ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.081.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 81

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
29 ta' Marzu 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/189/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Riżorsi tas-Sajd f’Ibħra Internazzjonali fin-Nofsinhar tal-Oċean Paċifiku

1

 

 

2011/190/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Frar 2011 dwar l-arranġamenti għan-negozjar mill-ġdid tal-Ftehim Monetarju bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża, f'isem il-Komunità Ewropea, u l-Gvern tal-Altezza Serenissima tiegħu l-Prinċep ta' Monako

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 301/2011 tat-28 ta’ Marzu 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 rigward l-aġġustament tat-tariffi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għar-rata tal-inflazzjoni ( 1 )

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 302/2011 tat-28 ta' Marzu 2011 li jiftaħ kwota tariffarja eċċezzjonali għal ċerti kwantitajiet ta' zokkor għas-sena tas-suq 2010/2011

8

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 303/2011 tat-28 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

10

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/191/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Marzu 2011 li taħtar għaxar membri Griegi u disa’ membri supplenti Griegi fil-Kumitat tar-Reġjuni

12

 

 

2011/192/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Marzu 2011 li teskludi mill-finanzjament tal-UE ċerta nefqa mġarrba mill-Ungerija taħt il-programm għall-appoġġ ta’ miżuri ta’ qabel l-adeżjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali (Sapard) fl-2004 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1738)

14

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/193/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2011 tal-Kumitat Konġunt UE–Svizzera stabbilit fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007 tal-21 ta’ Jannar 2011 dwar l-aġġornar tal-Artikolu 1 tal-Anness I għall-Ftehim

16

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

29.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta' Ġunju 2010

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Riżorsi tas-Sajd f’Ibħra Internazzjonali fin-Nofsinhar tal-Oċean Paċifiku

(2011/189/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) , flimkien mal-Artikolu 218 (5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni hija kompetenti li tadotta miżuri għall-konservazzjoni ta’ riżorsi bijoloġiċi tal-baħar taħt il-politika komuni tas-sajd u li tidħol fi ftehimiet ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

(2)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE (1), l-Unjoni hija Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982, li tirrikjedi lill-membri kollha tal-komunità internazzjonali jikkooperaw fil-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi bijoliġiċi tal-baħar.

(3)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/414/KE (2), l-Unjoni hija Parti Kontraenti għall-Ftehim dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Ħażniet ta' Ħut Migratorju f'Żona Limitata (straddling) u Ħażniet ta' Ħut Ferm Migratorju.

(4)

Fis-17 ta' April 2007 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja, f'isem il-Komunità, Konvenzjoni dwar Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd (RFMO) fin-Nofsinhar tal-Paċifiku għal riżorsi tas-sajd li għadhom mhumiex koperti bl-RFMO eżistenti.

(5)

In-negozjati ġew konklużi b'suċċess f’Auckland, New Zealand, fl-14 ta’ Novembru 2009, bl-adozzjoni ta' abbozz ta' test tal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Riżorsi tas-Sajd f’Ibħra Internazzjonali fin-Nofsinhar tal-Oċean Paċifiku (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Konvenzjoni”), li, taħt l-Artikolu 36(1) tagħha, hija miftuħa għall-firma għal perijodu ta' 12-il xahar mill-1 ta' Frar 2010.

(6)

L-objettiv tal-Konvenzjoni huwa biex tiżgura, permezz tal-implimentazzjoni effettiva tagħha, il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli fit-tul tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni.

(7)

Ġaladarba bastimenti li jtajru l-bandieri tal-Istati Membri tal-Unjoni jistadu għal riżorsi fiż-żona tal-Konvenzjoni, huwa fl-interess tal-Unjoni li hija taqdi rwol effettiv fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni.

(8)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Riżorsi tas-Sajd f’Ibħra Internazzjonali fin-Nofsinhar tal-Oċean Paċifiku (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Konvenzjoni”) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni ta' din il-Konvenzjoni (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar il-persuna/i mogħtija s-setgħa jiffirma/w il-Konvenzjoni f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BLANCO LÓPEZ


(1)  ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 189, 3.7.1998, p. 14.

(3)  It-test tal-Konvenzjoni ser jiġi ppublikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tagħha.


29.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Frar 2011

dwar l-arranġamenti għan-negozjar mill-ġdid tal-Ftehim Monetarju bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża, f'isem il-Komunità Ewropea, u l-Gvern tal-Altezza Serenissima tiegħu l-Prinċep ta' Monako

(2011/190/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 219(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

(1)

L-Unjoni assumiet il-kompetenza fil-kwistjonijiet monetarji u fir-rata tal-kambju mid-data tal-introduzzjoni tal-euro.

(2)

Il-Kunsill irid jiddetermina l-arranġamenti għan-negozjar u l-konklużjoni ta' ftehimiet li jikkonċernaw kwistjonijiet tar-reġim monetarju jew dak tas-sistema tal-kambju barrani;

(3)

Fis-26 ta' Diċembru 2001 ġie konkluż il-Ftehim Monetarju bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża, f'isem il-Komunità Ewropea, u l-Gvern tal-Altezza Serenissima tiegħu l-Prinċep ta' Monako (1) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”).

(4)

Franza għandha rabtiet monetarji li ilhom ħafna mal-Prinċipalità ta' Monako (minn hawn ’il quddiem “Monako”), li huma riflessi f'diversi strumenti legali. L-istituzzjonijiet finanzjarji li f'Monako għandhom id-dritt li jaċċedu għall-faċilitajiet ta' rifinanzjament tal-Banque de France u jipparteċipaw f'xi sistemi tal-pagamenti Franċiżi bl-istess kondizzonijiet tal-banek Franċiżi.

(5)

Fil-konklużjoni tiegħu tal-10 ta' Frar 2009 l-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-funzjonament tal-Ftehimiet Monetarji eżistenti u biex tikkunsidra żidiet possibbli fil-limiti massimi għall-ħruġ ta' muniti.

(6)

Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-Komunikazzjoni dwar il-funzjonament tal-Ftehimiet Monetarji ma' Monako, San Marino u l-Vatikan li l-Ftehim fil-forma attwali tiegħu jeħtieġ li jiġi emendat bil-ħsieb li jiġi żgurat approċċ aktar konsistenti fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-pajjiżi li jkunu ffirmaw ftehim monetarju.

(7)

Il-Ftehim għandu għalhekk jiġi nnegozjat mill-ġdid bil-ħsieb li jiġi aġġustat l-limtu massimu għall-ħruġ ta' muniti, tintagħżel ġuridizzjoni għas-soluzzjoni ta' tilwim possibbli, u jiġi aġġustat il-format tal-Ftehim sabiex jinġieb aktar viċin tal- mudell il-ġdid għall-ftehimiet monetarji. Il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm jiġi konkluż ftehim innegozjat mill-ġdid bejn il-partijiet,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Franza għandha tinnotifika lil Monako dwar il-ħtieġa li jiġi emendat il-Ftehim fl-iktar data kmieni possibbli u toffri negozjar mill-ġdid dwar id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim.

Artikolu 2

L-Unjoni għandha tfittex dawn il-bidliet li ġejjin fin-negozjar mill-ġdid tal-Ftehim:

(a)

Il-Ftehim innegozjat mill-ġdid għandu jiġi konkluż bejn l-Unjoni, rappreżentata mill-Gvern tar-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni, u l-Gvern tal-Altezza Serenissima tiegħu l-Prinċep ta' Monako.

(b)

Il-metodu għad-determinazzjoni tal-limitu massimu ta' ħruġ ta' muniti tal-euro ta' Monako għandu jiġi rivedut. Il-limitu massimu l-ġdid għandu jkun ikkalkulat permezz ta' metodu li jikkombina parti fissa li jkollha l-għan li tevita l-ispekulazzjoni numismatika eċċessiva fuq il-muniti ta' Monako billi tissodisfa d-domanda tas-suq tal-kolletturi tal-muniti, ma' parti varjabbli, ikkalkulata bħala l-ħruġ medju per capita ta' muniti fi Franza fis-sena n-1 immultiplikat bl-għadd ta' abitanti ta' Monako. Bla ħsara għall-ħruġ ta' muniti għall-kolletturi, il-Ftehim innegozjat mill-ġdid għandu jistabbilixxi l-proporzjon minimu ta' muniti tal-euro ta' Monako biex jitqiegħdu f'ċirkolazzjoni b'valur nominali għal 80 % tal-muniti tal-euro maħruġa kull sena.

(ċ)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“Qorti tal-Ġustizzja”) għandha tiġi eletta bħala l-korp inkarigat mis-soluzzjoni ta' tilwim li jista' jinqala’ mill-applikazzjoni tal-Ftehim. Jekk l-Unjoni jew Monako jikkunsidraw li l-Parti l-oħra ma tkunx issodisfat xi obbligu skont il-Ftehim innegozjat mill-ġdid, din tista' tressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha tkun vinkolanti fuq il-Partijiet, li min-naħa tagħhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mas-sentenza f'perijodu ta' żmien li għandu jiġi deċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha. Fil-każ li l-Unjoni jew Monako jonqsu milli jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mas-sentenza matul dak il-perijodu, il-Parti l-oħra tista' minnufih ittemm il-Ftehim innegozjat mill-ġdid.

(d)

Il-format tal-Ftehim innegozjat mill-ġdid għandu jiġi aġġustat.

Artikolu 3

In-negozjati ma' Monako għandhom jitwettqu minn Franza u l-Kummissjoni f'isem l-Unjoni. Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu jkun assoċjat bis-sħiħ man-negozjati u għall-kwistjonijiet li jaqgħu fil-qasam ta' kompetenza tiegħu għandu jkun meħtieġ il-qbil tiegħu. Franza u l-Kummissjoni għandhom jissottomettu l-abbozz tal-Ftehim innegozjat mill-ġdid lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF) għal opinjoni.

Artikolu 4

Franza u l-Kummissjoni għandhom ikunu intitolati jikkonkludu l-Ftehim f'isem l-Unjoni, sakemm il-KEF jew il-BĊE ma jkunx tal-opinjoni li l-Ftehim innegozjat mill-ġdid għandu jiġi ppreżentat lill-Kunsill.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża, lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

PINTÉR S.


(1)  ĠU L 142, 31.5.2002, p. 59.


REGOLAMENTI

29.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 301/2011

tat-28 ta’ Marzu 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 rigward l-aġġustament tat-tariffi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għar-rata tal-inflazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 tal-10 ta’ Frar 1995 dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 67(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (2), id-dħul tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”) jikkonsisti f’kontribuzzjoni mill-Unjoni u fit-tariffi mħallsa minn intrapriżi lill-Aġenzija. Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 jistabbilixxi l-kategoriji u l-livelli ta’ dawn it-tariffi.

(2)

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95 jeħtieġ li t-tariffi tal-Aġenzija jiġu aġġornati kull sena b’referenza għar-rata ta’ inflazzjoni.

(3)

Dawn it-tariffi għalhekk għandhom jiġu aġġornati b’referenza għar-rata ta’ inflazzjoni tal-2010. Ir-rata tal-inflazzjoni fl-Unjoni, kif ippubblikata mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea (Eurostat), kienet 2,1 % fl-2010.

(4)

Għal raġunijiet ta’ sempliċità, il-livelli aġġustati tat-tariffi għandhom jiġu aġġustati lejn l-eqreb EUR 100.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li jkunu pendenti fl-1 ta’ April 2011.

(7)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95 l-aġġornament għandu jsir b’effett mill-1 ta’ April 2011. Għalhekk jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza u li jibda japplika minn din id-data,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-Paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel sottoparagrafu, “EUR 254 100” hija mibdula għal “EUR 259 400”;

fit-tieni sottoparagrafu, “EUR 25 500” hija mibdula għal “EUR 26 000”;

fit-tielet sottoparagrafu, “EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”;

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel sottoparagrafu, “EUR 98 600” hija mibdula għal “EUR 100 700”;

fit-tieni sottoparagrafu, “EUR 164 200” hija mibdula għal “EUR 167 600”;

fit-tielet sottoparagrafu, “EUR 9 800” hija mibdula għal “EUR 10 000”;

fir-raba’ sottoparagrafu, “EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”;

(iii)

il-punt (c) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel sottoparagrafu, “EUR 76 300” hija mibdula għal “EUR 77 900”;

fit-tieni sottoparagrafu, “EUR 19 100 sa EUR 57 200” hija mibdula għal “EUR 19 500 sa EUR 58 400”;

fit-tielet sottoparagrafu, “EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”;

(b)

il-Paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel sottoparagrafu tal-punt (a) huwa emendat kif ġej:

“EUR 2 700” hija mibdula għal “EUR 2 800”;

“EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”;

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel sottoparagrafu, “EUR 76 300” hija mibdula għal “EUR 77 900”;

fit-tieni sottoparagrafu, “EUR 19 100 sa EUR 57 200” hija mibdula għal “EUR 19 500 sa EUR 58 400”.

(c)

Fil-paragrafu 3, “EUR 12 600” hija mibdula għal “EUR 12 900”.

(d)

Fil-paragrafu 4, “EUR 19 100” hija mibdula għal “EUR 19 500”.

(e)

Fil-paragrafu 5, “EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”.

(f)

Il-Paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel sottoparagrafu, “EUR 91 100” hija mibdula għal “EUR 93 000”;

(ii)

fit-tieni sottoparagrafu, “EUR 22 700 sa EUR 68 300” hija mibdula għal “EUR 23 200 sa EUR 69 700”.

(2)

Fl-Artikolu 4, “EUR 63 400” hija mibdula għal “EUR 64 700”.

(3)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-Paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel sottoparagrafu, “EUR 127 100” hija mibdula għal “EUR 129 800”;

fit-tieni sottoparagrafu, “EUR 12 600” hija mibdula għal “EUR 12 900”;

fit-tielet sottoparagrafu, “EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”;

ir-raba’ sottoparagrafu huwa emendat kif ġej:

“EUR 63 400” hija mibdula għal “EUR 64 700”;

“EUR 6 400” hi mibdula għal “EUR 6 500”;

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel sottoparagrafu, “EUR 63 400” hija mibdula għal “EUR 64 700”;

fit-tieni sottoparagrafu, “EUR 107 400” hija mibdula għal “EUR 109 700”;

fit-tielet sottoparagrafu, “EUR 12 600” hija mibdula għal “EUR 12 900”;

fir-raba’ sottoparagrafu, “EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”;

il-ħames sottoparagrafu huwa emendat kif ġej:

“EUR 31 700” hija mibdula għal “EUR 32 400”;

“EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”;

(iii)

il-punt (c) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel sottoparagrafu, “EUR 31 700” hija mibdula għal “EUR 32 400”;

fit-tieni sottoparagrafu, “EUR 7 900 sa EUR 23 700” hija mibdula għal “EUR 8 100 sa EUR 24 200”;

fit-tielet sottoparagrafu, “EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”.

(b)

il-Paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

“EUR 2 700” hija mibdula għal “EUR 2 800”;

“EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”;

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel sottoparagrafu, “EUR 38 100” hija mibdula għal “EUR 38 900”;

fit-tieni sottoparagrafu, “EUR 9 500 sa EUR 28 600” hija mibdula għal “EUR 9 700 sa EUR 29 200”;

fit-tielet sottoparagrafu, “EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”.

(c)

Fil-paragrafu 3, “EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”.

(d)

Fil-paragrafu 4, “EUR 19 100” hija mibdula għal “EUR 19 500”.

(e)

Fil-paragrafu 5, “EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”.

(f)

Il-Paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel sottoparagrafu, “EUR 30 400” hija mibdula għal “EUR 31 000”;

(ii)

fit-tieni sottoparagrafu, “EUR 7 600 sa EUR 22 700” hija mibdula għal “EUR 7 800 sa EUR 23 200”.

(4)

Fl-Artikolu 6, “EUR 38 100” hija mibdula għal “EUR 38 900”.

(5)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel paragrafu, “EUR 63 400” hija mibdula għal “EUR 64 700”;

(b)

fit-tieni paragrafu, “EUR 19 100” hija mibdula għal “EUR 19 500”.

(6)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-Paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

fit-tieni sottoparagrafu, “EUR 76 300” hija mibdula għal “EUR 77 900”;

(ii)

fit-tielet sottoparagrafu, “EUR 38 100” hija mibdula għal “EUR 38 900”;

(iii)

fir-raba’ sottoparagrafu, “EUR 19 100 sa EUR 57 200” hija mibdula għal “EUR 19 500 sa EUR 58 400”;

(iv)

fil-ħames sottoparagrafu, “EUR 9 500 sa EUR 28 600” hija mibdula għal “EUR 9 700 sa EUR 29 200”;

(b)

il-Paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

fit-tieni sottoparagrafu, “EUR 254 100” hija mibdula għal “EUR 259 400”;

(ii)

fit-tielet sottoparagrafu, “EUR 127 100” hija mibdula għal “EUR 129 800”;

(iii)

fil-ħames sottoparagrafu, “EUR 2 700 sa EUR 219 000” hija mibdula għal “EUR 2 800 sa EUR 223 600”;

(iv)

fis-sitt sottoparagrafu, “EUR 2 700 sa EUR 109 600” hija mibdula għal “EUR 2 800 sa EUR 111 900”.

(c)

Fil-paragrafu 3, “EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li jkunu pendenti fl-1 ta’ April 2011.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ April 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 35, 15.2.1995, p. 1.

(2)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.


29.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 302/2011

tat-28 ta' Marzu 2011

li jiftaħ kwota tariffarja eċċezzjonali għal ċerti kwantitajiet ta' zokkor għas-sena tas-suq 2010/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 187, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-prezzijiet tas-suq dinji għaz-zokkor ilhom f'livell għoli kostanti sa mill-bidu tas-sena tas-suq 2010/2011. It-tbassir tal-prezzijiet tas-suq dinji għal Mejju, Lulju u Ottubru 2011, ibbażat fuq is-suq tal-kambju għall-futuri taz-zokkor ta' New York jindika li l-prezz tas-suq dinji se jibqa' għoli.

(2)

Id-differenza negattiva bejn id-disponibbiltà u l-utilizzazzjoni taz-zokkor fis-suq tal-Unjoni matul l-aħħar sentejn tas-suq hija stmata għal miljun (1,0) tunnellata. Dan jirriżulta fl-iżjed livell baxx ta' stokkijiet aħħarin minn mindu ġiet implimentata r-riforma tas-settur taz-zokkor fl-2006. Kwalunkwe tnaqqis ieħor fl-importazzjonijiet jhedded li jxekkel id-disponibbiltà tal-provvista fis-suq taz-zokkor tal-Unjoni u li jgħolli l-prezz intern tas-suq taz-zokkor. Sabiex tiġi limitata d-differenza negattiva bejn id-disponibbiltà u l-utilizzazzjoni taz-zokkor fis-suq tal-Unjoni fis-sena tas-suq 2010/2011, hemm bżonn li jiġu utilizzati kompletament il-flussi eżistenti tal-importazzjoni: il-kwoti tar-rati tariffarji tal-importazzjoni u l-1,95 miljun tunnellata ta' importazzjonijiet li jirriżultaw mill-arranġamenti tal-kummerċ, il-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika / Kollox Ħlief Armi (FSE/EBA).

(3)

Madankollu, l-importazzjonijiet tal-FSE/EBA rreġistrati matul is-sena tas-suq 2009/2010 ammontaw għal 1,5 miljun tunnellata. Abbażi tas-sitwazzjoni attwali tas-suq dinji, din il-kwantità ma tantx għandha l-probabbiltà li tiżdied fit-terminu ta' żmien qasir. Din inevitabbilment twassal għall-iktar tnaqqis fil-provvista fis-suq tal-UE. Din is-sitwazzjoni hija kkawżata mill-prezzijiet għoljin fis-suq dinji taz-zokkor u għal dik ir-raġuni, hemm bżonn li tiġi sospiża l-applikazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni għal ċerti kwantitajiet ta' zokkor.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (2) jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjonijiet ta' prodotti taz-zokkor skont l-Artikolu 187 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 bin-numru tas-serje 09.4380 (zokkor ta' importazzjoni eċċezzjonali). Madankollu, skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 891/2009 il-kwantitajiet ta’ dawk il-prodotti li għalihom għandha tiġi sospiża l-applikazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni għandhom ikunu determinati permezz ta’ att legali separat.

(5)

Il-kwantità eċċezzjonali ta' zokkor li jista' jiġi importat b'rata ta' dazju nulla fis-sena tas-suq 2011/2012, trid tiġi stabbilita skont dan.

(6)

Sabiex jiġi evitat il-kummerċ tal-liċenzji tal-importazzjoni, id-drittijiet li tagħti l-liċenzja tal-importazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.

(7)

Il-livell ta' sigurtà għandu jiġi stabbilit f'livell għoli biżżejjed biex jiżgura l-utilizzazzjoni kompluta tal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont il-prezzijiet volatili taz-zokkor dinji, attwali.

(8)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax l-opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dazji fuq l-importazzjoni għaz-zokkor li jaqa' taħt il-kodiċi NM 1701 u bin-numru tal-ordni 09.4380 għandhom jiġu sospiżi għal kwantità ta' 300 000 tunnellata mill-1 ta' April 2011 sat-30 ta' Settembru 2011.

Ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 għandu japplika għall-aministrazzjoni tal-kwota msemmija fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 2

B’deroga mill-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (3), id-drittijiet li tagħti l-liċenzji tal-importazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 3

B’deroga mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 891/2009, l-ammont ta’ sigurtà għandu jkun ta' EUR 150 għal kull tunnellata.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ April 2011.

Għandu jiskadi fit-30 ta’ Settembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.

(3)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.


29.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 303/2011

tat-28 ta’ Marzu 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

71,2

MA

55,9

TN

115,9

TR

84,3

ZZ

81,8

0707 00 05

EG

170,1

TR

142,8

ZZ

156,5

0709 90 70

MA

34,5

TR

112,1

ZA

49,8

ZZ

65,5

0805 10 20

EG

52,4

IL

78,3

MA

53,2

TN

51,7

TR

73,9

ZZ

61,9

0805 50 10

TR

52,9

ZZ

52,9

0808 10 80

AR

84,5

BR

79,3

CA

106,9

CL

97,6

CN

93,3

MK

47,7

US

138,4

UY

64,5

ZA

77,8

ZZ

87,8

0808 20 50

AR

89,2

CL

74,8

CN

59,4

US

79,9

ZA

102,7

ZZ

81,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

29.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Marzu 2011

li taħtar għaxar membri Griegi u disa’ membri supplenti Griegi fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2011/191/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Grieg,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/EU (1) u 2010/29/EU (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Panagiotis PSOMIADIS, is-Sur Yannis SGOUROS, is-Sur Konstantinos TZATZANIS, is-Sur Konstantinos TATSIS, is-Sur Andreas FOURAS, is-Sur Dimitris KALOGEROPOULOS, is-Sinjura Evangelina SCHOINARAKI-ILIAKI, is-Sur Dimitrios TSIGKOUNIS, is-Sur Georgios PAPASTERGIOU u s-Sur Grigorios ZAFEIROPOULOS, saru vakanti għaxar siġġijiet ta’ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-ħatra tas-Sur Panagiotis OIKONOMIDIS, is-Sur Ioannis MACHAIRIDIS, is-Sur Dimitrios DRAKOS, is-Sur Polydoros LAMPRINOUDIS, is-Sur Miltiadis KLAPAS, is-Sur Spyros SPYRIDON, is-Sur Lukas KATSAROS u s-Sur Konstantinos KONTOYORGOS, saru vakanti tmien siġġijiet ta’ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Georgios KOTRONIAS bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membri:

Stavros ARNAOUTAKIS, Kap tar-Reġjun ta’ Kreta

Grigorios ZAFEIROPOULOS, Kunsillier tar-Reġjun ta’ Attica

Dimitrios KALOGEROPOULOS, Kunsillier Muniċipali ta’ Aigaleo

Georgios KAMINIS, Sindku ta’ Ateni

Apostolos KATSIFARAS, Kap tar-Reġjun tal-Punent tal-Greċja

Georgios KOTRONIAS, Sindku ta’ Lamia

Ioannis BOUTARIS, Sindku ta’ Tessalonika

Nikolaos PAPANDREOU, Kunsillier tar-Reġjun ta’ Sterea Ellada

Ioannis SGOUROS, Kap tar-Reġjun ta’ Attica

Panagiotis PSOMIADIS, Kap tar-Reġjun tal-Maċedonja Ċentrali

u

(b)

bħala membri supplenti:

Pavlos ALTINIS, Kunsillier tar-Reġjun tal-Punent tal-Maċedonja

Athanasios GIAKALIS, Kap tar-Reġjun tat-Tramuntana tal-Eġew

Aristeidis GIANNAKIDIS, Kap tar-Reġjun tal-Maċedonja tal-Lvant-Thrace

Dimitrios DRAKOS, Kunsillier tar-Reġjun ta’ Peloponnisos

Polydoros LAMPRINOUDIS, Sindku ta’ Chios

Christos LAPPAS, Sindku ta’ Trikala

Ioannis MACHAIRIDIS, Kap tar-Reġjun tan-Nofsinhar tal-Eġew

Dimitrios BIRMPAS, Kunsillier Muniċipali ta’ Aigaleo

Spyros SPYRIDON, Kunsillier tar-Reġjun ta’ Attica

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


29.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Marzu 2011

li teskludi mill-finanzjament tal-UE ċerta nefqa mġarrba mill-Ungerija taħt il-programm għall-appoġġ ta’ miżuri ta’ qabel l-adeżjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali (Sapard) fl-2004

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1738)

(It-test bl-Ungeriż biss huwa awtentiku)

(2011/192/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar l-għajnuna mill-Komunità għal miżuri ta’ qabel l-Adeżjoni għal żvilupp agrikolu u rurali fil-pajjiżi applikanti tal-Ewropa Ċentrali u ta’ Lvant matul il-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2222/2000 tas-7 ta’ Ġunju 2000 li jniżżel regoli finanzjarji għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 dwar l-appoġġ tal-Komunità għal miżuri qabel l-adeżjoni għall-iżvilupp agrikolu u rurali fil-pajjiżi applikanti tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant fil-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim ta’ Finanzjament Multiannwali bejn il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, f’isem il-Komunità Ewropea, u l-Ungerija li ġie konkluż fil-15 ta’ Ġunju 2001, u b’mod partikolari l-Artikolu 12, it-Taqsima A tal-Anness tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1419/2004 (3) jipprovdi li titkompla l-applikazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Finanzjamaent Multiannwali u l-Ftehim ta’ Finanzjament Annwali konklużi bejn il-Kummissjoni Ewropea, li tirrappreżenta lill-Unjoni Ewropea min-naħa l-waħda, u lir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, is-Slovakkja, s-Slovenja min-naħa l-oħra, u għal ċerti derogi mill-Ftehimiet ta’ Finanzjament Multiannwali (minn hawn ‘il quddiem MAFAs) u mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1266/1999 (4) u r-Regolament (KE) Nru 2222/2000;

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 447/2004 (5) li jippreskrivi r-regoli biex tiġi ffaċilitata t-transizzjoni minn sostenn taħt ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 għal dak li hemm provvediment dwaru fir-Regolamenti (KE) Nru 1257/1999 (6) u (KE) Nru 1260/1999 (7) għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, flimkien mal-MAFAs kif imsemmi fl-Anness I, il-punt 1 għar-Regolament (KE) Nru 1419/2004, u, fl-Artikolu 12 għat-Taqsima A tal-Anness għall-MAFA,

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 248/2007 (8) jipprovdi għal miżuri rigward l-MAFAs u l-Ftehimiet ta’ Finanzjament Annwali konklużi taħt il-programm Sapard u t-tranżizzjoni mis-Sapard għall-iżvilupp rurali, flimkien mal-MFAs kif imsemmija fl-Anness III għal dak ir-Regolament,

(4)

L-Artikolu 12(1) tat-Taqsima A tal-Anness għall-MAFA, li baqa’ fis-seħħ wara l-adeżjoni tal-Ungerija fl-Unjoni Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 248/2007, jesiġi li l-Kummissjoni tieħu Deċiżjoni (minn hawn ’il quddiem “id-Deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-konformità”) dwar in-nefqa li trid tiġi eskluża mill-kofinanzjament tal-UE fejn issib li n-nefqa ma tkunx twettqet skont dan il-Ftehim.

(5)

Is-sejbiet tar-rapport taċ-ċertifikazzjoni annwali għall-kontijiet Sapard għas-sena finanzjarja 2004 indikaw li l-Aġenzija Sapard setgħet kisret ċerti dispożizzjonijiet tal-MAFA. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nediet inkjesta skont l-Artikolu 12 tat-Taqsima A tal-Anness għall-MAFA.

(6)

Skont l-Artikolu 12(3) tat-Taqsima A tal-Anness għall-MAFA, l-awtoritajiet Ungeriżi ġew mistiedna għal diskussjoni bilaterali fit-8 ta’ Novembru 2005, li fiha ż-żewġ partijiet għamlu ħilithom biex jilħqu ftehim dwar l-azzjoni li kellha tittieħed u dwar evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur.

(7)

Wara d-diskussjoni bilaterali, il-Kummissjoni xorta baqgħet tqis li ċertu nfiq ma kienx twettaq skont ir-regoli li jirregolaw il-programm Sapard. Għal uħud mill-pagamenti li saru fis-snin finanzjarji 2003 u 2004, l-Ungerija ma ħarsitx l-iskadenza ta’ tliet xhur għall-pagamenti lill-benefiċjarji pprovduta fl-Artikolu 8(6), it-Taqsima A tal-MAFA. Skont din id-dispożizzjoni, l-intervall bejn meta ġew riċevuti d-dokumenti ta’ appoġġ meħtieġa biex isir il-pagament u l-ħruġ tal-ordni tal-pagament ma kellux jaqbeż it-tliet xhur.

(8)

Permezz tal-ittra tas-16 ta’ Ottubru 2009, l-awtoritajiet Ungeriżi bdew proċedura ta’ konċiljazzjoni skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(3) tat-Taqsima A u l-Entrata 9 tat-Taqsima F tal-Anness għall-MAFA. Il-Korp ta’ Konċiljazzjoni appoġġa l-argumenti ppreżentati mill-awtoritajiet Ungeriżi u qieshom bħala ċirkostanzi eċċezzjonali sabiex ikun hemm deroga mill-iskadenza għall-pagamenti lill-benefiċjarji mogħtija bid-dispożizzjoni tal-Artikolu 8(6), it-Taqsima A tal-MAFA.

(9)

Il-Kummissjoni ma setgħetx tqis l-argumenti mogħtija mill-awtoritajiet Ungeriżi bħala ċirkostanzi eċċezzjonali, li jiġġustifikaw deroga mill-Artikolu 8(6), it-Taqsima A tal-MAFA, u pproponiet l-ammont ta’ EUR 2 535 286,00 bħala tnaqqis finanzjarju.

(10)

Skont l-Artikolu 12(7) tat-Taqsima A tal-Anness għall-MAFA, l-ammont li għandu jiġi rkuprat għandu jiġi kkomunikat lill-Uffiċjali Nazzjonali tal-Awtorizzazzjoni li, f’isem l-Ungerija, għandu jiżgura li l-ammont jiġi kkreditat fil-kont tas-SAPARD f’euro fi żmien xahrejn mid-data li tittieħed id-Deċiżjoni. Madankollu, minħabba l-fatt li l-implimentazzjoni tal-programm Sapard hija finalizzata, l-irkupru tas-somma eskluża għandu jiġi eżegwit fil-forma ta’ ordni ta’ rkupru.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammont ta’ EUR 2 535 286,00, imħallas mill-Aġenzija Sapard Ungeriża huwa b’dan eskluż mill-finanzjament tal-UE minħabba li t-tranżazzjonijiet sottostanti ma jikkonformawx mar-regoli li jirregolaw il-programm Sapard.

Il-kalkolu tal-korrezzjoni huwa indikat fl-anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Ungerija.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 161, 26.6.1999, p. 87.

(2)  ĠU L 253, 7.10.2000, p. 5.

(3)  ĠU L 258, 5.8.2004, p. 11.

(4)  ĠU L 161, 26.6.1999, p. 68.

(5)  ĠU L 72, 11.3.2004, p. 64.

(6)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80.

(7)  ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1.

(8)  ĠU L 69, 9.3.2007, p. 5.


ANNESS

TABELLA TAT-TNAQQIS

Dewmien

Nefqa totali fis-sena finanzjarja 2004

(f’EUR)

Użu tar-riżerva ta’ 4 %

Ammont soġġett għat-tnaqqis

(f’EUR)

Rata tat-tnaqqis

(%)

Komputazzjoni tat-tnaqqis

(f’EUR)

0 xhur

32 367 673,72

mhux applikabbli

mhux applikabbli

0

0,00

Sa xahar

7 283 177,62

–1 294 706,95

5 988 470,67

10

598 847,07

Sa xahrejn

1 601 753,18

0,00

1 601 753,18

25

400 438,29

Sa 3 xhur

601 262,42

0,00

601 262,42

45

270 568,09

Sa 4 xhur

484 224,09

0,00

484 224,09

70

338 956,86

5 xhur u aktar

926 475,69

0,00

926 475,69

100

926 475,69

Total Kumplessiv

43 264 566,71

–1 294 706,95

9 602 186,04

 

2 535 286,00


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

29.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/16


DEĊIŻJONI Nru 1/2011 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE–SVIZZERA STABBILIT FIL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA FIL-QASAM AWDJOVIŻIV, LI JISTABBILIXXI T-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI TAL-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA FIL-PROGRAMM TAL-KOMUNITÀ MEDIA 2007

tal-21 ta’ Jannar 2011

dwar l-aġġornar tal-Artikolu 1 tal-Anness I għall-Ftehim

(2011/193/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007 (1) minn issa ’l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u l-Att Finali għall-Ftehim (2), li t-tnejn kienu ffirmati fi Brussell fil-11 ta’ Ottubru 2007.

Billi:

(1)

Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2010.

(2)

Wara d-dħul fis-seħħ fid-19 ta’ Diċembru 2007 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE (3) kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) kif ikkodifikata (Id-Direttiva dwar is-Servizzi Awdjoviżivi tal-Midja) , lil-Partijiet Kontraenti jidhrilhom xieraq li għandhom jaġġornaw ir-referenzi għal dik id-Direttiva skont dan, kif stipulat fl-Att Finali għall-Ftehim fid-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti dwar l-adattament tal-Ftehim għad-Direttiva ġdida tal-Komunità, u għandhom ukoll jaġġornaw l-Artikolu 1 tal-Anness I għall-Ftehim f’konformità wkoll mal-Artikolu 8(7) tal-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tal-Anness I għall-Ftehim għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Libertà ta’ riċezzjoni u ritrażmissjoni tax-xandir

1.   L-Isvizzera għandha tiżgura l-libertà ta’ riċezzjoni u ritrażmissjoni tax-xandir fit-territorju tagħha rigward ix-xandiriet televiżivi fil-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru tal-Unjoni, kif determinat skont id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stipulati mil-liġi, mir-regolamenti jew mill-azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar il-provvediment ta’ servizzi awdjoviżivi tal-midja (*), (minn issa ’l quddiem imsejħa “Id-Direttiva dwar is-Servizzi Awdjoviżivi tal-Midja”), skont il-proċeduri li ġejjin:

L-Isvizzera għandha żżomm id-dritt li

(a)

tissospendi r-ritrażmissjoni tax-xandir minn organizzazzjoni ta’ xandir televiżiv, taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru tal-Unjoni, li b’mod ċar, serju u gravi kisret ir-regoli dwar il-ħarsien tal-minuri u tad-dinjità umana stipulati fl-Artikoli 27(1) jew (2) u/jew fl-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar is-Servizzi Awdjoviżivi tal-Midja;

(b)

titlob lix-xandara fil-ġurisdizzjoni tagħha biex jikkonformaw ma’ regoli iktar dettaljati u stretti fl-oqsma kkoordinati mid-Direttiva dwar is-Servizzi Awdjoviżivi tal-Midja, sakemm dawn ir-regoli jkunu proporzjonati u mhux diskriminatorji.

2.   F’każijiet meta l-Isvizzera:

(a)

tkun eżerċitat il-libertà tagħha skont il-paragrafu 1(b) li tadotta regoli aktar dettaljati jew aktar stretti ta’ interess pubbliku ġenerali; kif ukoll

(b)

tqis li xandar taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru tal-Unjoni jipprovdi xandira televiżiva li hija kompletament jew fil-biċċa l-kbira tagħha diretta lejn it-territorju tagħha;

hija tkun tista’ tikkuntattja lill-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni bil-ħsieb li tinkiseb soluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti għal kwalunkwe problema kaġunata. Meta tasal talba ġġustifikata mill-Isvizzera, l-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni għandu jitlob lix-xandar biex jikkonforma mar-regoli ta’ interess pubbliku ġenerali inkwistjoni. Fi żmien xahrejn, l-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni għandu jgħarraf lill-Isvizzera bir-riżultati miksuba wara din it-talba. Kemm l-Isvizzera u kemm l-Istat Membru jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tistieden lill-partijiet konċernati għal laqgħa ad-hoc mal-Kummissjoni fil-marġinu tal-Kumitat ta’ Kuntatt biex ikun eżaminat il-każ.

3.   Meta l-Isvizzera tqis;

(a)

li r-riżultati miksuba permezz tal-applikazzjoni tal-paragrafu 2 mhumiex sodisfaċenti; kif ukoll

(b)

li x-xandar inkwistjoni stabbilixxa lilu nnifsu fl-Istat Membru li jkollu ġurisdizzjoni sabiex jevita r-regoli aktar stretti, fl-oqsma koordinati mid-Direttiva dwar is-Servizzi Awdjoviżivi tal-Midja, li jkunu applikabbli għalih li kieku kien stabbilit fl-Isvizzera;

hija tista’ tadotta miżuri xierqa kontra x-xandar konċernat.

Miżuri bħal dawn għandhom ikunu oġġettivament meħtieġa, applikati b’mod mhux diskriminatorju u jkunu proporzjonati mal-objettivi li huma jfittxu li jwettqu.

4.   L-Isvizzera tista’ tieħu miżuri skont il-paragrafu l(a) jew il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fil-każ biss li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

hija tkun innotifikat lill-Kumitat Konġunt u lill-Istat Membru li fih huwa stabbilit ix-xandar dwar l-intenzjoni tagħha li tieħu miżuri bħal dawn filwaqt li tissostanzja r-raġunijiet li fuqhom tkun qed tibbaża l-evalwazzjoni tagħha; kif ukoll

(b)

il-Kumitat Konġunt ikun iddeċieda li l-miżuri huma proporzjonati u mhux diskriminatorji, u b’mod partikolari li l-evalwazzjonijiet li jkunu saru mill-Isvizzera skont il-paragrafi 2 u 3 jkunu sostanzjati b’mod korrett.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE

Jean-Eric DE COCKBORNE

Il-Kap tad-Delegazzjoni Svizzera

J.-F. JAUSLIN


(1)  ĠU L 303, 21.11.2007, p. 11.

(2)  ĠU L 303, 21.11.2007, p. 20.

(3)  ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23.

(4)  ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27.