ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.132.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 132

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
19 ta' Mejju 2011


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2011/51/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE biex testendi l-ambitu tal-applikazzjoni għall-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali ( 1 )

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/285/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

5

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2011 tat-18 ta’ Mejju 2011 li jemenda għall-148 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

6

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2011 tat-18 ta’ Mejju 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

9

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 482/2011 tat-18 ta’ Mejju 2011 li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/286/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Mejju 2011 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond tas-Solidarjetà tal-UE skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

13

 

 

2011/287/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Mejju 2011 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Vanuatu mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

14

 

 

2011/288/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja prekawzjonarja mill-UE fuq terminu ta’ żmien medju lir-Rumanija

15

 

 

2011/289/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2011 li tagħti għajnuna reċiproka lir-Rumanija

18

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

19.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/1


DIRETTIVA 2011/51/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Mejju 2011

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE biex testendi l-ambitu tal-applikazzjoni għall-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 79(2)(a) u (b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (2) ma tapplikax għall-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (3).

(2)

Il-prospett li jinkiseb status ta’ residenza fit-tul fi Stat Membru wara ċertu żmien hu element importanti għall-integrazzjoni sħiħa tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ta’ residenza fl-Istat Membru ta’ residenza.

(3)

L-istatus ta’ residenza fit-tul għall-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali hu importanti wkoll għall-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, li hija għan fundamentali tal-Unjoni espress fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(4)

Il-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali għandhom għaldaqstant ikunu jistgħu jakkwistaw status ta’ residenza fit-tul fi Stat Membru li jkun tahom protezzjoni internazzjonali, taħt l-istess kondizzjonijiet bħal fil-każ ta’ ċittadini oħra ta’ pajjiż terz.

(5)

Fid-dawl tad-dritt tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali li jkunu residenti fi Stati Membri barra minn dak li jkun tahom protezzjoni internazzjonali, hu neċessarju li jkun żgurat li dawk l-Istati Membri l-oħra jkunu informati bl-isfond relatat mal-protezzjoni tal-persuni konċernati sabiex jippermettulhom li josservaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-priniċipju tan-non-refoulement.

(6)

Il-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali li jkunu residenti fit-tul għandhom, taħt ċerti kondizzjonijiet, igawdu trattament ugwali għal dak taċ-ċittadini tal-Istati Membru ta’ residenza f’firxa wiesgħa ta’ materji ekonomiċi u soċjali sabiex l-istatus ta’ resident fit-tul jikkostitwixxi strument ġenwin għall-integrazzjoni tar-residenti fit-tul fis-soċjetà fejn jgħixu.

(7)

It-trattament ugwali tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali fl-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni internazzjonali għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-benefiċċji garantiti skont id-Direttiva 2004/83/KE u skont it-termini tal-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Refuġjati tat-28 ta’ Lulju 1951, kif emendata mill-Protokoll iffirmat fi New York fil-31 ta’ Jannar 1967 (“il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra”).

(8)

Il-kondizzjonijiet iffissati fid-Direttiva 2003/109/KE li jikkonċernaw id-dritt ta’ resident fit-tul li jieħu residenza fi Stat Membru ieħor u jikseb status ta’ residenza fit-tul hemmhekk għandhom japplikaw għaċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi kollha li akkwistaw l-istatus ta’ residenza fit-tul.

(9)

It-trasferiment ta’ responsabbiltà tal-protezzjoni tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali hu barra mill-ambitu ta’ din id-Direttiva.

(10)

Fejn Stat Membru għandu l-intenzjoni li jkeċċi, għal raġuni prevista fid-Direttiva 2003/109/KE, benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali li jkun akkwista status ta’ residenza fit-tul f’dak l-Istat Membru, dik il-persuna għandha tgawdi l-protezzjoni kontra r-refoulement garantita mid-Direttiva 2004/83/KE u mill-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra. Għal dan l-iskop, fejn il-persuna tgawdi protezzjoni protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn dik il-persuna qiegħda preżentament tirrisjedi bħala residenti fit-tul, huwa meħtieġ li jiġi provdut, sakemm ir-refoulement ma jkunx permess mid-Direttiva 2004/83/KE, li dik il-persuna tista’ titkeċċa biss lejn l-Istat Membru li ta l-protezzjoni internazzjonali u li dan l-Istat Membru hu obbligat li jdaħħal lura lil dik il-persuna.. L-istess salvagwardji għandhom japplikaw għal benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali li jkun residenti, imma jkun għadu ma kisibx l-istatus ta’ resident fit-tul fi Stat Membru ieħor.

(11)

Fejn l-espulsjoni ta’ benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali barra mit-territorju tal-Unjoni hi permessa skont id-Direttiva 2004/83/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jiżguraw li l-informazzjoni kollha tinkiseb minn sorsi rilevanti inkluż, fejn ikun xieraq, mill-Istat Membru li jkun ta l-protezzjoni internazzjonali, u li tiġi vvalutata bir-reqqa bil-ħsieb li tiggarantixxi li d-deċiżjoni li jitkeċċa l-benefiċjarju tkun konformi mal-Artikolu 4 u l-Artikolu 19(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(12)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari fl-Artikolu 7 tagħha.

(13)

Skont it-termini tal-paragrafu 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (4), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom stess u fl-interess tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom stess li għandhom, safejn ikun possibbli, jillustraw il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u li jagħmluhom pubbliċi.

(14)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, fir-rigward tal-Qasam tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, dawk l-Istati Membri mhumiex jipparteċipaw fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhumiex marbutin bl-applikazzjoni tagħha jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha.

(15)

Bi qbil mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat- Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2003/109/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-punt (f) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(f)

‘protezzjoni internazzjonali’ tfisser protezzjoni internazzjonali kif definita fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (*).

(*)  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12.”;"

(2)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(c)

huma awtorizzati jirrisjedu fi Stat Membru fuq il-bażi ta’ forma ta’ protezzjoni għajr protezzjoni internazzjonali jew ikunu applikaw għal awtorizzazzjoni għar-residenza fuq dik il-bażi u jkunu qed jistennew deċiżjoni dwar l-istatus tagħhom;

(d)

applikaw għal protezzjoni internazzjonali u ma tkunx għadha ttieħdet deċiżjoni definittiva dwar l-applikazzjoni tagħhom;”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Istabbiliment tat-13 ta’ Diċembru 1955, il-Karta Soċjali Ewropea tat-18 ta’ Ottubru 1961, il-Karta Soċjali Ewropea emendata tat-3 ta’ Mejju 1987 u l-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Istatus Ġuridiku tal-Ħaddiema Migranti tal-24 ta’ Novembru 1977, il-paragrafu 11 tal-Iskeda għall-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati tat-28 ta’ Lulju 1951, kif emendata mill-Protokoll iffirmat fi New York fil-31 ta’ Jannar 1967, u l-Ftehim Ewropew dwar it-Trasferiment tar-Responsabilità għar-Refuġjati tas-16 ta’ Ottubru 1980.”.

(3)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   L-Istati Membri m’ għandhomx jagħtu status ta’ resident fit-tul fuq il-bażi ta’ protezzjoni internazzjonali fil-każ tar-revoka ta’ protezzjoni internazzjonali, jew it-terminazzjoni jew iċ-ċaħda tat-tiġdid tagħha, kif stabbilit fl-Artikolu 14(3) u fl-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2004/83/KE.”;

(b)

fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fir-rigward ta’ persuni li jkun ingħatalhom l-istatus ta’ protezzjoni internazzjonali, mill-anqas nofs il-perjodu bejn, id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni li fuq il-bażi tagħha tkun ingħatat dik il-protezzjoni internazzjonali, u, id-data li fiha jkun ingħata l-permess ta’ residenza msemmi fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/83/KE, jew dak il-perjodu kollu, jekk dan ikun ta’ aktar minn 18-il xahar, għandu jitqies fil-kalkolu tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1.”.

4.

Fl-Artikolu 8, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“4.   Fejn Stat Membru joħroġ il-permess ta’ residenza UE tar-residenti fit-tul lil ċittadin ta’ pajjiż terz li tkun ingħatatlu l-protezzjoni internazzjonali, għandu jdaħħal ir-rimarka li ġejja fil-permess ta’ residenza tal-UE ta’ dak ir-residenti fit-tul, taħt it-titlu ‘Rimarki’: ‘Protezzjoni internazzjonali mogħtija minn [isem l-Istat Membru] fi [data]’.

5.   Fejn il-permess ta’ residenza fl-UE ta’ residenti fit-tul jinħareġ minn Stat Membru ieħor lil ċittadin ta’ pajjiż terz li għandu diġà permess ta’ residenza fit-tul fl-UE li jkun inħareġ minn Stat Membru ieħor li jkun fih ir-rimarka li hemm referenza għaliha fil- paragrafu 4, it-tieni Stat Membru għandu jniżżel l-istess rimarka fil-permess ta’ residenza fit-tul fl-UE.

Qabel mat-tieni Stat Membru jniżżel ir-rimarka li hemm referenza għaliha fil- paragrafu 4, huwa għandu jitlob lill-Istat Membru msemmi f’dik ir-rimarka biex jipprovdi informazzjoni dwar jekk ir-resident fit-tul ikunx għadu benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali. L-Istat Membru msemmi fir-rimarka għandu jirrispondi fi żmien xahar minn meta jirċievi r-rikjesta għall-informazzjoni. Fejn il-protezzjoni internazzjonali tkun ġiet irtirata b’deċiżjoni finali, it-tieni Stat Membru m’għandux idaħħal dik ir-rimarka.

6.   Fejn, f’konformità mal-istrumenti internazzjonali rilevanti jew il-liġi nazzjonali, ir-responsabbilità għall-protezzjoni internazzjonali tar-resident fit-tul tkun ġiet ittrasferita għat-tieni Stat Membru wara li jkun inħareġ il-permess ta’ residenza UE tar-residenti fit-tul imsemmi fil-paragrafu 5, it-tieni Stat Membru għandu mhux aktar tard minn tliet xhur mit-trasferiment tar-responsabilità, jemenda r-rimarka msemmija fil-paragrafu 4.”.

5.

Fl-Artikolu 9, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   L-Istati Membri jistgħu jirtiraw l-istatus ta’ residenti fit-tul ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz fil-każ tar-revoka tal-protezzjoni internazzjonali jew tat-terminazzjoni jew caħda tat-tiġdid tagħha stabbilit fl-Artikolu 14(3) jew l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2004/83/KE, jekk dak l-istatus ta’ residenza fit-tul kien inkiseb fuq il-bażi ta’ protezzjoni internazzjonali.”.

6.

Fl-Artikolu 11, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“4a.   Għal dak li jikkonċerna l-Istat Membur li ta l-protezzjoni internazzjonali, il- paragrafi 3 u 4 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/83/KE.”.

7.

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“3a.   Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jkeċċi resident fit-tul li l-permess ta’ residenza fit-tul fl-UE tiegħu ikun fih ir-rimarka msemmija fl-Artikolu 8(4), huwa għandu jitlob lill-Istat Membru msemmi f’dik ir-rimarka jikkonferma jekk il-persuna għadhiex benefiċjarja tal-protezzjoni internazzjonali f’dak l-Istat Membru. L-Istat Membru msemmi fir-rimarka għandu jirrispondi fi żmien xahar minn meta jirċievi t-talba għal informazzjoni.

3b.   Jekk ir-resident fit-tul jibqa’ benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali fl-Istat Membru msemmi fir-rimarka, dik il-persuna għandha titkeċċa lejn dan l-Istat Membru, li għandu, mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli u għall-prinċipju tal-unità tal-familja, idaħħal lura minnufih, mingħajr formalitajiet, lil dak il-benefiċjarju u l-membri tal-familja tiegħu/tagħha.

3c.   B’deroga mill-paragrafu 3b, l-Istat Membru li jkun adotta d-deċiżjoni ta’ tkeċċija għandu jżomm il-jedd li jibgħat, skont l-obbligi internazzjonali tiegħu, lir-resident fit-tul f’pajjiż li ma jkunx dak l-Istat Membru li kien ta l-protezzjoni internazzjonali, meta dik il-persuna tissodisfa l-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2004/83/KE.”

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 1999/83/KE.”

(8)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 19a

Emenda għall-permessi ta’ residenza fl-UE tar-residenti fit-tul

1.   Fejn permess ta’ residenza fl-UE tar-residenti fit-tul ikun fih ir-rimarka li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 8(4), u fejn, skont l-istrumenti internazzjonali u l-liġi nazzjonali applikabbli, r-responsabbilità għall-protezzjoni internazzjonali tiġi ttrasferita lil tieni Stat Membru qabel ma dak l-Istat Membru joħroġ il-permess ta’ residenza fl-UE tar-residenti fit-tul imsemmi fl-Artikolu 8(5), it-tieni Stat Membru għandu jitlob lill-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ residenza fl-UE tar-residenti fit-tul biex jemenda dik ir-rimarka skont dan.

2.   Fejn resident fit-tul jingħata protezzjoni internazzjonali fit-tieni Stat Membru qabel ma dak l-Istat Membru ħareġ il-permess ta’ residenza fl-UE tar-residenti fit-tul imsemmi fl-Artikolu 8(5), dak l-Istat Membru għandu jitlob lill-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ residenza fl-UE tar-residenti fit-tul biex jemendah sabiex idaħħal ir-rimarka msemmija fl-Artikolu 8(4).

3.   Wara t-talba msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ residenza fl-UE tar-residenti fit-tul għandu joħroġ permess ta’ residenza fl-UE tar-residenti fit-tul emendat sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jirċievi t-talba mit-tieni Stat Membru.”.

9.

Fl-Artikolu 22, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   Sakemm, fil-frattemp, ma tkunx ġiet irtirata l-protezzjoni internazzjonali jew jekk il-persuna tidħol f’waħda mill-kategoriji speċifikati fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2004/83/KE, il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu m’għandux japplika għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li l-permess ta’ residenza fit-tul fl-UE tagħhom maħruġ mill-ewwel Stat Membru ikun fih ir-rimarka msemmija fl-Artikolu 8(4) ta’ din id-Direttiva.

Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2004/83/KE.”

10.

Fl-Artikolu 25, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jaħtru punti ta’ kuntatt li jkunu responsabbli biex jirċievu u jibagħtu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikoli 8, 12, 19, 19a, 22 u 23.”

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex josservaw din id-Direttiva sal-20 ta’ Mejju 2013. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri, huma għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, il-11 ta’ Mejju 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

GYŐRI E.


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2011.

(2)  ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44.

(3)  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12.

(4)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

19.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Mejju 2011

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

(2011/285/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(6) (a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim fil-livell tal-Unjoni.

(2)

F’isem l-Unjoni, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim mal-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru f’konformità mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2003.

(3)

Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem l-Unjoni fi suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard.

(4)

Il-Ftehim għandu jkun approvat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (1) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li tagħmel jew jagħmlu n-notifika prevista fl-Artikolu 7(1) tal-Ftehim.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

PINTÉR S.


(1)  ĠU L 288, 5.11.2010, p. 2.


REGOLAMENTI

19.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 480/2011

tat-18 ta’ Mejju 2011

li jemenda għall-148 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-10 ta’ Mejju 2011, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid persuna naturali waħda fil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi u fl-20 ta’ April u fl-4 ta’ Mejju 2011 emenda erba’ annotazzjonijiet fil-lista.

(3)

Għaldaqstant l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Estera


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

1.

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni fiżika”:

Badruddin Haqqani (magħruf ukoll bħala Atiqullah). Indirizz: Miram Shah, il-Pakistan. Data tat-twelid : Bejn wieħed u ieħor l-1975-1979. Tagħrif ieħor: (a) kmandant operattiv tan-Netwerk Haqqasni u membri tat-Taliban shur f’Miram Shah, (b) għen fit-tmexxija ta’ attakki kontra objettivi fix-Xlokk tal-Afganistan, (c) iben Jalaluddin Haqqani, ħu Sirajuddin Jallaloudine Haqqani u Nasiruddin Haqqani, neputi ta’ Khalil Ahmed Haqqani. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 11.5.2011.

2.

L-annotazzjoni ‘Benevolence International Foundation (magħrufa wkoll bħala (a) Al-Bir Al-Dawalia, (b) BIF, (c) BIF-USA, (d) Mezhdunarodnyj Blagotvoritel'nyj Fond). Indirizz: Indirizzi u uffiċċji sa fejn magħrufa: (a) 8820, Mobile Avenue, 1A, Oak Lawn, Illinois, 60453, l-Istati Uniti tal-Amerika, (b) P.O. box 548, Worth, Illinois, 60482, l-Istati Uniti tal-Amerika, (c) (lokalità ta’ qabel) 9838, S. Roberts Road, Suite 1W, Palos Hills, Illinois, 60465, l-Istati Uniti tal-Amerika, (d) (lokalità ta’ qabel) 20-24, Branford Place, Suite 705, Newark, New Jersey, 07102, l-Istati Uniti tal-Amerika, (e) Bashir Safar Ugli 69, Baku, l-Azerbajġan, (f) 69, Boshir Safaroglu Street, Baku, l-Azerbajġan, (g) 3, King Street South, Waterloo, Ontario, N2J 3Z6 il-Kanada, (h) PO box 1508, Station B, Mississauga, Ontario, L4Y 4G2 il-Kanada, (i) 2465, Cawthra Road, No. 203, Mississauga, Ontario, L5A 3P2 il-Kanada, (j) 91, Paihonggou, Lanzhou, Gansu, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina 730000, (k) Hrvatov 30, 41000 Zagreb, il-Kroazja, (l) Burgemeester Kessensingel 40, Maastricht, il-Pajjiżi l-Baxxi, (m) House 111, First Floor, Street 64, F-10/3, Islamabad, il-Pakistan, (n) PO box 1055, Peshawar, il-Pakistan, (o) Azovskaya 6, km. 3, off. 401, Moska, il-Federazzjni Russa 113149, (p) Ulitsa Oktyabr'skaya, dom. 89, Moska, il-Federazzjoni Russa 127521, (q) PO box 1937, Khartoum, is-Sudan, (r) PO box 7600, Jeddah 21472, ir-Renju tal-Arabja Sawdija, (s) PO box 10845, Riyadh 11442, ir-Renju tal-Arabja Sawdija, (t) Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina, (u) Zenica, il-Bosnja-Ħerżegovina, (v) Grozny, iċ-Ċeċnja l-Federazzjoni Russa, (w) Makhachkala, id-Dagestan, il-Federazzjoni Russa, (x) Duisi, il-Ġeorġja, (y) Tbilisi, il-Ġeorġja, (z) Nazran, l-Ingushetia, il-Federazzjoni Russa (aa) Dushanbe, it-Taġikistan, (bb) ir-Renju Unit, (cc) l-Afganistan, (dd) il-Bangladexx, (ee) l-Istrixxa ta’ Gaża, it-Territorju Palestinjan Okkupat, (ff) il-Bosnja-Ħerzegovina, (gg) il-Jemen. Tagħrif ieħor: (a) Numru ta' Identifikazzjoni ta' Min Iħaddem: 36-3823186 (l-Istati Uniti tal-Amerika), (b) Isem il-Fundazzjoni fil-Pajjiżi l-Baxxi hu: Stichting Benevolence International Nederland (BIN).’ taħt l-intestatura ‘Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ għandha tinbidel b'dan li ġej:

‘Benevolence International Foundation (magħrufa wkoll bħala (a) Al-Bir Al-Dawalia, (b) BIF, (c) BIF-USA, (d) Mezhdunarodnyj Blagotvoritel'nyj Fond). Indirizz: (a) 8820, Mobile Avenue, 1A, Oak Lawn, Illinois, 60453, l-Istati Uniti tal-Amerika, (b) P.O. box 548, Worth, Illinois, 60482, l-Istati Uniti tal-Amerika, (c) (lokalità ta’ qabel) 9838, S. Roberts Road, Suite 1W, Palos Hills, Illinois, 60465, l-Istati Uniti tal-Amerika, (d) (lokalità ta’ qabel) 20-24, Branford Place, Suite 705, Newark, New Jersey, 07102, l-Istati Uniti tal-Amerika, (e) PO box 1937, Khartoum, is-Sudan, (f) il-Bangladexx, (g) l-Istrixxa ta’ Gaża, (h) il-Jemen. Tagħrif ieħor: (a) Numru ta' Identifikazzjoni ta' Min Iħaddem: 36-3823186 (l-Istati Uniti tal-Amerika), (b) Isem il-Fundazzjoni fl-Olanda hu: Stichting Benevolence International Nederland (BIN).’

3.

L-annotazzjoni ‘Bosanska Idealna Futura (magaħrufa wkoll bħala (a) BIF-Bosnia, (b) Bosnian Ideal Future. Indirizz: (a) 16 Hakije Mazica, 72000 Zenica, il-Bosnja-Ħerzegovina; (b) Sehidska Street Breza, il-Bosnja-Ħerzegovina (c) 1 Kanal Street, 72000 Zenica, il-Bosnja-Ħerzegovina; (d) 35 Hamze Celenke, Ilidza, il-Bosnja-Ħerzegovina (e) 12 Salke LagumdzijeStreet, 71000 Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina Tagħrif ieħor: (a) Bosanska Idealna Futura ġiet reġistrata uffiċjalment fil-Bosnja-Ħerzegovina bħala assoċjazzjoni u organizzazzjoni umanitarja taħt numru ta’ reġistrazzjoni 59; (b) Kienet is-suċċessur ġuridiku tal-uffiċċji tal-Bosnja-Ħerzegovina ta’ Benevolence International Foundation li kienet taħdem bħala BECF Charitable Educational Center, Benevolence Educational Center; (c) Bosanska Idealna Futura ma kinitx għada teżisti f’Diċembru 2008. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 21.11.2002.’ taħt l-intestatura ‘Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ għandha tinbidel bi:

“Bosanska Idealna Futura (magħrufa wkoll bħala (a) BIF-Bosnia, (b) Bosnian Ideal Future. Tagħrif ieħor: (a) Bosanska Idealna Futura ġiet reġistrata uffiċjalment fil-Bosnja-Ħerzegovina bħala assoċjazzjoni u organizzazzjoni umanitarja taħt numru ta’ reġistrazzjoni 59; (b) Kienet is-suċċessur ġuridiku tal-uffiċċji tal-Bosnja-Ħerzegovina ta’ Benevolence International Foundation li kienet taħdem bħala BECF Charitable Educational Center, Benevolence Educational Center; (c) Bosanska Idealna Futura ma kinitx għada teżisti f’Diċembru 2008. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 21.11.2002.”

4.

L-annotazzjoni ‘Global Relief Foundation (GRF) (magħrufa wkoll bħala (a) Fondation Secours Mondial (FSM), (b) Secours mondial de France (SEMONDE), (c) Fondation Secours Mondial — Belgique a.s.b.l., (d) Fondation Secours Mondial v.z.w, (e) FSM, (f) Stichting Wereldhulp — België, v.z.w., (g) Fondation Secours Mondial — Kosova, h) Fondation Secours Mondial ‘World Relief’). Indirizz: (a) 9935 South 76th Avenue, Unit 1, Bridgeview, Illinois 60455, l-Istati Uniti tal-Amerika; (b) PO Box 1406, Bridgeview, Illinois 60455, l-Istati Uniti tal-Amerika (c) 49 rue du Lazaret, 67100 Strasbourg, Franza (d) Vaatjesstraat 29, 2580 Putte, il-Belġju (e) Rue des Bataves 69, 1040 Etterbeek (Brussell), il-Belġju (f) PO Box 6, 1040 Etterbeek 2 (Brussell), il-Belġju (g) Rr. Skenderbeu 76, Lagjja Sefa, Gjakova, il-Kosovo; (h) Ylli Morina Road, Djakovica, il-Kosovo; (i) Rruga e Kavajes, Building No 3, Apartment No 61, PO Box 2892, Tirana, l-Albanija; (j) House 267 Street No 54, Sector F — 11/4, Islamabad, il-Pakistan Tagħrif ieħor: (a) Lokalitajiet barranin oħra: l-Afganistan, l-Azerbajġan, il-Bangladexx, iċ-Ċina, l-Eritrea, l-Etjopja, il-Ġeorġja, l-Indja, l-Iraq, il-Ġordan, il-Libanu, ix-Xatt tal-Punent u Gaża, is-Sjerra Leone, is-Somalja u s-Sirja. (b) l-Istati Uniti Identifikazzjoni Federali ta' min Iħaddem: 36-3804626; (c) V.A.T. Nru tal-V.A.T.: BE 454419759; (d) L-indirizzi tal-Belġju huma dawk tal-Fondation Secours Mondial — Belgique a.s.b.l u Fondation Secours Mondial vzw. and Stichting Wereldhulp — België, v.z.w mill-1998. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 22.10.2002.’ taħt l-intestatura ‘Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ għandha tinbidel bi:

‘Global Relief Foundation (GRF) (magħrufa wkoll bħala (a) Fondation Secours Mondial (FSM), (b) Secours mondial de France (SEMONDE), (c) Fondation Secours Mondial — Belgique a.s.b.l., (d) Fondation Secours Mondial v.z.w, (e) FSM, (f) Stichting Wereldhulp — België, v.z.w., (g) Fondation Secours Mondial — Kosova, h) Fondation Secours Mondial ‘World Relief’). Indirizz: (a) 9935 South 76th Avenue, Unit 1, Bridgeview, Illinois 60455, l-Istati Uniti tal-Amerika; (b) PO Box 1406, Bridgeview, Illinois 60455, l-Istati Uniti tal-Amerika (c) 49 rue du Lazaret, 67100 Strasbourg, Franza (d) Vaatjesstraat 29, 2580 Putte, il-Belġju (e) Rue des Bataves 69, 1040 Etterbeek (Brussell), il-Belġju (f) PO Box 6, 1040 Etterbeek 2 (Brussell), il-Belġju (g) Rr. Skenderbeu 76, Lagjja Sefa, Gjakova, il-Kosovo; (h) Ylli Morina Road, Djakovica, il-Kosovo; (i) Rruga e Kavajes, Building No 3, Apartment No 61, PO Box 2892, Tirana, l-Albanija. Tagħrif ieħor: (a) Lokalitajiet barranin oħra: l-Afganistan, il-Bangladexx, l-Eritrea, l-Etjopja, il-Ġeorġja, l-Indja, l-Iraq, ix-Xatt tal-Punent u Gaża, is-Somalja u s-Sirja; (b) l-Istati Uniti Identifikazzjoni Federali ta' min Iħaddem: 36-3804626; (c) V.A.T. Nru tal-V.A.T.: BE 454419759; (d) L-indirizzi tal-Belġju huma dawk tal-Fondation Secours Mondial — Belgique a.s.b.l u Fondation Secours Mondial vzw. and Stichting Wereldhulp — België, v.z.w mill-1998. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 22.10.2002.’

5.

L-annotazzjoni ‘Usama Muhammed Awad Bin Laden (magħruf ukoll bħala (a) Usama Bin Muhammed Bin Awad, Osama Bin Laden, (b) Ben Laden Osama, (c) Ben Laden Ossama, (d) Ben Laden Usama, (e) Bin Laden Osama Mohamed Awdh, (f) Bin Laden Usamah Bin Muhammad, (g) Shaykh Usama Bin Ladin, (h) Usamah Bin Muhammad Bin Ladin, (i) Usama bin Laden, (j) Usama bin Ladin, (k) Osama bin Ladin, (l) Osama bin Muhammad bin Awad bin Ladin, (m) Usama bin Muhammad bin Awad bin Ladin, (n) Abu Abdallah Abd Al Hakim, (o) Al Qaqa). Titolu: (a) Shaykh, (b) Hajj. Data tat-twelid : (a) 30.7.1957 (b) 28.7.1957, (c) 10.3.1957, (d) 1.1.1957, (e) 1956, (f) 1957. Post tat-twelid : (a) Jeddah, l-Arabja Sawdija, (b) il-Jemen. Nazzjonalità: Ċittadinanza Sawdija rtirata, ċittadinanza Afgana mogħtija mir-reġim Taliban. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 25.1.2001.’ taħt l-intestatura 'Persuni fiżiċi' għandha tinbidel bi:

‘Usama Muhammed Awad Bin Laden (magħruf ukoll bħala (a) Usama Bin Muhammed Bin Awad, Osama Bin Laden, (b) Ben Laden Osama, (c) Ben Laden Ossama, (d) Ben Laden Usama, (e) Bin Laden Osama Mohamed Awdh, (f) Bin Laden Usamah Bin Muhammad, (g) Shaykh Usama Bin Ladin, (h) Usamah Bin Muhammad Bin Ladin, (i) Usama bin Laden, (j) Usama bin Ladin, (k) Osama bin Ladin, (l) Osama bin Muhammad bin Awad bin Ladin, (m) Usama bin Muhammad bin Awad bin Ladin, (n) Abu Abdallah Abd Al Hakim, (o) Al Qaqa). Titolu: (a) Shaykh, (b) Hajj. Data tat-twelid : (a) 30.7.1957 (b) 28.7.1957, (c) 10.3.1957, (d) 1.1.1957, (e) 1956, (f) 1957. Post tat-twelid : (a) Jeddah, l-Arabja Sawdija, (b) il-Jemen. Nazzjonalità: Ċittadinanza Sawdija rtirata, ċittadinanza Afgana mogħtija mir-reġim Taliban. Tagħrif ieħor: Ikkonfermat li miet fil-Pakistan f’Mejju 2011. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 25.1.2001.’


19.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 481/2011

tat-18 ta’ Mejju 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Mejju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

50,2

MA

49,5

TN

91,1

TR

80,7

ZZ

67,9

0707 00 05

TR

108,2

ZZ

108,2

0709 90 70

MA

86,8

TR

107,4

ZZ

97,1

0709 90 80

EC

27,0

ZZ

27,0

0805 10 20

EG

55,4

IL

66,8

MA

39,8

TR

68,2

ZZ

57,6

0805 50 10

TR

76,5

ZA

91,9

ZZ

84,2

0808 10 80

AR

89,5

BR

87,8

CA

108,5

CL

81,8

CN

107,5

NZ

101,1

US

143,4

UY

64,4

ZA

83,6

ZZ

96,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


19.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 482/2011

tat-18 ta’ Mejju 2011

li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jamministra ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwantitajiet li jkopru l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa lill-awtoritajiet kompetenti mill-1 sas-7 ta’ Mejju 2011 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 huma daqs il-kwantità disponibbli skont is-serje li ġib in-numru tal-ordni 09.4319.

(2)

It-tressiq ta’ iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji għan-numru tal-ordni 09.4319 għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tressiq ta’ iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji, li jikkorrispondu man-numri tas-serje mogħtija fl-Anness, għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq 2010/2011.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.


ANNESS

“Il-konċessjonijiet taz-zokkor tal-iskeda bin-numru CXL”

Is-sena tas-suq 2010/2011

Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.5.2011 sas-7.5.2011

In-numru tas-serje

Il-pajjiż

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

(f’perċentwal)

Iktar applikazzjonijiet

09.4317

L-Awstralja

Sospiżi

09.4318

Il-Brażil

Sospiżi

09.4319

Kuba

 (1)

Sospiżi

09.4320

Kwalunkwe pajjiż terz

Sospiżi

09.4321

L-Indja

Sospiżi

“—”

:

Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


“Iz-zokkor mill-Balkani”

Is-sena tas-suq 2010/2011

Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.5.2011 sas-7.5.2011

In-numru tas-serje

Il-pajjiż

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

(f’perċentwal)

Iktar applikazzjonijiet

09.4324

L-Albanija

 

09.4325

Il-Bosnja-Ħerzegovina

 

09.4326

Is-Serbja

 (2)

 

09.4327

Dik li Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

 

09.4328

Il-Kroazja

 (2)

 

“—”

:

Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


“Iz-zokkor għall-importazzjoni eċċezzjonali u dak għall-importazzjoni industrijali”

Is-sena tas-suq 2010/2011

Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.5.2011 sas-7.5.2011

In-numru tas-serje

It-tip

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni

(f’perċentwal)

Iktar applikazzjonijiet

09.4380

Eċċezzjonali

Sospiżi

09.4390

Industrijali

 (3)

 

“—”

:

Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja.


(1)  Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli u qed jingħataw kollha.

(2)  Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli u qed jingħataw kollha.

(3)  Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli u qed jingħataw kollha.


DEĊIŻJONIJIET

19.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/13


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-2 ta’ Mejju 2011

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond tas-Solidarjetà tal-UE skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

(2011/286/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 26 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2),

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il “Fond”) biex turi s-solidarjetà tagħha mal-popolazzjoni ta’ reġjuni milquta minn diżastri.

(2)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-ammont annwali massimu ta’ EUR 1 biljun.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-mobilizzazzjoni tal-fond.

(4)

Il-Polonja, is-Slovakkja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja u r-Rumanija ppreżentaw talbiet bil-għan li jimmobilizzaw il-Fond, li jikkonċernaw diżastri kkawżati minn żerżieq ta’ art u egħriegħer kbar,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-qafas tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2011, għandha tiġi mobilizzata somma ta’ EUR 182 388 893 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet taħt l-intestatura tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

CSÉFALVAY Z.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


19.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Mejju 2011

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Vanuatu mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

(2011/287/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 91, 100(2) u 207, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Lulju 1995 il-Gvern tar-Repubblika tal-Vanuatu applika għall-adeżjoni mal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), b’konformità mal-Artikolu XII ta’ dak il-Ftehim.

(2)

Twaqqaf, fil-11 ta’ Lulju 1995, Grupp ta’ Ħidma dwar l-adeżjoni tal-Vanuatu sabiex jilħaq ftehim dwar it-termini ta’ adeżjoni aċċettabbli għar-Repubblika tal-Vanuatu u għall-Membri kollha tad-WTO.

(3)

Il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, nnegozjat sensiela komprensiva ta’ impenji għall-ftuħ tas-suq min-naħa tar-Repubblika tal-Vanuatu li huma ta’ importanza partikolari għall-Unjoni.

(4)

Dawn l-impenji huma issa inkorporati fil-Protokoll ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Vanuatu fid-WTO.

(5)

L-adeżjoni mad-WTO hija mistennija tagħti kontribut pożittiv u dejjiemi għall-proċess ta’ riforma ekonomika u għall-iżvilupp sostenibbli fir-Repubblika tal-Vanuatu.

(6)

Il-Protokoll ta’ Adeżjoni għandu għalhekk jiġi approvat.

(7)

L-Artikolu XII tal-Ftehim li jistabbilixxi d-WTO jistipula li fir-rigward tat-termini tal-adeżjoni għandu jkun hemm qbil dwarhom bejn il-Membru tal-adeżjoni u d-WTO, u li l-Konferenza Ministerjali tad-WTO tapprova t-termini ta’ adeżjoni min-naħa tad-WTO. L-Artikolu IV.2 tal-Ftehim li jistabbilixxi d-WTO jistipula li fl-intervalli bejn il-laqgħat tal-Konferenza Ministerjali, il-funzjonijiet tagħha għandhom isiru mill-Kunsill Ġenerali.

(8)

Għalhekk, jeħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Ġenerali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Ġenerali tad-WTO dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Vanuatu mad-WTO, hija li tapprova l-adeżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


19.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Mejju 2011

dwar l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja prekawzjonarja mill-UE fuq terminu ta’ żmien medju lir-Rumanija

(2011/288/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità sabiex tingħata għajnuna finanzjarja fuq medda medja ta’ żmien għall-bilanċi tal-pagamenti tal-Istati Membri (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF),

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2011/289/UE (2), il-Kunsill iddeċieda li jkompli jagħti għajnuna reċiproka lir-Rumanija.

(2)

Għajnuna finanzjarja prekawzjonarja fuq medda medja ta’ żmien lir-Rumanija taħt il-faċilità ta’ bilanċ tal-pagamenti għall-Istati Membri tidher li hija xierqa fiċ-ċirkustanzi preżenti ta’ influssi kapitali li għadhom imnaqqsa u żbilanċi fiskali u esterni li għadhom għolja. Filwaqt li fil-kundizzjonijiet tas-suq preżenti, ir-Rumanija ma għandhiex il-ħsieb li titlob l-iżborż ta’ xi pagament parzjali, l-għajnuna prekawzjonarja se tiffaċilita t-tkomplija tal-aġġustament ordnat tad-defiċits fiskali u esterni permezz tat-tisħiħ tal-kredibilità tal-programm ekonomiku tal-gvern, li jinkludi l-issoktar tal-aġġustament fiskali, il-konsolidament tar-riforma tas-suq finanzjarju, u konċentrazzjoni akbar fuq ir-riformi tas-swieq tal-prodotti u tax-xogħol u l-assorbiment akbar tal-fondi strutturali tal-Unjoni. Dawn il-miżuri għandhom itejbu l-potenzjal tat-tkabbir tar-Rumanija, isostnu l-istabbiltà monetarja u finanzjarja, kif ukoll il-fiduċja fil-munita tar-Rumanija (RON), u jnaqqsu l-probabbiltà ta’ effetti negattivi fuq il-karti bilanċjali fis-setturi korporattivi u domestiċi.

(3)

Jekk ir-riskji negattivi marbuta max-xenarju bażiku preżenti tal-programm ekonomiku tal-Gvern jimmaterjalizzaw, ir-Rumanija ma tkunx kapaċi tkopri l-ħtiġijiet tagħha ta’ finanzjament estern minn sorsi disponibbli ta’ finanzjament, prinċipalment minħabba dħul anqas ta’ investiment dirett barrani u rati ta’ rifinanzjament aktar baxxi għall-amortizzazzjoni tad-dejn, b’mod partikolari mill-banek. F’tali xenarju ta’ stress, il-ħtiġijiet residwi ta’ finanzjament ikunu jridu jiġu koperti bl-attivazzjoni tal-għajnuna finanzjarja prekawzjonarja tal-Unjoni. Ix-xenarju ta’ stress ġie żviluppat f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-persunal tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u jsostni l-ħtiġijiet addizzjonali ta’ finanzjament ta’ madwar EUR 5 biljuni li għandhom jiġu koperti minn għajnuna finanzjarja internazzjonali.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut appoġġ sa EUR 1,4 biljun mill-Unjoni lir-Rumanija fuq bażi prekawzjonarja taħt il-faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja tal-Unjoni fuq medda medja ta’ żmien għall-bilanċ tal-pagamenti tal-Istati Membri kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002. Din l-għajnuna għandha tiġi pprovduta flimkien ma’ appoġġ finanzjarju ta’ SDR 3,09 biljun (madwar EUR 3,6 biljuni) mill-IMF skont Arranġament ta’ Riżerva approvat fil-25 ta’ Marzu 2011. Il-Bank Dinji se jkompli bl-appoġġ ta’ EUR 400 miljun kommessi qabel taħt il-programm tiegħu ta’ self għall-iżvilupp (DPL3) u se jipprovdi sa EUR 750 miljun ta’ finanzjament ibbażat fuq ir-riżultati għall-assistenza soċjali u r-riformi tas-saħħa.

(5)

L-għajnuna għandha tiġi mmaniġġjata mill-Kummissjoni li se tiftiehem mal-awtoritajiet tar-Rumanija, wara li tikkonsulta lill-KEF, il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-politika ekonomika marbuta mal-għajnuna finanzjarja prekawzjonarja. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jinkitbu f’Memorandum ta’ Qbil (MoU).

(6)

Minħabba n-natura prekawzjonarja tal-għajnuna, ir-Rumanija mhi se titlob l-iżborż tal-ebda pagament parzjali taħt is-self mill-Unjoni, sakemm ir-Rumanija ma tkunx f’diffikultà rigward il-bilanċ tal-pagamenti kurrenti jew il-movimenti kapitali tagħha. F’każ li r-Rumanija tagħmel talba għall-finanzjament lill-Kummissjoni, din tal-aħħar se tiddeċiedi, wara li tkun ikkonsultat lill-KEF, dwar l-attivazzjoni tal-programm u dwar l-ammont u t-tempiżmu sabiex tagħmel disponibbli kwalunkwe pagament bħal dan. It-termini finanzjarji dettaljati relatati mal-iżborżi li jista’ jkun hemm se jiġu stabbiliti fi Ftehim Qafas ta’ Self (FQS).

(7)

L-għajnuna finanzjarja prekawzjonarja għandha tiġi pprovduta bil-għan li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-programm ta’ politika ekonomika tal-Gvern, u, b’dan il-mod, għandha tappoġġa s-sostenibbiltà tal-bilanċ tal-pagamenti tar-Rumanija,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Unjoni għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni tar-Rumanija għajnuna finanzjarja prekawzjonarja fuq medda medja ta’ żmien sa massimu ta’ EUR 1,4 biljun. F’każ li tiġi attivata l-faċilità u jkunu pprovduti ħlasijiet, l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta’ self b’maturità medja massima ta’ 7 snin.

2.   L-għajnuna finanzjarja prekawzjonarja tal-Unjoni għandha tkun disponibbli għall-attivazzjoni, u jistgħu jintalbu ħlasijiet, sal-31 ta’ Marzu 2013.

Artikolu 2

1.   L-għajnuna għandha tiġi amministrata mill-Kummissjoni b’mod konsistenti mal-impenji tar-Rumanija u r-rakkomandazzjonijiet mill-Kunsill, b’mod partikolari fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Riforma Nazzjonali (PRN) kif ukoll tal-aġġornament annwali tal-Programm ta’ Konverġenza (PK) tar-Rumanija.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiftiehem mal-awtoritajiet Rumeni, wara li tikkonsulta lill-KEF, il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-politika ekonomika marbuta mal-għajnuna finanzjarja prekawzjonarja kif elenkati taħt l-Artikolu 3(3). Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti f’MoU b’mod konsistenti mal-impenji u r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu (1). It-termini finanzjarji dettaljati għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ FQS.

3.   Il-Kummissjoni għandha tivverifika f’intervalli regolari f’kollaborazzjoni mal-KEF li l-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika marbuta mal-għajnuna jiġu ssodisfati.

Artikolu 3

1.   L-attivazzjoni tal-għajnuna finanzjarja prekawzjonarja mill-Unjoni għandha tiġi eżaminata mill-Kummissjoni, wara talba bil-miktub mir-Rumanija lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-KEF, għandha tiddeċiedi jekk tkunx ġustifikata l-attivazzjoni tal-programm u t-talba sussegwenti għall-iżborżi taħt l-għajnuna, u għandha tiddeċiedi dwar l-ammont u t-tempiżmu ta’ dawn l-iżborżi. F’każ li tiġi attivata l-għajnuna finanzjarja, il-fondi jistgħu jitpoġġew disponibbli f’mhux aktar minn tliet pagamenti parzjali, li l-ammont u t-tempiżmu tagħhom għandhom jitniżżlu f’addendum għall-MoU. Kull pagament parzjali jista’ jiġi żburżjat f’porzjon wieħed jew aktar.

2.   Mal-attivazzjoni tal-għajnuna, kwalunkwe żborż tas-self, jew partijiet minnu, għandu jkun suġġett għad-dħul fis-seħħ tal-addendum għall-MoU li saret referenza għalih fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-iżborż tas-self mill-UE, jew ta’ partijiet minnu, wara li tkun kisbet l-opinjoni tal-KEF.

3.   Kwalunkwe żborż għandu jsir fuq il-bażi ta’ implimentazzjoni sodisfaċenti tal-programm ekonomiku tal-Gvern Rumen li għandu jiġi inkluż kemm fil-PK kif ukoll fil-PRN; b’mod iżjed partikolari, il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-politika ekonomika stipulati fil-MoU, għandhom jinkludu, fost l-oħrajn,

(a)

l-adozzjoni ta’ baġits u l-implimentazzjoni ta’ politiki konformi ma’ miri fiskali ċari għas-snin fiskali 2011 sal-2013 li jsostnu l-konsolidament fiskali kontinwu bil-għan li jiġi stabbilizzat il-proporzjon tad-dejn tal-gvern mal-PDG u jintemm id-defiċit eċċessiv bi qbil mar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill skont il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv;

(b)

il-ħtieġa li bil-mod il-mod jinkisbu standards aktar restrittivi għat-tnaqqis fl-arrettrati ta’ pagament tal-gvern kemm fil-livell tal-gvern ċentrali kif ukoll fil-livell tal-gvern lokali;

(ċ)

l-introduzzjoni ta’ sistema mtejba ta’ rapportar għall-intrapriżi proprjetà tal-istat li huma diġà parti mid-definizzjoni tas-sistema Ewropea ta’ kontabbiltà tal-amministrazzjoni pubblika, u anki għal dawk li x’aktarx jerġgħu jiġu kklassifikati fis-settur tal-amministrazzjoni pubblika mill-Eurostat fl-2011 u fl-2012, sabiex tippermetti lill-gvern li jivvaluta fuq bażi kontinwa l-impatt probabbli fuq id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika u l-evoluzzjoni tal-arrettrati, is-sussidji u t-trasferimenti, u t-telf marbut ma’ dawk l-intrapriżi;

(d)

il-monitoraġġ kontinwu tal-kont tal-pagi tas-settur pubbliku sabiex dan jirrispetta l-limiti rilevanti stabbiliti fl-istrateġija fiskali fuq terminu ta’ żmien medju;

(e)

l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ kopagament b’testijiet tal-mezzi għas-servizzi mediċi, kif ukoll sistema adegwata ta’ ċċekkjar u kontrolli kontra l-akkumulu ta’ arrettrati fis-sistema tas-saħħa;

(f)

l-implimentazzjoni ta’ miżuri sabiex itejbu l-immaniġjar tal-baġit għall-investiment pubbliku bi qbil mal-istrateġija fiskali 2012 - 2014 u b’enfasi fuq bidla minn investiment kompletament iffinanzjat b’mod domestiku għal investiment kofinanzjat mill-Unjoni;

(g)

ir-reviżjoni, aġġornament u pubblikazzjoni ta’ strateġija multiannwali għall-immaniġjar tad-dejn fuq bażi annwali;

(h)

l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ politika mmirati sabiex jirrazzjonalizzaw is-sistema ta’ ffissar tal-pagi sabiex l-iżviluppi fil-pagi jkunu jistgħu jirriflettu aħjar il-produttività u r-riformi li jżidu l-flessibbiltà tal-kuntratti tax-xogħol u l-arranġamenti dwar il-ħinijiet tax-xogħol skont approċċ integrat tal-flessigurtà;

(i)

l-adozzjoni ta’ miżuri mmirati sabiex itejbu l-operat tas-suq fl-enerġija u t-trasport, bi qbil, fejn applikabbli, mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

(j)

l-implimentazzjoni ta’ miżuri sabiex jiffaċilitaw l-ambjent tan-negozju fis-servizzi bi qbil mad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (3);

(k)

miżuri sabiex isaħħu aktar il-qafas prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u sabiex jippreparaw l-introduzzjoni tal-Istandard Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju mill-2012;

(l)

emendi leġiżlattivi sabiex jiżguraw il-konsistenza reċiproka bejn il-liġi dwar l-istralċ tal-impriżi tal-assigurazzjoni, il-liġi ġenerali dwar l-insolvenza u l-liġi dwar in-negozju tal-assigurazzjoni u s-superviżjoni tal-assigurazzjoni;

(m)

it-titjib tal-assorbiment tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni tal-Unjoni u miri speċifiċi għal-livell totali kumulattiv tan-nefqa ċertifikata taħt dawn il-fondi.

4.   Jekk ikun meħtieġ sabiex jiġi ffinanzjat is-self, għandu jiġi permess l-użu prudenti ta’ swaps tar-rata tal-imgħax ma’ kontropartijiet tal-ogħla kwalità ta’ kreditu. Il-KEF għandu jinżamm infurmat mill-Kummissjoni dwar rifinanzjament possibbli tat-teħid tas-self jew ir-ristrutturazzjoni tal-kundizzjonijiet finanzjarji.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

PINTÉR S.


(1)  ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1.

(2)  Ara paġna 18 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.


19.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Mejju 2011

li tagħti għajnuna reċiproka lir-Rumanija

(2011/289/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat Dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

Billi:

(1)

Ir-Rumanija implimentat programm ta’ riforma sostanzjali sa mill-2009. Il-finanzi pubbliċi treġġgħu lura fi triq aktar sostenibbli u l-aċċess tal-gvern għal finanzjament ibbażat fuq is-suq tjieb ħafna. Hekk kif l-aġġustament fiskali għadu għaddej u r-rata tal-kambju tal-valuta nazzjonali Rumena (RON) flimkien mal-valuti tas-sħab kummerċjali ewlenin saret aktar stabbli u l-istituzzjonijiet prinċipali tal-banek b’sieda barranija żammew l-iskopertura tagħhom għar-Rumanija, is-settur bankarju baqa’ stabbli u kkapitalizzat sew, u d-defiċit estern tar-Rumanija trażżan.

(2)

Jeħtieġ li titwettaq konsolidazzjoni fiskali kontinwa sabiex jiġi stabilizzat aktar il-proporzjon dejn-PDG u tiġi żgurata s-sostenibilità fit-tul tal-finanzi pubbliċi f’soċjetà li qed tixjieħ malajr. Ir-Rumanija bdiet tibni struttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax, imma għalissal-finanzjament tad-defiċit tal-baġit kif ukoll ir-rifinanzjament tad-dejn li qed jimmatura għadu jiswa ħafna, u r-Rumanija tibqa’ sserraħ fuq l-istrumenti ta’ debitu l-aktar b’maturitajiet qosra. Filwaqt li l-istabilità tas-settur bankarju nżammet, iż-żieda fl-assi deboliti tista’ tkompli toħloq tensjoni fuq is-sistema.

(3)

F’dan il-kuntest, huwa kruċjali li l-awtoritajiet Rumeni jsegwu politiki makroekonomiċi tajba u kredibbli biex jiġi evitat r-risorġiment ta’ stress kbir fis-swieq finanzjarji. Il-qofol tal-programm ekonomiku jibqa’ t-tnaqqis tad-defiċit fiskali b’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill lir-Rumanija adottati skont il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv. Sabiex il-ksib ta’ defiċits baġitarji iżgħar isir sostenibbli, ir-Rumanija teħtieġ tkompli r-riformi tal-immaniġjar tal-fondi pubbliċi u l-ambjent tal-kontroll.

(4)

Il-Kunsill qed jirrivedi fuq bażi regolari l-politiki ekonomiċi implimentati mir-Rumanija, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ reviżjonijiet annwali tal-aġġornament tar-Rumanija tal-Programm ta’ Konverġenza u l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma kif ukoll ir-reviżjoni regolari tal-progress magħmul mir-Rumanija fil-kuntest tar-Rapport ta’ Konverġenza.

(5)

Filwaqt li fix-xenarju bażi tal-programm ekonomiku, il-ħtiġijiet totali grossi ta’ finanzjament sa tmiem l-ewwel kwart tal-2013 ġew koperti totalment, u l-gvern baqa’ jikkonsolida l-aċċess tiegħu għal finanzjar ibbażat fuq is-suq, l-aġenda tar-riforma li għadha ma tlestietx u r-riskju sostanzjali li jdawwar ix-xenarju bażi jsostnu t-talba tar-Rumanija għal għajnuna finanzjarja ta’ natura prekawzjonarja b’segwitu tal-għajnuna mogħtija skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/458/KE tas-6 ta’ Mejju 2009 li tagħti għajnuna reċiproka lir-Rumanija (1).

(6)

L-awtoritajiet Rumeni talbu għajnuna finanzjarja mill-Unjoni u minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra biex jappoġġjaw is-sostenibbiltà tal-bilanċ tal-pagamenti u biex jiżguraw li r-riżervi tal-valuti internazzjonali jinżammu f’livell prudenti anki fil-każ ta’ żviluppi ekonomiċi avversi.

(7)

Ir-Rumanija jibqgħalha theddida serja minħabba diffikultajiet fil-bilanċ tal-pagamenti tagħha, theddida li tkompli tiġġustifika l-għoti ta’ għajnuna reċiproka mill-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Unjoni għandha tkompli tagħti l-għajnuna reċiproka lir-Rumanija, u b’hekk tkompli l-għajnuna disposta skont id-Deċiżjoni 2009/458/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

PINTÉR S.


(1)  ĠU L 150, 13.6.2009, p. 6.