ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.156.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 156

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
15 ta' Ġunju 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 564/2011 tal-14 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 565/2011 tal-14 ta' Ġunju 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/339/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Mejju 2011 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari, 1999

5

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/340/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2011 tal-Kunsill ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni UE-Kroazja tal-5 ta’ Mejju 2011 li temenda l-Protokoll 4 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti ta’ oriġini u metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva

7

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK tal-14 ta’ Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire ( ĠU L 11, 15.1.2011 )

12

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

15.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 156/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 564/2011

tal-14 ta’ Ġunju 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

90,3

MK

36,4

TR

93,0

ZZ

73,2

0707 00 05

TR

100,7

ZZ

100,7

0709 90 70

TR

110,0

ZZ

110,0

0805 50 10

AR

73,4

CL

79,9

TR

63,4

ZA

91,5

ZZ

77,1

0808 10 80

AR

82,2

BR

79,7

CL

92,8

CN

90,6

NZ

114,2

US

178,7

UY

57,1

ZA

88,5

ZZ

98,0

0809 10 00

TR

117,9

ZZ

117,9

0809 20 95

XS

221,4

ZZ

221,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


15.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 156/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 565/2011

tal-14 ta' Ġunju 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 549/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)   ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)   ĠU L 148, 7.6.2011, p. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-15 ta’ Ġunju 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

47,19

0,00

1701 11 90  (1)

47,19

0,75

1701 12 10  (1)

47,19

0,00

1701 12 90  (1)

47,19

0,45

1701 91 00  (2)

50,36

2,36

1701 99 10  (2)

50,36

0,00

1701 99 90  (2)

50,36

0,00

1702 90 95  (3)

0,50

0,22


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

15.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 156/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Mejju 2011

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari, 1999

(2011/339/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 214(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Komunità Ewropea kkonkludiet il-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari, 1999 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/421/KE (1). Il-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari ġiet estiża permezz ta’ diversi deċiżjonijiet tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari.

(2)

Il-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari attwali tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2011 u l-kwistjoni tat-tiġdid ser tkun indirizzata fis-sessjoni tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari f’Ġunju 2011.

(3)

Skont l-Artikolu XXV(b) tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari, l-estensjoni tagħha hija kkondizzjonali għall-fatt li tibqa’ fis-seħħ, għat-tul tal-istess perijodu ta’ estensjoni, il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taż-Żrieragħ, 1995. Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taż-Żrieragħ tibqa’ fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2011 u l-Unjoni, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/224/UE (2), ħadet il-pożizzjoni, fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali dwar iż-Żrieragħ, favur l-estensjoni tagħha. L-estensjoni tagħha għandha tiġi deċiża mill-Kunsill Internazzjonali dwar iż-Żrieragħ fis-6 ta’ Ġunju 2011.

(4)

Fis-sessjoni tiegħu numru 103, fl-14 ta’ Diċembru 2010, il-membri tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari qablu li l-kwistjoni dwar l-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari ser tiġi kkunsidrata aktar qrib id-data tal-iskadenza tagħha. L-Unjoni ħadet il-pożizzjoni li ser taħdem sabiex tieħu deċiżjoni f’Ġunju 2011 dwar il-futur tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari u li n-negozjati formali għandhom jibdew direttament mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni formali li ser tkun ikkomunikata f’Ġunju 2011.

(5)

Il-membri tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari qablu wkoll li jibdew il-proċess formali ta’ negozjar mill-ġdid tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari, b’sensiela ta’ sessjonijiet ta’ negozjar.

(6)

L-għan tal-Unjoni hu li l-membri tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari jiffinalizzaw in-negozjar mill-ġdid tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari u li jintlaħaq qbil dwar test ġdid għall-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari qabel is-sessjoni tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari f’Ġunju 2011.

(7)

L-Unjoni għandha tipprepara pożizzjoni komuni għas-sessjoni tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari f’Londra f’Ġunju 2011 għal żewġ xenarji alternattivi possibbli kif ġej:

(a)

in-negozjar mill-ġdid tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari mill-membri tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari jilħaq stadju finali qabel is-sessjoni tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari f’Ġunju 2011, u dak il-każ estensjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari għal sena oħra tkun l-aktar mezz xieraq biex jiġi evitat vojt bejn il-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari eżistenti u d-dħul fis-seħħ ta’ Konvenzjoni ġdida; jew

(b)

in-negozjar mill-ġdid tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari ma jkunx laħaq stadju finali qabel is-sessjoni tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari f’Ġunju 2011, u f’dak il-każ estensjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari għal sena oħra ma tkunx xierqa, u l-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, għandha topponi formalment li jitfaċċa kunsens fil-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari, skont ir-Regola 13 tar-Regoli ta’ Proċedura skont il-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari 1999, favur estensjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari.

(8)

Il-kwistjoni dwar jekk in-negozjar mill-ġdid tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari jkunx wasal fi stadju finali jew le għandha tiġi vvalutata qabel is-sessjoni tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari f’Ġunju 2011 mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar l-Għajnuna Umanitarja u l-Għajnuna Alimentari (COHAFA), li, għan-negozjati dwar il-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari, iservi bħala l-Kumitat msemmi fl-Artikolu 218(4) tat-Trattat.

(9)

Il-Kummissjoni, li tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari, għandha għalhekk jew tiffavorixxi estensjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari għal sena waħda, jiġifieri sat-30 ta’ Ġunju 2012, jew topponi kunsens fil-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari li jkun jiffavorixxi tali estensjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari għandha tkun dik li jew

(a)

tivvota favur estensjoni ulterjuri tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari għal perijodu ta’ sena, jiġifieri sat-30 ta’ Ġunju 2012, bil-kondizzjoni li n-negozjar mill-ġdid ta’ dik il-Konvenzjoni jkun fi stadju finali qabel is-sessjoni tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari f’Ġunju 2011, u bil-kondizzjoni li l-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taż-Żrieragħ, 1995 tibqa’ fis-seħħ matul l-istess perijodu ta’ estensjoni; jew

(b)

topponi, jew in-negozjar mill-ġdid tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari ma jkunx laħaq stadju finali qabel is-sessjoni tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari f’Ġunju 2011, li jitfaċċa kunsens fil-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari, skont ir-Regola nru 13 tar-Regoli tal-Proċedura skont il-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari 1999, favur estensjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni b’dan hija awtorizzata li tesprimi din il-pożizzjoni fi ħdan il-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

NYITRAI Zs.


(1)   ĠU L 163, 4.7.2000, p. 37.

(2)   ĠU L 94, 8.4.2011, p. 28.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

15.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 156/7


DEĊIŻJONI Nru 1/2011 TAL-KUNSILL TA’ STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI UE-KROAZJA

tal-5 ta’ Mejju 2011

li temenda l-Protokoll 4 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti ta’ oriġini” u metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva

(2011/340/UE)

IL-KUNSILL TA’ STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI UE-KROAZJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja min-naħa l-oħra (1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 39 tal-Protokoll 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikoli 3 u 4 tal-Protokoll 4 tal-Ftehim jipprevedi kumulazzjoni bilaterali tal-oriġini fl-Unjoni Ewropea jew fil-Kroazja.

(2)

Il-Kroazja talbet li takkumula l-oriġini meta tinkorpora materjali li joriġinaw fl-Unjoni, fil-Kroazja jew fi kwalukwe pajjiż jew territorju ieħor li jipparteċipa fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni (2) jew tinkorpora il-materjali li joriġinaw mit-Turkija li għalihom id-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija tat-22 ta’ Diċembru 1995 (3) tapplika (4).

(3)

Sabiex jippermettu lill-Unjoni u lill-Kroazja li jibbenefikaw miż-żona estiża ta’ kumulazzjoni, id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4 tal-Ftehim għandhom ikunu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll 4 tal-Ftehim b’dan huwa emendat kif ġej:

(1)

Dan li ġej jiżdied mal-Werrej:

“Anness V:

Prodotti esklużi mill-kumulazzjoni prevista fl-Artikolu 3 u l-Artkolu 4”.

(2)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Kumulazzjoni fil-Komunità

1.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1), il-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li joriġinaw fil-Komunità jekk dawn il-prodotti jinkisbu hemmhekk, li jinkorporaw materjali li joriġinaw fil-Kroazja, fil-Komunità jew fi kwalunkwe pajjiż jew teritorju li jipparteċipa fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (*1), jew li jinkorporaw materjali li joriġinaw fit-Turkija li għalihom tapplika d-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija tat-22 ta’ Diċembru 1995 (*2), sakemm il-ħidma jew l-ipproċessar imwettaq fil-Komunità jmur lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7. M’għandux ikun meħtieġ li dawk il-materjali jkunu għaddew minnħidma jew ipproċessar suffiċjenti.

2.   Meta l-ħidma jew l-ipproċessar imwettaq fil-Komunità ma jkunx imur lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7, il-prodott miksub għandu jiġi kkunsidrat bħala li joriġina fil-Komunità biss meta l-valur miżjud ikun akbar mill-valur tal-materjali użati li joriġinaw fi kwalnukwe wieħed mill-pajjiżi jew it-territorji l-oħra msemmija fil-paragrafu 1. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-prodott miksub għandu jkun ikkunsidrat bħala li joriġina fil-pajjiż li minnu jkun ġej l-ogħla valur tal-materjali oriġinarji użati fil-manifattura fil-Komunità.

3.   Il-prodotti li joriġinaw f’wieħed mill-pajjiżi jew mit-territorji msemmija fil-paragrafu 1, li ma jkunux soġġetti għal ħidma jew ipproċessar fil-Komunità, iżommu l-oriġini tagħhom jekk jiġu esportati f’wieħed minn dawn il-pajjiżi jew territorji.

4.   Il-kumulazzjoni prevista f’dan l-Artikolu tista’ tiġi applikata biss jekk:

(a)

ikun applikabbli ftehim ta’ kummerċ preferenzjali skont l-Artikolu XXIV tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) bejn il-pajjiżi jew it-territorji involuti fl-akkwist ta’ status ta’ oriġini u l-pajjiż ta’ destinatazzjoni;

(b)

materjali u prodotti jkunu kisbu status ta’ oriġini bl-applikazzjoni ta’ regoli ta’ oriġini identiċi ma’ dawk mogħtija f’dan il-Protokoll;

u

(c)

avviżi li jindikaw it-twettiq tar-rekwiżiti meħtieġa għall-applikazzjoni tal-kumulazzjoni jkunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje C) u fil-Kroazja skont il-proċeduri tagħha.

Il-kumulazzjoni prevista f’dan l-Artikolu għandha tapplika mid-data indikata fl-avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje C).

Il-Komunità għandha tipprovdi lill-Kroazja, permezz tal-Kummissjoni Ewropea, bid-dettalji tal-istrumenti ta’ Ftehim u r-regoli ta’ oriġini li jikkorrispondu għalihom, li huma applikati mal-pajjiżi jew it-territorji l-oħra msemmija fil-paragrafu 1.

Il-prodotti fl-Anness V għandhom ikunu esklużi mill-kumulazzjoni prevista f’dan l-Artikolu.

(*1)  Kif definit fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali f’April 1997 u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Mejju 1999 dwar l-istabbiliment tal-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent."

(*2)  Id-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija tat-22 ta’ Diċembru 1995 tapplika għal prodotti minbarra prodotti agrikoli kif definit fil-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija u minbarra l-prodotti tal-faħam u l-azzar kif definiti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-kummerċ fil-prodotti koperti mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.” "

(3)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Kumulazzjoni fil-Kroazja

1.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(2), il-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li joriġinaw fil-Kroazja jekk tali prodotti jinkisbu hemmhekk, jinkorporaw materjali li joriġinaw fil-Komunità, fil-Kroazja jew fi kwalunkwe pajjiż jew territorju li jipparteċipa fil-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (*3), jew li jinkorporaw materjali li joriġinaw fit-Turkija li għalihom tapplika d-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija tat-22 ta’ Diċembru 1995 (*4), sakemm il-ħidma jew l-ipproċessar imwettaq fil-Korazja jmur lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7. M’għandux ikun meħtieġ li dawk il-materjali jkunu għaddew minn ħidma jew ipproċessar suffiċjenti.

2.   Meta l-ħidma jew l-ipproċessar imwettaq fil-Kroazja ma jkunx imur lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7, il-prodott miksub għandu jiġi kkunsidrat bħala li joriġina fil-Kroazja biss meta l-valur miżjud ikun akbar mill-valur tal-materjali użati li joriġinaw fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi jew it-territorji l-oħra msemmija fil-paragrafu 1. Jekk dan ma jkunx hekk, il-prodott miksub għandu jkun ikkunsidrat bħala li joriġina fil-pajjiż fejn ikun ġie l-aktar valur għoli ta’ materjali oriġinarji użati fil-manifattura fil-Kroazja.

3.   Il-prodotti, li joriġinaw f’wieħed mill-pajjiżi jew mit-territorji msemmija fil-paragrafu 1, li ma jkunux soġġetti għal ħidma jew ipproċessar fil-Kroazja, iżommu l-oriġini tagħhom jekk jiġu esportati f’wieħed minn dawn il-pajjiżi jew territorji.

4.   Il-kumulazzjoni prevista f’dan l-Artikolu tista’ tiġi applikata biss jekk:

(a)

ikun applikabbli ftehim ta’ kummerċ preferenzjali skont l-Artikolu XXIV tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) bejn il-pajjiżi jew it-territorji involuti fl-akkwist ta’ status ta’ oriġini u l-pajjiż ta’ destinatazzjoni;

(b)

materjali u prodotti jkunu kisbu status ta’ oriġini bl-applikazzjoni ta’ regoli ta’ oriġini identiċi ma’ dawk mogħtija f’dan il-Protokoll;

u

(c)

avviżi li jindikaw it-twettiq tar-rekwiżiti meħtieġa għall-applikazzjoni tal-kumulazzjoni jkunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje C) u fil-Kroazja skont il-proċeduri tagħha stess.

Il-kumulazzjoni prevista f’dan l-Artikolu għandha tapplika mid-data indikata fl-avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje C).

Il-Kroazja għandha tipprovdi lill-Komunità, permezz tal-Kummissjoni Ewropea, bid-dettalji tal-istrumenti ta’ Ftehim, inklużi d-dati tad-dħul fis-seħħ tagħhom, u r-regoli ta’ oriġini li jikkorrispondu għalihom, li huma applikati mal-pajjiżi jew it-territorji l-oħra msemmija fil-paragrafu 1.

Il-prodotti fl-Anness V għandhom ikunu esklużi mill-kumulazzjoni prevista f’dan l-Artikolu.

(*3)  Kif definit fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali f’April 1997 u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' Mejju 1999 dwar l-istabbiliment tal-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent."

(*4)  Id-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija tat-22 ta’ Diċembru 1995 tapplika għal prodotti minbarra prodotti agrikoli kif definit fil-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija u minbarra l-prodotti tal-faħam u l-azzar kif definiti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-kummerċ fil-prodotti koperti mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.” "

(4)

L-Artikolu 7(1)(m) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(m)

taħlit sempliċi ta’ prodotti, kemm jekk ta’ tipi differenti kif ukoll jekk le; it-taħlit ta’ zokkor ma’ kwalunkwe tip ieħor ta’ materjal;”

(5)

L-Artikolu 13(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   It-trattament preferenzjali previst minn dan il-Ftehim japplika biss għal prodotti, li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan il-Protokoll, li huma ttrasportati direttament bejn il-Komunità u l-Kroazja jew li jgħaddu minn pajjiżi jew territorji oħra msemmija fl-Artikoli 3 u 4. Madankollu, prodotti li jiffurmaw konsenja waħda jistgħu jkunu trasportati minn territorji oħrajn u, jekk ikun il-każ, trasbordati jew maħżuna temporanjament f’tali territorji, bil-kondizzjoni li jibqgħu taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet doganali fil-pajjiż fejn isiru t-transitu jew il-ħażna u ma jsirux operazzjonijiet fuqhom għajr ħatt, tagħbija mill-ġdid jew kwalunkwe operazzjoni maħsuba sabiex tippriservahom f’kondizzjoni tajba.

Il-prodotti ta’ oriġini jistgħu jiġu ttrasportati permezz ta’ pajp li jgħaddi minn territorju li mhuwiex dak tal-Komunità jew tal-Kroazja.”

(6)

L-Artikolu 14(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Prodotti ta’ oriġini, li jintbagħtu għal wirja f’pajjiż jew territorju li mhuwiex wieħed minn dawk msemmija fl-Artikoli 3 u 4 u li jinbiegħu wara l-wirja sabiex jiġu importati fil-Komunità jew fil-Kroazja għandhom, meta jiġu importati, igawdu mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim bil-kondizzjoni li jintwera għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali li:

(a)

dawn il-prodotti mill-Komunità jew mill-Kroazja ġew ikkonsenjati fil-pajjiż fejn tinżamm il-wirja u ġew eżibiti hemmhekk minn esportatur;

(b)

dak l-esportatur bigħ il-prodotti, jew iddispona minnhom b’xi mod ieħor, lil persuna fil-Komunità jew fil-Kroazja;

(c)

il-prodotti jkunu ġew ikkunsinnati matul il-wirja jew immedjatament wara li tingħalaq fl-Istat fejn ikunu ntbagħtu għall-wiri;

u

(d)

il-prodotti ma jkunux, minn meta jkunu ġew ikkonsenjati għall-wiri, intużaw għal xi skop minbarra dak li jintwerew fil-wirja.”

(7)

L-Artikolu 15(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Materjali li ma joriġinawx li huma użati fil-manifattura ta’ prodotti li joriġinaw fil-Komunità, fil-Kroazja jew f’wieħed mill-pajjiżi jew territorji msemmija fl-Artikoli 3 u 4 li għalihom inħarġet jew saret prova ta’ oriġini skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V m’għandhomx ikunu soġġetti, fil-Komunità jew fil-Kroazja, għal rifużjoni jew għa -eżenzjoni minn dazji doganali ta’ kwalunkwe tip.”

(8)

L-Artikolu 17(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Għandu jinħareġ ċertifikat ta’ moviment EUR 1 mill-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru tal-Komunità jew tal-Kroazja jekk il-prodotti konċernati jistgħu jkunu kkunsidrati bħala prodotti li joriġinaw fil-Komunità, fil-Kroazja jew f’wieħed mill-pajjiżi jew territorji oħra msemmija fl-Artikoli 3 u 4 u jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra ta’ dan il-Protokoll.”

(9)

L-Artikolu 22(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Tista’ tiġi magħmula dikjarazzjoni ta’ fattura jekk il-prodotti kkonċernati jistgħu jkunu kkunsidrati bħala prodotti li joriġinaw fil-Komunità, fil-Kroazja jew f’wieħed mill-pajjiżi jew territorji l-oħra msemmija fl-Artikoli 3 u 4 u jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra ta’ dan il-Protokoll.”

(10)

L-Artikolu 28 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 28

Dokumenti ta’ sostenn

Id-dokumenti msemmija fl-Artikoli 17(3) u 22(3) użati għall-iskop li jagħtu prova li l-prodotti koperti b’ċertifikat ta’ moviment EUR.1 jew b’dikjarazzjoni ta’ fattura jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fil-Komunità, fil-Kroazja jew f’wieħed mill-pajjiżi jew territorji l-oħra msemmija fl-Artikoli 3 u 4 u li jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra ta’ dan il-Protokoll, jistgħu jikkonsistu, inter alia, f’dawn li ġejjin:

(a)

evidenza diretta tal-ipproċessar imwettaq mill-esportatur jew mill-fornitur sabiex jikseb l-oġġetti kkonċernati, li jinsabu pereżempju fil-kontijiet jew fiż-żamma tal-kotba interni tal-esportatur jew tal-fornitur;

(b)

dokumenti li jippruvaw l-istatus ta’ oriġini tal-materjali użati, maħruġa jew magħmula fil-Komunità jew fil-Kroazja fejn dawn id-dokumenti jintużaw skont il-liġi domestika;

(c)

dokumenti li jippruvaw ix-xogħol jew l-ipproċessar tal-materjali fil-Komunità jew fil-Kroazja, maħruġa jew magħmula fil-Komunità jew fil-Kroazja, fejn dawn id-dokumenti jintużaw skont il-liġi domestika;

(d)

ċertifikati ta’ moviment EUR.1 jew dikjarazzjonijiet ta’ fattura li jagħtu prova tal-istatus tal-materjali użati bħala materjali li joriġinaw, maħruġa jew magħmula fil-Komunità jew fil-Kroazja skont dan il-Protokoll, jew f’wieħed mill-pajjiżi jew territorji msemmija fl-Artikoli 3 u 4, skont regoli ta’ oriġini li huma identiċi għar-regoli f’dan il-Protokoll;

(e)

evidenza xierqa dwar il-ħidma jew l-ipproċessar li twettaq barra mill-Komunità jew mill-Kroazja b’applikazzjoni tal-Artikolu 12, li tagħti prova li r-rekwiżiti ta’ dak l-Artikolu ġew sodisfatti.”

(11)

L-Artikolu 31(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22(1)(b) u l-Artikolu 27(3) f’każijiet fejn il-prodotti huma ffaturati f’munita li mhijiex l-euro, l-ammonti fil-muniti nazzjonali tal-Istati Membri tal-Komunità, tal-Kroazja u tal-pajjiżi l-oħra msemmija fl-Artikoli 3 u 4 li huma ekwivalenti għall-ammonti espressi f’euro għandhom jiġu stabbiliti kull sena minn kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati.”

(12)

L-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huwa miżjud mal-Protokoll 4 tal-Ftehim bħala Anness V.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Kroazja

Il-President

C. ASHTON


(1)   ĠU L 26, 28.1.2005, p. 3.

(2)  Kif definit fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali tad-29 ta’ April 1997 u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Mejju 1999 dwar il-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għall-pajjiżi tal-Ewropa tax-Xlokk - il-Bosnja u Ħerżegovina, il-Kroazja, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja, dik li kienet ir-Repubblika Jogoslava tal-Maċedonja u l-Albanija.

(3)   ĠU L 35, 13.2.1996, p. 1.

(4)  Id-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar l-implimentazzjoni tal-aħħar fażi tal-Unjoni Doganali tapplika għal prodotti minbarra prodotti agrikoli kif definit fil-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija (ĠU 217, 29.12.1964, p. 3687/64), u minbarra l-prodotti tal-faħam u l-azzar kif definiti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-kummerċ fil-prodotti koperti mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (ĠU L 227, 7.9.1996, p. 3).


ANNESS

“ANNESS V

PRODOTTI ESKLUŻI MILL-KUMULAZZJONI PREVISTA FL-ARTIKOLU 3 U FL-ARTKOLU 4

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

1704 90 99

Prodotti tal-ħelu taz-zokkor, li ma jkunx fihom kawkaw.

1806 10 30

1806 10 90

Ċikkulata u preparati oħra tal-ikel li fihom il-kawkaw

trab tal-kawkaw, li fih zokkor jew xi sustanza oħra ta’ ħlewwa miżjuda:

– –

b’65 % jew aktar, iżda anqas minn 80 %, bil-piż, ta’ sukrożju (inkluż zokkor maqlub muri bħala sukrożju) jew iżoglukożju muri bħala sukrożju

– –

Bi 80 % jew aktar, bħala piż, ta’ sukrożju (inkluż zokkor maqlub muri bħala sukrożju) jew isoglukożju muri bħala sukrożju

1806 20 95

Preparati oħra fi blokkok jew ċangaturi jew biċċiet li jiżnu aktar minn 2 kg jew f’forma likwida, pasta, trab, granulat jew xi forma oħra fi kwantità f’kontenituri jew ippakkjati għall-konsum, b’kontenut ta’ aktar minn 2 kg

– –

Oħrajn

– – –

Oħrajn

1901 90 99

Estratt tax-xgħir, preparati ta’ ikel mid-dqiq, ħafur, nuħħala, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma jkunx fihom kawkaw jew li fihom anqas minn 40 %, bil-piż, kawkaw ikkalkulat fuq bażi kompletament bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra; preparati tal-ikel tal-prodotti tal-intestaturi 0401 sa 0404 , li ma fihomx kawkaw jew li fihom anqas minn 5 %, bil-piż, kawkaw ikkalkulat kompletament bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra

Oħrajn

– –

Oħrajn (ħlief estratt tax-xgħir)

– – –

Oħrajn

2101 12 98

Preparati oħra b’bażi ta’ kafé.

2101 20 98

Preparati oħra b’bażi ta’ té jew maté.

2106 90 59

Preparati tal-ikel mhux imsemmija jew inklużi band’oħra

Oħrajn

– –

Oħrajn

2106 90 98

Preparati tal-ikel mhux imsemmija jew inklużi band’oħra:

Oħrajn (minbarra konċentrati ta’ proteina u sustanzi ta’ proteina b’konsistenza)

– –

Oħrajn

– – –

Oħrajn

3302 10 29

Taħlit ta’ sustanzi bir-riħa u taħlit (inklużi soluzzjonijiet alkoħoliċi) b’bażi ta’waħda jew aktar minn dawn is-sustanzi, tat-tip użati bħala materja prima fl-industrija; preparati oħrajn ibbażati fuq sustanzi bir-riħa, tat-tip użati għall-manifattura ta’ xarbiet:

Tat-tip użat fl-industriji tal-ikel jew tax-xorb

– –

Tat-tip użat fl-industriji tax-xarbiet:

– – –

Preparati li fihom l-aġenti kollha li jagħtu t-togħma li jikkaratterizzaw xarba:

– – – –

B’saħħa alkoħolika attwali bil-volum aktar minn 0,5 %

– – – –

Oħrajn:

– – – – –

Li ma fihomx xaħmijiet tal-ħalib, sukrożju, isoglukożju, glukożju jew lamtu jew li, bil-piż, fihom anqas minn 1,5 % xaħmijiet tal-ħalib, 5 % sukrożju jew isoglukożju, 5 % glukożju jew lamtu

– – – – –

Oħrajn”


Rettifika

15.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 156/12


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK tal-14 ta’ Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 11, tal-15 ta’ Jannar 2011 )

Paġna 36, premessa (5)

Flok:

“(5)

Fil-14 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/17/PESK (3) …”

Aqra:

“(5)

Fil-11 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/17/PESK (3) …”.