ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.143.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 143

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
31 ta' Mejju 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/318/PESK tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Uniti tal-Amerika f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ta’ mmaniġġar ta’ kriżijiet

1

Ftehim Qafas bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Uniti tal-Amerika f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ta’ mmaniġġar ta’ kriżijiet

2

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 527/2011 tat-30 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1, 4-β-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), endo-1,3(4)-β-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) u ta’ poligalatturonażi prodotta minn Aspergillus aculeatus CBS 589.94 bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Aveve NV) ( 1 )

6

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 528/2011 tat-30 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ endo-1, 4-β-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer għas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) ( 1 )

10

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 529/2011 tat-30 ta’ Mejju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007, fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda

12

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 530/2011 tat-30 ta’ Mejju 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

14

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/319/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2011 dwar l-għajnuna mill-Istat C 50/07 (ex N 894/06) li Franza tippjana li twettaq favur l-iżvilupp ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (contrats solidaires et responsables) u kuntratti ta’ assigurazzjoni komplementari kollettivi kontra r-riskju ta’ mewt, diżabilità u invalidità (notifikata bid-dokument numru C(2011) 267)  ( 1 )

16

 

 

2011/320/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2011 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-Pikolinat tal-Kromju bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2011) 3586)

36

 

 

2011/321/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2011 li tistabbilixxi, skont id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, simbolu sabiex il-pubbliku jkun infurmat dwar il-klassifikazzjoni tal-ilma għall-għawm u kwalunkwe projbizzjoni tal-għawm jew parir kontra l-għawm

38

 

 

2011/322/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2011 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/861/KE dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument numru C(2011) 3647)  ( 1 )

41

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 258/2011 tas-16 ta’ Marzu 2011 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ( ĠU L 70, 17.3.2011 )

48

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal- ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE ( ĠU L 24, 27.1.2011 )

49

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

31.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/318/PESK

tal-31 ta’ Marzu 2011

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Uniti tal-Amerika f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ta’ mmaniġġar ta’ kriżijiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 218(5) u (6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“RGħ”),

Billi:

(1)

Il-kondizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi f’operazzjonijiet tal-Unjoni ta’ mmaniġġar ta’ kriżijiet għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim li jistabbilixxi qafas għal tali parteċipazzjoni possibbli fil-ġejjieni, pjuttost milli dawk il-kondizzjonijiet jiġu definiti abbażi ta’ każ b’każ għal kull operazzjoni konċernata.

(2)

Wara l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni mill-Kunsill fis-26 ta’ April 2010 biex jawtorizza l-ftuħ tan-negozjati, ġie nnegozjat, mir-RGħ, ftehim qafas bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Uniti tal-Amerika f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ta’ mmaniġġar ta’ kriżijiet (“il-Ftehim”).

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim Qafas bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Uniti tal-Amerika f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ta’ mmaniġġar ta’ kriżijiet (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tiegħu, sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu (1).

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 10(1) tal-Ftehim.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

VÖLNER P.


(1)  Id-data tal-iffirmar tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill


TRADUZZJONI

FTEHIM QAFAS

bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Uniti tal-Amerika f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ta’ mmaniġġar ta’ kriżijiet

L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA (“STATI UNITI”)

u

L-UNJONI EWROPEA (“UE” JEW “UNJONI EWROPEA”)

minn hawn ’il quddiem imsejħin b’mod kollettiv il-“Partijiet”,

Billi:

L-Unjoni Ewropea tista’ tiddeċiedi li tieħu azzjoni fil-qasam tal-immaniġġar ta’ kriżijiet.

L-aħħar żewġ deċennji raw żieda fl-isforzi tal-gvernijiet u l-organizzazzjonijiet multilaterali fl-użu ta’ mezzi biex titnaqqas l-inċidenza ta’ konflitti madwar id-dinja.

L-Istati Uniti u l-UE jikkondividu x-xewqa li titrawwem rikonċiljazzjoni paċifika u li jiġu ffaċilitati r-rikostruzzjoni u l-istabilizzazzjoni permezz tal-kondiviżjoni tal-piżijiet f’operazzjonijiet ta’ mmaniġġar ta’ kriżijiet, u jemmnu li jinħoloq potenzjal akbar għas-suċċess ta’ dawn l-operazzjonijiet tal-UE bil-kontribut ta’ esperti mill-Istati Uniti.

L-Istati Uniti u l-UE jixtiequ jistabbilixu kondizzjonijiet ġenerali fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-Istati Uniti f’operazzjonijiet tal-UE ta’ mmaniġġar ta’ kriżijiet fi ftehim li jistabbilixxi qafas għal tali parteċipazzjoni futura possibbli, aktar milli jiddefinixxu dawn il-kondizzjonijiet kaz b’każ għal kull operazzjoni kkonċernata.

QABLU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Deċiżjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni

1.   Konsegwentement għad-deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea li tistieden lill-Istati Uniti biex tipparteċipa f’operazzjoni tal-UE ta’ mmaniġġar ta’ kriżi, u ladarba l-Istati Uniti tkun iddeċidiet li tipparteċipa, l-Istati Uniti għandha tipprovdi informazzjoni lill-Unjoni Ewropea dwar il-kontribut propost tagħha fl-operazzjoni. Deċiżjoni mill-Istati Uniti li tipparteċipa f’operazzjoni tal-UE ta’ mmaniġġar ta’ kriżi turi li hija taqbel li tirrispetta t-termini tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li biha l-UE tkun iddeċidiet li twettaq l-operazzjoni rilevanti (“id-Deċiżjoni tal-Kunsill”).

2.   L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom jikkonsultaw dwar il-kontribut propost tal- Istati Uniti, anke dwar il-kontribut possibbli għall-baġit operattiv tal-operazzjoni, u, jekk jaqblu li jipproċedu bil-parteċipazzjoni, tali parteċipazzjoni għandha titwettaq skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u kwalunkwe arranġament jew arranġamenti implimentattivi relatati li jkunu daħlu fihom il-Partijiet.

3.   Il-kontribut tal-Istati Uniti għal operazzjonijiet tal-UE ta’ mmaniġġar ta’ kriżijiet għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tal-Unjoni Ewropea fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, u m’għandux jippreġudika in-natura fuq bażi ta’ każ b’każ tad-deċiżjonijiet tal-Istati Uniti li tipparteċipa f’operazzjoni tal-UE ta’ mmaniġġar ta’ kriżi.

4.   L-Unjoni Ewropea għandha tavża lill-Istati Uniti qabel kwalunkwe deċiżjoni li timmodifika d-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1 jew biex tadotta jew timmodifika kwalunkwe miżura implimentattiva relatata.

5.   L-Istati Uniti tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-UE, u wara konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet, tirtira kompletament jew parzjalment, f’kull mument, mill-parteċipazzjoni f’operazzjoni tal-UE ta’ mmaniġġar ta’ kriżi.

Artikolu 2

Kamp ta’ Applikazzjoni

1.   Ħlief fejn jista’ jiġi miftiehem diversament bil-miktub bejn il-Partijiet, dan il-Ftehim japplika biss għall-operazzjonijiet tal-UE ta’ mmaniġġar ta’ kriżijiet li għalihom l-Istati Uniti tagħmel kontribut wara d-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim u huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim eżistenti li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Istati Uniti f’operazzjoni tal-UE ta’ mmaniġġar ta’ kriżi.

2.   Dan il-Ftehim jindirizza biss kontribut ta’ persunal ċivili, unitajiet ċivili, u assi ċivili mill-Istati Uniti għal operazzjonijiet tal-UE ta’ mmaniġġar ta’ kriżijiet (il-“kontinġent tal-Istati Uniti”).

Artikolu 3

Status tal-Persunal u l-Unitajiet

1.   L-istatus tal-kontinġent tal-Istati Uniti assenjat lil operazzjoni tal-UE ta’ mmaniġġar ta’ kriżi, u partikolarment il-privileġġi u l-immunitajiet li jgawdu, għandhom ikunu regolati mill-ftehim dwar l-istatus tal-missjoni (“il-ftehim dwar l-istatus”) konkluż bejn l-UE u l-Istat fejn tkun qed titmexxa l-operazzjoni, sakemm: (a) l-Istati Uniti tingħata opportunità li teżamina l-ftehim dwar l-istatus qabel ma tiddeċiedi jekk tipparteċipax jew le fl-operazzjoni u (b) jekk l-ebda ftehim dwar l-istatus ma jkun ġie konkluż fil-mument li jkun meħtieġ għall-eżami, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw u jiftiehmu dwar arranġament alternattiv adatt dwar l-istatus tal-kontinġent tal-Istati Uniti qabel l-istazzjonament tiegħu, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà komplessiva tal-UE għall-konklużjoni ta’ arranġamenti relatati mal-pajjiżi ospiti dwar l-istatus tal-persunal u unitajiet tal-UE.

2.   L-istatus tal-kontinġent tal-Istati Uniti li jkun qed iservi fil-kwartieri ġenerali jew fl-elementi ta’ kmand li jinstabu barra mill-pajjiż jew pajjiżi fejn tkun qed titwettaq l-operazzjoni għandhom ikunu regolati, skont il-każ, b’arranġamenti bejn il-kwartieri ġenerali u l-elementi ta’ kmand jew l-Istat jew Stati kkonċernati u l-Istati Uniti.

3.   Safejn ikun permess mil-liġijiet u r-regolamenti tagħha stess, l-Istati Uniti għandha d-dritt li teżerċita ġurisdizzjoni fuq il-persunal assenjat tagħha fil-pajjiż fejn l-operazzjoni tiġi skjerata.

4.   L-Istati Uniti għandha tkun responsabbli sabiex twieġeb għall-pretensjonijiet marbuta mal-parteċipazzjoni tagħha f’operazzjoni tal-UE ta’ mmaniġġar ta’ kriżi, minn jew dwar kwalunkwe membru tal-persunal tagħha, f’konformità mal-liġi tal-Istati Uniti. Din id-dispożizzjoni ma tikkostitwixxix rinunzja tal-immunità sovrana tal-Istati Uniti. M’hemm xejn f’dan il-Ftehim li huwa intiż biex joħloq ġurisdizzjoni f’xi qorti fejn tali ġurisdizzjoni ma tkunx diġà teżisti, jew biex jipprovdi għal xi dritt infurzabbli kontra l-Istati Uniti f’tali qorti.

5.   Il-Partijiet jaqblu li jirrinunzjaw għal kwalunkwe pretensjoni u għall-pretensjonijiet kollha (minbarra l-pretensjonijiet kuntrattwali) kontra xulxin għal ħsara lil, telf jew qerda ta’ assi li jkunu proprjetà ta’/imħaddma minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet, jew korriment jew mewt ta’ persunal ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet, li jirriżultaw mit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom b’rabta mal-attivitajiet taħt dan il-Ftehim, ħlief fil-każ ta’ negliġenza serja jew kondotta volontarjament skorretta.

6.   L-Istati Uniti tintrabat li tagħmel dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja ta’ pretensjonijiet fuq bażi reċiproka kontra kull Stat Membru tal-UE li jkun qed jipparteċipa f’operazzjoni tal-UE ta’ mmaniġġar ta’ kriżi li fiha tipparteċipa l-Istati Uniti, u li tagħmel dan meta tkun qed tiffirma dan il-Ftehim.

7.   L-UE tintrabat li tiżgura li l-Istati Membri tal-UE jagħmlu dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja ta’ pretensjonijiet, għal kwalunkwe parteċipazzjoni futura tal-Istati Uniti tal-Amerika f’operazzjoni tal-UE ta’ mmaniġġar ta’ kriżi, u li tagħmel dan meta tkun qed tiffirma dan il-Ftehim.

Artikolu 4

Informazzjoni Klassifikata

Il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar is-sigurtà tal-informazzjoni klassifikata, magħmul f’Washington fit-30 ta’ April 2007, għandu japplika fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-UE ta’ mmaniġġar ta’ kriżijiet.

Artikolu 5

Parteċipazzjoni fl-operazzjoni

1.   L-Istati Uniti għandha tfittex li tiżgura, permezz ta’ istruzzjonijiet speċifiċi, li l-persunal li jitqiegħad għad-dispożizzjoni bħala parti mill-kontribut tagħha fl-operazzjonijiet tal-UE ta’mmaniġġar ta’ kriżijiet (“persunal assenjat”) jidħol għall-missjoni tiegħu b’mod konsistenti ma’, u b’appoġġ sħiħ għad-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 1, il-pjan operattiv u l-miżuri implimentattivi relatati.

2.   L-Istati Uniti għandha tikkonsulta mal-UE fi żmien debitu dwar kwalunkwe bidla fil-kontribut tagħha f’operazzjoni tal-UE ta’ mmaniġġar ta’ kriżi taħt dan il-Ftehim.

3.   Il-persunal assenjat għandu jirċievi ċertifikazzjoni medika adatta, u għandu jingħata kopja ta’ din iċ-ċertifikazzjoni biex jippreżentaha meta tkun mitluba mill-awtoritajiet kompetenti tal-UE.

Artikolu 6

Linja ta’ Kmand

1.   Matul il-perijodu tal-istazzjonament, il-Kmandant tal-UE jew il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita awtorità superviżorja u jmexxi l-attivitajiet tal-persunal u l-unitajiet assenjati.

2.   Il-persunal u l-unitajiet assenjati għandhom jibqgħu taħt l-awtorità ġenerali tal-Istati Uniti.

3.   L-Istati Uniti għandha tfittex li tiżgura, permezz ta’ istruzzjonijiet speċifiċi, li l-persunal assenjat iwettaq id-dmirijiet tiegħu u jġib ruħu f’konformità sħiħa mal-objettivi tal-operazzjoni u taħt id-direzzjoni u l-gwida tal-Kmandant tal-UE jew il-Kap tal-Missjoni.

4.   L-Istati Uniti għandha jkollha l-istess drittijiet u obbligi f’termini tal-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-operazzjonijiet tal-UE ta’ mmaniġġar ta’ kriżijiet bħall-Istati Membri parteċipanti tal-Unjoni Ewropea li jkunu qegħdin jieħdu sehem fl-operazzjoni.

5.   Il-Kmandant jew il-Kap tal-Missjoni tal-UE għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinarju ġenerali tal-persunal assenjat. Kwalunkwe azzjoni dixxiplinarja għandha tittieħed, skont il-każ, mill-Istati Uniti.

6.   Għandu jinħatar Punt ta’ Kuntatt tal-Kontinġent Nazzjonali (“PKN”) mill-Istati Uniti sabiex jirrappreżenta l-kontinġent nazzjonali tagħha fl-operazzjoni rilevanti tal-UE ta’ mmaniġġar ta’ kriżi. Il-PKN għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet nazzjonali u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina ta’ kuljum tal-kontinġent.

7.   Id-deċiżjoni li ttemm l-operazzjoni għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea, wara konsultazzjoni mal-Istati Uniti, jekk hija tkun għadha qed tikkontribwixxi għall-operazzjoni tal-UE ta’ mmaniġġar ta’ kriżi fil-mument li tali deċiżjoni tkun qed tiġi kunsidrata.

Artikolu 7

Aspetti Finanzjarji

1.   L-Istati Uniti għandha tassumi l-ispejjeż assoċjati mal-parteċipazzjoni tagħha f’operazzjonijiet ta’ mmaniġġar ta’ kriżijiet sakemm ma jkunux koperti minn finanzjament komuni, kif ikun dispost fil-baġit operattiv tal-missjoni.

2.   L-Unjoni Ewropea għandha teżenta lill-Istati Uniti minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit operattiv ta’ operazzjoni tal-UE ta’ mmaniġġar ta’ kriżi meta l-Unjoni Ewropea tiddeċiedi li l-Istati Uniti tkun qed tagħti kontribut sinifikattiv. L-Istati Uniti għandha tkun notifikata bid-deċiżjoni tal-UE dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit operattiv fil-mument tal-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2).

3.   Il-parteċipazzjoni tal-Istati Uniti taħt dan il-Ftehim fl-operazzjonijiet tal-UE ta’ mmaniġġar ta’ kriżijiet għandha tkun suġġetta għad-disponibbiltà tal-fondi adatti.

Artikolu 8

Arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim

Kwalunkwe arranġament tekniku, finanzjarju u amministrattiv meħtieġ għall-implementazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandu jiġi ffirmat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti u tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Riżoluzzjoni ta’ Disputi

Id-disputi li jikkonċernaw l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu riżolti permezz ta’ mezzi diplomatiċi bejn il-Partijiet.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri interni meħtieġa għal dak il-għan.

2.   Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mid-data tal-firma.

3.   Dan il-Ftehim għandu jkun suġġett għal reviżjoni regolari mill-Partijiet.

4.   Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat abbażi ta’ ftehim reċiproku bil-miktub bejn il-Partijiet.

5.   Kwalunkwe Parti tista’ tittermina dan il-Ftehim billi tavża bil-miktub lill-Parti l-oħra sitt xhur bil-quddiem.

Magħmul f'Washington, f’żewġ eżemplari, bl-Ingliż, dan is-sbatax-il jum ta’ Mejju fis-sena elfejn u ħdax.

Għall-Unjoni Ewropea

C. ASHTON

Għall-Istati Uniti tal-Amerika

H. CLINTON

TEST GĦAL DIKJARAZZJONIJIET

Test għall-Istati Membri tal-UE:

“L-Istati Membri tal-UE, meta japplikaw Deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE dwar operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi li fiha tipparteċipa l-Istati Uniti, għandhom il-ħsieb li, safejn is-sistemi legali interni tagħhom jippermettu, jirrinunzjaw safejn possibbli għal pretensjonijiet kontra l-Istati Uniti għal korriment, mewt ta’ persunal, jew dannu lil, jew telf ta’, kwalunkwe assi li huma proprjetà tagħhom u użati mill-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi jekk tali korriment, mewt, dannu jew telf:

kienu kkawżati minn persunal mill-Istati Uniti fit-twettiq tad-doveri tiegħu f’konnessjoni ma’ operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi, ħlief f’każ ta’ negliġenza serja jew ta’ kondotta volontarjament skorretta; jew

irriżultaw mill-użu ta’ kwalunkwe assi fil-proprjetà tal-Istati Uniti, sakemm l-assi ġew użati b’konnessjoni mal-operazzjoni u ħlief fil-każ ta’ negliġenza serja jew kondotta volontarjament skorretta tal-persunal, mill-Istati Uniti, impenjat fil-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi li kien qed juża dawk l-assi.”.

Test għall-Istati Uniti:

“L-Istati Uniti, meta tipparteċipa f’operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi, għandha l-ħsieb li, sa fejn is-sistema legali interna tagħha hekk tippermetti, tirrinunzja, sa fejn ikun possibbli, għal pretensjonijiet kontra kwalunkwe Stat ieħor li jipparteċipa fl-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi għal korriment, mewt ta’ persunal tagħha, jew għal dannu lil, jew telf ta’, kwalunkwe assi li jkunu proprjetà tagħha u użati mill-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi jekk tali korriment, mewt, dannu jew telf:

kienu kkawżati minn persunal fl-eżekuzzjoni tad-doveri tagħhom b’konnessjoni ma’ operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi, ħlief f’każ ta’ negliġenza serja jew kondotta volontarjament skorretta; jew

irriżultaw mill-użu ta’ kwalunkwe assi ta’ Stati parteċipanti fl-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi, sakemm l-assi jkunu ntużaw b’konnessjoni mal-operazzjoni u ħlief f’każ ta’ negliġenza serja jew kondotta volontarjament skorretta ta’ persunal tal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi li jkun qed juża dawk l-assi.”.


REGOLAMENTI

31.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 527/2011

tat-30 ta’ Mejju 2011

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1, 4-β-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), endo-1,3(4)-β-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) u ta’ poligalatturonażi prodotta minn Aspergillus aculeatus CBS 589.94 bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Aveve NV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq [dwar] l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ endo-1,4-β-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), endo-1,3(4)-β-glukanażi (EC 3.2.1.6) prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) u ta’ poligalatturonażi (EC 3.2.1.15) prodotta minn Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), kif stipulat fl-Anness. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tat-8 ta’ Lulju 2009 (2) u tat-2 ta’ Frar 2011 (3) li l-preparazzjoni stabbilita fl-Anness, skont il-kondizzjonijiet tal-użu proposti, ma għandhiex effetti mhux mixtieqa fuq saħħet l-annimali, saħħet il-konsumatur jew fuq l-ambjent, u li dan l-addittiv għandu l-potenzjal li jżid il-piż tal-ġisem u jtejjeb l-għalf biex jikseb il-proporzjon tal-ispeċi fil-mira. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq ma hemmx bżonn ta’ ħtiġijiet speċifiċi ta’ monitoraġġ. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza għall-Addittivi fl-Għalf imwaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni stabbilita fl-Anness turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni, għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ “addittivi żootekniċi” u parti mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal (2009) 1186, 1-17.

(3)  EFSA Journal (2011); 9(2):2010.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità.

4a 14

Aveve NV

 

Endo-1,4-β-ksilanasi

EC 3.2.1.8

 

Endo-1,3(4)-beta-glukanażi

EC 3.2.1.6

 

Poligalatturonażi

EC 3.2.1.15

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ endo-1,4-β-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), endo-1,3(4)-β-glukanażi (EC 3.2.1.6) prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) u poligalatturonażi (EC 3.2.1.15) prodotta minn Aspergillus aculeatus (CBS 589.94) b’attività minima ta’:

 

f’għamla solida;

 

Endo-1,4-β-ksilanażi: 21 400 XU (1)/g

 

Endo-1,3(4)-β-glukanażi: 12 300 BGU (2)/g

 

Poligalatturonażi: 460 PGLU (3)/g.

 

f’għamla likwida:

 

Endo-1,4-β-ksilanażi: 10 700 XU/g

 

Endo-1,3(4)-β-glukanażi: 6 150 BGU/g

 

Poligalatturonażi: 230 PGLU/g.

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Endo-1,4-β-ksilanażi (EC 3.2.1.8)

prodotta minn Trichoderma reesei, endo-1,3(4)-β-glukanażi (EC 3.2.1.6) prodotta minn Trichoderma reesei u poligalatturonażi (EC 3.2.1.15) prodotta minn Aspergillus aculeatus

 

Metodu tal-Analiżi  (4)

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva fl-addittiv u fl-għalf:

Metodu kolorimetriku li jkejjel il-kulur li jinħall fl-ilma rilaxxat minn azzjoni ta’ endo-1,4-β-ksilanażi minn kulur mgħaqqad ma’ sottostrat arabinossilan tal-qamħ.

Metodu kolorimetriku li jkejjel il-kulur li jinħall fl-ilma rilaxxat minn azzjoni ta’ endo-1,3(4)-β-glukanażi minn kulur mgħaqqad ma’ sottostrat ta’ betaglukan tax-xgħir.

Metodu viskosimetriku msejjes fuq tnaqqis ta’ viskosità prodott mill-azzjoni ta’ poligalatturonażi fuq is-substrat li fih il-pektin, aċidu polimetilgalatturoniku.

Ħnienes (miftuma)

 

 

Endo-1,4-β-ksilanażi: 2 140 XU

 

Endo-1,3(4)-β-glukanażi: 1 230 BGU

 

Poligalatturonażi: 46 PGLU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet ta’ qabel, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm żmien tista’ tinżamm il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Għal ħnienes (miftuma) sa 35 kg.

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna polisakkaridi li mhumiex lamtu.

l-20 ta' Ġunju 2021


(1)  1 XU huwa l-ammont ta’ enzima li jillibera 1 μmol ta’ zokkor ta’ riduzzjoni (ekwivalenti ta’ ksilożju) minn ksilan tal-ħafur fil-minuta b’50 C u b’pH ta’ 4.8.

(2)  1 BGU huwa l-ammont ta’ enzima li jillibera 1 μmol ta’ zokkor ta’ riduzzjoni (ekwivalenti ta’ ċellobjożi) minn β-glukan tax-xgħir fil-minuta b’50 C u b’pH ta’ 5.0.

(3)  1 PGLU huwa l-ammont ta’ enzima li jillibera 1 μmol ta’ zokkor ta’ riduzzjoni (ekwivalenti ta’ glukożju) mill-aċidu polimetilgalatturoniku fil-minuta (pektin li fih is-substrat) b’35 C u b’pH ta’ 4.8.

(4)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx.


31.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 528/2011

tat-30 ta’ Mejju 2011

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ endo-1, 4-β-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer għas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq [dwar] l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ endo-1,4-β-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588). L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ endo-1, 4-β-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer għas-simna, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu ta’ din il-preparazzjoni kienet awtorizzata għal 10 snin għat-tiġieġ għas-simna, għat-tiġieġ tal-bajd, għall-papri u d-dundjani għas-simna bir-Regolament tal-Kummissioni (KE) Nru 9/2010 (2).

(5)

Tressqet dejta ġdida bħala sostenn għall-applikazzjoni għall-awtorizzazjoni ta’ endo-1,4-β-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer għas-simna. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-1 ta’ Frar 2011 (3) li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, l-endo-1,4-β-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) ma għandhiex effetti mhux mixtieqa fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent, u li l-użu tagħha jista’ jtejjeb il-prestazzjoni żooteknika. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq ma hemmx bżonn ta’ ħtiġijiet speċifiċi ta’ monitoraġġ. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza għall-Addittivi fl-Għalf imwaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-endo-1,4-β-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni, għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 3, 7.1.2010, p. 10.

(3)  EFSA Journal 2011; 9(2):2008.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibilità

4a11

Danisco Animal Nutrition

Endo-1,4-β-ksilanażi

EC 3.2.1.8

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ endo-1,4-β-ksilanażi (EC 3.2.1.8)

prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) b’attività minima ta’ endo-1,4-β-ksilanażi: 40 000  U (1)/g

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Endo-1,4-β-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA5588)

 

Metodu tal-analiżi  (2)

Metodu kolorimetriku li jkejjel il-kulur li jinħall fl-ilma rilaxxat minn azzjoni ta’ endo-1,4-β-ksilanażi fuq is-sustanzi tal-arabinossilanu tal-qamħ azzurrina-retikolat (azurine cross-linked wheat arabinoxylan)

Ħnienes (miftuma) u ħnieżer għas-simna

 

2 000  U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet ta’ qabel, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm żmien tista’ tinżamm il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting

2.

Għall-użu f’għalf li fih ħafna polisakkaridi li mhumiex lamtu.

3.

Għal ħnienes (miftuma) sa 35 kg

l-20 ta' Ġunju 2021


(1)  1 U huwa l-ammont ta’ enżima li jillibera 0.5 μmol ta’ zokkor ta’ riduzzjoni (espress bħala ekwivalenti ta’ ksilożju) minn substrat tal-arabinoksilan mgħaqqad mal-ħafur b’pH ta’ 5.3 u b’50 C f’minuta waħda.

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


31.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 529/2011

tat-30 ta’ Mejju 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007, fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2) jistipula s-sorveljanza tal-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness XVII għalih. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(2)

Għall-finijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż matul in-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, u abbażi tal-aħħar dejta disponibbli għall-2008, l-2009 u l-2010, jeħtieġ li jiġu aġġustati l-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda.

(3)

B’riżultat ta’ dan, ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat.

(4)

Il-miżuri pprovduti b’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jinbidel bit-test muri fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS XVII

DAZJI ADDIZZJONALI TAL-IMPORTAZZJONI: TITOLU IV, KAPITOLU II, TAQSIMA 2

Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti titqies indikattiva biss. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-ambitu tad-dazji addizzjonali huwa determinat minn dak tal-kodiċijiet tan-NM kif kienu fi żmien l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Numru tal-ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Perjodu tal-applikazzjoni

Livelli tal-iskattar (f’tunnellati)

78.0015

0702 00 00

Tadam

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju

481 625

78.0020

Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

44 251

78.0065

0707 00 05

Ħjar

Mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru

31 289

78.0075

Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April

26 583

78.0085

0709 90 80

Qaqoċċ

Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju

17 258

78.0100

0709 90 70

Zukkini (qarabagħli żgħir)

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

57 955

78.0110

0805 10 20

Larinġ

Mill-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju

368 535

78.0120

0805 20 10

Klementina

Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

175 110

78.0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolin (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas); il-wilkings u ibridi simili taċ-ċitru

Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

115 625

78.0155

0805 50 10

Lumi

Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru

346 366

78.0160

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju

88 090

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

Mill-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru

80 588

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu

916 384

78.0180

Mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru

95 396

78.0220

0808 20 50

Lanġas

Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April

229 646

78.0235

Mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru

35 541

78.0250

0809 10 00

Berquq

Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

5 794

78.0265

0809 20 95

Ċiras, għajr għaċ-ċirasa qarsa

Mill-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu

30 783

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż nuċiprisk

Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

5 613

78.0280

0809 40 05

Għanbaqar

Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

10 293 ”


31.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 530/2011

tat-30 ta’ Mejju 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Mejju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

64,0

MA

133,3

TR

67,3

ZZ

88,2

0707 00 05

AL

31,8

MK

28,2

TR

111,1

ZZ

57,0

0709 90 70

MA

86,8

TR

122,2

ZZ

104,5

0709 90 80

EC

23,2

ZZ

23,2

0805 10 20

EG

57,8

IL

54,0

MA

49,7

TR

74,4

ZZ

59,0

0805 50 10

AR

72,2

TR

68,8

ZA

127,2

ZZ

89,4

0808 10 80

AR

98,2

BR

79,0

CA

129,0

CL

79,0

CN

95,4

CR

69,1

NZ

112,2

US

102,6

UY

96,7

ZA

87,0

ZZ

94,8

0809 20 95

US

384,8

ZZ

384,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

31.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Jannar 2011

dwar l-għajnuna mill-Istat C 50/07 (ex N 894/06) li Franza tippjana li twettaq favur l-iżvilupp ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (“contrats solidaires et responsables”) u kuntratti ta’ assigurazzjoni komplementari kollettivi kontra r-riskju ta’ mewt, diżabilità u invalidità

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 267)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/319/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108 (2) (1) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu (2) msemmi hawn fuq u wara li kkunsidrat dawn l-osservazzjonijiet,

Billi:

I.   PROĊEDURA

(1)

Permezz tal-ittra bid-data tat-28 ta’ Diċembru 2006, Franza nnotifikat lill-Kummissjoni bi skemi ta’ għajnuna favur l-iżvilupp ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (“contrats solidaires et responsables”) hekk kif maħsuba f’emenda ta’ abbozz tal-Liġi tal-finanzi għall-2006. Id-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-iskemi ġew inklużi fl-Artikolu 88 tal-Liġi Nru 2006-1771 tat-30 ta’ Diċembru 2006 tal-finanzi li jemendaw għall-2006 (3). Franza kkomunikat informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni permezz tal-ittri tas-26 ta’ Frar, il-11 ta’ Mejju u t-18 ta’ Settembru 2007.

(2)

Permezz tal-ittra tat-13 ta’ Novembru 2007, il-Kummissjoni infurmat lil Franza bid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali kif previst fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat (TFUE) rigward din l-għajnuna.

(3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-iskemi tal-għajnuna diskussi.

(4)

Franza bagħtet l-osservazzjonjiet tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali permezz tal-ittra tal-21 ta’ Diċembru 2007.

(5)

Il-Kummissjoni rċeviet l-osservazzjonjiet dwar dan is-suġġett min-naħa ta’ diversi partijiet terzi interessati. Din għaddiethom lil Franza filwaqt li tatha l-opportunità li tikkummenta dwarhom, u rċeviet il-kummenti tagħha permezz tal-ittra tat-8 ta’ Mejju 2008.

(6)

Franza għaddiet informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni permezz tal-ittra tal-31 ta’ Ottubru 2008.

(7)

Uħud mill-partijiet terzi ttrasmettew informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni matul ix-xahar ta’ Frar 2009.

(8)

Wara laqgħa li saret fit-2 ta’ Ġunju 2009 bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-aworitajiet Franċiżi, dawn tal-aħħar impenjaw ruħhom li janalizzaw il-possibilità li jintroduċu ċerti modifiki fl-iskemi notifikati u li jwasslu l-analiżi tagħhom lill-Kummissjoni fl-iqsar żmien possibbli.

(9)

Permezz tal-komunikazzjoni tat-22 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni tat 20 jum ta’ xogħol bħala żmien biex Franza tittrasmetti l-analiżi tagħha.

(10)

Permezz tal-ittra tat-3 ta’ Novembru 2009, l-awtoritajiet Franċiżi talbu sospensjoni tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali sal-1 ta’ April 2010.

(11)

Fid-data tas-17 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni tat l-approvazzjoni tagħha dwar is-sospensjoni tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali sal-1 ta’ April 2010, fl-applikazzjoni tal-kodiċi tal-prattika tajba biex jitmexxew il-proċeduri ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat (5) sabiex tippermetti lil Franza li tadatta l-abbozz tal-leġiżlazzjoni u tipproċedi għall-konsulti meħtieġa.

(12)

Permezz tal-ittra tas-26 ta’ April 2010, l-awtoritajiet Franċiżi infurmaw lill-Kummissjoni li abbozz emendat għal skema ser jintbagħat fis-17 ta’ Mejju 2010.

(13)

Permezz tal-komunikazzjoni tas-27 ta’ Mejju 2010, l-awtoritajiet Franċiżi għaddew l-informazzjoni lill-Kummissjoni, madankollu mingħajr ma ppjanaw l-emendi għall-iskemi notifikati.

II.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-GĦAJNUNA

(14)

Żewġ sistemi fiskali distinti kienu s-suġġett tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali:

Eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpaniji u mit-taxxa professjonali territorjali minħabba attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (“contrats solidaires et responsables”)

(15)

L-ewwel miżura notifikata hija skema ta’ eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpaniji, introdotta fl-Artikolu 207-2 tal-Kodiċi ġenerali tat-taxxa (CGI), u mit-taxxa professjonali territorjali (6) (l-Artikolu 1461-1o tal-CGI) minħabba operazzjonijiet ta’ ġestjoni ta’ ċerti kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa imsejħa “contrats solidaires et responsables”. Dawn l-eżenzjonijiet jibbenefikaw lill-organizzazzjonijiet kollha li joħorġu dawn il-kuntratti: mutwalitajiet u junjins sostnuti mill-kodiċi tal-pooling, istituzzjonijiet tal-welfare irregolati mit-Titolu III tal-Volum IX tal-Kodiċi tas-sigurtà soċjali jew mill-Volum VII tal-Kodiċi rurali kif ukoll l-intrapriżi kollha tal-assigurazzjoni rregolati mill-kodiċi tal-assigurazzjoni.

(16)

L-għan prinċipali ta’ din il-miżura huwa, bl-iżvilupp ta’ dan it-tip ta’ kuntratt, li tiżdied il-kopertura tas-saħħa kumplimentari tal-popolazzjoni Franċiża. Għalhekk, il-miżura ser tkun kumplimentari għall-iskema ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq il-ftehim tal-assigurazzjoni li tapplika għall-istess tip ta’ kuntratti u li l-Kummissjoni awtorizzat bid-Deċiżjonijiet tagħha tat-2 ta’ Ġunju 2004 (7) u tad-29 ta’ Ottubru 2010 (8).

(17)

Il-kuntratti tal-assigurazzjoni tas-saħħa kkonċernati minn din l-iskema ta’ eżenzjoni ġew introdotti fi Franza fl-2001 (9). Minn naħa waħda, dawn huma kuntratti relatati ma’ operazzjonijiet kollettivi bi sħubija obbligatorja, u min-naħa l-oħra kuntratti relatati ma’ operazzjonijiet individwali u kollettivi bi sħubija volontarja.

(18)

Biex ikunu eliġibbli, dawn il-kuntratti għandhom partikolarment jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

L-ebda informazzjoni medika dwar il-persuna assigurata m’għandha tintalab mill-entità tal-assigurazzjoni għal sħubija ta’ kuntratti volontarji;

L-ammont tal-kontribuzzjonijiet jew tal-poloz ma jkunx stabbilit skont l-istat ta’ saħħa tal-persuna assigurata;

Il-garanziji mogħtija għandhom bilfors ikopru s-servizzi marbuta mal-prevenzjoni u mal-konsultazzjonijiet tat-tabib li jagħmel it-trattament kif ukoll għall-preskrizzjonijiet tiegħu;

Il-garanziji mogħtija m’għandhomx ikopru l-ħlasijiet mediċi li l-persuna assigurata tista’ tiddikjara jew minħabba li tkun qabżet il-limitu tal-ħlas għal ċerti azzjonijiet jew għal ċerti konsulti, jew minħabba n-nuqqas ta’ għażla ta’ tabib għat-trattament.

(19)

Biex jibbenefikaw mill-iskema preferenzjali, l-entitajiet tal-assigurazzjoni għandhom ukoll jirrispettaw il-limiti relatati man-numru ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (contrats solidaires et responsables) fil-portafoll tagħhom tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa. Dawn il-limiti jvarjaw skont it-tip ta’ kuntratti:

Kuntratti relatati ma’ operazzjonjiet individwali u kollettivi ta’ sħubija volontarja:

Il-parti tagħhom għandha tirrappreżenta 150 000 persuna jew proporzjon minimu (stabbilit minn digriet) li jinkludi bejn 80 % u 90 % tal-persuni kollha li ffirmaw il-poloz u tal-membri li għandhom kuntratti relatati ma’ operazzjonijiet individwali u kollettivi ta’ sħubija volontarja rreġistrati mal-entità (10).

Kuntratti relatati ma’ operazzjonijiet kollettivi ta’ sħubija obbligatorja:

Il-parti tagħhom għandha tirrappreżenta 120 000 persuna jew proporzjon minimu (stabbilit minn digriet) li jinkludi bejn 90 % u 95 % tal-persuni kollha li ffirmaw il-poloz u tal-membri li għandhom kuntratti relatati ma’ operazzjonijiet individwali u kollettivi ta’ sħubija obbligatorja rreġistrati mal-entità (11).

(20)

Fl-aħħar nett, l-entitajiet li jibbenefikaw għandhom ukoll jissodisfaw tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

Jimplimentaw modulazzjoni tat-tariffi jew tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet skont is-sitwazzjoni soċjali tal-persuni li ffirmaw il-poloz u tal-membri msieħba;

Il-membri msieħba u l-assiguraturi li jibbenefikaw minn għajnuna biex jiksbu assigurazzjoni supplementari tas-saħħa (12) jirrappreżentaw bejn 3 % u 6 % tal-anqas tal-parteċipanti u tal-persuni li ffirmaw il-poloz tal-kuntratti tal-assigurazzjoni tas-saħħa relatati ma’ operazzjonijiet individwali u kollettivi bi sħubija volontarja msieħba mal-entità (13);

Il-persuni li għandhom tal-anqas ħamsa u sittin sena jirrappreżentaw tal-anqas bejn 15 % u 20 % tal-membri li jipparteċipaw jew li ffirmaw poloz tal-assigurazzjoni tas-saħħa msieħba tal-entità (14);

Il-persuni li għandhom anqas minn ħamsa u għoxrin sena jirrappreżentaw tal-anqas bejn 28 % u 35 % tal-benefiċjarji ta’ poloz ta’ assigurazzjoni tas-saħħa msieħba tal-entità (15).

(21)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, dawn l-aħħar kriterji jimponu pooling ta’ tariffi jew tal-etajiet u t-twettiq ta’ livell minimu ta’ solidarjetà effikaċi. Dawn għandhom l-għan li jinkoraġġixxu t-tqassim tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (“contrats solidaires et responsables”) u l-kopertura tal-popolazzjoni kollha, partikolarment billi jaċċettaw proporzjon sinifikanti ta’ persuni żgħażagħ jew anzjani, żewġ kategoriji li jaffaċċjaw l-akbar diffikultajiet biex jiksbu assigurazzjoni (komplementari) tas-saħħa minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi (żgħażagħ) jew l-ispiża prinċipali li dawn jippreżentaw (persuni anzjani).

(22)

Is-sistema timponi wkoll li dawn il-kriterji jingħataw aktar importanza fil-livell ta’ gruppi, skont l-attivitajiet taxxabbli tagħhom fi Franza. Din id-dispożizzjoni għandha l-għan li tevita t-tgħawwiġ tas-sistema jew tal-istrutturi li jwasslu għal konċentrazzjoni ta’ dan it-tip ta’ riskju f’xi strutturi ad hoc, b’kuntradizzjoni tal-objettiv tal-mutwalizzazzjoni.

(23)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-kundizzjonijiet kollha għandhom l-għan li jħeġġu lill-entitajiet tal-assigurazzjoni li jiżviluppaw il-firxa ta’ dawn il-kuntratti, biex jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-kopertura tas-saħħa universali ta’ bażi u komplementari u li joffru kopertura tas-saħħa komplementari lill-popolazzjoni kollha f’kundizzjonijiet ta’ tariffi stabbli. Partikolarment huma inklużi l-persuni li l-istat tas-saħħa tagħhom jew il-kapaċitajiet finanzjarji tagħhom ma jippermettulhomx li jkollhom kopertura individwali.

(24)

Id-dħul fis-seħħ ta’ din is-sistema fiskali, li inizjalment kienet ippjanata għall-1 ta’ Jannar 2008 f’dak li jikkonċerna l-eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpaniji u s-sena finanzjarja 2010 f’dak li jikkonċerna l-eżenzjoni mit-taxxa professjonali territorjali, tmexxa għall-1 ta’ Jannar 2012 u għas-sena finanzjarja 2013 rispettivament, fi stennija tal-approvazzjoni tal-iskemi konċernati mill-Kummissjoni.

Tnaqqis fiskali tal-kontribuzzjonijiet għad-dispożizzjonijiet ta’ ugwalizzazzjoni relatati ma’ ċerti kuntratti komplementari kollettivi

(25)

Din it-tieni sistema fiskali għandha l-għan li tippermetti lill-entitajiet tal-assigurazzjoni li jibbenefikaw minn tnaqqis fiskali tal-kontribuzzjonijiet għad-dispożizzjonijiet ta’ ugwalizzazzjoni relatati ma’ ċerti kuntratti ta’ assigurazzjoni komplementari kollettivi (l-Artikolu 39 (d) GD tal-CGI) lil hinn minn dak li tippermetti l-iskema ta’ dritt komuni (l-Artikolu 39 (d) GB) għal dispożizzjonijiet bħal dawn.

(26)

L-istabbiliment ta’ dispożizzjoni teknika ta’ ugwalizzazzjoni (16) huwa stipulat mir-regolamentazzjoni tal-kontabilità u prudenzjali tal-entitajiet tal-assigurazzjoni. L-Artikolu 30 tad-Direttiva 91/674/KEE tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni jiddefinixxi d-dispożizzjoni ta’ ugwalizzazzjoni kif ġej: “Id-dispożizzjoni ta’ ugwalizzazzjoni għandha tinkludi kull ammont imwarrab inkonformità mal-ħtiġiet ġuridiċi jew amministrattivi għall-ugwalizzazzjoni ta’ proporzjonijiet ta’ ċaqliq fit-telf fi snin futuri jew biex jiġi provdut għal riskji speċjali.” (17).

(27)

F’dan il-każ, id-dispożizzjoni tal-ugwalizzazzjoni hija maħsuba biex taffaċċja l-varjazzjonijiet fit-telf relatati mal-operazzjonijiet kollettivi li jkopru r-riskji tal-mewt jew ta’ ħsara fuq il-persuna (diżabilità u invalidità). Dawn il-varjazzjonijiet fir-riżultat (minn sena finanzjarja għall-oħra) ser ikunu marbuta mat-twettiq effikaċi tal-garanziji previsti mill-kuntratti tal-assigurazzjoni mħallsa mqabbla mal-ipoteżi ta’ implimentazzjoni tal-obbligi tal-garanziji li kienu nżammu matul l-iżvilupp tat-tariffi tal-poloz tal-assigurazzjoni. Id-dispożizzjoni tippermetti t-twittija tar-riżultati tekniċi relatati mal-operazzjonijiet konċernati bil-ħsieb li jkunu koperti l-varjazzjonijiet tal-pretensjonijiet importanti li jistgħu jiġu nnutati.

(28)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, id-dispożizzjoni ta’ ugwalizzazzjoni l-ġdida stipulata fl-Artikolu 30 (d) GD tikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali ta’ żvilupp u titjib tal-offerta, mill-entitajiet tal-assigurazzjoni, tal-garanziji tal-welfare sottoskritti fil-qafas ta’ proċedura msejħa “għad-deżinjazzjoni”. Huma kkonċernati l-garanziji kollettivi komplementari li jirriżultaw minn ftehim kollettiv professjonali jew interprofessjonali, ftehim tal-kumpaniji jew deċiżjonijiet ta’ min jimpjega mwettqa li fil-qafas tagħhom l-entità tal-organizzazzjoni tiġi magħżula mill-imsieħba soċjali (“proċedura għad-deżinjazzjoni”). Din l-għażla timponi fuq l-entità magħżula l-obbligu li tirrispetta l-kundizzjonijiet konvenzjonali nnegozjati mill-imsieħba soċjali (18) (inkluż il-klawżoli fil-kuntest ta’ aġġustament mill-ġdid tat-tariffi). L-għażla ssir għal perjodu massimu ta’ ħames snin, perjodu li fit-tmiem tiegħu għandha ssir b’mod obbligatorju investigazzjoni mill-ġdid tal-entità magħżula. Il-kuntratti bi klawżola ta’ għażla mwaqqfa fil-livell ta’ fergħat professjonali bi ftehim bejn l-imsieħba soċjali huma dejjem suġġetti għal deċiżjoni ta’ estensjoni mill-Ministru responsabbli mis-Sigurtà Soċjali. Għalhekk huma applikabbli għall-persuni li jirċievu salarju jew li kienu jirċievu salarju mill-fergħa, kif ukoll id-dipendenti tagħhom (ikun xi jkun l-istat tas-saħħa u l-età tagħhom), u min iħaddimhom huwa responsabbli li jissottoskrivi u jingħaqad mal-entità magħżula (19).

(29)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-għażla tippermetti li jinkiseb, mingħand l-entità magħżula, rapport tal-kontribuzzjonijiet/garanziji l-aktar vantaġġuż, u li l-persuni li jirċievu salarju mill-istess settur ekonomiku jingħataw aċċess għall-istess garanziji, ikun xi jkun id-daqs tal-intrapriża li huma jappartjenu għaliha. Din tinkludi wkoll investigazzjoni mill-ġdid perjodika tat-termini tal-organizzazzjoni tal-mutwalizzazzjoni tar-riskji u l-ħatra tal-entità kkunsidrata.

(30)

Din il-miżura tippermetti wkoll li jittejjeb, għall-benefiċċju tal-konsumatur individwali, il-kontroll tat-tariffi u l-kwalità tas-servizzi pprovduti meta jinqalgħu riskji gravi bħalma huma d-diżabilità, l-invalidità jew il-mewt li għall-persuna assigurata u l-familja tagħha jwasslu għal konsegwenzi soċjali u finanzjarji sinifikanti (spejjeż addizzjonali, telf fid-dħul, esklużjoni, eċċ.).

(31)

B’mod aktar preċiż, il-mekkaniżmu tad-dispożizzjoni favur il-garanziji f’każ ta’ mewt, diżabilità u invalidità sottoskritti fil-qafas ta’ proċedura ta’ deżinjazzjoni jippermetti lill-entitajiet tal-assigurazzjoni magħżula:

Teħid ta’ responsabilità għal differenzi fid-defiċit fuq dawn it-tipi ta’ kuntratti, mqabbel mal-medja prevista fil-bidu, li jistgħu jirriżultaw mill-kontinġenzi għal telf (ammonti u numri) jew bħala riżultat tar-riskju (bidliet fl-informazzjoni li minnha kienet saret il-kalkolazzjoni tat-tariffa inizjali);

It-titjib tal-fondi u l-marġini tas-solvenza tal-organizzazzjonijiet li jipproponu dawn l-operazzjonijiet bis-saħħa tal-istabbiliment tad-dispożizzjoni speċjali.

(32)

Fil-prattika, il-kontribuzzjoni annwali għad-dispożizzjoni hija aċċettata bi tnaqqis fil-limitu tal-benefiċċju tekniku (20) tal-operazzjonijiet konċernati. L-ammont totali tad-dispożizzjoni ma jistax jeċċedi 130 % tal-ammont totali tal-kontribizzjonijiet relatati ma’ dawn l-operazzjonijiet kollha mwettqa matul is-sena finanzjarja. Id-dispożizzjoni hija relatata mal-kumpens tar-riżultati tekniċi ta’ defiċit tas-sena finanzjarja fl-ordni tal-anzjanità tal-kontribuzzjonijiet annwali.

(33)

Il-kontribuzzjonijiet annwali li ma jintużawx fi żmien għaxar snin jiġu trasferiti f’fond ta’ riserva speċjali b’eżenzjoni mit-taxxa. L-ammont ta’ dan il-fond ta’ riserva speċjali ma jistax jaqbeż 70 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet relatati mal-operazzjonijiet kollha konċernati mwettqa matul is-sena finanzjarja. Is-surplus ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet jingħaqad mal-benefiċċju taxxabbli wara perjodu ta’ 10 snin wara l-kontabilità tagħhom.

(34)

Fl-iskema ta’ dritt komuni, l-intrapriżi tal-assigurazzjoni u ta’ assigurazzjoni mill-ġdid (l-Artikolu 39 (d) GB) fil-fatt jistgħu jikkostitwixxu eżenzjonijiet mit-taxxa għad-dispożizzjonijiet tal-ugwalizzazzjoni relatati mal-operazzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-grupp kontra r-riskji ta’ mewt, diżabilità jew invalidità fil-limiti li ġejjin:

il-kontribuzzjoni annwali tad-dispożizzjoni hija limitata għal 75 % tal-benefiċċju tekniku tal-kuntratti konċernati;

l-ammont totali tad-dispożizzjoni ma jistax jeċċedi, mqabbel mal-ammont tal-kontribuzzjonijiet relatati mal-kuntratti konċernati miksuba matul is-sena finanzjarja, proporzjon inkluż bejn 23 % u 100 % skont l-ammont tal-persuni assigurati.

Kull dispożizzjoni hija relatata mal-kumpens tar-riżultati tekniċi ta’ defiċit tas-sena finanzjarja fl-ordni tal-anzjanità tal-kontribuzzjonijiet annwali. Min-naħa l-oħra, il-kontribuzzjonjiet li ma setgħux jintużaw fi żmien 10 snin jiġu miżjuda mal-benefiċċju taxxabbli.

III.   RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI

(35)

Fid-deċiżjoni tagħha tal-ftuħ ta’ investigazzjoni formali tat-13 ta’ Novembru 2007, il-Kummissjoni spjegat id-dubji tagħha fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 107 (2a) tat-TFUE rigward iż-żewġ miżuri fiskali konċernati (21).

(36)

F’dak li jikkonċerna l-ewwel miżura (eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpaniji u tat-taxxa professjonali territorjali minħabba attivitajiet ta’ ġestjoni tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (“contrats solidaires et responsables”)), il-Kummissjoni qieset li Franza ma tatx il-prova tat-trasferiment integrali tal-vantaġġ lill-konsumaturi.

(37)

Il-Kummissjoni qajmet mistoqsijiet dwar ir-rispett tal-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ diskiminazzjoni fir-rigward tal-oriġini tal-prodott minħabba l-eżistenza ta’ limiti relatati man-numru (120 000/150 000 kuntratt) jew għall-proporzjon (rata ta’ 80/90 %) tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (“contrats solidaires et responsables”) fil-portafoll tal-kuntratti tas-saħħa tal-entitajiet tal-assigurazzjoni konċernati.

(38)

Fir-rigward tat-tieni miżura (tnaqqis fiskali tal-kontribuzzjonijiet għad-dispożizzjonijiet tal-ugwalizzazzjoni), il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni li l-ebda waħda mit-tliet kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 107 (2)(a) tat-TFUE, ma kienet tidher sodisfatta.

(39)

L-ewwel nett, il-karattru soċjali tal-miżura ma kienx jidher bis-sħiħ skont il-Kummissjoni meta wieħed jibda jkollu suspetti dwar il-kuntratt tal-assigurazzjoni, jiġifieri qabel ma seħħu dawn l-avvenimenti gravi.

(40)

It-tieni nett, it-trasferiment integrali tal-għajnuna lill-konsumatur/persuna assigurata kien jidher aktar ipotetiku u għall-għarrieda milli għall-miżura preċedenti. It-trasferiment tal-vantaġġ kien jidher ukoll li jista jkun ta’ profitt għal min iħaddem safejn dawn jikkontribwixxu wkoll għall-finanzjament tal-kuntratt.

(41)

It-tielet nett, il-grad għoli tal-konċentrazzjoni tas-suq tal-kuntratti tad-deżinjazzjoni f’idejn l-istituzzjonijiet tal-welfare fil-kuntest kien jidher li jista’ jittraduċi ruħu permezz ta’ diskriminazzjoni de facto għall-benefiċċju tal-istituzzjonijiet.

IV.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI

(42)

Wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Federazzjoni Nazzjonali tal-Mutwalità Franċiża (Fédération Nationale de la Mutualité Française (FNMF)) irċeviet il-kummenti tal-Federazzjoni Franċiża tal-Kumpaniji tal-Assigurazzjoni (Fédération française des Sociétés d’Assurance (FFSA)), taċ-Ċentru Tekniku tal-Istituzzjonijiet tal-Welfare (Centre technique des Institutions de prévoyance (CTIP)), tal-Unjoni Nazzjonali Interfederali tax-Xogħlijiet u l-Entitajiet Privati Sanitarji u Soċjali (Union Nationale Interfédérale des Œuvres et Organismes Privés Sanitaires et Sociaux (UNIOPSS)), tal-Federazzjoni Nazzjoni tal-Kumitati Femminili għall-Ġlieda Kontra l-Kanċer (Fédération nationale des Comités féminins pour le Dépistage des Cancers), l-Unjoni Federali tal-Konsumaturi (Union Fédérale des Consommateurs - Que choisir (UFC – Que choisir)), kif ukoll ta’ parti terza anonima.

(43)

Il-maġġoranza tal-partijiet interessati jikkunsidraw b’mod pożittiv iż-żewġ miżuri fiskali in kwistjoni u l-kummenti tagħhom jaqblu fil-parti l-kbira mal-argumenti esposti mill-awtoritajiet Franċiżi. Huma jenfasizzaw l-eżistenza ta’ kompetizzjoni qawwija fuq is-suq tal-assigurazzjoni komplementari tas-saħħa kif ukoll likwidità eċċellenti fis-suq. Huma jenfasizzaw ukoll li l-koperturi konċernati miż-żewġ miżuri jikkumpensaw għan-nuqqasijiet tas-sigurtà soċjali. Bil-ħolqien ta’ inċentivi fiskali aċċessibbli b’mod faċli għal kull attur tal-assigurazzjoni komplementari tas-saħħa, l-awtoritajiet Franċiżi joħolqu l-kundizzjonijiet għat-trasformazzjoni tas-segment ta’ persuni li ma tantx huma interessanti a priori fit-termini tal-profil ta’ riskju jew ta’ solvenza f’segment li jippreżenta attrazzjoni ekonomika ġdida.

(44)

F’dak li jikkonċerna l-ewwel miżura (eżenzjoni għall-kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (“contrats solidaires et responsables”)) il-FFSA madankollu tistaqsi dwar l-eżistenza ta’ limiti għoljin wisq li jistgħu jikkostitwixxu vantaġġ ovvju għall-operaturi li diġà għandhom preżenza qawwija fis-suq. Jekk il-FFSA tifhem li l-prinċipju ta’ limitu biex ikunu evitati sitwazzjonijiet li huma kumplessi wisq biex jiġu amministrati, din tqis ukoll li huwa indispensabbli li dan il-limitu ma jikkostitwix, fih innifsu, ostaklu għall-għotja tal-għajnuna. Din tqis ukoll li l-kriterji marbuta mal-istruttura tal-popolazzjoni koperta (perċentwali ta’ anqas minn 25 sena, ta’ persuni rtirati, eċċ.) jwasslu għall-għażla tal-benefiċjarji tal-għajnuna mingħajr ġustifikazzjoni reali fir-rigward tal-objettiv relatat. Dawn il-kriterji jkunu ta’ vantaġġ għall-mutwalitajiet omoġeni li l-aċċess tagħhom huwa suġġett għal kriterji tal-istat jew tal-professjoni, għad-detriment tal-mutwalitajiet miftuħa għall-pubbliku kollu. Dawn il-kriterji jintroduċu wkoll differenza potenzjali tat-trattament bejn il-persuni assigurati.

(45)

Is-CTIP jippreċiża min-naħa tiegħu li s-servizzi proposti mill-entitajiet tal-assigurazzjoni jeħtieġu, biex ikunu ta’ kwalità, investimenti importanti li jridu jkunu jistgħu jitqassmu fuq gruppi ta’ persuni assigurati li huma numerużi biżżejjed. Dan l-għan jispjega l-limiti.

(46)

Is-CTIP jagħmel referenza għall-obbligu tal-intrapriżi tal-assigurazzjoni fl-Unjoni Ewropea biex jikkostitwixxu marġini ta’ solvenza. Jekk il-benefiċċji tekniċi kollha jkollhom jingħataw lura lill-persuni assigurati, is-solvenza ma tkunx sodisfatta. Għalhekk huwa normali li parti sservi biex tkopri, b’mod totali jew parzjali, it-tkabbir ta’ kull sena tal-ħtieġa ta’ solvenza.

(47)

Is-CTIP jippreċiża wkoll li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-iskemi professjonali ta’ natura konvenzjonali ma jaqgħux, minħabba n-natura u l-għan tagħhom, taħt id-dispożizzjonijiet tal-Liġi tal-Unjoni Ewropea relatati mal-kompetizzjoni (22). Skemi bħal dawn barra minn hekk ma jistgħux ikunu kkonċernati minn taxxi kummerċjali, minħabba l-koperturi li jistgħu jikkumpensaw għan-nuqqasijiet tas-sigurtà soċjali u li huma bbażati fuq il-ftehimiet u l-qbil kollettivi.

(48)

Il-FNMF issejjaħ ukoll il-kompatibilità tal-ewwel miżura fuq il-bażi tal-Artikolu 107 (3)(c) tat-TFUE. Min-naħa, l-għajnuna hija maħsuba biex jiġi faċilitat l-iżvilupp tal-kopertura tas-saħħa komplementari li jirrispetta l-karattri tal-kuntratti tal-assigurazzjoni (“contrats solidaires et responsables”) fil-kundizzjonijiet li ma jbiddlux il-kundizzjonijiet tal-iskambju f’miżura li tmur kontra l-interess komuni. Il-miżura għandha taħseb biex tikkumpensa nuqqas tas-suq li jipproduċi segmentazzjoni tal-poplu, filwaqt li s-suq ma jippermettix b’mod effiċjenti li jiżgura l-benesseri globali tal-popolazzjonijiet mhux vijabbli. Min-naħa l-oħra, l-għajnuna għandha tkun neċessarja u proporzjonata, is-sistemi implimentati qabel ma ppermettewx li jintlaħaq l-għan mixtieq.

(49)

Parti terza anonima tenfasizza d-defiċit tal-għarfien u l-informazzjoni statistika tal-Istat Franċiż dwar is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-intrapriżi attivi fuq is-suq tal-assigurazzjonijiet komplementari tas-saħħa. Dan jagħmel kull analiżi objettiva tas-sitwazzjoni impossibbli.

(50)

L-istess parti terza anonima tagħmel ukoll referenza għall-evoluzzjoni bejn l-2001 u l-2007 tal-marġini benefiċjarji mwettqa mill-intrapriża tas-settur. Filwaqt li d-dħul tal-intrapriżi konċernati kellu jiżdied b’50 % matul il-perjodu msemmi, l-ispejjeż tas-servizzi tal-istess assiguraturi żdiedu biss b’35 %. Il-marġini gross tal-esplojtazzjoni għalhekk ipprogressa bi 15 % fi żmien 6 snin.

(51)

Fir-rigward tat-tieni miżura (dispożizzjoni ta’ ugwalizzazzjoni), il-FFSA hija tal-opinjoni li xejn ma jiġġustifika skema fiskali aktar vantaġġuża għall-kuntratti bi klawżola ta’ deżinjazzjoni għal dawk il-kuntratti tal-grupp ta’ intrapriżi li jkopru l-istess riskji. Il-loġika tal-kostituzzjoni tad-dispożizzjoni kif ukoll ir-riskji huma l-istess, b’mutwalizzazzjoni aktar wiesgħa f’każ ta’ kuntratti bi klawżola ta’ deżinjazzjoni. Barra minn dan, il-miżura għandha tkun riservata għall-istituzzjonijiet ta’ welfare. Għalkemm l-għażla tal-entità li tassigura l-imsieħba soċjali tkun miftuħa skont il-liġi, dan it-tip ta’ kuntratt fil-prattika kważi kollu jaħtar l-istituzzjoni tal-assigurazzjoni magħmula fuq l-inizjattiva tal-imsieħba soċjali.

(52)

Is-CTIP iqis min-naħa tiegħu li huwa normali li l-imsieħba soċjali kienu jippreferu li jagħżlu li titwaqqaf istituzzjoni ta’ welfare li wara jkunu jistgħu jiżguraw il-ġestjoni tagħha.

(53)

Is-CTIP ifakkar ukoll il-limiti li jaffettwaw lill-entitajiet tal-assigurazzjoni f’każ ta’ għażla:

applikazzjoni stricto sensu tad-dispożizzjonijiet previsti fil-ftehim jew fil-qbil kollettiv (garanziji, tariffi, klawżoli ta’ valutazzjoni mill-ġdid, żamma ta’ drittijiet f’każ ta’ sitwazzjonijiet prekarji, eċċ.);

l-interdizzjoni ta’ sospenzjoni tal-garanziji anke f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas;

l-obbligu tal-assigurazzjoni tal-intrapriżi kollha koperti mill-qasam tal-applikazzjoni tal-qbil jew tal-ftehim;

Il-ħtieġa li t-tariffa tinfirex fuq it-tul taċ-ċiklu tas-settur ekonomiku kopert sabiex ikun hemm korrelazzjoni taż-żidiet tat-tariffi tal-kriżijiet ekonomiċi li jaffettwaw settur professjonali.

(54)

Is-CTIP iqis ukoll li l-iskemi konvenzjonali tal-protezzjoni soċjali komplementari jikkostitwixxu remunerazzjoni għall-persuni li jirċievu salarju u għalhekk ma jistgħux ikunu suġġetti għal taxxa kummerċjali. B’konsegwenza, is-sistema ta’ tnaqqis komplementari tad-dispożizzjonijiet tal-ugwalizzazzjoni ma tistax titqies li tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat.

(55)

Is-CTIP, kif ukoll il-FNMF jistaqsu wkoll dwar il-kompatibilità tat-tieni miżura abbażi tal-Artikolu 107 (3)(c) tat-TFUE bi preċiżjoni li din hija maħsuba li tiffaċilita l-iżvilupp tas-suq tal-welfare mingħajr bidla fil-kundizzjonijiet tal-kummerċ f’miżura kuntrarja għall-interess komuni.

(56)

Barra minn dan, is-CTIP jagħmel referenza għas-sentenza Albany  (23) fejn ippreċiża li l-iskemi konvenzjonali tal-protezzjoni soċjali bi sħubija obbligatorja jissodisfaw missjoni ta’ interess ekonomiku ġenerali. Is-sottomissjoni tal-operazzjonjiet marbuta ma’ skemi konvenzjonali ta’ protezzjoni soċjali implimentati minn entità ta’ assigurazzjoni għal taxxi kummerċjali, hija f’kuntradizzjoni mat-twettiq tal-missjoni ta’ interess ekonomiku ġenerali mogħtija lill-entità tal-assigurazzjoni.

V.   IL-KUMMENTI TA’ FRANZA

Eżenzjonijiet mit-taxxa tal-kumpaniji u mit-taxxa professjonali territorjali minħabba attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (“contrats solidaires et responsables”)

(57)

F’dak li jikkonċerna r-riperkussjoni tal-għajnuna fuq il-konsumaturi individwali, l-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li din ir-riperkussjoni għandha tkun assigurata mill-karattru kompetittiv tas-suq tal-assigurazzjoni tas-saħħa komplementari u mill-istess ekonomija tal-miżura.

(58)

Mhux biss in-numru ta’ atturi fuq is-suq ser ikun għoli (24) imma wkoll il-mezzi tad-distribuzzjoni għandhom ikunu numerużi u varjati (aġenti ġenerali tal-assigurazzjoni, dealers, persuni li jirċievu salarju li jaħdmu mal-entitajiet tal-assigurazzjoni, bejgħ dirett permezz tal-Internet, eċċ.). Il-karattru kompetittiv ta’ dan is-settur barra minn dan għandu jkun garantit mill-Awtorità tal-Kontroll tal-assigurazzjonijiet mutwali (Autorité de contrôle des assurances et des mutuelles (ACAM)).

(59)

Il-mekkaniżmi tas-suq għalhekk għandhom jiggarantixxu r-riperkussjoni tal-vantaġġ lill-konsumaturi taħt forma ta’ tnaqqis fis-sehem finanzjarju tal-persuna assigurata, mingħajr ma jkun meħtieġ li titwaqqaf sistema ta’ tqassim mill-ġdid obbligatorju fl-ekonomija fiskali. Barra minn dan, l-ekonomija tal-miżura tiggarantixxi li l-vantaġġ huwa ta’ vantaġġ lill-kategoriji tal-konsumaturi esklużi minn kopertura tas-saħħa komplementari minħabba l-età jew ir-riżorsi tagħhom.

(60)

Fir-rigward tal-kwistjoni ta’ diskriminazzjoni eventwali favur ċerti organizzazzjonijiet, Franza tippreċiża li l-limiti joħolqu inċentiv għall-entitajiet tal-assigurazzjoni biex jaqsmu bejniethom “ir-riskju ħażin”, ikkaratterizzat mill-età jew mil-livell ta’ riżorsi tal-persuni konċernati, fil-portafoll tagħhom.

(61)

Proporzjon jew numru insuffiċjenti ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (“contrats solidaires et responsables”) ma jippermettix li jintlaħaq dan l-għan ta’ mutwalizzazzjoni u, fin-nuqqas ta’ tali limiti, l-eżenzjonijiet previsti jistgħu jipprovdu lill-entitajiet konċernati effett ta’ qligħ mhux ġustifikat. Il-kompetizzjoni (mingħajr it-twaqqif tal-limitu) jkollha biss l-effett li dan il-vantaġġ fiskali jgħaddi lill-konsumatur finali u jippermetti lill-entitajiet assiguraturi li jżommu l-partijiet tagħhom tas-suq, mingħajr ma tiżgura żieda fir-rata tal-kopertura. Il-mekkaniżmu ta’ limitu doppju (perċentwali jew valur assolut) għalhekk għandu jkun element indispensabbli fiż-żieda tar-rata tal-kopertura tal-kategoriji tal-popolazzjoni li bħalissa mhumiex koperti.

(62)

F’kuntest ta’ żieda kontinwa fil-prezz tal-assigurazzjoni komplementari tas-saħħa, il-proposta ta’ inċentiv fiskali lill-kategoriji tal-popolazzjoni tkun ġejja tassew minn twettiq ta’ solidarjetà nazzjonali.

Tnaqqis fiskali tal-kontribuzzjonijiet għad-dispożizzjonijiet ta’ ugwalizzazzjoni f’ċerti kuntratti ta’ assigurazzjoni komplementari kollettivi

(63)

L-awtoritajiet Franċiżi jsostnu l-ewwel nett li s-sistema fiskali ma tistax titqies fl-integralità tagħha bħala għajnuna. Il-kwalifika ta’ għajnuna mill-Istat għandha tinżamm biss għal dik il-parti mis-sistema li mhux se tkun ġustifikata mill-ispeċifiċità tal-attività tal-assigurazzjoni konċernata fir-rigward tal-istandards ta’ prudenza.

(64)

L-ispeċifiċità tal-kuntratti ta’ deżinjazzjoni, filwaqt li żżomm mal-limitazzjonijiet sodi f’termini ta’ tariffi, ta’ għażla tar-riskji u ta’ ġestjoni, tagħmel lil dawn il-kuntratti partikolarment sensittivi għar-riskji li ġejjin mit-telf meta mqabbla mal-istimi oriġinali u għalhekk jiġġustifikaw bis-sħiħ skema ta’ kontribuzzjoni partikolarment prudenti.

(65)

Min-naħa waħda, ir-riskji koperti mill-kuntratti ta’ deżinjazzjoni konklużi fil-qafas tal-ftehim kollettiv tal-fergħa jikkonċernaw popolazzjoni speċifikament marbuta ma’ settur wieħed tal-attività u għalhekk partikolarment sensittiva għat-tibdil taċ-ċikli li jirriżultaw minn dan is-settur. Fuq perjodu twil, l-antiċipazzjoni taċ-ċikli tkun teħtieġ għalhekk twittija fit-tul tar-riżultati ta’ deżinjazzjoni.

(66)

Min-naħa l-oħra, il-kuntratti ta’ deżinjazzjoni li ġejjin mill-ftehim tal-intrapriża jikkonċernaw popolazzjoni li bilfors hija ristretta u għalhekk jiġġustifikaw ir-rati tal-finanzjament miżjuda minħabba l-varjazzjonijiet importanti fir-rati tal-klejm.

(67)

It-tnaqqis fiskali tal-kontribuzzjonijiet għal dawn id-dispożizzjonijiet f’kundizzjonijiet adattati u msaħħa, lil hinn minn sistema fiskali ta’ liġi komuni hekk kif prevista fl-Artikolu 39 (d) GB tal-CGI, b’hekk huwa ġġustifikat skont pjan regolamentari u prudenzjali.

(68)

L-awtoritajiet Franċiżi madankollu jindikaw li huwa diffiċli ħafna li wieħed jiġġustifika preċiżament ir-rati tal-kontribuzzjonijiet aċċettabbli għal dawn l-operazzjonijiet minħabba d-diffikultà teknika tal-valutazzjoni ta’ livell “normali” ta’ finanzjament għal riskji daqstant speċifiċi. L-awtoritajiet Franċiżi madankollu jippreċiżaw li l-limiti ta’ tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet għad-dispożizzjonijiet ġew stabbiliti bi ftehim mal-professjoni.

(69)

F’dak li jikkonċerna l-kompatibilità tal-għajnuna fir-rigward tal-Artikolu 107 (2)(a) tat-TFUE, Franza tikkonferma li t-tliet kundizzjonijiet ta’ din id-dispożizzjoni huma rispettati sew. F’dak li jikkonċerna l-karattru soċjali tal-għajnuna, din tippreċiża li l-kuntratti kollettivi negozjati fil-qafas tal-ftehim tal-fergħa jassiguraw grad għoli ta’ qsim tar-riskji kif ukoll livell ta’ poloz aktar baxx milli hemm fis-suq tal-kuntratti individwali, filwaqt li l-persuni li jirċievu salarji u l-familji tagħhom xorta waħda għandhom aċċess għal garanziji għoljin.

(70)

B’risposta għall-argument tal-Kummissjoni skont liema l-karattru soċjali tal-miżura ma jintweriex kompletament jekk wieħed ipoġġi ruħu fil-ħin tal-affiljazzjoni mal-kuntratt, Franza ssostni li l-għotja tal-għajnuna qabel it-twettiq tar-riskju hija l-uniku mod kif jista’ jintlaħaq dan l-għan soċjali mixtieq.

(71)

Fir-rigward tat-trasferiment tal-għajnuna lill-konsumatur finali, Franza mill-ewwel tistabbilixxi distinzjoni bejn il-ftehim kollettiv u l-ftehim tal-intrapriża. Għalkemm l-ewwel wieħed jista’ fil-fatt ikun karatterizzat minn predominanza tal-istituzzjonijiet tal-welfare, dan is-suq ser ikun suġġett għal dinamika ġdida u l-atturi l-oħra tal-assigurazzjoni jinteressaw ruħhom f’dan is-suq. Il-kompetizzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-assigurazzjoni għandha tkun reali u tippermetti li tkun garantita riperkussjoni massima fil-profitt tal-persuna assigurata. F’dak li jikkonċerna t-tieni punt (ftehim tal-intrapriża), teżisti kompetizzjoni qawwija ħafna bejn il-ftehim u l-ebda sitwazzjoni ta’ monopolju ta’ profitt tal-istituzzjonijiet tal-assigurazzjoni ma tkun tista’ tiġi karatterizzata.

(72)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-istess raġunament jista’ jiġi applikat f’każ ta’ tnaqqis jew moderazzjoni fit-tariffi li jsir għall-profitt tal-intrapriża. Fil-fatt, il-parteċipazzjoni ta’ min iħaddem fl-iffinanzjar tal-garanzija jikkorrispondi għal żieda fis-salarju tal-impjegat/assigurat u għalhekk b’vantaġġ għal dan tal-aħħar.

(73)

F’dak li jikkonċerna l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni de facto għall-profitt tal-istituzzjonijiet tal-welfare, Franza tippreċiża li l-miżura tittratta b’mod ugwali lill-operaturi kollha, hu x’inhu l-istat tagħhom. Is-suq tal-assigurazzjoni ma jkunx f’sitwazzjoni ta’ monopolju favur l-istituzzjonijiet tal-assigurazzjoni u dan diġà jkun karatterizzat minn kompetizzjoni qawwija bejn l-atturi prinċipali.

(74)

Franza tfakkar ukoll li l-għażla tal-entità tal-assigurazzjoni (proċedura ta’ deżinjazzjoni) tirriżulta mir-responsabilità ta’ min iħaddem u r-rappreżentanti tal-persunal. It-trasparenza u l-kompetizzjoni ta’ dan il-proċess jitwettqu fil-kundizzjonijiet normali ta’ suq li huwa miftuħ għall-kompetizzjoni. Il-kompetizzjoni ssir permezz ta’ sejħa għal offerti mingħand assiguraturi differenti, abbażi tal-ispeċifikazzjonijiet żviluppati mill-imsieħba soċjali.

(75)

Franza tqis ukoll li l-miżura valutata tista’ madankollu titqies bħala għajnuna maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi u li ma tbiddilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ f’miżura kuntrarja għall-interess komuni f’konformità mal-Artikolu 107 (3c) tat-TFUE. L-għan soċjali juri li l-miżura tista’ tipprova l-importanza li ser ikollu fil-futur l-iżvilupp tas-suq tal-welfare.

(76)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-iżvilupp tal-kuntratti ta’ welfare li jinkludu proċedura ta’ deżinjazzjoni għandu l-għan li jiżviluppa t-twaqqif ta’ skemi ta’ protezzjoni soċjali komplementari aktar favorevoli u aktar protettivi għall-persuni li jirċievu salarju filwaqt li jiffavorixxu d-djalogu soċjali u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema.

(77)

Fl-aħħar nett, Franza żżid tgħid li s-servizzi tal-assigurazzjoni komplementari fil-qasam tal-welfare fil-qafas tal-proċedura ta’ deżinjazzjoni jistgħu jitqiesu li jikkostitwixxu servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali fis-sens tal-Artikolu 106 (2) tat-TFUE, partikolarment meta l-isħubija fi skema ta’ servizzi hija obbligatorja u li l-ġestjoni tagħha ssir f’kuntest ta’ parità.

(78)

Il-ftehim kollettiv li jipprevedi garanziji u li jaħtar lill-assiguratur jista’ jsir obbligatorju għall-persuni kollha li jirċievu salarju, persuni li kienu jirċievu salarju u dipendenti skont proċedura ta’ estensjoni (l-Artikoli L 911-3 u 911-4 tal-Kodiċi dwar is-Sigurtà Soċjali) permezz ta’ sentenza tal-Ministru kompetenti. Hija din is-sentenza li għandha titqies bħala l-att li bih l-Istat Membru qiegħed jagħti l-obbligi tas-servizz pubbliku lil intrapriża.

(79)

Franza tammetti li l-ammont tal-kumpens (ekonomija fiskali) għas-servizz tal-interess ekonomiku ġenerali ma jirispettax il-kundizzjonijiet ippreżentati mill-qafas Komunitarju tal-għajnuna f’forma ta’ kumpens mis-servizz pubbliku (25). Madankollu, din tqis li dawn il-kundizzjonijiet mhumiex adattati għall-punti partikolari tal-operazzjonijiet konċernati. Skont Franza, il-mekkaniżmu tat-tnaqqis fiskali huwa aktar adattat u aktar flessibbli minn sussidju fuq il-bażi ta’ valutazzjoni preċiża tal-ispejjeż supplimentari li jirriżultaw mill-ġestjoni tas-servizz.

VI.   IR-REAZZJONI TA’ FRANZA GĦALL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET TERZI

(80)

L-awtoritajiet Franċiżi jinnutaw il-kummenti tal-partijiet terzi u jirrispondu b’mod aktar speċifiku għall-osservazzjonijiet tal-Federazzjoni Franċiża tal-Kumpaniji tal-Assigurazzjoni (Fédération Française des Sociétés d’Assurance (FFSA)).

(81)

F’dak li jikkonċerna l-eżenzjoni fiskali tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (“contrats solidaires et responsables”), l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li l-kompożizzjoni tal-portafolli tal-entitajiet tal-assigurazzjoni hija omoġena, b’tali mod li l-kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (“contrats solidaires et responsables”) mqabbla ma’ tipi oħra ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni ta’ saħħa illum tkun ekwivalenti fit-tliet kategoriji wiesgħa ta’ entitajiet tal-assigurazzjoni li joperaw fis-suq (intrapriżi li jaqgħu taħt il-kodiċi tal-assigurazzjoni, mutwalitajiet li jaqgħu taħt il-kodiċi tal-mutwalizzazzjoni u istituzzjonijiet ta’ welfare li jaqgħu taħt il-kodiċi tas-sigurtà soċjali).

(82)

Fir-rigward tad-dispożizzjoni l-ġdida tal-ugwalizzazzjoni, Franza tenfasizza li l-possibilità ta’ konklużjoni ta’ kuntratti ta’ deżinjazzjoni professjonali hija miftuħa għall-operaturi kollha, kemm Franċiżi u kemm barranin, li huma attivi fis-suq tal-welfare komplementari.

(83)

Fl-aħħar nett, Franza żżid li l-istituzzjonijiet tal-welfare ma jibbenefikawx minn sitwazzjoni ta’ monopolju u għalhekk, b’konsegwenza ta’ dan, m’hemm l-ebda vantaġġ ta’ diskriminazzjoni. Il-fatt li l-ftuħ tas-suq għall-kompetizzjoni huwa bil-mod u progressiv huwa relatat ma’ fattur storiku imma ma jqajjimx dubji dwar il-kompetizzjoni eżistenti bejn l-istituzzjonijiet tal-assigurazzjoni. Il-fatt li l-istituzzjonijiet tal-assigurazzjoni huma diġà speċjalizzati f’dan is-settur mhuwiex biżżejjed biex tkun stabbilita xi tip ta’ diskriminazzjoni.

VII.   INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI PPREŻENTATA MINN FRANZA WARA S-SOSPENSJONI TAL-PROĊEDURA

(84)

Matul il-proċedura ta’ investigazzjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni pproponew ċerti direzzjonijiet lil Franza sabiex l-iskemi tal-għajnuna jsiru kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107 (2) tat-TFUE.

(85)

F’dak li jikkonċerna l-ewwel miżura (eżenzjonijiet mit-taxxa tal-kumpaniji u t-taxxa professjonali territorjali għall-ġestjoni tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (“contrats solidaires et responsables”)), ġew proposti l-istrateġiji li ġejjin:

Sabiex ikun rispettat it-tieni kriterju (trasferiment effettiv vantaġġuż), ġie propost lil Franza biex tieħu l-ideat mis-sistema ta’ sussidji hekk kif approvata qabel mill-Kummissjoni għall-kopertura komplementari tas-saħħa tal-uffiċjali Franċiżi (N 911/06), b’sistema ta’ kreditu għat-taxxa għall-profitt tal-konsumaturi individwali jew ta’ kull sistema li tippermetti l-garanzija effettiva tal-għajnuna;

Sabiex jevitaw kull diskriminazzjoni, l-awtoritajiet Franċiżi ġew mistiedna li jirrevedu l-mekkaniżmu tal-limiti.

(86)

Bil-komunikazzjoni tagħha tas-27 ta’ Mejju 2010, madankollu Franza indikat li din kienet iddeċidiet li żżomm l-iskema tal-għajnuna li din kienet notifikat mingħajr l-ebda bidla u kkonfermat l-analiżi tagħha skont liema skemi notifikati kienu kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107 (2)(a) tat-TFUE.

(87)

Fl-istess komunikazzjoni, Franza żiedet li l-kuntratti tal-assigurazzjoni komplementari tas-saħħa kienu jikkostitwixxu prodott ta’ lealtà għall-persuni assigurati li jippermetti li wara jiġu proposti lill-istess persuni assigurati l-prodotti li joffru l-akbar remunerazzjoni, bħal fil-każ tal-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja. Biex jinżamm il-klijent, l-atturi tas-suq għalhekk ikunu mħeġġa li jipprattikaw politika ta’ tariffi attraenti. F’dawn il-kundizzjonijiet, il-vantaġġ fiskali approvat minn entità u rkuprat minn din tal-aħħar ikollu bħala effett dirett adattament ta’ tariffi skont dawk tal-kompetituri, biex b’hekk tiżgura li tibbenefika mill-profitt flimkien mal-persuni assigurati.

(88)

F’dak li jikkonċerna t-tieni miżura (tnaqqis fiskali addizzjonali għad-dispożizzjonijiet ta’ ugwalizzazzjoni), is-servizzi tal-Kummissjoni pproponew dawn id-direzzjonijiet lil Franza:

Sabiex ikun rispettat it-tieni kriterju (trasferiment effikaċi tal-vantaġġ) ġie propost lil Franza li tieħu l-ideat mis-sistema ta’ sussidju hekk kif approvata preċedentement mill-Kummissjoni għall-kopertura komplementari tas-saħħa tal-uffiċjali Franċiżi (N 911/06), ta’ sistema ta’ kreditu ta’ taxxa li jibbenefikaw il-konsumaturi individwali jew kull sistema li tippermetti li tkun garantita riperkussjoni effikaċi tal-għajnuna;

Sabiex tiġi evitata kull diskriminazzjoni, l-awtoritajiet Franċiżi ġew mistiedna li jaħsbu biex jintroduċu mekkaniżmu obbligatorju u trasparenti ta’ kompetizzjoni għall-għotja tal-kuntratti ta’ deżinjazzjoni.

(89)

Bħal fil-każ tal-ewwel miżura, Franza mandankolu ddeċidiet li żżomm mhux mibdula l-iskema tal-għajnuna li kienet innotifikat għall-iżvilupp tal-welfare kollettiva.

(90)

Fil-komunikazzjoni tagħha tas-27 ta’ Mejju 2010, Franza sostniet il-karattru partikolarment restrinġenti tad-diżinjazzjoni li tiġġustifika skema ta’ kontribuzzjonijiet partikolarment prudenti. Għalhekk biss b’mod limitat ħafna li d-dispożizzjoni għall-ugwalizzazzjoni tista’ titqies bħala għajnuna mill-Istat u li l-kompatibilità tagħha mas-suq intern għandha tkun eżaminata.

VIII.   APPREZZAMENT TAL-GĦAJNUNA

VIII.1.   Eżenjonijiet mit-taxxa tal-kumpaniji u ta’ taxxa professjonali territorjali minħabba attivitajiet ta’ ġestjoni tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (“contrats solidaires et responsables”)

Rimarka preliminari

(91)

B’referenza għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kwistjoni Albany  (26), is-CTIP jikkonferma li l-iskemi professjonali ta’ natura konvenzjonali, minħabba n-natura u s-suġġett tagħhom, ma jaqgħux taħt id-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja relatati mal-kompetizzjoni.

(92)

Madankollu l-Kummissjoni tinnota li l-miżura stipulata mill-ġurisprudenza diġà msemmija tirrelata prinċiparjament mal-affiljazzjoni legali obbligatorja tal-intrapriżi industrijali ma’ fond ta’ pensjoni li jibbenefika minn dritt esklussiv. Għaldaqstant, ta’ min jinnota li l-iskema tal-eżonerazzjoni relattiva mal-ewwel miżura tistabbilixxi kuntratti individwali kif ukoll kuntratti kollettivi ta’ sħubija volontarja. Barra minn dan, il-kuntratti kollettivi ta’ sħubija obbligatorja stabbiliti mill-miżura jaqgħu fil-qafas ta’ għażla libera tal-imsieħba soċjali biex jikkonkludu dan il-ftehim kollettiv, u mhux fil-qafas ta’ obbligu legali biex jiġu konklużi tali ftehimiet jew ta’ sħubija f’fond settorjali jew intersettorjali, kif ġara fil-każ ta’ Albany.

(93)

Is-sentenza tal-Qorti tikkonferma wkoll li l-iskemi ta’ kopertura ta’ riskju li jikkompletaw is-sistema legali ta’ siġurtà soċjali, hekk kif notifikata mill-awtoritajiet Franċiżi, huma soġġetti għar-regoli tal-kompetizzjoni u li l-fondi li jiffurmaw tali skemi jirrispondu sew għall-idea tal-intrapriża fis-sens tal-Artikoli 101 u ta’ wara tat-TFUE (27).

(94)

Għalhekk il-Kummissjoni tqis li l-iskema tal-kopertura stabbilita mill-ewwel miżura ma taħrabx ir-regoli tat-Trattat fil-qasam tal-kompetizzjoni u partikolarment ir-regoli fil-qasam tal-interdizzjoni tal-għajnuna mill-Istat.

Deskrizzjoni tas-suq tal-assigurazzjoni komplementari tas-saħħa fi Franza

(95)

Is-Sigurtà Soċjali (skema ta’ assigurazzjoni ta’ saħħa obbligatorja) tħallas lura parti biss mill-kura tas-saħħa tal-persuni li għandhom assigurazzjoni soċjali. L-assigurazzjonijiet komplementari tas-saħħa għalhekk ikopru l-parti tas-servizzi li mhumiex iffinanzjati mill-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja.

(96)

Is-suq tal-assigurazzjoni komplementari tas-saħħa jinkludi l-aktar it-tliet gruppi ta’ atturi li ġejjin:

il-mutwalitajiet u l-junjins ta’ mutwalizzazzjoni rregolati mill-kodiċi tal-mutwalizzazzjoni (code de la mutualité);

l-istituzzjonijiet ta’ welfare rregolati mill-kodiċi tas-Sigurtà Soċjali;

Is-soċjetajiet tal-assigurazzjoni rregolati mill-kodiċi tal-assigurazzjoni.

(97)

Skont il-komunikazzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi tal-21 ta’ Diċembru 2007, 263 intrapriża tal-assigurazzjoni, 66 istituzzjoni tal-welfare u 1,201 kumpanija tal- mutwalità kienu joperaw fis-suq tal-assigurazzjoni komplementari tas-saħħa. L-Awtoritajiet Franċiżi jindikaw ukoll li fl-2006, l-ewwel 20 attur tas-suq kienu jirrappreżentaw biss 35 % mis-suq mingħajr ma ħadd minnhom jaqbeż aktar minn 4 % u, barra minn dan, li 65 % tas-suq kien magħmul minn atturi li jirrappreżentaw anqas minn 1 % tal-partijiet tas-suq (28).

(98)

Madankollu, skont iċ-ċifri uffiċjali ppubblikati fl-2009, in-numru ta’ atturi fuq dan is-suq ma kienx jirrappreżenta aktar minn 876 operatur fit-tmiem tal-2008 u kien ilu jonqos b’rata kostanti mill-2001 (48 % ta’ tnaqqis fl-2008 meta mqabbla mal-2001) (29). Il-mutwalitajiet għandhom numru ta’ 748, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni 92, u n-numru ta’ istituzzjonijiet ta’ welfare jitla’ għal 36.

(99)

Skont analiżi reċenti magħmula mill-Awtorità Franċiża għall-Kompetizzjoni, l-akbar sehem mis-suq fis-suq tal-assigurazzjoni komplementari tas-saħħa individwali huwa miżmum minn Mutuelle Générale de l’Education Nationale - MGEN (7,7 % tas-suq), il-grupp tal-assigurazzjoni Groupama (30) (6,7 % tas-suq), u wkoll il-kumpanija tal-assigurazzjoni Swiss Life (4 % tas-suq) (31).

(100)

Fir-rigward tas-suq tal-assigurazzjoni komplementari kollettiva, l-akbar ishma mis-suq huma tal-kumpanija tal-assigurazzjoni Axa (17,51 % mis-suq), il-grupp ta’ isituzzjonijiet tal-welfare Malakoff-Médéric (8,7 % tas-suq), kif ukoll il-grupp AG2R-La Mondiale-Prémalliance (32) (6,9 % tas-suq) (33).

(101)

Minkejja t-talbiet għal dan indirizzati lill-awtoritajiet Franċiżi, il-Kummissjoni m’għandha l-ebda informazzjoni aktar preċiża dwar l-istruttura tas-suq tal-assigurazzjoni komplementari tas-saħħa, bħal dawk relatati mal-kumpaniji tal-mutwalità, il-mutwalitajiet, junjins tal-mutwalizzazzjoni u istituzzjonijiet tal-welfare. Barra minn dan, minkejja talbiet dwar dan mill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi ma kinux f’pożizzjoni li jgħaddu statistika dwar kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (“contrats solidaires et responsables”) (kemm fuq livell globali u kemm fuq livell għal kull kategorija ta’ atturi fis-suq). L-istatistika inkluża fit-tabella li tidher fil-punti 102 u 103 għalhekk hija relatata mas-suq kollu tal-assigurazzjoni komplementari tas-saħħa, inkluż il-kuntratti li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet li jippermettu li jittieħed benefiċċju mill-miżura notifikata. Rapport ippubblikat mill-Qorti tal-Awdituri Franċiża fl-2008 (34) jenfasizza wkoll in-nuqqasijiet statistiċi inportanti f’dak li għandu x’jaqsam l-assigurazzjoni komplementari, dwar in-numri ta’ persuni assigurati, it-tqassim tagħhom bejn kategoriji diferenti ta’ assiguraturi u t-tipi differenti ta’ kuntratti (kuntratt individwali, kuntratt kollettiv volontarju, u kuntratt kollettiv obbligatorju) kif ukoll l-ammont tal-ispejjeż imħallsa lura skont il-kategoriji ta’ nfiq u ta’ dħul. Fuq il-bażi tal-analiżi mwettqa mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, dan is-suq jidher madankollu maqsum f’ħafna partijiet, anke maqsum ħafna f’dak li jikkonċerna l-kuntratti individwali (35), li madankollu jikkostitwixxi biss wieħed mis-swieq sekondarji kkonċernati mill-ewwel miżura notifikata.

(102)

Bejn l-2001 u l-2007, dan is-settur żviluppa b’rata qawwija kif tixhed it-tabella li tidher hawn taħt (36). Id-dħul globali ta’ dawn l-entitajiet laħaq 27.4 biljun euro fl-2007, b’żieda ta’ 55,8 % meta mqabbel mal-2001, jiġifieri rata ta’ tkabbir annwali medja ta’ 7,6 %. Id-dħul relatat mas-sena 2008 għandu jaqbeż id-29 biljun euro u jirrappreżenta żieda ta’ 6 % meta mqabbel mal-2007 (37).

Evoluzzjoni tad-dħul tal-entitajiet komplementari 2001-2007

(f’biljuni ta’ EUR)

 

Mutwalitajiet

Istituzzjonijiet tal-welfare

Kumpaniji tal-assigurazzjoni

Total

2001

10,6

3,3

3,7

17,6

2007

16,0

4,7

6,7

27,4

2001-2007

+50,5  %

+43,15  %

+82,13  %

+55,8  %

(103)

Skont iċ-ċifri kkomunikati mill-awtoritajiet Franċiżi, it-tqassim bejn il-kuntratti individwali u kollettivi jaħdem kif ġej (ċifri relatati mas-sena 2004):

 

Istituzzjonijiet tal-welfare

Mutwalitajiet

Kumpaniji tal-assigurazzjoni

Kuntratti kollettivi

38  %

33  %

29  %

Kuntratti individwali

6  %

67  %

27  %

Kuntratti kollettivi + individwali

18  %

54  %

28  %

(104)

Filwaqt li l-mutwalitajiet u l-junjins tal-mutwalizzazzjoni jqassmu prinċiparjament il-kuntratti individwali, l-istituzzjonijiet tal-welfare iqassmu essenzjalment kuntratti ta’ tip kollettiv (kuntratti ta’ kumpaniji jew ta’ sussidjarji). Il-kumpaniji tal-assigurazzjoni min-naħa tagħhom għandhom portafoll aktar bilanċjat.

(105)

Ir-rata tal-kopertura tal-popolazzjoni wkoll żdiedet b’mod sinifikanti billi minn 84 % fl-1996 telgħet għal 92.8 % fl-2006. Wieħed jgħodd bejn 32 miljun u 38 miljun benefiċjarju fil-qasam tal-mutwalizzazzjoni, 13-il miljun fil-kumpaniji tal-assigurazzjoni u 11-il miljun fl-istituzzjonijet tal-welfare li magħhom iridu jiżdiedu 4 miljuni li jibbenefikaw mill-fondi CMU-C (kopertura ta’ mard universali) li joffri kopertura komplementari tas-saħħa mingħajr ħlas għall-persuni mċaħħda. Dan ifisser li llum, bejn 7 u 8 % tal-Franċiżi m’għandhomx kopertura komplementari (38).

Karattru tal-għajnuna tal-miżura

(106)

Fit-termini tal-Artikolu 107 tat-TFUE huma “inkompatibbli mas-suq intern, safejn dawn jaffettwaw l-iskambji bejn l-Istati Membri, l-għajnuna mogħtija mill-Istati jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, taħt kwalunkwe forma, li joħolqu distorzjoni jew li jheddu li joħolqu distorzjoni tal-kompetizzjoni billi jiffavorixxu ċerti intrapriżi jew ċerti produzzjonijiet”.

(107)

Il-kwalifikazzjoni ta’ miżura bħala għajnuna mill-Istat għalhekk timplika li l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin huma sodisfatti, jiġifieri: (1) li l-miżura in kwistjoni tagħti vantaġġ, (2) permezz ta’ riżorsi tal-Istat, (3) li dan il-vantaġġ huwa selettiv u (4) li l-miżura in kwistjoni tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni u tkun suxxettibbli li taffettwa l-iskambji bejn l-Istati Membri.

(108)

M’hemmx dubju li l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis tat-taxxa tal-kumpaniji u ta’ taxxa professjonali territorjali jwasslu biex iwaqqfu jew inaqqsu spiża li l-intrapriżi konċernati normalment ikollhom iħallsu jikkostitwixxu vantaġġ lil min jibbenefika minnhom (39). Għalhekk, dawn l-eżenzjonijiet jew tnaqqis jikkostitwixxu vantaġġ ekonomiku.

(109)

Fir-rigward tas-sejħiet magħmula mis-CTIP għal missjoni eventwali ta’ servizz pubbliku, il-Kummissjoni tinnota li l-kundizzjonijiet identifikati fil-każ Altmark  (40) (biex tkun eskluża l-kwalifika ta’ għajnuna f’ċerti każijiet ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali) mhumiex sodisfatti f’dan il-każ (ara partikolarment il-paragrafu 144, it-tielet kundizzjoni Altmark kienet tikkonsisti fil-fatt nuqqas ta’ kumpens żejjed). Għalhekk wieħed verament qed jiffaċċja vantaġġ ekonomiku.

(110)

Dawn il-vantaġġi jingħataw mill-Istat Franċiż li, meta jagħmel dan, jirrifjuta li jirċievi riċevuti fiskali. Għalhekk huwa jagħti dan il-vantaġġ permezz ta’ riżorsi tal-Istat.

(111)

Din il-miżura għandha wkoll karattru selettiv. Is-selettività tirriżulta minn naħa mil-limitazzjoni tal-miżura in kwistjoni għal settur tal-ekonomija, jiġifieri s-settur tal-assigurazzjoni, u min-naħa l-oħra fil-limitazzjoni tagħha f’dan is-settur għal tip partikolari ta’ kuntratti (sottosettur). F’dan ir-rigward, jaqbel l-ewwel nett li wieħed josserva li t-taxxa tal-kumpaniji tikkostitwixxi taxxa li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha tkopri l-kumpaniji kollha, ikun xi jkun is-settur li fih jaħdmu dawn tal-aħħar. Eżenzjoni minn din it-taxxa tkun ta’ benefiċċju esklussivament lis-settur tal-assigurazzjoni, u b’hekk tikkostitwixxi deroga għall-iskema ġenerali tat-taxxa tal-kumpaniji, li tiffavorixxi b’mod speċifiku lil ċerti intrapriżi. Dan huwa l-istess għal dak li jikkonċerna l-eżenzjoni mit-taxxa professjonali territorjali. Min-naħa l-oħra, l-eżenzjoni tiffavorixxi wkoll, fil-qafas tas-settur tal-assigurazzjoni, il-produzzjoni ta’ ċerti kuntratti tal-assigurazzjoni tas-saħħa, speċifikament “contrats solidaires et responsables”. Għalhekk il-miżura tiffavorixxi l-operaturi marbuta b’ “contrats solidaires”, għad-detriment tal-operaturi marbuta b’kuntratti “klassiċi”.

(112)

Fl-aħħar nett, minbarra l-fatt li s-settur tal-assigurazzjoni huwa suġġett ta’ skambji fl-Unjoni Ewropea, jaqbel li jitfakkar li meta Stat Membru jagħti għajnuna lill-intrapriża, l-attività interna tista’ tinżamm jew tiżdied, u dan bil-konsegwenza li jitnaqqsu l-opportunitajiet għal intrapriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra li jidħlu fis-suq ta’ dan l-Istat Membru (41).

(113)

Il-pożizzjoni tal-intrapriżi konċernati għalhekk ser tkun imsaħħa fil-kummerċ li jsir fl-Unjoni Ewropea. Din il-miżura għalhekk hija suxxettibbli li toħloq tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u taffetwa l-kummerċ fl-Unjoni Ewropea.

(114)

Għalhekk jaqbel li jkun konkluż li l-ewwel miżura tikkostitwixxi effettivament għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 (1) tat-TFUE. Franza ma tikkuntestax din il-kwalifika.

Analiżi tal-kompatibilità tal-miżura skont l-Artikolu 107 (2a) tat-TFUE

(115)

Minħabba li l-miżura notifikata tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, hemm lok li wieħed jipproċedi għal analiżi tal-kompatibilità tagħha mas-suq intern. L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-miżura in kwistjoni tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kompatibbli fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107 (2a) tat-TFUE.

(116)

L-Artikolu 107 (2a) tat-TFUE jgħid: “Huma kompatibbli mas-suq intern: (a) l-għajnuna ta’ karattru soċjali mogħtija lill-konsumaturi individwali, sakemm dawn jingħataw mingħajr diskriminazzjoni marbuta mal-oriġini tal-prodotti”.

(117)

Miżura ta’ għajnuna mill-Istat hija kompatibbli abbażi ta’ din id-dispożizzjoni sakemm ikunu sodisfatti t-tliet kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

l-għajnuna għandu jkollha karattru soċjali;

2.

din għandha tingħata lill-konsumaturi individwali;

3.

din għandha tingħata mingħajr diskriminazzjoni għall-oriġini tal-prodott.

(118)

Ta’ min jippreċiża l-ewwel nett li l-Artikolu 107 (2) tat-TFUE jagħti deroga għall-prinċipju ta’ interdizzjoni tal-għajnuna mill-Istat hekk kif iddikjarat fl-Artikolu 107 (1) tat-TFUE u għalhekk għandu jkun interpretat b’mod ristrett (42).

(119)

F’dak li jikkonċerna b’mod aktar partikolari l-applikazzjoni tal-Artikolu 107 (2)(a) tat-TFUE, madankollu ta’ min jinnota li l-prattika ta’ teħid ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni ma teskludix li l-għajnuna tingħata lil intermedjarju responsabbli li jgħaddiha lill-konsumaturi individwali (43). Madankollu, f’dan il-każ huwa neċessarju li l-mekkaniżmu stabbilit jiggarantixxi tqassim effikaċi lill-konsumatur finali.

(120)

Il-Kummissjoni tqis li l-karattru soċjali (l-ewwel kriterju) tal-miżura huwa stabbilit sew safejn din għandha l-għan li tippermetti lill-persuni li, minħabba l-età tagħhom, l-istat tas-saħħa tagħhom jew ir-riżorsi tagħhom, isibu diffikultà li jkollhom aċċess għall-kopertura tas-saħħa komplementari. L-Artikolu 207 CGI fil-fatt jipprevedi kriterji ta’ natura soċjali li għandhom jiġi rrispettati mill-entitajiet tal-assigurazzjoni biex jibbenefikaw minn din il-miżura (44). Dawn il-kriterji jintroduċu proporzjon minimu ta’ ċerti persuni dgħajfa, bħal persuni bi dħul baxx jew il-persuni anzjani, fil-portafoll tal-assigurazzjoni tal-entitajiet konċernati. L-abbozz ta’ Digriet ikkomunikat mill-awtoritajiet Franċiżi li jippreċiża ċerti termini ta’ varjazzjonijiet fit-tariffi skont is-sitwazzjoni soċjali tal-persuni assigurati (45) jikkonferma l-karattru soċjali tal-miżura favur il-persuni dgħajfa.

(121)

Min-naħa l-oħra, l-investigazzjoni tal-miżura mill-Kummissjoni ma ppermettitx li jkun ikkunsidrat li l-għajnuna kienet tibbenefika effettivament lill-konsumaturi individwali (it-tieni kriterju).

(122)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-għajnuna mogħtija lill-intrapriżi tkun ta’ benefiċċju indirett lill-konsumaturi individwali. Il-kompetizzjoni qawwija fis-suq tal-assigurazzjoni komplementari tas-saħħa tiggarantixxi t-trasferiment tal-għajnuna riċevuta mill-intrapriżi lill-konsumatur minħabba li jkun iffissat l-ammont tal-ħlas għall-poloz mitlub lill-konsumatur.

(123)

F’dan ir-rigward, jaqbel li jkun innutat li l-eżenzjoni applikata minn Franza tat-taxxa fuq il-kuntratti tal-assigurazzjoni ta’ mard “contrat solidaire” kien ġie meqjus mill-Kummissjoni bħala għajnuna kompatibbli fl-Applikazzjoni tal-Artikolu 107 (2)(a) tat-TFUE (46). Fil-fatt ma kienx hemm dubju f’dan il-każ li l-eżenzjoni tat-taxxa kienet tibbenefika l-ewwel nett lill-konsumaturi individwali, li effettivament kellhom fuqhom il-piż tal-ħlas tat-taxxa. L-ammont tat-taxxa kien jikkostitwixxi parti mill-ammont tal-ħlas tal-polza, u l-eżenzjoni tat-taxxa favur kuntratti konġunti kienet tnaqqas bl-istess ammont il-ħlas tal-polza.

(124)

F’dan il-każ, l-għajnuna mhix mogħtija permezz ta’ eżenzjoni mit-taxxa indiretta b’mod proporzjonali għall-ammont tal-poloz li jridu jitħallsu mill-persuni assigurati imma permezz ta’ eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpaniji li tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-benefiċċji mwettqa mill-entità tal-assigurazzjoni fuq il-persuni assigurati kollha li għandhom kuntratt ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (“contrats solidaires et responsables”)

(125)

It-tqassim effettiv tal-eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpaniji fuq il-konsumatur finali huwa inċert. Minn naħa waħda, il-Kummissjoni m’għandhiex l-elementi li jippermettu li jintwera li t-taxxa tal-kumpaniji (u l-eżenzjoni ta’ tali taxxa) tinqasam b’mod effikaċi fuq il-konsumaturi individwali fis-suq konċernat. Min-naħa l-oħra, rapport reċenti tal-Qorti tal-Awdituri Franċiża wera l-eżistenza ta’ żidiet sinifikanti fil-marġini tal-benefiċjarji fis-settur tal-assigurazzjoni tal-saħħa matul l-aħħar snin (minn 12 % fl-2003 għal 23 % fl-2007) (47). F’dan il-kuntest ta’ żieda sinifikanti fil-marġini tal-benefiċjarji, huwa diffiċli li wieħed jikkonkludi dwar l-eżistenza ta’ mekkaniżmu tas-suq li jiggarantixxi t-tqassim effettiv tal-eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpaniji fuq il-konsumaturi finali.

(126)

Is-CTIP jinnota wkoll li parti mill-benefiċċji għandha tintefa fir-riservi sabiex ikunu rrispettati l-obbligi fil-qasam ta’ solvenza u li għalhekk ikun normali li tal-anqas parti mill-vantaġġ iservi biex ikopri, kollu kemm hu jew parti, it-tkabbir kull sena tal-ħtieġa ta’ solvenza. Dan l-argument juri li l-miżura tagħti lok għal żieda fil-benefiċċji għall-entitajiet tal-assiguraturi aktar milli tnaqqis fil-prezz tal-kopertura tar-riskji konċernati għall-konsumaturi.

(127)

Fl-aħħar nett, l-apprezzament tal-Kummissjoni mhux iddubitat mill-argument ta’ Franza skont liema l-kuntratti tal-assigurazzjoni komplementari tas-saħħa jikkostitwixxu prodott li jattira lill-klijenti għall-entitajiet assiguraturi li jkunu mħeġġa li jipprattikaw politika ta’ tariffi attraenti. Għalhekk ta’ min infakkru li l-Artikolu 107 (2a) tat-TFUE jirrikjedi li l-vantaġġ jingħata b’mod retroattiv lill-konsumaturi individwali. Għaldaqstant, l-eżistenza ta’ inċentiv biex parti mill-vantaġġ jingħata b’mod retroattiv lill-konsumaturi finali ma tkunx tista’ tissodisfa l-ħtieġa ta’ tqassim effikaċi.

(128)

Il-Kummissjoni tqis għalhekk li l-miżura ma tiggarantix it-trasferiment effettiv tal-vantaġġ lill-konsumaturi individwali, hekk kif meħtieġ mill-Artikolu 107 (2)(a) tat-TFUE.

(129)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni tikkonkludi wkoll dwar in-nuqqas ta’ rispett tal-kundizzjoni relatata man-nuqqas ta’ diskriminazzjoni fir-rigward tal-oriġini tal-prodott (it-tielet kriterju). Biex tiżgura ruħha mir-rispett ta’ din il-kundizzjoni, tajjeb li jkun verifikat jekk il-konsumaturi humiex qed jibbenefikaw mill-għajnuna in kwistjoni hu min hu l-operatur ekonomiku li jipprovdi l-prodott jew is-servizz suxxettibbli li jissodisfa l-objettiv soċjali evidenzjat mill-Istat Membru konċernat u li ma jkun hemm l-ebda ostakolu għad-dħul ta’ entitajiet assiguraturi stabbiliti fl-Unjoni Ewropea (48). Madankollu, minbarra l-kundizzjonijiet relattivi għat-tip ta’ kuntratti eliġibbli, l-intrapriżi li jixtiequ jibbenefikaw mill-iskema għandhom jirrispettaw il-limiti relatati man-numru (120 000/150 000 kuntratt) jew il-proporzjoni (rata ta’ 85 %/93 %) tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (“contrats solidaires et responsables”) fil-portafoll tagħhom tal-kuntratti tal-assigurazzjoni komplementari tas-saħħa.

(130)

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li dawn il-limiti jikkostitwixxu inċentiv għall-iżvilupp qawwi ta’ dan it-tip ta’ kuntratti bi tqassim tar-“riskju ħażin” ikkaratterizzat mill-età jew mil-livell ta’ riżorsi tal-persuna assigurata fil-portafoll tagħhom, u barra minn dan meħtieġa biex ikun evitat li l-vantaġġ fiskali ma jkunx ibbażat fuq porzjon żgħir wisq tal-attività tal-entitajiet u dan minflok jintlaħqu l-objettivi ta’ solidarjetà u ta’ pooling. It-twettiq tal-objettiv soċjali tal-miżura jista’ jkun żgurat biss permezz ta’ mekkaniżmu li jimponi fuq l-entitajiet tal-assigurazzjoni li jżommu fil-portafoll tagħhom ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa numru minimu jew proporzjon sinifikanti ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (“contrats solidaires et responsables”). Fin-nuqqas ta’ dan il-mekkaniżmu ta’ limitu, l-ebda disposizzjoni ma kienet tiggarantixxi żieda fir-rata tal-kopertura tal-persuni li attwalmnt mhumiex koperti u l-eżenzjonijiet fiskali jitbiddlu biss permezz ta’ effett ta’ qligħ mhux ġustifikat għall-entitajiet tal-assigurazzjoni. Il-limitu espress bħala perċentwali jippermetti li l-organizzazzjonijiet iż-żgħar li jkollhom bħala attività kważi esklussiva dawn il-kuntratti ma jilħqux il-limitu kwantitattiv biex jibbenefikaw mill-miżura, filwaqt li l-limiti tal-valur assolut jippermettu lill-organizzazzjonijiet li joffru numru sinifikanti ta’ dan it-tip ta’ kuntratt (mingħajr ma jkunu esklussivi) li jibbenefikaw mill-miżura.

(131)

Il-Kummissjoni tinnota l-ewwel nett li ma setgħet tingħata l-ebda informazzjoni preċiża mill-awtoritajiet Franċiżi dwar it-tqassim attwali tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (“contrats solidaires et responsables”) bejn l-atturi differenti tas-suq, u l-anqas dwar in-numru u l-proporzjon ta’ dawn il-kuntratti fil-portafolli tagħhom. Skont l-analiżi tal-Kummissjoni, madankollu jirriżulta li l-mutwalitajiet u l-junjins tal-mutwalizzazzjoni huma marbuta legalment li ma joffrux kuntratti konġunti (49). Fil-prattika, jidher ukoll li l-istituzzjonijiet tal-welfare huma suġġetti għall-istess obbligu. Il-mutwalitajiet u l-istituzzjonijiet tal-welfare għalhekk dejjem għandhom jissodisfaw il-kriterju tal-limitu espress bħala perċentwali, filwaqt li l-kumpaniji tal-assigurazzjoni li għandhom preżenza limitata fis-suq tal-kuntratti konġunti u li jixtiequ jinvestu f’dan, jistgħu jkollhom diffikultajiet li jissodisfaw il-kriterju tal-limitu (kemm f’termini ta’ proporzjon u kemm f’termini assolut) u għalhekk biex jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet fiskali. Partikolarment dan ikun aktar il-każ għal kumpaniji tal-assigurazzjoni li għandhom portafoll wisa’ eżistenti ta’ kuntratti komplementari tal-saħħa “klassiċi” li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet biex jiġu kkunsidrati bħala kuntratti konġunti.

(132)

F’dan il-kuntest, il-limiti għalhekk ma jwasslux għal sforz ekwivalenti, tkun liema tkun l-entità tal-assiguratur, u lanqas ma jkollhom xi effett indikattiv għall-entitajiet tal-assigurazzjoni li diġà jissodisfaw il-kriterji tal-limitu (partikolarment il-mutwalitajiet, il-junjins tal-mutwalizzazzjoni u istituzzjonijiet ta’ welfare). Kontra għal dak li tiddikjara Franza, l-introduzzjoni tal-limiti m’għandhiex in-natura li tevita effett eventwali ta’ qligħ mhux ġustifikat.

(133)

Skont il-Kummissjoni, dawn il-limiti ser ikollhom biss effett li jwasslu għax diskriminazzjoni fir-rigward tal-oriġini tal-prodott. Għalhekk, il-limiti jidhru suxxettibbli li jeskludu ċertu numru ta’ entitajiet mill-benefiċċju tal-eżenzjoni, anke jekk dawn joffru kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (“contrats solidaires et responsables”) li l-awtoritajiet Franċiżi jixtiequ li jsostnu. L-eżistenza ta’ dawn il-limiti barra minn dan jistgħu jagħtu vantaġġ lill-entitajiet li diġà huma preżenti fis-suq u joħolqu ostakolu għad-dħul fis-suq ikkunsidrat għal ċerti atturi li ma jkunux jistgħu, jew jibżgħu li ma jkunux jistgħu jirrispettawhom.

(134)

Fl-aħħar nett, huwa possibbli li l-ammont tal-għajnuna jvarja minn entità tal-assigurazzjoni għal oħra minħabba l-benefiċċji mwettqa fuq l-operazzjonijiet konċernati, li ma jkunx konformi mal-ħtieġa skont liema l-konsumaturi għandhom jibbenefikaw mill-għajnuna in kwistjoni ikun min ikun l-operatur ekonomiku li joffri l-prodott jew is-servizz suxxettibbli li jissodisfa l-objettiv soċjali ddikjarat mill-Istat Membru konċernat (50).

(135)

Jaqbel ukoll li wieħed jikkonkludi li l-iskema tal-għajnuna notifikata minn Franza favur l-iżvilupp ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (“contrats solidaires et responsables”) mhix kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107 (2)(a) tat-TFUE.

Analiżi tal-kompatibilità tal-miżura skont dispożizzjonijiet oħra tal-Artikolu 107 TFUE

(136)

Jekk Franza ma tiddikjarax b’mod espliċitu xi dispożizzjoni oħra relatata mal-kompatibilità tal-għajnuna mill-Istat, hemm lok li jkun osservat li l-ebda wieħed mill-kriterji ta’ kompatibilità previsti fl-Artikolu 107 (2) u (3) tat-TFUE ma japplika f’dan il-każ.

(137)

F’dak li jikkonċerna d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107 (2) tat-TFUE, minbarra l-punt a), jaqbel li jkun osservat li l-kriterji tal-kompatibilità previsti fil-punti b) u c) ma jistgħux jiġu applikati għal dan il-każ.

(138)

Fuq il-bażi tal-Artikolu 107 (3)(c) tat-TFUE, għajnuna tista’ titqies bħala kompatibbli jekk hija maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, meta din ma tbiddilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ b’mod kuntrarju għall-interess komuni.

(139)

Skont il-FNMF, l-għajnuna tkun maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp tal-kopertura komplementari tas-saħħa li tirrispetta l-karattru tal-“contrats solidaires et responsables” f’kundizzjonijiet li ma jbiddlux il-kundizzjonijiet tal-iskambju b’mod kuntrarju għall-interess komuni. Madankollu, minkejja t-talbiet tagħha, il-Kummissjoni ma kisbitx l-informazzjoni mingħand l-awtoritajiet Franċiżi relatata maċ-ċifri li jippermettu li tkun sostnuta l-applikabilità tal-kriterju ta’ kompatibilità msemmi fil-punt preċedenti, la dwar l-effett tal-miżuri fiskali eżistenti fuq it-tqassim ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (“contrats solidaires et responsables”), u l-anqas dwar ir-relazzjoni bejn il-vantaġġ supplementari maħsub u l-ispejjeż jew il-ħtiġijiet addizzjonali marbuta mal-ġestjoni ta’ dan it-tip ta’ kuntratti. Għalhekk, il-Kummissjoni mhix f’pożizzjoni li tiżgura l-karattru meħtieġ u proporzjonali tal-eżenzjonijiet il-ġodda maħsuba biex jintlaħaq l-objettiv deskritt. Madankollu ta’ min jinnota li l-eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpaniji mhix marbuta mat-twettiq ta’ investimenti, u l-anqas mal-ħolqien ta’ impjiegi jew ta’ proġetti speċifiċi. Għalhekk din tikkostitwixxi tħaffif fl-ispejjeż kontinwi li jikkostitwixxi għajnuna għall-funzjonament li mhuwiex, skont prattika kostanti, suxxettibbli li jiġi ddikjarat kompatibbli fil-qafas tal-Artikolu 107 (3) tat-TFUE.

(140)

Fl-aħħar nett, l-ebda kriterju tal-kompatibilità previst fl-Artikolu 107 (3) tat-TFUE ma ġie ddikjarat minn Franza.

Eżistenza ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali kompatibbli abbażi tal-Artikolu 106 (2) tat-TFUE

(141)

Skont is-CTIP, il-miżuri bbażati fuq il-ftehim u l-qbil kollettiv, bħall-miżuri in kwistjoni, għandhom l-għan li jikkumpensaw għan-nuqqasijiet tas-sigurtà soċjali. Il-Kummissjoni tosserva li s-CTIP ma jiddikjarax b’mod espliċitu l-eżistenza ta’ servizz ekonomiku ta’ interess ġenerali u Franza, li għandha r-responsabilità li turi l-kompatibilità mat-Trattat tal-għajnuna in kwistjoni, ma tiddikjarax l-Artikolu 106 (2) tat-TFUE. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni mhijiex f’pożizzjoni li tagħti stima tal-kompatibilità tal-għajnuna in kwistjoni fid-dawl tal-Artikolu 106 (2) tat-TFUE. Barra minn dan, il-Kummissjoni tirrimarka dan li ġej.

(142)

L-Artikolu 106 (2) tat-TFUE jistabbilixxi li l-intrapriżi responsabbli mill-ġestjoni tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali jew li jippreżentaw il-karattru ta’ monopolju fiskali huma suġġetti għar-regoli tat-Trattat, partikolarment dawk li jirreferu għar-regoli tal-kompetizzjoni, safejn l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli ma tostakolax it-twettiq de jure jew de facto tal-missjoni partikolari li ngħatat lilhom. L-iżvilupp tal-kummerċ m’għandux jiżviluppa b’mod kuntrarju għall-interessi tal-Unjoni Ewropea.

(143)

Mil-Liġi tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, bl-eċċezzjoni tas-setturi li fihom din il-kwistjoni diġà hija suġġetta għal regolamentazzjoni tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom poter qawwi ta’ apprezzament fir-rigward tan-natura tas-servizzi suxxettibbli li jiġu kkwalifikati bħala ta’ interess ekonomiku ġenerali. Madankollu, anke jekk wieħed jaħseb li dan il-każ jittratta servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (u dan ma ġiex allegat minn Franza), ta’ min wieħed jinnota li, għall-fini tal-Artikolu 106 (2) tat-TFUE, il-kumpens imħallas lill-intrapriżi responsabbli minn missjoni ta’ servizz pubbliku ma jistax jaqbeż l-ispejjeż tal-provvista tas-servizz pubbliku, b’kunsiderazzjoni għall-irċevuti relatati kif ukoll ta’ benefiċċju raġonevoli għat-twettiq ta’ dawn l-obbligi.

(144)

Għalhekk, huwa biżżejjed li jkun innutat li l-miżura fiskali in kwistjoni ma tinkludix mekkaniżmu li jippermetti l-esklużjoni ta’ kumpens żejjed meta mqabbel mal-ispejjeż imħallsa mill-operaturi konċernati. Ta’ min josserva fil-fatt li l-ammont tal-għajnuna in kwistjoni (eżenzjonijiet fiskali fuq l-operazzjonijiet konċernati) bl-ebda mod ma hu marbut mal-ispejjeż addizzjonali mħallsa mill-entitajiet tal-assigurazzjoni. Barra minn dan m’huwiex marbut mal-ħlas tal-poloz li ħallsu l-persuni assigurati, u lanqas man-numru ta’ kuntratti.

(145)

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tikkonkludi li f’kull każ, il-miżura kkonċernata ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 106 (2) TFUE.

VIII.2.   Tnaqqis fiskali tal-kontribuzzjonijiet għad-dispożizzjonijiet tal-ugwalizzazzjoni relatati ma’ ċerti kuntratti ta’ assigurazzjoni komplementari kollettivi

Deskrizzjoni tas-suq tal-welfare fi Franza

(146)

Is-suq tal-“welfare” jgħaqqad l-operazzjonijiet li għandhom bħala għan il-prevenzjoni u l-kopertura tar-riskju ta’ mewt, riskji li jipperikolaw l-integrità fiżika tal-persuna jew marbuta mal-maternità jew riskji ta’ invalidità għax-xogħol jew ta’ diżabilità jew ta’ riskju ta’ qgħad (51), addizzjonalment għas-sistema legali tas-sigurtà soċjali.

(147)

Il-koperturi ta’ welfare jippermettu:

li jkun faċilitat l-aċċess għal kura medika billi tagħti ħlas supplementari għall-ispejjeż tas-saħħa f’każ ta’ mard, ta’ maternità, ta’ inċident, eċċ.,

li tkun żgurata ż-żamma totali jew parzjali tas-salarju f’każ ta’ waqfien mix-xogħol, ta’ invalidità jew ta’ diżabilità,

li jkun garantit kapital u ħlasijiet lill-konjuġi u lit-tfal f’każ ta’ mewt tal-persuna assigurata,

li jkun stabbilit ħlas finanzjarju f’każ ta’ dipendenza.

(148)

Tliet kategoriji ta’ intrapriżi huma ppreżentati fuq dan is-suq: il-kumpaniji rregolati mill-kodiċi tal-assigurazzjoni (kumpaniji tal-assigurazzjoni, mutwalitajiet tal-assigurazzjoni u kumpaniji sussidjarji tal-banek), il-mutwalitajiet irregolati mill-kodiċi tal-mutwalizzazzjoni, u l-istituzzjonijiet tal-welfare irregolati mill-kodiċi tas-Sigurtà soċjali.

(149)

Tista’ tittieħed sħubija f’assigurazzjoni ta’ welfare kemm bħala grupp kollettiv, b’affiljazzjoni għal kuntratt kollettiv permezz ta’ min iħaddem, ta’ fergħa professjonali jew interprofessojnali, kemm bħala individwu billi wieħed jirrikorri direttament għand kumpanija tal-assigurazzjoni jew mutwalità.

(150)

Illum, il-maġġor parti tal-persuni li jirċievu salarju huma koperti minn kuntratt ta’ welfare kollettiv. Is-sħubija tista’ tkun ta’ tip obbligatorju jew volontarju.

(151)

Skema kollettiva ta’ welfare taqa’ f’relazzjoni trijangulari:

min jimpjega jimpenja ruħu fir-rigward tal-impjegati u għaldaqstant, jissieħeb f’kuntratt ta’ assigurazzjoni (52),

l-entità tal-assigurazzjoni tkopri r-riskju, filwaqt li tirċievi l-kontribuzzjonijiet,

l-impjegati huma l-benefiċjarji.

(152)

Skont l-istimi kkomunikati mill-awtoritajiet Franċiżi għas-sena 2005, is-suq tal-welfare kien jirrappreżenta dħul annwali tal-20 biljun euro (assigurazzjonijiet kollettivi u individwali). Il-kumpaniji tal-assigurazzjoni jirrappreżentaw l-akbar parti ta’ dan is-suq b’71 % tal-kontribuzzjonijiet irċevuti, filwaqt li l-istituzzjonijiet ta’ welfare u l-mutwalitajiet jirrappreżentaw 21 % u 8 % tas-suq rispettivament. Madankollu wieħed għandu jippreċiża li dawn iċ-ċifri tal-aħħar jirrelataw għall-kategoriji kollha ta’ dan is-settur: kuntratt individwali, kuntratt kollettiv bi sħubija volontarja u kuntratt kollettiv bi sħubija obbligatorja.

(153)

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu wkoll li s-suq tad-deżinjazzjoni professjonali (53) għar-riskji ta’ mewt, diżabilità jew invalidità huwa ta’ aktar minn 4 biljun euro u kważi jkopri l-operazzjonijiet kollha ta’ welfare koperti mill-istituzzjonijiet ta’ welfare (4,2 biljun euro) kif ukoll parti mill-kuntratti kollettivi tal-entitajiet tal-assigurazzjoni u l-mutwalitajiet. Madankollu ma ġiet ikkomunikata l-ebda ċifra dwar is-sehem ta’ dawn tal-aħħar fis-suq tad-deżinjazzjoni.

Il-Karattru tal-għajnuna tal-miżura

(154)

Għalkemm Franza ammettiet il-kwalifika ta’ għajnuna mill-Istat tal-miżura fin-notifika tagħha, hija wara rrimarkat li tal-anqas parti mis-sistema m’għandhiex titqies bħala għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107 (1) tat-TFUE minħabba speċifikitajiet tal-kuntratti ta’ deżinjazzjoni (limiti qawwija f’termini ta’ tariffi, ta’ għażla tar-riskju u ta’ ġestjoni) li jagħmlu dawn il-kuntratti partikolarment sensittivi għar-riskji ta’ telf imqabbla mal-istimi oriġinali u li għalhekk jiġġustifikaw bis-sħiħ skema ta’ fornitura partikolarment prudenti u għalhekk tnaqqis fiskali tal-kontribuzzjonijiet għal dispożizzjonijiet aktar għolja mingħajr ma dan jippermetti l-eżistenza ta’ vantaġġ.

(155)

Għalhekk Franza tqis li parti mit-tnaqqis fiskali tal-kontribuzzjonijiet f’dawn il-kundizzjonijiet adattati u msaħħa, li jmorru lil hinn mis-sistema fiskali ta’ dritt komuni li teżisti fl-Artikolu 39 (d) GB tal-CGI, huwa ġustifikat fuq pjan regolamentari u prudenzjali u ma jkunx jikkostitwixxi vantaġġ.

(156)

Għalhekk jaqbel li l-ewwel nett ikun eżaminat jekk il-miżura tagħtix lok għall-eżistenza ta’ vantaġġ fl-uffiċċju tal-entitajiet tal-assigurazzjoni konċernati.

(157)

L-Artikolu 39 (1,5) tal-Kodiċi diġà msemmi jistabbilixxi li jistgħu jitnaqqsu “id-dispożizzjoniijet stabbiliti biex jagħmlu tajjeb għal telf jew spejjeż ippreċiżati sew u li l-avvenimenti li jkunu għaddejjin jagħmlu possibbli, sakemm dawn ikunu ġew innutati fid-dokumenti tas-sena finanzjarja”. Il-kodiċi jistipula li f’ċerti każijiet għandu jsir tnaqqis volontarju għal ċerti tipi ta’ operazzjonijiet. Dan huwa partikolarment il-każ fil-qasam tal-assigurazzjoni u tal-assigurazzjoni mill-ġdid fejn l-Artikoli 39 (d) G sa 39 (d) GD tal-kodiċi jistabbilixxu regoli speċifiċi fil-qasam ta’ tnaqqis fis-servizzi, sabiex jiġu kkunsidrati l-ispeċifikitajiet tas-settur tal-assigurazzjoni li l-attività prinċipali tiegħu hija preċiżament li jkopri r-riskji. Biex tkun determinata l-eżistenza eventwali ta’ vantaġġ, hemm lok għalhekk li jkun verifikat jekk l-operazzjonijiet koperti mill-miżura jwasslux fil-fatt għal telf jew ħlasijiet supplementari fis-sens tal-Artikolu 39 (1,5) tal-Kodiċi diġà msemmi kif inhu previst mill-Artikolu 39 (d) GD.

(158)

B’mod preliminari, jaqbel li jkun aċċettat il-prinċipju skont liema n-natura u l-intensità tar-riskji ta’ telf fis-settur tal-assigurazzjoni komplementari kontra r-riskji ta’ mewt, diżabilità u invalidità huma suxxettibbli li jvarjaw skont it-tip ta’ persuni koperti u t-termini tal-kopertura (kuntratti individwali/kollettivi, kuntratti volontarji/obbligatorji).

(159)

Il-kuntratti li joħorġu mill-ftehimiet tal-intrapriża, inkluż il-kuntratti ta’ deżinjazzjoni li ġejjin minn tali ftehim, jikkonċernaw popolazzjoni ristretta. Huma jippreżentaw riskju ta’ “ponta” (riskju ta’ telf fl-intrapriża kkonċernata) mingħajr ma joffru l-possibilità ta’ mutwalizzazzjoni fil-qafas ta’ popolazzjoni kbira. Il-kuntratti kollettivi ffukati fuq settur wieħed (fergħa) jikkonċernaw popolazzjoni aktar wiesgħa u għalhekk iwasslu a priori tqassim akbar. Għal dan it-tip ta’ kuntratt tal-aħħar, madankollu hemm korrelazzjoni qawwija bejn it-telf u l-perjodi ta’ kriżi li jistgħu jaffettwaw settur ekonomiku sħiħ. Skont is-CTIP, il-perjodi ta’ kriżi jistgħu jkomplu jkabbru l-volatilità tat-telf fuq il-livell tal-fergħa.

(160)

F’dak li jikkonċerna l-kuntratti kollettivi ta’ deżinjazzjoni li ġejjin mill-ftehim tal-intrapriża, il-Kummissjoni tqis li m’hemmx għalfejn wieħed jaħseb li n-natura u l-intensità (u għalhekk il-varjazzjonijiet) tar-riskju ta’ telf ikunu kemmxejn differenti mis-sitwazzjoni fejn dan l-istess tip ta’ kuntratt jiġi konkluż barra min-negozju fuq livell pari fir-relazzjonijiet industrijali (u għalhekk barra mill-proċess ta’ deżinjazzjoni).

(161)

Min-naħa l-oħra, fin-nuqqas ta’ informazzjoni preċiża dwar il-frekwenza tat-telf f’dan is-settur, xejn ma jippermetti li jiġi konkluż li l-varjazzjonijiet tar-riskji tal-kuntratti ta’ deżinjazzjoni tal-fergħa (kuntratti karatterizzati minn aktar sensittività għan-negozju imma wkoll għal tqassim akbar) ser ikunu aktar wiesgħa mill-istess riskji relatati mal-kuntratti tal-intrapriża (kuntratti karatterizzati b’riskju ta’ ponta u minn tqassim iżgħar).

(162)

Barra minn dan, fl-istess każ fejn il-limitazzjonijiet tad-deżinjazzjoni rrappurtati minn Franza fil-fatt ikollhom l-effett li jwasslu pressjoni supplementari fil-livell tal-poloz riċevuti mill-entitajiet tal-assigurazzjoni, wieħed għandu josserva li hemm ċirkostanza li tista’ taffetwa d-dħul u mhux l-ispejjeż tat-telf. Dan it-tip ta’ riskju (telf ta’ dħul) għalhekk mhux stabbilit fl-Artikolu 39 (1,5) CGI u għalhekk mhux suxxettibbli li jibbenefika minn kontribuzzjonijiet għas-servizzi li jistgħu jitnaqqsu.

(163)

Għalhekk m’hemmx differenza fir-riskju muri bejn il-kuntratti bi klawżola ta’ deżinjazzjoni u l-kuntratti tal-grupp fl-intrapriżi li jkopru l-istess riskji. B’konsegwenza ta’ dan, it-tnaqqis fiskali komplementari previst fl-Artikolu 39 (d) GD għandu l-għan li jnaqqas jew li jwaqqaf ħlas ta’ taxxa tal-kumpaniji li l-intrapriżi konċernati jkollhom iħallsu normalment. Għalhekk, it-tnaqqis komplementari jikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku.

(164)

Fir-rigward tar-referenzi magħmula minn Franza u mis-CTIP għal missjoni eventwali ta’ servizz pubbliku, il-Kummissjoni tinnota li l-kundizzjonijiet identifikati fil-kwistjoni Altmark (biex tkun eskluża wkoll il-kwalifika ta’ għajnuna f’ċerti każijiet ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali) mhumiex sodisfatti f’dan il-każ (ara partikolarment il-punt 189 – it-tielet kundizzjoni tal-ġurisprudenza Altmark fil-fatt tikkonsisti f’nuqqas ta’ kumpens żejjed). Għalhekk wieħed jista’ jara biċ-ċar il-preżenza ta’ vantaġġ ekonomiku.

(165)

Il-vantaġġi mogħtija mill-miżura jingħataw mill-Istat Franċiż li, meta jagħmel dan, jirrinunċja li jirċievi riċevuti fiskali. Huwa qed jagħti dan il-vantaġġ permezz ta’ riżorsi tal-Istat.

(166)

Għar-raġunijiet diġà esposti f’dak li jikkonċerna l-ewwel miżura, it-tieni miżura tippreżenta wkoll karattru selettiv. Is-selettività tirriżulta minn naħa mil-limitazzjoni tal-miżura in kwistjoni għal settur wieħed tal-ekonomija, jiġifieri s-settur tal-assigurazzjoni, u min-naħa l-oħra l-limitazzjoni tiegħu f’dan is-settur għal tip partikolari ta’ kuntratti (sottosettur). Il-miżura hija ta’ benefiċċju għal ċerti intrapriżi mis-settur tal-assigurazzjoni li jikkonkludu kuntratti kollettivi li jkopru r-riskju ta’ mewt u ta’ ħsara fuq il-persuna fil-qafas tal-proċedura ta’ deżinjazzjoni mill-imsieħba soċjali. Il-miżura għalhekk ma tapplikax għall-kuntratti li jkopru l-istess riskji barra mill-proċedura ta’ deżinjazzjoni. Barra minn dan, jaqbel li jkun osservat li l-miżura ma tapplikax għall-intrapriżi ta’ assigurazzjoni mill-ġdid esposti għall-istess tip ta’ riskju.

(167)

Madankollu, jaqbel li jkun verifikat jekk din is-selettività mhix ġustifikata min-natura u l-loġika tas-sistema fiskali ta’ referenza. Għalkemm il-CGI jipprevedi, fil-qasam ta’ tnaqqis ta’ servizzi, tnaqqis volontarju tal-kontribuzzjonijiet għal ċerti tipi ta’ servizzi, għandu jiġi kkonstatat li, minħabba r-raġunijiet esposti hawn fuq (ara l-punti (156) sa (163)), it-tnaqqis li jeċċedi l-ammont previst fl-Artikolu 39 (d) GB mhux ġustifikat mill-loġika tas-sistema li tipprevedi provvediment għal telf jew ta’ ħlas li l-avvenimenti li jkunu qed iseħħu jagħmlu probabbli.

(168)

Fl-aħħar nett, apparti l-fatt li s-settur tal-assigurazzjoni huwa suġġett għal kummerċ fl-Unjoni Ewropea, jaqbel li jitfakkar li meta Stat Membru jagħti għajnuna lil intrapriża, l-attività interna tista’ tinżamm jew tiżdied, bil-konsegwenza li ċ-ċansijiet tal-intrapriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra li jidħlu fis-suq ta’ dan l-Istat Membru jitnaqqsu. Il-pożizzjoni tal-intrapriżi konċernati ser tissaħħaħ permezz tal-kummerċ fl-Unjoni Ewropea. Wieħed irid iżid li l-karattru obbligatorju tal-kuntratti ta’ deżinjazzjoni jsaħħaħ it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni. Għalhekk din il-miżura hija suxxettibbli li toħloq tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u li taffettwa l-kummerċ fl-Unjoni Ewropea.

(169)

Għalhekk wieħed irid jikkonkludi li t-tieni miżura effettivament tikkostitwixxi għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107 (1) tat-TFUE, minħabba li din tipprevedi livell ta’ tnaqqis superjuri għal dak li huwa previst fl-Artikolu 39 (d) GB tas-CGI.

Analiżi tal-kompatibilità tal-miżura skont l-Artikolu 107 (2)(a) tat-TFUE

(170)

Minħabba li l-miżura kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, wieħed jista’ jipproċedi għal analiżi tal-kompatibilità tagħha mas-suq intern. L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-miżura in kwistjoni tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kompatibbli fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107 (2)(a) tat-TFUE.

(171)

Il-Kummissjoni tqis l-ewwel nett li l-karattru soċjali (l-ewwel kriterju) tal-miżura huwa stabbilit safejn, bħalma talbu l-awtoritajiet Franċiżi, l-operaturi amministrati fil-qafas ta’ klawżola ta’ deżinjazzjoni għandhom l-għan li jiffavorixxu l-akbar kopertura possibbli tal-persuni li jirċievu salarju kontra r-riskji li huma koperti b’mod dgħajjef mis-Sigurtà Soċjali (mewt, diżabilità, invalidità). Il-karattru soċjali jonqos minħabba l-mutwalizzazzjoni bejn il-ġenerazzjonijiet u bejn il-kategoriji tal-persuni li jirċievu salarju, l-uniċità tal-kontribuzzjoni (l-ebda diskriminazzjoni skont l-età, is-sess, l-istat tas-saħħa), kif ukoll l-implimentazzjoni tal-miżuri b’karattru soċjali (drittijiet mingħajr ħlas f’każ ta’ qgħad, għat-tfal taħt l-età, eċċ.). F’qafas volontarju u kompletament individwali, wieħed għandu jistenna wkoll li l-persuni b’paga baxxa jagħżlu li ma jissiħbux fil-garanziji li jkopru riskji gravi imma f’każijiet eċċezzjonali.

(172)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni kienet stmat li l-karattru soċjali tal-miżura ma kienx intwera bis-sħiħ sakemm ma jsirx fl-istadju tal-iffirmar ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni (qabel ma jitwettqu l-avvenimenti gravi msemmija). Madankollu, ta’ min wieħed josserva, bħalma qajmet il-punt Franza, li l-għotja tal-għajnuna qabel ma jseħħ ir-riskju, minħabba li l-assigurazzjoni tkopri r-riskji in kwistjoni, hija fil-fatt l-uniku mod kif jista’ jintlaħaq l-għan soċjali mixtieq.

(173)

Min-naħa l-oħra, għar-raġunijiet diġà msemmija fil-qafas tal-investigazzjoni tal-ewwel miżura, l-investigazzjoni tal-miżura mill-Kummissjoni ma ppermettietx li jintwera li l-għajnuna kienet tiggarantixxi riperkussjoni effettiva li tagħti vantaġġ lill-konsumaturi individwali (it-tieni kriterju). It-tnaqqis komplementari tad-dispożizzjonijiet tal-ugwalizzazzjoni għandu l-effett li jnaqqas jew li jwaqqaf il-ħlas tat-taxxa tal-kumpaniji u għalhekk għandu effett ekwivalenti għas-sistema ta’ eżenzjoni tal-ewwel miżura.

(174)

F’dak li jikkonċerna l-argument imqajjem mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha tal-ftuħ, skont liema r-riperkussjoni tal-vantaġġ mogħti lill-entitajiet tal-assigurazzjoni għandu mhux biss ikun ta’ benefiċċju għall-persuni assigurati/impjegati imma wkoll lil min iħaddem (li jikkontribwixxi għall-ħlas ta’ parti mill-poloz), Franza kif ukoll CTIP iqisu li l-parteċipazzjoni ta’ min jimpjega fl-iffinanzjar tal-iskemi konvenzjonali ta’ protezzjoni soċjali komplementari jikkostitwixxu remunerazzjoni għall-persuni li jirċievu salarju u hija vantaġġ għal dawn tal-aħħar. Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li, jekk il-finanzjament ta’ skema ta’ kopertura għall-profitt tal-persuni li jirċievu salarju minn min iħaddimhom fil-fatt jikkostitwixxi vantaġġ għall-persuni li jirċievu salarju, wieħed ma jistax jiċħad li tnaqqis eventwali tal-kontribuzzjonijiet għandu jikkostitwixxi wkoll tnaqqis tal-ispejjeż ta’ min iħaddem u għalhekk vantaġġ għalih.

(175)

Fir-rigward tal-eżistenza ta’ diskriminazzjoni marbuta mal-oriġini ta’ prodotti (it-tielet kriterju), il-Kummissjoni tikkonferma l-apprezzament tagħha skont liema l-grad għoli ta’ konċentrazzjoni f’idejn l-istituzzjonijiet tal-welfare, li jikkaratterizzaw l-attivitajiet relatati mal-kuntratti tad-deżinjazzjoni, li jista’ jittraduċi ruħu permezz ta’ diskriminazzjoni de facto għall-benefiċċju tal-istituzzjonijiet. Għalkemm Franza ma kinitx f’pożizzjoni li tipprovdi informazzjoni preċiża dwar it-tqassim tas-suq tad-deżinjazzjoni bejn l-atturi differenti tas-suq, il-Kummissjoni tosserva li, fuq il-bażi tal-informazzjoni li għandha, il-parti l-kbira tal-kuntratti ta’ deżinjazzjoni fil-fatt huma amministrati mill-istituzzjonijiet tal-assigurazzjoni.

(176)

Għalkemm, kif jippreċiżaw l-awtoritajiet Franċiżi, l-entità tal-assigurazzjoni maħtura mill-imsieħba soċjali tiddependi biss mill-għażla tagħhom, wieħed għandu jinnota li l-ebda dispożizzjoni legali ma tobbliga lill-imsieħba soċjali li jpoġġu lill-atturi kollha tas-suq f’kompetizzjoni matul l-għażla tal-entità. Il-FFSA issostni, mingħajr oġġezzjoni mingħand l-awtoritajiet Franċiżi, li l-imsieħba soċjali jippreferu t-twaqqif ta’ istituzzjoni ta’ welfare li wara jistgħu jiżguraw il-ġestjoni tagħha.

(177)

Għalkemm mill-ġurisprudenza Albany diġà msemmija jirriżulta li l-ftehimiet konklużi fil-qafas tan-negozjati kollettivi bejn l-imsieħba soċjali u li jsegwu l-objettivi soċjali li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 101 (1) tat-TFUE dwar projbizzjoni fuq akkordji restrittivi, għandu jiġi kkonstatat li din il-ġurisprudenza ma tinkludi xejn, hekk kif ġie indikat aktar ‘il fuq, li għajnuna mogħtija lil entità tal-assigurazzjoni fil-qafas ta’ proċedura ta’ deżinjazzjoni tkun kompatibbli mal-Artikolu 107 (2)(a) tat-TFUE.

(178)

L-entitajiet tal-assigurazzjoni apparti l-istituzzjonijiet tal-welfare, partikolarment il-kumpaniji tal-assigurazzjoni attivi fis-suq tal-assigurazzjoni kollettiva fil-livell tal-intrapriżi, għalhekk huma suġġetti għal diskriminazzjoni minħabba n-nuqqas tal-obbligu għall-imsieħba soċjali li jappellaw għall-kompetizzjoni li jkollha l-għan li tippermetti lil kull attur fis-suq interessat li jissottometti offerta biex ikopri s-servizzi miftehma bejn l-imsieħba soċjali u li jintagħżel minħabba l-kwalità superjuri tas-servizzi tiegħu u/jew il-prezz aktar irħis minn tagħhom. Bħala tqabbil, jaqbel li wieħed jinnota li ċerti servizzi Franċiżi tal-assigurazzjoni komplementari tas-saħħa jipprevedu mekkaniżmu ta’ għażla tal-organizzazzjoni(jiet) tal-assigurazzjoni abbażi ta’ proċedura trasparenti ta’ appell għall-kompetizzjoni (54).

(179)

Għalhekk, wieħed irid jikkonkludi li tnejn mit-tliet kriterji tal-kompatibilità mhumiex sodisfatti u li l-iskema ta’ għajnuna notifikata minn Franza favur kuntratti ta’ deżinjazzjoni fil-qasam tal-welfare mhix kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107 (2)(a) tat-TFUE.

Analiżi tal-kompatibilità tal-miżura skont dispożizzjonijiet oħra tal-Artikolu 107 (2) u (3) tat-TFUE

(180)

Il-kriterji tal-kumpatibilità previsti fl-Artikolu 107 (2)(b) u (c) tat-TFUE ma jistgħux japplikaw f’dan il-każ.

(181)

Fir-rigward tal-kompatibilità tal-miżura fuq il-bażi tal-Artikolu 107 (3)(c) tat-TFUE, Franza tippreċiża li l-għan soċjali muri tal-miżura jipprova l-importanza li qed tinvesti fil-futur tal-iżvilupp tas-suq tal-welfare. Dan l-iżvilupp iseħħ permezz ta’ objettiv ta’ saħħa pubblika, tal-ġlieda kontra l-prekarjetà u tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, tal-iżvilupp ta’ djalogu soċjali u ta’ protezzjoni tal-ħaddiema, li huma objettivi tal-Unjoni Ewropea ta’ interess komuni. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-karattru meħtieġ u l-proporzjonalità tal-miżuura mhumiex murija. Kif diġà wriet fl-investigazzjoni tagħha ta’ eżistenza ta’ vantaġġ, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li xejn ma jiġġustifika l-esklużjoni tal-benefiċċju tal-miżura għall-kuntratti tal-grupp fil-livell tal-intrapriżi li jkopru l-istess riskji imma li mhumiex konklużi fil-qafas tad-deżinjazzjoni. Għalhekk il-miżura hija sproporzjonata minħabba li din ma tinkludix il-kuntratti barra mid-deżinjazzjoni. Għaldaqstant, jaqbel li jkun osservat, kif diġà għamlet il-Kummissjoni għall-ewwel miżura, li l-miżura tikkostitwixxi tħaffif kontinwu tal-ispejjeż li jirriżulta f’għajnuna għall-iffunzjonar li, skont il-prattika kostanti, mhuwiex suxxettibbli li jiġi ddikjarat kompatibbli fil-qafas tal-Artikolu 107 (3) tat-TFUE.

(182)

Fl-aħħar nett, l-ebda kriterju ieħor ta’ kompatibilità previst fl-Artikolu 107 (3) tat-TFUE ma ġie invokat minn Franza.

Eżistenza ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali kompatibbli skont l-Artikolu 106 (2) tat-TFUE

(183)

Skont Franza u s-CTIP, il-fornitura ta’ assigurazzjoni komplementari fil-qasam ta’ assistenza fil-qafas tal-proċedura ta’ deżinjazzjoni tista’ titqies li tikkostitwixxi servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali fis-sens tal-welfare 106 (2) tat-TFUE, partikolarment meta l-isħubija fl-iskema ta’ servizzi hija obbligatorja u li l-ġestjoni tagħha ssir f’qafas ta’ parità. Is-CTIP jagħmel ukoll referenza għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kwistjoni Albany  (55), filwaqt li jippreċiża li l-iskemi konvenzjonali tal-protezzjoni soċjali għal sħubija obbligatorja jissodisfaw missjoni ta’ interess ekonomiku ġenerali.

(184)

Din id-dispożizzjoni tistipula li l-intrapriżi responsabbli mill-ġestjoni tas-servizzi ekonomiċi ġenerali jew li jippreżentaw il-karattru ta’ monopolju fiskali huma suġġetti għar-regoli tat-Trattat, partikolarment għar-regoli tal-kompetizzjoni, fil-limiti fejn l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli ma ttellifx it-twettiq fid-dritt jew fil-fatt tal-missjoni partikolari li ngħatat lilhom. Barra minn dan, l-iżvilupp tal-kummerċ m’għandux ikun affetwat f’miżura kuntrarja għall-interess tal-Unjoni Ewropea.

(185)

Hekk kif diġà muri fil-qafas tal-investigazzjoni tal-ewwel miżura (56), l-Istati Membri għandhom qawwa ta’ apprezzament kbira fir-rigward tan-natura tas-servizzi li jistgħu jkunu kkwalifikati bħala interess ekonomiku ġenerali.

(186)

Il-Kummissjoni tosserva wkoll li, fil-kwistjoni Albany diġà msemmija, il-Qorti kkonkludiet li l-għotja ta’ dritt esklussiv ta’ amministrazzjoni f’settur determinat ta’ skema ta’ pensjoni kumplementari tista’ titqies bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali, b’enfażi fuq l-importanza tal-funzjoni soċjali mogħtija lill-pensjonijiet kumplementari.

(187)

F’dan il-kuntest, mhux eskluż li s-servizzi mogħtija mill-entitajiet tal-assigurazzjoni fil-qafas tad-deżinjazzjoni mill-imsieħba soċjali jistgħu jitqiesu bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali safejn il-ftehim bejn l-imsieħba soċjali fil-qafas tad-deżinjazzjoni ikun obbligatorju għall-intrapriżi kollha tas-settur konċernat (jew lill-intrapriża kkonċernata) u jkopri r-riskji mhux koperti jew mhux koperti biżżejjed mis-sistema pubblika ta’ sigurtà soċjali. Madankollu, kif issemma diġà fil-qafas tal-investigazzjoni tal-ewwel miżura (57), il-miżuri finanzjarji tal-appoġġ għal mekkamiżmu bħal dan għandhom ikunu limitati għal dak li huwa meħtieġ biex jiġu kkumpensati l-ispejjeż addizzjonali għall-entitajiet tal-assigurazzjoni skont l-obbligi tas-servizz pubbliku.

(188)

Il-qafas Komunitarju tal-għajnuna mill-Istat f’forma ta’ kumpens tas-servizz pubbliku (58) jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li fihom il-Kummissjoni tqis li tali kumpens huwa kompatibbli skont l-Artikolu 106 (2) tat-TFUE. Partikolarment, il-kumpens imħallas ma jistax jeċċedi l-ispejjeż tal-provvista tas-servizz pubbliku, b’kunsiderazzjoni tal-irċevuti relatati kif ukoll benefiċċju raġonevoli għat-twettiq ta’ dawn l-obbligi.

(189)

F’dan ir-rigward, madankollu jaqbel li jkun osservat li l-ekonomija fiskali li tirriżulta mit-tnaqqis komplementari fil-kontribuzzjonijiet għad-dispożizzjonijiet ta’ ugwalizzazzjoni ma tissodisfax din il-kundizzjoni. Fil-fatt, mhux possibbli li tiġi stabbilita xi tip ta’ rabta bejn l-ammont tal-ekonomija fiskali u l-ispejjeż relatati mal-provvista tas-servizz pubbliku.

(190)

Fil-korrispondenza tagħha tal-31 ta’ Ottubru 2008, Franza tammetti li l-ammont tal-kumpens (ekonomija fiskali) għas-servizz tal-interess ekonomiku ġenerali ma jirrispettax il-kundizzjonijiet imposti mill-qafas Komunitarju. Madankollu, din tqis li dawn il-kundizzjonijiet m’humiex adattati għall-partikolaritajiet tal-operazzjonijiet konċernati. Skont Franza, il-mekkaniżmu tat-tnaqqis fiskali huwa aktar adattat u aktar flessibbli minn sussidju fuq il-bażi ta’ valutazzjoni preċiża tal-ispejjeż supplementari li jirriżultaw mill-ġestjoni tas-servizz.

(191)

Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-kriterji stabbiliti mill-qafas Komunitarju għandhom jiġu strettament irrispettati għaliex dawn jippermettu li jkun żgurat il-bilanċ meħtieġ bejn il-funzjonament tajjeb tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali min-naħa u n-nuqqas ta’ żvilupp ta’ kummerċ f’miżura kuntrarja għall-interess tal-Unjoni Ewropea min-naħa l-oħra.

(192)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 106 (2) tat-TFUE hekk kif żviluppati fil-qafas Komunitarju m’humiex irrispettati u li l-miżura għalhekk ma tistax tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni.

IX.   KONKLUŻJONI

(193)

Il-Kummissjoni tqis li l-iskemi tal-għajnuna notifikati minn Franza favur l-iżvilupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni tas-saħħa (“contrats solidaires et responsables”) kif ukoll il-kuntratti kollettivi ta’ welfare jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Barra minn dan, din tqis li, minkejja l-għan soċjali muri mill-iskemi tal-għajnuna konċernati, it-termini tal-implimentazzjoni tagħhom itellfu milli jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha stipulati mill-Artikolu 107 (2) u (3), kif ukoll l-Artikolu 106 (2) tat-TFUE. Iż-żewġ skemi tal-għajnuna għalhekk għandhom jitqiesu bħala inkompatibbli mas-suq intern.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iskemi tal-għajnuna li Franza qed tippjana li twettaq favur minn naħa, l-iżvilupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni tas-saħħa (“contrats solidaires et responsables”) u min-naħa l-oħra, l-iżvilupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni kumplementari kollettivi kontra r-riskju ta’ mewt, diżabilità u invalidità, fl-applikazzjoni tal-Artikoli 207 (2), 1461, 1 u 39 (d) GD tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mas-suq intern.

Għalhekk dawn l-iskemi tal-għajnuna ma jistgħux jitwettqu.

Artikolu 2

Franza infurmat lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, bil-miżuri li ħadet sabiex tikkonforma.

Artikolu 3

Ir-Repubblika Franċiża hija d-destinatarja ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi-President


(1)  Mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE saru rispettivament l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Fiż-żewġ każijiet, id-dispożizzjonijiet huma, fis-sustanza, identiċi. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, ir-referenzi magħmula għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE jinftiehmu, jekk ikun meħtieġ, bħala li jsiru rispettivament għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE. Sar ukoll ċertu numru ta’ bidliet fit-terminoloġija lit-TFUE, bħall-bidla minn “Komunità” għal “Unjoni” u “suq komuni” għal “suq intern”.

(2)  ĠU C 38, 12.2.2008, p. 10.

(3)  ĠU 303 tal-31 ta’ Diċembru 2006, paġna 20228, test Nru 2 (sors: http://www.legifrance.gouv.fr).

(4)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 2.

(5)  ĠU C 136 tas-16.6.2009, p. 13, punt 41.

(6)  In-notifika tagħmel referenza għall-eżenzjoni mit-taxxa professjonali. Madankollu, din tal-aħħar, sadanittant, hija sostitwita mill-kontribuzzjoni ekonomika territorjali, magħmula minn kontribuzzjoni fuq l-art tal-intrapriżi u kontribuzzjoni fuq il-valur miżjud tal-intrapriżi.

(7)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2004, Franza, għajnuna mill-Istat Nru E 46/2001, Eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kuntratti tal-assigurazzjoni tas-saħħa, http://ec.europa.eu/competition/state_aid/register/ii/by_case_nr_e2001_0030.html#46

(8)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ottubru 2010, Franza, għajnuna mill-Istat Nru N 401/2010, emenda tas-sistema ta’ eżenzjoni mit-taxxa speċjali fuq il-ftehimiet tal-assigurazzjoni tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (“contrats solidaires et responsables”).

(9)  Id-dispożizzjonijiet relatati mal-karattru responsabbli tal-kuntratt (l-ebda kopertura jekk jinqabżu l-pagamenti fuq ċerti atti u finanzjament ta’ ċerti servizzi marbuta mal-prevenzjoni) ġew introdotti fl-2006.

(10)  Abbozz ta’ Digriet jiffissa dan il-proporzjon għal 85 %.

(11)  Abbozz ta’ Digriet jiffissa dan il-proporzjon għal 93 %.

(12)  Għajnuna mogħtija mill-Istat f’forma ta’ tnaqqis tal-poloz tal-assigurazzjoni għal persuni li jibbenefikaw minn riżorsi finanzjarji taħt limitu determinat mis-sitwazzjoni familjari. L-ammont tal-għajnuna jvarja bejn 100 u 500 euro skont l-età tal-benefiċjarju.

(13)  Il-proporzjon minimu jkun ta’ 3 % skont l-abbozz tad-Digriet.

(14)  Il-proporzjon minimu għal dan il-grupp tal-età jkun ta’ 16 % skont l-abbozz tad-Digriet.

(15)  Il-proporzjon minimu għal dan il-grupp tal-età jkun ta’ 31 % skont l-abbozz tad-Digriet.

(16)  Dispożizzjoni “għal riskji u ħlasijiet” hija ammont irreġistrat fil-bilanċ sabiex ikopri l-ispejjeż li l-iskadenza jew l-ammont tagħhom mhumiex stabbiliti b’mod preċiż. Il-kostituzzjoni ta’ dispożizzjoni tinplika l-kontabilità ta’ parti mill-kontribuzzjonijiet għas-servizzi (kont tal-ħlas) u min-naħa l-oħra dispożizzjoni fil-liabilities (kont tal-bilanċ). Id-dispożizzjoni teknika tal-ugwalizzazzjoni tikkostitwixxi tip ta’ dispożizzjoni għal riskji u spejjeż.

(17)  ĠU L 374, 31.12.1991, p. 7.

(18)  Ara l-Artikolu L912-1 tal-Kodiċi Franċiż tas-Sigurtà Soċjali.

(19)  Taħt is-sistema ta’ deżinjazzjoni, l-entità tal-assigurazzjoni maħtura ma tistax tagħżel xi modifika oħra għall-iskema tal-kopertura, bħal pereżempju ż-żieda fil-kontribuzzjonijiet. Dawn huma l-imsieħba soċjali li jiddeċiedu l-evoluzzjoni tal-iskema (titjib tas-servizzi, aġġustament tar-rata tal-kontribuzzjoni, eċċ.).

(20)  Differenza bejn, min-naħa l-ammont tal-poloz jew tal-kontribuzzjoni, mnaqqsa bil-kontribuzzjonijiet għad-dispożizzjonijiet imwaqqfa legalment, u min-naħa l-oħra, l-ammont tal-ispejjeż tar-rati tal-klejms, miżjud bl-ispejjeż taxxabbli għall-kuntratti konċernati.

(21)  Minħabba li l-kwalifikazzjoni tal-għajnuna mill-Istat kienet aċċettata minn Franza fl-istadju tan-notifika għall-miżuri notifikati, il-Kummissjoni ikkuntentat ruħha b’analiżi qasira ta’ din il-kwalifika.

(22)  Ara d-Deċiżjoni tal-Qorti tal-21 ta’ Settembru 1999 fil-kwistjoni C-67/96, Albany International BV et Stichting Bedrijfspensioenfonds Textielindustrie, Rec. 1999, p. I-5751.

(23)  Ara C-67/96, Albany International BV et Stichting Bedrijfspensioenfonds, sentenza tal-Qorti ċitata diġà fin-nota f’qiegħ il-paġna 22.

(24)  Skont rapport tal-attività tal-2006 tal-Autorité de contrôle des assurances et des mutuelles, 263 intrapriża tal-assigurazzjoni, kif ukoll 66 istituzzjoni ta’ welfare u 1,201 kumpanija tal-mutwalità joperaw fis-suq tal-assigurazzjoni komplementari tas-saħħa.

(25)  ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4-7.

(26)  C-67/96, Albany International BV et Stichting Bedrijfspensioenfonds Textielindustrie, sentenza tal-Qorti diġà msemmija fin-nota f’qiegħ il-paġna nru 22.

(27)  Ara l-punti 71 u wara tas-sentenza diġà msemmija fin-nota f’qiegħ il-paġna nru 22.

(28)  Rapport annwali 2006 tal-Fond CMU, http://www.cmu.fr/userdocs/Rapport%202006.pdf, Anness 13 – lista tal-100 organizzazzjoni komplementari l-aktar importanti.

(29)  Rapport tal-attività 2008 tal-Fond CMU tat-13.5.2009, p. 33.

(30)  Din mhix kumpanija tal-mutwalità li taqa’ taħt il-kodiċi tal-mutwalità imma kumpanija mutwali tal-assigurazzjoni li taqa’ taħt il-kodiċi tal-assigurazzjoni.

(31)  Ara d-deċiżjoni Nru 09-DCC-61 tal-4 ta’ Novembru 2009 tal-Autorité française de la Concurrence dwar il-kontrol esklussiv tal-kumpanija tal-mutwalità Altéis u tal-kumpanija tal-mutwalità Releya mill-kumpanija tal-mutwalità Prévadiès, p. 4.

(32)  Dan il-grupp jiġbor fost l-oħrajn l-istituzzjonijiet tal-welfare, il-kumpaniji mutwali tal-assigurazzjoni, kumpaniji tal-Mutwalità u junjins tal-mutwali.

(33)  Ara d-Deċiżjoni diġà msemmija fin-nota tal-parti t’isfel tal-paġna nru 31, p. 5.

(34)  Inkjesta dwar it-tqassim tal-finanzjament tal-ispejjeż tas-saħħa mill-1996 u dwar it-trasferimenti magħmula bejn l-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja, l-assigurazzjonijiet komplementari u personali, Qorti tal-Awdituri, April 2008.

(35)  Dwar dan is-suġġett ara l-Bulettin Uffiċjali tal-kompetizzjoni, tal-konsum u tat-twaqqif tal-frodi Nru 7b tal-15 ta’ Settembru 2006, p. 2 (pubblikazzjoni tal-ittra tal-Ministru tal-Ekonomija, tal-Finanzi u tal-Industrija tad-9 ta’ Awwissu 2006, lill-kunsilli tal-Mutuelle Préviade-Mutouest, rigward konċentrazzjoni fis-settur tal-assigurazzjoni komplementari tas-saħħa.

(36)  Ara r-rapport tal-informazzjoni Nru 385 tas-Senat tat-8 ta’ Ġunju 2008 dwar it-tqassim tal-finanzjament tal-assigurazzjoni tas-saħħa mill-1996 u t-trasferiment tal-ispejjeż bejn l-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja, l-assigurazzjonijiet komplementari u personali, p. 11.

(37)  Rapport tal-attività 2008 tal-Fond CMU tat-3.5.2009, p. 33

(38)  Id., p. 13.

(39)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ġunju 2006 fil-kwistjonijiet konġunti C-182/03 u C-217/03, Forum 187 ASBL, Rec. 2006 p. I-5479, punt 86 u ġurisprudenza msemmija.

(40)  Sentenza ta-Qorti tal-24 ta’ Lulju 2003 fil-kwistjoni C-280/00, Altmark Trans et Regierungspräsidium Magdeburg, Rec. 2003 p. I-7747.

(41)  Ara, f’dan il-każ, partikolarment is-sentenza tal-Qorti tas-7 ta’ Marzu 2002 fil-kawża C-310/99 Italie v Commission, Rec. 2002 p. I-2289, punt 84.

(42)  F’dak li jikkonċerna l-interpretazzjoni restrittiva tal-Artikolu 107 (2) TFUE, ara s-sentenza tal-Qorti tad-29 ta’ April 2004 fil-kwistjoni C-278/00, Grèce v Commission, Rec. 2000 p. I-3997, punti 81-82, u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Ġunju 2005 fil-kwistjoni T-171/02, Regione autonoma della Sardegna v Commission, Rec. 2005 p. II-2123, il-punti 165-166.

(43)  Ara dwar dan is-suġġett, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2007, Franza, Protezzjoni soċjali komplementari tal-aġenti tal-Istat, N 911/2006, il-punti 34-36.

(44)  Ara d-deskrizzjoni tal-kriterji fil-punt (20) ta’ din id-Deċiżjoni.

(45)  Skont l-abbozz tad-Digriet, tal-anqas 75 % tal-kuntratti eliġibbli għandhom jinkludu: 1) kemm iż-żamma mingħajr ħlas u tal-anqas għat-tariffa tas-Sigurtà Soċjali, tal-garanziji kollha previsti mill-kuntratt għall-persuna assigurata u jekk ikun il-każ, għad-dipendenti, għal sitt xhur li jibdew minn meta l-persuna assigurata titlef l-impjieg, tiġi ddikjarata d-diżabilità tagħha jew fid-data tal-mewt; 2) kemm il-ħlas mill-organizzazzjoni għal sena ta’ 30 % tal-kontribuzzjonijiet tal-persuni assigurati li jitilfu l-impjieg tagħhom, ta’ apprendisti li għandhom anqas minn sitta u għoxrin sena, u l-persuni f’dipendenza totali jew parzjali.

(46)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2004 diġà msemmija fin-nota f’qiegħ il-paġna 7.

(47)  Inkjesta dwar it-tqassim tal-finanzjament tal-ispejjeż tal-mard mill-1996 u dwar it-trasferimenti magħmula bejn l-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja, l-assigurazzjoni komplementari u personali, Qorti tal-Awdituri, April 2008.

(48)  Dwar dan ara l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KE u tal-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-avjazzjoni, ĠU C 350 tal-10.12.1994, p. 11.

(49)  Kodiċi tal-mutwalità, l-Artikolu L112-1, it-tieni subparagrafu.

(50)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-kawżi konġunti T-116/01 et T-118/01, P&O European Ferries, Rec.2003 p. II-2957, punt 163.

(51)  Artikolu 1 tal-Liġi Nru 89-1009 tal-31 ta’ Diċembru 1989 li jsaħħaħ il-garanziji offruti lill-persuni assigurati kontra ċerti riskji.

(52)  Mill-mument fejn min iħaddem jikkontribwixxi għall-kontribuzzjonijiet (b’mod totali jew parzjali), il-persuni kollha li jirċievu salarju jridu jżommu mal-kuntratt ta’ welfare imwaqqaf mill-intrapriża jew mill-fergħa professjonali.

(53)  Fit-tmiem tas-sena 2006, kienu jeżistu aktar minn 100 ftehim kollettiv li jkopru lill-persuni li jirċievu salarju kontra r-riskju ta’ mewt, diżabilità u invalidità u li jaħtru istituzzjoni ta’ welfare.

(54)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2007, N 911/2006, Franza, Protezzjoni soċjali komplementari għall-aġenti tal-Istat, il-punt 39 u wara.

(55)  Kwistjoni C-67/96, Albany International BV v Stichting Bedrijfspensioenfonds Textielindustrie, diġà msemmija fin-nota f’qiegħ il-paġna 22.

(56)  Ara l-punt 143 ta’ din id-Deċiżjoni.

(57)  Ara l-punt 143 ta’ din id-Deċiżjoni.

(58)  ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4.


31.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Mejju 2011

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-Pikolinat tal-Kromju bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 3586)

(Il-verżjoni Ingliża biss hija awtentika)

(2011/320/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-6 ta’ April 2009, il-kumpanija Cantox Health Sciences International ressqet talba f’isem Nutrition 21 lill-awtoritajiet kompetenti fl-Irlanda biex tkun tista’ tqiegħed il-Pikolinat tal-Kromju fis-suq bħala ingredjent tal-ikel ġdid.

(2)

Fl-24 ta’ April 2009, il-korp kompetenti Irlandiż għall-analiżi tal-ikel ħareġ ir-rapport tal-istima preliminarju tiegħu. F’dan ir-rapport wasal għall-konklużjoni li kienet meħtieġa analiżi oħra.

(3)

Il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri kollha dwar din it-talba fit-30 ta’ April 2009. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) ntalbet twettaq l-analiżi fit-12 ta’ Awwissu 2009.

(4)

Fl-10 ta’ Novembru 2010, fuq talba mill-Kummissjoni, l-EFSA adottat opinjoni (2) dwar is-sigurtà tal-Pikolinat tal-Kromju bħala sors tal-kromju miżjud fl-ikel għal finijiet nutrittivi għall-popolazzjoni ġenerali u fl-ikel għal użi nutrittivi partikolari. Fl-opinjoni tagħha l-EFSA kkonkludiet li l-Pikolinat tal-Kromju ma joħloqx kwistjonijiet ta’ sigurtà kemm-il darba l-ammont tal-kromju totali ma jaqbiżx il-250 μg kull jum, il-valur stabbilit mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa bħala d-doża addizzjonali ta’ kromju li ma tridx tinqabeż.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2009 tat-13 ta’ Ottubru 2009 dwar sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda għal għanijiet nutrittivi speċifiċi fl-oġġetti tal-ikel għal użi nutrittivi partikolari (3) u/jew ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (4) jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċifiċi għall-użu ta’ vitamini, minerali u sustanzi oħra fl-ikel. L-użu tal-Pikolinat tal-Kromju għandu jkun awtorizzat mingħajr ħsara għar-rekwiżiti ta’ din il-leġiżlazzjoni.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Pikolinat tal-Kromju tal-Ammonju bħala sors ta’ kromju kif speċifikat fl-Anness jista’ jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent tal-ikel ġdid biex jintuża fl-ikel mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament (KE) Nru 953/2009 u/jew tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006.

Artikolu 2

L-ispeċifikazzjoni tal-ingredjent tal-ikel ġdid awtorizzat b’din id-Deċiżjoni li trid tidher fuq it-tikketta tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan l-ingredjent għandha tkun ‘Pikolinat tal-Kromju’.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Nutrition 21, Inc., 4 Manhattanville Road, Purchase, New York 10577, USA.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  EFSA Journal 2010; 8(12): 1883.

(3)  ĠU L 269, 14.10.2009, p. 9.

(4)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.


ANNESS

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-PIKOLINAT TAL-KROMJU

Deskrizzjoni: Il-Pikolinat tal-Kromju huwa trab ħafif li jagħti fl-aħmar, li jitħallat kemxejn fl-ilma fil-pH 7. Il-melħ jitħallat ukoll fis-solventi organiċi polari.

L-isem kimiku tal-Pikolinat tal-Kromju huwa tris(2piridinakarbossilat-N,O)kromju(III) jew aċidu 2-piridinakarbossiliku, melħ tal-kromju(III).

Nru tal-CAS: 14639-25-9

Formula Kimika: Cr(C6H4NO2)3

Formula Strutturali:

Image

Karatteristiċi kimiċi tal-Pikolinat tal-Kromju

Pikolinat tal-Kromju

aktar minn 95 %

Kromju (III)

12 – 13 %

Kromju (VI)

ebda traċċa

Ilma

mhux iżjed minn 4 %


31.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/38


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Mejju 2011

li tistabbilixxi, skont id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, simbolu sabiex il-pubbliku jkun infurmat dwar il-klassifikazzjoni tal-ilma għall-għawm u kwalunkwe projbizzjoni tal-għawm jew parir kontra l-għawm

(2011/321/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE (1), u b’mod partikolari, il-punt (a) tal-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2006/7/KE jipprovdi għall-obbligu li l-pubbliku jkun infurmat dwar il-klassifikazzjoni attwali tal-ilma għall-għawm u kwalunkwe projbizzjoni tal-għawm jew parir kontra l-għawm permezz ta’ tabella jew simbolu ċar u sempliċi

(2)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2006/7/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bl-iskop tal-propagazzjoni attiva u d-disponibbiltà fil-ħin tal-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-ilma għall-għawm u dwar kwalunkwe projbizzjoni tal-għawm jew parir kontra l-għawm imsemmija fl-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2006/7/KE, qed jiġu stabbiliti s-simboli li ġejjin:

1.

Simboli li jinfurmaw dwar il-projbizzjoni tal-għawm jew li jagħtu parir kontra l-għawm huma stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

2.

Simboli li jinfurmaw dwar il-klassifikazzjoni tal-ilma għall-għawm huma stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 64, 4.3.2006, p. 37.


ANNESS

TAQSIMA 1

Simboli li jinfurmaw dwar il-probizzjoni tal-għawm jew parir kontra l-għawm

Image Image

TAQSIMA 2

Simboli li jinfurmaw dwar il-klassifikazzjoni tal-ilma għall-għawm

Image Image Image Image

31.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Mejju 2011

li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/861/KE dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 3647)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/322/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula regoli speċifiċi dwar l-iġjene tal-ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi tan-negozju tal-ikel. Dawn ir-regoli jinkludu ħtiġijiet tal-iġjene għal ħalib nej u għall-prodotti tal-ħalib.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/861/KE (2) tipprevedi ċerti derogi mill-ħtiġijiet stabbiliti fis-subkapitoli II u III tal-Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija elenkati f’dik id-Deċiżjoni. Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

(3)

Skont dan, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/861/KE jistgħu, bis-saħħa tad-deroga mid-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, jipproċessaw ħalib f’konformità jew f’nonkonformità sakemm l-ipproċessar tal-ħalib konformi jew mhux konformi jitwettaq fuq linji ta’ produzzjoni separati. Barra minn hekk, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni jistgħu jipproċessaw ħalib mhux konformi mingħajr linji ta’ produzzjoni separati.

(4)

Fl-24 ta’ Novembru 2010 il-Bulgarija bagħtet lista riveduta u aġġornata ta’ dawk l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib lill-Kummissjoni.

(5)

F’dik il-lista l-ġdida, l-istabbiliment numru 7 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/861/KE (BG 0812009 “Serdika - 90” AD) tneħħa mil-lista u ġie awtorizzat li jqiegħed il-prodotti tal-ħalib fuq is-suq intra-Komunitarju minħabba l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(6)

Barra minn hekk, l-istabbilimenti numru 14 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/861/KE (1312002”Milk Grup” EOOD), numru 25 (BG 1612020 ET “Bor -Chvor”) numru 70 (BG 2412041 “Mlechen svyat 2003”OOD) u n-numru 92 (2212023 “EL BI BULGARIKUM”) tneħħew mil-lista u ġew awtorizzati li jqiegħdu l-prodotti tal-ħalib fis-suq intra-Komunitarju minħabba konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(7)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/861/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponihom.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/861/KE huma sostitwiti bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Marzu 2011.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 83.


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/861/KE huma sostitwiti b’dan li ġej:

ANNESS I

Lista ta’ stabbilimenti tal-ħalib li għandhom il-permess jipproċessaw ħalib konformi u dak mhux konformi kif imsemmi fl-Artikolu 2

Nru

In-numru veterinarju

Isem l-istabbiliment

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

1

BG 0412010

‘Bi Si Si Handel’ OOD

gr. Elena

ul. ‘Treti mart’ 19

2

BG 0512025

‘El Bi Bulgarikum’ EAD

gr. Vidin

YUPZ

3

BG 0612027

‘Mlechen ray - 2’ EOOD

gr. Vratsa

kv. ‘Bistrets’

4

BG 0612043

ET ‘Zorov- 91 -Dimitar Zorov’

gr. Vratsa

Mestnost ‘Parshevitsa’

5

BG 2012020

‘Yotovi’ OOD

gr. Sliven

kv. ‘Rechitsa’

6

BG 2512020

‘Mizia-Milk’ OOD

gr. Targovishte Industrialna zona

7

BG 2112001

‘Rodopeya - Belev’ EOOD

gr. Smolyan,

Ul. ‘Trakya’ 20

8

BG 1212001

‘S i S - 7’ EOOD

gr. Montana

‘Vrachansko shose’ 1

9

BG 2812003

‘Balgarski yogurt’ OOD

s. Veselinovo,

obl. Yambolska

ANNESS II

Lista ta’ stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib li għandhom il-permess jipproċessaw ħalib mhux konformi kif imsemmi fl-Artikolu 3

Nru

In-numru veterinarju

Isem l-istabbiliment

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

1

BG 2412037

‘Stelimeks’ EOOD

s. Asen

2

0912015

‘Anmar’ OOD

s. Padina

obsht. Ardino

3

0912016

OOD ‘Persenski’

s. Zhaltusha

obsht. Ardino

4

1012014

ET‘Georgi Gushterov DR’

s. Yahinovo

5

1012018

‘Evro miyt end milk’ EOOD

gr. Kocherinovo

obsht. Kocherinovo

6

1112004

‘Matev-Mlekoprodukt’ OOD

s. Goran

7

1112017

ET ‘Rima-Rumen Borisov’

s. Vrabevo

8

1312023

‘Inter-D’ OOD

s. Kozarsko

9

1612049

‘Alpina -Milk’ EOOD

s. Zhelyazno

10

1612064

OOD ‘Ikay’

s. Zhitnitsa

obsht. Kaloyanovo

11

2112008

MK ‘Rodopa milk’

s. Smilyan

obsht. Smolyan

12

2412039

‘Penchev’ EOOD

gr. Chirpan

ul. ‘Septemvriytsi’ 58

13

2512021

‘Keya-Komers-03’ EOOD

s. Svetlen

14

0112014

ET ‘Veles-Kostadin Velev’

gr. Razlog

ul. ‘Golak’ 14

15

2312041

‘Danim-D.Stoyanov’ EOOD

gr. Elin Pelin

m-st Mansarovo

16

2712010

‘Kamadzhiev-milk’ EOOD

s. Kriva reka

obsht. N.Kozlevo

17

BG 1212029

SD ‘Voynov i sie’

gr. Montana ul. ‘N.Yo.Vaptsarov’ 8

18

0712001

‘Ben Invest’ OOD

s. Kostenkovtsi obsht. Gabrovo

19

1512012

ET ‘Ahmed Tatarla’

s. Dragash voyvoda, obsht. Nikopol

20

2212027

‘Ekobalkan’ OOD

gr. Sofia

bul ‘Evropa’ 138

21

2312030

ET ‘Favorit- D.Grigorov’

s. Aldomirovtsi

22

2312031

ET ‘Belite kamani’

s. Dragotintsi

23

BG 1512033

ET ‘Voynov-Ventsislav Hristakiev’

s. Milkovitsa

obsht. Gulyantsi

24

BG 1512029

‘Lavena’ OOD

s. Dolni Dębnik obl. Pleven

25

BG 1612028

ET ‘Slavka Todorova’

s. Trud

obsht. Maritsa

26

BG 1612051

ET ‘Radev-Radko Radev’

s. Kurtovo Konare obl. Plovdiv

27

BG 1612066

‘Lakti ko’ OOD

s. Bogdanitza

28

BG 2112029

ET ‘Karamfil Kasakliev’

gr. Dospat

29

BG 0912004

‘Rodopchanka’ OOD

s. Byal izvor

obsht. Ardino

30

0112003

ET ‘Vekir’

s. Godlevo

31

0112013

ET ‘Ivan Kondev’

gr. Razlog

Stopanski dvor

32

0212037

‘Megakomers’ OOD

s. Lyulyakovo

obsht. Ruen

33

0512003

SD ‘LAF-Velizarov i sie’

s. Dabravka

obsht. Belogradchik

34

0612035

OOD ‘Nivego’

s. Chiren

35

0612041

ET ‘Ekoprodukt-Megiya- Bogorodka Dobrilova’

gr. Vratsa

ul. ‘Ilinden’ 3

36

0612042

ET ‘Mlechen puls - 95 - Tsvetelina Tomova’

gr. Krivodol

ul. ‘Vasil Levski’

37

1012008

‘Kentavar’ OOD

s. Konyavo

obsht. Kyustendil

38

1212022

‘Milkkomm’

EOOD

gr. Lom ul. ‘Al.Stamboliyski’ 149

39

1212031

‘ADL’ OOD

s. Vladimirovo obsht. Boychinovtsi

40

1512006

‘Mandra’ OOD

s. Obnova

obsht. Levski

41

1512008

ET ‘Petar Tonovski-Viola’

gr. Koynare

ul. ‘Hr.Botev’ 14

42

1512010

ET ‘Militsa Lazarova-90’

gr. Slavyanovo,

ul. ‘Asen Zlatarev’ 2

43

1612024

SD ‘Kostovi - EMK’

gr. Saedinenie

ul. ‘L.Karavelov’ 5

44

1612043

ET ‘Dimitar Bikov’

s. Karnare

obsht. ‘Sopot’

45

1712046

ET ‘Stem-Tezdzhan Ali’

gr. Razgrad

ul. ‘Knyaz Boris’23

46

2012012

ET ‘Olimp-P.Gurtsov’

gr. Sliven

m-t ‘Matsulka’

47

2112003

‘Milk- inzhenering’ OOD

gr.Smolyan

ul. ‘Chervena skala’ 21

48

2112027

‘Keri’ OOD

s. Borino,

obsht. Borino

49

2312023

‘Mogila’ OOD

gr. Godech,

ul. ‘Ruse’ 4

50

2512018

‘Biomak’ EOOD

gr. Omurtag

ul. ‘Rodopi’ 2

51

2712013

‘Ekselans’ OOD

s. Osmar,

obsht. V. Preslav

52

2812018

ET ‘Bulmilk-Nikolay Nikolov’

s. General Inzovo, obl. Yambolska

53

2812010

ET ‘Mladost-2-Yanko Yanev’

gr. Yambol,

ul. ‘Yambolen’ 13

54

BG 1012020

ET ‘Petar Mitov-Universal’

s. Gorna Grashtitsa

obsht. Kyustendil

55

BG 1112016

Mandra ‘IPZHZ’

gr. Troyan

ul. ‘V.Levski’ 281

56

BG 1712042

ET ‘Madar’

s. Terter

57

BG 2612042

‘Bulmilk’ OOD

s. Konush

obl. Haskovska

58

BG 0912011

ET ‘Alada-Mohamed Banashak’

s. Byal izvor

obsht. Ardino

59

1112026

‘ABLAMILK’ EOOD

gr. Lukovit,

ul. ‘Yordan Yovkov’ 13

60

1312005

‘Ravnogor’ OOD

s. Ravnogor

61

1712010

‘Bulagrotreyd-chastna kompaniya’ EOOD

s. Yuper

Industrialen kvartal

62

1712013

ET ‘Deniz’

s. Ezerche

63

2012011

ET ‘Ivan Gardev 52’

gr. Kermen

ul. ‘Hadzhi Dimitar’ 2

64

2012024

ET ‘Denyo Kalchev 53’

gr. Sliven

ul. ‘Samuilovsko shose’ 17

65

2112015

OOD ‘Rozhen Milk’

s. Davidkovo, obsht. Banite

66

2112026

ET ‘Vladimir Karamitev’

s. Varbina

obsht. Madan

67

2312007

ET ‘Agropromilk’

gr. Ihtiman, ul. ‘P.Slaveikov’ 19

68

2612038

‘Bul Milk’ EOOD

gr. Haskovo

Sev. industr. zona

69

2612049

ET ‘Todorovi-53’

gr. Topolovgrad ul. ‘Bulgaria’ 65

70

BG 1812008

‘Vesi’ OOD

s. Novo selo

71

BG 2512003

‘Si Vi Es’ OOD

gr. Omurtag

Promishlena zona

72

BG 2612034

ET ‘Eliksir-Petko Petev’

s. Gorski izvor

73

BG 1812003

‘Sirma Prista’ AD

gr. Ruse

bul. ‘3-ti mart’ 51

74

BG 2512001

‘Mladost -2002’ OOD

gr. Targovishte bul. ‘29-ti yanuari’ 7

bul. ‘29-ti yanuari’ 7

75

0312002

ET ‘Mario’

gr. Suvorovo

76

0712015

‘Rosta’ EOOD

s. M. Varshets

77

0812030

‘FAMA’ AD

gr. Dobrich

bul. ‘Dobrudzha’ 2

78

0912003

‘Koveg-mlechni produkti’ OOD

gr. Kardzhali

Promishlena zona

79

1412015

ET ‘Boycho Videnov - Elbokada 2000’

s. Stefanovo

obsht. Radomir

80

1712017

‘Diva 02’ OOD

gr. Isperih

ul. ‘An.Kanchev’

81

1712019

ET ‘Ivaylo-Milena Stancheva’

gr. Isperih

Parvi stopanski dvor

82

1712037

ET ‘Ali Isliamov’

s. Yasenovets

83

1712043

‘Maxima milk’ OOD

s. Samuil

84

1812005

‘DAV - Viktor Simonov’ EOOD

gr. Vetovo

ul. ‘Han Kubrat’ 52

85

2012010

‘Saray’ OOD

s. Mokren

86

2012032

‘Kiveks’ OOD

s.Kovachite

87

2012036

‘Minchevi’ OOD

s. Korten

88

2212009

‘Serdika -94’ OOD

gr. Sofia

kv. Zheleznitza

89

2312028

ET ‘Sisi Lyubomir Semkov’

s. Anton

90

2312033

‘Balkan spetsial’ OOD

s. Gorna Malina

91

2312039

EOOD ‘Laktoni’

s. Ravno pole, obl. Sofiyska

92

2412040

‘Inikom’ OOD

gr. Galabovo

ul. ‘G.S.Rakovski’ 11

93

2512011

ET ‘Sevi 2000- Sevie Ibryamova’

s. Krepcha

obsht. Opaka

94

2612015

ET ‘Detelina 39’

s. Brod

95

2812002

‘Arachievi’ OOD

s. Kirilovo,

obl. Yambolska’

96

BG 1612021

ET ‘Deni-Denislav Dimitrov-Ilias Islamov’

s. Briagovo

obsht. Gulyantsi

97

BG 2012019

‘Hemus-Milk komers’ OOD

gr. Sliven

Promishlena zona Zapad

98

2012008

‘Raftis’ EOOD

s. Byala

99

2112023

ET ‘Iliyan Isakov’

s. Trigrad

obsht. Devin

100

2312020

‘MAH 2003’ EOOD

gr. Etropole

bul. ‘Al. Stamboliyski’ 21

101

2712005

‘Nadezhda’ OOD

s. Kliment


Rettifika

31.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/48


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 258/2011 tas-16 ta’ Marzu 2011 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 70, tas-17 ta' Marzu 2011 )

F’paġna 23, premessa 164, l-ewwel sentenza:

minflok:

“Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li tibbenefika minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, [jista’ jiġi introdott perċentwal, skont il-każ] tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fil-mudell tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni tal-miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku.”;

aqra:

“Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li tibbenefika minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fil-mudell tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni tal-miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku.”.

F’paġna 26, Anness I, it-titolu tal-Anness:

minflok:

“Il-produtturi Ċiniżi li kkoperaw mhux fil-kampjun u mhux mogħtija Trattament Individwali”;

aqra:

“Il-produtturi Ċiniżi li kkoperaw mhux fil-kampjun jew mhux mogħtija Trattament Individwali”.

F’paġna 27, Anness I, l-isem tal-kumpanija elenkat fin-numru 33:

minflok:

“Foshan Shiwan Eagle Brand Ceramic Group Co. Ltd.”;

aqra:

“Foshan Shiwan Eagle Brand Ceramic Co. Ltd.”.

F’paġna 27, Anness I, l-isem tal-kumpanija elenkat fin-numru 59:

minflok:

“Guangdong Ouyai Ceramic Factory Co. Ltd.”;

aqra:

“Guangdong Ouya Ceramic Co. Ltd.”.

F’paġna 28, Anness I, l-isem tal-kumpanija elenkat fin-numru 82:

minflok:

“Louis Valentino Ceramic Co. Ltd.”;

aqra:

“Louis Valentino (Inner Mongolia) Ceramic Co. Ltd.”.

F’paġna 29, Anness I, l-isem tal-kumpanija elenkat fin-numru 109:

minflok:

“ZhaoQing Zhongcheng Ceramic Co. Ltd.”;

aqra:

“Zhaoqing Zhongheng Ceramic Co. Ltd.”.


31.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/49


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal- ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 24 tas-27 ta' Jannar 2011 )

1.

F’paġna 21, Anness IA, Speċi: Pixxitrombetta Caproidae, Żona: L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet Internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII (BOR/678-.):

minflok:

“(BOR/678-.)”;

aqra:

“(BOR/678-)”.

2.

F’paġna 30, Anness 1A, Speċi: Megrims Lepidorhombus spp., Żona: Iż-żona VI; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV (LEZ/561214), entrata għaż-Żona:

minflok:

“(LEZ/561214)”;

aqra:

“(LEZ/56-14)”.

3.

F’paġna 32, Anness 1A, Speċi: Petriċi Lophiidae, Żona: Iż-żona VI; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet Internazzjonali taż-żoni XII u XIV (ANF/561214), entrata għaż-Żona:

minflok:

“(ANF/561214)”;

aqra:

“(ANF/56-14)”.

4.

F’paġna 36, Anness 1A, Speċi: Merlangu Merlangius merlangus, Żona: Iż-żona VI; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV (WHG/561214), entrata għaż-Żona:

minflok:

“(WHG/561214)”;

aqra:

“(WHG/56-14)”.

5.

F’paġna 40, Anness 1A, Speċi: Stokkafixx Micromesistius poutassou, Żona: L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni II u IV (WHB/4AB-N.), entrata għaż-Żona:

minflok:

“(WHB/4AB-N.)”;

aqra:

“(WHB/24-N.)”.

6.

F’paġna 43, Anness 1A, Speċi: Lipp Molva molva, Żona: Iż-żona IIIa; l-ilmijiet tal-UE tas-Subdiviżjonijiet 22-32 (LIN/3A/BCD), entrata għaż-Żona:

minflok:

“l-ilmijiet tal-UE tas-Subdiviżjonijiet 22-32”;

aqra:

“l-ilmijiet tal-UE ta' IIIbcd”.

7.

F’paġna 43, Anness IA, Speċi: Lipp Molva molva, Żona: IIIa; l-ilmijiet tal-UE tas-Subdiviżjonijiet 22-32 (LIN/3A/BCD), entrata għan-nota ta’ qiegħ il-paġna 1:

minflok:

“(1)

Esklussivament għall-qabdiet inċidentali. L-ebda sajd dirett mhuwa permess taħt din il-kwota.”;

aqra:

“(1)

Din il-kwota tista' tinqabad fl-ilmijiet tal-UE ta’ IIIa u IIIbcd biss.”.

8.

F’paġna 44, Anness 1A, Speċi: Lipp Molva molva, Żona: L-ilmijiet tal-UE taż-żona IV (LIN/04.), entrata għaż-Żona:

minflok:

“(LIN/04.)”;

aqra:

“(LIN/04-C.)”.

9.

F’paġna 49, Anness 1A, Speċi: Barbun tat-tbajja' Pleuronectes platessa, Żona: Iż-żona VI; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV (PLE/561214), entrata għaż-Żona:

minflok:

“(PLE/561214)”;

aqra:

“(PLE/56-14)”.

10.

F’paġna 51, Anness 1A, Speċi: Pollakkju Pollachius pollachius, Żona: Iż-żona VI; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV (POL/561214), entrata għaż-Żona:

minflok:

“(POL/561214)”;

aqra:

“(POL/56-14)”.

11.

F’paġna 52, Anness 1A, Speċi: Pollakkju (saithe) Pollachius virens, Żona: Iż-żona VI; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, XII u XIV (POK/561214), entrata għaż-Żona:

minflok:

“(POK/561214)”;

aqra:

“(POK/56-14)”.

12.

F’paġna 54, Anness 1A, Speċi: Rebekkini u Raj Rajidae, Żona: L-ilmijiet tal-UE taż-żona IIIa (SRX/03-C.), entrata għaż-Żona:

minflok:

“(SRX/03-C.)”;

aqra:

“(SRX/03A-C.)”.

13.

F’paġna 54, Anness IA, Speċi: Rebekkini u Raj Rajidae, Żona: L-ilmijiet tal-UE ta’ IIIa (SRX/03-C.), entrata għan-nota ta’ qiegħ il-paġna 1:

minflok:

“(1)

Il-qabdiet tal-cuckoo ray (Leucoraja naevus) (RJN/2AC4-C), ir-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/2AC4-C), il-blonde ray (Raja brachyura) (RJH/2AC4-C), ir-raja mtektka (Raja montagui) (RJM/2AC4-C), ir-raja tal-kwiekeb (Amblyraja radiata) (RJR/2AC4-C) għandhom jiġu rapportati separatament.”;

aqra:

“(1)

Il-qabdiet tal-cuckoo ray (Leucoraja naevus) (RJN/03A-C.), ir-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/03A-C.), il-blonde ray (Raja brachyura) (RJH/03A-C.), ir-raja mtektka (Raja montagui) (RJM/03A-C.) u r-raja tal-kwiekeb (Amblyraja radiata) (RJR/03A-C.) għandhom jiġu rapportati separatament.”.

14.

F’paġna 58, Anness IA, Speċi:Kavalli Scomber scombrus, Kundizzjoni speċjali, entrata għal “L-ilmijiet tal-UE u Norveġiżi taż- żona IVa (MAC/*04A-C) Matul il-perijodi mill-1 ta' Jannar sal-15 ta' Frar u mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Diċembru”:

minflok:

“(MAC/*04A-C)”;

aqra:

“(MAC/*4A-EN)”.

15.

F’paġna 59, Anness 1A, Speċi: Kavalli Scomber scombrus, Żona: L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni IIa u IVa (MAC/24-N), entrata għaż-Żona:

minflok:

“(MAC/24-N.)”;

aqra:

“(MAC/2A4A-N)”.

16.

F’paġna 59, Anness IA, Speċi: Kavalli Scomber scombrus, Żona: L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni IIa u IVa (MAC/24-N), entrata għan-nota ta’ qiegħ il-paġna (1):

minflok:

“(1)

Il-qabdiet maqbudin fiż-żona IVa (MAC/*04.) u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żona IIa (MAC/*02A-N.) għandhom jiġu rrappurtati separatament.”;

aqra:

“(1)

Il-qabdiet maqbudin fiż-żona IVa (MAC/*4A.) u IIa (MAC/*2A.) għandhom jiġu rrappurtati separatament.”.

17.

F’paġna 60, Anness IA, Speċi: Lingwata komuni Solea solea, Żona: L-ilmijiet tal-UE taż-żoni II u IV (SOL/24.), entrata għaż-Żona:

minflok:

“(SOL/24.)”;

aqra:

“(SOL/24-C.)”.

18.

F’paġna 60, Anness 1A, Speċi: Lingwata komuni Solea solea, Żona: Iż-żona VI; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV (SOL/561214), entrata għaż-Żona:

minflok:

“(SOL/561214)”;

aqra:

“(SOL/56-14)”.

19.

F’paġna 62, Anness IA, Speċi: Lingwata komuni Solea solea, Żona: Iż-żoni VIIIc, VIIId, VIIIe, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta' CECAF 34.1.1 (SOX/8CDE34), entrata għall-Ispeċi:

minflok:

“Lingwata komuni Solea solea”;

aqra:

“Lingwata Solea spp.”.

20.

F’paġna 92, Anness 1E, Speċi: Krill Euphausia superba, Żona: Iż-żona FAO 48 (KRI/F48.), Kundizzjonijiet speċjali:

minflok:

“Id-diviżjoni 48.1 (KRI/F48.1.)

155 000

Id-diviżjoni 48.2 (KRI/F48.2.)

279 000

Id-diviżjoni 48.3 (KRI/F48.3.)

279 000

Id-diviżjoni 48.4 (KRI/F48.4.)

93 000 ”;

aqra:

“Id-diviżjoni 48.1 (KRI/*F481.)

155 000

Id-diviżjoni 48.2 (KRI/*F482.)

279 000

Id-diviżjoni 48.3 (KRI/*F483.)

279 000

Id-diviżjoni 48.4 (KRI/*F484.)

93 000 ”.