ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.149.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 149

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
8 ta' Ġunju 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 550/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ċertu restrizzjonijiet applikabbli għall-użu ta’ krediti internazzjonali minn proġetti li jinvolvu gassijiet industrijali ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 551/2011 tal-31 ta’ Mejju 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-linarda fl-ilmijiet internazzjonali u tal-UE taż-żoni Vb, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera Ġermaniża

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 552/2011 tal-1 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd taċ-ċinturin iswed (Aphanopus carbo) fl-ilmijiet internazzjonali u tal-UE taż-żoni V, VI, VII u XII minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

6

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 553/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

8

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/332/PESK tas-7 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

10

 

 

2011/333/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta għall-ikkupjar u l-karta grafika (notifikata bid-dokument numru C(2011) 3751)  ( 1 )

12

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

8.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 550/2011

tas-7 ta’ Ġunju 2011

li jiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ċertu restrizzjonijiet applikabbli għall-użu ta’ krediti internazzjonali minn proġetti li jinvolvu gassijiet industrijali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 11a(9) tagħha,

Billi:

(1)

L-għan aħħari tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (United Nations Framework Convention on Climate Change (UNFCCC)), li kienet approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE tal-15 ta’ Diċembru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kambjamenti tal-Klima [it-Tibdil fil-Klima] (2), huwa li tinkiseb stabbilizzazzjoni fil-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra fl-atmosfera fuq livell li jipprevjeni interferenza perikoluża antropoġenika fis-sistema tal-klima. Sabiex jintlaħaq dak l-għan, iż-żieda fit-temperatura medja ġenerali kumplessiva tal-wiċċ ma għandhiex tkun iktar minn 2 °C mil-livelli preindustrijali kif approvat mill-Konferenza dwar it-Tibdil fil-Klima li saret f’Kankun f’Diċembru 2010 u l-“Ftehim ta’ Kopenħaġen”. L-aħħar rapport ta’ Valutazzjoni tal-Bord Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (Intergovernmental Panel on Climate Change (IPCC)), juri li, sabiex jintlaħaq dan il-għan, l-emissjonijiet globali ta’ gassijiet b’effett ta’ serra għandhom jilħqu l-quċċata tal-limitu sal-2020. Dan jimplika żieda fl-isforzi globali mill-pajjiżi emittenti ewlenin kollha.

(2)

Jekk irridu negħlbu din l-isfida, is-swieq tal-karbonju għandu jkollhom irwol ewlieni. Se jippermettulna nilħqu l-miri tagħna b’inqas spejjeż u se jippromwovu ambizzjoni ikbar. Barra minn hekk, is-swieq tal-karbonju jistgħu jkunu mod effikaċi biex ikunu trasferiti finanzi għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw u se jgħinuna nilħqu l-pakkett finanzjarju internazzjonali ta’ USD 100 biljun miftiehem f’Kopenħagen. Dan se jirrikjedi żieda fl-iskala ta’ mekkaniżmi eżistenti, inkluża r-riforma tal-Mekkaniżmu għall-Iżvilupp Nadif (Clean Development Mechanism (CDM)) biex jiżdied l-użu ta’ linjibażi standardizzati u l-ħolqien ta’ mekkaniżmi tas-suq ġodda.

(3)

Il-Protokoll ta’ Kjoto li kien approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE tal-25 ta’ April 2002 dwar l-approvazzjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta’ Kjoto għall-Konvenzjoni Kwadru [Qafas] tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt tal-obbligi tiegħu (3), stabbilixxa l-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għal 39 Parti għall-perjodu 2008-12, u stabbilixxa żewġ mekkaniżmi għall-ħolqien ta’ krediti internazzjonali li l-Partijiet jistgħu jużaw biex jiskambjaw emissjonijiet. L-Implimentazzjoni Konġunta (Joint Implementation (JI)) tipprovdi għall-ħolqien ta’ unitajiet tat-tnaqqis tal-emissjonijiet (emission reduction units (ERUs)), filwaqt li s-CDM jipprovdi għall-ħolqien ta’ tnaqqis iċċertifikat ta’ emissjonijiet (certified emission reductions (CERs)).

(4)

JI u CDM huma hekk imsejħa mekkaniżmi purament għall-iskambju, li permezz tagħhom, tunnellata ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra toħloq id-dritt ta’ tunnellata emissjonijjiet ta’ gass f’post ieħor. Filwaqt li sistemi bħal dawn ġeneralment jgħinu fit-tnaqqis tal-kost tat-tnaqqis tal-emissjonijiet globali u jippermettu azzjoni f’pajjiżi fejn huwa iktar kost-effiċjenti, huma ma jassistux fl-isforzi għat-tnaqqis neċessarji biex jagħmlu progress lejn il-mira ta’ 2 °C.

(5)

Sabiex it-tisħin globali jinżamm inqas minn 2 °C, l-Unjoni ħadet il-pożizzjoni li impenji mill-pajjiżi industrijalizzati għandhom ikunu kkumplimentati minn azzjoni ta’ mitigazzjoni xierqa mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari dawk l-iktar avvanzati. Fl-istess ħin, għandu jkun żviluppat suq internazzjonali wiesa’ tal-karbonju li jista’ jipprovdi t-tnaqqis globali neċessarju b’mod effiċjenti, meta l-krediti internazzjonali huma ġġenerati għal tnaqqis tal-emissjonijiet miksub inqas minn punt ta’ riferiment li huwa stabbilit inqas minn emissjonijiet ipprojjettati fin-nuqqas ta’ miżuri ta’ tnaqqis. Dan jirrikjedi azzjoni ta’ mitigazzjoni xierqa mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Filwaqt li l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi l-inqas żviluppati fis-CDM għandha tkun imsaħħa, pajjiżi li qed jiżviluppaw iktar avvanzati għandhom gradwalment jersqu lejn parteċipazzjoni f’mekkaniżmi tas-suq settorjali u fl-aħħar mill-aħħar f’sistemi ta’ limiti massimi u skambji (4).

(6)

Il-parteċipazzjoni fil-JI u s-CDM hija voluntarja, bħad-deċiżjonijiet li jippermettu l-użu ta’ krediti fis-sistemi tal-iskambju tal-emissjonijiet. Għalhekk, hemm distinzjoni bejn krediti li jistgħu jkunu ġġenerati u krediti li l-firmatarji tal-Protokoll ta’ Kjoto setgħu ddeċidew li jużaw skont il-leġiżlazzjoni domestika tagħhom. Għal dan l-għan, id-Direttiva 2003/87/KE diġà eskludiet l-użu ta’ unitajiet b’ammont assenjat, u d-Direttiva 2004/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill (5) ippermettiet l-użu ta’ ċertu krediti JI u CDM b’restrizzjonijiet armonizzati dwar l-użu ta’ krediti internazzjonali minn proġetti nukleari, dwar l-użu tal-art u l-forestrija, u sakemm l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-operaturi li jużaw ċertu kwantitajiet ta’ tipi oħra ta’ krediti internazzjonali. Id-Direttiva 2003/87/KE tipprovdi għal dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni armonizzati li għandhom ikunu adottati għal restrizzjonijiet dwar l-użu ta’ krediti internazzjonali.

(7)

L-użu ta’ krediti internazzjonali minn proġetti li jinvolvu trifluworometan (HFC-23) u ossidu tan-nitrat (N2O) mill-produzzjoni tal-aċidu adipiku, (minn issa ‘l quddiem “proġetti industrijali dwar il-gass”), għandu jkun limitat. Dan huwa konsistenti mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru 2009 li jħeġġu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, speċjalment dawk iktar avvanzati, biex jieħdu azzjoni ta’ mitigazzjoni xierqa. Il-maġġoranza l-kbira tal-proġetti industrijali dwar il-gass jinsabu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw aktar avvanzati b’kapaċitajiet suffiċjenti biex huma stess jiffinanzjaw dak it-tnaqqis irħis u d-dħul miksub minn dawk il-proġetti fil-passat għandu jkun biżżejjed biex jiffinanzjahom. L-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet tal-użu għall-krediti tal-gass industrijali, b’mod partikolari jekk segwiti minn deċiżjonijiet rispettivi fil-livelli internazzjonali, għandhom jikkontribwixxu biex tintlaħaq distribzzjoni ġeografika iktar bilanċjata tal-benefiċċji tal-mekkaniżmi stabbiliti mill-Protokoll ta’ Kyoto.

(8)

Il-proġetti industrijali dwar il-gass iqajmu tħassib ambjentali. Rati ta’ benefiċċju eċċezzjonalment għoljin mill-qerda tal-HFC-23 għandhom il-konsegwenza li jistimulaw it-tkomplija tal-produzzjoni u l-użu tal-klorodifluworometan (HCFC-22), sustanza qawwija li tagħmel ħsara lill-ożonu u li toħloq il-gass b’effett ta’ serra, f’impjanti reġistrati fil-livell massimu permess mill-metodoloġija tal-attività tal-proġett. Konsegwentement, il-produzzjoni tal-HCFC-22 tista’ tkun ogħla milli kieku kienet tkun fin-nuqqas ta’ attivitajiet tal-proġett. Dan ixekkel l-‘Aġġustament ta’ Montreal tal-2007 dwar il-Produzzjoni u l-Konsum ta’ HCFCs’ taħt il-Protokoll ta’ Montreal dwar is-Sustanzi li Jagħmlu Ħsara lill-Faxx tal-Ożonu (6), sabiex tkun stabbilita l-eliminazzjoni mgħaġġla tal-HCFC-22 għal użu li mhux għalf. Dan huwa inkonsistenti wkoll mal-iffinanzjar tal-Istati Membri għall-eliminazzjoni tal-produzzjoni tal-HCFC-22 permezz ta’ kontribuzzjonijiet għall-fond multilaterali taħt il-Protokoll ta’ Montreal. Dawn ir-rati ta’ benefiċċji għoljin jirriżultaw f’distorzjonijiet tal-inċentivi ekonomiċi u l-kompetizzjoni u f’tibdiliet fil-produzzjoni minn produtturi tal-aċidu adipiku stabbiliti fl-Unjoni għal produtturi reġistrati f’pajjiżi terzi. It-trattament ħafna iktar favorevoli tal-produtturi tal-aċidu adipiku li qed jipparteċipaw fil-mekkaniżmi ta’ Kjoto milli dawk li se jidħlu fl-iskema tal-Unjoni mill-2013, se jżidu r-riskju ta’ tibdil simili fil-produzzjoni u żieda netta fl-emissjonijiet globali. Sabiex jitnaqqsu d-distorzjonijiet tal-inċentivi ekonomiċi u l-kompetizzjoni u sabiex ikun evitat l-iskular tal-emissjonijiet tal-gass b’effett serra, ir-restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ dawn il-krediti internazzjonali huma ġġustifikati.

(9)

Il-krediti internazzjonali mill-proġetti industrijali dwar il-gass ma jikkontribwixxux għat-trasferiment tat-teknoloġija jew għat-trasformazzjoni neċessarja fuq tul ta’ żmien twil ta’ sistemi tal-enerġija fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. It-tnaqqis ta’ dawn il-gassijiet industrijali permezz tal-JI jew tas-CDM ma jikkontribwixxix għat-tnaqqis tal-emissjonijiet globali bl-iktar mod effiċjenti, minħabba li l-benefiċċji għoljin mill-iżviluppaturi tal-proġett ma jintużawx għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

(10)

L-applikazzjoni tar-restrizzjonjiet tal-użu sħiħ ta’ krediti speċifiċi hija pprovduta fl-Artikolu 11a(9) tad-Direttiva 2003/87/KE. Xieraq li din ir-restrizzjoni tkun applikata fil-każ ta’ proġetti industrijali dwar il-gass. Restrizzjoni sħiħa tal-użu hija l-aħjar mod kif tkun eliminata kompetizzjoni mhux mixtieqa u konsegwenzi ambjentali ta’ dawk il-krediti, biex titjieb il-kost-effettività tat-tnaqqis tal-emissjonijiet globali u l-prestazzjoni ambjentali tas-suq tal-karbonju billi jkunu nkoraġġiti investimenti baxxi fil-karbonju.

(11)

Skont l-Artikolu 11a(9) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-miżuri pprovduti f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2013 li, skont dak l-Artikolu huwa iktar minn sitt xhur u inqas minn tliet snin mid-data tal-adozzjoni tiegħu. L-użu ta’ krediti industrijali dwar il-gass għall-obbligi ta’ konformità matul l-2012 mhux affettwat minn dawn il-miżuri.

(12)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għat-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Jannar 2013, l-użu ta’ krediti internazzjonali minn proġetti li jinvolvu l-qerda tat-trifluworometan (HFC-23) u l-ossidu tan-nitrat (N2O) mill-produzzjoni tal-aċidu adipiku għall-iskopijiet tal-Artikolu 11a tad-Direttiva 2003/87/KE huwa pprojbit, minbarra l-użu ta’ krediti fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet qabel l-2013 minn proġetti eżistenti ta’ dawn it-tipi għal użu fir-rigward ta’ emissjonijiet minn installazzjonijiet ETS tal-UE li seħħew matul l-2012 li għandhom ikunu awtorizati sat-30 ta’ April 2013 inklużiv.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)   ĠU L 33, 7.2.1994, p. 11.

(3)   ĠU L 130, 15.5.2002, p. 1.

(4)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill, Preparamenti għas-16-il Konferenza tal-Partijiet tal-UNFCCC, Cancun (29.11-10.12.2010), it-3036 laqgħa tal-Kunsill għall-Ambjent, il-Lussemburgu 14.10.2010 u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill għall-Konferenza ta’ Kopenħagen dwar it-Tibdil fil-Klima (7-18.12.2009) l-2968 laqgħa tal-Kunsill għall-Ambjent, il-Lussemburgu l-21 ta’ Ottubru 2009 approvat mill-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Brussell tad-29/30 ta’ Ottubru 2009.

(5)   ĠU L 338, 13.11.2004, p. 18.

(6)  Il-Protokoll ta’ Montreal dwar Sustanzi li Jagħmlu Ħsara lill-Faxx tal-Ożonu kif aġġustat u emendat mid-19-il Laqgħa tal-Partijiet dwar il-Protokoll ta’ Montreal (Settembru 17-21 2007).


8.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 551/2011

tal-31 ta’ Mejju 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-linarda fl-ilmijiet internazzjonali u tal-UE taż-żoni Vb, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera Ġermaniża

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2011.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd tal-2011 għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament u allokata lill-Istat Membru msemmi fih għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 24, 27.01.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

9/T&Q

Stat membru

IL-ĠERMANJA

Stokk

BLI/5B67-

Speċi

Linarda (Molva dypterygia)

Żona

L-ilmijiet internazzjonali u tal-UE taż-żoni Vb, VI, VII

Data

21.4.2011


8.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 552/2011

tal-1 ta’ Ġunju 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd taċ-ċinturin iswed (Aphanopus carbo) fl-ilmijiet internazzjonali u tal-UE taż-żoni V, VI, VII u XII minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1225/2010 tat-13 ta’ Diċembru 2010 li jiffissa għall-2011 u l-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond (2), jistipula kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd tal-2011 għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament u allokata lill-Istat Membru msemmi fih għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 336, 21.12.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

10/T&Q

Stat membru

Il-Ġermanja

Stokk

BSF/56712-

Speċi

Ċinturin iswed (Aphanopus carbo)

Żona

L-ilmijiet internazzjonali u tal-UE taż-żoni V, VI, VII u XII

Data

21.4.2011


8.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 553/2011

tas-7 ta’ Ġunju 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

TR

110,0

ZZ

110,0

0707 00 05

TR

125,5

ZZ

125,5

0709 90 70

TR

118,7

ZZ

118,7

0709 90 80

EC

18,6

ZZ

18,6

0805 50 10

AR

78,9

BR

36,6

TR

63,4

ZA

79,4

ZZ

64,6

0808 10 80

AR

88,9

BR

75,9

CA

142,4

CL

88,5

CN

91,2

NZ

116,0

US

92,5

UY

50,2

ZA

95,4

ZZ

93,4

0809 10 00

TR

214,0

ZZ

214,0

0809 20 95

TR

392,6

XS

175,4

ZZ

284,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

8.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/332/PESK

tas-7 ta’ Ġunju 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-28 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1).

(2)

Id-Deċiżjoni 2011/137/PESK għandha tiġi emendata sabiex jittieħed kont ta’ arranġamenti speċifiċi għal miżuri restrittivi applikabbli għall-awtoritajiet tal-port.

(3)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Libja, għandhom jiġu inklużi entitajiet addizzjonali fil-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi mniżżla fl-Anness IV tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK jiżdied il-paragrafu li ġej:

“2a.   Il-projbizzjoni li jitqiegħdu fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni tal-persuni jew l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(b), safejn hi applika għall-awtoritajiet tal-port, ma għandhiex timpedixxi l-eżekuzzjoni, sal-15 ta’ Lulju 2011, ta’ kuntratti konklużi qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, ħlief għal kuntratti relatati maż-żejt, gass u prodotti raffinati.”

Artikolu 2

L-entitajiet elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness IV tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)   ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53.


ANNESS

Entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Awtorità portwarja ta' Tripli

Awtorità Portwarja: Socialist Ports Company (fir-rigward tal-operat tal-port ta' Tripli)

Tel +218 21 43946

Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Qadhafi

7.06.2011

2.

Awtorità portwarja ta' Al Khoms

Awtorità Portwarja: Socialist Ports Company (fir-rigward tal-operat tal-port ta' Tripli)

Tel +218 21 43946

Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Qadhafi

7.06.2011

3.

Awtorità portwarja ta' Brega

 

Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Qadhafi

7.06.2011

4.

Awtorità portwarja ta' Ras Lanuf

Awtorità Portwarja: Veba Oil Operations BV

Indirizz: PO Box 690

Tripli, Libja

Tel: +218 21 333 0081

Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Qadhafi

7.06.2011

5.

Awtorità portwarja ta' Zawia

 

Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Qadhafi

7.06.2011

6.

Awtorità portwarja ta' Zuwara

Awtorità Portwarja: Awtorità Portwarja ta' Zuara

PO Box 648

Port Affaris and Marine Transport

Tripli

Libja

Tel +218 25 25305

Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Qadhafi

7.06.2011


8.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Ġunju 2011

dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta għall-ikkupjar u l-karta grafika

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 3751)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/332/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista’ tingħata lil dawk il-prodotti b’impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi li kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għandhom ikunu stabbiliti skont il-gruppi tal-prodotti.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/554/KE (2) stabbilixxiet il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati għall-karta għall-ikkupjar u l-karta grafika. Wara l-analiżi tal-kriterji stabbiliti f’dik id-Deċiżjoni, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/741/KE (3) stabbilixxiet kriterji riveduti li huma validi sat-30 ta’ Ġunju 2011.

(4)

Dawk il-kriterji ġew analizzati aktar fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi. Fid-dawl tal-analiżi, huwa xieraq li tiġi modifikata d-definizzjoni tal-grupp ta’ prodotti u jiġu stabbiliti kriterji ekoloġiċi ġodda. Dawk il-kriterji l-ġodda, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u verifika, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(5)

Id-Deċiżjoni 2002/741/KE għandha tiġi sostitwita għal raġunijiet ta’ ċarezza.

(6)

Għandu jitħalla perjodu tranżizzjonali għall-produtturi li l-prodotti tagħhom ikunu ngħataw l-Ekotikketta għall-karta tal-ikkupjar u l-karta grafika abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2002/741/KE, biex ikollhom żmien suffiċjenti sabiex jadattaw il-prodotti tagħhom sabiex jikkonformaw mal-kriterji u r-rekwiżiti riveduti. Il-produtturi għandhom ukoll ikunu jistgħu jippreżentaw applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2002/741/KE jew tal-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni sakemm tiskadi l-validità ta’ dik id-Deċiżjoni.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-grupp ta’ prodotti “karta għall-ikkupjar u karta grafika” għandu jinkludi folji jew rollijiet ta’ karta vojta mhux stampata u mhux konvertita, u kartonċin mhux konvertit sa piż bażi ta’ 400 gm/m2.

2.   Ma għandux jinkludi karta tal-gazzetti, karta termalment sensittiva, karta fotografika u karta mingħajr karbonju, karta tal-imballaġġ u tat-tgeżwir kif ukoll karta bil-fwieħa.

Artikolu 2

Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, għandha tapplika d-definizzjoni li ġejja:

“fibri rriċiklati” tfisser fibri ddevjati mill-kurrent ta’ skart waqt proċess ta’ manifattura jew iġġenerati mid-djar jew minn faċilitajiet kummerċjali, industrijali u istituzzjonali fir-rwol tagħhom bħala utenti finali tal-prodott, li ma jkunux jistgħu jintużaw aktar għall-iskop maħsub tagħhom. Huwa eskluż l-użu mill-ġdid ta’ materjali ġġenerati fi proċess u li jistgħu jerġgħu jiġu reklamati fl-istess proċess li jkun iġġenerahom (karti mqattgħa mill-fabbriki tal-karti (mill broke) – prodotti minnhom stess jew mixtrija).

Artikolu 3

Sabiex jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, oġġett ta’ karta għall-ikkupjar u karta grafika jrid ikun jaqa’ fil-grupp ta’ prodotti “karta għall-ikkupjar u karta grafika” kif iddefinit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u għandu jikkonforma mal-kriterji kif ukoll mar-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u verifika stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Il-kriterji għall-grupp ta’ prodotti “karta għall-ikkupjar u karta grafika”, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u verifika, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Għal skopijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-“karta għall-ikkupjar u karta grafika” għandu jkun “011”.

Artikolu 6

Id-Deċiżjoni 2002/741/KE hija rrevokata.

Artikolu 7

1.   B’deroga mill-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu fil-grupp ta’ prodotti “karta għall-ikkupjar u karta grafika” li jiġu sottomessi qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni 2002/741/KE.

2.   L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu fil-grupp ta’ prodotti “karta għall-ikkupjar u karta grafika” li jiġu sottomessi mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni iżda mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011 jistgħu jkunu bbażati jew fuq il-kriterji stipulati fid-Deċiżjoni 2002/741/KE jew fuq il-kriterji stipulati f’din id-Deċiżjoni.

Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li fuqhom ikunu bbażati.

3.   Fejn l-Ekotikketta tal-UE tingħata abbażi ta’ applikazzjoni evalwata skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2002/741/KE, dik l-Ekotikketta tal-UE tista’ tintuża għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)   ĠU L 210, 10.8.1999, p. 16.

(3)   ĠU L 237, 5.9.2002, p. 6.


ANNESS

QAFAS

L-għanijiet tal-kriterji

Il-kriterji għandhom l-għan, b’mod partikolari, li jnaqqsu l-iskariki ta’ sustanzi tossiċi jew ewtrofiċi fl-ilma, inaqqsu l-ħsara ambjentali jew ir-riskji relatati mal-użu tal-enerġija (tisħin globali, aċidifikazzjoni, tnaqqis tal-ożonu, tnaqqis tar-riżorsi mhux rinnovabbli) billi jitnaqqsu l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet relatati fl-arja, jitnaqqsu l-ħsara ambjentali jew ir-riskji relatati mal-użu ta’ sustanzi kimiċi perikolużi u jiġu applikati prinċipji ta’ ġestjoni sostenibbli sabiex jitħarsu l-foresti.

KRITERJI

Dawn il-kriterji huma stabbiliti għal kull wieħed mill-aspetti li ġejjin:

1.

Emissjonijiet fl-ilma u fl-arja

2.

Użu tal-enerġija

3.

Fibri: ġestjoni sostenibbli tal-foresti

4.

Sustanzi kimiċi perikolużi

5.

Immaniġġjar tal-iskart

6.

Adegwatezza għall-użu

7.

Informazzjoni fuq l-imballaġġ

8.

Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta

Il-kriterji ekoloġiċi jkopru l-produzzjoni tal-polpa li tinkludi s-sottoproċessi kostitwenti kollha mill-punt li fih il-fibra verġni/materja prima rriċiklata tidħol fil-fabbrika, sal-punt meta l-polpa toħroġ mill-fabbrika tal-polpa. Għall-proċessi ta’ produzzjoni tal-karta, il-kriterji ekoloġiċi jkopru s-sottoproċessi kollha mit-taħbit tal-polpa (diżintegrazzjoni tal-karta rriċiklata) sat-tkebbib tal-karta fuq ir-rombli.

Il-kriterji ekoloġiċi ma jkoprux it-trasport, il-konverżjoni u l-imballaġġ tal-polpa, il-karta jew il-materja prima mhumiex inklużi.

Rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika

Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u verifika huma indikati f’kull kriterju.

Fejn l-applikant ikun meħtieġ li jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżijiet, rapporti ta’ testijiet, jew evidenza oħra li turi konformità mal-kriterji, huwa mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mingħand l-applikant u/jew il-fornitur(i) u/jew il-fornitur(i) tagħhom, kif ikun xieraq.

Fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta’ ttestjar differenti minn dawk indikati għal kull kriterju, jekk tiġi aċċettata l-ekwivalenza tagħhom mill-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni.

Fejn possibbli, l-ittestjar għandu jitwettaq minn laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali ta’ EN ISO 17025 jew l-ekwivalenti.

Korp kompetenti għandu jwettaq spezzjonijiet fil-post biex jivverifika l-konformità ma’ dawn il-kriterji.

KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

Kriterju 1 –   Emissjonijiet fl-ilma u fl-arja

(a)   COD, Kubrit (S), NOx, Fosforu (P)

Għal kull wieħed minn dawn il-parametri, l-emissjonijiet fl-arja u/jew fl-ilma mill-produzzjoni tal-polpa u tal-karta għandhom ikunu espressi f’termini ta’ punti (PCOD, PS, PNOx, PP) kif dettaljat aktar ‘l isfel.

L-ebda wieħed mill-punti individwali PCOD, PS, PNOx, PP ma għandu jaqbeż 1,5.

L-għadd totali ta’ punti (Ptotal = PCOD + PS + PNOx + PP) ma għandux jaqbeż 4,0.

Il-kalkolu ta’ PCOD għandu jsir kif ġej (il-kalkoli ta’ PS, PNOx, PP għandhom isiru bl-istess mod eżatt).

Għal kull polpa “i” li tintuża, l-emissjonijiet relatati mkejla ta’ COD (COD polpa,i espressi f’kg/tunnellata mnixxfa bl-arja —ADT), għandhom ikunu ppeżati skont il-proporzjon ta’ kull polpa użata (polpa “i” fir-rigward ta’ tunnellata ta’ polpa mnixxfa bl-arja), u magħduda flimkien. L-emissjoni ppeżata ta’ COD għall-polpi mbagħad tiġi miżjuda mal-emissjoni mkejla ta’ COD mill-produzzjoni tal-karta sabiex tinkiseb emissjoni totali ta’ COD, COD totali.

Il-valur ta’ referenza ppeżat ta’ COD għall-produzzjoni tal-polpa għandu jiġi kkalkulat bl-istess mod, bħas-somma tal-valuri ta’ referenza ppeżati għal kull polpa użata u jiżdied mal-valur ta’ referenza għall-produzzjoni tal-karta sabiex jagħti valur ta’ referenza totali ta’ COD, COD reftotal. Il-valuri ta’ referenza għal kull tip ta’ polpa użata u għall-produzzjoni tal-karta huma mogħtija fit-tabella 1.

Fl-aħħar nett, l-emissjoni totali ta’ COD għandha tiġi diviża bil-valur ta’ referenza totali ta’ COD kif ġej:

Formula

Tabella 1

Valuri ta’ referenza minn tipi differenti ta’ polpa u mill-produzzjoni tal-karta

Grad ta’ Polpa/Karta

Emissjonijiet (kg/ADT) (*1)

COD referenza

S referenza

NOx, referenza

P referenza

Polpa kimika bbliċjata (għajr is-sulfit)

18,0

0,6

1,6

0,045  (*1)

Polpa Kimika bbliċjata (sulfit)

25,0

0,6

1,6

0,045

Polpa kimika mhux ibbliċjata

10,0

0,6

1,6

0,04

CTMP

15,0

0,2

0,3

0,01

TMP/polpa ta’ njam mitħun

3,0

0,2

0,3

0,01

Polpa ta’ fibra rriċiklata

2,0

0,2

0,3

0,01

Karta (fabbriki tal-karti mhux integrati fejn il-polpi kollha li jintużaw huma polpi mixtrija mis-suq)

1

0,3

0,8

0,01

Karta (Fabbriki tal-karti oħra)

1

0,3

0,7

0,01

F’każ ta’ koġenerazzjoni ta’ sħana u elettriku mill-istess fabbrika, l-emissjonijiet ta’ S u NOx li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni tal-elettriku jistgħu jitnaqqsu mill-ammont totali. L-ekwazzjoni li ġejja tista’ tintuża biex jiġi kkalkulat il-proporzjon tal-emissjonijiet li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni tal-elettriku:

2 × (MWh(elettriku))/[2 × MWh(elettriku) + MWh(sħana)]

L-elettriku f’dan il-kalkolu huwa l-elettriku prodott fil-fabbrika ta’ koġenerazzjoni.

Is-sħana f’dan il-kalkolu hija s-sħana netta mwassla mill-impjant tal-enerġija għall-produzzjoni tal-polpa/karta.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kalkoli dettaljati li juru konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni relatata ta’ sostenn li għandha tinkludi rapporti ta’ testijiet li jużaw il-metodi ta’ ttestjar li ġejjin: COD: ISO 6060; NOx: ISO 11564; S(ossid.): EPA nru 8; S(imnaqqsa): EPA nru 16 A; kontenut ta’ S fiż-żejt: ISO 8754; kontenut ta’ S fil-faħam: ISO 351; P: EN ISO 6878, APAT IRSA CNR 4110 jew Dr Lange LCK 349.

Id-dokumentazzjoni ta’ sostenn għandha tinkludi indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl u kalkolu tal-punti għal COD, S u NOx. Hija għandha tinkludi l-emissjonijiet kollha ta’ S u NOx li jseħħu matul il-produzzjoni tal-polpa u l-karta, inkluż il-fwar iġġenerat barra l-post tal-produzzjoni, ħlief dawk l-emissjonijiet konnessi mal-produzzjoni tal-elettriku. Il-kejl għandu jinkludi l-bajli ta’ rkupru, il-kalkari tal-ġir, il-bajli tal-fwar u l-fran għall-qerda ta’ gassijiet jintnu ħafna. L-emissjonijiet diffużi għandhom jiġu kkunsidrati. Il-valuri rrappurtati ta’ emissjonijiet ta’ S fl-arja għandhom jinkludu kemm l-emissjonijiet ossidizzati kif ukoll l-emissjonijiet imnaqqsa ta’ S (sulfur tad-dimetil, merkaptan tal-metil, sulfur tal-idroġenu eċċ.). L-emissjonijiet ta’ S relatati mal-ġenerazzjoni tal-enerġija tas-sħana miż-żejt, faħam u fjuwils esterni oħra b’kontenut magħruf ta’ S jistgħu jiġu kkalkulati minflok imkejla, u għandhom jiġu kkunsidrati.

Il-kejl tal-emissjonijiet fl-ilma għandu jittieħed fuq kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu jew wara trattament fl-impjant jew wara trattament minn impjant ta’ trattament pubbliku. Il-perjodu għall-kejl għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Fil-każ ta’ impjant ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kejl għandu jkun ibbażat tal-anqas fuq 45 jum sussegwenti ta’ ħidma stabbli tal-impjant. Il-kejl għandu jkun rappreżentattiv tal-kampanja rispettiva.

Fil-każ tal-fabbriki tal-karti integrati, minħabba d-diffikultajiet sabiex jinkisbu ċifri separati tal-emissjonijiet għall-polpa u l-karta, jekk tkun disponibbli biss ċifra kkombinata għall-produzzjoni tal-polpa u l-karta, il-valuri tal-emissjonijiet għall-polpa/polpi għandhom jiġu ssettjati għal żero u ċ-ċifra għall-fabbrika tal-karti għandha tinkludi kemm il-produzzjoni tal-polpa kif ukoll tal-karta.

(b)   AOX

Sal-31 ta’ Marzu 2013, l-emissjonijiet ta’ AOX mill-produzzjoni ta’ kull polpa li tintuża ma għandhomx jaqbżu 0,20 kg/ADT.

Mill-1 ta’ April 2013 sakemm tispiċċa l-validità ta’ din id-Deċiżjoni, l-emissjonijiet ta’ AOX mill-produzzjoni ta’ kull polpa li tintuża ma għandhomx jaqbżu 0, 17 kg/ADT.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi rapporti ta’ testijiet billi juża l-metodu ta’ ttestjar li ġej: AOX ISO 9562 akkumpanjat minn kalkoli dettaljati li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata ta’ sostenn.

Id-dokumentazzjoni ta’ sostenn għandha tinkludi indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl. L-AOX għandu jiġi mkejjel biss fi proċess fejn jintużaw komposti tal-kloru għall-ibbliċjar tal-polpa. L-AOX ma għandux għalfejn jitkejjel fl-effluwent mill-produzzjoni mhux integrata ta’ karta jew fl-effluwenti mill-produzzjoni ta’ polpa mingħajr ibbliċjar jew fejn l-ibbliċjar isir b’sustanzi mingħajr kloru.

Il-kejl għandu jittieħed fuq kampjuni mhux iffiltrati u kampjuni li ma jkunux qagħdu jew wara trattament fl-impjant jew wara trattament minn impjant ta’ trattament pubbliku. Il-perjodu għall-kejl għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kejl għandu jkun ibbażat tal-anqas fuq 45 jum sussegwenti ta’ ħidma stabbli tal-impjant. Il-kejl għandu jkun rappreżentattiv tal-kampanja rispettiva.

(c)   CO2

L-emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju minn sorsi mhux rinnovabbli ma għandhomx jaqbżu 1 000 kg għal kull tunnellata ta’ karta prodotta, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fil-post kif ukoll barra l-post). Għall-fabbriki tal-karti mhux integrati (fejn il-polpi kollha li jintużaw huma polpi mixtrija mis-suq), l-emissjonijiet ma għandhomx jaqbżu 1 100 kg għal kull tunnellata. L-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkulati bħala s-somma tal-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-polpa u l-karta.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jagħti kalkoli dettaljati li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata ta’ sostenn.

L-applikant għandu jagħti dejta tal-emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju fl-arja. Din għandha tinkludi s-sorsi kollha ta’ fjuwils mhux rinnovabbli matul il-produzzjoni tal-polpa u l-karta, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fil-post kif ukoll barra l-post).

Il-fatturi ta’ emissjoni li ġejjin għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-fjuwils:

Tabella 2

Fjuwil

Emissjoni ta’ CO2 fossili

Unità

Faħam

95

g CO2 fossili/MJ

Żejt mhux raffinat

73

g CO2 fossili/MJ

Żejt tal-fjuwil 1

74

g CO2 fossili/MJ

Żejt tal-fjuwil 2-5

77

g CO2 fossili/MJ

LPG

69

g CO2 fossili/MJ

Gass Naturali

56

g CO2 fossili/MJ

Elettriku mill-Grilja

400

g CO2 fossili/kWh

Il-perjodu għall-kalkoli jew il-bilanċi tal-massa għandhom ikunu bbażati fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati tal-anqas fuq 45 jum sussegwenti ta’ ħidma stabbli tal-impjant. Il-kalkoli għandhom ikunu rappreżentattivi tal-kampanja rispettiva.

L-ammont ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli (1) mixtrija u użati għall-proċessi tal-produzzjoni, mhux se jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ CO2: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa li din it-tip ta’ enerġija fil-fatt tkun qiegħda tintuża fil-fabbrika tal-karti jew qiegħda tinxtara minn barra.

Kriterju 2 –   Użu tal-enerġija

(a)   Elettriku

Il-konsum ta’ elettriku relatat mal-produzzjoni tal-polpa u l-karta għandu jiġi espress f’termini ta’ punti (PE) kif dettaljat aktar ’l isfel.

L-għadd ta’ punti, PE, għandu jkun inqas minn jew ugwali għal 1,5.

Il-kalkolu ta’ PE għandu jsir kif ġej.

Kalkolu għall-produzzjoni tal-polpa: Għal kull polpa i li tintuża, il-konsum relatat ta’ elettriku (E pulp, i espress f’kWh/ADT) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Epulp, i = Elettriku prodott internament + elettriku mixtri – elettriku mibjugħ

Kalkolu għall-produzzjoni tal-karta: Bl-istess mod, il-konsum ta’ elettriku relatat mal-produzzjoni tal-karta (Epaper) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Epaper = Elettriku prodott internament + elettriku mixtri – elettriku mibjugħ

Fl-aħħar nett, il-punti għall-produzzjoni tal-polpa u tal-karta għandhom jingħaqdu sabiex jagħtu l-għadd kumplessiv ta’ punti (PE) kif ġej:

Formula

Fil-każ tal-fabbriki tal-karti integrati, minħabba d-diffikultajiet sabiex jinkisbu ċifri separati tal-elettriku għall-polpa u l-karta, jekk tkun disponibbli biss ċifra kkombinata għall-produzzjoni tal-polpa u l-karta, il-valuri tal-elettriku għall-polpa/polpi għandhom jiġu ssettjati għal żero u ċ-ċifra għall-fabbrika tal-karti għandha tinkludi kemm il-produzzjoni tal-polpa kif ukoll tal-karta.

(b)   Fjuwil (sħana)

Il-konsum ta’ fjuwil relatat mal-produzzjoni tal-polpa u l-karta għandu jiġi espress f’termini ta’ punti (PF) kif dettaljat aktar ‘l isfel.

L-għadd ta’ punti, PF, għandu jkun inqas minn jew ugwali għal 1,5.

Il-kalkolu ta’ PF għandu jsir kif ġej.

Kalkolu għall-produzzjoni tal-polpa: Għal kull polpa i li tintuża, il-konsum relatat ta’ fjuwil (Fpulp, i espress f’kWh/ADT) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Fpulp, i = Fjuwil prodott internament + fjuwil mixtri – fjuwil mibjugħ – 1,25 × l-elettriku prodott internament

Nota:

Fpulp, i (u l-kontribuzzjoni tiegħu għal PF, pulp) ma għandux għalfejn jiġi kkalkulat għall-polpa mekkanika sakemm ma tkunx polpa mekkanika tas-suq imnixxfa bl-arja li jkun fiha tal-anqas 90 % materja niexfa.

L-ammont ta’ fjuwil li jintuża biex jipproduċi s-sħana mibjugħa għandu jiżdied mat-terminu “fjuwil mibjugħ” fl-ekwazzjoni ta’ hawn fuq.

Kalkolu għall-produzzjoni tal-karta: Bl-istess mod, il-konsum ta’ fjuwil relatat mal-produzzjoni tal-karta (Fpaper, espress f’kWh/ADT), għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Fpaper = Fjuwil prodott internament + fjuwil mixtri – fjuwil mibjugħ – 1,25 × elettriku prodott internament

Fl-aħħar nett, il-punti għall-produzzjoni tal-polpa u tal-karta għandhom jingħaqdu sabiex jagħtu l-għadd kumplessiv ta’ punti (PF) kif ġej:

Formula

Tabella 3

Valuri ta’ referenza għall-elettriku u l-fjuwil

Grad ta’ polpa

Fjuwil kWh/ADT

Freferenza

Elettriku kWh/ADT

Ereferenza

Polpa kimika

4 000

(Nota: għall-polpa tas-suq imnixxfa bl-arja li jkun fiha tal-anqas 90 % materja niexfa (admp), dan il-valur jista’ jogħla b’25 % għall-enerġija tat-tnixxif)

800

Polpa mekkanika

900

(Nota: dan il-valur huwa applikabbli biss għall-admp)

1 900

CTMP

1 000

2 000

Polpa ta’ fibra rriċiklata

1 800

(Nota: għall-admp, dan il-valur jista’ jogħla b’25 % għall-enerġija tat-tnixxif)

800

Grad ta’ karta

Fjuwil

kWh/tunnellata

Elettriku

kWh/tunnellata

Karta fina bla njam mhux miksija

Karta għar-rivisti (SC)

1 800

600

Karta fina bla njam miksija

Karta miksija għar-rivisti (LWC, MWC)

1 800

800

Valutazzjoni u verifika (kemm għal (a) kif ukoll għal (b)): l-applikant għandu jipprovdi kalkoli dettaljati li juru konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata kollha ta’ sostenn. Id-dettalji rrappurtati għalhekk għandhom jinkludu l-konsum totali ta’ elettriku u fjuwil.

L-applikant għandu jikkalkula l-inputs kollha ta’ enerġija, maqsuma fi sħana/fjuwils u l-elettriku użati matul il-produzzjoni tal-polpa u l-karta, inkluża l-enerġija użata fit-tneħħija tal-linka tal-iskart tal-karti għall-produzzjoni tal-karta rriċiklata. L-enerġija użata fit-trasport tal-materja prima, kif ukoll fil-konverżjoni u l-imballaġġ, mhijiex inkluża fil-kalkoli tal-konsum ta’ enerġija.

L-enerġija kollha tas-sħana tinkludi l-fjuwils kollha mixtrija. Hija tinkludi wkoll l-enerġija tas-sħana rkuprata bl-inċinerazzjoni ta’ likuri u skart minn proċessi fil-post (eż. skart tal-injam, serratura tal-injam, likuri, skart tal-karta, karti mqattgħa), kif ukoll is-sħana rkuprata mill-ġenerazzjoni interna ta’ elettriku - madankollu, l-applikant jeħtieġ jgħodd biss 80 % tal-enerġija tas-sħana minn dawn is-sorsi meta jikkalkula l-enerġija totali tas-sħana.

L-enerġija elettrika tfisser l-elettriku nett impurtat li jkun ġej mill-grilja u l-ġenerazzjoni interna ta’ elettriku mkejla bħala enerġija elettrika. L-elettriku użat għat-trattament tal-iskart tal-ilma m’hemmx għalfejn jiġi inkluż.

Fejn il-fwar jiġi ġġenerat bl-użu tal-elettriku bħala s-sors tas-sħana, għandu jiġi kkalkulat il-valur tas-sħana tal-fwar, imbagħad jiġi diviż b’0, 8 u jiżdied mal-konsum totali ta’ fjuwil.

Fil-każ tal-fabbriki tal-karti integrati, minħabba d-diffikultajiet sabiex jinkisbu ċifri separati tal-fjuwil (sħana) għall-polpa u l-karta, jekk tkun disponibbli biss ċifra kkombinata għall-produzzjoni tal-polpa u l-karta, il-valuri tal-fjuwil (sħana) għall-polpa/polpi għandhom jiġu ssettjati għal żero u ċ-ċifra għall-fabbrika tal-karti għandha tinkludi kemm il-produzzjoni tal-polpa kif ukoll tal-karta.

Kriterju 3 –   Fibri: ġestjoni sostenibbli tal-foresti

Il-materja prima tal-fibri fil-karta tista’ tkun fibra rriċiklata jew verġni.

Il-fibri verġni għandhom ikunu koperti minn ġestjoni sostenibbli valida tal-foresti u katina ta’ ċertifikati ta’ kustodja maħruġa minn skema ta’ ċertifikazzjoni ta’ parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew ekwivalenti.

Madankollu, fejn l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jippermettu t-taħlit ta’ materjal iċċertifikat u materjal mhux iċċertifikat fi prodott jew linja ta’ prodotti, il-proporzjon tal-materjal mhux iċċertifikat ma għandux jaqbeż 50 %. Tali materjal mhux iċċertifikat għandu jkun kopert minn sistema ta’ verifika li tiżgura li jinkiseb b’mod legali u jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni fir-rigward tal-materjal mhux iċċertifikat.

Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni li joħorġu ċertifikati tal-foresta u/jew tal-katina ta’ kustodja għandhom ikunu akkreditati/rikonoxxuti minn dik l-iskema ta’ ċertifikazzjoni.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa li tindika t-tipi, kwantitajiet u oriġini tal-fibri użati fil-produzzjoni tal-polpa u l-karta.

Fejn jintużaw fibri verġni, il-prodott għandu jkun kopert minn ċertifikati validi ta’ ġestjoni tal-foresti u tal-katina ta’ kustodja maħruġa minn skema ta’ ċertifikazzjoni indipendenti ta’ parti terza, bħall-PEFC, il-FSC jew ekwivalenti. Jekk il-prodott jew il-linja ta’ prodotti tinkludi materjal mhux iċċertifikat, għandha tingħata prova li l-materjal mhux iċċertifikat ikun inqas minn 50 fil-mija u jkun kopert minn sistema ta’ verifika li tiżgura li jinkiseb legalment u jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni fir-rigward tal-materjal mhux iċċertifikat.

Fejn jintużaw fibri rriċiklati, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li tindika l-ammont medju ta’ gradi ta’ karta rkuprata użata għall-prodott skont l-istandard EN 643 jew standard ekwivalenti. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li ma ntużaw l-ebda karti mqattgħa mill-fabbriki tal-karti (tiegħu stess jew mixtrija).

Kriterju 4 –   Sustanzi jew taħlitiet esklużi jew limitati

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi lista tal-prodotti kimiċi użati fil-produzzjoni tal-polpa u l-karta, flimkien ma’ dokumentazzjoni xierqa (bħal SDSs). Din il-lista għandha tinkludi l-kwantità, il-funzjoni u l-fornituri tas-sustanzi kollha użati fil-proċess tal-produzzjoni.

(a)   Sustanzi u taħlitiet perikolużi

Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, il-prodott ma għandux ikun fih sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u lanqas sustanzi jew taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bil-klassijiet jew il-kategoriji ta’ periklu speċifikati hawn taħt.

Lista ta’ dikjarazzjonijiet ta’ periklu u frażijiet ta’ riskju:

GHS Dikjarazzjoni ta’ Periklu (3)

Frażi ta’ Riskju tal-UE (4)

H300 Fatali jekk jinbela’

R28

H301 Tossiku jekk jinbela’

R25

H304 Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs

R65

H310 Fatali jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda

R27

H311 Tossiku jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda

R24

H330 Fatali jekk jiġi inalat

R23/26

H331 Tossiku jekk jiġi inalat

R23

H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi

R46

H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi

R68

H350 Jista’ jikkawża l-kanċer

R45

H350i Jista’ jikkawża l-kanċer meta jiġi inalat

R49

H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità

R60

H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R61

H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R60/61/60-61

H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R60/63

H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R61/62

H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R62

H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R63

H361fd. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx.

R62-63

H362 Jista’ jikkawża ħsara lil tfal imreddgħa

R64

H370 Jikkawża ħsara lill-organi

R39/23/24/25/26/27/28

H371 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi

R68/20/21/22

H372 Jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien

R48/25/24/23

H373 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien

R48/20/21/22

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R50-53

H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R51-53

H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R52-53

H413 Jista’ jikkawża effetti għat-tul lill-organiżmi akkwatiċi

R53

EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu

R59

EUH029 Meta jiġi f’kuntatt mal-ilma jillibera gass tossiku

R29

EUH031 Meta jiġi f’kuntatt mal-aċidi jillibera gass tossiku

R31

EUH032 Meta jiġi f’kuntatt mal-aċidi jillibera gass tossiku ħafna

R32

EUH070 Tossiku meta jiġi f’kuntatt mal-għajnejn

R39-41

Ma għandhom jintużaw l-ebda formulazzjoni ta’ żebgħa kummerċjali, sustanzi koloranti, aġenti għall-finitura tal-uċuħ, awżiljarji u materjali ta’ kisi fuq polpa jew karta li tkun ġiet assenjata jew li fil-ħin tal-applikazzjoni tista’ tiġi assenjata d-dikjarazzjoni ta’ periklu H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda.

R43

L-użu ta’ sustanzi jew taħlitiet li mal-ipproċessar jibdlu l-karatteristiċi tagħhom (eż. ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jgħaddu minn modifika kimika) b’mod li l-periklu identifikat ma japplikax aktar, huma eżentati mir-rekwiżit ta’ hawn fuq.

Il-limiti ta’ konċentrazzjoni għal sustanzi jew taħlitiet li jistgħu jiġu assenjati jew li ġew assenjati d-dikjarazzjonijiet ta’ periklu jew il-frażijiet ta’ periklu elenkati ta’ hawn fuq, li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-klassijiet jew il-kategoriji ta’ periklu, u għas-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 57 (a), (b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ma għandhomx jaqbżu l-limiti ġeneriċi jew speċifiċi ta’ konċentrazzjoni ddeterminati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Fejn ikunu stabbiliti limiti speċifiċi ta’ konċentrazzjoni, dawn għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk ġeneriċi.

Il-limiti ta’ konċentrazzjoni għal sustanzi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 57(d), (e) jew (f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ma għandhomx jaqbżu 0,1 % ta’ piż skont il-piż.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jagħti prova tal-konformità ma’ dan il-kriterju billi jipprovdi dejta dwar l-ammont (kg/ADT ta’ karta prodotta) ta’ sustanzi użati fil-proċess u li s-sustanzi msemmija f’dan il-kriterju ma jinżammux fil-prodott finali f’livell ogħla mil-limiti ta’ konċentrazzjoni speċifikati. Il-konċentrazzjoni għas-sustanzi u t-taħlitiet għandha tiġi speċifikata fl-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(b)   Sustanzi elenkati skont l-artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Ma għandha tingħata l-ebda deroga mill-projbizzjoni stipulata fil-punt (a) tal-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 fir-rigward tas-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib kbir u inklużi fil-lista pprovduta għall-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, preżenti f’taħlitiet, f’oġġett jew fi kwalunkwe parti omoġenja ta’ oġġett kumpless f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,1 %. Il-limiti ta’ konċentrazzjoni speċifiċi stabbiliti skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom japplikaw fil-każ li tkun aktar baxxa minn 0,1 %.

Valutazzjoni u verifika: il-lista ta’ sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku:

http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp

Ir-referenza għal-lista għandha ssir fid-data tal-applikazzjoni.

L-applikant għandu jagħti prova tal-konformità ma’ dan il-kriterju billi jipprovdi dejta dwar l-ammont (kg/ADT ta’ karta prodotta) ta’ sustanzi użati fil-proċess u li s-sustanzi msemmija f’dan il-kriterju ma jinżammux fil-prodott finali f’livell ogħla mil-limiti ta’ konċentrazzjoni speċifikati. Il-konċentrazzjoni għandha tiġi speċifikata fl-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(c)   Kloru

Ma għandux jintuża gass tal-kloru bħala aġent tal-ibbliċjar. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-gass tal-kloru relatat mal-produzzjoni u l-użu tad-diossidu tal-kloru.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mill-produttur(i) tal-polpa li ma ntużax gass tal-kloru bħala aġent tal-ibbliċjar. Nota: filwaqt li dan ir-rekwiżit japplika wkoll għall-ibbliċjar ta’ fibri rriċiklati, huwa aċċettat li l-fibri fiċ-ċiklu tal-ħajja preċedenti tagħhom setgħu ġew ibbliċjati bil-gass tal-kloru.

(d)   APEOs

Ma għandhomx jiżdiedu etossilati tal-alkilfenol jew derivattivi oħra tal-alkilfenol ma’ sustanzi kimiċi tat-tindif, sustanzi kimiċi li jneħħu l-linka, inibituri tar-ragħwa, dispersanti jew kisjiet. Id-derivattivi tal-alkilfenol huma ddefiniti bħala sustanzi li wara d-degradazzjoni jipproduċu l-fenoli tal-alkil.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni(jiet) mill-fornitur(i) tas-sustanzi kimiċi tiegħu li ma żdidux etossilati tal-alkilfenol jew derivattivi oħra tal-alkilfenol ma’ dawn il-prodotti.

(e)   Monomeri residwi

Il-kwantità totali ta’ monomeri residwi (eskluż l-akrilammida) li jistgħu jiġu assenjati jew li ġew assenjati xi waħda mill-frażijiet ta’ riskju li ġejjin (jew taħlitiet tagħhom) u li jkunu preżenti f’kisjiet, aġenti li jgħinu r-ritenzjoni, aġenti li jirrinforzaw, sustanzi li l-ilma ma jinfidhomx jew sustanzi kimiċi użati fit-trattament intern u estern tal-ilma, ma għandhiex taqbeż 100 ppm (ikkalkulata fuq il-bażi tal-kontenut solidu tagħhom):

Dikjarazzjoni ta’ Periklu (5)

Frażi ta’ Riskju (6)

H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi

R46

H350 Jista’ jikkawża l-kanċer

R45

H350i Jista’ jikkawża l-kanċer meta jiġi inalat

R49

H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità

R60

H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R61

H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R60/61/60-61

H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R60/63

H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R61/62

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50/50-53

H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R50-53

H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R51-53

H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R52-53

H413 Jista’ jikkawża effetti għat-tul lill-organiżmi akkwatiċi

R53

L-akrilammida ma għandhiex tkun preżenti f’kisjiet, aġenti li jgħinu r-ritenzjoni, aġenti li jirrinforzaw, sustanzi li l-ilma ma jinfidhomx jew sustanzi kimiċi użati fit-trattament intern u estern tal-ilma f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 700 ppm (ikkalkulati fuq il-bażi tal-kontenut solidu tagħhom).

Il-korp kompetenti jista’ jeżenta lill-applikant minn dawn ir-rekwiżiti fir-rigward tas-sustanzi kimiċi użati fit-trattament estern tal-ilma.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni xierqa (bħall-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza).

(f)   Aġenti tensjoattivi fit-tneħħija tal-linka

L-aġenti tensjoattivi kollha użati fit-tneħħija tal-linka għandhom finalment ikunu bijodegradabbli (ara l-metodi ta’ ttestjar u l-livelli ta’ mogħdija hawn taħt).

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju flimkien mal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza jew ir-rapporti tat-testijiet rilevanti għal kull aġent tensjoattiv, li għandhom jindikaw il-metodu ta’ ttestjar, il-limitu u l-konklużjoni mogħtija, billi jintuża wieħed mill-metodi ta’ ttestjar u l-livelli ta’ mogħdija li ġejjin: OECD 302 A-C (jew standards ISO ekwivalenti), b’perċentwali ta’ degradazzjoni (inkluż l-adsorbiment) fi 28 ġurnata ta’ mill-anqas 70 % għal 302 A u B, u mill-anqas 60 % għal 302 C.

(g)   Bijoċidi:

Il-komponenti attivi f’bijoċidi jew f’aġenti bijostatiċi użati kontra organiżmi li jiffurmaw il-lgħab f’sistemi ta’ ċirkolazzjoni tal-ilma li jkun fihom il-fibri, ma għandhomx ikunu potenzjalment bijokumulattivi. Il-bijoakkumulazzjoni tal-bijoċidi hija kkaratterizzata minn log Pow (log ottanol/koeffiċjent tal-partizzjoni tal-ilma) < 3,0 jew fattur ta’ bijokonċentrazzjoni stabbilit b’mod sperimentali (BCF) ta’ ≤ 100.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju flimkien mal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjali jew ir-rapport tat-test rilevanti, li għandhom jindikaw il-metodu ta’ ttestjar, il-limitu u l-konklużjoni mogħtija, billi jintużaw il-metodi ta’ ttestjar li ġejjin: OECD 107, 117 jew 305 A-E.

(h)   Ażokoloranti

Ma għandhomx jintużaw ażokoloranti li jistgħu jinferqu f’xi wieħed mill-ammini aromatiċi li ġejjin, skont l-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006:

1.

4-amminobifenil

(92-67-1)

2.

benżidina

(92-87-5)

3.

4-kloro-o-toluwidina

(95-69-2)

4.

2-naftilammina

(91-59-8)

5.

o-amminoażotoluwen

(97-56-3)

6.

2-ammino-4-nitrotoluwen

(99-55-8)

7.

p-kloroanilina

(106-47-8)

8.

2,4-diamminoanisol

(615-05-4)

9.

4,4’-diamminodifenilmetan

(101-77-9)

10.

3,3’-diklorobenżidina

(91-94-1)

11.

3,3’-dimetossibenżidina

(119-90-4)

12.

3,3’-dimetilbenżidina

(119-93-7)

13.

3,3’-dimetil-4,4’-diamminodifenilmetan

(838-88-0)

14.

p-kresidina

(120-71-8)

15.

4,4’-metilen-bis-(2-kloroanilina)

(101-14-4)

16.

4,4’-ossidianilina

(101-80-4)

17.

4,4’tijodianilina

(139-65-1)

18.

o-toluwidina

(95-53-4)

19.

2,4-diamminotoluwen

(95-80-7)

20.

2,4,5-trimetilanilina

(137-17-7)

21.

4-amminoażobenżen

(60-09-3)

22.

o-anisidina

(90-04-0)

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.

(i)   Materjali koloranti jew pigmenti bbażati fuq kumplessi tal-metall

Ma għandhomx jintużaw koloranti jew pigmenti bbażati fuq iċ-ċomb, ir-ram, il-kromju, in-nikil jew l-aluminju. Jistgħu, madankollu, jintużaw koloranti jew pigmenti tal-ftaloċjanina tar-ram.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità.

(j)   Impuritajiet joniċi f’materjali koloranti

Il-livelli ta’ impuritajiet joniċi fil-materjali koloranti li jintużaw ma għandhomx jaqbżu l-livelli li ġejjin: Ag 100 ppm; As 50 ppm; Ba 100 ppm; Cd 20 ppm; Co 500 ppm; Cr 100 ppm; Cu 250 ppm; Fe 2 500 ppm; Hg 4 ppm; Mn 1 000 ppm; Ni 200 ppm; Pb 100 ppm; Se 20 ppm; Sb 50 ppm; Sn 250 ppm; Zn 1 500 ppm.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità.

Kriterju 5 –   Immaniġġjar tal-iskart

Is-siti kollha fejn tiġi prodotta l-polpa u l-karta għandu jkollhom sistema għall-immaniġġjar tal-iskart (kif iddefinit mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti tas-siti ta’ produzzjoni tal-polpa u tal-karta inkwistjoni) u l-prodotti residwi li jirriżultaw mill-produzzjoni tal-prodott ekotikkettat. Is-sistema għandha tiġi ddokumentata jew spjegata fl-applikazzjoni u tinkludi informazzjoni tal-anqas dwar il-punti li ġejjin:

il-proċeduri għas-separazzjoni u l-użu ta’ materjali riċiklabbli mill-kurrent tal-iskart,

il-proċeduri għall-irkupru ta’ materjali għal użijiet oħra, bħall-inċinerazzjoni sabiex tiġġenera fwar jew sħana għall-proċess, jew użu agrikolu,

il-proċeduri għall-immaniġġjar ta’ skart perikoluż (kif iddefinit mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti tas-siti ta’ produzzjoni tal-polpa u tal-karta inkwistjoni).

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri adottati għall-immaniġġjar tal-iskart ta’ kull wieħed mis-siti konċernati u dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.

Kriterju 6 –   Adegwatezza għall-użu

Il-prodott għandu jkun adattat għall-iskop tiegħu.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa li turi l-konformità mal-ambitu tal-kriterji. Il-metodi ta’ ttestjar għandhom jikkonformaw ma’ wieħed mill-istandards li ġejjin:

Karti għall-ikkupjar: EN 12281 – “Printing and business paper - Requirements for copy paper for dry toner imaging processes”

Karti kontinwi: EN 12858 – “Paper - Printing and business paper - Requirements for continuous stationery”

Il-prodott għandu jissodisfa r-rekwiżiti għall-permanenza skont l-istandards applikabbli. Il-manwal tal-utent se jipprovdi l-lista tan-normi u l-istandards li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-permanenza.

Bħala alternattiva għall-użu tal-metodi ta’ hawn fuq, il-produtturi għandhom jiggarantixxu l-adegwatezza għall-użu tal-prodotti tagħhom billi jipprovdu dokumentazzjoni xierqa li turi l-kwalità tal-karta, skont l-istandard EN ISO/IEC 17050-1:2004, li jipprovdi kriterji ġenerali għad-dikjarazzjoni ta’ konformità mad-dokumenti normattivi min-naħa tal-fornituri.

Kriterju 7 –   Informazzjoni fuq l-imballaġġ

L-informazzjoni li ġejja għandha tidher fuq l-imballaġġ tal-prodott:

“Jekk jogħġbok iġbor il-karta użata għar-riċiklaġġ”.

Barra minn hekk, jekk jintużaw fibri riċiklati, il-manifattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni li tindika l-perċentwal minimu ta’ fibri rriċiklati ħdejn il-logo tal-Ekotikketta tal-UE.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-imballaġġ tal-prodott li jkollu l-informazzjoni meħtieġa.

Kriterju 8 –   Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

It-tikketta fakultattiva b’kaxxa testwali għandha tinkludi t-test li ġej:

“—

tniġġis baxx tal-arja u tal-ilma

użu ta’ fibri ċċertifikati U/JEW użu ta’ fibri rriċiklati [każ b’każ]

sustanzi perikolużi ristretti”

Il-linji gwida għall-użu tat-tiketta fakultattiva bil-kaxxa testwali jistgħu jinstabu fil-Linji gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta fuq is-sit elettroniku:

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/promo/pdf/logo%20guidelines.pdf

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-imballaġġ tal-prodott li juri t-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.


(*1)  eżenzjoni minn dan il-livell, sa livell ta’ 0,1 għandha tingħata meta jkun jista’ jintwera li l-livell ogħla ta’ P huwa dovut għal P li jseħħ b’mod naturali fil-polpa tal-injam

(1)  Kif iddefiniti fid-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16)

(2)   ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(3)  Kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(4)  Kif ipprovdut fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (ĠU 196, 16.8.1967, p. 1).

(5)  Kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(6)  Kif ipprovdut fid-Direttiva 67/548/KEE.