ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.161.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 161

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
21 ta' Ġunju 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 588/2011 tal-20 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 589/2011 tal-20 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 302/2011 li jiftaħ kwota tariffarja eċċezzjonali (tal-importazzjoni) għal ċerti kwantitajiet ta' zokkor għas-sena tas-suq 2010/11

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 590/2011 tal-20 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi ( 1 )

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 591/2011 tas-16 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-gamblu tat-Tramuntana fiż-żona tan-NAFO 3L minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' kwalunkwe Stat Membru minbarra l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja

13

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 592/2011 tal-20 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

15

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 593/2011 tal-20 ta’ Ġunju 2011 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2011 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur

17

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 594/2011 tal-20 ta’ Ġunju 2011 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ġunju 2011 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għal ċerti prodotti fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd

19

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 595/2011 tal-20 ta’ Ġunju 2011 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ġunju 2011 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

21

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/355/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2011 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fi Franza

23

 

 

2011/356/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2011 li taħtar ħames membri Sloveni u tliet membri supplenti Sloveni tal-Kumitat tar-Reġjuni

24

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/357/PESK tal-20 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja

25

 

 

2011/358/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2009/719/KE li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programm ta’ monitoraġġ annwali tagħhom tal-BSE (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4194)  ( 1 )

29

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/332/UE tas-7 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta għall-ikkupjar u l-karta grafika ( ĠU L 149, 8.6.2011 )

34

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 588/2011

tal-20 ta’ Ġunju 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2011/357/PESK tal-20 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 (2) jipprovdi għall-iffriżar tal-assi tal-President Lukashenko u ta’ ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni 2011/357/PESK, il-Kunsill iddeċieda li jieħu ċerti miżuri restrittivi addizzjonali fejn tidħol il-Bjelorussja, b’mod partikolari billi jimponi embargo fuq l-armamenti u projbizzjoni fuq apparat għar-repressjoni interna.

(3)

Xi elementi minn dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(4)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja u f’konformità mad-Deċiżjoni 2011/357/PESK, għandhom jiġu inklużi aktar persuni u entitajiet fil-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi li jidhru fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(6)

Biex jiġi żgurat li l-miżuri f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

It-titolu tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja”.

(2)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Punt (5) jinbidel b’dan li ġej:

“5.

‘territorju tal-Komunità’ tfisser it-territorji tal-Istati Membri, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom, li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stipulati fit-Trattat.”.

(b)

Għandu jiżdied il-punt li ġej:

“6.

‘għajnuna teknika’ tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat ma’ tiswijiet, żvilupp, manifattura, immuntar, ittestjar, manutenzjoni, jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u jista’ jkun f’forma ta’ istruzzjoni, parir, taħriġ, trażmissjoni ta’ konoxxenza operattiva jew ta’ ħiliet jew servizzi ta’ konsulenza; inklużi forom verbali ta’ għajnuna.”.

(3)

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 1a

1.   Huma pprojbiti:

(a)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b’mod dirett jew indirett, ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness III, kemm jekk joriġina fl-Unjoni kemm jekk le, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Bjelorussja jew għall-użu fil-Bjelorussja;

(b)

il-parteċipazzjoni, b’mod konxju u intenzjonat, f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom tkun l-evażjoni tal-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a).

2.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket kontra l-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn il-Bjelorussja minn persunal tan-Nazzjonijiet Magħquda (NU), minn persunal tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, minn rappreżentanti tal-media jew ħaddiema umanitarji u dawk li jaħdmu fl-iżvilupp u persuni assoċjati esklussivament għall-użu personali tagħhom.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kif elenkati fl-Anness II jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu adegwati, jekk huma jiddeterminaw li tali tagħmir huwa maħsub biss għall-użu umanitarju jew protettiv.

Artikolu 1b

1.   Huma pprojbiti:

(a)

l-għoti, b’mod dirett jew indirett, ta’ għajnuna teknika relatata mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (3) (‘Lista Militari Komuni’), jew relatata mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ oġġetti inklużi f’dik il-lista, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Bjelorussja jew għall-użu fil-Bjelorussja;

(b)

l-għoti, b’mod dirett jew indirett, ta’ għajnuna teknika jew ta’ servizzi ta’ senserija relatati ma’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness III, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Bjelorussja jew għall-użu fil-Bjelorussja;

(ċ)

l-għoti, b’mod dirett jew indirett, ta’ finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni jew fl-Anness III, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ dawn l-oġġetti, jew għal kwalunkwe għoti ta’ għajnuna teknika relatata lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Bjelorussja jew għall-użu fil-Bjelorussja;

(d)

il-parteċipazzjoni, b’mod konxju u intenzjonat, f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom tkun l-evażjoni tal-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c).

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-projbizzjonijiet imsemmija fih m’għandhomx japplikaw għal:

(a)

tagħmir militari mhux letali, jew tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, maħsub biss għall-użu umanitarju jew protettiv jew għall-programmi tan-NU u tal-Unjoni ta’ żvilupp ta’ istituzzjonijiet, jew għal operazzjonijiet tal-UE u tan-NU ta’ maniġġar ta’ kriżijiet; jew

(b)

vetturi mhux tal-kumbattiment mgħammra b’materjal li jipprovdi protezzjoni ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv ta’ persunal tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fil-Bjelorussja;

sakemm l-għoti tagħhom ikun ġie approvat minn qabel mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, kif identifikata fil-websites elenkati fl-Anness II.

3.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket kontra l-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn il-Bjelorussja minn persunal tan-Nazzjonijiet Magħquda (NU), minn persunal tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, minn rappreżentanti tal-media jew ħaddiema umanitarji u dawk li jaħdmu fl-iżvilupp u persuni assoċjati esklussivament għall-użu personali tagħhom.

(3)  ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19.”."

Artikolu 2

1.   Il-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu fil-lista li tidher fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

2.   L-Anness II ta’ dan ir-Regolament għandu jiżdied fir-Regolament (KE) Nru 765/2006.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Ara paġna 25 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1; verżjoni bil Malti: ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 432.


ANNESS I

Persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1)

A.   Persuni

 

Ismijiet

Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Bjelorussa)

Ismijiet

(ortografija Russa)

Post u data tat-twelid, informazzjoni oħra ta' identifikazzjoni

(numru tal-passaport …)

Raġunijiet

1

Andrey Kazheunikau

Andrey Kozhevnikov

Андрэй Кажэўнiкаў

Андрей Кожевников

 

Prosekutur pubbliku tal-kawża kontra l-ex-kandidati presidenzjali Vladimir Neklyaev, Vitaly Rimashevsky, il-membri tat-tim tal-kampanja ta' Neklyaev, Andrei Dmitriev, Aleksandr Feduta u Sergei Vozniak, kif ukoll il-Viċi President tal-Young Front, Anastasia Polozhanka. L-akkuża ppreżentata minnu kellha motivazzjoni politika ċara u kienet ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. Hija kienet ibbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, mhux sostnuta b'evidenza, provi u testimonjanzi tax-xhieda.

2

Grachova, Liudmila

(Grachova, Ludmila; Grachova Lyudmila)

Gracheva Liudmila

(Gracheva Lyudmila; Grachiova Ludmila)

Грачова Людмiла

Грачева Людмила

 

Imħallef tal-Qorti Distrettwali Leninski ta' Minsk. Hija ttrattat il-kawża tal-ex-kandidati presidenzjali Nikolai Statkevich u Dmitri Uss, kif ukoll l-attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili Andrei Pozniak, Aleksandr Klaskovski, Aleksandr Kvetkevich, Artiom Gribkov u Dmitri Bulanov. Il-mod tagħha kif mexxiet il-proċess kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. Hija ħalliet l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi rrilevanti għall-persuni akkużati.

3

Chubkavets Kiril

Chubkovets Kirill

Чубкавец Кiрыл

Чубковец Кирилл

 

Prosekutur pubbliku tal-kawża kontra l-ex-kandidati presidenzjali Nikolai Statkevich u Dmitri Uss, kif ukoll l-attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili Andrei Pozniak, Aleksandr Klaskovski, Aleksandr Kvetkevich, Artiom Gribkov u Dmitri Bulanov. L-akkuża ppreżentata minnu kellha motivazzjoni politika ċara u kienet ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. Hija kienet ibbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, mhux sostnuta b'evidenza, provi u testimonjanzi tax-xhieda.

4

Peftiev Vladimir

Peftiev Vladimir Pavlovich

Пефцiеў Уладзiмiр Паўлавiч

Пефтиев Владимир Павлович

Imwieled fl-1 ta' Lulju 1957 fil-belt ta' Berdyansk, Zaporozhskaya Oblast, Ukraina

Numru tal-passaport attwali: MP2405942

Persuna assoċjata mal-President Lukashenko u l-familja tiegħu. Konsulent ekonomiku ewlieni tal-President Lukashenko u sponsor finanzjarju prinċipali tar-reġim ta' Lukashenko. President tal-Kunsill tas-Sidien tal-Ishma ta' Beltechexport, l-akbar kumpanija ta' importazzjoni u esportazzjoni ta' prodotti tad-difiża fil-Bjelorussja


B.   Entitajiet

 

Ismijiet

Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Bjelorussa)

Ismijiet

(ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1

Beltechexport

 

ЗАО „Белтехэкспорт“

Repubblika tal-Bjelorussja,

220012, Minsk,

Nezavisimost ave., 86-B

Tel: (+375 17) 263-63-83,

Fax: (+375 17) 263-90-12

Entità kkontrollata mis-Sur Peftiev Vladimir

2

Sport-Pari

(Operatur tal-Kumpannija tal-Lotterija Repubblikana)

 

ЗАО „Спорт-пари“ (оператор республиканской лотереи)

 

Entità kkontrollata mis-Sur Peftiev Vladimir

3

Private Unitary Enterprise (PUE) BT Telecommunications

 

частное унитарное предприятие ЧУП „БТ Телекоммуникации“

 

Entità kkontrollata mis-Sur Peftiev Vladimir


ANNESS II

“ANNESS III

Lista ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif imsemmi fl-Artikolu 1a u fl-Artikolu 1b

1.

Armi tan-nar, munizzjon u aċċessorji relatati magħhom, kif ġej:

1.1.

Armi tan-nar mhux ikkontrollati mill-ML 1 u l-ML 2 tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (1) (“il-Lista Militari Komuni”);

1.2.

Munizzjon imfassal speċifikament għall-armi tan-nar elenkati fl-element 1.1 u komponenti mfassla apposta għalihom;

1.3.

Miri tal-armi mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.

2.

Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.

3.

Vetturi kif ġej:

3.1.

Vetturi mgħammra b’kanun tal-ilma, speċifikament imfassla jew immodifikati għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet;

3.2.

Vetturi mfassla jew immodifikati speċifikament biex ikunu elettrifikati biex jimbuttaw lill-attakkanti;

3.3.

Vetturi mfassla jew immodifikati speċifikament biex ineħħu barrikati, inkluż tagħmir ta’ kostruzzjoni bi protezzjoni ballistika;

3.4.

Vetturi mfassla speċifikament għat-trasport jew it-trasferiment ta’ priġunieri u/jew detenuti;

3.5.

Vetturi mfassla speċifikament għall-iskjerament tal-barrikati mobbli;

3.6.

Komponenti għall-vetturi speċifikati fl-elementi 3.1 sa 3.5 mfassla speċifikament għall-finijiet ta’ kontroll tal-irvellijiet.

Nota 1

Dan l-element ma jikkontrollax il-vetturi speċifikament imfassla għall-finijiet ta’ tifi tan-nar.

Nota 2

Għall-finijiet tal-element 3.5, it-terminu “vetturi” jinkludi l-karrijiet.

4.

Sustanzi splussivi u tagħmir relatat kif ġej:

4.1.

Tagħmir u apparat imfassla speċifikament biex iqabbdu splużjonijiet b’mezzi elettriċi jew mhux elettriċi, inklużi settijiet tat-tqabbid, detonaturi, apparati li jqabbdu, busters u fil detonatur, u komponenti mfassla speċifikament għalihom; minbarra dawk imfassla speċifikament għal użu kummerċjali speċifiku li jikkonsistu fl-attwazzjoni jew l-operazzjoni b’mezzi splussivi ta’ tagħmir jew apparat ieħor li l-funzjoni tagħhom mhijiex il-ħolqien ta’ splużjonijiet (pereżempju, neffieħa tal-airbags tal-karozzi, apparat li jipprevjeni ż-żieda f’daqqa tal-elettriku ta’ attwaturi ta’ bexxiexa għat-tifi tan-nar);

4.2.

Kargi splussivi ta’ qtugħ lineari mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni;

4.3.

Splussivi oħra mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni u sustanzi relatati kif ġej:

a.

amatol;

b.

nitroċelluloża (li fiha aktar minn 12,5 % nitroġenu);

ċ.

nitroglikol;

d.

tetranitrat tal-pentaeritritol (PETN);

e.

klorur tal-pikril;

f.

2,4,6-trinitrotoluwen (TNT).

5.

Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat mill-ML 13 tal-Lista Militari Komuni kif ġej:

5.1.

Korazzi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew kontra ferimenti b’arma bil-ponta jew sikkina;

5.2.

Elmi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew mill-frammenti, elmi għal kontra l-irvellijiet, tarki għal kontra l-irvellijiet u tarki ballistiċi.

Nota: Dan l-element ma jikkontrollax:

tagħmir imfassal speċifikament għal attivitajiet sportivi;

tagħmir imfassal speċifikament sabiex jissodisfa rekwiżiti ta’ sikurezza okkupazzjonali.

6.

Simulaturi, minbarra dawk ikkontrollati mill-ML 14 tal-Lista Militari Komuni, għal taħriġ fl-użu ta’ armi tan-nar, u softwer imfassal speċifikament għalihom.

7.

Tagħmir ta’ viżjoni fid-dlam, termografiku u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.

8.

Barbed wire li jaqta’.

9.

Skieken militari, skieken ta’ kumbattiment u bajunetti b’xafra itwal minn 10 cm.

10.

Tagħmir ta’ produzzjoni mfassal speċifikament għall-elementi speċifikati f’din il-lista.

11.

Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-elementi speċifikati f’din il-lista.”.


(1)  ĠU C 86, 18.3.2011, p. 1.


21.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 589/2011

tal-20 ta’ Ġunju 2011

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 302/2011 li jiftaħ kwota tariffarja eċċezzjonali (tal-importazzjoni) għal ċerti kwantitajiet ta' zokkor għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 187, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-prezzijiet dinjin tas-suq għaz-zokkor ilhom għoljin b’mod kostanti matul l-ewwel xhur tas-sena tas-suq 2010/2011, u naqqsu r-ritmu tal-importazzjonijiet b’mod partikolari minn pajjiżi terzi li qed jibbenifikaw minn ċerti ftehimiet preferenzjali.

(2)

B’din is-sitwazzjoni quddiemha, il-Kummissjoni riċentement adottat sensiela ta’ miżuri bl-iskop li jġibu provvista addizjonali għas-suq tal-Unjoni. Dawk il-miżuri kienu jinkludu r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 222/2011 tat-3 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta' zokkor u iżoglukożju 'l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2010/2011 (2), li żiedu d-disponibbiltà kombinata taz-zokkor u l-iżoglukożju fis-suq tal-Unjoni b’526 000 tunnellata, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 302/2011 tat-28 ta’ Marzu 2011 li jiftaħ kwota tariffarja eċċezzjonali [tal-importazzjoni] għal ċerti kwantitajiet ta' zokkor għas-sena tas-suq 2010/11 (3), li ssospenda d-dazji ta’ importazzjoni għaz-zokkor li jaqgħu taħt in-NM 1701 għal kwantità ta’ 300 000 tunnellata.

(3)

L-importazzjonijiet taz-zokkor taħt l-Ipproċessar Attiv skont il-Kapitolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (4) tnaqqsu u l-industrija tal-ipproċessar żiedet l-użu tal-kwota taz-zokkor fil-prodotti esportati. Dawk l-iżviluppi żammew is-sitwazzjoni ta’ provvista stretta fis-suq tal-Unjoni, li qed jheddu li jikkawżaw nuqqas ta’ provvista matul l-aħħar xhur tas-sena tas-suq, sakemm jasal il-ħsad il-ġdid.

(4)

Il-prezzijiet għoljin fis-suq dinji taz-zokkor għaldaqstant qed jhedded id-disponibbiltà tal-provvista fis-suq tal-Unjoni. Għal dik ir-raġuni huwa neċessarju li l-kwantità ta’ 300 000 tunnellata stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 302/2011, li għalihom id-dazji tal-importazzjoni taz-zokkor huma sospiż tiżdied b’200 000 tunnellata.

(5)

Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (5) il-ftuħ tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti taz-zokkor skont l-Artikolu 187 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 bin-numru ta’ ordni 09.4380 (importazzjoni eċċezzjonali ta’ zokkor), il-kwantitajiet ta’ dawk il-prodotti li għalihom id-dazji tal-importazzjoni għandhom jiġu sospiżi u l-perjodu tal-kwota tariffarja għandhom jiġu dterminati b’att legali separat. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 302/2011 jissospendi d-dazji tal-importazzjoni għaz-zokkor li jaqgħu taħt in-NM 1701 għal kwantità ta’ 300 000 tunnellata.

(6)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni(UE) Nru 302/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax l-opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-ewwl paragrafu tal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 302/2011, għandha tiġi inkluża s-sentenza li ġejja.

“Id-dazji tal-importazzjoni għandhom jiġu sospiżi għal kwantità addizjonali ta’ 200 000 tunnellata mill-1 ta' Lulju 2011 sat-30 ta’ Settembru 2011.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament għandu jiskadi fit-30 ta’ Settembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 60, 5.3.2011, p. 6.

(3)  ĠU L 81, 29.3.2011, p. 8.

(4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(5)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.


21.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 590/2011

tal-20 ta’ Ġunju 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) stabbilixxa perjodu relattivament qasir biex l-entitajiet tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom għal rikonoxximent bi skop ta’ konformità skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Minħabba li ma hemm l-ebda esperjenza tal-applikazzjoni diretta tar-regoli tal-Unjoni dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi barra t-territorju tal-Unjoni, għandu jingħata iktar żmien lill-entitajiet tal-kontroll u lill-awtoritajiet tal-kontroll li jixtiequ jitolbu li jiġu inklużi fil-lista bi skop ta’ konformità.

(2)

F’konfromità mal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-Anness III għar-Regolmaent (KE) Nru 1235/2008 stabbilixxa lista ta’ pajjiżi terzi li s-sistema ta’ produzzjoni u l-miżuri ta’ kontroll tagħhom għall-produzzjoniji organika ta’ prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. Fid-dawl ta’ applikazzjoni u informazzjoni ġodda li rċeviet il-Kummissjoni minn pajjiżi terzi mill-aħħar pubblikazzjoni tal-lista, għandhom jitqiesu ċerti modifikazzjonijiet u l-lista għandha tiġi adattata skont dan.

(3)

Ċerti prodotti agrikoli li jiġu importati mill-Kanada, bħalissa qed jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni skont ir-regoli tranżizzjonali stipulati fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Il-Kanada ressqet talba lill-Kummissjoni sabiex din tinkludiha fil-lista provduta fl-Anness III għal dak ir-Regolament. Ressqet l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 7 u 8 ta’ dak ir-Regolament. L-eżaminazzjoni ta’ din l-informazzjoni u d-diskussjoni ta’ wara mal-awtoritajiet Kanadiżi wasslu għall-konklużjoni li, f’dak il-pajjiż, ir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-kontrolli tal-prodotti agrikoli huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. Il-Kummissjoni wettqet kontroll fuq il-post dwar ir-regoli tal-miżuri tal-produzzjoni u l-kontroll attwalment applikati fil-Kanada, kif previst fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(4)

L-awtoritajiet Kostarikani, Indjani, Iżraeljani, Ġappuniżi u Tuneżini talbu lill-Kummissjoni biex tinkludi entitajiet ta’ kontroll ta’ ċertifikazzjoni ġodda u ppreżentaw lill-Kummissjoni l-garanziji meħtieġa li huma jissodisfaw il-prekunduzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(5)

It-tul ta’ żmien tal-inklużjoni tal-Kosta Rika u tan-New Zealand fil-lista pprovduta fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2011. Sabiex ikun evitat tfixkil fil-kummerċ, hemm ħtieġa li tittawwal l-inklużjoni tal-Kosta Rika u n-New Zealand. Fid-dawl tal-esperjenza, l-inklużjoni għandha tittawwal għal perjodu bla limitu.

(6)

In-New Zealand trasmettiet emendi editorjali għall-ispeċifikazzjonijiet rilevanti provduti fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jsegwi l-amalgamazzjoni ta’ dan l-aħħar tal-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Forestrija u l-Awtorità tas-Sikurezza tal-Ikel fin-New Zealand.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu, għalhekk, jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju dwar il-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 4, “31 ta’ Ottubru 2011” tinbidel bi “31 ta’ Ottubru 2014”.

(2)

L-Anness III huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25.


ANNESS

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Wara t-test li jirrigwarda l-Awstralja, għandu jiddaħħal it-test li ġej:

“IL-KANADA

1.   Kategoriji tal-prodotti:

(a)

prodotti agrikoli ħajjin jew li mhumiex ipproċessati u materjal veġetattiv tal-propagazzjoni u żrieragħ għall-kultivazzjoni;

(b)

prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel;

(ċ)

għalf.

2.   Oriġini: prodotti tal-kategorija 1(a) u ingredjenti mkabbrin organikament fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li tkabbru fil-Kanada.

3.   Standards tal-produzzjoni: Regolament tal-Prodotti Organiċi.

4.   Awtoritajiet kompetenti: Canadian Food Inspection Agency (CFIA), www.inspection.gc.ca

5.   Entitajiet ta’ kontroll:

Atlantic Certified Organic Co-operative Limited (ACO), www.atlanticcertifiedorganic.ca

British Columbia Association for Regenerative Agriculture (BCARA), www.centifiedorganic.bc.ca

Certification Services Limited Liability Company (CCOF), www.ccof.org

Centre for Systems Integration (CSI), www.csi-ics.com

Consorzio per il Controllo dei Prodotti Biologici Società a responsabilità limitata (CCPB SRL), www.ccpb.it

Control Union Certifications (CUC), www.controlunion.com

Ecocert Kanada, www.ecocertcanada.com

Fraser Valley Organic Producers Association (FVOPA), www.fvopa.ca

Global Organic Alliance, www.goa-online.org

International Certification Services Incorporated (ICS), www.ics-intl.com

LETIS S.A., www.letis.com.ar

Oregon Tilth Incorporated (OTCO), http://tilth.org

Organic Certifiers, www.organiccertifiers.com

Organic Crop Improvement Association (OCIA), www.ocia.org/

Organic Producers Association of Manitoba Co-operative Incorporated (OPAM), www.opam-mb.com

Pacific Agricultural Certification Society (PACS), www.pacscertifiedorganic.ca

Pro-Cert Organic Systems Ltd. (Pro-Cert), www.ocpro.ca/

Quality Assurance International Incorporated (QAI), www.qai-inc.com

Quality Certification Services (QCS), www.qcsinfo.org

Organisme de Certification Québec Vrai (OCQV), www.quebecvrai.org

SAI Global Certification Services Limited, www.saiglobal.com

6.   Entitajiet li joħorġu ċ-ċertifikati: bħal fil-punt 5.

7.   Tul taż-żmien tal-inklużjoni: it-30 ta’ Ġunju 2014.”

(2)

Fil-punt 5 tat-test li jirrigwarda l-Kosta Rika għandu jiddaħħal dan l-inċiż li ġej:

“—

Mayacert, www.mayacert.com”;

(3)

Il-Punt 7 fit-test li jirrigwarda l-Kosta Rika għandu jinbidel b’dan li ġej:

“7.   Tul taż-żmien tal-inklużjoni: mhux speċifikat”,

(4)

Fil-punt 5 tat-test li jirrigwarda l-Indja għandhom jiddaħħlu dawn l-inċiżi li ġejjin:

“—

Chhattisgarh Certification Society (CGCERT), www.cgcert.com

Tamil Nadu Organic Certification Department (TNOCD), www.tnocd.net

TUV India Pvt. Ltd., www.tuvindia.co.in/0_mngmt_sys_cert/orgcert.htm

Intertek India Pvt. Ltd., www.intertek.com”;

(5)

Fil-punt 5 tat-test li jirrigwarda l-Iżrael għandu jiddaħħal dan l-inċiż li ġej:

“—

LAB-PATH Ltd., www.lab-path.co.il”;

(6)

Fil-punt 5 tat-test li jirrigwarda l-Ġappun għandhom jiddaħħlu dawn l-inċiżi li ġejjin:

“—

AINOU., www.ainou.or.jp/ainohtm/disclosure/nintei-kouhyou.htm

SGS Japan Incorporation., www.jp.sgs.com/ja/home_jp_v2.htm

Ehime Organic Agricultural Association., www12.ocn.ne.jp/~aiyuken/ninntei20110201.html

Center for Eco-design Certification Co.,Ltd.., http://www.eco-de.co.jp/list.html

Organic Certification Association., www.yuukinin.jimdo.com

Japan Eco-system Farming Association., www.npo-jefa.com

Hiroshima Environment & Health Association., www.kanhokyo.or.jp/jigyo/jigyo_05 A.html

Assistant Center of Certification and Inspection for Sustainability., www.accis.jp;

Organic Certification Organization Co.,Ltd., www.oco45.net”

(7)

Fil-punt 5 tat-test li jirrigwarda t-Tuneżija għandu jiddaħħal dan l-inċiż li ġej:

“—

Instituto per la certificazione etica e ambientale (ICEA), www.icea.info”;

(8)

Fil-punt 2 tat-test li jirrigwarda n-New Zealand, “MAF Food Official Organic Assurance Programme” jinbidel b’“MAF Official Organic Assurance Programme Technical Rules for Organic Production”

(9)

Il-punti minn 3 sa 7 tat-test li jirrigwarda n-New Zealand għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“3.   Standards tal-produzzjoni: MAF Official Organic Assurance Programme Technical Rules for Organic Production.

4.   Awtorità kompetenti: Ministry of Agriculture and Forestry (MAF), http://www.foodsafety.govt.nz/industry/sectors/organics/

5.   Entitajiet ta’ kontroll:

AsureQuality Limited, www.organiccertification.co.nz

BioGro New Zealand, www.biogro.co.nz

6.   Awtorità taċ-ċertifikazzjoni: Ministry of Agriculture and Forestry (MAF)

7.   Tul taż-żmien tal-inklużjoni: mhux speċifikat”.


21.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 591/2011

tas-16 ta' Ġunju 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-gamblu tat-Tramuntana fiż-żona tan-NAFO 3L minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' kwalunkwe Stat Membru minbarra l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri msemmija hemmhekk jew irreġistrati fihom eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istati Membri msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri msemmija fl-Anness jew irreġistrati fihom għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.01.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

14/T&Q

Stat membru

Stati Membri oħra (kollha minbarra l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja) (1).

Stokk

PRA/N3L.

Speċi

Gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis)

Żona

NAFO 3L

Data

14.1.2011


(1)  Bl-eċċezzjoni tal-Istati Membri li kisbu kwota individwali permezz ta’ trasferiment jew skambju.


21.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 592/2011

tal-20 ta’ Ġunju 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

57,8

MK

31,8

TR

55,0

ZZ

48,2

0707 00 05

TR

95,0

ZZ

95,0

0709 90 70

TR

112,7

ZZ

112,7

0805 50 10

AR

62,8

BR

40,6

TR

69,2

ZA

93,7

ZZ

66,6

0808 10 80

AR

119,6

BR

80,2

CL

84,5

CN

80,9

NZ

99,1

UY

98,4

ZA

89,8

ZZ

93,2

0809 10 00

TR

158,2

ZZ

158,2

0809 20 95

TR

358,7

XS

382,4

ZZ

370,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


21.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 593/2011

tal-20 ta’ Ġunju 2011

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2011 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS (dwar l-OKS Unika)) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 tal-14 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2011 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2011 għal ċerti kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2011 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu 1.7.2011-30.9.2011

(f’%)

P1

09.4067

3,187595

P3

09.4069

0,592805


21.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 594/2011

tal-20 ta’ Ġunju 2011

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ġunju 2011 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għal ċerti prodotti fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 539/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2011 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2011 għal ċerti kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2011 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 128, 16.5.2007, p. 19.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.7.2011-30.9.2011

(%)

E2

09.4401

66,666666


21.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 595/2011

tal-20 ta’ Ġunju 2011

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ġunju 2011 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel 7 ijiem tax-xahar ta’ Ġunju 2011 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2011 jaqbżu, għal ċerti kwoti, il-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2011 skont ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.7.2011-30.9.2011

(f’%)

1

09.4410

0,413737

3

09.4412

0,438216

4

09.4420

0,491886

5

09.4421

12,658227

6

09.4422

0,510209


DEĊIŻJONIJIET

21.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Ġunju 2011

dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fi Franza

(2011/355/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), b’mod partikolari l-Artikolu 25 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (2), b’mod partikolari l-Artikolu 20 u l-Kapitolu 4 tal-Anness tagħha,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-effetti ġuridiċi tal-atti tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona huma ppreservati sakemm dawk l-atti jiġu mħassra, annullati jew emendati fl-implimentazzjoni tat-Trattati.

(2)

Għaldaqstant, l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI huwa applikabbli u l-Kunsill għandu jiddeċiedi unanimament jekk l-Istati Membri implimentawx id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI jipprevedi li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandhom jittieħdu abbazi ta’ rapport ta’ evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju. Fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta’ data f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jiġi bbażat fuq żjara ta’ evalwazzjoni u eżerċizzju pilota.

(4)

F’konformità mal-Kapitolu 4, punt 1.1, tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta’ data u għandu jintwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti tad-data.

(5)

Franza kkompletat il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju ta’ data dattiloskopika.

(6)

Franza wettqet b’suċċess eżerċizzju pilota ma’ Spanja, il-Ġermanja u l-Lussemburgu.

(7)

Fi Franza saret żjara ta’ evalwazzjoni u ġie prodott rapport dwar iż-żjara ta’ evalwazzjoni mill-iskwadra ta’ evalwazzjoni Spanjola/Ġermaniża/Lussemburgiża u ntbagħat lill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

(8)

Rapport ta’ evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sintesi tar-riżultati tal-kwestjonarju, iż-żjara ta’ evalwazzjoni u l-eżerċizzju pilota dwar l-iskambju ta’ data dattiloskopika ġie ppreżentat lill-Kunsill,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ tfittxija awtomatizzata tad-data dattiloskopika, Franza implimentat bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 9 ta’ dik id-Deċiżjoni mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

PINTÉR S.


(1)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12.


21.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Ġunju 2011

li taħtar ħames membri Sloveni u tliet membri supplenti Sloveni tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2011/356/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Sloven,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Saru vakanti s-siġġijiet ta’ ħames membri tal-Kumitat tar-Reġjuni wara tmiem il-mandati tas-Sur Aleš ČERIN, is-Sinjura Irena MAJCEN, is-Sinjura Jasmina VIDMAR, is-Sur Franci VOVK u s-Sur Anton Tone SMOLNIKAR. Wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Jure MEGLIČ, is-Sur Siniša GERMOVŠEK u s-Sinjura Darja DELAČ FELDA, saru vakanti s-siġġijiet ta’ tliet membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jispiċċa fil-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membri:

Is-Sur Peter BOSSMAN, župan občin Piran

Is-Sur Mitja MERŠOL, član občinskega sveta MO Ljubljana

Is-Sinjura Andreja POTOČNIK, podžupanja občine Tržič

Dr Ivan ŽAGAR, župan občine Slovenska Bistrica

Is-Sinjura Barbara ŽGAJNER TAVŠ, podžupanja občine Trbovlje

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sinjura Ladislava FURLAN, podžupanja občine Logatec

Is-Sur Anton KOKALJ, član občinskega sveta občine Vodice

Is-Sinjura Tanja VINDIŠ FURMAN, članica občinskega sveta MO Maribor.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

FELLEGI T.


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


21.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/357/PESK

tal-20 ta’ Ġunju 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (1).

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja, għandhom jiġu imposti miżuri restrittivi addizzjonali.

(3)

Barra minn hekk, għandhom jiġu inklużi aktar persuni u entitajiet fuq il-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi kif tidher fl-Anness IIIA għad-Deċiżjoni 2010/639/PESK.

(4)

Id-Deċiżjoni 2010/639/PESK għandha tiġi emendatakif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/639/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

1.

It-titolu tad-Deċiżjoni 2010/639/PESK għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja”.

2.

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 3a

1.   Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ armi u ta’ materjal relatat ta’ kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta’ rikambju għal dawk imsemmijin hawn fuq, kif ukoll tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, lill-Bjelorussja minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew permezz ta’ bastimenti jew inġenji tal-ajru bil-bandiera tagħhom, huma pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom jew le.

2.   Huma pprojbiti:

(a)

il-forniment, dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ tali oġġetti, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Bjelorussja;

(b)

il-forniment, dirett jew indirett, ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tali oġġetti, jew għall-forniment ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu, fil-Bjelorussja;

(ċ)

il-parteċipazzjoni, xjentement u intenzjonalment, f’attivitajiet, li l-objettiv jew l-effett tagħhom tkun l-evażjoni tal-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) jew (b).

Artikolu 3b

1.   L-Artikolu 3a mgħandux japplika għal:

(a)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir militari li ma joqtolx, jew ta’ tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għall-programmi tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u l-Unjoni għat-tiswir ta’ istituzzjonijiet, jew għal operazzjonijiet tal-UE u tan-NU ta’ maniġġar ta’ kriżijiet;

(b)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ vetturi mhux tal-ġlied li ġew manifatturati jew mgħammra b’materjali biex jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv ta’ persunal tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fil-Bjelorussja;

(ċ)

il-forniment ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħrajn relatati ma’ tali tagħmir, jew ma’ tali programmi u operazzjonijiet;

(d)

il-forniment ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma’ tali tagħmir jew ma’ tali programmi u operazzjonijiet,

bil-kondizzjoni li tali esportazzjonijiet u assistenza jkunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti rilevanti.

2.   Il-paragrafu 3a m’għandux japplika għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket kontra l-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn il-Bjelorussja minn persunal tan-NU, minn persunal tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, minn rappreżentanti tal-media u ħaddiema umanitarji u dawk li jaħdmu fl-iżvilupp u persuni assoċjati esklussivament għall-użu personali tagħhom.”.

Artikolu 2

Il-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jiżdiedu mal-lista li tidher fl-Anness IIIA tad-Deċiżjoni 2010/639/PESK.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 280, 26.10.2010, p. 18.


ANNESS

Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 2

A.   Persuni

 

Ismijiet

Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Bjelorussa)

Ismijiet

(ortografija Russa)

Post u data tat-twelid, informazzjoni oħra ta' identifikazzjoni

(numru tal-passaport…)

Raġunijiet

1

Andrey Kazheunikau

Andrey Kozhevnikov

Андрэй Кажэўнiкаў

Андрей Кожевников

 

Prosekutur pubbliku tal-kawża kontra l-ex-kandidati presidenzjali Vladimir Neklyaev, Vitaly Rimashevsky, il-membri tat-tim tal-kampanja ta' Neklyaev, Andrei Dmitriev, Aleksandr Feduta u Sergei Vozniak, kif ukoll il-Viċi President tal-Young Front, Anastasia Polozhanka. L-akkuża ppreżentata minnu kellha motivazzjoni politika ċara u kienet ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. Hija kienet ibbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, mhux sostnuta b'evidenza, provi u testimonjanzi tax-xhieda.

2

Grachova, Liudmila

(Grachova, Ludmila; Grachova Lyudmila)

Gracheva Liudmila

(Gracheva Lyudmila; Grachiova Ludmila)

Грачова Людмiла

Грачева Людмила

 

Imħallef tal-Qorti Distrettwali Leninski ta' Minsk. Hija ttrattat il-kawża tal-ex-kandidati presidenzjali Nikolai Statkevich u Dmitri Uss, kif ukoll l-attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili Andrei Pozniak, Aleksandr Klaskovski, Aleksandr Kvetkevich, Artiom Gribkov u Dmitri Bulanov. Il-mod tagħha kif mexxiet il-proċess kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. Hija ħalliet l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi rrilevanti għall-persuni akkużati.

3

Chubkavets Kiril

Chubkovets Kirill

Чубкавец Кiрыл

Чубковец Кирилл

 

Prosekutur pubbliku tal-kawża kontra l-ex-kandidati presidenzjali Nikolai Statkevich u Dmitri Uss, kif ukoll l-attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili Andrei Pozniak, Aleksandr Klaskovski, Aleksandr Kvetkevich, Artiom Gribkov u Dmitri Bulanov. L-akkuża ppreżentata minnu kellha motivazzjoni politika ċara u kienet ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. Hija kienet ibbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, mhux sostnuta b'evidenza, provi u testimonjanzi tax-xhieda.

4

Peftiev Vladimir

Peftiev Vladimir Pavlovich

Пефцiеў Уладзiмiр Паўлавiч

Пефтиев Владимир Павлович

Imwieled fl-1 ta' Lulju 1957 fil-belt ta' Berdyansk, Zaporozhskaya Oblast, Ukraina

Numru tal-passaport attwali: MP2405942

Persuna assoċjata mal-President Lukashenko u l-familja tiegħu. Konsulent ekonomiku ewlieni tal-President Lukashenko u sponsor finanzjarju prinċipali tar-reġim ta' Lukashenko. President tal-Kunsill tas-Sidien tal-Ishma ta' Beltechexport, l-akbar kumpanija ta' importazzjoni u esportazzjoni ta' prodotti tad-difiża fil-Bjelorussja


B.   Entitajiet

 

Ismijiet

Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Bjelorussa)

Ismijiet

(ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1

Beltechexport

 

ЗАО “Белтехэкспорт”

Repubblika tal-Bjelorussja,

220012, Minsk,

Nezavisimost ave., 86-B

Tel: (+375 17) 263-63-83,

Fax: (+375 17) 263-90-12

Entità kkontrollata mis-Sur Peftiev Vladimir

2

Sport-Pari

(Operatur tal-Kumpannija tal-Lotterija Repubblikana)

 

ЗАО “Спорт-пари” (оператор республиканской лотереи)

 

Entità kkontrollata mis-Sur Peftiev Vladimir

3

Private Unitary Enterprise (PUE) BT Telecommunications

 

частное унитарное предприятие ЧУП “БТ Телекоммуникации”

 

Entità kkontrollata mis-Sur Peftiev Vladimir


21.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/29


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Ġunju 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2009/719/KE li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programm ta’ monitoraġġ annwali tagħhom tal-BSE

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 4194)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/358/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSEs) fl-annimali. Dan jirrikjedi li kull Stat Membru jwettaq programm annwali ta’ monitoraġġ għat-TSEs skont l-Anness III għal dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula li l-programmi annwali ta’ monitoraġġ għandhom ikopru bħala minimu ċerti subpopolazzjonijiet ta’ annimali bovini msemmijin fl-Artikolu 6 tiegħu. Dawk is-subpopolazzjonijiet għandhom jinkludu l-annimali bovini kollha li għandhom aktar minn 24 jew 30 xahar; bl-età massima tiddependi mill-kategoriji elenkati fil-punti 2.1, 2.2 u 3.1 tal-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament.

(3)

L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/719/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programm ta’ monitoraġġ annwali tagħhom tal-BSE (2), jelenka 17-il Stat Membru li huma awtorizzati jirrevedu l-programm ta’ monitoraġġ annwali tagħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 999/2001. Dik il-lista tinkludi l-Istati Membri kollha li kienu Membri tal-Unjoni qabel l-1 ta’ Mejju 2004, kif ukoll is-Slovenja u Ċipru.

(4)

Fid-9 ta’ Diċembru 2010, il-Bord dwar il-Perikli Bijoloġiċi (BIOHAZ) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adotta opinjoni xjentifika dwar aġġornament ieħor, it-tieni wieħed, fuq ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali relatat mar-reviżjoni tal-iskema tal-Monitoraġġ tal-BSE f’xi Stati Membri (3) (l-opinjoni tal-EFSA tad-9 ta’ Diċembru 2010). Għall-opinjoni tal-EFSA tad-9 ta’ Diċembru 2010, il-BIOHAZ intalab janalizza d-dejta disponibbli għas-17-il Stat Membru elenkati fid-Deċiżjoni 2009/719/KE u tmien Stati Membri oħra. Il-BIOHAZ assuma li l-25 Stat Membru kollha kienu implimentaw għal mill-inqas sitt snin sistema ta’ sorveljanza u miżuri ta’ kontroll għall-BSE, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 999/2001. L-opinjoni tal-EFSA tad-9 ta’ Diċembru 2010 tikkonferma li l-epidemija tal-BSE kienet qed tonqos fis-17-il Stat Membru elenkati fid-Deċiżjoni 2009/719/KE.

(5)

L-opinjoni tal-EFSA tad-9 ta’ Diċembru 2010 tikkonkludi wkoll li jekk il-limitu ta’ età għall-ittestjar tal-BSE jiżdied għal 72 xahar fil-baqar maqtula b’saħħithom, huwa mistenni li inqas minn każ klassiku wieħed tal-BSE jgħaddi mingħajr ma wieħed jinduna bih fl-2011. Barra minn hekk, l-opinjoni tikkonkludi li jekk l-ittestjar tal-BSE għall-baqar maqtula b’saħħithom jieqaf mill-1 ta’ Jannar 2013, inqas minn każ klassiku wieħed tal-BSE jgħaddi mingħajr ma wieħed jinduna bih f’kull sena kalendarja mill-2013 ‘il quddiem. Wieħed jista’ jikkonkludi minn din is-sejba li r-riskju għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jkun negliġibbli jekk l-ittestjar tal-BSE attwali jiġi adattat kif xieraq.

(6)

Meta jitqiesu l-konklużjonijiet tal-opinjoni tal-EFSA tad-9 ta’ Diċembru 2010, l-etajiet tal-kategoriji tal-annimali bovini għandhom jiżdiedu għall-annimali li huma koperti mill-programmi annwali ta’ monitoraġġ riveduti tal-Istati Membri elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2009/719/KE. Għalhekk, l-Istati Membri li ġew awtorizzati li jirrevedu l-programmi annwali ta’ monitoraġġ tagħhom għandhom jingħataw l-għażla li japplikaw pjanijiet ta’ teħid ta’ kampjuni alternattivi iżda effettivi indaqs filwaqt li jadattaw irwieħhom għas-sitwazzjoni epidemjoloġika mill-1 ta’ Jannar 2013 ‘il quddiem.

(7)

Fir-rigward tat-tmien Stati Membri li mhumiex elenkati fid-Deċiżjoni 2009/719/KE, l-opinjoni tal-EFSA tad-9 ta’ Diċembru 2010 tikkonkludi li s-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-BSE klassika hija differenti għal grupp ta’ ħames Stati Membri li huma l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija u Malta u grupp ieħor li huwa magħmul minn tliet Stati Membri, li huma r-Repubblika Ċeka, il-Polonja u s-Slovakkja.

(8)

Fil-grupp ta’ ħames Stati Membri, l-ebda każ ta’ BSE ma ġie skopert mill-implimentazzjoni sħiħa tas-sistema ta’ sorveljanza tal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2004, u s-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-BSE klassika għandha titqies bħala “mill-inqas ekwivalenti” għal dik tas-17-il Stat Membru elenkati fid-Deċiżjoni 2009/719/KE. Għalhekk, għal dak il-grupp ta’ 22 Stat Membru għandha tiġi applikata skema ta’ ttestjar simili billi s-sitwazzjoni epidemjoloġika hija simili bejniethom kollha.

(9)

Barra minn hekk, l-opinjoni tal-EFSA tad-9 ta’ Diċembru 2010 tikkonkludi li x-xejra tal-epidemija tal-BSE klassika fir-Repubblika Ċeka, il-Polonja u s-Slovakkja turi żewġ żidiet f’daqqa fl-inċidenza tal-BSE klassika għal kull koorti tat-twelid u fl-età medja tal-każijiet klassiċi tal-BSE skoperti. Din it-tieni tendenza ta’ żieda f’daqqa tikkomprometti l-istabbiliment ta’ xebħ ċar bejn ix-xejra tal-epidemija tal-BSE klassika fis-17-il Stat Membru diġà elenkati fid-Deċiżjoni 2009/719/KE u dan il-grupp ta’ tliet Stati Membri. Għal dawn it-tliet Stati Membri, l-opinjoni tikkonkludi li bħalissa ma jkunx informattiv li wieħed jagħmel stima tal-għadd ta’ każijiet tal-BSE klassika mhux skoperti jekk l-età tal-ittestjar tinbidel f’dan il-grupp.

(10)

Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Latvja ppreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(11)

Fis-16 ta’ Ġunju 2010, l-Estonja ppreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(12)

Fis-7 ta’ Ottubru 2010, il-Litwanja ppreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(13)

Fil-21 ta’ Ottubru 2010, il-Lussemburgu ppreżenta applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tiegħu ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(14)

Fis-27 ta’ Ottubru 2010, il-Ġermanja ppreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(15)

Fl-24 ta’ Novembru 2010, il-Greċja ppreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(16)

Fis-26 ta’ Novembru 2010, is-Slovenja ppreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(17)

Fit-30 ta’ Novembru 2010, l-Isvezja ppreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(18)

Fit-13 ta’ Diċembru 2010, Spanja ppreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(19)

Fit-13 ta’ Diċembru 2010, il-Belġju ppreżenta applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tiegħu ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(20)

Fit-13 ta’ Diċembru 2010, il-Finlandja ppreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(21)

Fl-14 ta’ Diċembru 2010, id-Danimarka ppreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(22)

Fil-15 ta’ Diċembru 2010, ir-Renju Unit ippreżenta applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tiegħu ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(23)

Fil-15 ta’ Diċembru 2010, l-Awstrija ppreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(24)

Fl-20 ta’ Diċembru 2010, l-Irlanda ppreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(25)

Fit-23 ta’ Diċembru 2010, il-Portugall ippreżenta applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tiegħu ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(26)

Fil-5 ta’ Jannar 2011, Ċipru ppreżenta applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tiegħu ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(27)

Fit-13 ta’ Jannar 2011, l-Italja ppreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(28)

Fit-18 ta’ Jannar 2011, il-Pajjiżi l-Baxxi ppreżentaw applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħhom ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(29)

Fid-19 ta’ Jannar 2011, Franza ppreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(30)

Fil-11 ta’ Frar 2011, l-Ungerija ppreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(31)

Fl-14 ta’ Frar 2011, Malta ppreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(32)

L-applikazzjonijiet ippreżentati minn dawk it-22 Stat Membru nstabu li kienu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha għar-reviżjoni tal-programmi annwali ta’ monitoraġġ stabbiliti fl-Artikolu 6(1b) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u stipulati fil-punt 7 tal-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III tiegħu. Għalhekk, dawn għandhom jiġu awtorizzati jirrevedu l-programmi annwali tagħhom ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(33)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 706/73 tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 1973 li jikkonċerna l-arranġamenti tal-Komunità applikabbli għaċ-Channel Islands u l-Isle of Man għal kummerċ fi prodotti agrikoli (4) jistipula li għandhom japplikaw il-leġiżlazzjoni veterinarja u dik dwar l-ikel tal-Unjoni, taħt kundizzjonijiet fiċ-Channel Islands u l-Isle of Man li huma l-istess bħall-kundizzjonijiet tar-Renju Unit, għall-prodotti agrikoli importati f’dawk il-gżejjer jew esportati minnhom lejn l-Unjoni. Madankollu, id-Deċiżjoni 2009/719/KE attwalment ma tapplikax għall-gżejjer minħabba li r-Renju Unit ma pprovdiex id-dejta rilevanti meta din id-Deċiżjoni ġiet adottata.

(34)

Ir-Renju Unit issa pprovda d-dejta rilevanti li tikkonċerna s-sitwazzjoni epidemjoloġika u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-BSE fiċ-Channel Islands u l-Isle of Man. Dik id-dejta turi li s-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-BSE f’dawk il-gżejjer hija simili għal dik tar-Renju Unit u li r-rekwiżiti kollha rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 6(1b) u stipulati fil-punt 7 tal-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma ssodisfati. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2009/719/KE għandha tapplika għal dawk il-gżejjer.

(35)

Sussegwentement, fil-15 ta’ Frar 2011, il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ppreżenta opinjoni pożittiva dwar abbozz ta’ Deċiżjoni li temenda d-Deċiżjoni 2009/719/KE li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programmi ta’ monitoraġġ annwali tagħhom tal-BSE. Dak l-abbozz ta’ Deċiżjoni li, madankollu, għadu ma ġiex adottat mill-Kummissjoni, jawtorizza lit-22 Stat Membru japplikaw skema ta’ ttestjar tal-BSE riveduta u armonizzta mill-1 ta’ Lulju 2011.

(36)

Fit-13 ta’ April 2011, l-EFSA adottat opinjoni xjentifika fuq ir-reviżjoni dwar ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali marbuta mar-reviżjoni tal-iskema ta’ monitoraġġ tal-BSE fi tliet Stati Membri tal-UE (5). Dik l-opinjoni tikkonkludi li bid-dejta addizzjonali ta’ sena oħra ta’ riżultati ta’ monitoraġġ, jiġifieri d-dejta għall-2010, il-mudell użat juri li l-fiduċja fil-previżjonijiet tal-għadd ta’ każijiet għall-koorti mill-2000 għar-Repubblika Ċeka, il-Polonja u s-Slovakkja żdiedet b’mod sostanzjali. Minħabba dan u abbażi tar-riżultati tal-analiżi mwettqa, l-EFSA kkonkludiet li t-tnaqqis fl-epidemija tal-BSE issa huwa konsiderevoli f’dawn it-tliet Stati Membri.

(37)

L-opinjoni tal-EFSA tat-13 ta’ April 2011 tikkonkludi wkoll li jekk il-limitu ta’ età għall-ittestjar tal-BSE jiżdied għal 72 xahar fil-baqar maqtula b’saħħithom, huwa mistenni li inqas minn każ klassiku wieħed tal-BSE jgħaddi mingħajr ma wieħed jinduna bih fl-2012. Wieħed jista’ jikkonkludi minn din is-sejba li r-riskju għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jkun negliġibbli jekk l-ittestjar tal-BSE attwali jiġi adattat kif xieraq.

(38)

Fl-10 ta’ Frar 2011, ir-Repubblika Ċeka ppreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(39)

Fil-15 ta’ Frar 2011, is-Slovakkja ppreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(40)

Fis-26 ta’ April 2011, il-Polonja ppreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(41)

L-applikazzjonijiet ippreżentati minn dawk it-tliet Stati Membri nstabu li kienu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha għar-reviżjoni tal-programmi annwali ta’ monitoraġġ stabbiliti fl-Artikolu 6(1b) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u stipulati fil-punt 7 tal-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III tiegħu. Għaldaqstant, dawn għandhom jiġu awtorizzati jirrevedu l-programmi tagħhom ta’ monitoraġġ annwali tal-BSE u l-iskema ta’ ttestjar tal-BSE f’dawn it-tliet Stati Membri għandha tiġi armonizzata ma’ dik li kisbet opinjoni pożittiva mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-15 ta’ Frar 2011.

(42)

Fid-dawl taċ-ċirkustanzi ġodda li rriżultaw wara l-vot, l-abbozz ta’ Deċiżjoni li fil-15 ta’ Frar 2011 kiseb l-opinjoni pożittiva tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, ma għandux jiġi adottat u għandu jiġi ppreżentat abbozz ġdid ta’ Deċiżjoni li testendi d-dispożizzjonijiet li diġà ġew ivvotati għar-Repubblika Ċeka, il-Polonja u l-Islovakkja, għall-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

(43)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/719/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(44)

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2011 sabiex jingħata biżżejjed żmien lill-Istati Membri biex jallinjaw il-proċeduri ta’ monitoraġġ tal-BSE tagħhom mal-emendi magħmula fid-Deċiżjoni 2009/719/KE permezz ta’ din id-Deċiżjoni.

(45)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2009/719/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 2

1.   Il-programmi annwali ta’ monitoraġġ riveduti għandhom japplikaw biss għall-annimali bovini li jitwieldu fl-Istati Membri elenkati fl-Anness u għandhom ikopru mill-inqas il-kategoriji li ġejjin:

(a)

l-annimali bovini kollha ta’ aktar minn 72 xahar soġġetti għal qtil normali għall-konsum mill-bniedem, jew maqtula fil-kuntest ta’ kampanja għall-qerda ta’ marda iżda li ma juru l-ebda sinjal kliniku ta’ mard, kif imsemmi fil-punt 2.2 tal-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(b)

l-annimali bovini kollha ta’ aktar minn 48 xahar soġġetti għal qtil ta’ emerġenza jew b’osservazzjonijiet fi spezzjoni ante mortem kif imsemmi fil-punt 2.1 tal-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(c)

l-annimali bovini kollha ta’ aktar minn 48 xahar, kif imsemmi fil-punt 3.1 tal-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament, li mietu jew inqatlu iżda li ma kinux:

(i)

maqtula biex jinqerdu skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 716/96 (*1),

(ii)

maqtula fil-kuntest ta’ epidemija, bħal dik tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer;

(iii)

maqtula għall-konsum mill-bniedem.

2.   Meta annimali bovini li jagħmlu parti mill-kategoriji msemmija fil-paragrafu 1 u li twieldu f’wieħed mill-Istati Membri elenkati fl-Anness jiġu ttestjati għall-BSE fi Stat Membru ieħor, għandhom japplikaw il-limiti ta’ età għall-ittestjar li jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru fejn isiru t-testijiet.

3.   B’deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, mill-1 ta’ Jannar 2013, l-Istati Membri elenkati fl-Anness jistgħu jiddeċiedu li jittestjaw kampjun annwali minimu biss tas-subpopolazzjonijiet imsemmija f’dak il-punt.

(*1)  ĠU L 99, 20.4.1996, p. 14.”"

(2)

L-Anness għandu jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2011.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 256, 29.9.2009, p. 35.

(3)  The EFSA Journal 2010; 8(12):1946.

(4)  ĠU L 68, 15.3.1973, p. 1.

(5)  The EFSA Journal 2011; 9(4):2142.


ANNESS

“ANNESS

Lista ta’ Stati Membri u territorji awtorizzati jirrevedu l-programmi ta’ monitoraġġ annwali tagħhom tal-BSE

Il-Belġju

Ir-Repubblika Ċeka

Id-Danimarka

Il-Ġermanja

L-Estonja

L-Irlanda

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Italja

Ċipru

Il-Latvja

Il-Litwanja

Il-Lussemburgu

L-Ungerija

Malta

Il-Pajjiżi l-Baxxi

L-Awstrija

Il-Polonja

Il-Portugall

Is-Slovakkja

Is-Slovenja

Il-Finlandja

L-Isvezja

Ir-Renju Unit u ċ-Channel Islands u l-Isle of Man”.


Rettifika

21.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/34


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/332/UE tas-7 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta għall-ikkupjar u l-karta grafika

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 149, tat-8 ta’ Ġunju 2011 )

F’paġna 12, fit-titolu:

minflok:

“Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta għall-ikkupjar u l-karta grafika

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 3751)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/332/UE)”,

aqra:

“Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta għall-ikkupjar u l-karta grafika

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 3751)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/333/UE)”.