ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.087.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 87

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
2 ta' April 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2011 tal-1 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 10/2011 fir-rigward tar-restrizzjoni tal-użu ta’ Bisfenol A fil-fliexken tal-plastik għat-tisqija tat-trabi ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 322/2011 tal-31 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċi fiż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 323/2011 tal-31 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-klieb il-baħar tal-baħar fond fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI, VII, VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza

5

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 324/2011 tal-1 ta’ April 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

7

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/207/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Marzu 2011 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni marbut mal-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1984)

9

 

 

2011/208/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' April 2011 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta' emerġenza fil-ġlieda kontra l-marda ta' Newcastle fi Spanja fl-2009 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2062)

29

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja ( ĠU L 58, 3.3.2011 )

31

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2010 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja ( ĠU L 58, 3.3.2011 )

31

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 321/2011

tal-1 ta’ April 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 10/2011 fir-rigward tar-restrizzjoni tal-użu ta’ Bisfenol A fil-fliexken tal-plastik għat-tisqija tat-trabi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/8/UE (2) emendat id-Direttiva 2002/72/KE (3) dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f'kuntatt ma' oġġetti tal-ikel li tillimita l-użu ta’ Bisfenol A (2,2-bis(4-idrossifenil)propan) fil-fliexken għat-tisqija tat-trabi tal-polikarbonat.

(2)

Mill-1 ta’ Mejju 2011, id-Direttiva 2002/72/KE se tiġi sostitwita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (4).

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 10/2011 ma fihx ir-restrizzjonijiet li jikkonċernaw il-Bisfenol A li ddaħħlu fid-Direttiva 2002/72/KE permezz tad-Direttiva 2011/8/UE.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 10/2011 għalhekk għandu jiġi emendat biex jirrifletti r-restrizzjonijiet tal-użu ta’ Bisfenol A.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fit-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011, l-annotazzjoni dwar is-sustanza numru 151, bl-isem “2,2-bis(4-idrossifenil)propan”, fil-kolonna 10 (“Restrizzjonijiet u speċifikazzjonijiet”), għandu jiddaħħal it-test li ġej:

“Ma għandux jintuża għall-manifattura tal-fliexken għat-tisqija tat-trabi (*) tal-polikarbonat (**).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2011 biex jipprojbixxi l-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2011 biex jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ materjali u oġġetti tal-plastik li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

(2)  ĠU L 26, 29.1.2011, p. 11.

(3)  ĠU L 220, 15.8.2002, p. 18.

(4)  ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 322/2011

tal-31 ta’ Marzu 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċi fiż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta’ Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Għalhekk, hu neċessarju li l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd tal-2011 għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament u allokata lill-Istat Membru msemmi fih għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f’dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

1/T&Q

Stat Membru

Franza

Stokk

ANF/8C3411

Speċi

Petriċa (Lophiidae)

Żona

Iż-żoni VIIIc, IX u X l-ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1

Data

it-13 ta' Jannar 2011


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 323/2011

tal-31 ta’ Marzu 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-klieb il-baħar tal-baħar fond fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI, VII, VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2010 tat-13 ta’ Diċembru 2010 li jiffissa għall-2011 u l-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond (2) jistipula kwoti għall-2011 u l-2012.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Għalhekk, hu neċessarju li l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd fl-2011 għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament u allokata lill-Istat Membru msemmi fih għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f’dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

2/DSS

Stat Membru

Franza

Stokk

DWS/56789-

Speċi

Klieb il-baħar tal-baħar fond

Żona

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI, VII, VIII u IX

Data

it-13 ta' Jannar 2011.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 324/2011

tal-1 ta’ April 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-2 ta’ April 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

61,9

JO

68,6

MA

51,3

TN

97,4

TR

81,6

ZZ

72,2

0707 00 05

EG

158,2

TR

138,5

ZZ

148,4

0709 90 70

MA

38,5

TR

107,6

ZA

28,9

ZZ

58,3

0805 10 20

EG

60,0

IL

79,6

MA

53,3

TN

54,3

TR

74,8

US

49,1

ZZ

61,9

0805 50 10

TR

51,0

ZZ

51,0

0808 10 80

AR

80,3

BR

81,6

CA

87,6

CL

89,3

CN

104,7

MK

50,2

US

122,6

UY

70,6

ZA

77,7

ZZ

85,0

0808 20 50

AR

89,1

CL

88,3

CN

64,2

ZA

99,1

ZZ

85,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' Marzu 2011

li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni marbut mal-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1984)

(2011/207/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) fl-2006 adottat pjan multiannwali ta' rkupru għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Dak il-Pjan ġie traspost f'leġiżlazzjoni tal-Unjoni bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1559/2007 (2).

(2)

L-ICCAT emendat il-pjan ta' rkupru fl-24 ta' Novembru 2008 bir-Rakkomandazzjoni 08-05. Il-pjan kif emendat kien traspost fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 (3).

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni b'suċċess u sħiħa tal-pjan multiannwali ta' irkupru emendat, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/296/KE (4) stabbiliet programm ta' kontroll u spezzjoni speċifiku li jkopri perjodu ta' sentejn, mill-15 ta' Marzu 2009 sal-15 ta' Marzu 2011.

(4)

Il-programm ta' kontroll u spezzjoni speċifiku marbut mal-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran, kif stabbilit bid-Deċiżjoni 2009/296/KE, ser jiskadi fil-15 ta' Marzu 2011. Għandha tiġi adottata Deċiżjoni tal-Kummissjoni ġdida bil-ħsieb li tkun żgurata l-kontinwità ta' dak il-programm u biex ikunu implimentati immedjatament ċerti dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni 10-4 tal-ICCAT, l-aktar dawk dwar il-preżentazzjoni bikrija ta' ċerti pjanijiet meħtieġa għas-sajd u l-ispezzjoni.

(5)

Il-programm ta' kontroll u spezzjoni speċifiku ġdid għandu jkun stabbilit għall-perjodu mill-15 ta' Marzu 2011 sal-15 ta' Marzu 2014. Ir-riżultati akkwistati permezz tal-applikazzjoni tiegħu għandhom ikunu evalwati perjodikament f'kooperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati.

(6)

Sabiex il-kontroll u l-ispezzjoni tas-sajd għat-tonn fil-livell tal-Unjoni jkunu armonizzati, huwa xieraq li jitfasslu regoli komuni għall-attivitajiet ta' kontroll u spezzjoni li għandhom jtwettqu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, u li l-Istati Membri jadottaw programm nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll sabiex jikkonformaw ma' regoli komuni bħal dawn. Għal dan il-għan, għandhom ikunu stabbiliti punti ta' referenza għall-intensità tal-attivitajiet ta' kontroll u spezzjoni, kif ukoll prijoritajiet u proċeduri għall-kontroll u l-ispezzjoni.

(7)

Sabiex ikunu żgurat is-segwitu tal-ksur, din id-Deċiżjoni għandha tistabbilixxi, fost oħrajn, il-proċeduri li taħthom l-awtoritajiet ikkonċernati jistgħu jwettqu skambju tal-informazzjoni rilevanti skont l-Artikolu 117 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(8)

L-attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u sorveljanza għandhom jitwettqu skont il-pjanijiet ta' użu konġunt stabbiliti mill-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (CFCA) stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 (5).

(9)

Il-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm ta' kontroll u spezzjoni speċifiku sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni armonizzata tal-pjan multiannwali ta' rkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran adottat mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn fl-Atlantiku (ICCAT) fl-2006 kif traspost bir-Regolament (KE) Nru 302/2009 kif emendat l-aħħar bir-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT tas-27 ta' Novembru 2010.

Artikolu 2

Ambitu temporali u territorjali

Il-programm ta' kontroll u spezzjoni speċifiku għandu japplika sal-15 ta' Marzu 2014 fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT.

Artikolu 3

Ambitu materjali

Il-programm ta' kontroll u spezzjoni speċifiku għandu jkopri dawn l-attivitajiet:

(1)

l-attivitajiet kollha tas-sajd, inklużi l-qabdiet inċidentali, minn bastimenti tas-sajd u nases, inklużi operazzjonijiet tas-sajd konġunti;

(2)

l-operazzjonijiet kollha tal-qbid, il-ħatt l-art, it-trasferimenti, it-trażbordi u t-tqegħid fil-gaġeġ;

(3)

l-attivitajiet kollha relatati mal-irziezet u l-operaturi involuti fit-tqegħid fil-gaġeġ, it-tismin, l-akkwakultura, il-ħsad jew l-ipproċessar tat-tonn u/jew tal-kummerċ fil-prodotti tat-tonn, inklużi l-kummerċ domestiku, l-importazzjoni, l-esportazzjoni u r-riesportazzjoni, it-trasport u l-ħżin;

(4)

is-sajd sportiv u rikreattiv.

KAPITOLU II

OBJETTIVI, PRIJORITAJIET, PUNTI TA' REFERENZA U PROĊEDURI

Artikolu 4

Objettivi

L-attivitajiet ta' kontroll u spezzjoni għandhom jimmiraw sabiex jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(1)

il-pjanijiet annwali tas-sajd, kif previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 302/2009;

(2)

il-probizzjoni tal-użu ta' inġenji tal-arju u ħelikopters tat-tiftix, kif previst fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 302/2009;

(3)

il-miżuri dwar il-kapaċitajiet tas-sajd u tal-produzzjoni fl-irziezet, kif previst fl-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 302/2009;

(4)

l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe programm tal-osservatur fl-Unjoni, inkluż il-programm tal-osservatur tal-Istati Membri, u l-Programm Reġjonali tal-Osservatur tal-ICCAT, kif previst fil-punti 90, 91, 92 u l-Anness 7 għar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT;

(5)

ir-regoli dwar ir-reġistrazzjoni tal-bastimenti awtorizzati għall-qbid u bastimenti tas-sajd oħra, kif previst fl-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 302/2009;

(6)

il-miżuri u l-kundizzjonijiet tekniċi speċifiċi għas-sajd tat-tonn kif previst fir-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT, b'mod partikolari r-regoli dwar id-daqs minimu u l-kundizzjonijiet assoċjati;

(7)

ir-restrizzjonijiet kwantitattivi dwar il-qabdiet u kwalunkwe kundizzjoni speċifika assoċjata magħhom, inkluż il-monitoraġġ tal-użu tal-kwota, kif previst fir-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT;

(8)

ir-regoli ta' dokumentazzjoni applikabbli għat-tonn, kif previst fir-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT.

Artikolu 5

Prijoritajiet

Il-kategoriji differenti tal-irkaptu għandhom ikunu suġġetti għal livelli differenti ta' prijoritizzazzjoni, skont il-pjan annwali tas-sajd. Għal din ir-raġuni, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi prijoritajiet speċifiċi.

Artikolu 6

Punti ta' referenza

Il-punti ta' referenza għall-ispezzjoni huma stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 7

Proċeduri

L-attivitajiet ta' kontroll u spezzjoni għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet proċedurali li ġejjin:

(1)

l-Iskema tal-ICCAT tal-Ispezzjoni Internazzjonali Konġunta, kif previst fil-punti 99, 100, 101 u l-Anness 8 għar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT;

(2)

il-metodoloġija tal-ispezzjoni kif previst fir-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT, u b'mod partikolari l-Anness 8 tagħha;

(3)

il-proċeduri li għandhom ikunu segwiti mill-uffiċjali kif stabbilit fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni;

(4)

il-proċeduri li għandhom ikunu segwiti mill-Istati Membri kif stabbilit fl-Artikoli 8 sa 13 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Proċeduri konġunti

L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 12 għandhom jiżguraw li uffiċjali mill-Istati Membri l-oħra kkonċernati jkunu mistiedna biex jipparteċipaw f'attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u sorveljanza u li jkunu stabbiliti proċeduri operattivi konġunti applikabbli għall-inġenji tas-sorveljanza tagħhom.

Artikolu 9

Notifika ta' attivitajiet ta' sorveljanza u spezzjoni

1.   Stat Membru li jkun beħsiebu jwettaq sorveljanza u jispezzjona bastimenti tas-sajd fl-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru ieħor fil-qafas ta' Pjan ta' Użu Konġunt, għandu jinnotifika l-intenzjonijiet tiegħu lill-punt ta' kuntatt tal-Istat Membru kostali kkonċernat, kif imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1042/2006 (6), lis-CFCA.

2.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

it-tip, l-isem u s-sinjal tas-sejħa tal-bastimenti tal-ispezzjoni u tal-inġenju tal-ajru tal-ispezzjoni abbażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1042/2006;

(b)

iż-żoni fejn ser jitwettqu l-operazzjonijiet ta' sorveljanza u spezzjoni;

(c)

it-tul ta' żmien tal-attivitajiet ta' sorveljanza u spezzjoni.

Artikolu 10

Informazzjoni dwar ksur

Barra l-Artikoli 82 u 83 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri li l-uffiċjali tagħhom isibu ksur waqt li jkunu qegħdin iwettqu spezzjoni tal-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 3 għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien lill-pajjiż terz u lill-Kummissjoni bid-data tal-ispezzjoni u d-dettalji tal-ksur.

Artikolu 11

Miżuri ta' infurzar immedjati f'każ ta' ksur serju

1.   Jekk jinstab ksur serju abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li, wara l-ispezzjoni, il-bastiment tas-sajd li qed itajjar il-bandiera tiegħu jieqaf mill-attivitajiet tas-sajd kollha tiegħu u għandu jinforma lill-Kummissjoni fil-waqt opportun.

2.   Jekk il-bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jissejjaħx f'port, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jipprovdi l-ġustifikazzjoni dovuta lill-Kummissjoni fi żmien 72 siegħa.

KAPITOLU III

IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 12

Programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll

1.   Il-programm ta' kontroll u spezzjoni speċifiku għandu jkun implimentat permezz ta' programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll, kif imsemmi fl-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, adottat mill-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, Malta u l-Portugall.

2.   Il-programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll għandhom ikunu stabbiliti skont l-objettivi, il-prijoritajiet, il-punti ta' referenza u l-proċeduri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u għandhom jinkludu d-dejta kollha elenkata fl-Anness III.

3.   Il-programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll għandhom ikunu akkumpanjati minn skedi ta' implimentazzjoni annwali li għandhom jinkludu d-dettalji rigward ir-riżorsi umani u materjali allokati u ż-żoni fejn ser ikunu użati dawk ir-riżorsi. L-iskedi tal-implimentazzjoni annwali għandhom iqisu l-punti ta' referenza stabbiliti fl-Anness.

4.   Għall-istaġuni tas-sajd tal-2012 u l-2013, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw il-programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll u l-iskedi ta' implimentazzjoni annwali tagħhom, sal-15 ta' Settembru 2011 u 2012 rispettivament. Għandhom jagħmluhom disponibbli fuq il-parti sigura tal-websajt tagħhom sal-1 ta' Jannar 2012 u 2013.

Artikolu 13

Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri

L-Istati Membri kollha għandhom jikkooperaw mal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 12(1) fl-implimentazzjoni tal-programm ta' kontroll u spezzjoni speċifiku.

Artikolu 14

Attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u sorveljanza

Il-programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll kollha msemmija fl-Artikolu 12 jew parti minnhom jistgħu jkunu implimentati permezz ta' pjan ta' użu konġunt adottat mill-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (CFCA) skont ir-Regolament (KE) Nru 768/2005.

Artikolu 15

Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll

1.   L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 12(1) għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lis-CFCA rapport li jindika l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll tagħhom imsemmi fl-Artikolu 12.

2.   Għandhom ikunu kkomunikati rapporti interim fl-1 ta' Lulju u fil-15 ta' Settembru kull sena u rapport finali fil-15 ta' Diċembru tal-istess sena.

3.   Dan ir-rapport għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja, skont it-tabella stabbilita fl-Anness II:

(a)

l-attivitajiet ta' spezzjoni u kontroll imwettqa fuq bażi ta' kull xahar;

(b)

il-ksur kollu li jinstab, u għal kull ksur għandha tkun inkluża l-identifikazzjoni ta':

(i)

il-bastiment tas-sajd (l-isem, il-bandiera u l-kodiċi ta' identifikazzjoni estern), in-nassa, ir-razzett jew l-impriża impenjata fl-ipproċessar u/jew il-kummerċ tal-prodotti tat-tonn ikkonċernati,

(ii)

id-data, il-ħin u l-lok tal-ispezzjoni,

(iii)

in-natura tal-ksur, inkluża informazzjoni dwar ksur serju jew vjolazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 10 u 11,

(iv)

il-qagħda preżenti rigward is-segwitu tal-ksur misjub (eż. każ pendenti, qed jiġi appellat, għadu qed jiġi investigat),

(v)

id-deskrizzjoni, f'termini speċifiċi, ta' kwalunkwe penali imposti (eż. il-livell tal-multi, il-valur tal-ħut u/jew l-irkaptu kkonfiskat, l-avviż bil-miktub mogħti), flimkien mad-dokumenti ta' sostenn,

(vi)

spjega jekk ma ttieħdet l-ebda azzjoni;

(c)

kull azzjoni rilevanti ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri.

4.   Ksur għandu jkompli jkun elenkat f'kull rapport sussegwenti sakemm l-azzjoni tkun konkluża taħt il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 16

Informazzjoni addizzjonali

L-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni kull informazzjoni addizzjonali li tista' tintalab dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 17

Pjan u rapport ta' spezzjoni tal-Unjoni

1.   Abbażi tad-Deċiżjoni kurrenti u tal-programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll, u wara konsultazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-pjan ta' spezzjoni tal-Unjoni lill-Kummissjoni ICCAT xahar qabel il-laqgħa annwali tagħha skont il-punt 9 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT.

2.   Il-Kummissjoni għandha darba f'sena tlaqqa' l-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura biex jevalwa l-konformità mal-programm ta' kontroll u spezzjoni speċifiku u r-riżultati tiegħu bil-ħsieb li jitħejja r-rapport li l-Unjoni hi meħtieġa li tipprovdi lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-15 ta' Ottubru ta' kull sena.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 18

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 340, 22.12.2007, p. 8.

(3)  ĠU L 96, 15.4.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 80, 26.3.2009, p. 18.

(5)  ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.

(6)  ĠU L 187, 8.7.2006, p. 14.


ANNESS I

PUNTI TA' REFERENZA

Il-punti ta' referenza stabbiliti f'dan l-Anness għandhom ikunu implimentati sabiex b'mod partikolari jkun żgurat:

(a)

il-monitoraġġ sħiħ tal-operazzjonijiet tat-tqegħid fil-gaġeġ li jsir fl-ilmijiet Komunitarji;

(b)

il-monitoraġġ sħiħ tal-operazzjonijiet tat-trasferiment;

(c)

il-monitoraġġ sħiħ tal-operazzjonijiet konġunti tas-sajd;

(d)

il-kontroll tad-dokumenti kollha meħtieġa mil-leġiżlazzjoni applikabbli għat-tonn, b'mod partikolari li tkun verifikata l-affidabbiltà tal-informazzjoni rreġistrata;

Post tal-ispezzjoni

Punt ta' referenza

Attivitajiet tat-tqegħid fil-gaġeġ (inkluż il-ħsad)

Kull operazzjoni ta' tqegħid fil-gaġeġ ġewwa razzett għandha tkun awtorizzata mill-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tal-qbid fi żmien 48 siegħa wara l-preżentazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa għall-operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ;

It-tqegħid kollu fil-gaġeġ għall-akkwakultura jew it-tismin tal-BFT (it-tonn) għandu jkun akkumpanjat minn dokumentazzjoni eżatta, kompluta u validata kif meħtieġ mill-ICCAT (kif previst fil-punt 84 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT);

Kull operazzjoni ta' tqegħid fil-gaġeġ u proċess ta' ħsad għandhom ikunu spezzjonati, inkluż mill-awtoritajiet rilevanti tal-port;

Kull operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ għandha tiġi mmonitorjata b’vidjo kamera fl-ilma (kif ipprovdut fil-punt 86 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT);

Il-ħut għandu jitqiegħed fil-gaġeġ qabel il-31 ta' Lulju sakemm ma jkunx hemm raġuni valida skont ir-Rakkomandazzjoni 10-04 (kif previst fil-punt 83 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT)

Spezzjoni fuq il-baħar

Punt ta' referenza, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attività tas-sajd f’kull żona;

Il-punti ta' referenza fuq il-baħar għandhom jirreferu għall-għadd ta' jiem ta' għassa fuq il-baħar fiż-żona speċifika għall-irkupru tat-tonn u għandhom jirreferu wkoll għall-għadd ta' jiem ta' għassa b’indikazzjoni tal-istaġun tas-sajd u t-tip ta' attività tas-sajd fil-mira.

Operazzjoni ta' trasferiment

Kwalunkwe operazzjoni ta' trasferiment għandha tkun ġiet awtorizzata minn qabel mill-Istati Membri tal-bandiera abbażi ta' notifika minn qabel ta' trasferiment (previst fil-punt 75 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT);

Kull operazzjoni ta' trasferiment għandha tkun assenjata numru ta' awtorizzazzjoni (previst fil-punt 76 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT);

Trasferiment għandu jkun awtorizzat fi żmien 48 siegħa wara l-preżentazzjoni tan-notifika minn qabel ta' trasferiment (kif previst fil-punt 76 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT);

Dikjarazzjoni ta' trasferiment tal-ICCAT għandha tintbagħat lill-Istat Membru tal-bandiera fit-tmiem tal-operazzjoni ta' trasferiment (kif previst fil-punt 77 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT);

L-operazzjonijiet kollha ta' trasferiment għandhom jiġu rreġistrati fuq vidjo kamerja fl-ilma (kif previst fil-punt 79 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT).

Trażbord

Il-bastimenti kollha għandhom ikunu spezzjonati mal-wasla qabel jibdew l-operazzjonijiet ta' trażbord, kif ukoll qabel it-tluq wara l-operazzjonijiet ta' trażbord. Għandhom isiru verifiki aleatorji f’portijiet mhux deżinjati;

Dikjarazzjoni ta' trażbord għandha tintbagħat lill-Istati tal-Bandiera mhux aktar tard minn 48 siegħa wara d-data tat-trażbord fil-port (kif previst fil-punt 69 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT).

Operazzjonijiet konġunti tas-sajd

L-operazzjonjiet konġunti kollha tas-sajd għandhom ikunu ġew awtorizzati minn qabel mill-Istati tal-bandiera;

L-Istati Membri għandhom imbagħad jistabbilixxu u jżommu reġistrazzjoni tal-operazzjonijiet konġunti kollha tas-sajd awtorizzati minnhom.

Sorveljanza mill-ajru

Punt ta' referenza flessibbli, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attività tas-sajd imwettqa f’kull żona, filwaqt li jitqiesu r-riżorsi disponibbli għall-Istati Membri.

Ħatt l-art

Il-bastimenti kollha li jidħlu f’port speċifikat bil-għan li jħottu t-tonn l-art għandhom jiġu spezzjonati;

Għandhom isiru verifiki aleatorji f’portijiet mhux deżinjati;

L-awtorità rilevanti għandha tibgħat reġistrazzjoni tal-attivitajiet tal-ħatt l-art lill-awtorità tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd, fi żmien 48 siegħa wara li jkun intemm il-ħatt l-art (kif previst fil-punt 68 tar-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT).

Kummerċjalizzazzjoni

Punt ta' referenza flessibbli, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attività ta' kummerċjalizzazzjoni li twettqet.

Sajd sportiv u rikreattiv

Punt ta' referenza flessibbli, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attivitajiet tas-sajd sportiv u rikreattiv li twettqu.

Nases

L-operazzjonijiet kollha bin-nases, inklużi t-trasferiment u l-ħsad, għandhom ikunu spezzjonati.


ANNESS II

PROĊEDURI LI GĦANDHOM IKUNU SEGWITI MILL-UFFIĊJALI

1.   Kompiti ta' spezzjoni

1.1.   Kompiti ġenerali ta' spezzjoni

Għandu jitħejja rapport ta' spezzjoni għal kull kontroll u spezzjoni, fil-format stabbilit fil-punt 2 ta' dan l-Anness. L-uffiċjali għandhom, fi kwalunkwe każ, jivverifikaw u jniżżlu l-informazzjoni li ġejja fir-rapport tagħhom:

(1)

id-dettalji tal-identità tal-persuni responsabbli, kif ukoll dawk tal-bastiment, il-persunal tar-razzett, eċċ. involuti fl-attivitajiet spezzjonati;

(2)

l-awtorizzazzjonijiet, il-liċenzji u l-awtorizzazzjoni tas-sajd;

(3)

id-dokumentazzjoni rilevanti dwar il-bastimenti, bħal ġurnali ta' abbord, dikjarazzjonijiet ta' trasferiment u ta' trażbord, dokumenti dwar il-qabda tat-tonn tal-ICCAT, ċertifikati tar-riesportazzjoni u dokumentazzjoni oħra eżaminati għall-finijiet ta’ kontroll u spezzjoni kif previst fir-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT;

(4)

osservazzjoni dettaljata tad-daqsijiet ta’ tonn maqbud, magħluq b’nases, ittrasferit, ittrażbordat, li jinħatt l-art, ittrasportat, imrobbi, ipproċessat jew ikkummerċjalizzat fil-kuntest tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-pjan ta’ rkupru;

(5)

il-perċentwali tal-qabdiet inċidentali tat-tonn li jinżammu abbord il-bastimenti li ma jkunux qegħdin jistadu b’mod attiv għat-tonn.

L-informazzjoni dwar is-sejbiet rilevanti kollha mill-ispezzjoni fuq il-baħar, mis-sorveljanza mill-ajru, f’portijiet, f’nases, fi rziezet jew fi kwalunkwe impriza oħra kkonċernata għandha titniżżel fir-rapporti tal-ispezzjoni. Fil-każ ta’ spezzjoni fil-qafas tal-Iskema għal Spezzjoni Internazzjonali Konġunta tal-ICCAT, l-uffiċjal għandu jirreġistra l-ispezzjonijiet imwettqa u kwalunkwe ksur li jinduna bih fuq il-ġurnal ta’ abbord tal-bastiment.

Dawk is-sejbiet għandhom jitqabblu mal-informazzjoni li titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-uffiċjali minn awtoritajiet kompetenti oħra, inkluża informazzjoni mis-Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastiment (VMS), il-listi tal-bastimenti awtorizzati, ir-rapporti tal-osservaturi, ir-reġistrazzjonijiet bil-vidjo u d-dokumenti kollha relatati mal-attivitajiet tas-sajd.

1.2.   Kompiti ta’ spezzjoni għas-sorveljanza mill-ajru

L-uffiċjali għandhom jirrappurtaw dwar id-dejta tas-sorveljanza għal finijiet ta’ kontroverifika, u b’mod partikolari għandhom jivverifikaw osservazzjonijiet ta’ bastimenti tas-sajd mal-VMS u l-listi tal-bastimenti awtorizzati.

L-uffiċjali għandhom ifittxu u jirrappurtaw dwar l-attivitajiet ta’ sajd Illegali, mhux Rapportati u mhux Regolati (IUU) u dwar l-użu ta’ inġenji tal-ajru jew ħelikopters tat-tiftix.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari għal żoni magħluqa, għall-perjodi tal-istaġuni tas-sajd u għall-attivitajiet tal-flotot li għalihom japplikaw xi derogi.

1.3.   Kompiti ta’ spezzjoni fuq il-baħar

1.3.1.   Kompiti ġenerali ta’ spezzjoni

Meta jittella’ ħut mejjet abbord il-bastiment tal-qbid, inkella jkun preżenti fuq bastiment tal-ipproċessar jew tat-trasport, l-uffiċjali għandhom dejjem jivverifikaw il-kwantitajiet ta’ ħut miżmuma abbord u jqabbluhom mal-kwantitajiet irreġistrati fid-dokumentazzjoni rilevanti miżmuma abbord.

Meta ħut ħaj ikun qed jiġi ttrasferit minn bastimenti tal-qbid, l-uffiċjali għandhom jaraw li jidentifikaw il-mezzi użati mill-partijiet involuti biex jistmaw il-kwantitajiet ta’ tonn ħaj trasferit. Meta tkun disponibbli reġistrazzjoni bil-vidjo, l-uffiċjali għandhom jingħataw aċċess għaliha u jivverifikaw il-kwantitajiet trasferiti, kif osservat fir-reġistrazzjoni bil-vidjo.

Se jsiru għadd ta’ spezzjonijiet ta’ fuq “il-post” minn spetturi bugħaddasa tal-UE / Stat Membru ġewwa l-gaġeġ tal-irmunkar biex jivverifikaw li l-għadd u l-piż stmat maqbud u ttrasferiet jikkorispondi ma’ dak fid-dikjarazzjoni ta’ trasferiment tal-ICCAT abbord il-bastimenti tal-irmonk.

L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:

(1)

li l-bastimenti tas-sajd huma awtorizzati joperaw (il-markar, l-identità, il-liċenzja, l-awtorizzazjoni tas-sajd u l-listi tal-ICCAT);

(2)

il-konformità mar-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni tal-bastiment;

(3)

li l-bastimenti tas-sajd ikunu mgħammra b’Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastiment (VMS) li tkun operattiva u li jkunu rispettati r-rekwiżiti dwar il-komunikazzjoni VMS;

(4)

li l-bastimenti tas-sajd mhumiex joperaw f’żoni magħluqa u qed jirrispettaw l-għeluq tal-istaġun tas-sajd;

(5)

ir-rispett tal-limitazzjonijiet tal-kwoti u tal-qabdiet inċidentali;

(6)

il-kompożizzjoni tal-qabdiet f’termini tad-daqs tat-tonn abbord;

(7)

il-kwantitajiet fiżiċi ta’ tonn abbord u l-preżentazzjoni tagħhom;

(8)

l-irkaptu tas-sajd abbord;

(9)

il-preżenza ta’ osservatur fejn rilevanti.

L-uffiċjali għandhom ifittxu u jirrappurtaw dwar attivitajiet ta’ sajd IUU, u dwar l-użu ta’ inġenji tal-ajru jew ħelikopters ta’ tiftix.

1.3.2.   Kompiti ta’ spezzjoni waqt operazzjonijiet ta’ trasferiment

L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:

(1)

il-konformità mar-rekwiżiti tan-notifika minn qabel ta’ trasferiment;

(2)

li l-Istat tal-bandiera jkun assenja u kkomunika lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd, jew nassa jew razzett kif xieraq, numru ta’ awtorizzazzjoni għal kull operazzjoni ta’ trasferiment fi żmien 48 siegħa wara l-preżentazzjoni ta’ notifika minn qabel ta’ trasferiment;

(3)

konformità mar-rekwiżiti ta’ dikjarazzjoni ta’ trasferiment tal-ICCAT;

(4)

li d-dikjarazzjoni ta’ trasferiment kienet iffirmata mill-osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord u mibgħuta lill-kaptan tal-bastiment tal-irmonk;

(5)

konformità mar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni bil-vidjo.

1.3.3.   Kompiti ta’ spezzjoni waqt operazzjonijiet konġunti tas-sajd

L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:

(1)

konformità mar-rekwiżiti għall-operazzjonijiet konġunti tas-sajd rigward l-informazzjoni li għandha tkun irrappurtata fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd;

(2)

li l-awtorizzazzjoni għal operazzjoni konġunta tas-sajd tkun twasslet lill-bastimenti tas-sajd mill-awtoritajiet tal-Istati tal-bandiera bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness V għar-Regolament Nru 302/2009;

(3)

il-preżenza ta’ osservatur matul l-operazzjoni konġunta tas-sajd.

1.4.   Kompiti ta’ spezzjoni mal-ħatt l-art

L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:

(1)

li l-bastimenti tas-sajd ikunu awtorizzati joperaw (il-markar, l-identità, il-liċenzja, l-awtorizzazzjoni tas-sajd u l-listi tal-ICCAT, jekk rilevanti);

(2)

li n-notifika minn qabel tal-wasla għall-ħatt l-art tkun intbagħtet mill-awtoritajiet kompetenti;

(3)

li l-awtorità rilevanti tkun bagħtet reġistrazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtorità tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd, fi żmien 48 siegħa wara li jkun intemm il-ħatt l-art;

(4)

li l-bastimenti tas-sajd ikunu mgħammra b’Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastiment (VMS) operattiva u li jkunu rispettati r-rekwiżiti dwar il-komunikazzjoni VMS;

(5)

konformità mar-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni tal-bastiment;

(6)

il-kwantitajiet fiżiċi ta’ tonn abbord, u l-preżentazzjoni tagħhom;

(7)

il-kompożizzjoni totali tal-qabdiet tat-tonn abbord sabiex ikunu vverifikati r-regoli dwar il-qbid inċidentali;

(8)

il-kompożizzjoni tal-qabdiet f’termini ta’ daqs ta’ tonn abbord sabiex ikunu vverifikati r-regoli dwar id-daqs minimu;

(9)

l-irkaptu tas-sajd abbord;

(10)

fil-każ ta’ ħatt l-art ta’ prodotti pproċessati, l-użu tal-fatturi ta’ konverżjoni tal-ICCAT biex jiġi kkalkolat il-piż gross ekwivalenti tat-tonn ipproċessat;

(11)

li t-tonn offrut għall-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur finali, mill-bastimenti tas-sajd fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran, ikun immarkat jew ittikkettat b’mod korrett;

(12)

li t-tonn li jinħatt l-art mid-dgħajjes tas-sajd, bastimenti li jistadu bil-konz, dgħajjes bil-qasba jew għat-trejjix fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran jkunu mmarkati b’mod korrett minn denbhom.

1.5.   Kompiti ta’ spezzjoni matul it-trażbord

L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:

(1)

li l-bastimenti tas-sajd huma awtorizzati joperaw (il-markar, l-identità, il-liċenzja, l-awtorizzazzjoni tas-sajd u l-listi tal-ICCAT);

(2)

li n-notifika minn qabel tal-wasla fil-port tkun intbagħtet u kien fiha l-informazzjoni korretta dwar it-trażbord;

(3)

li l-bastimenti tas-sajd tat-trażbord li jixtiequ jittrażbordaw ikunu rċevew awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat tal-bandiera tagħhom;

(4)

li l-kwantitajiet notifikati minn qabel għat-trażbord huma vverifikati;

(5)

li ntbagħtet dikjarazzjoni tat-trażbord lill-Istati tal-bandiera sa mhux aktar tard minn 48 siegħa wara d-data tat-trażbord fil-port;

(6)

li d-dokumentazzjoni rilevanti tkun abbord u mimlija kif suppost, fosthom id-dikjarazzjoni tat-trażbord, id-dokumenti rilevanti tal-qbid tat-tonn tal-ICCAT u ċ-ċertifikat tar-riesportazzjoni;

(7)

fil-każ ta’ prodotti pproċessati, l-użu tal-fatturi ta’ konverżjoni tal-ICCAT biex jiġi kkalkolat il-piż gross ekwivalenti tat-tonn ipproċessat.

1.6.   Kompiti ta’ spezzjoni fuq stallazzjonijiet tal-irziezet

L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:

(1)

li d-dokumentazzjoni hija preżenti u mimlija u rrapurtata kif suppost (id-dokumenti tal-qbid tat-tonn u ċ-ċertifikat tar-riesportazzjoni, id-dikjarazzjoni ta’ trasferiment, dikjarazzjoni ta’ trażbord);

(2)

li l-operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ kienet awtorizzata minn qabel mill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tal-qbid;

(3)

li osservatur reġjonali tal-ICCAT kien preżenti matul it-trasferimenti u l-attivitajiet ta’ ħsad tat-tonn kollha, u vvalida d-dikjarazzjonijiet tat-tqegħid fil-gaġeġ;

(4)

li l-attivitajiet kollha tat-trasferimenti mill-gaġeġ għar-razzett ġew immonitorjati minn vidjo kamera fl-ilma;

(5)

li l-Istat tar-razzett mhux se jaċċetta t-tqegħid fil-gaġeġ tat-tonn fejn il-kwantità bil-għadd u/jew piż hija aktar minn dik awtoritzzata biex titqiegħed fil-gaġġa mill-Istat tal-bandiera.

Se jsiru għadd ta’ spezzjonijiet ta’ fuq “il-post” minn spetturi bugħaddasa tal-Istat Membru fil-gaġeġ tar-razzett biex jikkonfermaw il-kwantitajiet ta’ ħut fil-gaġeġ. Dan għandu jsir minn bugħaddasa li fi Stat Membru wieħed ikunu qed jagħmlu użu wkoll minn kamera sterjoskopika.

1.7.   Kompiti ta’ spezzjoni marbuta mat-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni

L-uffiċjali għandhom jivverifikaw sistematikament:

(1)

fir-rigward tat-trasport, b’mod partikolari d-dokumenti relatati rilevanti u jivverifikawhom mal-kwantitajiet fiżiċi ttrasportati;

(2)

fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni, li d-dokumentazzjoni rilevanti tkun preżenti u mimlija kif suppost, inklużi d-dokumenti rilevanti tal-qbid tat-tonn u ċ-ċertifikati tar-riesportazzjoni.

2.   Rapport tal-ispezzjoni

1.

Għall-ispezzjonijiet imwettqa fil-qafas tal-Iskema għal Spezzjoni Internazzjonali Konġunta tal-ICCAT, l-uffiċjali għandhom jużaw il-mudell fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness.

2.

Għall-ispezzjonijiet l-oħra, l-uffiċjali għandhom jużaw il-mudell tar-rapporti nazzjonali tagħhom sakemm jidħlu fis-seħħ ir-regoli li jimplimentaw l-Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Appendiċi 1

RAPPORT TA’ SPEZZJONI TAL-ICCAT Nru …

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

KSUR SERJU OSSERVAT

Image Test ta 'immaġni

ANNESS III

Kontenut tal-programmi nazzjonali ta’ azzjoni ta’ kontroll kif imsemmi fl-artikolu 12

Il-programmi nazzjonali ta'; azzjoni ta'; kontroll għandhom jispeċifikaw dan li ġej:

1.   MEZZI TA’ KONTROLL

1.   Mezzi umani

L-għadd ta'; uffiċjali ibbażati fuq l-art u dawk li jbaħħru u l-perjodi u ż-żoni fejn dawn huma disponibbli biex jiġu mħaddma.

2.   Mezzi tekniċi

L-għadd ta'; bastimenti u inġenji tal-ajru tar-ronda, u l-perjodi u ż-żoni fejn dawn huma disponibbli biex jiġu mħaddma.

3.   Mezzi finanzjarji

L-allokazzjoni baġitarja għall-użu tar-riżorsi umani u tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru tar-ronda.

2.   NOMINA TA’ PORTIJIET

Il-lista tal-portijiet deżinjati u l-ħinijiet deżinjati meħtieġa taħt ir-Rakkomandazzjoni 10-04 tal-ICCAT.

3.   PJANIJIET ANNWALI TAS-SAJD

Id-dettalji ta'; kwalunkwe sistema stabbilita għall-allokazzjoni tal-kwoti, il-monitoraġġ u l-kontroll tal-pjan tas-sajd.

4.   PROTOKOLLI TA’ SPEZZJONI

Protokolli dettaljati li jispjegaw il-metodoloġija għall-attivitajiet kollha ta'; spezzjoni.

Il-protokolli għandhom iqisu r-rekwiżiti kif stipulati fl-Artikolu 12 ta'; din id-Deċiżjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-punti li ġejjin ikunu inklużi fl-attivitajiet tagħhom ta'; spezzjoni:

1.   Il-qabdiet:

(a)

Il-kwantità (l-istima tal-bijomassa) u l-għadd preċiż ta'; kampjuni, –

(b)

Il-verifika li l-kwantitajiet tal-qabda jirrispettaw l-allokazzjoni tal-kwoti,

(c)

Il-verifika tar-rekwiżiti tad-daqs minimu, b’tolleranza ta'; % fin-numri.

2.   It-trasferiment:

(a)

L-awtorizzazzjoni minn qabel għal trasferimenti f’gaġġa tal-irmunkar u gaġeġ tal-irziezet,

(b)

Il-kwantità eżatta u l-għadd ta'; ħut trasferit f’gaġġa tal-irmunkar,

(c)

Il-mortalità waqt l-operazzjoni tal-irmunkar u d-destinazzjoni tal-ħut mejjet.

3.   Ir-razzett:

(a)

Il-konferma tal-leġittimità tal-qabda kif ukoll awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat Membru tal-bandiera,

(b)

IL-kwantità eżatta u l-għadd ta'; ħut trasferit fil-gaġeġ għat-tismin,

(c)

Il-programm tat-teħid ta'; kampjuni/tat-tikkettar biex jiġi stmat l-akkwist fil-piż.

4.   Il-ħsad u l-esportazzjoni:

(a)

Il-kwantità eżatta u l-għadd ta'; ħut li nħasad,

(b)

Il-kopertura mill-Programm għal Osservatur Reġjonali tal-ICCAT,

(c)

Il-kwantità eżatta skont it-tip tal-prodott (li tindika b’mod ċar il-fatturi ta'; konverżjoni).

5.   LINJI GWIDA

Linji gwida ta'; spjega għall-uffiċjali, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u s-sajjieda.

6.   PROTOKOLLI TA’ KOMUNIKAZZJONI

Protokolli ta'; komunikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti magħżula minn Stati Membri oħra bħala li huma responsabbli għall-programm ta'; kontroll u spezzjoni speċifiku għat-tonn.


ANNESS IV

Qagħda ta’ kull xahar tal-programm nazzjonali ta’ azzjoni ta’ Kontroll tat-Tonn

Rappurtar minn:

 

Stat Membru

 

Xahar

 

Sena

 


TAQSIMA A

Sommarju tal-ispezzjonijiet

 

 

Bastimenti tas-sajd bil-purse seine

Bastimenti tas-sajd bil-konz

Dgħajjes bil-lixka

Bastimenti tas-sajd bit-tkarkir

Bastimenti tal-irmunkar

Bastimenti oħrajn

Nassa

Razzett

Operaturi oħrajn

 

Jannar

Spezzjonijiet (total skont l-irkaptu)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fuq il-baħar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fuq l-art

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ksur (total skont l-irkaptu)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Frar

Spezzjonijiet (total skont l-irkaptu)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fuq il-baħar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fuq l-art

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ksur (total skont l-irkaptu)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Marzu

Spezzjonijiet (total skont l-irkaptu)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fuq il-baħar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fuq l-art

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ksur (total skont l-irkaptu)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

April

Spezzjonijiet (total skont l-irkaptu)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fuq il-baħar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fuq l-art

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ksur (total skont l-irkaptu)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Mejju

Spezzjonijiet (total skont l-irkaptu)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fuq il-baħar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fuq l-art

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ksur (total skont l-irkaptu)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ġunju

Spezzjonijiet (total skont l-irkaptu)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fuq il-baħar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fuq l-art

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ksur (total skont l-irkaptu)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lulju

Spezzjonijiet (total skont l-irkaptu)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fuq il-baħar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fuq l-art

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ksur (total skont l-irkaptu)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Awwissu

Spezzjonijiet (total skont l-irkaptu)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fuq il-baħar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fuq l-art

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ksur (total għall-irkaptu)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Settembru

Spezzjonijiet (total skont l-irkaptu)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fuq il-baħar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fuq l-art

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ksur (total skont l-irkaptu)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ottubru

Spezzjonijiet (total skont l-irkaptu)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fuq il-baħar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fuq l-art

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ksur (total skont l-irkaptu)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Novembru

Spezzjonijiet (total skont l-irkaptu)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fuq il-baħar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fuq l-art

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ksur (total skont l-irkaptu)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Diċembru

Spezzjonijiet (total skont l-irkaptu)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fuq il-baħar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

fuq l-art

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ksur (total skont l-irkaptu)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

OSSERVAZZJONIJIET

 


TAQSIMA B

Deskrizzjoni tal-ksur

Data

Tip ta’ kontroll

Żona

Nru tar-rapport tal-ispezzjoni

Bandiera

Nru tal-ICCAT (jew CFR)

Isem

Rkaptu

PNC u SV

Deskrizzjoni

Azzjoni meħuda? IVA/LE

Deskrizzjoni tal-azzjoni

Stat preżenti

Tul mistenni tal-investigazzjoni

Ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni

Kummenti

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

(12)

(13)

(14)

(15)

(16)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


SPJEGAZZJONI (għat-Taqsima B)

Nru

qasam

deskrizzjoni

1

DATA

Data li fiha saret l-ispezzjoni

2

TIP TA’ KONTROLL

S-baħar P-port F-razzett T-nassa O-oħrajn

3

ŻONA

Għal “S” indika l-koordinati. Għal “P, F, T jew O” indika ż-żona jew l-isem tal-port.

4

NRU TAR-RAPPORT TAL-ISPEZZJONI

Numru tar-rapport tal-ispezzjoni tal-ICCAT (jew nazzjonali)

5

BANDIERA

Bandiera tal-bastiment/operatur spezzjonat

6

NRU tal-ICCAT (jew CFR)

Numru tal-ICCAT jew numru tar-Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-Unjoni tal-bastiment/operatur spezzjonat

7

ISEM

L-isem tal-bastiment/operatur spezzjonat

8

RKAPTU

Rkaptu prinċipali użat mill-bastiment/operatur fil-mument tal-ispezzjoni

9

PNC u SV

Possibbiltà ta’ Nuqqas ta’ Konformità (PNC) u Ksur Serju (SV) indika r-referenza legali (il-leġiżlazzjoni tal-UE u/jew ir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT)

10

DESKRIZZJONI

Deskrizzjoni ta’ possibbiltà ta’ nuqqas ta’ konformità u/jew ta’ ksur serju

11

AZZJONI MEĦUDA? IVA/LE

Jekk IVA imla l-kaxxi 12-17, jekk LE, għaddi għan-numru 16

12

DESKRIZZJONI TAL-AZZJONI

(multa/penali/sekwestru/…)

13

STAT PREŻENTI

Pendenti/magħluq/qed jiġi investigat/eċċ

14

TUL MISTENNI TAL-INVESTIGAZZJONI

Tul mistenni tal-investigazzjoni u/jew tal-proċess

15

ĠUSTIFIKAZZJONI GĦAN-NUQQAS TA’ TEĦID TA’ AZZJONI

Ġustifikazzjoni sħiħa fil-każ li ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni

16

KUMMENTI

Kummenti ġenerali


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/29


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-1 ta' April 2011

dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta' emerġenza fil-ġlieda kontra l-marda ta' Newcastle fi Spanja fl-2009

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2062)

(It-test Spanjol biss huwa awtentiku)

(2011/208/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta' Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1) u b' mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Il-marda ta' Newcastle hija marda virali infettiva li tikkawża rata għolja ta' mwiet fit-tjur.

(2)

Fil-każ ta' tifqigħa tal-marda ta' Newcastle, hemm riskju li l-aġent tal-marda jista' jinfirex f'irziezet oħra tat-tjur f'dak l-Istat Membru, iżda anki fi Stati Membri oħra u f'pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ fit-tjur ħajjin jew il-prodotti tagħhom.

(3)

Tifqigħa ta' dik il-marda tista' għaldaqstant issir epidemija u tkun responsabbli għat-tnaqqis bil-kbir tal-profitabbiltà tat-trobbija tat-tjur.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE tal-14 ta' Lulju 1992 li tintroduċi l-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta' Newcastle (2) tistipula miżuri li f'każ ta' tifqigħa għandhom jiġu implimentati immedjatament mill-Istati Membri b'urġenza sabiex jiġi evitat aktar tixrid tal-vajrus.

(5)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta' emerġenza. Skont l-Artikolu 3(2) u 6(2) ta' dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw kontribuzzjoni finanzjarja lejn l-ispejjeż ta' ċerti miżuri għall-qerda tal-marda ta' Newcastle.

(6)

L-Artikolu 3(6) tad-Deċiżjoni 2009/470/KEE jistabbilixxi regoli dwar il-persentaġġ tan-nefqa li jġarrab l-Istat Membru li jista' jkun kopert mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità.

(7)

Il-ħlas ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta' emerġenza għall-qerda tal-marda ta' Newcastle huwa soġġett għar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta' Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli dwar il-finanzjament Komunitarju għal miżuri ta' emerġenza u għall-kampanja ta' ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (3).

(8)

Tifqigħa tal-marda ta' Newcastle ġiet ikkonfermata fi Spanja fis-26 ta' Novembru 2009. Spanja ħadet miżuri skont id-Direttiva 92/66/KEE u l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, biex tiġġieled din it-tifqigħa.

(9)

Spanja kkonformat għalkollox mal-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħha kif stipulati fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(10)

Fit-23 ta' Diċembru 2009, is-26 ta' Jannar 2010 u l-25 ta' Frar 2010, Spanja ssottomettiet stima tal-ispejjeż imġarrba fit-teħid tal-miżuri biex tinqered il-marda ta' Newcastle.

(11)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lil Spanja

1.   Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni tista' tingħata lil Spanja għall-ispejjeż imġarrba minn dak l-Istat Membru fit-teħid tal-miżuri skont l-Artikolu 3(2) u 6(2) tad-Deċiżjoni 2009/470/KEE, fil-ġlieda kontra l-marda ta' Newcastle fl-2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ffissata f'deċiżjoni sussegwenti li trid tiġi adottata f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 40 (2) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE.

Artikolu 2

Id-Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' Spanja.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1.

(3)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.


Rettifika

2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/31


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 58, tat-3 ta' Marzu 2011 )

F’paġna 58, fl-Anness I, il-punt 16:

minflok:

“16.

AL-SENUSSI, Kurunell Abdullah”;

aqra:

“16.

AL-SENUSSI, Kurunell Abdullah (Al-Megrahi)”.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/31


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2010 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 58, tat-3 ta' Marzu 2011 )

Fil-paġna ta' quddiem, fit-titolu tar-Regolament:

minflok:

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2010 …”;

aqra:

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 …”.

F’paġna 1, fit-titolu tar-Regolament

minflok:

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 204/2010 …”;

aqra:

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 204/2011 …”.