|
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2011.166.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 54 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
25.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 616/2011
tal-21 ta’ Ġunju 2011
li ttemm l-analiżi tal-iskadenza u l-analiżi tal-“esportatur ġdid” tal-miżuri kontra d-dumping li jikkonċernaw l-importazzjoni ta’ ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 9 u l-Artikolu 11(2), (4), (5) u (6) tiegħu,
Wara li kkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Miżuri fis-seħħ
|
(1) |
F’Ottubru 2005, il-Kunsill, skont ir-Regolament (KE) Nru 1659/2005 (2), impona dazji definittivi kontra d-dumping li jvarjaw minn 2,7 % sa 39,9 % fuq importazzjonijiet ta’ ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”). Wara żewġ analiżi interim mitluba mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, ir-Regolament, fl-2009, ġie emendat permezz tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 825/2009 (3) u (KE) Nru 826/2009 (4). Wara l-analiżi, id-dazji ta’ kontra d-dumping imposti permezz tar-Regolament (KE) Nru 1659/2005 attwalment ivarjaw minn 0 % sa 39,9 %. |
1.2. Talba għal analiżi ta’ skadenza
|
(2) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (5) tal-miżuri kontra d-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjoni ta’ ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw mir-RPĊ, il-Kummissjoni, nhar id-9 ta’ Lulju 2010, irċeviet talba għal analiżi ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba ġiet ippreżentata mill-Magnesia Bricks Production Defence Coalition (“MBPDC”) (“l-applikant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw biċċa kbira, f’dan il-każ aktar minn 25 % tat-total tal-produzzjoni tal-Unjoni ta’ ċerti briks tal-manjeżja. |
|
(3) |
It-talba kien fiha evidenza prima facie tal-probabilità ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u ta’ rikorrenza ta’ ħsara, li tqieset biżżejjed biex tkun iġġustifikata t-tnedija ta’ proċediment ta’ analiżi ta’ skadenza. L-applikant saħaq ukoll li kumpanija bbażata l-Awstrija, RHI AG (“RHI”), għandha tiġi eskluża mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni peress li din kienet ittrasferiet l-attivitajiet tal-qofol tan-negozju tagħha lejn ir-RPĊ, fejn għandha kumpanija relatata li tipproduċi l-prodott ikkonċernat u żiedet l-attivitajiet tan-negozju tagħha marbuta mal-prodott ikkonċernat fir-RPĊ. |
1.3. It-tnedija tal-analiżi tal-iskadenza
|
(4) |
Fit-8 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, ħabbret, permezz ta’ avviż maħruġ f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, (“l-avviż tat-tnedija”) (6) it-tnedija ta’ proċediment ta’ analiżi tal-iskadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw mir-RPĊ. |
1.4. Perjodu tal-investigazzjoni tal-analiżi tal-iskadenza
|
(5) |
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ partijiet involuti fil-proċedura, il-Kummissjoni ħabbret fl-avviż tat-tnedija li hi tista’ tiddeċiedi li tapplika t-teħid ta’ kampjuni, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Biex tkun tista’ tiddeċiedi jekk hux meħtieġ teħid ta’ kampjuni u, jekk inhu hekk, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi, l-importaturi u l-produtturi tal-Unjoni ntalbu jipprovdu ċertu tagħrif għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew il-“PI”). |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
|
(6) |
Il-prodott ikkonċernat huwa briks tal-manjeżja mhux moħmija, magħquda kimikament, li l-komponent tal-manjeżja tagħhom fih talanqas 80 % MgO, irrispettivament minn jekk fihomx manjeżite, li fil-present jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM ex 6815 91 00 u ex 6815 99 00 . |
|
(7) |
Il-prodott simili huwa definit bħala briks tal-manjeżja mhux moħmija, magħquda kimikament, li l-komponent tal-manjeżja tagħhom fih talanqas 80 % MgO, irrispettivament minn jekk fihx manjeżite jew le, prodott u mibjugħ fis-suq tal-Unjoni. |
|
(8) |
Il-briks tal-manjeżja huma mmanifatturati bl-użu tal-minerali tal-manjeżite bħala l-materja prima ewlenija. Dawn normalment jiġu prodotti skont speċifikazzjonijiet kimiċi standard li mbagħad jiġu addattati għall-ħtiġijiet tal-utenti aħħarija. Il-briks tal-manjeżja normalment jintużaw fil-produzzjoni tal-azzar bħala inforra għar-reċipjenti li fihom jiddewweb l-azzar. |
3. IL-PARTIJIET IKKONĊERNATI MILL-INVESTIGAZZJONI
|
(9) |
Il-Kummissjoni għarrfet uffiċjalment lill-applikant, lil produtturi oħra magħrufa fl-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ, lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur ikkonċernat u lill-importaturi u l-utenti magħrufa, bit-tnedija tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika ta’ tnedija. Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li ppreżentaw raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ngħataw seduta ta’ smigħ. |
|
(10) |
Fid-dawl tal-għadd kbir ta’ partijiet involuti, it-teħid tal-kampjuni ġie previst fl-avviż tat-tnedija għall-produtturi esportaturi Ċiniżi, l-importaturi tal-Unjoni mhux relatati u l-produtturi tal-Unjoni. Mit-tmienja u sebgħin produtturi esportaturi kkuntattjati fil-bidu, erba’ biss ipprovdew l-informazzjoni għall-għażla tal-kampjun mitlub fl-avviż tat-tnedija. |
|
(11) |
Fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni, total ta’ għaxar kumpaniji, inklużi l-produtturi li f’isimhom l-MBPDC talbu l-analiżi, ippreżentaw l-informazzjoni mitluba. Il-produtturi tal-Unjoni li talbu l-analiżi jiddependu bil-qawwa fuq il-forniment ta’ materja prima ewlenija mir-RPĊ u talbu trattament kunfidenzjali għall-ismijiet tal-kumpaniji tagħhom minħabba l-possibbiltà ta’ vendikazzjoni. |
|
(12) |
Is-servizzi tal-Kummissjoni kienu kkuntattjaw lill-produtturi tal-Unjoni kollha tal-briks tal-manjeżja qabel it-tnedija biex kisbu informazzjoni dwar il-livelli tal-produzzjoni tagħhom u biex jiddeterminaw l-appoġġ jew l-oppożizzjoni tagħhom għall-investigazzjoni. Waħda mill-kumpaniji li rrispondiet, RHI AG, esprimiet l-oppożizzjoni tagħha għall-analiżi tal-iskadenza qabel it-tnedija. |
|
(13) |
Wara t-tnedija, RHI sostniet li l-fatti ppreżentati mill-applikant fit-talba għall-analiżi, speċjalment fir-rigward tal-volum tal-produzzjoni ta’ RHI, ma kinux preċiżi u li, għall-kuntrarju, RHI għandha tiġi inkluża fid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni bl-istess mod bħal ma kien sar fil-proċediment oriġinali fl-2005. Konsegwentement, iddisputat id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni li kienet wasslet għat-tnedija tal-proċediment abbażi ta’ nuqqas ta’ soddisfazzjon tar-rekwiżiti tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku, billi hija l-akbar produttur tal-Unjoni, u tlaħħaq aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni, u topponi t-tnedija. |
4. INVESTIGAZZJONI
|
(14) |
Kif intqal fil-premessa (3) t’hawn fuq, l-applikant qies li RHI AG għandha tiġi eskluża mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni minħabba li kienet ittrasferiet l-attivitajiet tan-negozju ewlieni tagħha lejn ir-RPĊ. Fid-dawl ta’ dan u tal-fatt li RHI AG esprimiet ruħha kontra l-analiżi, il-Kummissjoni talbet lill-RHI biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali biex teżamina jekk għandhiex jew le tiġi inkluża fid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni. L-informazzjoni mitluba tikkonċerna l-attivitajiet tan-negozju tal-kumpanijia kemm fl-UE kif ukoll fir-RPĊ u tinkludi d-dejta dwar il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha, il-volumi tal-produzzjoni u l-valuri tal-bejgħ u l-volumi fl-UE u r-RPĊ u lill-hinn minnhom u l-valur tal-importazzjonijiet u l-volum tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. Il-kumpanija pprovdiet l-informazzjoni addizzjonali u saret żjara ta’ verifika fuq il-post fil-kwartieri ġenerali tal-kumpanija fi Vjenna. |
|
(15) |
Fl-investigazzjoni oriġinali li tnediet f’Lulju tal-2004, RHI kienet waħda mill-produtturi tal-Unjoni kwerelenti. F’dak iż-żmien, RHI kienet timporta wkoll il-prodott ikkonċernat mill-kumpanija relatata magħha fir-RPĊ u kien ġie eżaminat jekk il-kumpanija kellhiex tiġi eskluża mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni skont l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(16) |
Huwa mfakkar li l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ RHI kienet saret fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2005 tal-11 ta’ April 2005 li jimponi dazju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (7) u ġiet ikkonfermata permezz tar-Regolament (KE) Nru 1659/2005. Għall-finijiet tal-valutazzjoni, kienu ġew eżaminati l-kriterji li ġejjin:
|
|
(17) |
F’dak iż-żmien instab li n-negozju ewlieni tal-kumpanija kien jinsab fl-Unjoni fir-rigward tal-prodott konċernat (il-kwartieri ġenerali tagħha, iċ-ċentru tar-R&D u l-akbar siti ta’ produzzjoni kienu lkoll jinsabu fl-Unjoni). Barra minn hekk, il-maġġoranza kbira tal-bejgħ ta’ RHI fis-suq tal-Unjoni kien prodott fl-Unjoni u parti żgħira biss kienet prodotta fir-RPĊ (5 % tal-volum tal-bejgħ totali fl-Unjoni) peress li l-produzzjoni tal-kumpanija relatata fir-RPĊ kienet immirata l-aktar lejn is-suq li kien qed jikber bil-ħeffa fl-Asja. Barra minn hekk, instab li dawn l-importazzjonijiet kienu nbiegħu mill-ġdid bi prezzijiet paragunabbli għal dawk tal-industrija tal-Unjoni u għaldaqstant il-kumpanija ma kinetx qed tgawdi effetti benefiċjali sostanzjali, f”dik li hija profittabbiltà, permezz tal-bejgħ mill-ġdid tal-prodott importat. Fl-aħħar nett, issemma espliċitament li l-kumpanija tal-produzzjoni tal-Unjoni ta’ RHI kienet entità legali separata mill-kumpanija tal-produzzjoni tagħha Ċiniża. Instab li, minkejja li RHI AG hija grupp globali u għandha sit tal-produzzjoni fir-RPĊ li jikkostitwixxi entità legali separata, hija xorta tipproduċi l-maġġoranza kbira tal-briks tal-manjeżja tagħha, li wara nbiegħu fis-suq tal-Unjoni, fis-siti tal-produzzjoni tagħha fl-Unjoni. Abbażi ta’ dan, ġie konkluż li RHI AG, li f’dak iż-żmien appoġġat l-impożizzjoni tal-miżuri, kienet tifforma parti mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(18) |
Matul il-verifika fuq il-post li saret matul il-proċediment attwali, instab li n-negozju ewlieni tal-kumpanija kien għadu jinsab fl-Unjoni. Il-kwartieri ġenerali tal-kumpanija, id-detenturi tal-ishma u ċ-ċentru tar-R&D tagħha kienu jinsabu fl-Unjoni. Il-kumpanija għandha ħames impjanti fl-Unjoni li jipproduċu l-prodott ikkonċernat u matul il-perjodu 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2010, li fih seħħ it-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni f’dawn l-impjanti tkattret. Iċ-ċifri pprovduti minn RHI li jikkonċernaw il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha fl-Unjoni tal-prodotti simili u tal-volumi tal-produzzjoni f’kull impjant tul il-perjodu tal-investigazzjoni ġew ivverifikati u nstabu li huma korretti. |
|
(19) |
Il-kumpanija kompliet ukoll tinvesti fl-impjanti tagħha fl-UE u, tul il-perjodu mill-2007 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni, l-investimenti konnessi mal-prodott simili rrappreżentaw porzjon sinifikanti tal-investimenti totali tal-kumpanija fl-UE. |
|
(20) |
RHI għandha għadd ta’ kumpaniji relatati fir-RPĊ involuti fil-produzzjoni u l-kummerċ ta’ prodotti li jifilħu għas-sħana inklużi fosthom il-briks tal-manjeżja, li tipproduċihom RHI Refractories Liaoning Co. Ltd., li hija entità legali separata. Din il-kumpanija hija investiment bi sħab ma’ kumpanija Ċiniża u bdiet tipproduċi fl-1997. Għandha impjant wieħed biss. Minkejja li l-kapaċità produttiva tal-impjant żdiedet sostanzjalment matul il-perjodu mill-2005 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni, xorta għadha ma tirrappreżentax proporzjon maġġuri tal-kapaċità produttiva totali ta’ RHI (l-impjanti fl-UE u fiċ-Ċina f’salt). |
|
(21) |
Fir-rigward tal-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, wara l-impożizzjoni tal-miżuri fl-2005, il-kumpanija importat biss kunsinna żgħira mingħand il-kumpanija relatata magħha fir-RPĊ matul il-perjodu tal-investigazzjoni, peress li din hija suġġetta għall-ogħla rata ta’ dazju kontra d-dumping ta’ 39,9 %. |
|
(22) |
RHI pprovdiet il-valur u l-volum tal-bejgħ tagħha għall-prodott simili mmanifatturat fl-Unjoni u għall-prodott ikkonċernat immanifatturat fir-RPĊ. Il-kumpanija wriet li l-maġġoranza tal-bejgħ tal-kumpanija relatata magħha fir-RPĊ matul il-perjodu tal-investigazzjoni kienet għall-esportazzjoni lejn pajjiżi oħra għajr dawk tal-UE, bil-bqija jinbiegħ fis-suq Ċiniż. |
|
(23) |
Fir-rigward tal-impatt li l-bejgħ tal-prodott importat ikkonċernat kellu fuq il-bejgħ totali tal-kumpanija fl-Unjoni, il-volum ta’ dawn l-importazzjonijiet imqabbel mal-volum totali tal-bejgħ tal-kumpanija fis-suq tal-Unjoni kien wieħed insinifikanti u għaldaqstant l-impatt fuq il-bejgħ tal-kumpanija kien negliġibbli. |
|
(24) |
Abbażi tad-dejta vverifikata fuq il-post ġie konkluż li RHI ma għandhiex tiġi eskluża mid-definizzjoni ta’ industrija tal-Unjoni. Il-qagħda tal-kumpanija ma nbidletx sostanzjalment mindu saret l-investigazzjoni oriġinali, meta nstab li t-tliet kriterji kienu ssodisfati u ġie konkluż li l-kumpanija kienet parti mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(25) |
Is-sejbiet jikkonfermaw li l-kumpanija għad għandha l-attivitajiet ewlenin tan-negozju tagħha (il-kwartieri ġenerali, iċ-ċentru tar-R&D u s-siti ewlenin tal-produzzjoni) fl-UE. Iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-impjant fir-RPĊ fil-perjodu mill-2005 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni ma tistax titqies bħala trasferiment tal-attivitajiet ewlenin tal-kumpanija lejn ir-RPĊ. Għaldaqstant, l-argument tal-applikant li RHI għandha tiġi eskluża fuq il-bażi li din għandha kumpanija relatata fir-RPĊ li tipproduċi l-prodott ikkonċernat u li l-attivitajiet tan-negozju fir-RPĊ tkattru, huwa miċħud. |
|
(26) |
L-informazzjoni fornuta mill-applikant ma rriflettietx b’mod preċiż il-qagħda ta’ RHI bħala produttur tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-volum tal-produzzjoni tagħha u l-kapaċità produttiva fl-Unjoni, u l-kapaċità produttiva fir-RPĊ. Għaldaqstant, bl-inklużjoni tal-volum tal-produzzjoni ta’ RHI fiċ-ċifra tal-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-produttività tal-applikant tikkostitwixxi anqas minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. Barra minn hekk, kif tfisser aktar ‘il fuq, (i) RHI għandha titqies bħala parti mill-industrija tal-Unjoni fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku; (ii) RHI tipproduċi ‘l fuq minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 5(4), it-tieni sentenza, tar-Regolament bażiku; u (iii) RHI topponi l-analiżi tal-iskadenza. Għaldaqstant, il-proċediment għandu jintemm. |
5. TMIEM TAL-PROĊEDURA
|
(27) |
Fid-dawl ta’ dak t’hawn fuq, huwa meqjus li l-proċediment preżenti għandu jintemm skont l-Artikolu 9 u l-Artikolu 11(2), (5) u (6) tar-Regolament bażiku. |
|
(28) |
L-applikant ġie informat b’dan u ngħata l-opportunità li jikkumenta. L-applikant ikkontesta bil-qawwa l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u esprima d-dubji dwar jekk il-produzzjoni ta’ RHI matul il-perjodu tal-investigazzjoni qabżitx il-produzzjoni tal-bqija tal-produtturi tal-Unjoni li jappoġġjaw il-kwerela. B’mod partikolari, l-applikant ipprovda għadd ta’ stqarrijiet għall-istampa li jikkonċernaw l-attivitajiet ta’ RHI biex jissostanzja dak li qed jisħaq li l-kumpanija ma għadhiex tqis il-produzzjoni tagħha fl-Unjoni bħala n-negozju ewlieni tagħha u li hemm trasferiment ċar fl-istrateġija tal-grupp hekk kif dan ħabbar estenzjonijiet massiċċi tal-kapaċitajiet produttivi tiegħu fir-RPĊ. Madankollu, instab li t-tali stqarrijiet għall-istampa jirreferu għall-attivitajiet kummerċjali kumplessivi ġenerali tal-kumpanija, u mhumiex konnessi b’mod speċifiku mal-prodott investigat. L-applikant ma pprovda l-ebda xhieda oħra ta’ xi trasferiment tal-attivitajiet ewlenin ta’ RHI fir-rigward tal-perjodu mill-2005 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni li jwasslu għall-konklużjoni li RHI għandha tiġi eskluża mid-definizzjoni ta’ industrija tal-Unjoni. |
|
(29) |
Għaldaqstant, tqies li l-proċediment ta’ analiżi tal-iskadenza dwar l-importazzjonijiet fil-Unjoni ta’ ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw mir-RPĊ għandu jintemm. |
|
(30) |
Minħabba ċ-ċirkustanzi preċiżi mfissra fil-premessa (26) ta’ hawn fuq, id-dazji definittivi kontra d-dumping imħallsa jew imdaħħla fil-kontijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 1659/2005 dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera mill-14 ta’ Ottubru 2010 ‘l hawn, li kienet id-data tal-iskadenza tal-miżuri kontra d-dumping, għandhom, fuq bażi eċċezzjonali, jiġu rimborżati jew rimessi. |
|
(31) |
Ir-rimborż jew ir-rimessjoni jridu jintalbu mingħand l-awtoritajiet doganali nazzjonali skont il-leġislazzjoni doganali applikabbli. |
|
(32) |
Fid-dawl taċ-ċirkostanzi deskritti hawn fuq b’mod partikolari fil-premessa (21), il-Kummissjoni se timmonitorizza l-flussi tal-esportazzjoni u tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat kif ukoll il-Kodiċijiet NM rilevanti. Jekk il-fluss jidher li jkun qed jinbidel, il-Kummissjoni tqis l-azzjoni li trid tittieħed. |
6. TMIEM L-ANALIŻI TA’ “ESPORTATUR ĠDID”
|
(33) |
Fis-27 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għal analiżi ta’ “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. L-applikazzjoni tressqet minn TRL China Ltd (“TRL”), produttur esportatur fir-RPĊ. |
|
(34) |
TRL stqarr li jopera f’kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq kif iddefiniti fl-Artikolu 2(7) (c) tar-Regolament bażiku jew alternattivament talab trattament individwali konformi mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Dan kompla jistqarr li ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni li fuqu kienu msejsal-miżuri kontra d-dumping, jiġifieri l-perjodu mill-1 ta’ April 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali”) u li ma kien relatat mal-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi tal-prodott li huma suġġetti għall-miżuri kontra d-dumping imsemmija hawn fuq fil-premessa (1). |
|
(35) |
TRL kompla jistqarr li kien beda jesporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni wara tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali. |
|
(36) |
Fit-28 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni, wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv, ħabbret, permezz tar-Regolament (UE) Nru 850/2010 (8), it-tnedija ta’ analiżi ta’ “esportatur ġdid” tar-Regolament (KE) Nru 1659/2005, it-tneħħija tad-dazju fir-rigward tal-importazzjonijiet minn TRL u s-suġġettazzjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet għar-reġistrazzjoni. |
|
(37) |
Il-perjodu tal-investigazzjoni għall-analiżi tal-“esportatur ġdid” kienet mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010. |
|
(38) |
Fid-dawl tat-tmiem tal-analiżi tal-iskadenza u billi TRL ma importawx il-prodott ikkonċernat bejn id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) No 850/2010 (13 ta’ Ottubru 2010), tqies li l-analiżi tal-“esportatur ġdid” dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw mir-RPĊ għandha għaldaqstant tintemm ukoll. |
|
(39) |
Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-fehmiet tagħhom u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika ta’ tnedija, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-miżuri kontra d-dumping li jikkonċernaw l-importazjonijiet ta’ briks tal-manjeżja mhux moħmija, magħquda kimikament, li l-komponent tal-manjeżja tagħhom fih talanqas 80 % MgO, irrispettivament minn jekk fihx manjeżite jew le, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM ex 6815 91 00 u ex 6815 99 00 , permezz ta’ dan huma abrogati u l-proċediment li jikkonċerna lil dawn l-importazzjonijiet intemm.
Artikolu 2
Id-dazji definittivi kontra d-dumping imħallsa jew imdaħħla fil-kontijiet skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1659/2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti briks tal-manjesja li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li ġew rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera mill-14 ta’ Ottubru 2010 għandhom jiġu rimborżati jew rimessi.
Ir-rimborż u r-rimessjoni għandhom jintalbu mill-awtoritajiet nazzjonali tad-dwana skont il-leġislazzjoni doganali applikabbli.
Artikolu 3
L-analiżi ta’ “esportatur ġdid” imnedija mir-regolament (UE) Nru 850/2010 hija, permezz ta’ dan, mitmuma.
Artikolu 4
L-awtoritajiet doganali b’dan huma mitluba jwaqqfu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 850/2010.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
FAZEKAS S.
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 267, 12.10.2005, p. 1.
(3) ĠU L 240, 11.9.2009, p. 1.
(4) ĠU L 240, 11.9.2009, p. 7.
(5) ĠU C 111, 30.4.2010, p. 29.
|
25.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 617/2011
tal-24 ta’ Ġunju 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 900/2008 li jistabbilixxi l-metodi tal-analiżi u d-dispożizzjonijiet tekniċi l-oħrajn meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti għall-importazzjoni ta’ ċertu merkanzija li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 900/2008 (3) jistabbilixxi l-metodi tal-analiżi u dispożizzjonijiet tekniċi oħrajn neċessarji għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1216/2009 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 514/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ftehim preferenzjali dwar il-kummerċ li japplika għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli, kif provdut fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 (4). Dawk il-metodi u d-dispożizzjonijiet japplikaw għal importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti agrikoli pproċessati sabiex ikunu stabbiliti l-komponenti agrikoli mnaqqsa tagħhom u biex dawk il-prodotti jkunu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda. |
|
(2) |
Għall-fini ta’ ċarezza, hemm bżonn jiġi aġġornat l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 900/2008 u biex dan jiġi adattat għall-miżuri stabbiliti f’dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti tar-Regolament (KE) Nru 900/2008, hemm bżonn ikun ipprovdut li l-formuli, il-proċeduri u l-metodi stabbiliti fih għall-fini li jiġu applikati l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 514/2011 iridu jintużaw ukoll biex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ xaħam fil-ħalib, il-kontenut ta’ proteina fil-ħalib, il-kontenut ta’ lamtu/glukożju u l-kontenut ta’ sukrożju/zokkor maqlub/iżoglukożju għall-fini li jingħażel l-element agrikolu, id-dazji addizzjonali għaz-zokkor u d-dazji addizzjonali għad-dqiq xierqa fil-każ ta’ importazzjonijiet nonpreferenzjali kif ipprovdut fil-Parti Tnejn u fil-Parti Tlieta, it-Taqsima I, l-Anness 1, tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. |
|
(4) |
Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru 900/2008, hemm bżonn li jkun ipprovdut li l-metodi u l-proċeduri stabbiliti fih għall-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti li jaqgħu taħt ċerti kodiċi tan-NM għall-finijiet li jkun applikat l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 514/2011 għandhom jintużaw ukoll biex ikunu kklassifikati dawk l-oġġetti fil-każ ta’ importazzjonijiet nonpreferenzjali kif jipprovdi għalihom l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. |
|
(5) |
Sabiex jiġu kkunsidrati l-emendi lin-Nomenklatura Magħquda hemm bżonn li jiġu adattati ċerti referenzi lill-Kodiċi-NM. |
|
(6) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 900/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 900/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej: “L-Artikolu 1 Ambitu Dan ir-Regolament jistabbilixxi dan li ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
Fl-Artikolu 4 jiżdied it-titlu li ġej: “Rapport tat-test” |
|
(5) |
Fl-Artikolu 5 jiżdied it-titlu li ġej: “Dispożizzjonijiet finali” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 328, 15.12.2009, p. 10.
|
25.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 618/2011
tal-24 ta’ Ġunju 2011
li jirtira s-sospensjoni tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor taħt il-kwota tariffarja 09.4380
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 5(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 302/2011 tat-28 ta’ Marzu 2011 li jiftaħ kwota tariffarja eċċezzjonali għal ċerti kwantitajiet ta’ zokkor għas-sena tas-suq 2010/11 (3) jissospendi d-dazji tal-importazzjoni għaz-zokkor għal kwantità ta’ 300 000 tunnellata li jaqgħu taħt in-NM 1701 u bin-numru tal-ordni 09.4380. |
|
(2) |
It-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni li jikkonċernaw in-numru tal-ordni 09.4380 ġie sospiż mill-20 ta’ April 2011 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 393/2011 tad-19 ta’ April 2011 li jiffissal-koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mill-1 sas-7 ta’ April 2011 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji u li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għat-tali liċenzji (4), skont ir-Regolament (KE) Nru 891/2009. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 589/2011 tal-20 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 302/2011 li jiftaħ kwota tariffarja eċċezzjonali tal-importazzjoni għal ċerti kwantitajiet ta’ zokkor fis-sena tas-suq 2010/11 (5) żied b’200 000 tunnellata l-kwantitajiet li għalihom id-dazji tal-importazzjoni li jaqgħu taħt in-nomenklatura NM 1701 u bin-numru tal-ordni 09.4380 għandhom jiġu sospiżi sat-30 ta’ Settembru 2011. |
|
(4) |
Is-sospensjoni tal-applikazzjonijiet għandha għalhekk tiġi rtirata. |
|
(5) |
Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax l-opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sospensjoni stipulata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 393/2011 tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għan-numru tal-ordni 09.4380 mill-20 ta’ April 2011 qed tiġi irtirata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.
|
25.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 619/2011
tal-24 ta’ Ġunju 2011
li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf fir-rigward tal-preżenza ta’ materjal ġenetikament modifikat li għalih hija pendenti proċedura ta’ awtorizzazzjoni jew li l-awtorizzazzjoni tiegħu skadiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa sabiex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa u l-benesseri tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (2) ma jistipulax regoli speċjali għall-kontroll ta’ materjal li fih, jikkonsisti jew huwa prodott mill-MĠM (Materjal Ġenetikament Modifikat) li għalih hija pendenti proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-UE jew materjal ĠM li l-awtorizzazzjoni tiegħu skadiet. L-esperjenza wriet li fin-nuqqas ta’ regoli bħal dawn, il-laboratorji uffiċjali u l-awtoritajiet kompetenti japplikaw metodi differenti ta’ teħid ta’ kampjuni u regoli differenti għall-interpretazzjoni tar-riżultati tat-testijiet analitiċi. Dan jista’ jwassal għal konklużjonijiet differenti fir-rigward tal-konformità ta’ prodott mar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-ikel u l-għalf ġenetikament modifikat (3). Bħala riżultat tan-nuqqas ta’ regoli armonizzati, l-operaturi ekonomiċi jinsabu quddiem inċertezza legali u hemm riskju li jiġi affettwat il-funzjonament tas-suq intern. |
|
(2) |
Hemm mekkaniżmi internazzjonali differenti ta’ skambju ta’ informazzjoni li jipprovdu informazzjoni dwar valutazzjonijiet ta’ sigurtà mwettqa minn pajjiżi li jawtorizzaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-OĠM. Skont il-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika li tagħha l-Istati Membri kollha huma Partijiet, il-Partijiet għall-Protokoll iridu jinfurmaw lill-Partijiet l-oħra permezz taċ-Ċentru ta’ Skambju tal-Informazzjoni (Biosafety Clearing House – BCH) dwar kull deċiżjoni finali għal dak li għandu x’jaqsam mal-użu domestiku, inkluż it-tqegħid fis-suq, ta’ OĠM li jista’ jkun soġġett għal ċaqliq minn fruntiera għal oħra għall-użu dirett bħala ikel jew għalf jew għall-ipproċessar. Din l-informazzjoni għandu jkollha, fost l-oħrajn, rapport dwar il-valutazzjoni tar-riskju. Il-pajjiżi li mhumiex Partijiet mill-Protokoll jistgħu wkoll jipprovdu din l-informazzjoni fuq bażi volontarja. Il-mekkaniżi internazzjonali ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni tal-OĠMs u l-valutazzjonijiet dwar is-sigurtà tagħhom huma pprovduti wkoll mill-FAO u l-OECD. |
|
(3) |
L-UE timporta kwantitajiet sinifikanti ta’ prodotti bażiċi magħmula f’pajjiżi terzi fejn il-koltivazzjoni OĠM hija komuni ħafna. Filwaqt li dawn il-prodotti bażiċi impurtati jintużaw kemm fil-produzzjoni tal-ikel kif ukoll tal-għalf, il-biċċa l-kbira tal-prodotti bażiċi li x’aktarx ikun fihom OĠMs jispiċċaw fis-settur tal-għalf u b’hekk jinġieb riskju ogħla ta’ tgħawwiġ ta’ kummerċ għal dan is-settur f’każijiet fejn l-Istati Membri japplikaw regoli differenti għall-kontrolli uffiċjali. Jidher li għalhekk huwa xieraq li l-ambitu ta’ dan ir-Regolament jiġi limitat għas-settur tal-għalf li mqabbel ma’ setturi oħra marbuta mal-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel għandu probabbiltà ogħla ta’ preżenza ta’ MĠ. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jistipula li t-tqegħid fis-suq ta’ għalf ġenetikament modifikat huwa soġġett għal proċedura ta’ awtorizzazzjoni. Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni tinkludi l-pubblikazzjoni ta’ opinjoni tal-EFSA li l-parti ewlenija tagħha hija valutazzjoni tas-sigurtà. Biex tagħti l-opinjoni tagħha l-EFSA tikkonsulta lill-Istati Membri mal-wasla ta’ applikazzjoni valida u l-Istati Membri għandhom tliet xhur biex jikkomunikaw l-opinjonijiet tagħhom. L-opinjoni tal-EFSA trid tinkludi wkoll metodu ta’ konferma vvaliditat mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea (UE-LR). |
|
(5) |
Fil-prattika, il-validazzjoni tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea (UE-LR) issir b’mod indipendenti mill-elementi l-oħra stipulati fil-proċedura ta’ awtorizzazzjoni. Ġeneralment il-metodu huwa vvalidat u ppubblikat qabel it-twettiq sħiħ tal-elementi l-oħra kollha biex l-opinjoni tal-EFSA tkun kompluta. Dawn il-metodi huma ppubblikati fuq il-websajt tal-UE-LR u huma għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti kif ukoll għal kull parti oħra interessata. |
|
(6) |
Metodu jista’ jiġi vvalidat biss jekk ikun konformi mar-regoli ddettaljati dwar il-validità tal-metodu stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 641/2004 tas-6 ta’ April 2004 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ ikel u għalf ġdid ġenetikament modifikat, in-notifika ta’ prodotti eżistenti u preżenża aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta’ materjal ġenetikament modifikat li bbenefika minn valutazzjoni tar-riskju favorevoli (4). Barra minn hekk, kif meħtieġ skont dan ir-Regolament, ġew stabbiliti kriterji komuni għal rekwiżiti ta’ prestazzjoni minima għal metodi analitiċi għall-ittestjar tal-OĠM (5). |
|
(7) |
Il-metodi ta’ analiżi vvalidati mill-UE-LR fil-kuntest tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni u għat-tqegħid fis-suq, l-użu u l-ipproċessar ta’ prodotti eżistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 huma metodi kwantitattivi speċifiċi għall-avveniment. Huma jiġu vvalidati permezz ta’ prova kollaborattiva skont il-prinċipji tal-istandard Internazzjonali ISO 5725 u/jew il-protokoll tal-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata (UIKPA). Fil-fatt, l-UE-LR bħalissa huwa l-uniku laboratorju fid-dinja li jivvalida metodi kwantitattivi speċifiċi għall-avveniment skont l-istandards imsemmija hawn fuq fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ awtorizzazzjoni ta’ qabel it-tqegħid fis-suq. Dawn il-metodi kwantitattivi jitqiesu aktar xierqa minn metodi kwalitattivi li għandhom l-għan li jiżguraw l-armonizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali. Tabilħaqq il-proċeduri ta’ ttestjar bl-użu ta’ metodi kwalitattivi jeħtieġu skemi oħra ta’ teħid ta’ kampjuni billi kieku jiġu assoċjati ma’ riskji ogħla li jipprovdu riżultati li ma jaqblux ma’ xulxin dwar il-preżenza jew l-asssenza ta’ materjal ġenetikament modifikat. Huwa għalhekk xieraq li jintużaw il-metodi ta’ analiżi vvalidati mill-UE-LR fil-kuntest tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni biex ma jkunx hemm riżultati ta’ analiżi li ma jaqblux ma’ xulxin fost l-Istati Membri. |
|
(8) |
Għandu jkun hemm ukoll materjal ta’ referenza ċċertifikat biex il-laboratorji ta’ kontroll iwettqu l-analiżi tagħhom. |
|
(9) |
Skont dan, l-ambitu ta’ dan ir-Regolament għandu jkopri s-senjalazzjoni ta’ konferma fl-għalf ta’ materjal ĠM awtorizzat għall-kummerċjalizzazzjoni f’pajjiż terz u li għalih tkun pendenti għal aktar minn tliet xhur proċedura ta’ awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fejn il-metodi kwantitattivi ta’ analiżi speċifiċi għall-avveniment sottomessi mill-applikant ġew ivvalidati mill-UE-LR u kemm-il darba l-materjal ta’ referenza ċċertifikat ikun disponibbli. |
|
(10) |
L-ambitu ta’ dan ir-Regolament għandu jkopri wkoll il-materjal ĠM li l-awtorizzazzjoni tiegħu tkun skadiet. Għandu għalhekk japplika għall-għalf li fih, jikkonsisti, jew jiġi prodott minn qamħirrum SYN-EV176-9 u MON-ØØØ21-9xMON-ØØ81Ø-6 u rapa taż-żrieragħ taż-żejt ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4, ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ2-5 u ACS-BNØØ7-1 li għalihom metodu kwantitattiv ġie vvalidat mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea, kemm-il darba l-materjal ta’ referenza ċċertifikat ikun disponibbli. Dawn il-materjali ĠM tqiegħdu fis-suq qabel l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u ġew innotifikati bħala prodotti eżistenti skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament. Billi ż-żrieragħ ma baqgħux aktar kummerċjalizzati fuq skala globali, in-notifikanti rispettivi infurmaw il-Kummissjoni li ma kellhom ebda intenzjoni jibagħtu applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-prodotti kkonċernati. Għaldaqstant, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjonijiet 2007/304/KE (6), 2007/305/KE (7), 2007/306/KE (8), 2007/307/KE (9) u 2007/308/KE (10) dwar l-irtirar mis-suq tal-prodotti kkonċernati (prodotti mhux aktar fl-użu). Dawn id-Deċiżjonijiet jipprovdu tolleranza għall-preżenza f’prodotti ta’ materjal li fihom, jikkonsistu jew jiġu prodotti minn qamħirrum SYN-EV176-9 u MON-ØØØ21-9xMON-ØØ81Ø-6 u rapa taż-żrieragħ taż-żejt ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4, ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ2-5 u ACS-BNØØ7-1 kemm-il darba din il-preżenza tkun aċċidentali jew teknikament inevitabbli u fi proporzjon li mhuwiex ogħla minn 0,9 % għall-perjodu limitat li jiskadi fil-25 ta’ April 2012. Huwa xieraq li jiġi żgurat li dakinhar tal-iskadenza tal-perjodu ta’ tolleranza stabbilit fid-Deċiżjonijiet 2007/304/KE, 2007/305/KE, 2007/306/KE, 2007/307/KE u 2007/308/KE dan ir-Regolament japplika wkoll għas-senjalazzjoni ta’ konferma fl-għalf ta’ dawn il-prodotti mhux aktar fl-użu. Għandu wkoll japplika għal kull materjal ĠM ieħor li l-awtorizzazzjoni tiegħu ma tkunx imġedda mal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni minħabba li l-prodott ikun ħiereġ mill-użu bil-mod il-mod. |
|
(11) |
L-armonizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali tal-għalf għas-senjalazzjoni ta’ konferma ta’ materjal ĠM taħt l-ambitu ta’ dan ir-Regolament għandha wkoll tiġi żgurata permezz tal-adozzjoni ta’ metodi komuni ta’ teħid ta’ kampjuni. |
|
(12) |
Dawn il-metodi għandhom ikunu bbażati fuq protokolli xjentifiċi u statistiċi magħrufa u, meta jkunu disponibbli, fuq standards internazzjonali u għandhom ikopru l-istadji differenti ta’ teħid ta’ kampjuni, inklużi r-regoli applikabbli għat-teħid ta’ kampjuni tal-materjal, il-prekawzjonijiet li jridu jittieħdu waqt it-teħid ta’ kampjuni u t-tħejjija tal-kampjuni, il-kondizzjonijiet li jridu jiġi applikati għat-teħid ta’ kampjuni inkrementali u kampjuni ta’ replika tal-laboratorju, it-trattament tal-kampjuni tal-laboratorju u l-issiġillar u l-ittikkettjar tal-kampjuni. Biex ikun hemm rappreżentanza xierqa tal-kampjuni meħuda għal għanijiet ta’ kontroll uffiċjali, għandhom jiġu adottati kondizzjonijiet speċifiċi adattati għall-fatt li l-lott ta’ għalf huwa ppreżentat fi prodotti agrikoli bażiċi bl-ingrossa, ta’ pre-imballaġġ jew bl-imnut. |
|
(13) |
Huwa xieraq ukoll li jiġu armonizzati r-regoli għall-interpretazzjoni tar-riżultati tal-analiżi, biex jiġi żgurat li mal-Unjoni Ewropea kollha tinġibed l-istess konklużjoni mill-istess riżultati analitiċi. F’dan il-kuntest, jeħtieġ ukoll li jitqiesu l-limitazzjonijiet tekniċi marbuta ma’ kwalunkwe metodu ta’ analiżi, b’mod partikolari fil-livelli tat-traċċi billi l-inċertezza analitika tiżdied meta l-livelli ta’ materjal ĠM jonqsu. |
|
(14) |
Biex dawn il-limitazzjonijiet jitqiesu, kif ukoll titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-kontrolli huma fattibbli, sodi u proporzjonati, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistipula l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi tal-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistipula proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà fl-ikel (11), huwa xieraq li jiġi stabbilit bħala Limitu ta’ Rendiment Minimu Meħtieġ (LRMM) l-iktar livell baxx ta’ materjal ĠM li jitqies mill-UE-LR għall-validazzjoni tal-metodi kwantitattivi. Dan il-livell jikkorrispondi għal 0,1 % għal dak li huwa frazzjoni ta’ massa ta’ materjal ĠM u huwa l-inqas livell fejn ir-riżultati huma riproduċibbli b’mod sodisfaċenti fost il-laboratorji uffiċjali meta jiġu applikati protokolli xierqa ta’ teħid ta’ kampjuni u metodi ta’ analiżi għall-kejl ta’ kampjuni tal-għalf. |
|
(15) |
Il-metodi vvalidati mill-UE RL huma speċifiċi għal kull avveniment ta’ trasformazzjoni irrispettivament mill-fatt li l-avveniment ta’ trasformazzjoni huwa preżenti f’OĠM wieħed jew aktar li fih/fihom avveniment wieħed jew aktar ta’ trasformazzjoni. L-LRMM għandu għalhekk japplika għall-materjal ĠM kollu li fih l-avveniment ta’ trasformazzjoni mkejjel. |
|
(16) |
L-inċertezza tal-kejl għandha tiġi ddeterminata minn kull laboratorju uffiċjali u kkonfermata kif deskritt fid-dokument ta’ gwida dwar l-Inċertezza tal-Kejl għal-laboratorji ta’ ttestjar għall-OĠM (12) żviluppat miċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni (Joint Research Centre - JRC). |
|
(17) |
Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ konformità tal-għalf għandha għalhekk titqies biss meta l-materjal ĠM li jaqa’ taħt l-ambitu ta’ dan ir-Regolament huwa preżenti f’livelli ugwali jew ogħla mil-LRMM, meqjusa l-inċertezza tal-kejl. |
|
(18) |
Ir-regoli stabbiliti b’dan ir-Regolament ma għandhomx jaffettwaw il-possibbiltà li l-Kummissjoni, jew fejn ikun applikabbli, Stat Membru, tadotta miżuri ta’ emerġenza skont l-Artikoli 53 u 54 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. |
|
(19) |
Dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adattati jekk ikun meħtieġ li jitqiesu żviluppi ġodda b’mod partikolari dwar l-impatt tagħhom fuq is-suq intern u fuq l-operaturi tal-ikel u l-għalf. |
|
(20) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponiehom. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “Preċiżjoni – Devjazzjoni Standard ta’ Ripetibilità Relattiva (RSDr)”: Id-devjazzjoni standard relattiva tar-riżultati tat-test miksuba taħt kondizzjonijiet ta’ ripetibilità. Il-kondizzjonijiet ta’ ripetibilità huma kondizzjonijiet fejn ir-riżultati tat-test jinkisbu bl-istess metodu, fuq oġġetti ta’ test identiċi, fl-istess laboratorju, mill-istess operatur, bl-użu tal-istess tagħmir f’intervalli qosra ta’ żmien;
(2) “Limitu ta’ Rendiment Minimu Meħtieġ (LRMM)”: l-iktar ammont jew konċentrazzjoni baxxa ta’ analit f’kampjun li jrid jiġi senjalat u kkonfermat b’mod affidabbli mil-laboratorji uffiċjali;
(3) “Materjal ĠM”: materjal li fih, jikkonsisti jew huwa prodott mill-OĠMs.
2. Id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 japplikaw.
Artikolu 2
L-ambitu
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kontroll uffiċjali tal-għalf għal dak li għandu x’jaqsam mal-preżenza tal-materjal li ġej:
|
(a) |
Il-materjal ĠM awtorizzat għall-kummerċjalizzazzjoni f’pajjiż terz u li dwaru ntbagħtet applikazzjoni valida skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u li dwaru kienet pendenti għal iktar minn tliet xhur proċedura ta’ awtorizzazzjoni kemm-il darba:
|
|
(b) |
wara l-25 ta’ April 2012, il-materjal ĠM nnotifikat skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li l-awtorizzazzjoni tiegħu skadiet u li dwaru ġie vvalidat u ppubblikat metodu kwantitattiv mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea kemm-il darba dak il-materjal iċċertifikat ta’ referenza jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3; kif ukoll |
|
(c) |
materjal ĠM li l-applikazzjoni tiegħu skadiet minħabba l-fatt li ebda applikazzjoni għal tiġdid skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma ntbagħtet kemm-il darba l-materjal iċċertifikat ta’ referenza jissodisfa l-kondizzjonijet stabbiliti fl-Artikolu 3. |
Artikolu 3
Materjal iċċertifikat ta’ referenza
1. Il-materjal iċċertifikat ta’ referenza jrid ikun disponibbli lill-Istati Membri u kull parti terza.
2. Il-materjal iċċertifikat ta’ referenza għandu jiġi prodott u ċċertifikat skont il-gwidi 30 sa 35 tal-ISO.
3. L-informazzjoni li takkompanja l-materjal iċċertifikat ta’ referenza għandha tinkludi informazzjoni dwar it-trobbija tal-pjanta li ntużat għall-produzzjoni tal-materjal iċċertifikat ta’ referenza u dwar iż-żigożità tal-insert(i). Il-valur iċċertifikat tal-kontenut ta’ OĠM għandu jingħata fi frazzjoni ta’ massa u, fejn disponibbli, fin-numru ta’ kopja ekwivalenti għal kull ġenoma aplojda.
Artikolu 4
Metodi ta’ teħid ta’ kampjuni
Kampjuni għall-kontroll uffiċjali tal-għalf għal dik li hija preżenza ta’ materjal ĠM imsemmija fl-Artikolu 2, għandhom ikunu konformi mal-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni, kif stabbilit fl-Anness I.
Artikolu 5
Tħejjija tal-kampjun, metodi ta’ analiżi u interpretazzjoni ta’ riżultati
It-tħejjija ta’ kampjuni tal-laboratorju, il-metodi ta’ analiżi u l-interpretazzjoni ta’ riżultati għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II.
Artikolu 6
Miżuri f’każ ta’ senjalazzjoni ta’ materjal ĠM kif imsemmi fl-Artikolu 2
1. Fejn ir-riżultati ta’ testijiet analitiċi jindikaw il-preżenza ta’ materjal ĠM kif imsemmi fl-Artikolu 2 daqs jew ogħla mil-LRMM kif definit skont ir-regoli ta’ interpretazzjoni stabbiliti fl-Anness II parti B, l-għalf għandu jitqies bħala mhux konformi mar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih din l-informazzjoni permezz tal-RASFF skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.
2. Fejn ir-riżultati tat-testijiet analitiċi juru li l-preżenza ta’ materjal ĠM kif imsemmi fl-Artikolu 2 hija taħt l-LRMM, kif definit skont ir-regoli ta’ interpretazzjoni stabbiliti fl-Anness II parti B, l-Istati Membri għandhom jirreġistraw din l-informazzjoni u jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena. Sejbiet rikorrenti fuq perjodu ta’ żmien ta’ tliet xhur għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta, jew Stat Membru jista’ jadotta’, fejn ikun xieraq, miżuri ta’ emerġenza skont l-Artikoli 53 u 54 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.
Artikolu 7
Lista ta’ materjal ĠM imsemmi fl-Artikolu 2
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta’ materjal ĠM b’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 fuq il-websajt tagħha. Il-lista għandha tinkludi informazzjoni dwar il-post fejn jista’ jiġi aċċessat il-materjal iċċertifikat ta’ referenza kif meħtieġ bl-Artikolu 17(3)(j) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u, fejn applikabbli, informazzjoni dwar il-miżuri adottati skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-impatt tiegħu fuq is-suq intern kif ukoll fuq l-għalf, il-bhejjem u operaturi oħra, u, jekk ikun meħtieġ, tressaq proposti ta’ reviżjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 9
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(3) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(4) ĠU L 102, 7.4.2004, p. 14.
(5) http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/doc/Min_Perf_Requirements_Analytical_methods.pdf
(6) ĠU L 117, 5.5.2007, p. 14.
(7) ĠU L 117, 5.5.2007, p. 17.
(8) ĠU L 117, 5.5.2007, p. 20.
(9) ĠU L 117, 5.5.2007, p. 23.
(10) ĠU L 117, 5.5.2007, p. 25.
(12) http://www.irmm.jrc.be/html/reference_materials_catalogue/user_support/EUR 22756EN.pdf
ANNESS I
METODI TA’ TEĦID TA’ KAMPJUNI
|
1. |
Għall-għan tal-applikazzjoni tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 152/2009, il-materjal ĠM għandu jitqies bħala sustanza li x’aktarx tiġi ddistribwita b’mod mhux uniformi mal-għalf kollu. |
|
2. |
B’deroga mill-punti 5.B.3., 5.B.4 u 6.4 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 152/2009, id-daqs tal-kampjuni aggregati għall-materjali tal-għalf ma għandux ikun anqas mill-piż li jikkorrispondi għal 35 000 qamħa/żerriegħa u l-kampjun finali ma għandux ikun inqas mill-piż li jikkorrispondi għal 10 000 qamħa/żerriegħa.
L-ekwivalenti ta’ massa ta’ 10 000 qamħa/żerriegħa tinstab fit-Tabella 1 hawn taħt. Tabella 1 Massa ekwivalenti ta’ 10 000 qamħa/żerriegħa għal pjanti differenti
|
ANNESS II
KRITERJI GĦALL-PREPARAZZJONI TAL-KAMPJUNI U L-METODI TA’ ANALIŻI
Biex tinstab il-preżenza tal-materjal ĠM fl-għalf kif imsemmi fl-Artikolu 2, il-laboratorji uffiċjali għandhom jużaw il-metodi ta’ analiżi u r-rekwiżiti ta’ kontroll deskritti f’dan l-Anness.
A. PREPARAZZJONI TAL-KAMPJUNI GĦALL-ANALIŻI
Flimkien mar-rekwiżiti tal-Anness II parti A tar-Regolament (KE) Nru 152/2009, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin.
1. Trattament tal-kampjuni finali
Il-laboratorji uffiċjali għandhom jużaw l-istandard EN ISO 24276, ISO 21570, ISO 21569 u ISO 21571 li jindika l-istrateġiji għall-omoġenizzazzjoni tal-kampjun finali (magħruf ukoll bħala “il-kampjun tal-laboratorju” fl-istandards tal-ISO), it-trasformazzjoni tal-kampjun finali fil-kampjun għall-analiżi, it-tħejjija tal-kampjun tat-test u l-estrazzjoni u l-analiżi tal-analit ta’ mira.
2. Daqs tal-kampjun għall-analiżi
Il-kampjun għall-analiżi għandu jkun ta’ daqs li jiżgura l-kwantifikazzjoni ta’ materjal ĠM bi preżenza li tikkorrispondi għal-LRMM bi grad statistiku ta’ fiduċja ta’ 95 %.
B. APPLIKAZZJONI TAL-METODI TA’ ANALIŻI U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI
B’deroga mill-parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 152/2009, ir-regoli li ġejjin għall-applikazzjoni ta’ metodi ta’ analiżi u espressjoni ta’ riżultati għandhom japplikaw.
1. Kondizzjonijiet ġenerali
Il-laboratorji uffiċjali għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-ISO 17025 u jużaw metodi kwantitattivi ta’ analiżi li ġew ivvalidati mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea f’kollaborazzjoni man-Netwerk Ewropew tal-Laboratorji OĠM. Għandhom jiżguraw li, meqjus il-metodu analitiku sħiħ li jibda bit-trattament tal-kampjun ta’ għalf tal-laboratorju, jkunu f’pożizzjoni li jwettqu l-analiżi fil-livell ta’ 0,1 % bi proporzjon mal-frazzjoni ta’ massa ta’ materjal ĠM fl-għalf bi preċiżjoni xierqa (devjazzjoni standard ta’ ripetibilità relattiva anqas minn jew daqs 25 %).
2. Regoli għall-interpretazzjoni ta’ riżultati
Biex jiġi żgurat livell ta’ fiduċja ta’ madwar 95 %, ir-riżultat tal-analiżi għandu jiġi rrappurtat bħala x +/– U fejn x huwa r-riżultat analitiku għal avveniment wieħed imkejjel ta’ trasformazzjoni u U hija l-inċertezza tal-kejl imwessa’ xieraq.
U għandu jiġi speċifikat mil-laboratorju uffiċjali għall-metodu analitiku sħiħ u kkonfermat kif deskritt fid-dokument ta’ gwida dwar l-Inċertezza tal-Kejl għal-laboratorji għall-ittestjar tal-OĠM (1) żviluppat mill-JRC.
Materjal tal-għalf, addittiv tal-għalf jew, fil-każ ta’ għalf kompost kull wieħed mill-materjali ta’ għalf u addittivi ta’ għalf li minnhom huwa magħmul għandu jitqies bħala mhux konformi mar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 meta r-riżultat analitiku (x) għal avveniment wieħed imkejjel ta’ trasformazzjoni bl-inċertezza tal-kejl imwessa’ (U) imnaqqsa jkun daqs jew jisboq il-livell ta’ 0,1 % bi proporzjon mal-frazzjoni ta’ massa ta’ materjal ĠM. Meta r-riżultati jkunu primarjament espressi bħala numri ta’ kopja ĠM-DNA b’rabta man-numri ta’ kopja DNA speċifiċi għat-takson ta’ mira kkalkulati f’termini ta’ ġenomi aplojdi, għandhom jinqalbu fi frazzjoni ta’ massa skont l-informazzjoni pprovduta f’kull rapport ta’ validazzjoni tal-UE-LR.
(1) http://www.irmm.jrc.be/html/reference_materials_catalogue/user_support/EUR 22756EN.pdf
|
25.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 620/2011
tal-24 ta’ Ġunju 2011
li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(d) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Wara ilment li tressaq fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-WTO) minn ċerti pajjiżi, rapport tal-bord tad-WTO adottat mill-Korp tad-WTO għar-Riżoluzzjoni tat-Tilwim fil-21 ta’ Settemrbu 2010 (2) ikkonkluda li l-Unjoni Ewropea aġixxiet, inter alia, inkonsistement mal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (GATT 1994) billi tat trattatment tat-tariffi, anqas favorevoli minn dak provdut fil-konsolidazzjonijiet tariffarji fir-rigward ta’ ċerti prodotti tat-teknoloġija tal-informatika magħmula mill-Unjoni Ewropea skont il-Ftehim tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (ITA). L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu jiġi emendat sabiex jinġieb konformi mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni Ewropea taħt il-GATT 1994. L-emendi meħtieġa huma skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/359/KE tal-24 ta’ Marzu 1997 rigward l-eliminazzjoni tad-dazji fuq il-prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni (3), li approvat l-ITA. |
|
(2) |
Wara r-Rapport tal-Bord tad-WTO, l-ikkupjar diġitali m’għandux jikkostitwixxi fotokopjar taħt il-GATT 1994 u l-ħeffa tal-ikkupjar m’għandhiex tkun l-uniku kriterju ta’ klassifikazzjoni. Is-sottointestatura 8443 31 tal-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 u d-dazju korrispondenti għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
|
(3) |
Il-kliem tas-sottointestatura 8528 71 15 tan-NM (preċedentement 8528 71 13 ) għandu jiġi emendat sabiex jinkludi kaxxi ta’ fuq is-sett li, apparti l-funzjoni tal-komunikazzjoni, jistgħu jkunu kapaċi jwettqu funzjonijiet addizzjonali ta’ rekordjar jew riproduzzjoni, sakemm, bħala riżultat ta’ dan, ma jitilfux il-karattru essenzjali tagħhom bħala kaxxa ta’ fuq is-sett li għandha funzjoni ta’ komunikazzjoni. |
|
(4) |
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2011 fi tmiem il-perjodu raġonevoli ta’ żmien maqbul mill-Unjoni Ewropea mal-partijiet li ressqu l-ilment sabiex l-Unjoni Ewropea ġġib lilha nnifsha konformi mal-obbligi tad-WTO. |
|
(5) |
Minħabba li rakkomandazzjonijiet fir-rapporti adottati mill-Korp tad-WTO għar-Riżoluzzjoni tat-Tilwim għandhom biss effett prospettiv, dan ir-regolament m’għandux ikollu effetti retroattivi u lanqas jipprovdi gwida interpretattiva fuq bażi retroattiva. Billi ma jistax jopera biex jipprovdi gwida interpretattiva għall-klassifikazzjoni tal-prodotti li ġew rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa qabel l-1 ta’ Lulju 2011 m’għandux iservi bħala bażi għar-rimbors ta’ kwalunkwe dazju mħallas qabel dik id-data. |
|
(6) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni fi ħdan il-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti Tnejn, Taqsima XVI tal-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2011.
M’għandu jkollu la effett retroattiv u lanqas m’għandu jagħti gwida interpretattiva fuq bażi retroattiva.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) WT/DS375/R, WT/DS376/R, WT/DS377/R.
ANNESS
Parti Tnejn, Taqsima XVI tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Il-Kapitolu 84 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Il-Kapitolu 85 huwa emendat kif ġej:
|
|
25.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/18 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 621/2011
tal-24 ta' Ġunju 2011
li jemenda għall-151 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 7(1)(a), 7a(1) u 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fl-14 ta’ Ġunju 2011, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi żewġ persuni naturali mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. Fis-16 ta’ Ġunju 2011 hi ddeċidiet li żżid persuna naturali waħda mal-lista u li temenda annotazzjoni waħda fil-lista. |
|
(3) |
Għaldaqstant l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan. |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandhom jitħassru:
|
|
(2) |
L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni naturali”: Othman Ahmed Othman Al-Ghamdi (magħruf ukoll bħala (a) Othman al-Ghamdi, (b) Uthman al-Ghamdi, (c) Uthman al-Ghamidi, (d) Othman bin Ahmed bin Othman Alghamdi, (e) Othman Ahmed Othman Al Omairah, (f) Uthman Ahmad Uthman al-Ghamdi, (g) Othman Ahmed Othman al-Omirah, (h) Al Umairah al-Ghamdi, (i) Othman Bin Ahmed Bin Othman). Indirizz: Il-Jemen. Data tat-twelid: (a) 27.5.1979, (b) 1973 (Othman Ahmed Othman Al Omairah). Post tat-twelid: (a) L-Arabja Sawdija, (b) Il-Jemen (Othman Ahmed Othman Al Omairah). Nazzjonalità: (a) Tal-Arabja Sawdija, (b) Tal-Jemen (Othman Ahmed Othman Al Omairah). Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 1089516791 (Karta tal-Identità nazzjonali tal-Arabja Sawdija). Tagħrif ieħor: (a) Isem il-missier huwa Ahmed Othman Al Omirah, (b) Kmandant Operazzjonali tal-Al-Qaida fil-Peniżola Għarbija (AQAP). Kien involut fil-ġbir ta' fondi u fil-ħażna tal-armi għall-operazzjonijiet u attivitajiet tal-AQAP fil-Jemen, (c) Assoċjat magħruf ta' Qasim Yahya Mahdi al-Rimi u Fahd Mohammed Ahmed al-Quso, (d) Avviż Oranġjo tal-INTERPOL (numru tal-fajl 2009/52/OS/CCC, #14). Avviż Aħmar tal-INTERPOL (Numru ta’ Kontroll A-596/3-2009, Numru tal-Fajl 2009/3731), (e) Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 16.6.2011. |
|
(3) |
L-annotazzjoni “Al-Haramain Islamic Foundation (magħrufa wkoll bħala (a) Vazir, (b) Vezir). Indirizz: (a) 64 Poturmahala, Travnik, il-Bosnja-Ħerzegovina; (b) Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina. Tagħrif ieħor: Impjegati u assoċjati jinkludu Najib Ben Mohamed Ben Salem Al-Waz u Safet Durguti. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 13.3.2002.” taħt l-intestatura “Persuni, gruppi u entitajiet ġuridiċi” għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej: “Al-Haramain Islamic Foundation (magħrufa wkoll bħala (a) Vazir, (b) Vezir). Indirizz: (a) 64 Poturmahala, Travnik, il-Bosnja-Ħerzegovina; (b) Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina. Tagħrif ieħor: L-impjegati u l-assoċjati jinkludu Najib Ben Mohamed Ben Salem Al-Waz. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 13.3.2002.” |
|
25.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/20 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 622/2011
tal-24 ta’ Ġunju 2011
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Ġunju 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AR |
23,1 |
|
MK |
54,8 |
|
|
TR |
73,2 |
|
|
ZZ |
50,4 |
|
|
0707 00 05 |
TR |
83,7 |
|
ZZ |
83,7 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
97,5 |
|
ZZ |
97,5 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
62,3 |
|
BR |
40,6 |
|
|
TR |
65,0 |
|
|
UY |
65,6 |
|
|
ZA |
110,3 |
|
|
ZZ |
68,8 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
132,6 |
|
BR |
78,0 |
|
|
CA |
105,9 |
|
|
CL |
99,5 |
|
|
CN |
118,6 |
|
|
NZ |
109,7 |
|
|
US |
166,4 |
|
|
UY |
91,7 |
|
|
ZA |
92,9 |
|
|
ZZ |
110,6 |
|
|
0809 10 00 |
AR |
89,7 |
|
TR |
241,9 |
|
|
ZZ |
165,8 |
|
|
0809 20 95 |
TR |
327,3 |
|
XS |
382,4 |
|
|
ZZ |
354,9 |
|
|
0809 30 |
EC |
116,4 |
|
TR |
179,1 |
|
|
ZZ |
147,8 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
25.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-9 ta’ Ġunju 2011
li temenda n-netwerk ta’ konsultazzjoni ta’ Schengen (speċifikazzjonijiet tekniċi)
(2011/369/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2001 tal-24 ta’ April 2001 li jirriserva lill-Kunsill il-poteri ta’ implimentazzjoni rigward ċerti dispożizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għall-viżi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju,
Billi:
|
(1) |
In-netwerk ta’ konsultazzjoni ta’ Schengen (speċifikazzjonijiet tekniċi) ġie stabbilit biex jippermetti konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal viża ppreżentati minn ċittadini minn ċerti pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Il-formati tal-intestaturi tal-formoli trażmessi bil-ħsieb tal-konsultazzjoni bejn l-Istati Membri għandhom jiġu emendati u, b’ċerti eċċezzjonijiet, il-lista aġġornata ta’ kodiċijiet bi tliet ittri tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) (“kodiċijiet bi tliet ittri (ICAO)”) għall-Istati, l-entitajiet, it-territorji, in-nazzjonalitajiet u l-organizzazzjonijiet għandha tintuża fil-qafas ta’ dik il-konsultazzjoni f’konformità mal-lista stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (2). L-użu tal-kodiċijiet bi tliet ittri (ICAO) b’ċerti eċċezzjonijiet ma taffettwax u hija mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri għar-rikonoxximent jew in-nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ Stati jew entitajiet. Il-kodiċijiet stabbiliti għal Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Kosovo (3) huma biss għall-fini ta’ konsultazzjoni tal-VISION. |
|
(3) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tan-netwerk ta’ konsultazzjoni ta’ Schengen (speċifikazzjonijiet tekniċi) għandhom jiġu emendati kif meħtieġ. |
|
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (4); ir-Renju Unit għalhekk mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhux marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu. |
|
(5) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (5); l-Irlanda għalhekk mhix qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhux marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Ladarba din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar din id-Deċiżjoni jekk hijiex ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha. |
|
(7) |
Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (6), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt (A), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim (7). |
|
(8) |
Fir-rigward tal-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (8) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt (A) tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (9). |
|
(9) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (10), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE (11). |
|
(10) |
Fir-rigward ta’ Ċipru, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq jew huwa relatat b’xi mod mal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003. |
|
(11) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq jew huwa b’xi mod relatat mal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005. |
|
(12) |
F’konformità mal-Artikolu 58(4) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (12), sad-data msemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (13), il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 789/2001 għandha tibqa’ tapplika, jekk ikun meħtieġ, għall-emendi ta’ ċerti partijiet tan-netwerk ta’ konsultazzjoni ta’ Schengen (speċifikazzjonijiet tekniċi), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Partijiet 1, 2 u 3 tan-netwerk ta’ konsultazzjoni ta’ Schengen (speċifikazzjonijiet tekniċi) huma b’dan emendati kif stabbilit fl-Annessi I, II u III.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Ġunju 2011.
Għandha tapplika mill-10 ta’ Ġunju 2011.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
PINTÉR S.
(1) ĠU L 116, 26.4.2001, p. 2.
(3) Skont ir-Riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.
(4) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(6) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(7) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(8) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(10) ĠU L 160, 18.6.2011, p.3.
(11) ĠU L 160, 18.6.2011, p.1.
ANNESS I
Il-punt 1.3 tal-Parti 1 tan-netwerk ta’ konsultazzjoni ta’ Schengen (speċifikazzjonijiet tekniċi) huwa ssotitwit b’dan li ġej:
“1.3. DEFINING MESSAGE CHARACTERISTICS
For every message to be sent via the network, the following structural characteristics should be met:
|
|
The ‘From’ item of the message contains the senders applications address. For example: From: vision@vision-mailer.nl |
|
|
The ‘To’ item of the message contains the recipients application address. For example: To: vision@vision-mailer.de Implementation tip: be aware that it is possible to make use of multiple recipients delimited by commas. But if the application does so, on received FORMs R it has to determine the FORM R sender, because it will receive references to identical message-identifiers (heading ‘000’). Sending separate messages to each partner State with different ‘000’ headings is less confusing. |
|
|
The ‘Subject’ item of the message contains a ‘file number’ and a full stop (‘.’) followed by the form-type identifier (Letter: ‘A’, ‘B’, ‘C’, ‘E’, ‘F’, ‘G’, ‘H’ or ‘R’). For the respective forms, the ‘file number’ equals the content of its heading: ‘001’ in FORM ‘A’, ‘B’, ‘C’, ‘F’, ‘G’, ‘H’ and the content of heading ‘048’ in a FORM E. For heading definitions see 2.1.2. Examples:
If a Member State receives a message with an incorrectly formulated subject, it has to discard that message without processing it. If the problem persists it has to be solved bilaterally by the technical staff. |
|
|
The mail body has to be structured as follows:
|
|
|
Hence in the ‘Header’ of every mail, the following line will appear: Content-Type: text/plain; charset = ISO-8859-15.”. |
ANNESS II
Il-punt 2.2.1. tal-Parti 2 tan-netwerk ta’ konsultazzjoni ta’ Schengen (speċifikazzjonijiet tekniċi) huwa ssostitwit b’dan li ġej:
“2.2.1. Three-letter codes (ICAO)
Codes for States, entities, territories, nationalities and organisations as well as further designations for the VISION consultation procedure.
Three-letter codes, as set out in ICAO Document 9303 on Machine-Readable Travel Documents, shall be used except in the following cases:
|
1. |
for the Former Yugoslav Republic of Macedonia, XXG shall be used; |
|
2. |
for Kosovo (1), XXD shall be used; |
|
3. |
for the Federal Republic of Germany, DEU shall be used. |
Two lists will be made available on CIRCA:
1. An ICAO-based code list (2) : the latest version of the ICAO-based codes with the three exceptions mentioned above to be used for VISION consultation. This list shall be used in line with the list established by Regulation (EC) No 539/2001.
2. A special VISION code list: the limited list of special VISION three-letter codes for specific cases.
Both lists will contain, next to the appropriate three-letter codes to be used for VISION consultation ‘valid from’ and ‘valid until’-values for these codes:
— Valid-Until: Date from which the code becomes obsolete for VISION consultation,
— Valid-From: Date from which the code becomes applicable to be used for VISION consultation.
If ICAO-updates are detected by a Member State or the Commission, it will immediately notify the General Secretariat of the Council. The ICAO-based code list will be updated by the Presidency as follows:
|
— |
new ICAO-codes shall be added with a ‘valid from’ date 30 days after publication of the updated list on CIRCA, |
|
— |
for removed ICAO-codes the ‘valid until’ date shall be set 30 days after publication of the updated list on CIRCA and shall be kept for archival purposes. |
If, for technical reasons (e.g. old passports that are still valid), an expired ICAO-code has to be used further in the VISION Consultation Network, or in general if, for technical reasons, a new three-letter code is deemed necessary, this code shall be added to the special VISION code list after agreement in the Visa/VISION Working Party.
The General Secretariat of the Council shall notify Member States every time an updated list has been published on CIRCA.
(1) Under United Nations Security Council Resolution 1244 (1999).
(2) A table containing the current ICAO-codes can be found at the ICAO web site.”.
ANNESS III
L-aħħar paragrafu tal-punt 3.2.5 tal-Parti 3 tan-netwerk ta’ konsultazzjoni ta’ Schengen (speċifikazzjonijiet tekniċi) huwa mħassar.
|
25.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Ġunju 2011
li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2011/370/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) dwar il-ħatra ta’ membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015. |
|
(2) |
Post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara tmiem il-mandat tas-Sur Albert MORENO HUMET, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-segwenti huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:
|
— |
Is-Sur Senén FLORENSA I PALAU, Secretario de Asuntos Exteriores, Generalitat de Cataluña. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
MATOLCSY Gy.
|
25.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Ġunju 2011
li taħtar membru supplenti Awstrijak fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2011/371/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Awstrijak,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015 . |
|
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Johanna MIKL-LEITNER, saret vakanti pożizzjoni ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-segwenti hija b’dan maħtura membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:
|
— |
Is-Sinjura Barbara SCHWARZ, Amt der NÖ Landesregierung. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
MATOLCSY Gy.
|
25.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/28 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-24 ta’ Ġunju 2011
li teżenta l-esplorazzjoni u l-isfruttament taż-żejt u tal-gass fl-Italja mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 4253)
(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/372/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(5) u (6) tagħha,
Billi:
I. FATTI
|
(1) |
Fit-23 ta’ Marzu 2011, l-Assoċjazzjoni Taljana għall-Industrija taż-Żjut mhux Raffinati u l-Minjieri ttrażmettiet talba skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2004/17/KE lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika. Skont l-l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(5), il-Kummissjoni għarrfet lill-awtoritajiet Taljani dwar dan permezz ta’ ittra tal-1 ta’ April 2011, li għaliha l-awtoritajiet Taljani wieġbu b’ittra elettronika fid-19 ta’ April 2011. It-talba mressqa minn Assomineraria tikkonċerna l-esplorazzjoni u l-isfruttament taż-żejt u l-gass fl-Italja. Skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni preċedenti dwar l-Amalgamazzjonijiet (2), f’din it-talba, ġew deskritti żewġ attivitajiet, fosthom:
|
|
(2) |
Skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ssemmew hawn fuq, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni “produzzjoni” tinkludi wkoll “żvilupp”, jiġifieri t-twaqqif ta’ infrastruttura xierqa għall-produzzjoni tal-ġejjieni (pjattaformi taż-żejt, pajpijiet, terminals, eċċ.). Barra minn hekk, prattika stabbilita tal-Kummissjoni sabet ukoll li l-“l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ taż-żejt mhux raffinat” jikkostitwixxi “suq wieħed rilevanti ta’ prodott” (3). Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, “il-produzzjoni” ser tittieħed bħala li tinkludi kemm “l-iżvilupp” kif ukoll (l-ewwel) bejgħ taż-żejt. |
|
(3) |
Assomineraria hija assoċjazzjoni ta’ kummerċ li, f’dan il-kuntest qed taġixxi f’isem l-intrapriżi ewlenin li qed joperaw fl-esplorazzjoni u l-produzzjoni tas-settur tal-idrokarburi fl-Italja. L-erba’ kumpaniji ewlenin li huma affiljati mal-assoċċjazzjoni huma ENI S.p.A., Edison S.p.A, Shell Italia E&P S.p.A u Total E&P Italia S.p.A. |
II. QAFAS LEGALI
|
(4) |
L-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE jipprovdi li l-kuntratti maħsuba biex jippermettu t-twettiq ta’ waħda mill-attivitajiet li għalihom tapplika d-Direttiva 2004/17/KE, ma għandhomx ikunu soġġetti għal dik id-Direttiva jekk, fl-Istat Membru fejn titwettaq, l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li l-aċċess għalihom mhuwiex ristrett. L-esponiment dirett għall-kompetizzjoni huwa vvalutat abbażi ta’ kriterji oġġettivi, li jqisu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur konċernat. L-aċċess ma jitqiesx li hu ristrett jekk l-Istat Membru jkun implimenta u applika l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE li tiftaħ settur partikolari jew parti minnu. |
|
(5) |
Ġaladarba l-Italja implimentat u applikat id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (4), l-aċċess għas-suq ma għandux jitqies ristrett skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(3) tad-Direttiva Nru 2004/17/KE. L-esponiment dirett għall-kompetizzjoni f’suq partikolari għandu jiġi evalwat abbażi ta’ diversi kriterji, li l-ebda wieħed minnhom ma hu deċiżiv per se. |
|
(6) |
Għall-finijiet tal-valutazzjoni dwar jekk l-operaturi rilevanti humiex soġġetti għall-kompetizzjoni diretta fis-swieq ikkonċernati b’din id-Deċiżjoni, is-sehem tas-suq tal-atturi ewlenin u l-livell tal-konċentrazzjoni ta’ dawk is-swieq għandhom jitqiesu. Peress li l-kundizzjonijiet ivarjaw għall-attivitajiet differenti li huma kkonċernati minn din id-Deċiżjoni, għanda titwettaq valutazzjoni separata għal kull suq/attività differenti. |
|
(7) |
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni. |
III. VALUTAZZJONI
|
(8) |
Kull waħda miż-żewġ attivitajiet li huma s-suġġett ta’ din it-talba (l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali, il-produzzjoni taż-żejt u l-gass naturali) ttieħdu inkonsiderazzjoni sabiex jikkostitwixxu swieq separati tal-prodotti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ttieħdu qabel, liema deċiżjonijiet huma msemmija fil-Premessi 1 u 2 ta’ hawn fuq. Għalhekk għandhom jiġu eżaminati separatament. |
Esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali
|
(9) |
Skont il-prattika tal-Kummissjoni (5), l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali tikkostitwixxi suq wieħed rilevanti tal-prodotti, minħabba li mhuwiex possibbli li jkun determinat mill-bidu nett jekk l-esplorazzjoni hijiex se tirriżulta fis-sejbien taż-żejt jew tal-gass naturali. Dwar is-suq tal-esplorazzjoni, il-kumpaniji tal-esplorazzjoni jiksbu l-liċenzji ta’ esplorazzjoni mogħtija mill-“pajjizi ospitanti” normalment permezz ta’ proċeduri ta’ rkantar (6). Ġie stabbilit ukoll permezz tal-istess prattika tal-Kummissjoni li ilha mwaqqfa żmien twil, li l-ambitu ġeografiku ta’ dan is-suq huwa mifrux madwar id-dinja. Minħabba li m’hemm l-ebda indikazzjoni li d-definizzjoni għandha tkun differenti f’dan il-każ, din ser tinżamm għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni. |
|
(10) |
Is-sehem tas-suq ta’ operaturi attivi fl-esplorazzjoni jistgħu jitkejlu b’referenza għal tliet fatturi varjabbli: in-nefqa kapitali, ir-riżervi ppruvati u l-produzzjoni prevista. L-użu tan-nefqa kapitali biex l-ishma tas-suq ta’ operaturi fuq is-suq tal-esplorazzjoni nstab li mhuwiex fattur xieraq, fost l-oħrajn minħabba d-differenzi kbar bejn il-livelli meħtieġa ta’ investimenti li huma meħtieġa f’żoni ġeografiċi differenti. Għalhekk, jinħass il-bżonn ta’ investimenti ikbar sabiex issir esplorazzjoni taż-żejt u tal-gass fil-Baħar tat-Tramuntana milli biex issir esplorazzjoni, pereżempju, fil-Lvant Nofsani. |
|
(11) |
Ġew tipikament applikati żewġ parametri oħra, sabiex jiġi vvalutat is-sehem tas-suq tal-operaturi ekonomiċi f’dan is-settur, jiġifieri s-sehem tagħhom f’riżervi ppruvati u fil-produzzjoni prevista (7). |
|
(12) |
Skont it-tagħrif disponibbli, mill-31 ta’ Diċembru 2009, ir-riżervi globali ppruvati taż-żejt u tal-gass flimkien laħqu total ta’ 385.58 biljun metru kubu standard ekwivalenti għaż-żejt (fl-Sm3 o. e. li ġej) madwar id-dinja kollha (8). Mill-1 ta’ Jannar 2010, fl-Italja, ir-riżervi ppruvati taż-żejt u tal-gass flimkien ammontaw għal ftit iktar minn 0 205 biljun Sm3 o. e. (9), jew ftit iktar minn 0,05 %. Is-sehem minn dawn ir-riżervi tal-entitjiet kuntrattwali individwali li joperaw fl-Italja huwa neċessarjament anke anqas. Skont it-tagħrif disponibbli, hemm korrelazzjoni diretta bejn ir-riżervi ppruvati ta’ żejt u gass u l-produzzjoni prevista tal-ġejjieni. Għalhekk ma hemm xejn fit-tagħrif disponibbli li jindika li s-sehem tas-suq tal-entitajiet kuntrattwali individwali li joperaw fl-Italja se jkun sostanzjalment differenti jekk jitkejjel f’termini ta’ produzzjoni prevista aktar milli f’termini ta’ sehem tagħha ta’ riżervi ppruvati. Fid-dawl tar-rabtiet bejn ir-riżervi ppruvati u l-produzzjoni attwali dawn il-fatti jistgħu jitqiesu bħala indikazzjoni wkoll tal-istat tal-kompetizzjoni fis-suq ikkonċernat hawnhekk. |
|
(13) |
Is-suq tal-esplorazzjoni mhuwiex ikkonċentrat ħafna. Apparti mill-kumpaniji li huma proprjetà tal-istat, is-suq huwa kkaratterizzat bil-preżenza ta’ atturi internazzjonali privati oħra integrati vertikalment imsemmija bħala l-kumpaniji kbar nett (BP and ExxonMobil u Shell) kif ukoll xi għadd ta’ atturi msejħa “kbar ħafna”. Dawn il-fatturi huma indikazzjoni tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni. |
Produzzjoni taż-żejt
|
(14) |
Skont prattika stabbilita tal-Kummissjoni (10), l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ taż-żejt (mhux raffinat) huwa suq separat tal-prodotti li jopera madwar id-dinja kollha. Minħabba li m’hemm l-ebda indikazzjoni li d-definizzjoni għandha tkun differenti f’dan il-każ, din ser tinżamm għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni. |
|
(15) |
Fl-2009, skont l-informazzjoni disponibbli (11), il-produzzjoni kollha ta’ kuljum taż-żejt madwar id-dinja telgħet għal 79 948 miljun barmil. F’dik is-sena stess, l-Italja pproduċiet total ta’ 0 095 miljun barmil kuljum, liema rata wasslitha li jkollha sehem tas-suq ta’ 0.11 %. Jekk inħarsu lejn is-sehem tal-2009 tal-entitajiet kuntrattwali individwali li joperaw fl-Italja, is-sitwazzjoni hija kif ġej: Bi produzzjoni madwar id-dinja ta’ 1 007 elef (12) barmil kuljum, l-ENI għandha sehem ta’ 1,26 % tal-produzzjoni taż-żejt madwar id-dinja; Il-produzzjoni ta’ Shell madwar id-dinja li tammonta għal 1 581 elf barmil ta’ żejt kuljum (13) u għalhekk għandha sehem tas-suq ta’ 1,98 % tal-produzzjoni taż-żejt fid-dinja; Il-produzzjoni ta’ Total madwar id-dinja hija ta’ 1 381 elf barmil ta’ żejt kuljum (14) u għalhekk għandha sehem tas-suq ta’ 1,73 % tal-produzzjoni taż-żejt fid-dinja; Fl-aħħar nett il-produzzjoni ta’ Edison madwar id-dinja hija ta’ 5 elef barmil ta’ żejt kuljum (15) u għalhekk għandha sehem tas-suq ta’ 0,006 % tal-produzzjoni taż-żejt fid-dinja; |
|
(16) |
Għall-finijiet ta’ din l-analiżi, huwa importanti li jitqies il-grad ta’ konċentrazzjoni fis-suq rilevanti kollu. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tinnota li s-suq għall-produzzjoni taż-żejt mhux raffinat huwa kkaratterizzat bil-preżenza ta’ kumpaniji kbar li huma proprjetà tal-istat u bi tliet atturi internazzjonali privati oħra integrati vertikalment (l-hekk imsejħa kumpaniji “kbar nett”: BP, ExxonMobil u Shell li s-sehem tagħhom fil-produzzjoni taż-żejt fl-2009 kien jammonta għal: 3,2 %, 3,0 % u 2,0 % respettivament (16)) kif ukoll ta’ ċertu għadd tal-hekk imsejħa “kumpaniji kbar” (17). Dawn il-fatturi jissuġġerixxu li s-suq jinkludi għadd ta’ atturi li bejniethom jista’ jkun preżunt li hemm kompetizzjoni effettiva. |
IV. KONKLUŻJONIJIET
|
(17) |
Minħabba l-fatturi eżaminati fil-premessi 8 sa 16, il-kundizzjoni ta’ esponiment dirett għall-kompetizzjoni stabbilita fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE għandha titqies li hija milħuqa fl-Italja fir-rigward tas-servizzi li ġejjin:
|
|
(18) |
Minħabba li l-kundizzjoni ta’ aċċess mhux ristrett għas-suq titqies li ntlaħqet, id-Direttiva 2004/17/KE ma għandhiex tapplika fejn l-entitajiet kontraenti jagħtu kuntratti bl-intenzjoni li jippermettu li fl-Italja jitwettqu s-servizzi elenkati fil-punti (a) u (b) tal-premessa (17), u lanqas meta jiġu organizzati konkorsi ta’ disinn għat-twettiq ta’ attività bħal din f’dawk iż-żoni ġeografiċi. |
|
(19) |
Skont l-applikazzjoni, fl-Italja il-biċċa l-kbira tal-bjar ta’ sfruttament jipproduċu kemm żejt u gass, b’perċentwali differenti (18). Il-produzzjoni tal-gass mhijiex soġġetta għal din it-talba ta’ eżenzjoni, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE jibqgħu japplikaw għal dan is-settur.. F’dan il-kuntest, għandu jiġi mfakkar li l-kuntratti tal-akkwist li jkopru diversi attivitajiet għandhom jiġu trattati skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/17/KE. Dan ifisser li, meta entità kuntrattwali tiġi ingaġġata f’akkwist “imħallat”, li jfisser akkwist użat biex isotni l-prestazzjoni tat-tnejn li huma, l-attivitajiet eżentati mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE u l-attivitajiet li mhumiex eżentati, għandhom jitqiesu l-attivitajiet li għalihom il-kuntratt huwa intiż prinċipalment. F’każ ta’ akkwist imħallat, meta l-iskop ikun prinċiparjament biex tiġi appoġġata l-produzzjoni tal-gass, għandha tapplika d-dispożizzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE. Jekk ikun impossibbli b’mod oġġettiv li jiġi determinat għal liema attività ikun intiż prinċiparjament il-kuntratt, il-kuntratt għandu jingħata skont ir-regoli msemmija fil-paragrafu (2) u (3) tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/17/KE. |
|
(20) |
Din id-Deċiżjoni hi bbażata fuq is-sitwazzjoni ġuridika u fattwali kif kienet f’Marzu 2011 sa April 2011, kif joħroġ mill-informazzjoni mressqa minn Assomineraria, u BP Statistical Review of World Energy 2010 u l-awtoritajiet Taljani.. Din tista’ tiġi riveduta, jekk xi bidliet sinifikanti fis-sitwazzjoni legali jew dik fattwali jfissru li l-kundizzjonijiet għall-applikabbiltà tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE ma għadhomx milħuqa, |
|
(21) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2004/17/KE ma għandhiex tapplika għal kuntratti mogħtija minn entitajiet kontraenti u hi maħsuba biex tippermetti s-servizzi li ġejjin jitwettqu fl-Italja:
|
(a) |
l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali u |
|
(b) |
il-produzzjoni taż-żejt. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Italja.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kummissjoni
Michel BARNIER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.
(2) Ara b’mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2004/284/KE tad-29 ta’ Settembru 1999 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u l-Ftehim taż-ŻEE (Każ Nru IV/M.1383 - ExxonMobil) u deċiżjonijiet sussegwenti, inter alia d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 2007 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni (Każ Nru COMP/M.4545 STATOIL/HYDRO) skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 139/2004.
(3) Ara i. a. Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/45/KE tad-29 ta’ Settembru 1999 li tiddikjara koncentrazzjoni li għandha tkun konpattibbli mas-suċ komuni u l-Ftehim taż-ZEE (Każ IV/M.1532. BP Amoco/Arco), il-punt 14.
(5) Ara b’mod partikolari d-Deċiżjoni ExxonMobil msemmija hawn fuq u, iktar riċenti, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2007 li tiddikjara li konċentrazzjoni għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni (Każ Nru COMP/M.4934 - KAZMUNAIGAZ/ROMPETROL) skont ir-Regolament tal-Kunsill 139/2004.
(6) M.1532 BP Amoco/Arco, para. 9 u 10
(7) Ara b’mod partikolari d-Deċiżjoni msemmija hawn fuq ta’ ExxonMobil (il-paragrafi 25 u 27).
(8) Ara l-punt 5.2.1 tal-applikazzjoni u s-sorsi kkwotati hemmhekk, b’mod partikolari d-dokument BP Statistical Review of World Energy, Ġunju 2010, li huwa mehmuż magħha. Il-Canadian oil sands ma ġewx meqjusa għal raġunijiet ta’ konsistenza mad-Deċiżjonijiet preċedenti tal-Artikolu 30.
(9) Skont l-Istatistiċi tal-2010 BP, p. 8
(10) Ara b’mod partikolari d-Deċiżjoni ExxonMobil msemmija hawn fuq u, iktar riċenti, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2007 li tiddikjara li konċentrazzjoni għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni (Każ Nru COMP/M.4934 - KAZMUNAIGAZ/ROMPETROL) skont ir-Regolament tal-Kunsill 139/2004.
(11) Ara p. 8 tal-Istatisitiċi tal-2010 BP, mehmuża mat-talba..
(12) Li minnhom 56 elf barmil kuljum jiġi prodott kuljum fl-Italja.
(13) Li minnhom 30 elf barmil kuljum jiġi prodott kuljum fl-Italja.
(14) Total ma tipproduċix żejt fl-Italja.
(15) Il-produzzjoni kollha ta’ Edison issir fl-Italja.
(16) Ara l-punt 5.2.3 tal-applikazzjoni, p. 18.
(17) Per eżempju: Total, Chevron, Eni and Conoco, li l-ishma tas-suq huma iżgħar minn dawk li għandhom il-kumpaniji kbar nett.
(18) Ara l-punt 2.1 tal-applikazzjoni.