ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.114.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 114

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
4 ta' Mejju 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 431/2011 tat-3 ta’ Mejju 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/266/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Mejju 2011 li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossier sottomess għal eżaminazzjoni dettaljata bil-ħsieb ta’ inklużjoni possibbli tal-beta-ċipermetrin, l-ewġenol, il-ġeranjol u t-timol fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2776)  ( 1 )

3

 

 

2011/267/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-Afrika t’Isfel fil-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet tagħhom li minnhom l-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina hija awtorizzata (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2959)  ( 1 )

5

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1062/2009 tas-26 ta’ Ottubru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Komunità għal ċerti prodotti tal- ħut għall-perijodu 2010-2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 824/2007 ( ĠU L 291, 7.11.2009 )

7

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

4.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 431/2011

tat-3 ta’ Mejju 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Mejju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

78,3

MA

36,1

TN

109,4

TR

80,7

ZZ

76,1

0707 00 05

AL

107,4

TR

120,5

ZZ

114,0

0709 90 70

JO

78,3

MA

78,8

TR

126,9

ZZ

94,7

0709 90 80

EC

33,0

ZZ

33,0

0805 10 20

EG

52,2

IL

70,0

MA

44,7

TN

51,9

TR

68,5

ZZ

57,5

0805 50 10

TR

52,9

ZZ

52,9

0808 10 80

AR

75,2

BR

68,0

CA

111,8

CL

78,5

CN

103,1

MA

86,7

NZ

110,9

US

136,5

UY

51,8

ZA

84,7

ZZ

90,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

4.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/3


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Mejju 2011

li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossier sottomess għal eżaminazzjoni dettaljata bil-ħsieb ta’ inklużjoni possibbli tal-beta-ċipermetrin, l-ewġenol, il-ġeranjol u t-timol fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2776)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/266/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/414/KEE tipprevedi l-iżvilupp ta’ lista ta’ sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fi prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fl-Unjoni Ewropea.

(2)

Fit-13 ta’ Novembru 2009 tressaq dossier għas-sustanza attiva betaċipermetrin minn Cerexagri SAS lill-awtoritajiet tar-Renju Unit, bl-applikazzjoni biex tinkiseb l-inklużjoni tagħha fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Id-dossiers għas-sustanzi attivi ewġenol, ġeranjol u timol tressqu minn Eden Research plc lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fis-7 ta’ Marzu 2008, bl-applikazzjoni biex tinkiseb l-inklużjoni tagħhom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(4)

L-awtoritajiet tar-Renju Unit indikaw lill-Kummissjoni li, wara eżami preliminari, id-dossiers għas-sustanzi attivi kkonċernati jidhru li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-dossiers imressqa jidhru li jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanzi attivi kkonċernati. Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dossiers sussegwentement intbagħtu mill-applikant lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra, u ġew riferuti lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

(5)

Permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi formalment ikkonfermat fil-livell tal-Unjoni li d-dossiers jitqiesu li jissodisfaw fil-prinċipju r-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II u, li għal tal-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih waħda mis-sustanzi attivi kkonċernati, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADDOTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dossiers li jikkonċernaw is-sustanzi attivi li ġew identifikati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, li kienu tressqu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li tinkiseb l-inklużjoni ta’ din is-sustanza fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, fil-prinċipju jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

Id-dossiers jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, billi jitqiesu l-użi proposti.

Artikolu 2

Kemm jista’ jkun malajr u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2012, l-Istat Membru relatur għandu jissokta bl-eżami dettaljat tad-dossiers imsemmija fl-Artikolu 1 u għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-konklużjonijiet tal-eżamijiet li jkun għamel fuqhom, akkumpanjati bi kwalunkwe rakkomandazzjonijiet dwar jekk is-sustanzi attivi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom (jew ma għandhomx) jiddaħħlu fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u flimkien ma’ kwalunkwe kundizzjonijiet relatati ma’ dawk l-inklużjonijiet.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.


ANNESS

IS-SUSTANZI ATTIVI MILQUTA MINN DIN ID-DEĊIŻJONI

Isem Komuni, Numru tal-Identifikazzjoni CIPAC

Applikant

Data tal-applikazzjoni

Stat Membru relatur

Betaċipermetrin

Nru CIPAC: 632

Cerexagri SAS

fit-13 ta’ Novembru 2009

UK

Ewġenol

Nru CIPAC: mhux attrwibwit

Eden Research plc

fis-7 ta’ Marzu 2008

UK

Ġeranjol

Nru CIPAC: mhux attrwibwit

Eden Research plc

fis-7 ta’ Marzu 2008

UK

Timol

Nru CIPAC: mhux attrwibwit

Eden Research plc

fis-7 ta’ Marzu 2008

UK


4.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/5


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Mejju 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-Afrika t’Isfel fil-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet tagħhom li minnhom l-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina hija awtorizzata

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2959)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/267/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) ta’ Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi [equidae] (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 12(1), u l-frażi preliminari u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Direttiva 92/65/KEE tistabbilixxi kondizzjonijiet applikabbli għal importazzjonijiet ta’ annimali, semen, ova u embrijuni. Dawk il-kondizzjonijiet għandhom ikunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(2)

Id-Direttiva 2009/156/KE tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-moviment bejn l-Istati Membri u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae ħajjin. Skont dik id-Direttiva, l-equidae jridu jiġu minn pajjiżi terzi li huma ħielsa mill-marda Afrikana taż-żwiemel.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 93/195/KEE u 94/63/KE (3), tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tagħhom, u tindika l-kondizzjonijiet l-oħra applikabbli għal importazzjonijiet bħal dawn. Din il-lista hija stipulata fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni. Iż-żona metropolitana ta’ Cape Town hija nkluża f’dik il-lista.

(4)

F’Marzu 2011, l-Afrika t’Isfel għarrfet tifqigħ tal-marda Afrikana taż-żwiemel fil-konfini bejn iż-żona ta’ sorveljanza u ż-żona ħielsa mill-marda Afrikana taż-żwiemel fiż-żona metropolitana ta’ Cape Town, stabbilita skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/698/KE tat-8 ta’ Awwissu 2008 dwar id-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ żwiemel reġistrati mill-Afrika t’Isfel (4).

(5)

Dik is-sitwazzjoni tista’ ssawwar riskju serju fuq is-saħħa tal-annimali għall-popolazzjoni ekwina fl-Unjoni u għaldaqstant, id-dħul temporanju ta’ żwiemel reġistrati u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ dawn iż-żwiemel u semen miġbur minn żwiemel reġistrati miż-żona metropolitana ta’ Cape Town, għandhom jiġu sospiżi.

(6)

Id-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE, l-annotazzjoni għall-Afrika t’Isfel tinbidel b’dan li ġej:

“ZA

L-Afrika t’Isfel

ZA-0

Il-pajjiż kollu

 

ZA-1

Iż-żona metropolitana ta’ Cape Town (ara l-kaxxa 2 għad-dettalji)

F

Id-Deċiżjoni 2008/698/KE”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)  ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 235, 2.9.2008, p. 16.


Rettifika

4.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/7


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1062/2009 tas-26 ta’ Ottubru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Komunità għal ċerti prodotti tal- ħut għall-perijodu 2010-2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 824/2007

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 291, tas-7 ta’ Novembru 2009 )

Paġna 10, Anness, Ordni Nru 09.2774, Kodiċi NM ex 0304 99 51, it-tielet kolonna li tikkonċerna l-Kodiċi TARIC

Flok:

“10”

Aqra:

“11”

Il-paġna 10, Anness, Ordni Nru 09.2762, it-tieni kolonna li tikkonċerna l-Kodiċi NM

“ex 0306 21 00” għandha tiddaħħal.

Il-paġna 10, Anness, Ordni Nru 09.2762, it-tielet kolonna li tikkonċerna l-Kodiċi TARIC

“10” għandha tiddaħħal.