ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2011.080.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 54 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
2011/186/Euratom |
|
|
* |
||
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 tal-25 ta’ Marzu 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima ( 1 ) |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
2011/187/UE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward tal-approvazzjoni ta' miżuri nazzjonali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) f'ċerti żoni fl-Irlanda u r-Renju Unit (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1825) ( 1 ) |
|
|
IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
2011/188/KE |
|
|
* |
||
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
26.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Ġunju 2010
li tapprova l-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea f’isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, tal-Ftehim Interim dwar kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, minn naħa l-oħra, u l-Iskambju ta’ Ittri li jemenda l-Ftehim Interim fir-rigward tal-verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi
(2011/186/Euratom)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Sa meta jidħol fis-seħħ il-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fil-25 ta’ Mejju 1998, huwa meħtieġ li jkun approvat il-Ftehim Interim dwar kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fl-10 ta’ Novembru 1999 (“il-Ftehim Interim”) (1), |
(2) |
L-Artikolu 31 tal-Ftehim Interim għandu jiġi emendat biex jikkunsidra l-lingwi uffiċjali l-ġodda tal-Unjoni mill-iffirmar tal-Ftehim Interim, bl-Iskambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u t-Turkmenistan li jemenda l-Ftehim Interim dwar kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn aħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi (“l-Iskambju ta’ Ittri”) (2), |
(3) |
Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea f’isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, tal-Ftehim Interim, l-Annessi tiegħu, il-Protokoll u d-dikjarazzjonijiet, u l-Iskambju ta’ Ittri, għandha tiġi approvata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu uniku
Il-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f’isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u f’isimha, tal-Ftehim Interim dwar kummerċ u affarijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, flimkien mal-Annessi, il-Protokoll u d-dikjarazzjonijiet tiegħu, u l-Iskambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u t-Turkmenistan li jemenda l-Ftehim Interim dwar kummerċ u affarijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u t-Turkmenistan, minn naħa l-oħra, fir-rigward tal-verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi, huwa b’dan approvat.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) Ara paġna 21 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Ara paġna 40 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
REGOLAMENTI
26.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/2 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 296/2011
tal-25 ta’ Marzu 2011
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2011/178/PESK tat-23 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u l-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni 2011/178/PESK tipprevedi, inter alia, miżuri restrittivi ulterjuri fil-konfront tal-Libja, inkluż projbizzjoni ta' titjiriet fl-ispazju tal-ajru Libjan, projbizzjoni fuq inġenji tal-ajru Libjani fl-ispazju tal-ajru tal-Unjoni, u dispożizzjonijiet ulterjuri fir-rigward tal-miżuri introdotti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (2), inkluż dispożizzjoni biex jiġi żgurat li dawn il-miżuri ma jaffettwawx il-ħidmiet umanitarji fil-Libja. |
(2) |
Uħud minn dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni hija meħtieġa biex jiġu implimentati, b'mod partikolari bl-għan li jiġi żgurat li jiġu applikati b'mod uniformi mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 (3) għandu jiġi emendat kif meħtieġ. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 1. Għandu jiġi pprojbit:
2. B’deroga mill-paragrafu 1, il-projbizzjonijiet imsemmija fih ma għandhomx japplikaw għall-provvediment ta' għajnuna teknika, finanzjament u għajnuna finanzjarja relatati ma' tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal finijiet umanitarji jew użu protettiv, jew għal bejgħ jew forniment ieħor ta' armi u materjal relatat, kif approvat minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet. 3. B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw il-forniment ta' għajnuna teknika, finanzjament u għajnuna finazjarja relatati mat-tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna, taħt tali kondizzjonijiet li jqisu xierqa, jekk jiddeterminaw li tali tagħmir huwa maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv. 4. B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw il-provvediment lil persuni, entitajiet jew korpi fil-Libja ta’ għajnuna teknika, finanzjament u għajnuna finanzjarja relatat mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni, jew relatat ma' tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna, meta l-awtorità kompetenti tkun tqis li din l-awtorizzazzjoni tkun meħtieġa għall-protezzjoni ta' nies ċivili u ta' żoni b'popolazzjoni ċivili fil-Libja li jkunu taħt theddida ta’ attakk, bil-kondizzjoni li, fil-każ tal-provvediment ta' għajnuna relatata ma' oġġetti jew teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni, l-Istat Membru kkonċernat ikun ta notifika minn qabel lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. 5. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-ħwejjeġ protettivi, inklużi sdieri rinfurzati bil-metall u elmi, esportati b'mod temporanju fil-Libja mill-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, persunal tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-media u ħaddiema umanitarji u ta' żvilupp u persunal assoċjat għall-użu tagħhom personali biss. |
(2) |
L-Artikoli li ġejjin huma mdaħħla: “Artikolu 4a 1. Għandu jkun ipprojbit li inġenji tal-ajru jew trasportaturi tal-ajru reġistrati fil-Libja, jew li jkunu l-proprjetà ta' jew operati minn ċittadini jew entitajiet Libjani:
ħlief fil-każ meta t-titjira partikolari tkun ġiet approvata minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, jew fil-każ ta’ nżul ta’ emerġenza. 2. Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, b'mod konxju u intenzjonat, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Artikolu 4b 1. Għandu jkun ipprojbit li inġenji tal-ajru jew trasportaturi tal-ajru fl-Unjoni, jew li jkunu l-proprjetà ta' jew operati minn ċittadini jew entitajiet tal-Unjoni, jew ta’ entitajiet inkorporati jew ikkostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru:
2. Il-paragrafu 1 m'għandux japplika f’każ ta' titjiriet:
3. Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, b'mod konxju u intenzjonat, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1.”. |
(3) |
Fl-Artikolu 6, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej: “1. L-Anness II għandu jinkludi l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi nnominati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet b'konformità mal-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011) jew il-paragrafu 19, 22 jew 23 tal-UNSCR 1973 (2011). 2. L-Anness III għandu jikkonsisti f'persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi mhux koperti mill-Anness II, li, f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK ġew identifikati mill-Kunsill bħala persuni u entitajiet involuti jew kompliċi fil-kmand, il-kontroll, jew inkella d-direzzjoni, il-kummissjoni ta’ abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni fil-Libja, inkluż billi jkunu involuti jew kompliċi fl-ippjanar, il-kmand, l-ordni jew it-tmexxija ta’ attakki, bi ksur tad-dritt internazzjonali, inkluż il-bumbardamenti mill-ajru, fuq popolazzjonijiet u faċilitajiet ċivili, jew bħala persuni, entitajiet jew korpi li jkunu awtoritajiet Libjani, jew bħala persuni, entitajiet jew korpi li kisru jew għenu fil-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1970 (2011) jew UNSCR 1973 (2011) jew ta' dan ir-Regolament, jew bħala persuni, entitajiet jew korpi li jaġixxu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta’ kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn ta' hawn fuq, jew entitajiet jew korpi li jkunu l-proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom jew minn persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness II.”. |
(4) |
L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal: “Artikolu 6a Fir-rigward ta’ persuni, entitajiet u korpi mhux innominati fl-Annessi II jew III, li fihom ikollhom sehem persuna, entità jew korp innominati f'dawk l-Annessi, l-obbligu li jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-persuna, l-entità jew il-korp innominati ma għandux jipprevjeni tali persuni, entitajiet jew korpi mhux innominati milli jwettqu negozju leġittimu sakemm dan in-negozju ma jinvolvix li jsiru disponibbli xi fondi jew riżorsi ekonomiċi lil persuna, entità jew korp innominati.”. |
(5) |
L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal: “Artikolu 8a Bħala deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jkunu l-proprjetà ta' persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness III, jew li jsiru disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness III, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jkunu jqisu xierqa, meta huma jqisu li jkun meħtieġ għal skopijiet umanitarji, bħall-forniment ta’ għajnuna, inklużi provvisti mediċi, ikel, il-forniment tal-elettriku, ħaddiema umanitarji u għajnuna relatata, jew evakwazzjonijiet mil-Libja. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija taħt dan l-Artikolu.”. |
(6) |
L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 12 L-ebda pretensjoni, inklużi dawk għal kumpens jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni ta’ tpaċija jew pretensjoni koperta minn garanzija, f’rabta ma’ kwalunkwe kuntratt jew transazzjoni li t-twettiq tagħhom kienet affettwata, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, minħabba miżuri deċiżi b'konformità mal-UNSCR 1970 (2011) jew UNSCR 1973 (2011), inklużi miżuri tal-Unjoni jew ta’ kwalunkwe Stat Membru f’konformità ma’, kif rikjest bi, jew b’konnessjoni ma’, l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, jew miżuri koperti b'dan ir-Regolament, ma għandhom jiġu sodisfatti favur l-awtoritajiet Libjani, jew favur kwalunkwe persuna, entità jew korp li tressaqhom f’isimhom jew għall-benefiċċju tagħhom. M'għandha tinħoloq l-ebda responsabbiltà min-naħa ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fir-rigward ta' azzjonijiet imwettqa minnhom f'bona fede fl-implimentazzjoni tal-obbligi stipulati f'dan ir-Regolament.”. |
(7) |
Fil-punt (a) tal-Artikolu 13(1), ir-referenza għall-Artikolu 4 hija sostitwita b'referenza għall-Artikolu 5. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
MARTONYI J.
(1) ĠU L 78, 24.3.2011, p. 24.
26.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 297/2011
tal-25 ta’ Marzu 2011
li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistipula l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza tal-Unjoni xierqa għal ikel u għalf importati minn pajjiż terz biex tkun imħarsa s-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u dan meta r-riskju ma jistax jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri individwali. |
(2) |
Wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima fil-11 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-livelli radjonuklidi f’ċerti prodotti tal-ikel li joriġinaw fil-Ġappun bħal ħalib u spinaċi jaqbżu l-livelli ta’ azzjoni fl-ikel applikabbli fil-Ġappun. Din il-kontaminazzjoni tista’ tkun ta’ theddida għas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni u għalhekk huwa xieraq li bħala miżura ta’ prekawzjoni jittieħdu miżuri fil-livell tal-Unjoni biex tkun żgurata s-sigurtà tal-għalf u l-ikel, inklużi ħut u prodotti tal-ħut, li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun. Peress li l-aċċident għadu mhux ikkontrollat, f’dan l-istadju huwa xieraq li l-ittestjar meħtieġ qabel l-esportazzjoni japplika għal għalf u ikel li joriġina mill-prefetturi affettwati b’żona ta' lqugħ u ttestjar każwali tal-għalf u l-ikel tal-importazzjonijiet li joriġinaw mit-territorju kollu tal-Ġappun. |
(3) |
Il-livelli massimi ġew stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 tat-22 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara aċċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (2), ir-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 tat-12 ta’ April 1989 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva f’oġġetti tal-ikel ta’ importanza minuri wara inċident nukleari jew kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (3) u Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 770/90 tad-29 ta’ Marzu 1990 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva f’għalf wara inċident nukleari jew f’xi każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (4). |
(4) |
Dawn il-livelli massimi jistgħu jidħlu fis-seħħ wara li l-Kummissjoni tkun infurmata b’aċċident nukleari u jkun ippruvat li hemm ċans li jintlaħqu jew ikunu ntlaħqu l-livelli massimi permessi ta' kontaminazzjoni radjoattiva f’oġġetti tal-ikel u f’għalf skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/600/Euratom tal-14 ta’ Diċembru 1987 dwar arranġamenti tal-Komunita għal skambju kmieni ta’ informazzjoni fil-każ ta’ emerġenza radjoloġika (5) jew skont il-Konvenzjoni tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) tas-26 ta’ Settembru 1986 dwar notifikazzjoni ta’ aċċident nukleari kmieni. Sadanittant huwa xieraq li jintużaw dawn il-livelli massimi stabbiliti minn qabel bħala valuri ta’ referenza biex tkun iġġudikata l-aċċettabilità tat-tqegħid fis-suq ta’ ikel u għalf. |
(5) |
L-awtoritajiet Ġappuniżi infurmaw lis-servizzi tal-Kummissjoni li qed isir l-ittestjar xieraq fuq prodotti tal-ikel mir-reġjun affettwat esportati mill-Ġappun |
(6) |
Flimkien mal-ittestjar magħmul mill-awtoritajiet Ġappuniżi, huwa xieraq li jsiru kontrolli każwali fuq it-tali importazzjonijiet. |
(7) |
Huwa xieraq li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-riżultati analitiċi kollha permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) u s-sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni Radjoloġika Urġenti tal-Unjoni Ewropea (ECURIE). Il-miżuri se jkunu vvalutati mill-ġdid abbażi ta’ dawn ir-riżultati analitiċi. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ambitu
Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti tal-għalf u tal-ikel skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 3954/87 li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, għajr għal prodotti li telqu mill-Ġappun qabel it-28 ta’ Marzu 2011 u għal prodotti li nħasdu u/jew ġew ipproċessati qabel il-11 ta' Marzu 2011.
Artikolu 2
Attestazzjoni
1. Il-kunsinni kollha tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.
2. Il-kunsinni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 li jaqgħu barra l-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (6) għandhom jiġu introdotti fl-UE permezz ta' punt ta' dħul magħżul (minn hawn 'il quddiem “PDM”) fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3 (b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (7).
3. Kull kunsinna tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun akkumpanjata b'dikjarazzjoni, li tafferma li
— |
il-prodott ġie maħsud u/jew ipproċessat qabel il-11 ta' Marzu 2011, jew |
— |
il-prodott joriġina minn prefettura għajr Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Yamagata, Niigata, Nagano, Yamanashi, Saitama, Tokyo u Chiba, jew |
— |
f'każ li l-prodott joriġina mill-prefetturi Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Yamagata, Niigata, Nagano, Yamanashi, Saitama, Tokyo u Chiba, il-prodott ma fihx livelli ta' radjonuklidi jodju-131, ċeżju-134 and ċeżju-137 aktar mil-livelli massimi stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 tat-22 ta' Diċembru 1987, ir-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 tat-12 ta' April 1989 u r-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 770/90 tad-29 ta' Marzu 1990. |
4. Il-mudell tad-dikjarazzjoni msemmi fil-paragrafu 3 huwa stipulat fl-Anness. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentant awtorizzat tal-awtoritajiet Ġappuniżi kompetenti u għandha għall-prodotti li jaqgħu taħt it-tielet inċiż tal-paragrafu 3, tkun akkumpanjata minn rapport analitiku.
Artikolu 3
Identifikazzjoni
Kull kunsinna tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun identifikata permezz ta' kodiċi li għandu jkun indikat fuq id-dikjarazzjoni, jew fuq ir-rapport analitiku li jinkludi r-riżultati tat-teħid ta' kampjuni u l-analiżi, ċertifikat tas-saħħa u fuq dokumenti kummerċjali oħra li jakkumpanjaw il-kunsinna.
Artikolu 4
Notifika minn qabel
Operaturi tan-negozji tal-ikel u l-għalf jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jagħtu notifika minn qabel tal-wasla ta' kull kunsinna tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, minn tal-inqas jumejn tax-xogħol qabel il-wasla fiżika tal-kunsinna, lill-awtoritajiet kompetenti fuq il-Post tal-Ispezzjoni fuq il-Fruntiera (minn hawn 'il quddiem “PIF”) jew fil-PDM.
Artikolu 5
Kontrolli Uffiċjali
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-PIF jew tal-PDM għandhom iwettqu verifiki tad-dokumenti u tal-identità fuq il-kunsinni kollha ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 1, u verifiki fiżiċi, inkluża analiżi laboratorja, fuq il-preżenza ta' jodju-131, ċeżju-134 u ċeżju-137, fuq minn tal-inqas 10 % ta' kunsinni bħal dawn tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 2 (3), it-tielet inċiż u fuq minn tal-inqas 20 % ta' kunsinni bħal dawn tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 2 (3) it-tieni inċiż.
2. Il-kunsinni għandhom jinżammu taħt kontroll uffiċjali, għal massimu ta' ħamest ijiem tax-xogħol, sakemm ikunu disponibbli r-riżultati tal-analiżi laboratorja.
3. Ir-rilaxx tal-kunsinni għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni mill-operatur tan-negozju tal-ikel u l-għalf jew mir-rappreżentant tagħhom lill-awtoritajiet doganali tad-dikjarazzjoni msemmija fl-Anness, li tkun ġiet approvata kif xieraq mill-awtorità kompetenti fil-PIF jew fil-PDM, li tagħti prova li l-kontrolli uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 twettqu u li r-riżultati mill-verifiki fiżiċi, fejn saru tali verifiki, kienu favorevoli.
Artikolu 6
Kostijiet
Il-kostijiet kollha li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 5(1) u 5(2) u kwalunkwe miżura li tittieħed wara li jkun hemm nuqqas ta' konformità, għandhom ikunu responsabbiltà tal-operatur tan-negozju tal-ikel u l-għalf.
Artikolu 7
Prodotti li ma jkunux konformi
Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (Euratom) Nru 3954/87 l-affarijiet tal-ikel u tal-għalf li ma jkunux konformi mal-livelli massimi permessi msemmija fl-Anness mar-Regolament (Euratom) Nru 3954/87, ir-Regolament (Euratom) Nru 944/89 u r-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 770/90 ma għandhomx jitqiegħdu fuq is-suq u għandhom jintremew b'mod sikur jew jintbagħtu lura fil-pajjiż tal-oriġini.
Artikolu 8
Rapporti
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'mod regolari permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) u s-sistema tal-Iskambju ta' Informazzjoni Radjoloġika Urġenti tal-Unjoni Ewropea (ECURIE) bir-riżultati analitiċi kollha miksuba.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ u l-perjodu ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ sat-30 ta' Ġunju 2011. Ir-Regolament għandu jiġi rivedut kull xahar abbażi tar-riżultati analitiċi miksuba.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u jkun applikabbli b'mod dirett fl-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 371, 30.12.1987, p. 11.
(3) ĠU L 101, 13.4.1989, p. 17.
(4) ĠU L 83, 30.3.1990, p. 78.
(5) ĠU L 371, 30.12.1987, p. 76.
(7) ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11.
26.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 298/2011
tal-25 ta’ Marzu 2011
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Marzu 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
ET |
73,9 |
IL |
82,8 |
|
JO |
71,2 |
|
MA |
57,2 |
|
TN |
115,9 |
|
TR |
81,4 |
|
ZZ |
80,4 |
|
0707 00 05 |
EG |
170,1 |
TR |
144,5 |
|
ZZ |
157,3 |
|
0709 90 70 |
MA |
33,7 |
TR |
129,5 |
|
ZA |
49,8 |
|
ZZ |
71,0 |
|
0805 10 20 |
EG |
52,6 |
IL |
77,9 |
|
MA |
53,5 |
|
TN |
58,7 |
|
TR |
74,0 |
|
ZZ |
63,3 |
|
0805 50 10 |
EG |
66,4 |
TR |
51,7 |
|
ZZ |
59,1 |
|
0808 10 80 |
AR |
86,0 |
BR |
79,5 |
|
CA |
106,9 |
|
CL |
89,4 |
|
CN |
89,7 |
|
MK |
47,7 |
|
US |
140,9 |
|
UY |
64,5 |
|
ZA |
94,2 |
|
ZZ |
88,8 |
|
0808 20 50 |
AR |
92,9 |
CL |
82,7 |
|
CN |
55,6 |
|
US |
79,9 |
|
ZA |
92,6 |
|
ZZ |
80,7 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
26.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 299/2011
tal-25 ta’ Marzu 2011
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 295/2011 (4). |
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Marzu 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(3) ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.
(4) ĠU L 79, 25.3.2011, p. 11.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-26 ta’ Marzu 2011
(EUR) |
||
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
1701 11 10 (1) |
51,49 |
0,00 |
1701 11 90 (1) |
51,49 |
0,00 |
1701 12 10 (1) |
51,49 |
0,00 |
1701 12 90 (1) |
51,49 |
0,00 |
1701 91 00 (2) |
49,96 |
2,48 |
1701 99 10 (2) |
49,96 |
0,00 |
1701 99 90 (2) |
49,96 |
0,00 |
1702 90 95 (3) |
0,50 |
0,22 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
26.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/13 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 300/2011
tal-25 ta’ Marzu 2011
dwar il-prezzijiet tal-bejgħ taċ-ċereali bi tweġiba għad-disa’ stedina individwali għal sejħa għall-offerti fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti miftuħa skont ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(f) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1017/2010 (2) fetaħ il-bejgħ taċ-ċereali permezz ta’ proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3). |
(2) |
Skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 u l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1017/2010, fid-dawl tas-sejħiet għall-offerti li jkunu waslu bi tweġiba għal stediniet individwali għal sejħa għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa għal kull ċereali u għal kull Stat Membru prezz minimu tal-bejgħ jew tiddeċiedi li ma tiffissahx. |
(3) |
Fuq il-bażi tas-sejħiet għall-offerti li jkunu waslu għad-disa’ stedina individwali għal sejħa għall-offerti, ġie deċiż li għandu jkun iffissat prezz minimu tal-bejgħ għal ċertu ċereali u għal ċerti Stati Membri u ma għandux ikun iffissat prezz minimu tal-bejgħ għal ċereali oħra u għal Stati Membri oħra. |
(4) |
Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għad-disa’ stedina individwali għal sejħa għall-offerti għall-bejgħ taċ-ċereali fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti miftuħa skont ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010, fir-rigward ta’ liema, il-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ sejħiet għall-offerti skada fit-23 ta’ Marzu 2011, id-deċiżjonijiet dwar il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull ċereali u għal kull Stat Membru huma stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 293, 11.11.2010, p. 41.
(3) ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.
ANNESS
Deċiżjonijiet dwar bejgħ
(EUR/tunnellata) |
|||||||||||
Stat Membru |
Il-prezz minimu tal-bejgħ |
||||||||||
Qamħ komuni |
Xgħir |
Qamħirrun |
|||||||||
Kodiċi tan-NM 1001 90 |
Kodiċi tan-NM 1003 00 |
Kodiċi tan-NM 1005 90 00 |
|||||||||
Il-Belġju |
X |
X |
X |
||||||||
Il-Bulgarija |
X |
X |
X |
||||||||
Ir-Repubblika Ċeka |
X |
X |
X |
||||||||
Id-Danimarka |
X |
X |
X |
||||||||
Il-Ġermanja |
X |
172,51 |
X |
||||||||
L-Estonja |
X |
X |
X |
||||||||
L-Irlanda |
X |
X |
X |
||||||||
Il-Ġreċja |
X |
X |
X |
||||||||
Spanja |
X |
X |
X |
||||||||
Franza |
X |
° |
X |
||||||||
L-Italja |
X |
X |
X |
||||||||
Ċipru |
X |
X |
X |
||||||||
Il-Latvja |
X |
X |
X |
||||||||
Il-Litwanja |
X |
X |
X |
||||||||
Il-Lussemburgu |
X |
X |
X |
||||||||
L-Ungerija |
X |
X |
X |
||||||||
Malta |
X |
X |
X |
||||||||
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
X |
X |
X |
||||||||
L-Awstrija |
X |
X |
X |
||||||||
Il-Polonja |
X |
X |
X |
||||||||
Il-Portugall |
X |
X |
X |
||||||||
Ir-Rumanija |
X |
X |
X |
||||||||
Is-Slovenja |
X |
X |
X |
||||||||
Is-Slovakkja |
X |
X |
X |
||||||||
Il-Finlandja |
X |
° |
X |
||||||||
L-Isvezja |
X |
— |
X |
||||||||
Ir-Renju Unit |
X |
— |
X |
||||||||
|
DEĊIŻJONIJIET
26.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-24 ta' Marzu 2011
li temenda d-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward tal-approvazzjoni ta' miżuri nazzjonali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) f'ċerti żoni fl-Irlanda u r-Renju Unit
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1825)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/187/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard f'annimali akkwatiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE tal-15 ta' April 2010 li tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta' ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi b'konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (2), tippermetti li ċerti Stati Membri japplikaw restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta' kunsinni ta' dawk l-annimali sabiex jevitaw l-introduzzjoni ta' ċertu mard fit-territorju tagħhom, sakemm l-Istati Membri jkunu wrew li t-territorju tagħhom, jew ċerti żoni demarkati tat-territorju tagħhom, huma ħielsa minn mard bħal dan jew li jkunu stabbilixxew programm ta' qerda biex ikun hemm ħelsien minn dan il-mard. |
(2) |
Mill-2008 'l hawn, kien hemm żieda fl-imwiet ta' gajdri tal-Paċifiku (Crassostrea gigas) f'diversi żoni fl-Irlanda, fi Franza u fir-Renju Unit. L-investigazzjonijiet epidemjoloġiċi li saru fl-2009, issuġġerew li razza li kienet ġiet skoperta reċentement ta' ostreid herpesvirus-1 (OsHV-1), jiġifieri l-OsHV-1 μνar, kellha rwol prinċipali fiż-żieda fl-imwiet. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 175/2010 tat-2 ta' Marzu 2010 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward ta' miżuri għall-kontroll taż-żieda fl-imwiet fost il-gajdri tal-ispeċi Crassostrea gigas b'rabta mas-sejbien tal-Ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) (3), kien adottat bil-għan li jitwaqqaf it-tixrid tal-OsHV-1 μνar Dan introduċa miżuri għall-kontroll tat-tixrid tal-marda u japplika sat-30 ta' April 2011. |
(4) |
Fis-27 ta' Ottubru 2010, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat opinjoni xjentifika dwar l-avvenimenti ta' żieda fl-imwiet fost il-gajdri tal-Paċifiku, Crassostrea gigas (4) (l-opinjoni tal-EFSA). F'dik l-opinjoni, l-EFSA tikkonkludi li l-OsHV-1, kemm ir-razza ta' referenza u kemm il-varjant il-ġdid μ (μνar) tal-herpesvirus tal-gajdri, kienu ġew assoċjati ma' livelli għolja ta' mwiet ta' larvi tal-gajdri tal-Paċifiku u ta' gajdri tal-Paċifiku li jkun għadhom jikbru u li l-evidenza disponibbli tissuġġerixxi li infezzjoni bl-OsHV-1 hija kawża neċessarja iżda tista' ma tkunx l-unika kawża, billi jidher li fatturi oħra huma importanti. L-opinjoni tal-EFSA tikkonkludi wkoll li l-OsHV-1 tidher li hi r-razza virali dominanti fit-tfaqqigħ tal-imwiet miżjuda bejn l-2008 u l-2010, għalkemm mhuwiex ċar jekk dan huwiex riżultat ta' virulenza miżjuda jew fatturi epidemjoloġiċi oħra. |
(5) |
Fl-2010, l-Irlanda, Spanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit stabbilixxew programmi għas-sejbien minn kmieni tal-OsHV-1 μνar u applikaw ir-restrizzjonijiet rilevanti fuq iċ-ċaqliq li huma stipulati f'dan ir-Regolament (UE) Nru 175/2010. Ir-riżultat tas-sorveljanza li twettqet minn dawk l-Istati Membri fil-qafas ta' dawk il-programmi, jissuġġerixxi li xi partijiet mill-Unjoni huma ħielsa mill-OsHV-1 μνar. |
(6) |
L-Irlanda u r-Renju Unit ssottomettew programmi ta' sorveljanza lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni skont id-Direttiva 2006/88/KE (il-programmi ta' sorveljanza). Il-programmi ta' sorveljanza huma maħsuba biex juru li ż-żoni fejn ma nstabx l-OsHV-1 μνar huma ħielsa minn dan il-virus u biex jipprevjenu l-introduzzjoni tiegħu f'dawn iż-żoni. |
(7) |
Skont il-programmi ta' sorveljanza, l-Irlanda u r-Renju Unit se japplikaw il-miżuri bażiċi ta' bijosigurtà kontra l-OsHV-1 μνar, li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 2006/88/KE u sorveljanza mmirata. Barra minn hekk, dawn se japplikaw restrizzjonijiet fuq iċ-ċaqliq tal-gajdri tal-Paċifiku fiż-żoni kollha koperti mill-programmi ta' sorveljanza. |
(8) |
Ir-restrizzjonijiet fuq iċ-ċaqliq stabbiliti fil-programmi ta' sorveljanza se jkunu limitati għall-gajdri tal-Paċifiku maħsuba għal żoni fejn jitrabbew u jinżammu l-gajdri, u għal ċentri ta' dispaċċ, ċentri ta' purifikazzjoni jew negozji simili li mhumiex mgħammra b'sistemi ta' trattament tal-effluwent li jnaqqsu r-riskju tat-trażmissjoni tal-mard fl-ilmijiet naturali għal-livell aċċettabbli. |
(9) |
Il-konklużjonijiet tal-opinjoni tal-EFSA u d-dejta epidemjoloġika tal-2010 jissuġġerixxu li t-tixrid tal-OsHV-1 μνar f'żoni li huma ħielsa mill-virus huwa probabbli li jikkawża mwiet miżjuda u telf sussegwenti kbir lill-industrija tal-gajdri tal-Paċifiku. |
(10) |
Konsegwentement, huwa xieraq li jiġu applikati restrizzjonijiet fuq iċ-ċaqliq tal-gajdri tal-Paċifiku f'żoni li huma koperti mill-programmi ta' sorveljanza, sabiex tiġi pprevenuta l-introduzzjoni tal-OsHV-1 μνar f'dawk iż-żoni. Għal raġunijiet ta' ċarezza u simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, ir-rekwiżiti rispettivi dwar it-tqegħid fis-suq għandhom jiġu inklużi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta' Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta' speċi li jgħaddu l-mard (5). |
(11) |
Il-programmi ta' sorveljanza għandhom għalhekk jiġu approvati. |
(12) |
Billi l-OsHV-1 μνar hija marda emerġenti, li fir-rigward tagħha għad hemm ħafna inċertezzi, ir-restrizzjonijiet fuq iċ-ċaqliq stabbiliti fil-programmi ta' sorveljanza approvati b'din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu evalwati mill-ġdid u l-adegwatezza u n-neċessità tagħhom għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid meta jkun xieraq. Għalhekk, ir-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw biss għal perjodu limitat ta' żmien. Barra minn hekk, l-Irlanda u r-Renju Unit għandhom jibagħtu rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar il-funzjonament tar-restrizzjonijiet fuq iċ-ċaqliq u s-sorveljanza li tkun qed issir. |
(13) |
Kull suspett dwar il-preżenza tal-OsHV-1 μνar f'żoni koperti mill-programmi ta' sorveljanza għandu jiġi investigat u waqt l-investigazzjoni għandhom jiġu applikati ċerti restrizzjonijiet fuq iċ-ċaqliq kif stabbilit fid-Direttiva 2006/88/KE biex jiġu protetti Stati Membri oħra b'miżuri approvati nazzjonali fir-rigward tal-OsHV-1 μνar. Barra minn hekk, sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni mill-ġdid tal-miżuri nazzjonali approvati, kull konferma sussegwenti ta' mard għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. |
(14) |
Id-Deċiżjoni 2010/221/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan. |
(15) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/221/UE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 1 Il-kontenut u l-ambitu Din id-Deċiżjoni tapprova l-miżuri nazzjonali tal-Istati Membri elenkati fl-Annessi I, II u III tagħha għal-limitazzjoni tal-impatt u t-tixrid ta' ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u fl-annimali akkwatiċi selvaġġi skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE.” |
(2) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej: “Artikolu 3a Approvazzjoni tal-programmi ta' sorveljanza nazzjonali fir-rigward tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) 1. Il-programmi ta' sorveljanza fir-rigward tal-ostreid herpes virus 1 μνar (OsHV-1 μνar) adottat mill-Istati Membri elenkati fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness III fir-rigward taż-żoni elenkati fir-raba’ kolonna tiegħu (il-programmi ta' sorveljanza), huma approvati. 2. Għal perjodu li jdum sat-30 ta' April 2013, l-Istati Membri elenkati fit-tabella fl-Anness III jistgħu jitolbu li l-kunsinni li jiġu introdotti f'żona elenkata fir-raba’ kolonna ta' dak l-Anness ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(3) |
L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 4 Rappurtar 1. Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena, l-Istati Membri elenkati fl-Annessi I u II għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar il-miżuri nazzjonali approvati msemmija fl-Artikoli 2 u 3. 2. Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru ta' kull sena, l-Istati Membri elenkati fl-Anness III għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar il-miżuri nazzjonali approvati msemmija fl-Artikolu 3a. 3. Ir-rapporti previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinkludu mill-inqas informazzjoni aġġornata dwar:
|
(4) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 5a li ġej: “Artikolu 5a Suspett u sejbien tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) f'żoni bi programmi ta' sorveljanza 1. Fejn Stat Membru li hu elenkat fl-Anness III ikollu suspett dwar il-preżenza tal-OsHV-1 μνar f'żona li hija elenkata fir-raba’ kolonna ta' dak l-Anness, dak l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri li tal-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 28, l-Artikolu 29(2),(3) u (4) u l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2006/88/KE. 2. Fejn l-investigazzjoni epiżootika tikkonferma l-iskoperta tal-OsHV-1 μνar fiż-żoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'dan, u bi kwalunkwe miżuri li jittieħdu għat-trażżin u l-kontroll ta' dik il-marda.” |
(5) |
Jiżdied l-Anness III il-ġdid, li t-test tiegħu jinsab fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Mejju 2011.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.
(4) EFSA Journal 2010;8(11):1894.
(5) ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41.
ANNESS
“ANNESS III
L-Istati Membri u żoni bi programmi ta' sorveljanza fir-rigward tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar), u li huma approvati sabiex jieħdu miżuri nazzjonali biex jikkontrollaw din il-marda skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE
Marda |
Stat Membru |
Kodiċi |
Id-demarkazzjoni ġeografika taż-żoni b’miżuri nazzjonali approvati (Stati Membri, żoni u kompartamenti) |
L-Ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) |
l-Irlanda |
IE |
Kompartament 1: Il-bajjiet ta' Sheephaven uGweedore. Kompartament 2: Il-bajja ta' Gweebara. Kompartament 3: Il-bajjiet ta' Drumcliff, Killala, Broadhaven u Blacksod. Kompartament 4: Il-bajjiet ta' Ballinakill u Streamstown. Kompartament 5: Il-bajjiet ta' Bertraghboy u Galway. Kompartament 6: L-estwarju tax-Shannon u l-bajjiet ta' Poulnasharry, Askeaton u Ballylongford. Kompartament 7: Il-bajja ta' Kenmare. Kompartament 8: Il-bajja ta' Dunmanus. Kompartament 9: Il-bajjiet ta' Kinsale u Oysterhaven. |
ir-Renju Unit |
UK |
It-terrotorju kollu tar-Renju Unit barra il-bajja ta' Whitestable, Kent. It-territorju kollu tal-Irlanda ta' Fuq, barra il-bajja ta' Killough, Lough Foyle u Carlington Lough.” |
IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
26.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Lulju 2009
dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, dwar kummerċ u materji relatati mal-kummerċ
(2011/188/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagarfu tal-Artikolu 300(2),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Sa meta jidħol fis-seħħ il-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fil-25 ta’ Mejju 1998, huwa meħtieġ li jkun approvat f’isem il-Komunità Ewropea, il-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fl-10 ta’ Novembru 1999. |
(2) |
L-Artikolu 31 ta’ dak il-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u materji relatati mal-kummerċ għandu jiġi emendat biex jikkunsidra l-lingwi uffiċjali l-ġodda tal-Komunità mill-iffirmar tal-Ftehim, permezz tal-Iskambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u t-Turkmenistan li jemenda l-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, flimkien mal-Annessi tiegħu, il-Protokoll u d-dikjarazzjonijiet, u l-Iskambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u t-Turkmenistan li jemenda l-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi, li jemenda l-Arikolu 31 ta’ dak il-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u materji relatati mal-kummerċ, huma b’dan approvati f’isem il-Komunità Ewropea.
Dawn it-testi huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuni mogħtija s-setgħa li jiffirmaw l-Iskambju ta’ Ittri f’isem il-Komunità Ewropea.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 32 tal-Ftehim Temporanju f’isem il-Komunità Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
C. BILDT
TRADUZZJONI
FTEHIM PROVIŻORJU
dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan min-naħa l-oħra
IL-KOMUNITÀ EWROPEA, IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, minn issa ‘il quddiem imsejħin “il-Komunità”,
minn naħa waħda, u
T-TURKMENISTAN,
min-naħa l-oħra,
BILLI ġie inizjalat Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan min-naħa l-oħra fl-24 ta’ Mejju 1997;
BILLI l-għan tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni huwa li jsaħħaħ u jkabbar ir-relazzjonijiet stabbiliti preċedentement, b’mod partikolari bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi Soċjalisti dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika ffirmat fit-18 ta’ Diċembru 1989;
BILLI jeħtieġ li jiġi żgurat żvilupp rapidu tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn il-Partijiet;
BILLI għal dan l-għan jeħtieġ li jiġu implimentati malajr kemm jista’ jkun, permezz ta’ Ftehim Proviżorju, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ;
BILLI d-dispożizzjonijiet imsemmijin għandhom, kif meħtieġ, jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika;
BILLI jeħtieġ li jiġi żgurat illi sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni u l-istabbiliment tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni, il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika jista’ jeżerċita l-poteri assenjati mill-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni, li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Ftehim Proviżorju;
IDDEĊIDEW li jikkonkludu dan il-Ftehim u għal dan l-għan ħatru bħala l-plenipotenzjarji tagħhom:
Il-KOMUNITÀ EWROPEA:
IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR:
IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA:
IT-TURKMENISTAN:
LI, wara li skambjaw il-Pjeni Poteri tagħhom, li nstabu li kienu f’forma tajba u korretta,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
TITOLU I
PRINĊIPJI ĠENERALI
[FSK Turkmenistan: Titolu I]
Artikolu 1
[FSK Turkmenistan: Artikolu 2]
Ir-rispett għad-demokrazija u għad-drittijiet fundamentali u tal-bniedem, kif definiti fil-Dikjarazzjoni universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, fl-Att Finali ta’ Ħelsinki u fil-Karta ta’ Pariġi għal Ewropa Ġdida, kif ukoll il-prinċipji tal-ekonomija tas-suq, inklużi dawk imniżżla fid-dokumenti tal-Konferenza ta’ Bonn dwar is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (CSCE), isejsu l-politika interna u esterna tal-Partijiet u jikkostitwixxu element essenzjali ta’ dan il-Ftehim.
TITOLU II
KUMMERĊ F’MERKANZIJA
[FSK Turkmenistan: Titolu III]
Artikolu 2
[FSK Turkmenistan: Artikolu 7]
1. Il-Partijiet għandhom jikkonċedu lil xulxin it-trattament ta’ nazzjon l-aktar favorit fl-oqsma kollha rigward:
— |
dazji doganali u imposti applikati fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni, inkluż il-metodu ta’ ġbir ta’ tali dazji u imposti; |
— |
dispożizzjonijiet relatati mal-approvazzjoni doganali, it-transitu, l-imħażen u t-trasbord; |
— |
taxxi u imposti interni oħra ta’ kull tip applikati direttament jew indirettament għal merkanzija importata; |
— |
metodi ta’ ħlas u t-trasferiment ta’ tali ħlasijiet relatati ma’ kummerċ f’merkanzija; |
— |
ir-regoli relatati mal-bejgħ, ix-xiri, it-trasport, id-distribuzzjoni u l-użu ta’ merkanzija fis-suq domestiku. |
2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw għal:
(a) |
il-vantaġġi mogħtijin bl-għan li tinħoloq unjoni doganali jew żona ta’ kummerċ ħieles jew għall-ħolqien ta’ tali unjoni jew żona; |
(b) |
il-vantaġġi mogħtija lil pajjiżi partikolari skont ir-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u skont arranġamenti internazzjonali oħra favur pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; |
(ċ) |
il-vantaġġi konċessi lil pajjiżi li jmissu magħhom sabiex jiffaċilitaw it-traffiku fil-fruntieri. |
3. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw, matul perijodu transitorju li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 1998, għall-vantaġġi definiti fl-Anness I mogħtija mit-Turkmenistan lil stati oħra li rriżultaw mix-xoljiment tal-URSS.
Artikolu 3
[FSK Turkmenistan: Artikolu 8]
1. Il-Partijiet jaqblu li l-prinċipju ta’ transitu liberu huwa kondizzjoni essenzjali għall-ilħuq tal-objettivi ta’ dan il-Ftehim.
F’konnessjoni ma’ dan kull Parti għandha tiżgura transitu mingħajr restrizzjoni permezz ta’ jew minn ġot-territorju tagħha ta’ merkanzija li toriġina fit-territorju doganali tal-parti l-oħra jew destinata għat-territorju doganali tal-Parti l-oħra.
2. Ir-regoli deskritti fl-Artikolu V, il-paragrafi 2, 3, 4 u 5 tal-GATT huma applikabbli bejn il-Partijiet.
3. Ir-regoli li jinsabu f’dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal kull regola speċjali relatata ma’ setturi speċifiċi, b’mod partikolari bħalma hu t-trasport, jew prodotti miftiehma bejn il-Partijiet.
Artikolu 4
[FSK Turkmenistan: Artikolu 9]
Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-ammissjoni temporanja ta’ merkanzija, li jorbtu ż-żewġ Partijiet, kull Parti għandha wkoll tagħti lill-Parti l-oħra eżenzjoni mill-imposti u d-dazji fuq merkanzija ammessa temporanjament fil-każijiet u skont il-proċeduri stipulati minn kwalunkwe konvenzjoni internazzjonali oħra dwar din il-materja li torbotha, f’konformità mal-leġislazzjoni tagħha. Għandhom jiġu kkunsidrati l-kondizzjonijiet taħt liema l-obbligi li jirriżultaw minn din il-konvenzjoni jkunu ġew aċċettati mill-Parti in kwestjoni.
Artikolu 5
[FSK Turkmenistan: Artikolu 10]
1. Merkanzija li toriġina fit-Turkmenistan għandha tiġi importata fil-Komunità libera mir-restrizzjonijiet kwantitattivi u minn miżuri ta’ effett ekwivalenti, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7, 10 u 11 ta’ dan il-Ftehim.
2. Merkanzija li toriġina fil-Komunità għandha tiġi importata fit-Turkmenistan libera mir-restrizzjonijiet kwantitattivi kollha u minn miżuri ta’ effett ekwivalenti, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7, 10 u 11 ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 6
[FSK Turkmenistan: Artikolu 11]
Il-merkanzija għandha tiġi nnegozjata bejn il-Partijiet bi prezzijiet relatati mas-suq.
Artikolu 7
[FSK Turkmenistan: Artikolu 12]
1. Fejn xi prodott ikun qed jiġi importat fit-territorju ta’ xi wieħed mill-Partijiet fi kwantitajiet hekk miżjuda jew taħt kondizzjonijiet li joħolqu jew jheddu li joħolqu ħsara lill-produtturi domestiċi ta’ prodotti simili jew ta’ prodotti direttament kompetittivi, il-Komunità jew it-Turkmenistan, skont min ikun konċernat, jista’ jieħu l-miżuri addattati skont il-proċeduri u l-kondizzjonijiet li ġejjin.
2. Qabel jittieħdu xi miżuri, jew fil-każi li għalihom japplika l-paragrafu 4, kemm jista’ jkun malajr wara, il-Komunità jew it-Turkmenistan, skont il-każ, għandhom jipprovdu lill-Kumitat Konġunt l-informazzjoni rilevanti kollha bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet kif previst fit-Titolu IV.
3. Jekk, bħala riżultat tal-konsultazzjonijiet, il-Partijiet ma jilħqux ftehim fi żmien 30 jum mir-riferiment lill-Kumitat Konġunt dwar azzjonijiet sabiex tiġi evitata s-sitwazzjoni, il-Parti li tkun talbet għall-konsultazzjonijiet għandha tkun libera li tirrestrinġi l-importazzjoni tal-prodotti involuti safejn u sakemm u għat-tul taż-żmien li jkun meħtieġ għall-prevenzjoni jew ir-rimedju tal-ħsara, jew li tadotta miżuri xierqa oħra.
4. F’ċirkostanzi kritiċi fejn id-dewmien x’aktarx li jikkawża ħsara li tkun diffiċli tissewwa, il-Partijiet jistgħu jieħdu l-miżuri qabel il-konsultazzjonijiet, bil-kondizzjoni li għandhom jiġu offruti konsultazzjonijiet immedjatament wara li tittieħed din l-azzjoni.
5. Fil-għażla tal-miżuri skont dan l-Artikolu, il-Partijiet għandhom jagħtu prijorità lil dawk li joħolqu l-inqas tfixkil għall-ksib tal-għanijiet ta’ dan il-Ftehim.
6. Xejn f’dan l-Artikolu m’għandu jippreġudika jew b’xi mod jaffettwa t-teħid minn kwalunkwe Parti, ta’ miżuri anti-dumping jew miżuri korrettivi skont l-Artikolu VI tal-GATT 1994, il-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994, il-Ftehim dwar Sussidji u Miżuri Korrettivi jew il-leġislazzjoni interna relatata ma’ dan.
Artikolu 8
[FSK Turkmenistan: Artikolu 13]
Il-Partijiet jimpenjaw lilhom infushom li jikkunsidraw l-iżvilupp tad-dispożizzjonijiet f’dan il-Ftehim dwar il-kummerċ f’merkanzija bejniethom, skont kif jippermettu ċ-ċirkostanzi, inkluża s-sitwazzjoni li tinħoloq mill-adeżjoni futura tat-Turkmenistan għall-WTO. Il-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 17 jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar dawn l-iżviluppi tal-Partijiet li jistgħu jidħlu fis-seħħ, meta aċċettati, bis-saħħa ta’ ftehim bejn il-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom.
Artikolu 9
[FSK Turkmenistan: Artikolu 14]
Il-Ftehim m’għandux jipprekludi projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet jew merkanzija fi transitu ġġustifikati abbażi ta’ moralità pubblika, ordni pubbliku jew sigurtà pubblika; il-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tal-bnedmin, l-annimali jew il-pjanti; il-protezzjoni tar-riżorsi naturali; il-protezzjoni ta’ teżori nazzjonali ta’ valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku jew il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, industrijali jew kummerċjali jew ir-regoli relatati mad-deheb u l-fidda. Tali projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet m’għandhomx, madankollu, jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija dwar il-kummerċ bejn il-Partijiet.
Artikolu 10
[FSK Turkmenistan: Artikolu 15]
Dan it-Titolu m’għandux japplika għall-kummerċ fi prodotti tat-tessuti li jaqgħu taħt il-Kapitoli 50 sa 63 tan-Nomenklatura Kombinata. Il-kummerċ f’dawn il-prodotti għandu jkun regolat bi ftehim separat, inizjalat fit-30 ta’ Diċembru 1995 u applikat proviżorjament mill-1 ta’ Jannar 1996.
Artikolu 11
[FSK Turkmenistan: Artikolu 16]
1. Il-kummerċ fil-prodotti koperti bit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandu jiġi regolat mid-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5.
2. Għandu jiġi stabbilit grupp ta’ kuntatt dwar materji dwar il-faħam u l-azzar, li jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità minn naħa waħda, u rappreżentanti tat-Turkmenistan min-naħa l-oħra.
Il-grupp ta’ kuntatt għandu jiskambja informazzjoni, fuq bażi regolari, dwar il-materji kollha tal-faħam u l-azzar li huma ta’ interess għall-Partijiet.
Artikolu 12
[FSK Turkmenistan: Artikolu 17]
Il-kummerċ f’materjali nukleari ser isir skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. Jekk meħtieġ, il-kummerċ f’materjali nuklejari għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ Ftehim speċifiku li għandu jiġi konkluż bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u t-Turkmenistan.
TITOLU III
ĦLASIJIET, KOMPETIZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET EKONOMIĊI OĦRA
[FSK Turkmenistan: Titolu IV]
Artikolu 13
[FSK Turkmenistan: Artikolu 39(1)]
Il-Partijiet jimpenjaw lilhom infushom li jawtorizzaw, f’munita faċilment konvertibbli, kull ħlas kurrenti bejn residenti tal-Komunità u tat-Turkmenistan konnessi mal-moviment ta’ merkanzija, magħmula skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 14
[FSK Turkmenistan: Artikolu 41(4)]
Il-Partijiet jaqblu li jeżaminaw metodi sabiex japplikaw il-liġijiet rispettivi tagħhom dwar il-kompetizzjoni fuq bażi miftiehma f’dawk il-każijiet li jolqtu l-kummerċ ta’ bejniethom.
Artikolu 15
[FSK Turkmenistan: Artikolu 40(1)]
Skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Anness II, it-Turkmenistan għandu jkompli jtejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali sabiex tipprovdi, sal-aħħar tal-ħames sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, livell ta’ protezzjoni simili għal dak previst fil-Komunità b’atti Komunitarji, b’ mod partikolari dawk imsemmija fl-Anness II, inklużi mezzi effettivi għall-infurzar ta’ tali drittijiet.
Artikolu 16
L-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali bejn l-awtoritajiet tal-Partijiet għandha ssir skont il-Protokoll anness ma’ dan il-Ftehim.
TITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI, ĠENERALI U FINALI
[FSK Turkmenistan: Titolu XI]
Artikolu 17
Il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u l-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika ffirmat fit-18 ta’ Diċembru 1989 għandu jwettaq il-kompiti assenjati lilu b’dan il-Ftehim sakemm jiġi stabbilit il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni previst fl-Artikolu 77 tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni.
Artikolu 18
Il-Kumitat Konġunt jista’, għall-finijiet tal-ilħuq tal-objettivi ta’ dan il-Ftehim, jagħmel rakkomandazzjonijiet fil-każijiet previsti fih.
Huwa għandu jfassal ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu bi ftehim bejn il-Partijiet.
Artikolu 19
[FSK Turkmenistan: Artikolu 81]
Meta jeżamina kwalunkwe kwistjoni fi ħdan il-qafas ta’ dan il-Ftehim fir-rigward ta’ dispożizzjoni li tirreferi għal Artikolu ta’ wieħed mill-Ftehimiet li jistabbilixxu d-WTO, il-Kumitat Konġunt għandu jieħu kont sakemm ikun possibbli tal-interpretazzjoni li ġeneralment tingħata lill-Artikolu in kwistjoni mill-Membri tad-WTO.
Artikolu 20
[FSK Turkmenistan: Artikolu 85]
1. Fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim, kull Parti timpenja lilha nfisha li tiżgura li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi tal-Parti l-oħra jkollhom aċċess liberu minn kull diskriminazzjoni fir-rigward taċ-ċittadini nazzjonali tagħha għall-qrati kompetenti u l-organi amministrattivi tal-Partijiet sabiex jiddefendu d-drittijiet individwali tagħhom u d-drittijiet tal-proprjetà tagħhom, inklużi dawk relatati mal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali.
2. Fil-limiti tal-poteri rispettivi tagħhom, il-Partijiet:
— |
għandhom jinkoraġġixxu l-adozzjoni tal-arbitraġġ biex jissolva tilwim li jirriżulta minn transazzjonijiet kummerċjali u ta’ kooperazzjoni konklużi minn operaturi ekonomiċi tal-Komunità u dawk tat-Turkmenistan; |
— |
jiftiehmu li fejn jiġi sottomess tilwim għall-arbitraġġ, kull parti fit-tilwim tista’, għajr fejn ir-regoli taċ-ċentru magħżul tal-arbitraġġ magħżul mill-partijiet jipprevedi mod ieħor, tagħżel l-arbitratur tagħha, irrispettivament miċ-ċittadinanza tiegħu, u li t-tielet arbitratur li jippresjiedi jew l-arbitratur waħdieni jista’ jkun ċittadin ta’ Stat terz; |
— |
għandhom jirrakkomandaw li l-operaturi ekonomiċi tagħhom jagħżlu b’kunsens reċiproku l-liġi applikabbli għall-kuntratti tagħhom; |
— |
għandhom jinkoraġġixxu li jintużaw ir-regoli tal-arbitraġġ elaborati mill-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi Internazzjonali tal-Kummerċ (Uncitral) u arbitraġġ minn kwalunkwe ċentru ta’ stat firmatarju għall-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent u l-Infurzar ta’ Sentenzi tal-Arbitraġġ Esteri li saret fi New York fl-10 ta’ Ġunju 1958. |
Artikolu 21
[FSK Turkmenistan: Artikolu 86]
Xejn f’dan il-Ftehim m’għandu jtellef Parti milli tieħu kwalunkwe miżura:
(a) |
li tqis neċessarja għall-prevenzjoni tal-iżvelar ta’ informazzjoni kontra l-interessi essenzjali tagħha ta’ sigurtà; |
(b) |
li huma relatati mal-produzzjoni ta’, jew il-kummerċ f’armi, munizzjon jew materjal tal-gwerra jew riċerka, żvilupp jew produzzjoni meħtieġa għal finijiet ta’ difiża, dment li l-miżuri ma jolqtux ħażin il-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni rigward prodotti li mhumiex intenzjonati għal finijiet speċifikament militari; |
(ċ) |
li tikkunsidra essenzali għas-sigurtà tagħha nfisha fil-każ ta’ disturbi serji interni li jaffettwaw iż-żamma tal-liġi u tal-ordni, fi żmien ta’ gwerra jew ta’ tensjoni internazzjonali serja li tikkostwixxi theddida ta’ gwerra jew sabiex twettaq l-obbligi li tkun aċċettat bil-għan li tinżamm il-paċi u s-sigurtà internazzjonali; |
(d) |
li tikkunsidra meħtieġa sabiex tirrispetta l-obbligi internazzjonali tagħha u l-impenji fil-kontroll ta’ merkanzija u tekonoloġija industrijali ta’ użu doppju. |
Artikolu 22
[FSK Turkmenistan: Artikolu 87]
1. Fl-oqsma koperti minn dan il-Ftehim u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċjali inkluża fihom:
— |
l-arranġamenti applikati mit-Turkmenistan fir-rigward tal-Komunità m’għandhomx jirriżultaw fi kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri, iċ-ċittadini tagħhom jew il-kumpanniji u d-ditti tagħhom; |
— |
l-arranġamenti applikati mill-Komunità fir-rigward tat-Turkmenistan m’għandhomx jirriżultaw fi kwalunkwe diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini Turkmeni jew il-kumpanniji jew id-ditti Turkmeni. |
2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 huma mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Partijiet li japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-leġislazzjoni fiskali tagħhom għal persuni li jħallsu t-taxxa u li ma jkunux f’sitwazzjonijiet identiċi rigward il-post ta’ residenza tagħhom.
Artikolu 23
[FSK Turkmenistan: Artikolu 88]
1. Kull Parti tista’ tirreferi lill-Kumitat Konġunt kull tilwim rigward l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim.
2. Il-Kumitat Konġunt jista’ jsolvi t-tilwim permezz ta’ rakkommandazzjoni.
3. Fil-każ li ma jkunx possibbli li jiġi solvut it-tilwim skont il-paragrafu 2, kull waħda mill-Partijiet tista’ tinnotifika lill-oħra bil-ħatra ta’ konċiljatur; il-Parti l-oħra għandha mbagħad taħtar it-tieni konċiljatur fi żmien xahrejn.
Il-Kumitat Konġunt għandu jaħtar it-tielet konċiljatur.
Ir-rakkomandazzjonijiet tal-konċiljaturi għandhom jittieħdu b’vot ta’ maġġoranza. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ma għandhomx jorbtu lill-Partijiet.
Artikolu 24
[FSK Turkmenistan: Artikolu 89]
Il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw mill-ewwel skont il-mezzi xierqa fuq talba ta’ wieħed mill-Partijiet biex jiddiskutu kwalunkwe materja li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim jew aspetti rilevanti oħra tar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet.
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m’għandhom bl-ebda mod jaffettwaw u huma mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 7, 23 u 28.
Artikolu 25
[FSK Turkmenistan: Artikolu 90]
It-trattament mogħti lit-Turkmenistan hawnhekk m’għandu fl-ebda każ ikun aktar favorevoli minn dak mogħti mill-Istati Membri lil xulxin.
Artikolu 26
[FSK Turkmenistan: Artikolu 92]
Sakemm il-materji koperti b’dan il-Ftehim ikunu koperti bit-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija u bil-Protokolli tiegħu, dan it-Trattat u dawn il-Protokolli għandhom japplikaw mad-dħul fis-seħħ tagħhom għal dawn il-materji iżda biss safejn din l-applikazzjoni tkun prevista fihom.
Artikolu 27
1. Dan il-Ftehim għandu jkun applikabbli sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li ġie inizjalat fl-24 ta’ Mejju 1997.
2. Kull Parti tista’ tirrinunzja dan il-Ftehim billi tinnotifika lill-Parti l-oħra. Dan il-Ftehim ma jibqax japplika sitt xhur wara d-data ta’ tali notifika.
Artikolu 28
[FSK Turkmenistan: Artikolu 94]
1. Il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim. Huma għandhom jaraw li l-objettivi stabbiliti fil-Ftehim jintlaħqu.
2. Jekk waħda mill-Partijiet taħseb li l-parti l-oħra naqset milli tissodisfa obbligu taħt il-Ftehim, tistà tieħu l-miżuri xierqa. Qabel ma tagħmel hekk, ħlief f’każi ta’ urġenza speċjali, trid tipprovdi lill-Kumitat Konġunt bl-informazzjoni rilevanti kollha għal eżami sħiħ tas-sitwazzjoni bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet.
Fil-għażla ta’ dawn il-miżuri, għandha tingħata prijorità lil dawk illi jfixklu l-inqas il-funzjonament tal-Ftehim. Dawn il-miżuri għandhom jiġu notifikati immedjatament lill-Kumitat Konġunt jekk il-Parti l-oħra titlob hekk.
Artikolu 29
[FSK Turkmenistan: Artikolu 95]
L-Annessi I u II u l-Protokoll dwar assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali għandhom ikunu parti integrali ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 30
[FSK Turkmenistan: Artikolu 97]
Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fihom jiġu applikati t-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dawk it-Trattati u, min-naħa l-oħra, għat-territorju tat-Turkmenistan.
Artikolu 31
Dan il-Ftehim huwa mfassal duplikatament b’dawn il-lingwi: Daniż, Olandiż, Ingliż, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Taljan, Spanjol, Svediż, Grieg, Portugiż u Turkmen, u kull test huwa ugwalment awtentiku.
Artikolu 32
Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri tagħhom stess.
Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li l-proċeduri msemmija fl-ewwel paragrafu tlestew.
Mad-dħul fis-seħħ tiegħu, u safejn ir-relazzjonijiet bejn it-Turkmenistan u l-Komunità huma kkonċernati, dan il-Ftehim għandu jissostitwixxi l-Artikolu 2, l-Artikolu 3, għajr għar-raba’ inċiż tiegħu, u l-Artikoli 4 sa 16 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi Soċjalisti dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali ffirmat fi Brussell fit-18 ta’ Diċembru 1989.
LISTA TA’ DOKUMENTI MEHMUŻA
ANNESS I |
: |
Lista indikattiva ta’ vantaġġi mogħtija mit-Turkmenistan lill- Istati Indipendenti skont l-Artikolu 2(3). |
ANNESS II |
: |
L-atti tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali msemmijin fl-Artikolu 15. |
Protokoll dwar assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali.
ANNESS I
Lista indikattiva ta’ vantaġġi mogħtija mit-Turkmenistan lill-Istati Indipendenti skont l-Artikolu 2(3)
1. Tassazzjoni fuq l-importazzjoni/esportazzjoni
Ma jinġabar l-ebda dazju fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni.
Is-servizzi bħall-approvazzjoni doganali, id-dazji tal-kummissjonijiet u oħrajn li jinġabru mid-Dwana ta’ Stat, l-Iskambju tal-Materja Prima ta’ Stat u l-Ispezzjoni Fiskali ta’ Stat mhumiex pagabbli fil-każ tal-merkanzija li ġejja:
— |
importazzjoni ta’ żrieragħ, ikel tat-trabi, oġġetti tal-ikel li jinbiegħu lill-popolazzjoni bi prezzijiet ikkontrollati mill-istat; |
— |
merkanzija importata abbażi ta’ kuntratt u ffinanzjata mill-baġit statali tat-Turkmenistan. |
2. Kondizzjonijiet tat-trasport u t-transitu
Rigward il-pajjiżi tal-KSI li huma Partijiet għall-Ftehim Multilaterali “dwar il-prinċipji u l-kondizzjonijiet ta’ relazzjonijiet fil-qasam tat-trasport” u/jew abbażi ta’ ftehimiet bilaterali dwar it-trasportazzjoni u t-transitu, ma jiġu applikati l-ebda taxxi jew miżati fuq bażi reċiproka għat-trasportazzjoni u l-approvazzjoni doganali ta’ merkanzija (inkluża merkanzija fi transitu) u għat-transitu ta’ vetturi.
Vetturi mill-Istati tal-KSI huma eżentati milli jħallsu kwalunkwe dazju meta jkunu fi transitu fit-territorju tat-Turkmentistan.
ANNESS II
Atti tal-proprjetà Intellettwali, Industrijali u Kummerċjali msemmijin fl-Artikolu 15
1. |
Atti Komunitarji msemmijin fl-Artikolu 15.
|
2. |
Jekk jinqalgħu problemi fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali kif indirizzati fl-Atti Komunitarji ta’ hawn fuq u li jaffettwaw il-kondizzjonijiet tan-negozju, għandhom isiru konsultazzjonijiet urġenti, fuq it-talba tal-Komunità jew tat-Turkmenistan, bil-ħsieb li jinstabu soluzzjonijiet reċiprokament sodisfaċenti. |
PROTOKOLL
dwar assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll:
(a) |
“leġislazzjoni doganali” għandha tfisser kwalunkwe dispożizzjoni legali jew regolatorja applikabbli fit-territorju tal-Partijiet li jirregolaw l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-transitu ta’ merkanzija u t-tqegħid tagħha taħt kwalunkwe proċedura doganali, inkluż il-miżuri ta’ projbizzjoni, restrizzjoni jew kontroll adottati mill-Partijiet imsemmija; |
(b) |
“awtorità applikanti” tfisser awtorità amministrattiva kompetenti maħtura minn Parti għal dan il-fini u li tagħmel talba għal assistenza f’materji doganali; |
(ċ) |
“l-awtorità rikjesta” tfisser awtorità amministrattiva kompetenti li tkun inħatret minn Parti għal dan il- fini u li tirċievi talba għal assistenza f’materji doganali; |
(d) |
“data personali” tfisser l-informazzjoni kollha marbuta ma’ individwu indentifikat jew identifikabbli; |
(e) |
“operazzjoni fi ksur tal-leġislazzjoni doganali” għandha tfisser kwalunkwe ksur jew tentattiv ta’ ksur tal-leġislazzjoni doganali. |
Artikolu 2
Kamp ta’ Applikazzjoni
1. Il-Partijiet għandhom jassistu lil xulxin, fl-oqsma tal-kompetenza tagħhom, bil-mod u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Protokoll, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni doganali, b’mod partikolari permezz tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni ta’ operazzjonijiet fi ksur ta’ dik il-leġislazzjoni.
2. L-assistenza f’materji doganali, kif imsemmija f’dan il-Protokoll, għandha tapplika għal kull awtorità amministrattiva tal-Partijiet li hija kompetenti għall-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll. Hija m’għandhiex tippreġudika r-regoli li jirregolaw assistenza reċiproka f’materji kriminali. Lanqas m’għandha tkopri informazzjoni miksuba taħt poteri eżerċitati fuq talba tal-awtoritajiet ġudizzjarji, ħlief fejn il-komunikazzjoni ta’ tali informazzjoni tkun awtorizzata mill-awtoritajiet imsemmija.
Artikolu 3
Assistenza fuq talba
1. Fuq it-talba tal-awtorita applikanti, l-awtorità rikjesta għandha tgħaddilha l-informazzjoni kollha rilevanti li tista’ tgħinha tiżgura l-konformità mal-leġislazzjoni doganali, inkluża informazzjoni dwar operazzjonijiet annotati jew ippjanati li jistgħu jkunu fi ksur ta’ tali leġislazzjoni.
2. Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha tinformaha jekk il-merkanzija esportata mit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet kinitx importata kif suppost mit-territorju tal-Parti l-oħra, u tispeċifika, fejn xieraq, il-proċedura doganali applikata għall-merkanzija.
3. Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha, fil-qafas tal-liġijiet tagħha, tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura sorveljanza speċjali ta’:
(a) |
persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma suspettati fuq raġunijiet validi li huma involuti jew li kienu involuti f’operazzjonijiet fi ksur tal-leġislazzjoni doganali; |
(b) |
postijiet fejn il-merkanzija tkun maħżuna b’mod li tagħti lok għal suspetti li hija maħsuba biex tintuża f’operazzjonijiet fi ksur tal-leġislazzjoni doganali; |
(ċ) |
movimenti ta’ merkanzija notifikati bħala li huma possibbilment iwasslu għal operazzjonijiet fi ksur tal-leġislazzjoni doganali; |
(d) |
mezzi ta’ trasport li huma suspettati fuq bażi raġonevoli li intużaw jew li jistgħu jintużaw f’operazzjonijiet fi ksur tal-leġislazzjoni doganali. |
Artikolu 4
Assistenza spontanja
Il-Partijiet għandhom jagħtu lil xulxin, fuq inizjattiva tagħhom stess u skont il-liġijiet tagħhom, regoli u strumenti legali oħrajn, b’assistenza jekk iqisu li jkun hemm bżonnha għall-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni doganali, partikolarment meta jiksbu informazzjoni marbuta ma’:
— |
operazzjonijiet li huma jew jidhru li huma fi ksur ta’ leġislazzjoni bħal din u li jistgħu jkunu ta’ interess għall-Parti l-oħra; |
— |
modi jew metodi ġodda użati biex jitwettqu tali operazzjonijiet; |
— |
merkanzija magħrufa bħala li hija soġġetta għal operazzjonijiet fi ksur tal-leġislazzjoni doganali; |
— |
persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma suspettati fuq raġunijiet validi li huma involuti jew li kienu involuti f’operazzjonijiet fi ksur tal-leġislazzjoni doganali; |
— |
mezzi ta’ trasport li huma suspettati fuq raġunijiet validi li ntużaw, li jintużaw jew li jistgħu jintużaw f’operazzjonijiet fi ksur tal-leġislazzjoni doganali. |
Artikolu 5
Kunsinna/Notifika
Fuq it-talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha, skont il-leġislazzjoni tagħha, tieħu l-passi meħtieġa kollha sabiex:
— |
tikkunsinna d-dokumenti kollha; |
— |
tinnotifika d-deċiżjonijiet kollha, |
li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan il-Protokoll lill-indirizzat, li joqgħod jew li huwa stabbilit fit-territorju tagħha. F’każ bħal dan, l-Artikolu 6(3) għandu japplika għat-talbiet għal komunikazzjoni jew notifika.
Artikolu 6
Forma u sustanza ta’ talbiet għal assistenza
1. It-talbiet skont dan il-Protokoll għandhom isiru bil-miktub. Huma għandhom ikunu akkompanjati mid-dokumenti meħtieġa sabiex jiffaċilitaw il-konformità mat-talba. Meta meħtieġ minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni, talbiet orali jistgħu jiġu aċċettati, iżda għandhom jiġu kkonfermati immedjatament bil-miktub.
2. Talbiet skont il-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
l-awtorità applikanti li tagħmel it-talba; |
(b) |
il-miżura rikjesta; |
(ċ) |
l-objettiv u r-raġuni tat-talba; |
(d) |
il-liġijiet, ir-regoli u l-elementi legali l-oħrajn involuti; |
(e) |
indikazzjonijiet kemm jista’ jkun preċiżi u komprensivi dwar il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu l-mira tal-investigazzjonijiet; |
(f) |
sommarju tal-fatti rilevanti u tal-istħarriġ diġa’ mwettaq, ħlief fil-każijiet previsti fl-Artikolu 5. |
3. It-talbiet għandhom jiġu sottomessi f’lingwa uffiċjali tal-awtorità rikjesta jew f’lingwa aċċettabbli għal dik l-awtorità.
4. Jekk talba ma tkunx skont ir-rekwiżiti formali, tista’ tintalab li tiġi korretta jew kompluta; iżda jistgħu jiġu ordnati miżuri ta’ prekawzjoni.
Artikolu 7
Eżekuzzjoni ta’ talbiet
1. Sabiex tikkonforma ma’ talba għal assistenza, l-awtorità rikjesta għandha tipproċedi, fil-limiti tal-kompetenza tagħha u tar-riżorsi disponibbli, daqs li kieku kienet qed taġixxi f’isimha proprju jew fuq talba ta’ awtoritajiet oħrajn ta’ dik l-istess Parti, billi tgħaddi l-informazzjoni li diġà jkollha, billi tagħmel l-investigazzjonijiet xierqa jew billi tirranġa sabiex dawn isiru. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll għad-dipartiment amministrattiv li lilu tkun indirizzata t-talba mill-awtorità rikjesta meta din tal-aħħar ma tkunx tista’ taġixxi minn rajha.
2. It-talbiet għal assistenza għandhom isiru skont il-liġijiet, ir-regoli u l-istrumenti legali l-oħrajn tal-Parti rikjesta.
3. Uffiċjali awtorizzati kif xieraq ta’ Parti jistgħu, bi ftehim mal-Parti l-oħra involuta u soġġetti għall-kondizzjonijiet imniżżla minn din tal-aħħar, jiksbu mill-uffiċċji tal-awtorità rikjesta jew awtorità oħra għal liema l-awtorità rikjesta hija responsabbli, informazzjoni dwar operazzjonijiet li huma jew li jistgħu jkunu fi ksur tal-leġislazzjoni doganali li l-awtorità applikanti teħtieġ għall-fini ta’ dan il-Protokoll.
4. L-uffiċjali ta’ xi Parti jistgħu, bi ftehim mal-Parti l-oħra involuta u soġġetti għall-kondizzjonijiet preskritti minn din tal-aħħar, ikunu preżenti fl-investigazzjonijiet imwettqa fit-territorju ta’ din il-Parti tal-aħħar.
Artikolu 8
Forma li fiha għandha tiġi kkomunikata l-informazzjoni
1. L-awtorità rikjesta għandha tikkomunika r-riżultati tal-investigazzjonijiet lill-awtorità applikanti fil-forma ta’ dokumenti, kopji ċċertifikati ta’ dokumenti, rapporti u oħrajn bħal dawn.
2. Id-dokumenti previsti fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu sostitwiti b’informazzjoni kompjuterizzata prodotta fi kwalunkwe forma għall-istess fini.
3. Il-fajls u d-dokumenti oriġinali għandhom jintalbu biss f’każijiet fejn il-kopji ċċertifikati ma jkunux biżżejjed. L-oriġinali li jintbagħtu għandhom jiġu ritornati mal-ewwel opportunità.
Artikolu 9
Eċċezzjonijiet mill-obbligu li tingħata assistenza
1. Il-Partijiet jistgħu jirrifjutaw li jagħtu assistenza kif prevista f’dan il-Protokoll, fejn jekk jagħmlu dan:
(a) |
aktarx tiġi ppreġudikata s-sovranità tat-Turkmenistan jew dik ta’ Stat Membru li jkun intalab jipprovdi assistenza taħt dan il-Protokoll; jew |
(b) |
aktarx li jkunu ppreġudikati l-ordni pubbliku, is-sigurtà jew interessi essenzjali oħra, b’mod partikolari fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 10(2); jew |
(ċ) |
jiġu involuti regolamenti dwar il-valuta jew it-taxxa minbarra l-leġislazzjoni doganali; jew |
(d) |
jinkiser sigriet industrijali, kummerċjali jew professjonali. |
2. Fejn l-awtorità applikanti titlob assistenza li hi nnifisha ma tkunx tista’ tagħti kieku tintalab tagħmel dan, tiġbed l-attenzjoni ta’ dan il-fatt fit-talba tagħha. Hija għandha mbagħad titħalla għall-awtorità rikjesta li tiddeċiedi kif twieġeb għal talba bħal din.
3. Jekk tiġi rrifjutata l-assistenza, id-deċiżjoni u r-raġunijiet għandhom jiġu notifikati lill-awtorità applikanti mingħajr dewmien.
Artikolu 10
Skambju ta’ informazzjoni u kunfidenzjalità
1. Kull informazzjoni kkomunikata fi kwalunkwe forma skont dan il-Protokoll għandha tkun kunfidenzjali u ristretta, skont ir-regoli applikabbli f’kull waħda mill-Partijiet. Hija għandha tkun koperta mill-obbligu ta’ segretezza uffiċjali u għandha tgawdi mill-protezzjoni estiża għal informazzjoni simili skont il-liġijiet rilevanti tal-Parti li tkun rċevietha u d-dispożizzjonijiet korrispondenti li japplikaw għall-istituzzjonijiet Komunitarji.
2. Data personali tista’ tiġi mibdula biss fejn il-Parti li tirċievi timpenja ruħha li tipproteġi din id-data b’tali mod li jkun mill-inqas ekwivalenti għall-mod applikabbli għal dak il-każ partikolari mill-Parti li tissupplixxi.
3. L-informazzjoni li tinkiseb għandha tintuża biss għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll. Fejn wieħed mill-Partijiet jitlob l-użu ta’ tali informazzjoni għal finijiet oħra, huwa għandu jitlob il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-awtorità li pprovdiet l-informazzjoni. Tali użu mbagħad għandu jkun soġġett għar-restrizzjonijiet kollha stabbiliti minn dik l-awtortià.
4. Il-paragrafu 3 m’għandux jimpedixxi l-użu ta’ informazzjoni fi kwalunkwe proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi sussegwentement stabbiliti minħabba nuqqas ta’ konformità mal-leġislazzjoni doganali. L-awtorità kompetenti li tkun tat dik l-informazzjoni għandha tiġi notifikata b’tali użu.
5. Il-Partijiet jistgħu, fir-reġistrazzjonijiet tagħhom tal-evidenza, ir-rapporti u t-testimonjanzi u fil-proċedimenti u l-akkużi miġjuba quddiem il-qrati, jużaw bħala evidenza informazzjoni miksuba u dokumenti konsultati skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll.
Artikolu 11
Esperti u xiehda
Uffiċjal ta’ awtorità rikjesta jista’ jiġi awtorizzat sabiex jidher, fil-limiti tal-awtorizzazzjoni mogħtija, bħala espert jew xhud fi proċedimenti ġudizzjarji jew aministrattivi dwar materji koperti minn dan il-Protokoll fil-ġurisdizzjoni tal-Parti l-oħra, u biex jipproduċi oġġetti, dokumenti jew kopji ċertifikati tagħhom, skont kif jista’ jkun meħtieġ għall-proċedimenti. It-talba għad-dehra għandha tindika speċifikament dwar liema materji u bis-saħħa ta’ liema titolu jew kwalifika l-uffiċjal ser jiġi mistoqsi.
Artikolu 12
Spejjeż ta’ assistenza
Il-Partijiet għandhom jirrinunzjaw il-pretensjonijiet kollha ta’ bejn xulxin dwar ir-rimborż tal-ispejjeż imġarrba skont dan il-Protokoll, ħlief, kif xieraq, għall-ispejjeż għal esperti u xiehda u għal interpreti u tradutturi li ma jkunux impjegati tas-servizz pubbliku.
Artikolu 13
Applikazzjoni
1. L-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandha tiġi fdata lill-awtoritajiet doganali ċentrali tat-Turkmenistan minn naħa waħda u lis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u, fejn xieraq, lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri min-naħa l-oħra. Huma għandhom jiddeċiedu dwar il-miżuri prattiċi u l-arranġamenti meħtieġa kollha għall-applikazzjoni tiegħu, b’kont meħud tar-regoli fis-seħħ fil-qasam tal-protezzjoni ta’ data. Huma jistgħu jirrakkomandaw lill-korpi kompetenti l-emendi li jqisu li għandhom isiru għal dan il-Protokoll.
2. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin u sussegwentement iżommu lil xulxin informati bir-regoli dettaljati ta’ implementazzjoni li jiġu adottati skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll.
Artikolu 14
Ftehimiet oħrajn
1. Wara li jittieħdu in konsiderazzjoni l-kompetenzi tal-Komunità Ewropea u tal-Istati Membri, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll:
— |
m’għandhomx jaffettwaw l-obbligi tal-Partijiet taħt xi ftehim jew konvenzjoni internazzjonali oħra; |
— |
għandhom jitqiesu komplementari għal ftehimiet dwar assistenza reċiproka li jkunu ġew jew li jistgħu jiġu konklużi bejn Stati Membri individwali u t-Turkmenistan; u |
— |
m’għandhomx jaffetwaw id-dispożizzjoniet li jirregolaw il-komunikazzjoni bejn is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri dwar xi informazzjoni miksuba taħt dan il-ftehim li tista’ tkun ta’ interes għall-Komunità. |
2. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim għandhom jieħdu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet tal-ftehim bilaterali fuq assistenza reċiproka li ġie jew li jista’ jiġi konkluż bejn l-Istati Membri individwali u t-Turkmenistan safejn id-dispożizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar huma inkompatibbli ma’ dawk ta’ dan il-Protokoll.
3. Fir-rigward ta’ mistoqsijiet marbuta mal-applikabbiltà ta’ dan il-Protokoll, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex isolvu materja fil-qafas tal-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 17 ta’ dan il-Ftehim.
ATT FINALI
Il-Plenipotenzjarji tal-“KOMUNITÀ EWROPEA”, il-“KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR” u l-“KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA”, minn issa ’il quddiem imsejħin “il-Komunità”,
minn naħa waħda, u
l-plenipotenzjarji tat-“TURKMENISTAN”,
min-naħa l-oħra,
imlaqqgħin fi Brussell fl-10 ta’ Novembru 1999 għall-iffirmar tal-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, addottaw it-testi li ġejjin:
il-Ftehim inklużi l-Annessi tiegħu u l-Protokoll li ġej:
Protokoll dwar assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali.
Il-plenipotenzarji tal-Komunità u l-plenipotenzarji tat-Turkmenistan addottaw it-testi tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti elenkati hawn taħt u annessi għal dan l-Att Finali:
|
Dikjarazzjoni Konġunta dwar data personali |
|
Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 7 tal-Ftehim |
|
Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 8 tal-Ftehim |
|
Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 15 tal-Ftehim |
|
Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 28 tal-Ftehim |
Il-plenipotenzarji tal-Komunità ħadu nota wkoll tad-Dikjarazzjoni Unilaterali elenkata hawn taħt u annessa għal dan l-Att Finali:
Dikjarazzjoni Unilaterali mit-Turkmenistan rigward il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali.
Magħmul fi Brussell, fl-għaxar jum ta’ Novembru fis-sena elf disa’ mija disgħa u disgħin.
Għall-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
Għat-Turkmenistan
Dikjarazzjoni konġunta dwar data personali
Fl-applikazzjoni tal-ftehim, il-Partijiet huma konxji tal-ħtieġa ta’ protezzjoni adegwata tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ din id-data.
Dikjarazzjoni konġunta dwar l-artikolu 7 tal-ftehim
Il-Komunità u t-Turkmenistan jiddikjaraw li t-test tal-klawsola ta’ salvagwardja ma jiggarantix it-trattament ta’ salvagwardja tal-GATT.
Dikjarazzjoni konġunta dwar l-artikolu 8 tal-Ftehim
Sakemm it-Turkmenistan jaderixxi mad-WTO, il-Partijiet għandhom iwettqu konsultazzjonijiet fil-Kumitat Konġunt dwar il-linji politiċi tat-Turkmenistan dwar it-tariffi fuq importazzjoni, inklużi bidliet fil-protezzjoni tat-tariffi. B’mod partikolari, tali konsultazzjonijiet għandhom jiġu offruti qabel iż-żieda tal-protezzjoni tat-tariffi.
Dikjarazzjoni konġunta dwar l-artikolu 15 tal-Ftehim
Fil-limiti tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet jaqblu illi għall-fini ta’ dan il-Ftehim, il-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali tinkludi b’mod partikolari d-dritt tal-awtur, inkluż id-dritt tal-awtur fi programmi tal-kompjuters, u d-drittijiet qrib, id-drittijiet relatati ma’ brevetti, disinji industrijali, indikazzjonijiet ġeografiċi, inklużi l-ismijiet tal-oriġini, it-trademarks u l-marki ta’ servizzi, it-topografiji ta’ ċirkwiti integrati kif ukoll protezzjoni minn kompetizzjoni inġusta kif imsemmija fl-Artikolu 10a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi dwar il-protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali u l-protezzjoni ta’ informazzjoni mhux żvelata dwar kompetenzi.
Dikjarazzjoni konġunta dwar l-artikolu 28 tal-Ftehim
1. |
Il-Partijiet jaqblu, għall-fini ta’ interpretazzjoni korretta tiegħu u applikazzjoni prattika tiegħu, li t-terminu “każijiet ta’ urġenza speċjali” inkluż fl-Artikolu 28 tal-Ftehim ifisser każijiet ta’ ksur materjali tal-Ftehim minn waħda mill-Partijiet. Ksur materjali tal-Ftehim jikkonsisti minn:
|
2. |
Il-Partijiet jaqblu illi l-“miżuri xierqa” msemmijin fl-Artikolu 28 huma miżuri meħudin skont id-dritt internazzjonali. Jekk parti tieħu miżuri f’każ ta’ urġenza speċjali kif previst fl-Artikolu 28, il-parti l-oħra tista’ tieħu opportunità mill-proċedura li tirrigwarda s-soluzzjoni ta’ tilwim. |
Dikjarazzjoni unilaterali mit-turkmenistan dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali
It-Turkmenistan jiddikjara li:
1. |
Mat-tmiem tal-ħames sena wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, it-Turkmenistan għandu jaċċedi għall-konvenzjonijiet multilaterali dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali msemmijin fil-paragrafu 2 ta’ din id-Dikjarazzjoni li tagħha l-Istati Membri tal-Komunità huma partijiet jew li huma de facto applikati mill-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet rilevanti li jinsabu f’dawn il-konvenzjonijiet. |
2. |
Il-paragrafu 1 ta’ din id-Dikjarazzjoni jirrigwarda l-konvenzjonijiet multilaterali li ġejjin:
|
3. |
It-Turkmenistan jikkonferma l-importanza li jagħti lill-obbligi li jirriżultaw mill-konvenzjonijet multilaterali li ġejjin:
|
4. |
Mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, it-Turkmenistan għandu jagħti lill-kumpanniji u ċ-ċittadini Komunitarji, fir-rigward tar-rikonoxximent u l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali, trattament mhux inqas favorevoli minn dak li jagħti lil kwalunkwe pajjiż terz taħt ftehimiet bilaterali. |
5. |
Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4 m’għandhomx japplikaw għall-vantaġġi mogħtija mit-Turkmenistan lil kwalunkwe pajjiż terz fuq bażi reċiproka effettiva jew għall-vantaġġi mogħtija mit-Turkmenistan lil pajjiż ieħor tal-eks-Unjoni Sovjetika. |
Skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u t-Turkmenistan li jemenda l-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, fuq naħa waħda, u t-Turkmenistan, fuq in-naħa l-oħra, fir-rigward tal-verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi
A. Ittra mill-Komunità Ewropea
Sinjur,
Il-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fl-10 ta’ Novembru 1999.
L-Artikolu 31 tal-Ftehim Temporanju jindika l-verżjonijiet tal-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża, Spanjola, Żvediża u Turkmana bħala verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi ta’ dan il-ftehim.
Wara ż-żieda fin-numru ta’ lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea, b’mod partikolari wara l-adeżjoni ta’ 12-il Stat Membru mal-Unjoni Ewropea mill-iffirmar tal-Ftehim Temporanju, huwa meħtieġ li l-verżjonijiet tal-lingwa Bulgara, Ċeka, Estonjana, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Rumena, Slovakka u Slovena tal-Ftehim Temporanju jiġu indikati wkoll bħala verżjonijiet awtentiċi tal-Ftehim Temporanju u li l-Artikolu 31 tal-Ftehim Temporanju jiġi emendat kif meħtieġ.
Mehmuża ma’ din l-ittra ssib dawn il-verżjonijiet lingwistiċi addizzjonali.
Napprezza jekk tkun tista’ tesprimi l-aċċettazzjoni tat-Turkmenistan tal-verżjonijiet lingwistiċi addizzjonali bħala verżjonijiet lingwistiċ awtentiċi tal-Ftehim Temporanju u l-qbil tat-Turkmenistan mal-emenda korrispondenti tal-Artiklu 31 tal-Ftehim Temporanju.
Dan l-istrument se jidħol fis-seħħ fid-data tal-iffirmar tiegħu.
Jekk jogħġbok aċċetta l-assigurazzjoni tal-ogħla stima tiegħi.
Għall-Komunità Ewropea
B. Ittra mit-Turkmenistan
Sinjur,
Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum u l-verżjonijiet lingwistiċi annessi tal-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra,li tgħid dan li ġej:
“Il-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fl-10 ta’ Novembru 1999.
L-Artikolu 31 tal-Ftehim Temporanju jindika l-verżjonijiet tal-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża, Spanjola, Żvediża u Turkmana bħala verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi ta’ dan il-ftehim.
Wara ż-żieda fin-numru ta’ lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea, b’mod partikolari wara l-adeżjoni ta’ 12-il Stat Membru mal-Unjoni Ewropea mill-iffirmar tal-Ftehim Temporanju, huwa meħtieġ li l-verżjonijiet tal-lingwa Bulgara, Ċeka, Estonjana, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Rumena, Slovakka u Slovena tal-Ftehim Temporanju jiġu indikati wkoll bħala verżjonijiet awtentiċi tal-Ftehim Temporanju u li l-Artikolu 31 tal-Ftehim Temporanju jiġi emendat kif meħtieġ.
Mehmuża ma’ din l-ittra ssib dawn il-verżjonijiet lingwistiċi addizzjonali.
Napprezza jekk tkun tista’ tesprimi l-aċċettazzjoni tat-Turkmenistan tal-verżjonijiet lingwistiċi addizzjonali bħala verżjonijiet lingwistiċ awtentiċi tal-Ftehim Temporanju u l-qbil tat-Turkmenistan mal-emenda korrispondenti tal-Artiklu 31 tal-Ftehim Temporanju.
Dan l-istrument se jidħol fis-seħħ fid-data tal-iffirmar tiegħu.”
Għandi l-unur li nesprimi l-aċċettazzjoni tat-Turkmenistan tal-verżjonijiet lingwistiċi addizzjonali annessi ma’ dik l-ittra bħala verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi tal-Ftehim Temporanju u l-qbil tat-Turkmenistan mal-emenda korrispondenti tal-Artikolu 31 tal-Ftehim Temporanju.
Kif stabbilit fl-ittra tiegħek, dan l-istrument se jidħol fis-seħħ fid-data tal-iffirmar tiegħu.
Jekk jogħġbok aċċetta l-assigurazzjoni tal-ogħla stima tiegħi.
Għat-Turkmenistan