-ingredjenti, li l-konċentrazzjoni tagħhom taqbeż 0,010 % skont il-piż tal-formulazzjoni finali għandhom ikunu konformi mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE, għajr il-Kriterju 1, fejn kull sustanza li tiżdied b’mod intenzjonat għandha tiġi inkluża, irrispettivament mill-piż tagħha. L-impuritajiet li jirriżultaw mill-produzzjoni tal-ingredjenti li jkunu preżenti f’konċentrazzjonijiet > 0,010 % skont il-piż tal-formulazzjoni finali għandhom ukoll ikunu konformi mal-kriterji.

(c)   Dożaġġ ta’ referenza

Għad-deterġenti tat-tindif b’użi multipli li jiġu ddilwiti fl-ilma qabel l-użu, id-dożaġġ fi grammi tal-prodott irrakkomandat mill-manifattur għall-preparazzjoni ta’ litru ta’ ilma għall-ħasil għat-tindif ta’ wċuħ b’ammont normali ta’ ħmieġ jittieħed bħala d-dożaġġ ta’ referenza għall-kalkoli li għandhom l-għan li jiddokumentaw il-konformità mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE u għall-ittestjar tal-ħila li jnaddaf.

KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

Kriterju 1 –   Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi:

Il-volum ta’ dilwizzjoni kritika (CDVkroniku) huwa kkalkolat għal kull sustanza (i) bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

fejn il-piż (i) huwa l-piż tas-sustanza (fi grammi) li tinsab fid-dożaġġ irrakkomandat mill-manifattur għal litru ta’ ilma għall-ħasil (għal deterġenti tat-tindif b’użi multipli li jiġu ddilwiti bl-ilma qabel l-użu) jew għal kull 100 gramma ta’ prodott (deterġenti tat-tindif b’użi multipli, deterġenti tat-tindif tat-twieqi u deterġenti tat-tindif sanitarji li jintużaw mingħajr dilwizzjoni). DF (i) huwa l-fattur ta’ degradazzjoni u TF kroniku (i) huwa l-fattur ta’ tossiċità tas-sustanza (f’milligrammi/litru).

Il-valuri tad-DF u tat-TF kroniku għandhom ikunu bħal dawk elenkati fil-Parti A tal-lista tal-bażi tad-dejta tal-ingredjenti tad-deterġenti (il-lista DID – il-Parti A) (l-Appendiċi I). Jekk is-sustanza inkwistjoni ma tkunx inkluża fil-lista DID-il-parti A, l-applikant għandu jistma l-valuri billi jsegwi l-approċċ deskritt fil-lista DID-il-parti B (l-Appendiċi I). Is-CDVkroniku jingħadd għal kull sustanza, u jagħti s-CDVkroniku għall-prodott.

Għal deterġenti tat-tindif b’użi multipli li jiġu ddilwiti fl-ilma qabel l-użu, is-CDVkroniku għandu jiġi kkalkolat abbażi tad-dożaġġ fi grammi tal-prodott irrakkomandat mill-manifattur għall-preparazzjoni ta’ litru ta’ ilma għall-ħasil għat-tindif ta’ wċuħ b’ammont normali ta’ ħmieġ. Ic-CDVkroniku tad-doża rrakkomandata espress għal litru ta’ ilma għall-ħasil ma għandux jaqbeż 18 000 litru.

Għal deterġenti tat-tindif b’użi multipli li jintużaw mingħajr dilwizzjoni, is-CDVkroniku għal kull 100 gm ta’ prodott ma għandux jaqbeż 52 000 litru.

Għad-deterġenti tat-tindif tat-twieqi, is-CDVkroniku għal kull 100 gm tal-prodott ma għandux jaqbeż 4 800 litru.

Għad-deterġenti tat-tindif sanitarji, is-CDVkroniku għal kull 100 gm tal-prodott ma għandux jaqbeż 80 000 litru.

Valutazzjoni u verifika: il-formulazzjoni eżatta tal-prodott għandha tiġi pprovduta lill-korp kompetenti, flimkien mad-dettalji tal-kalkoli tas-CDVkroniku li juru konformità ma’ dan il-kriterju.

Kriterju 2 –   Bijodegradabilità ta’ aġenti tensjoattivi

(a)   Bijodegradabilità faċli (aerobika)

Kull aġent tensjoattiv użat fil-prodott għandu jkun faċilment bijodegradabbli.

Valutazzjoni u verifika: il-formulazzjoni eżatta tal-prodott, kif ukoll deskrizzjoni tal-funzjoni ta’ kull sustanza għandhom jiġu pprovduti lill-Korp Kompetenti. Il-Parti A tal-lista DID (l-Appendiċi I) tindika jekk aġent tensjoattiv speċifiku huwiex aerobikament bijodegradabbli jew le (l-aġenti tensjoattivi li huma mmarkati bl-ittra “R” fil-kolonna dwar il-bijodegradibilità aerobika huma faċilment bijodegradabbli). Għall-aġenti tensjoattivi li mhumiex inklużi fil-Parti A tal-lista DID, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti mil-letteratura jew minn sorsi oħra, jew mir-riżultati ta’ testijiet xierqa, li juru li dawk l-aġenti tensjoattivi huma aerobikament bijodegradabbli. It-testijiet għall-bijodegradibilità faċli għandhom ikunu dawk imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar deterġenti (1). L-aġenti tensjoattivi għandhom jitqiesu bħala faċilment bijodegradabbli jekk il-livell ta’ bijodegradibilità (mineralizzazzjoni) imkejjel skont wieħed minn dawn il-ħames testijiet ikun tal-anqas 60 % fi żmien 28 jum: it-test tal-ispazju liberu tad-CO2 (CO2 headspace test, OECD 310), it-test ta’ Sturm Immodifikat tal-Evoluzzjoni tad-diossidu tal-karbonju (CO2) (carbon dioxide (CO2) Evolution Modified Sturm test (OECD 301B; ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 440/2008 (2) il-metodu C.4-C), it-test tal-Flixkun Magħluq (Closed Bottle test) (OECD 301D; ir-Regolament (KE) Nru 440/2008 l-metodu C.4-E), Respirometrija Manometrika (Manometric Respirometry) (OECD 301F; ir-Regolament (KE) Nru 440/2008 l-metodu C.4-D), jew it-test MITI (I) (OECD 301C; ir-Regolament (KE) Nru 440/2008 l-metodu C.4-F, jew it-testijiet ISO ekwivalenti għalihom. Jista’ jintuża xi wieħed minn dawn it-testijiet, skont il-karatteristiċi fiżiċi tal-aġent tensjoattiv, biex jikkonferma l-bijodegradibilità faċli, jekk il-livell ta’ bijodegradibilità jkun tal-anqas 70 % fi żmien 28 jum: l-Isparizzjoni tal-Karbonju Organiku Maħlul (Dissolved Organic Carbon DOC Die-Away) (OECD 301 A; ir-Regolament (KE) Nru 440/2008 l-metodu C.4-A), jew l-Iskrinjar tal-OECD Immodifikat tal-Isparizzjoni tad-DOC (Modified OECD Screening DOC Die-Away) (OECD 301E; ir-Regolament (KE) Nru 440/2008 l-metodu C.4-B), jew it-testijiet ISO ekwivalenti għalihom. L-applikabilità tal-metodi ta’ ttestjar abbażi tal-kejl tal-karbonju organiku maħlul jeħtieġ li tiġi ġġustifikata b’mod xieraq peress li dawn il-metodi jistgħu jagħtu riżultati mat-tneħħija u mhux mal-bijodegradabilità. Il-preadattazzjoni ma għandhiex tintuża f’testijiet għall-bijodegradabilità faċli aerobika. Il-prinċipju ta’ perjodu ta’ żmien ta’ għaxart ijiem ma għandux japplika.

(b)   Bijodegradabilità anaerobika

L-aġenti tensjoattivi li mhumiex bijodegradabbli taħt kundizzjonijiet anaerobiċi jistgħu jintużaw fil-prodott fi ħdan limitazzjonijiet speċifiċi sakemm l-aġenti tensjoattivi ma jkunux ikklassifikati H400/R50 (Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi) fi ħdan il-limitu speċifikat hawn taħt.

Għad-deterġenti tat-tindif b’użi multipli li jridu jiġu ddilwiti bl-ilma qabel l-użu, il-piż totali ta’ aġenti tensjoattivi mhux bijodegradabbli anaerobikament ma għandux jaqbeż 0,40 gm tad-doża rrakkomandata espressa għal litru ta’ ilma għall-ħasil.

Għad-deterġenti tat-tindif b’użi multipli li jintużaw mingħajr dilwizzjoni, il-piż totali ta’ aġenti tensjoattivi mhux bijodegradabbli ma għandux jaqbeż 4,0 gm għal kull 100 gm ta’ prodott.

Għad-deterġenti tat-tindif sanitarji, il-piż totali ta’ aġenti tensjoattivi mhux bijodegradabbli anaerobikament ma għandux jaqbeż 2,0 gm għal kull 100 gm ta’ prodott.

Għad-deterġenti tat-tindif tat-twieqi, il-piż totali ta’ aġenti tensjoattivi mhux bijodegradabbli anaerobikament ma għandux jaqbeż 2,0 gm għal kull 100 gm ta’ prodott.

Valutazzjoni u verifika: il-formulazzjoni eżatta tal-prodott, kif ukoll deskrizzjoni tal-funzjoni ta’ kull sustanza għandhom jiġu pprovduti lill-korp kompetenti. Il-Parti A tal-lista DID (l-Appendiċi I) tindika jekk aġent tensjoattiv speċifiku huwiex anaerobikament bijodegradabbli (l-aġenti tensjoattivi mmarkati bl-ittra “Y” fil-kolonna dwar il-bijodegradibilità anaerobika huma bijodegradabbli taħt kundizzjonijiet anaerobiċi). Għall-aġenti tensjoattivi li mhumiex inklużi fil-Parti A tal-lista DID, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti mil-letteratura jew minn sorsi oħra, jew mir-riżultati ta’ testijiet xierqa, li juru li dawk l-aġenti tensjoattivi huma aerobikament bijodegradabbli. It-test ta’ referenza għall-bijodegradibilità anaerobika għandu jkun OECD 311, ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988) jew metodu ta’ ttestjar ekwivalenti, bir-rekwiżit ta’ minimu ta’ 60 % bijodegradibilità aħħarija taħt kundizzjonijiet anaerobiċi. Metodi ta’ ttestjar li jissimulaw il-kundizzjonijiet f’ambjent anaerobiku rilevanti jistgħu wkoll jintużaw biex jiddokumentaw il-fatt li 60 % tad-degradabilità aħħarija tkun inkisbet taħt kundizzjonijiet anaerobiċi.

Kriterju 3 –   Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati

Ir-rekwiżiti msemmija f’ (a), (b) u (c) hawn taħt għandhom japplikaw għal kull sustanza, inklużi l-bijoċidi, il-koloranti u l-fwejjaħ, li jaqbżu 0,010 % skont il-piż tal-prodott finali. Dan jinkludi wkoll kull sustanza ta’ kwalunkwe taħlita użata fil-formulazzjoni li taqbeż 0,010 % skont il-piż tal-prodott finali. Nanoforom li jiġu miżjuda mal-prodott b’mod intenzjonali għandhom jagħtu prova tal-konformità mal-kriterju 3(c) għal kwalunkwe konċentrazzjoni.

(a)   Sustanzi esklużi speċifikati

Is-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jiġu inklużi fil-prodott, kemm bħala parti mill-formulazzjoni kemm bħala parti minn xi taħlita inkluża fil-formulazzjoni:

L-alkilfenoletossilati (APEO) u d-derivattivi tagħhom,

L-EDTA (etilen-diammina-tetra-aċidu-aċetiku) u l-imlieħ tiegħu

5-Bromo-5-nitro-1,3-diossan

2-Bromo-2-nitropropan-1,3-diol

Diażolinidilurea

Formaldeid

Idrossimetilgliċinat tas-sodju

Nitromiski u miski poliċikliċi, inklużi pereżempju:

Ksilen tal-misk: 5-Terz-butil-2,4,6-trinitro-m-ksilen,

Ambretta tal-misk: 4-Terz-butil-3-metossi-2,6-dinitrotoluwen,

Mosken: 1,1,3,3,5-Pentametil-4,6-dinitroindan,

Tibetin tal-misk: 1-Terz-butil-3,4,5-trimetil-2,6-dinitrobenżen,

Keton tal-misk: 4′-Terz-butil-2′,6′-dimetil-3′,5′-dinitroaċetofenon,

HHCB (1,3,4,6,7,8-Eżaidro-4,6,6,7,8,8-eżametilċiklopenta(g)-2-benżopiran),

AHTN (6-Aċetil-1,1,2,4,4,7-eżametiltetralin).

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni appoġġata minn dikjarazzjonijiet mill-manifatturi tas-sustanzi, kif ikun xieraq, li jikkonfermaw li s-sustanzi elenkati ma ġewx inklużi fil-prodott.

(b)   Imlieħ tal-ammonju kwaternarju

li mhumiex faċilment bijodegradabbli ma għandhomx jintużaw, kemm bħala parti mill-formulazzjoni kemm bħala parti minn kwalunkwe taħlita inkluża fil-formulazzjoni.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li turi l-bijodegradabilità ta’ kwalunkwe melħ tal-ammonju kwaternarju użat.

(c)   Sustanzi u taħlitiet perikolużi

Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, il-prodott jew kwalunkwe parti minnu ma għandux/ma għandhiex jinkludi/tinkludi sustanzi (fi kwalunkwe forma inklużi nanoforom) li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fid-dikjarazzjonijiet ta’ periklu jew frażijiet ta’ riskju speċifikati hawn taħt skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (4) u lanqas ma għandu/ma għandha jinkludi/tinkludi sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Il-frażijiet ta’ riskju ta’ hawn taħt ġeneralment jirreferu għas-sustanzi. Madankollu, għal taħlitiet ta’ enżimi u fwejjaħ, fejn l-informazzjoni dwar is-sustanzi ma tkunx tista’ tinkiseb, għandhom jiġu applikati r-regoli ta’ klassifikazzjoni għat-taħlitiet.

Lista ta’ dikjarazzjonijiet ta’ periklu u frażijiet ta’ riskju:

Dikjarazzjoni ta’ Periklu (6)

Frażi ta’ Riskju (7)

H300 Fatali jekk jinbela’

R28

H301 Tossiku jekk jinbela’

R25

H304 Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs

R65

H310 Fatali jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda

R27

H311 Tossiku jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda

R24

H330 Fatali jekk jiġi inalat

R23;R26

H331 Tossiku jekk jiġi inalat

R23

H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi

R46

H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi

R68

H350 Jista’ jikkawża l-kanċer

R45

H350i Jista’ jikkawża l-kanċer meta jiġi inalat

R49

H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità

R60

H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R61

H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R60-61

H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R60-63

H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R61-62

H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R62

H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R63

H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx.

R62-63

H362 Jista’ jikkawża ħsara lil tfal imreddgħa

R64

H370 Jikkawża ħsara lill-organi

R39/23; R39/24; R39/25; R39/26; R39/27; R39/28

H371 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi

R68/20; R68/21; R68/22

H372 Jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien

R48/25; R48/24; R48/23

H373 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien

R48/20; R48/21; R48/22

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R50-53

H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R51-53

H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R52-53

H413 Jista’ jikkawża effetti ta’ ħsara għat-tul lill-organiżmi akkwatiċi

R53

EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu

R59

EUH029 Meta jiġi f’kuntatt mal-ilma jillibera gass tossiku

R29

EUH031 Meta jiġi f’kuntatt ma’ aċidi jillibera gass tossiku

R31

EUH032 Meta jiġi f’kuntatt ma’ aċidi jillibera gass tossiku ħafna

R32

EUH070 Tossiku meta jiġi f’kuntatt mal-għajnejn

R39-41

Sustanzi sensitizzanti

H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat

R42

H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

Sustanzi jew taħlitiet li mal-ipproċessar jibdlu l-karatteristiċi tagħhom (eż. ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jgħaddu minn modifika kimika) b’mod li l-periklu identifikat ma japplikax aktar, huma eżentati mir-rekwiżit ta’ hawn fuq.

Derogi: is-sustanzi jew it-taħlitiet li ġejjin huma speċifikament eżentati minn dan ir-rekwiżit:

Aġenti tensjoattivi

F’konċentrazzjonijiet ta’ < 25 % fil-prodott (*)

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R 50

Fwejjaħ

H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R52-53

Enżimi (**)

H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat

R42

Enżimi (**)

H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

NTA bħala impurità f’MGDA u GLDA (***)

H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-formulazzjoni eżatta tal-prodott lill-korp kompetenti. L-applikant għandu juri konformità ma’ dan il-kriterju għal sustanzi fil-prodott abbażi ta’ informazzjoni li tkun tikkonsisti bħala minimu f’dak li hemm speċifikat fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Tali informazzjoni għandha tkun speċifika għall-forma partikolari tas-sustanza, inklużi n-nanoforom, użati fil-prodott. Għal dak il-għan l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ lista ta’ ingredjenti u l-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza skont l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għall-prodott kif ukoll għas-sustanzi kollha elenkati fil-formulazzjoni(jiet). Il-limiti tal-konċentrazzjoni għandhom jiġu speċifikati fl-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(d)   Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Ma tista’ tingħata l-ebda deroga mill-esklużjoni fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 rigward sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju u inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 59 tar-Regolament KE Nru 1907/2006 preżenti f’taħlitiet f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,010 %.

Valutazzjoni u verifika: il-lista ta’ sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku:

http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp

Fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għal-lista.

Il-limiti tal-konċentrazzjoni għandhom jiġu speċifikati fl-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(e)   Bijoċidi

(i)

Il-prodott jista’ jinkludi biss bijoċidi sabiex jippreservaw il-prodott, u fid-dożaġġ xieraq għal dan l-iskop biss. Dan ma jirreferix għall-aġenti tensjoattivi, li jista’ wkoll ikollhom karatteristiċi bijoċidali.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjal ta’ kwalunkwe preservattiv miżjud, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni eżatta fil-prodott. Il-manifattur jew il-fornitur tal-preservattivi għandu jipprovdi informazzjoni dwar id-dożaġġ meħtieġ għall-preservazzjoni tal-prodott.

(ii)

Hu pprojbit li jkun iddikjarat jew issuġġerit fuq l-imballaġġ jew bi kwalunkwe komunikazzjoni oħra li l-prodott jaġixxi kontra l-mikrobi.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi t-testi u l-preżentazzjonijiet użati fuq kull tip ta’ imballaġġ u/jew eżempju ta’ kull tip differenti ta’ imballaġġ lill-korp kompetenti.

(iii)

Bijoċidi, kemm bħala parti mill-formulazzjoni kemm bħala parti minn taħlita inkluża fil-formulazzjoni, li jintużaw biex jippreservaw il-prodott u li huma kklassifikati H410/R50-53 jew H411/R51-53 skont id-Direttiva 67/548/KEE, id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jew ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, huma permessi iżda biss jekk il-potenzjali ta’ bijoakkumulazzjoni tagħhom huma kkaratterizzati minn log Pow (log ottanol/koeffiċjent tal-partizzjoni tal-ilma) < 3,0 jew fattur ta’ bijokonċentrazzjoni (BCF) iddeterminat b’mod sperimentali ≤ 100.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjali għall-bijoċidi kollha, flimkien mad-dokumentazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-bijoċidi fil-prodott finali.

Kriterju 4 –   Fwejjaħ

(a)

Il-prodott ma għandux ikollu fwejjaħ li jkun fihom in-nitromiski jew miski poliċikliċi (kif speċifikat fil-kriterju 3a).

(b)

Kwalunkwe sustanza miżjuda mal-prodott bħala fwieħa għandha tkun ġiet immanifatturata, ittrattata u/jew immaniġġata f’konformità mal-kodiċi ta’ prattika tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Fwejjaħ. Il-kodiċi jista’ jinstab fuq is-sit elettroniku tal-IFRA: http://www.ifraorg.org.

(c)

Is-sustanzi ta’ fwieħa soġġetti għar-rekwiżit ta’ dikjarazzjoni pprovdut fir-Regolament (KE) Nru 648/2004 dwar id-deterġenti (l-Anness VII) u li mhumiex diġà esklużi mill-kriterju 3c u sustanzi ta’ fwieħa (oħrajn) ikklassifikati bħala H317/R43 (Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda) u/jew H334/R42 (Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat) ma għandhomx ikunu preżenti fi kwantitajiet ≥ 0,010 % (≥ 100 ppm) għal kull sustanza.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ kull parti tal-kriterju (a) u (b). Għall-kriterju (c), l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ffirmata li tindika l-ammont ta’ fwejjaħ fil-prodott. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni mill-manifattur tal-fwieħa li tispeċifika l-kontenut ta’ kull waħda mis-sustanzi fil-fwejjaħ li huma elenkati fl-Anness III, il-Parti I tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE (9) kif ukoll il-kontenut ta’ sustanzi (oħra) li kienu assenjati l-frażijiet ta’ riskju R43/H317 u/jew R42/H334.

Kriterju 5 –   Komposti organiċi volatili

Il-prodotti finali ta’ deterġenti tat-tindif b’użi multipli u deterġenti tat-tindif sanitarji (kif mibjugħin) ma għandux ikun fihom aktar minn 6 % (skont il-piż) ta’ komposti organiċi volatli b’punt tat-togħlija iktar baxx minn 150 °C. Alternattivament, għal prodotti konċentrati li għandhom jiġu ddilwiti fl-ilma qabel l-użu, il-konċentrazzjoni totali ta’ komposti organiċi volatili b’punt tat-togħlija aktar baxx minn 150 °C ma għandux jaqbeż 0,2 % (skont il-piż) fl-ilma tal-ħasil.

Il-prodotti finali ta’ deterġenti tat-tindif tat-twieqi (kif mibjugħin) ma għandux ikun fihom aktar minn 10 % (skont il-piż) ta’ komposti organiċi volatili b’punt tat-togħlija iktar baxx minn 150 °C.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza ta’ kull solvent organiku bid-dettalji tal-kalkoli tal-konċentrazzjoni totali ta’ komposti organiċi volatili b’punt tat-togħlija aktar baxx minn 150 °C.

Kriterju 6 –   Fosforu

Il-kwantità totali ta’ fosforu elementali fil-prodott għandha tiġi kkalkulata abbażi tad-dożaġġ irrakkomandat mill-manifattur għall-preparazzjoni ta’ litru ta’ ilma għall-ħasil għat-tindif ta’ wċuħ b’ammont normali ta’ ħmieġ (għall-prodotti ddilwiti fl-ilma qabel l-użu) jew għal kull 100 gm ta’ prodott (għall-prodotti użati mingħajr dilwizzjoni) filwaqt li jitqiesu s-sustanzi kollha li jkun fihom il-fosforu (eż. fosfati u fosfonati).

Għal deterġenti tat-tindif b’użi multipli, li jiġu ddilwiti fl-ilma qabel l-użu, il-kontenut totali ta’ fosforu (P) ma għandux jaqbeż 0,02 gm tad-dożaġġ tal-prodott irrakkomandat mill-manifattur għal litru ta’ ilma għall-ħasil.

Għal deterġenti tat-tindif b’użi multipli, li jintużaw mingħajr dilwizzjoni, il-kontenut totali ta’ fosforu (P) ma għandux jaqbeż 0,2 gm għal kull 100 gm ta’ prodott.

Għal prodotti tat-tindif sanitarji, il-kontenut totali ta’ fosforu (P) ma għandux jaqbeż 1,0 gm għal kull 100 gm ta’ prodott.

Sustanzi użati fid-deterġenti tat-tindif tat-twieqi ma għandux ikun fihom fosforu.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-formulazzjoni eżatta tal-prodott lill-korp kompetenti, flimkien mad-dettalji tal-kalkoli li juru konformità ma’ dan il-kriterju.

Kriterju 7 –   Rekwiżiti ta’ imballaġġ

(a)

Sprejijiet li jkun fihom il-propellenti ma għandhomx jintużaw.

(b)

Materjali tal-plastik li jintużaw bħala r-reċipjent ewlieni għandhom jiġu mmarkati skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (10), jew DIN 6120 il-Partijiet 1 u 2 b’konnessjoni ma’ DIN 7728 il-parti 1.

(c)

Jekk l-imballaġġ primarju jkun magħmul minn materjal irriċiklat, kwalunkwe indikazzjoni ta’ dan fuq l-imballaġġ għandha tkun f’konformità mal-istandard ISO 14021 “Tikketti u dikjarazzjonijiet ambjentali - Dikjarazzjonijiet volontarji (tikettar ambjentali tat-tip II)”.

(d)

Prodotti ppakkjati fi sprejijiet bil-grillu għandhom jinbiegħu bħala parti minn sistema ta’ mili mill-ġdid.

(e)

Jistgħu jintużaw biss fl-imballaġġ tal-plastik dawk il-ftalati li fiż-żmien tal-applikazzjoni jkunu ġew ivvalutati għar-riskji u li ma jkunux ġew ikklassifikati skont il-kriterju 3(c).

(f)

Il-proporzjon piż/utilità (WUR) tal-imballaġġ primarju ma għandux jaqbeż il-valuri li ġejjin:

Tip tal-prodott

WUR

Prodotti konċentrati, inklużi konċentrati ta’ likwidi u solidi, li jiġu ddilwiti fl-ilma qabel l-użu.

1,20 gramma ta’ imballaġġ għal kull litru ta’ soluzzjoni użata (ilma għall-ħasil)

Prodotti lesti għall-użu, i.e. prodotti użati mingħajr dilwizzjoni ulterjuri

150 gramma ta’ imballaġġ għal kull litru ta’ soluzzjoni użata (ilma għall-ħasil)

Id-WUR jiġi kkalkulat biss għall-imballaġġ primarju (inklużi kuperċijiet, tappijiet u pompi tal-idejn/apparati li jisprejjaw) bl-użu tal-formula ta’ hawn taħt:

Formula,

fejn

Wi

=

Il-piż (gm) tal-imballaġġ primarju (i) inkluża t-tikketta jekk applikabbli.

Ui

=

Il-piż (gm) ta’ materjal (verġni) mhux irriċiklat fl-imballaġġ primarju (i). Jekk il-proporzjon ta’ materjal irriċiklat fl-imballaġġ primarju jkun 0 %, Ui = Wi.

Di

=

L-għadd ta’ dożi funzjonali (= l-għadd tal-volum tad-dożaġġ irrakkomandat mill-manifattur għal litru ta’ ilma għall-ħasil) li jkun hemm fl-imballaġġ primarju (i). F’każ ta’ prodotti lesti għall-użu li jinbiegħu ddilwiti minn qabel, Di = volum tal-prodott (f’litri).

ri

=

Ċifra tar-riċiklaġġ, i.e. l-għadd ta’ drabi li l-imballaġġ primarju (i) jintuża għall-istess għan f’sistema ta’ ritorn jew ta’ milja oħra (ri = 1, jekk l-imballaġġ ma jerġax jintuża għall-istess għan. Jekk l-imballaġġ jerġa’ jintuża, ri tiġi ssettjata għal 1 sakemm l-applikant ma jkunx jista’ jiddokumenta għadd ogħla.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti b’kalkolu tad-WUR tal-prodott flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ kull parti ta’ dan il-kriterju. Għall-kriterju (e) l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità kompluta u ffirmata.

Kriterju 8 –   Adegwatezza għall-użu

Il-prodott għandu jkun adegwat għall-użu, u jkun jissodisfa l-ħtiġijiet tal-konsumaturi.

(a)   Deterġenti tat-tindif b’użi multipli u deterġenti tat-tindif tat-twieqi

Għal deterġenti tat-tindif b’użi multipli jistgħu jiġu ddokumentati biss effetti ta’ tneħħija tax-xaħam. Għad-deterġenti tat-tindif tat-twieqi, għandu jiġi ddokumentat tnixxif li ma jħallix traċċi.

Il-ħila li jnaddaf għandha tkun ekwivalenti għal jew aħjar minn dik ta’ prodott li jkun fost l-aqwa fis-suq jew prodott ta’ referenza ġeneriku, approvat minn korp kompetenti.

Valutazzjoni u verifika: il-prestazzjoni tal-prodott għandha tiġi ttestjata jew:

b’test tal-laboratorju adegwat u ġustifikabbli, inkella

b’test tal-konsumaturi adegwat u ġustifikabbli.

Iż-żewġ testijiet għandhom jitwettqu u jiġu rrapportati fi ħdan parametri speċifikati kif iddikjarat fil-parti “Framework for testing the performance of all-purpose cleaners, window cleaners and sanitary cleaners” (qafas għall-ittestjar tal-prestazzjoni ta’ deterġenti tat-tindif b’użi multipli, deterġenti tat-tindif tat-twieqi u deterġenti tat-tindif sanitarji) li tista’ tinstab hawnhekk:

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/ecolabelled_products/categories/purpose_cleaners_en.htm

(b)   Deterġenti tat-tindif sanitarji

Deterġenti tat-tindif sanitarji inklużi deterġenti tat-tindif tal-kmamar tal-banju, tat-tojlits u tal-kċejjen. Għad-deterġenti tat-tindif tal-kmamar tal-banju, għandhom jiġu ddokumentati kemm it-tneħħija tat-tartru kemm tal-ġebla. Għal deterġenti tat-tindif tat-tojlits aċidiċi, għandha tiġi ddokumentata biss it-tneħħija tal-ġebla. Għal deterġenti tat-tindif tal-kċejjen għandhom jiġu ddokumentati l-effetti ta’ tneħħija tax-xaħam.

Il-ħila li jnaddaf għandha tkun ekwivalenti għal jew aħjar minn dik ta’ deterġent ta’ referenza ġeneriku speċifikat hawn taħt.

Valutazzjoni u verifika: il-prestazzjoni tal-prodott għandha tiġi ttestjata jew:

b’test tal-laboratorju adegwat u ġustifikabbli, inkella

b’test tal-konsumaturi adegwat u ġustifikabbli.

Iż-żewġ testijiet għandhom jitwettqu u jiġu rrapportati fi ħdan parametri speċifikati kif iddikjarat fil-qafas deskritt fil-“Qafas għall-ittestjar tal-prestazzjoni ta’ deterġenti tat-tindif b’użi multipli, deterġenti tat-tindif tat-twieqi u deterġenti tat-tindif sanitarji”. Id-deterġent ġeneriku ta’ referenza għandu jkun dak preskritt fit-test tal-prestazzjoni tal-IKW “Rakkomandazzjoni għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ deterġenti tat-tindif tat-tojlits” (Ġurnal-SÖFW, 126, 11, p. 50-56, 2000). Id-deterġent ta’ referenza huwa applikabbli għad-deterġenti tat-tindif tat-tojlits u tal-kmamar tal-banju; madankollu l-pH għandu jitnaqqas għal 3.5 għall-ittestjar tad-deterġenti tat-tindif tal-kmamar tal-banju.

It-test tal-prestazzjoni tal-IKW “‘Recommendation for the quality assessment of acidic toilet cleaners’ (rakkomandazzjoni għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ deterġenti tat-tindif tat-tojlits)(Ġurnal-SÖFW, 126, 11, p. 50-56, 2000) jista” jitniżżel mis-sit

http://www.ikw.org/pdf/broschueren/EQ_WC_Reiniger_Englisch.pdf

Kriterju 9 –   Struzzjonijiet għall-utent

(a)   Struzzjonijiet rigward id-dożaġġ

L-informazzjoni dwar id-dożaġġ irrakkomandat għad-deterġenti tat-tindif b’użi multipli u deterġenti tat-tindif sanitarji għandha tidher fuq l-imballaġġ f’daqs raġonevoli u fuq sfond viżibbli. Fil-każ ta’ prodott konċentrat, fuq l-imballaġġ għandu jkun indikat b’mod ċar li kwantità żgħira biss tal-prodott hija meħtieġa meta mqabbel ma’ prodotti normali (i.e. iddilwiti).

It-test li ġej (jew test ekwivalenti) għandu jidher fuq l-imballaġġ:

“Dożaġġ xieraq jiffranka l-flus u jimminimizza l-impatti ambjentali”.

It-test li ġej (jew test ekwivalenti) għandu jidher fuq l-imballaġġ tad-deterġenti tat-tindif b’użi multipli lesti għall-użu: “Il-prodott mhuwiex maħsub għal tindif fuq skala kbira”.

(b)   Pariri dwar is-sikurezza

Il-pariri dwar is-sikurezza li ġejjin (jew l-ekwivalenti) għandhom jidhru fuq il-prodott bħala test jew bħala pittogramma:

“Żomm ‘il bogħod mit-tfal”

“Tħallatx flimkien deterġenti tat-tindif differenti”

“Evita l-inalazzjoni tal-prodott sprejjat” (għall-prodotti li huma fil-forma ta’ sprej biss).

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b’kampjun tal-imballaġġ tal-prodott, inkluż it-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ kull parti ta’ dan il-kriterju.

Kriterju 10 –   Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

It-tikketta fakultattiva b’kaxxa tat-test għandha tinkludi t-test li ġej:

“—

impatt imnaqqas fuq il-ħajja akkwatika,

użu mnaqqas ta’ sustanzi perikolużi,

skart tal-imballaġġ imnaqqas,

struzzjonijiet ċari għall-utent”

Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa tat-test jistgħu jinstabu fil-“Linji gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta tal-UE” fuq is-sit elettroniku:

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/promo/logos_en.htm

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun tat-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.

Kriterju 11 –   Taħriġ professjonali

Għal deterġenti, li jintużaw minn utenti professjonali, il-produttur, id-distributur tiegħu jew parti terza għandu/għandha joffri/toffri taħriġ jew materjal ta’ taħriġ lill-persunal tat-tindif. Dawn għandhom jinkludu struzzjonijiet pass pass għal dilwizzjoni, użu, rimi u użu ta’ tagħmir xierqa.

Valutazzjoni u verifika: kampjun ta’ materjal ta’ taħriġ li jkun fih struzzjonijiet pass pass għal dilwizzjoni, użu, rimi u l-użu ta’ tagħmir xierqa u deskrizzjoni tal-korsijiet ta’ taħriġ għandu jiġi pprovdut lill-korp kompetenti.


(1)  ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(4)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

(5)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(6)  Kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(7)  Kif ipprovdut fid-Direttiva 67/548/KEE

(*)  Il-perċentwal irid jiġi diviż bil-fattur M stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(**)  Inklużi l-istabbilizzaturi u kull sustanza awżiljarja oħra fil-preparazzjonijiet.

(***)  F’konċentrazzjonijiet aktar baxxi minn 1,0 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali tkun aktar baxxa minn 0,10 %

(8)  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.

(9)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.

(10)  ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10.

Appendiċi I

Bażi tad-dejta tal-Ingredjenti tad-Deterġenti (lista DID)

Il-lista DID (il-parti A) hi lista li tinkludi informazzjoni dwar it-tossiċità akkwatika u l-bijodegradabilità tal-ingredjenti tipikament użati fil-formulazzjonijiet tad-deterġenti. Il-lista tinkludi informazzjoni dwar it-tossiċità u l-bijodegradabilità ta’ firxa ta’ sustanzi użati fil-prodotti għall-ħasil u t-tindif. Il-lista mhijiex komprensiva, iżda fil-parti B tal-lista DID tingħata gwida rigward kif jiġu ddeterminati l-parametri rilevanti tal-kalkolu għal sustanzi mhux preżenti fil-lista DID (eż. il-Fattur ta’ Tossiċità (TF) u l-fattur ta’ degradazzjoni (DF), li jintużaw fil-kalkolu tal-volum kritiku tad-dilwizzjoni). Il-lista hi sors ġeneriku ta’ informazzjoni u s-sustanzi preżenti fuq il-lista DID mhumiex approvati awtomatikament għall-użu fil-prodotti bl-Ekotikketta tal-UE. Il-lista DID (il-partijiet A u B) tista' tinstab fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/ecolabelled_products/categories/did_list_en.htm.

Għas-sustanzi mingħajr dejta rigward it-tossiċità u d-degradabilità akkwatika, biex ikunu vvalutati t-TF u d-DF jistgħu jintużaw analoġiji strutturali ma’ sustanzi simili. Analoġiji strutturali bħal dawn għandhom ikunu approvati mill-korp kompetenti li jagħti l-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Alternattivament, jista' jkun applikat approċċ li jiffoka fuq l-agħar każ possibbli, bl-użu tal-parametri ta’ hawn isfel:

Approċċ li jiffoka fuq l-agħar każ possibbli:

 

Tossiċità akuta

Tossiċità kronika

Degradazzjoni

Ingredjent

LC50/EC50

SF(akut)

TF(akut)

NOEC (*)

SF(kroniku)  (*)

TF(kroniku)

DF

Aerobiku

Anaerobiku

“Isem”

1 mg/l

10 000

0,0001

 

 

0,0001

1

P

N

Dokumentazzjoni ta’ bijodegradabilità faċli

Għandhom jintużaw il-metodi ta’ ttestjar li ġejjin għall-bijodegradabilità faċli:

(1)

Sal-1 ta’ Diċembru 2010 u matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta’ Diċembru 2010 sal-1 ta’ Diċembru 2015:

 

Il-metodi ta’ ttestjar għall-bijodegradabilità faċli pprovduti fid-Direttiva 67/548/KEE, b'mod partikolari l-metodi dettaljati fl-Anness V.C4 għal dik id-Direttiva jew il-metodi ta’ ttestjar tal-OECD 301 A-F ekwivalenti għalihom, jew it-testijiet tal-ISO ekwivalenti għalihom.

 

Il-prinċipju tal-perjodu ta’ għaxart ijiem ma għandux japplika għall-aġenti tensjoattivi. Il-livelli biex jgħaddu għandhom ikunu ta’ 70 % għat-testijiet imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 440/2008 l-metodu C.4-A u C4-B (u t-testijiet ekwivalenti għalihom OECD 301 A u E u t-testijiet tal-ISO ekwivalenti għalihom), u għandhom ikunu ta’ 60 % għall-metodi C4-C, D, E u F (u t-testijiet ekwivalenti għalihom OCED 301 B, C, D u F u t-testijiet tal-ISO ekwivalenti għalihom).

(2)

Wara l-1 ta’ Diċembru 2015 u matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta’ Diċembru 2010 sal-1 ta’ Diċembru 2015:

Il-metodi ta’ ttestjar ipprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

Dokumentazzjoni ta’ bijodegradabilità anaerobika

It-test ta’ referenza għad-degradabilità anaerobika għandu jkun EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988), OECD 311 jew metodu ta’ ttestjar ekwivalenti, bir-rekwiżit ta’ 60 % ta’ degradabilità finali taħt kundizzjonijiet anaerobiċi. Il-metodi ta’ ttestjar li jissimulaw il-kundizzjonijiet f'ambjent anaerobiku rilevanti jistgħu jintużaw biex ikun iddokumentat li taħt kundizzjonijiet anaerobiċi ntlaħqet 60 % ta’ degradabilità finali.

Estrapolazzjoni għal sustanzi mhux elenkati fil-lista DID

Meta l-ingredjenti ma jkunux elenkati fil-lista DID, jista' jintuża l-approċċ li ġej biex tkun ipprovduta d-dokumentazzjoni meħtieġa ta’ degradabilità anaerobika:

1.

Applika estrapolazzjoni raġonevoli. Uża r-riżultati tat-test miksuba għal materja prima waħda biex testrapola d-degradabilità anaerobika finali ta’ aġenti tensjoattivi li huma relatati strutturalment. Meta l-bijodegradabilità anaerobika tkun ikkonfermata għal aġent tensjoattiv (jew għal grupp ta’ omologi) skont il-lista DID, jista' jitqies li tip simili ta’ aġent tensjoattiv hu wkoll bijodegradabbli anaerobikament (eż. is-sulfat C12-15 A 1-3 EO [DID Nru 8] hu bijodegradabbli anaerobikament, u jista' jitqies ukoll li teżisti bijodegradabilità anaerobika simili għas-sulfat C12-15 A 6 EO). Meta l-bijodegradabilità anaerobika tkun ikkonfermata għal aġent tensjoattiv bl-użu ta’ metodu ta’ ttestjar xieraq, jista' jitqies li tip simili ta’ aġent tensjoattiv hu wkoll bijodegradabbli anaerobikament (eż. dejta mil-letteratura li tikkonferma l-bijodegradabilità anaerobika ta’ aġenti tensjoattivi li jappartjenu għall-grupp ta’ mlieħ tal-ammonju ta’ esteri alkili tista' tintuża bħala dokumentazzjoni għal bijodegradabilità anaerobika simili ta’ mlieħ kwaternarji tal-ammonju oħra li fihom sensil ta’ esteri fil-katina/ktajjen alkila/alkili).

2.

Wettaq test ta’ skrinjar għad-degradabilità anaerobika. Jekk hu meħtieġ ittestjar ġdid, wettaq test tal-iskrinjar bl-użu ta’ EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988), OECD 311 jew metodu ekwivalenti.

3.

Wettaq test ta’ degradabilità b'dożaġġ baxx. Jekk ikun meħtieġ ittestjar ġdid, u fil-każ ta’ problemi sperimentali fit-test tal-iskrinjar (eż. inibizzjoni minħabba t-tossiċità tas-sustanza għat-test), irrepeti l-ittestjar bl-użu ta’ dożaġġ baxx ta’ aġent tensjoattiv u mmonitorja d-degradazzjoni b'kejl ta’ 14C jew b'analiżi kimika. L-ittestjar b'dożaġġi baxxi jista' jitwettaq bl-użu tal-metodu OECD 308 (Awwissu 2000) jew metodu ekwivalenti.


(*)  Jekk ma tinstab l-ebda dejta aċċettabbli dwar it-tossiċità kronika dawn il-kolonni jitħallew vojta. F'dak il-każ it-TF(kroniku) jiġi ddefinit bħala ugwali għat-TF(akut).