ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.078.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 78

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
24 ta' Marzu 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 287/2011 tal-21 ta' Marzu 2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' karbur tat-tangstin, karbur tat-tangstin imħallat sempliċement ma' trab metalliku u karbur tat-tangstin imdewweb li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 288/2011 tat-23 ta’ Marzu 2011 li jimplimenta l-Artikolu 16(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 289/2011 tat-23 ta' Marzu 2011 li jikkoreġi t-test Ungeriż tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku

21

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2011 tat-23 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

22

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/178/PESK tat-23 ta' Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

24

 

 

2011/179/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Diċembru 2010 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 39/96 (ex NN 127/92) mogħtija minn Franza lill-Coopérative d’exportation du livre français (CELF) (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8938)  ( 1 )

37

 

 

2011/180/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Marzu 2011 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jiġi awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta’ pakketti żgħar ta’ taħlitiet ta’ żrieragħ standard ta’ varjetajiet differenti ta’ ħxejjex li jappartjenu għall-istess speċi (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1760)  ( 1 )

55

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 5/2010/KP tad-9 ta’ Diċembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti Nru 4/2004/KP li tistabbilixxi Kumitat tal-Mekkaniżmu Finanzjarju

57

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 6/2010/KP tad-9 ta' Diċembru 2010 li testendi x-xogħlijiet tal-Uffiċċju għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE u l-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja

58

 

 

IV   Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 290/09/COL tal-1 ta’ Lulju 2009 dwar l-għajnuna mogħtija lis-settur tal-edukazzjoni lill-bdoti tal-linji tal-ajru fil-Kontea ta’ Troms (In-Norveġja)

59

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 287/2011

tal-21 ta' Marzu 2011

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' karbur tat-tangstin, karbur tat-tangstin imħallat sempliċement ma' trab metalliku u karbur tat-tangstin imdewweb li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(4) u 11(2), (5) u 6 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Bir-Regolament (KEE) Nru 2737/90 (2), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv ta' 33 % fuq importazzjonijiet ta' karbur tat-tangstin u karbur tat-tangstin imdewweb li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”). Bid-Deċiżjoni 90/480/KEE (3) il-Kummissjoni aċċettat impenji mogħtija minn żewġ esportaturi ewlenin li jikkonċernaw il-prodott suġġett għall-miżuri.

(2)

Wara l-irtirar tal-impenji miż-żewġ esportaturi Ċiniżi kkonċernati, il-Kummissjoni imponiet permezz tar-Regolament (KE) Nru 2286/94 (4) dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.

(3)

Bir-Regolament (KE) Nru 610/95 (5), il-Kunsill emenda r-Regolament (KEE) Nru 2737/90 u impona dazju definittiv ta' 33 % fuq importazzjonijiet ta' karbur tat-tangstin u karbur tat-tangstin imdewweb. Wara reviżjoni li kienet inbdiet skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku (“l-investigazzjoni tar-reviżjoni preċedenti”), dawn il-miżuri ġew estiżi għal perjodu ta' ħames snin oħra mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 771/98 (6).

(4)

Bir-Regolament (KE) Nru 2268/2004 (7), wara reviżjoni ta' skadenza, il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv ta' 33 % fuq importazzjonijiet ta' karbur tat-tangstin u karbur tat-tangstin imdewweb li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”).

(5)

Bir-Regolament (KE) Nru 1275/2005 (8), il-Kunsill emenda d-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott biex ikopri wkoll il-karbur tat-tangstin imħallat sempliċement ma' trab metalliku.

2.   Talba għal reviżjoni

(6)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (9) tal-miżuri anti-dumping definittivi fis-seħħ, fit-30 ta' Settembru 2009 l-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' reviżjoni ta' skadenza ta' dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba tressqet mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Metalli (Eurometaux) (“l-applikanti”) f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f’dan il-każ aktar minn 85 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' karbur tat-tangstin, karbur tat-tangstin imħallat sempliċement ma' trab metalliku u karbur tat-tangstin imdewweb.

(7)

It-talba kienet ibbażata fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri probabbilment tirriżulta f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta' dumping u f’rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

3.   Bidu

(8)

Wara li ddeterminat, wara kosultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta' reviżjoni tal-iskadenza, il-Kummissjoni ħabbret nhar it-30 ta' Diċembru 2009, permezz ta' avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (10) (“l-avviż ta' bidu”), il-bidu ta' reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

4.   L-investigazzjoni

4.1.   Il-perijodu ta' investigazzjoni

(9)

L-investigazzjoni tat-tkomplija jew tar-rikorrenza tad-dumping kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2009 (“il-perjodu ta' investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “PIR”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-verifika tal-probabbiltà ta' rikorrenza tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2006 sa tmiem il-PIR (“il-perjodu kkunsidrat”).

4.2.   Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

(10)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikant, lil produtturi oħra magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi, lill-utenti magħrufa li huma kkonċernati, u lir-rappreżentanti tar-RPĊ bil-bidu tar-reviżjoni tal-iskadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-avviż ta' Bidu.

(11)

Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta.

(12)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa kkonċernati u lil dawk li ppreżentaw ruħhom fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-avviż ta' bidu. It-tweġibiet waslu mingħand seba’ produtturi tal-Unjoni, produttur esportatur fir-RPĊ, produttur esportatur fil-pajjiż analogu u tliet utenti.

(13)

L-ebda wieħed mill-importaturi ma wieġeb matul l-eżerċizzju tat-teħid ta' kampjuni u lanqas ma ta lill-Kummissjoni ebda informazzjoni jew ippreżentaw ruħhom matul l-investigazzjoni. Peress li ġie produttur esportatur wieħed biss mir-RPĊ bl-informazzjoni mitluba, ma kienx hemm bżonn li jintgħażel kampjun.

(14)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset bħala neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabilità ta' tkomplija jew rikorrenza ta' dumping u l-ħsara li tirriżulta minnu u tal-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta' verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Il-produtturi tal-Unjoni

Wolfram Bergbau und Hütten-GmbH Nfg.KG., St Peter, l-Awstrija

H. C. Starck GmbH & Co. KG, Goslar, il-Ġermanja

Eurotungstène poudres S.A., Grenoble, Franza

Global Tungsten & Powders spol. s r.o, Brutal, ir-Repubblika Ċeka

Treibacher Industrie AG, Althofen, l-Awstrija

(b)

Il-Pajjiż Analogu

Global Tungsten & Powders Corp., l-Istati Uniti

(c)

Utent

Sandvik Hard Materials, Epinouze, Franza

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

(15)

Il-prodott ikkonċernat mir-reviżjoni preżenti huwa l-karbur tat-tangstin, il-karbur tat-tangstin imħallat sempliċement ma' trab metalliku u l-karbur tat-tangstin imdewweb li joriġinaw mir-RPĊ u li bħalissa hija kklassifikata bil-kodiċijiet NM 2849 90 30 u ex 3824 30 00.

(16)

Il-karbur tat-tangstin, il-karbur tat-tangstin imħallat sempliċement ma’i trab metalliku u l-karbur tat-tangstin imdewweb huma komposti tal-karbonju u t-tangstin prodotti bi trattament bis-sħana (karburizzazzjoni fl-ewwel każ, fużjoni fit-tielet). Dawn il-prodotti huma prodotti intermedji, użati bħala materjali ta' tqegħid fil-manifattura ta' komponenti ta' metall iebes bħalma huma l-għodda tal-qtugħ tal-karbur issimentat u ta' komponenti li jifilħu ħafna, f’kisi li jiflaħ għall-grif, u f’golji għat-tħaffir taż-żejt u f’għodod tal-minjieri kif ukoll f’forom u ponot għall-iddisinjar u l-għoti ta' forom għall-metalli.

(17)

L-investigazzjoni preżenti kkonfermat li l-prodott ikkonċernat immanifatturat u mibjugħ mill-produttur esportatur fl-Unjoni huma identiċi f’termini ta' karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u l-użi għall-prodott iffabbrikat mill-produtturi tal-Unjoni u mibjugħ fis-suq tal-Unjoni jew għal dak prodott u mibjugħ fil-pajjiż analogu u, għalhekk, jitqiesu bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   PROBABBILTÀ TA’ TKOMPLIJA TA’ RIKORRENZA TAD-DUMPING

1.   Rimarki preliminari

(18)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk id-dumping kienx qiegħed preżentament iseħħ u, jekk iva, jekk l-iskadenza tal-miżuri kinitx se twassal għal tkomplija jew rikorrenza tad-dumping. Tajjeb li jitfakkar li fil-kuntest tal-investigazzonijiet skont dan l-Artikolu, it-trattament tal-ekonomija tas-suq (“MET”) ma jiġix ikkunsidrat mill-ġdid.

(19)

Kif spjegat hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li jiġi applikat it-teħid ta' kampjuni fir-rigward tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ.

(20)

Fl-istadju tat-teħid ta' kampjuni, l-uniku produttur esportatur Ċiniż li kkoopera deher li kien jirrappreżenta inqas minn 5 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi totali lejn l-Unjoni. L-awtoritajiet Ċiniżi u l-partijiet interessati l-oħra kienu avżati bil-possibilità li l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku jista’ jkun applikat minħabba livell baxx ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba għal din il-komunikazzjoni.

(21)

Madankollu, iktar tard fl-investigazzjoni, fit-tweġiba għall-kwestjonarju, il-produttur esportatur li kkoopera kkoreġa l-iżball fir-rappurtar tal-bejgħ tal-esportazzjoni tiegħu lill-Unjoni u rreveda ‘l fuq il-volum tal-esportazzjoni tiegħu lejn l-Unjoni. B’mod parallel, il-volumi tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni mir-RPĊ kienu analizzati ulterjorment abbażi taċ-ċifri tal-Eurostat. Minħabba f’hekk, u wara l-verifika tat-tweġiba għall-kwestjonarju, kien stabbilit li l-volum ta' esportazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera kien għoli ħafna (11). Fuq il-bażi ta' dawn is-sejbiet, kien konkluż li l-kooperazzjoni kienet għolja.

2.   Id-dumping ta' importazzjonijiet matul il-PIR

2.1.   Il-pajjiż analogu

(22)

Peress li l-ebda produttur esportatur mir-RPĊ ma ngħata l-MET fl-investigazzjonijiet preċedenti, il-valur normali għaċ-Ċina kien stabbilit skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(23)

Fl-avviż ta' bidu, kien maħsub li jintużaw l-Istati Uniti bħala pajjiż analogu xieraq għall-fini li jkun stabbilit il-valur normali għar-RPĊ. Il-partijiet interessati kienu mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza ta' din l-għażla. F’dak ir-rigward, ma waslu l-ebda kummenti jew oġġezzjonijiet. L-Istati Uniti ntużat ukoll bħala pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali u l-ebda ċirkostanzi ġodda jew mibdula li jistgħu jiġġustifikaw bidla ma dehru li jeżistu u lanqas ġew ikkomunikati tali ċirkostanzi lill-Kummissjoni. Tqies li l-Istati Uniti kienu rappreżentattivi bħala suq ta' referenza, speċjalment fid-dawl tal-libertà u l-kompetittività tas-suq domestiku Amerikan. Barra minn hekk, produttur mill-Istati Uniti qabel li jikkoopera fir-reviżjoni preżenti.

(24)

Għalhekk, l-Istati Uniti ntużat bħala pajjiż b’ekonomija tas-suq analogu għall-iskop ta' din ir-reviżjoni.

2.2.   Il-valur normali

(25)

Skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit skont l-informazzjoni vverifikata li waslet mill-produttur Amerikan li kkoopera fil-pajjiż analogu, jiġifieri skont il-prezzijiet imħallsa jew li jitħallsu fis-suq domestiku fl-Istati Uniti, għal tipi ta' prodotti li nstabu li jinbiegħu fl-andament normali tal-kummerċ.

(26)

B’konsegwenza ta' dan, il-valur normali ġie stabbilit bħala prezz tal-bejgħ domestiku medju differenzjat lil klijenti mhux relatati mill-produtturi li kkooperaw fl-Istati Uniti.

(27)

L-ewwel ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku totali tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti tal-produttur Amerikan li kkoopera kienx rappreżentattiv skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri jekk ammontax għal 5 % jew iktar tal-volum tal-bejgħ totali tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni. Il-bejgħ domestiku tal-produttur Amerikan li kkoopera tqies li kienu rappreżentattivi biżżejjed tul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-reviżjoni.

(28)

Sussegwentement il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili jistax jitqies bħala bejgħ li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi, għall-prodott simili mibjugħ fis-suq tal-Istati Uniti, ġie stabbilit proporzjon tal-bejgħ domestiku bi profitt lil klijenti indipendenti matul il-PIR.

(29)

Billi l-volum ta' bejgħ bi profitt tal-prodott simili rrappreżenta inqas minn 80 % tal-volum ta' bejgħ totali tal-prodott simili, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku reali, ikkalkulat bħala medja differenzjata tal-bejgħ bi profitt.

2.3.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(30)

Kif spjegat hawn fuq, fid-dawl tal-fatt li l-produttur esportatur li kkoopera rrappreżenta iktar minn 90 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi lill-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni ġie eżaminat fuq il-bażi tad-data pprovduta mill-produttur esportatur, jiġifieri l-prezz aġġustat sew effettivament imħallas jew li jista’ jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

2.4.   Tqabbil

(31)

Il-valur normali medju differenzjat tqabbel mal-prezz medju tal-esportazzjoni differenzjat għal kull tip ta' prodott ikkonċernat, fuq bażi tal-prezz tal-fabbrika u fuq l-istess livell tal-kummerċ u l-istess livell ta' tassazzjoni. Skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, u għall-fini li jiġi żgurat tqabbil ġust, tqiesu d-differenzi f’fatturi li ġew allegati u murija li jolqtu l-prezz u t-tqabbil tal-prezzijiet. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż tal-merkanzija oċeanika u domestika, il-ħlasijiet lill-banek u l-ispejjeż tal-imballaġġ. Barra minn hekk, aġġustament ta' 5 % fuq il-prezz tal-esportazzjoni għat-taxxa tal-esportazzjoni u l-aġġustament għat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) fuq il-valur normali.

2.5.   Il-marġini tad-dumping

(32)

Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping ġie stabbilit għal kull tip ta' prodott fuq il-bażi ta' tqabbil tal-valur normali medju differenzjat mal-prezz medju differenzjati tal-esportazzjoni fl-istess livell ta' kummerċ. Dan it-tqabbil wera l-eżistenza ta' dumping matul il-PIR li jammonta għal iktar minn 80 %, għalhekk f’livell sinifikattivament ogħla minn dak stabbilit fl-aħħar investigazzjoni tar-reviżjoni (31 %). Il-marġini preċiż tad-dumping ma jistax jinkixef minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalità. Il-kalkoli kienu bbażati fuq data pprovduta minn produttur esportatur fir-RPĊ u produttur fil-pajjiż analogu. L-iżvelar tal-marġini ta' dumping jippermetti kemm lill-produttur esportatur li kkoopera fir-RPĊ u lill-produttur fil-pajjiż analogu biex jaslu għall-valur normali u l-prezz ta' esportazzjoni ta' wieħed lill-ieħor, li jammonta għal ksur ċar tad-dritt ta' kunfidenzjalità taż-żewġ partijiet.

3.   L-iżvilupp tal-importazzjonijiet jekk jitħassru l-miżuri

3.1.   Rimarka preliminari

(33)

Id-data inkluża f’din it-taqsima nkisbet permezz tal-analiżi tad-data pprovduta mill-produttur esportatur li kkoopera, mill-Eurostat u mit-talba ta' reviżjoni.

3.2.   Il-kapaċità żejda tal-produtturi esportaturi Ċiniżi

(34)

Id-data dwar il-kapaċità żejda pprovduta mill-produttur esportatur Ċiniż kienu ppreżentati b’żieda jew tnaqqis ta' 20 % biex tiġi rrispettata l-kunfidenzjalità. Il-kapaċità ta' produzzjoni fir-RPĊ tammonta għal madwar 21 000 tunnellata fl-2006 u fl-2007 u żdiedet sostanzjalment għal madwar 35 000 tunnellata fl-2008 u l-PIR, żieda ta' iktar minn 80 % tul il-perjodu kkunsidrat. Dawn iċ-ċifri jistgħu jitqiesu bħala konservattivi, peress li t-talba ta' reviżjoni rrappurtat kapaċità ta' produzzjoni fil-viċinanzi ta' 50 000 tunnellata.

(35)

Barra minn hekk il-produttur esportatur li kkoopera rrapporta żieda sostanzjali fil-kapaċità matul il-perjodu meqjus.

(36)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni, il-produzzjoni Ċiniża total qabżet konsiderevolment il-produzzjoni Ċiniża reali (b’tal-anqas iktar minn 20 000 tunnellata fl-2008 u fil-PIR).

(37)

Fil-PIR ir-RPĊ kellha kapaċità żejda li tammonta għal sitt darbiet il-konsum tal-Unjoni (25 000 tunnellata mqabbla ma' 3 800 tunnellata fil-konsum tal-Unjoni).

(38)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, huwa ċar li parti kbira tal-kapaċità żejda disponibbli fir-RPĊ jista’ jintuża biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni fin-nuqqas ta' miżuri anti-dumping.

(39)

Barra minn hekk, l-informazzjoni mibgħuta matul l-investigazzjoni indikat distorsjonijiet importanti fis-suq tal-materja prima użat għall-manifattura tal-prodott ikkonċernat. L-ewwel nett, il-materja prima hija suġġetta għall-kwoti mogħtija mill-awtoritajiet Ċiniżi. It-tieni nett, l-awtoritajiet Ċiniżi jillimitaw l-aċċess għall-materja prima permezz tal-impożizzjoni tat-taxxi ta' esportazzjoni u politiki ta' tnaqqis fil-VAT, li kif indikat fil-premessa 31 applikat ukoll għall-prodott ikkonċernat. Dawn il-fatturi jikkostitwixxu elementi addizzjonali li juru l-probabilità li d-dumping ikompli fil-każ preżenti.

3.3.   L-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet ta' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi

(40)

It-tagħrif dwar il-prezzijiet mill-esportatur li kkoopera, li ma jistax jinkixef minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalità, juri li l-Unjoni tikkostitwixxi realment suq interessanti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. Tul il-perjodu meqjus il-prezzijiet miksuba fi swieq ta' pajjiżi terzi oħra kienu inqas (ħlief fl-2007) minn dawk li jiġu ċċarġjati lill-Unjoni (bejn wieħed u ieħor bejn 10 u 20 % inqas fi snin differenti tul il-perjodu kkunsidrat).

(41)

Għal dawn ir-raġunijiet, wieħed jista’ jikkonkludi li f’termini ta' prezzijiet li jistgħu jinkisbu, is-suq tal-UE huwa definittivament alternattiva attraenti għall-esportaturi Ċiniżi.

(42)

Abbażi ta' dan, il-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom inċentiv li jidderieġu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jiġu revokati. Il-prezzijiet prevalentement ogħla fis-suq tal-Unjoni għandhom jippermettu lill-produtturi esportaturi Ċiniżi biex jiksbu marġini ta' profitt aħjar.

3.4.   Evażjoni tal-miżuri

(43)

Fl-2005 l-miżuri ġew estiżi għal kodiċi NM addizzjonali peress li nstab li l-esportaturi Ċiniżi kienu qed jevadu l-miżuri billi jżidu kwantitajiet żgħar ta' trab metalliku ieħor (l-iktar il-kobalt) mat-trab tal-karbur tat-tangstin (12). Din il-prattika kkonfermata ta' evażjoni hija terġa’ element ieħor li jwasslu għall-konklużjoni ta' probabilità li d-dumping ikompli. Hija tikkostitwixxi evidenza ċara li s-suq Ewropew ikompli jkun attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li x’aktarx li jidderieġu volumi ogħla ta' karbur tat-tangstin fl-UE fin-nuqqas tal-miżuri anti-dumping.

3.5.   Konklużjoni dwar il-probabilità ta' tkomplija tad-dumping

(44)

L-analiżi ta' hawn fuq turi li l-importazzjonijiet Ċiniżi jkomplu jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet iddampjati b’marġini ta' dumping għoli ħafna. Minħabba l-iktar l-analiżi tal-livelli tal-prezzijiet fis-suq tal-UE u f’tal-pajjiżi terzi kif ukoll il-kapaċitajiet disponibbli fir-RPĊ, jista’ jiġi konkluż li hemm il-probabilità tat-tkomplija ta' dumping jekk il-miżuri jitneħħew.

D.   IS-SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-UNJONI

1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(45)

Fi ħdan l-Unjoni, il-prodott simili huwa mmanifatturat minn seba’ kumpaniji jew gruppi ta' kumpaniji.

(46)

Għalhekk dawn huma meqjusin li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u għandhom minn hawn ‘il quddiem jissejħu “l-industrija tal-Unjoni”.

2.   Rimarka preliminari

(47)

Id-data relatata mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni li joriġina fir-RPĊ għandha tiġi indiċizzata sabiex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku.

(48)

Rigward il-volumi tal-importazzjoni skont il-kodiċi TARIC 3824300010, minħabba l-inklużjoni ta' prodotti oħra minbarra l-prodott ikkonċernat fid-data tal-importazzjoni disponibbli fil-livell tal-kodiċi NM mill-Eurostat (kodiċi NM 3824 30 00), l-analiżi li ġejja saret abbażi tad-data tal-importazzjoni fil-livell tal-kodiċi TARIC, issupplimentata bl-informazzjoni mid-data miġbura skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku. Id-data tat-TARIC titqies bħala kunfidenzjali peress li tipprovdi livell ta' dettall li jippermetti l-identifikazzjoni tal-partijiet. Għal din ir-raġuni xi tagħrif ġie ppreżentat f’firxiet.

(49)

Id-data tal-industrija tal-Unjoni inkisbet minn tweġibiet għall-kwestjonarji tas-seba’ produtturi tal-Unjoni.

3.   Il-konsum fis-suq tal-Unjoni

(50)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, u data tal-importazzjoni mill-Eurostat.

(51)

Bejn l-2006 u l-PIR, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 62 %, bit-tnaqqis ewlieni jseħħ bejn l-2008 u l-PIR. Fil-PIR, il-produzzjoni naqset bi 63 % meta mqabbla mal-2008.

Tabella 1

Konsum

 

2006

2007

2008

PIR

Volum (tunnellati)

 

 

 

 

+

L-importazzjoni totali

1 766

1 885

2 303

755

+

Il-produzzjoni tal-UE mibjugħa fis-suq tal-UE

8 281

8 334

7 981

3 024

=

Il-konsum

10 047

10 218

10 284

3 779

Żieda ta' sena fuq sena

 

2  %

1  %

–63  %

4.   Volum, sehem mis-suq u prezzijiet ta' importazzjonijet iddampjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

(52)

Il-volumi, l-ishma mis-suq u l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet iddampjati mir-RPĊ żviluppaw kif muri hawn taħt. Il-kwalità u x-xejriet tal-prezzijiet li ġejjin huma bbażati fuq data tal-Eurostat.

Tabella 2

Importazzjonijiet mir-RPĊ

 

2006

2007

2008

PIR

Volum ta' importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (tunnellati)

Iktar minn 700

Iktar minn 700

Iktar minn 400

Iktar minn 60

Indiċi (2006 = 100)

100

104

60

11

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

7,1  %

7,3  %

4,2  %

2,1  %

Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (EUR/tunnellata)

25 622

21 883

22 434

22 110

Indiċi (2006 = 100)

100

85

88

86

(53)

Il-volum tal-importazzjonijiet iddampjati tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mir-RPĊ naqsu bi 89 % matul il-perjodu kkunsidrat u laħaq livell ta' madwar 80 tunnellata matul il-PIR. Is-sehem mis-suq tagħhom ukoll naqas minn 7,1 % fl-2006 għal 2,1 % fil-PIR.

(54)

Spjegazzjoni possibbli għal dan it-tnaqqis huwa żieda sostanzjali għall-konsum domestiku tar-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, permezz ta' sistema ta' kwoti tal-esportazzjoni u tariffi tal-esportazzjoni, l-awtoritajiet Ċiniżi jidhru li jridu politika fejn jikkonservaw ir-riżorsi ta' tangstin tar-RPĊ.

(55)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu b’14 % tul il-perjodu kkunsidrat. L-evoluzzjoni tirrifletti x-xejra ġenerali osservata wkoll fir-rigward tal-prezzjiet tal-industrija tal-Unjoni.

(56)

It-tqabbil wera wkoll li l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’iktar minn 10 %, wara t-tnaqqis tad-dazju anti-dumping fis-seħħ. Dawn ir-riżultati huma l-istess bħal tal-aħħar investigazzjoni tar-reviżjoni (13).

5.   Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

(57)

Il-volum ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn matul il-perjodu kkunsidrat qed jintwerew fit-tabella hawn taħt. Il-kwantità u x-xejriet tal-prezzijiet huma bbażati fuq data tal-Eurostat.

Tabella 3

Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

 

2006

2007

2008

PIR

Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra (tunnellati)

1 050

1 138

1 873

675

Indiċi (2006 = 100)

100

108

178

64

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

10,5  %

11,1  %

18,2  %

17,9  %

Prezz medju (EUR/Tunnellata)

27 309,1

26 626,0

21 607,5

24 867,4

Indiċi (2006 = 100)

100

97

79

91

Sehem mis-suq tal-UE

4,2  %

3,9  %

3,9  %

3,6  %

Prezz medju (EUR/Tunnellata)

32 948,1

32 356,0

29 353,3

32 054,4

Sehem mis-suq tal-Korea t’Isfel

2,2  %

2,4  %

2,6  %

4,4  %

Prezz medju (EUR/Tunnellata)

33 733,8

29 969,5

25 789,0

24 503,7

(58)

L-importazzjoni minn pajjiżi terzi naqsu b’36 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan segwa xejra tas-suq ġenerali li ġie mit-tnaqqis fil-konsum (waqgħa ta' 62 %), imma mhux bl-istess pass. B’hekk is-sehem mis-suq ta' dawn l-importazzjonijiet żdied minn 10,5 % għal 17,9 %. Madankollu, l-impatt ta' dawn l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni ma jistax jitqies bħala negattiv kif juru l-premessi minn 85 sa 88 hawn taħt.

(59)

Ta’ min jinnota li s-sehem mis-suq tar-Repubblika tal-Korea (“il-Korea”) irdoppja matul il-perjodu kkunsidrat, u laħħaq l-4,4 %. Il-prezzijiet tal-importazzjoni medja Koreani naqsu matul il-perjodu kkunsidrat, madankollu jibqgħu konsistentement ogħla mill-prezz tal-bejgħ medju tal-bejgħ tal-esportazzjoni Ċiniż.

6.   Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(60)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċijiet kollha rilevanti li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni.

6.1.   Produzzjoni

(61)

Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni l-ewwel żdiedet bi 5,8 % fl-2007 u 11,6 % fl-2008, meta mqabbla mal-2006 u mbagħad naqset drastikament matul il-PIR, b’56 % meta mqabbla mal-2008.

Tabella 4

Produzzjoni totali tal-Unjoni

 

2006

2007

2008

PIR

Volum (Tunnellati)

 

 

 

 

Produzzjoni

10 094

10 679

11 268

4 861

Indiċi (2006 = 100)

100

106

112

48

6.2.   Kapaċità u rati tal-użu tal-kapaċità

(62)

Il-kapaċità ta' produzzjoni żdiedet b’10.8 % bejn l-2006 u l-PIR. Hekk kif il-produzzjoni naqset, b’mod partikolati matul il-PIR, l-użu tal-kapaċità li rriżulta wera tnaqqis kumplessiv ta' 57 % bejn l-2006 u l-PIR, li laħħaq 39 % użu tal-kapaċità matul il-PIR.

Tabella 5

Il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2006

2007

2008

PIR

Volum (Tunnellati)

 

 

 

 

Il-kapaċità ta' produzzjoni

11 110

11 610

12 230

12 310

Indiċi (2006 = 100)

100

105

110

111

L-użu tal-kapaċità

91  %

92  %

92  %

39  %

Indiċi (2006 = 100)

100

101

101

43

6.3.   Ħażniet

(63)

Il-livell tal-ħażniet tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni żdied b’20 % fl-2008 meta mqabbel mal-2006 u mbagħad naqas b’26 % matul il-PIR.

Tabella 6

Ħażniet

 

2006

2007

2008

PIR

Volum (Tunnellati)

 

 

 

 

Ħażna tal-għeluq

1 714

1 808

2 054

1 514

Indiċi (2006 = 100)

100

106

120

88

6.4.   Volum tal-bejgħ

(64)

Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni għal konsumaturi mhux relatati żdiedet kemm kemm bejn l-2006 u l-2008 u mbagħad naqset b’61 % bejn l-2008 u l-PIR. Il-volumi tal-bejgħ żdiedu fl-2007 u fl-2008 imma naqsu drastikament, matul il-PIR. Dan l-iżvilupp huwa konformi max-xejra ġenerali ta' tnaqqis fil-konsum fis-suq tal-Unjoni.

Tabella 7

Bejgħ lil klijenti mhux relatati

 

2006

2007

2008

PIR

Volum (Tunnellati)

5 594

5 630

5 874

2 292

Indiċi (2006 = 100)

100

101

105

41

6.5.   Sehem mis-suq

(65)

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ pjuttost stabbli bejn l-2006 u l-2008 biex imbabgħad żdied b’4 punti perċentwali bejn l-2008 u l-PIR. Kumplessivament, kien hemm żieda b’5 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

Tabella 8

Sehem mis-suq tal-UE

 

2006

2007

2008

PIR

Sehem mis-suq tal-UE

56  %

55  %

57  %

61  %

Indiċi (2006 = 100)

100

99

103

109

6.6.   Tkabbir

(66)

Billi t-tnaqqis fil-bejgħ kien kemm kemm inqas mit-tnaqqis fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tirbaħ ftit sehem mis-suq.

6.7.   L-impjiegi

(67)

Il-livell tal-impjieg tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 17 % bejn l-2006 u l-PIR. L-impjiegi naqsu wkoll fil-perjodu 2006-2008, meta l-produzzjoni żdiedet kemm kemm, li wriet l-isforzi li saru mill-industrija tal-Unjoni biex ittejjeb il-produttività tagħha. Matul il-PIR madankollu, it-tnaqqis drastiku fil-produzzjoni wassal għal deterjorament qawwi fl-impjiegi.

Tabella 9

L-impjiegi

 

2006

2007

2008

PIR

Medja (perjodu kkunsidrat)

 

 

 

 

Impjiegi totali

674

667

653

557

Indiċi (2006 = 100)

100

99

97

83

6.8.   Produttività

(68)

Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni ta' kull persuna impjegata kull sena, żdiedet fl-2007 u l-fl-2008 b’7 % u 15 % rispettivament, meta mqabbla mal-2006, u mbagħad żdiedet b’49 % bejn l-2008 u l-PIR.

Tabella 10

Produttività

 

2006

2007

2008

PIR

Produttività (tunnellati fis-sena/impjegat)

15

16

17

9

Indiċi (2006 = 100)

100

107

115

58

6.9.   Prezzijiet tal-bejgħ

(69)

Prezzijiet medji tal-bejgħ mill-fabbirka mill-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni segwew tendenza ta' tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat. Kollox ma' kollox, l-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas il-prezzijiet tagħha bi 15,4 % bejn l-2006 u l-PIR.

(70)

Kif spjegat fil-premessi 55 u 56, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet iddampjati mir-RPĊ segwew xejra simili għal dik tal-industrija tal-Unjoni, iżda kienu konsistentement iżjed baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Matul il-PIR, il-prezzijiet mir-RPĊ kienu iktar minn 10 % iktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

Tabella 11

Il-prezz ta' unità tas-suq tal-UE

 

2006

2007

2008

PIR

Prezz ta' unità fis-suq tal-Unjoni (EUR/tunnellata)

31 030

29 995

29 072

26 241

Indiċi (2006 = 100)

100

97

94

85

6.10.   Pagi

(71)

Bejn l-2006 u l-PIR, il-paga medja għal kull impjegat żdiedet bi 4,8 %.

Tabella 12

L-ispejjeż tax-xogħol

 

2006

2007

2008

PIR

L-ispiża annwali tax-xogħol għal kull impjegat

53 614

54 613

56 564

56 221

Indiċi (2006 = 100)

100

102

106

105

6.11.   Investimenti u abilità li jinġabar il-kapital

(72)

'Bejn l-2006 u l-2008, il-fluss annwali tal-investimenti fil-prodott ikkonċernat li saru mill-industrija tal-Unjoni żdied bi 18 %. L-investimenti bejn l-2007 u l-2008 żdiedu b’103 %. Madankollu, matul il-PIR l-investimenti naqsu b’65 % meta mqabbla mal-2008.

(73)

L-investimenti saru l-iktar fil-kostruzzjoni ta' faċilitajiet ġodda biex jipproduċu materjal tangstin minn materjali użati u ruttam. L-investimenti kellhom jitnaqqsu minħabba: i) it-tnaqqis fil-livell ġenerali tal-produzzjoni fis-suq tal-Unjoni, ii) id-distorsjonijiet fil-materja prima (ara l-premessa 39, iii) il-kriżi ekonomika.

(74)

Matul il-PIR, ma saru l-ebda investimenti sinifikanti. Dan jista’ jiġi spjegat fil-parti l-kbira mill-kriżi ekonomika li bdiet fl-2008 u laħqet l-iktar punt baxx tagħha matul il-PIR meta l-aċċess għal kapital ġdid kien terġa’ iktar diffiċli.

Tabella 13

Investimenti

 

2006

2007

2008

PIR

Investimenti netti (‘000 EUR)

18 403

10 711

21 756

7 568

Indiċi (2006 = 100)

100

58

118

41

6.12.   Profitabilità u redditu mill-investimenti

(75)

Bejn bis-saħħa tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ u bejn bis-saħħa tal-isforzi li saru mill-industrija tal-Unjoni biex jiddiversifikaw is-sorsi tal-materja prima, bejn l-2006 u l-2008 l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżomm livell pożittiv ta' profittabilità, anke jekk kumplessivament naqset b’26 % matul dan il-perjodu. Matul il-PIR, madankollu, l-industrija tal-Unjoni kellha riżultat ferm inqas favorevoli, li wriet ċerta fraġilità f’dan ir-rigward.

(76)

Ir-redditu mill-investimenti (“ROI”) segwew b’mod wiesa’ x-xejra tal-profitabilità tul il-perjodu kollu kkunsidrat.

Tabella 14

Il-profittabilità u l-ROI

 

2006

2007

2008

PIR

Il-Profitt Nett tal-bejgħ tal-UE lil klijenti mhux relatati (% ta' bejgħ nett)

10,3  %

5,8  %

7,6  %

–19,5  %

L-ROI (profitt nett f’% tal-valur nett skont il-kotba tal-investimenti)

34,8  %

22,1  %

28,8  %

–28,6  %

6.13.   Likwidità

(77)

Ix-xejra tal-likwidità, li hija l-kapaċità tal-industrija biex tiffinanzja hija stess l-attivitajiet tagħha, baqgħet pożittiva matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Madankollu, bejn l-2006 u l-PIR, hija naqset bi kważi 35 %.

Tabella 15

Likwidità

 

2006

2007

2008

PIR

Likwidità (‘000 EUR)

36 125

39 868

44 102

23 540

Indiċi (2006 = 100)

100

110

122

65

6.14.   Id-daqs tal-marġni tad-dumping

(78)

Id-dumping mir-RPĊ kompla matul il-PIR f’livell li huwa ‘l fuq sew mil-livell attwali tal-miżuri. Barra minn hekk, minħabba d-distorsjonijiet fil-materja prima, il-kapaċità żejda u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-marġini reali tad-dumping ma jistax jitqies li hu negliġibbli.

6.15.   Irkupru minn dumping fil-passat

(79)

Ġie analizzat jekk l-industrija tal-Unjoni rkupratx mill-effetti ta' dumping fil-passat. Il-konklużjoni kienet li rnexxielha tirkupra sa ċertu punt sew minn dawn l-effetti minħabba li l-miżuri anti-dumping fis-seħħ urew li huma effettivi. Madankollu, il-kriżi ekonomika waqqfet dak il-proċess u aċċentwat id-diffikultajiet tal-industrija tal-Unjoni.

7.   Impatt tal-importazzjonijiet iddampjati u fatturi oħra

7.1.   Impatt tal-importazzjonijiet iddampjati

(80)

B’mod parallel għall-konsum dejjem jonqos fl-Unjoni, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqas minn 7,1 % għal 2,1 % (ara l-premessa 52). L-informazzjoni disponibbli tindika li dawn l-importazzjonijiet saru bi prezzijiet li kienu iżjed baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni u wkoll iżjed baxxi mill-importazzjonijiet li joriġinaw f’pajjiżi terzi oħra. Kif imsemmi fil-premessa 56 hawn fuq, abbażi ta' kalkolu li jeskludi d-dazju anti-dumping, l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu 10,7 % inqas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR. Ta’ min ifakkar li r-rata tad-dazju tammonta għal 33 %. Għaldaqstant, il-livell ta' kemm kien iktar baxx juri minn naħa l-effettività tad-dazji fis-seħħ u min-naħa l-oħra l-bżonn li l-miżuri jkomplu. Din il-konklużjoni tissaħħaħ bil-fatt li l-ammont inqas kien fl-istess livell tal-aħħar investigazzjoni tar-reviżjoni. B’hekk, l-impatt fil-prezz tal-importazzjonijiet iddampjati mir-RPĊ fuq l-industrija tal-Unjoni baqgħu l-istess u, fin-nuqqas ta' kwalunkwe evidenza li turi bil-kontra, x’aktarx li jkompli.

7.2.   Impatt tal-kriżi ekonomika

(81)

Minħabba l-kundizzjonijiet ekonomiċi negattivi ħafna li prevalew matul il-PIR fis-settur li jsegwi fil-katina tal-produzzjoni tat-tangstin, b’mod partikolari fis-settur tal-azzar u l-karbur iċċimentat, li jirrappreżenta l-parti l-kbira tal-konsum tat-tangstin fl-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni naqqset drastikament il-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat.

(82)

Qabel il-kriżi, il-kumpaniji li joperaw fis-settur li jsegwi fil-katina tal-produzzjoni kellhom livell għoli ta' ħażniet ta' tangstin li ma kinux mibnijia matul il-PIR, li affettwaw ulterjorment il-livell tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(83)

Minħabba li l-produzzjoni naqset, u li l-industrija tal-Unjoni hija waħda b’livell intensiv ta' kapital u għalhekk teħtieġ li tipproduċi ċerti volumi biex l-ispiża tal-unità fissa tinżamm baxxa, il-profitabilità ntlaqtet serjament.

(84)

Madankollu, l-analiżi tal-industrija tal-Unjoni, qabel il-kriżi, hija prova tal-effettività tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ. L-investigazzjoni wriet li l-ikbar produtturi tal-Unjoni kienu qed jagħmlu investimenti importanti sabiex jevitaw id-distorsjonijiet fil-materja prima filwaqt li fl-istess ħin kienu kapaċi li jikkompetu fis-suq u jżommu pożizzjoni b’saħħitha.

7.3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

(85)

Huwa stmat li l-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra naqas b’36 % minn madwar 1 500 tunnellata fl-2006 għal madwar 675 tunnellata fil-PIR. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra żdied minn 10,5 % fl-2006 għal 17,9 % fil-PIR. Il-prezz medju tal-importazzjonijiet naqas bi 8,9 % bejn l-2006 u l-RIP. Il-pajjiżi importaturi ewlenin kienu l-Korea t’Isfel u l-Istati Uniti.

(86)

Is-sehem mis-suq ta' dawn l-importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel irduppjaw matul il-perjodu kkunsidrat (minn 2,2 % għal 4,4 %). Madankollu, l-informazzjoni disponibbli tindika li matul il-PIR dawn l-importazzjonijiet saru għal prezzijiet li kienu kemm kemm iżjed baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni (b’6,6 %), iżda ogħla (b’9,8 %) minn dawk tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ.

(87)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti naqsu bi 15,1 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat (minn 4,2 % għal 3,6 %). L-informazzjoni disponibbli tindika li matul il-PIR dawn l-importazzjonijiet saru għal prezzijiet li kienu ‘l fuq minn dawk tal-industrija tal-Unjoni u għalhekk sostanzjalment ogħla (b’31 %) minn dawk tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ.

(88)

Il-konklużjoni hi li fost l-ikbar importaturi tal-karbur tat-tangstin fl-UE, l-importazzjonijiet Sud Koreani u Amerikani ma setgħux iħallu impatt negattiv fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni l-iktar minħabba l-livelli tal-prezzijiet tagħhom (simili jew anke ogħla mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni) u fil-każ tal-Istati Uniti anke minħabba s-sehem mis-suq dejjem jonqos.

8.   Konklużjoni

(89)

Minħabba d-dazji anti-dumping effettivi fis-seħħ, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tirkupra sa ċertu punt mill-effetti tad-dumping dannuż tal-imgħoddi.

(90)

Madankollu, ma jistax jiġi konkluż li l-qagħda tal-industrija tal-Unjoni hija waħda soda. Għalkemm kważi l-indikaturi tal-ħsara kollha relatati mar-rendiment finanzjarju tal-produtturi tal-Unjoni – bħall-profittabilità, ir-redditu mill-investimenti u l-likwidità – tjiebu matul l-ewwel snin tal-perjodu kkunsidrat, l-investigazzjoni wriet ukoll li matul il-PIR l-indikaturi tal-ħsara kollha ddeterjoraw.

(91)

Minkejja l-fatt li t-tnaqqis fid-domanda matul il-PIR jista’ jkun parzjalment attribwit għall-kriżi ekonomika, l-investigazzjoni analizzat bir-reqqa l-impatt ta' esportazzjonijiet bi prezzijiet iddampjati baxxi mir-RPĊ fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni.

(92)

Kif jidher mill-premessa 52, il-volumi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fil-fatt naqsu bejn l-2006 u l-PIR. Il-prezzijiet ta' dawn l-importazzjonijiet naqsu b’14 % tul l-istess perjodu, li meta jkun analizzat mill-perspettiva tal-perjodu ta' erba’ snin ikkunsidrati jkun mera tal-iżvilupp tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Ta’ min jinnota madankollu, li t-tnaqqis sostanzjali fil-prezz tal-importazzjonijiet iddampjati Ċiniżi ġraw bejn l-2006 u l-2007 (bi 15 %), jiġifieri sew qabel il-kriżi ekonomika fil-perjodu meta l-industrija tal-Unjoni kien fil-proċess tal-irkupru. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet iddampjati mir-RPĊ stabbilizzaw minn hemm ‘il quddiem u l-kriżi finanzjarja tidher li hi limitata. Il-waqt ta' meta seħħ it-tnaqqis sostanzjali fil-prezz min-naħa tal-esportaturi Ċiniżi (qabel il-kriżi) jista’ jindika li kienu qed jistabbilixxu strateġija tal-prezzijiet iktar ikkonċentrata u b’saħħitha sabiex ikollhom prezzijiet iktar baxxi minn tal-industrija tal-Unjoni. Fil-fatt id-differenzjal fil-prezzijiet bejn il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi u dawk tal-industrija tal-Unjoni tela’ għal 27 % u 22,8 % fl-2007 u fl-2008 rispettivament.

(93)

Fl-2008, il-prezzijiet fuq l-esportazzjoni miċ-Ċina kienu 22,8 % iktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Matul il-PIR, id-distakk naqas bi 15,7 %. Bit-tnaqqis drastiku fil-konsum, il-produtturi tal-Unjoni kellhom ibaxxu l-prezzijiet tagħhom sabiex iżommu s-sehem mis-suq.

(94)

Kif deher fil-premessa 57, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra naqas b’36 %, b’konfomità mat-tnaqqis fil-konsum. Minkejja żieda fis-sehem mis-suq l-impatt ta' dawk l-importazzjonijiet fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni ma jistax jitqies bħala negattiv, kif turi l-premessa 88 hawn fuq.

(95)

Fir-rigward tal-vijabilità tal-industrija tal-Unjoni ta' min jinnota li l-evidenza miġbura matul l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tikkompeti skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq kontra l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u anke meta l-prezzijiet kienu iktar baxxi minn dawk tal-produtturi tal-Unjoni d-distakk ma kienx sinifikanti daqs mal-prezzijiet taċ-Ċina, kif jidher mil-premessi minn 85 sa 88 hawn fuq.

(96)

Minħabba t-titjib fil-qagħda tal-industrija tal-Unjoni fis-snin ta' qabel il-PIR, l-industrija investiet f’teknoloġija iktar moderna u ġdida biex tipproduċi l-prodott ikkonċernat mill-bidu u b’hekk tegħleb parzjalment id-distorsjonijiet fis-seħħ fil-materja prima.

(97)

Meta titqies il-qagħda kumplessiva tal-industrijat tal-Unjoni kif ukoll l-importazzjonijiet mir-RPĊ fil-perjodu mill-2006 sal-PIR, bħala konklużjoni, fid-dawl tal-iżvilupp pożittiv ta' xi indikaturi li jappartjenu għall-Industrija tal-Unjoni, tqies li l-industrija tal-Unjoni ma sofritx ħsara materjali matul il-perjodu meqjus. Għalhekk ġie eżaminat jekk kienx hemm probabilità ta' rikorrenza ta' ħsara f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

E.   PROBABILITÀ TA’ RIKORRENZA TAL-ĦSARA

1.   Rimarki preliminari

(98)

Kif deskritt fil-premessi minn 89 sa 97, l-impożizzjoni ta' miżuri anti-dumping ppermettiet lill-industrija tal-Unjoni tirkupra biss mill-ħsara li sofriet, imma sa ċertu punt biss. Madankollu, meta l-livelli eċċezzjonali tal-konsum tal-Unjoni esperjenzati matul il-parti l-kbira tal-perjodu kkunsidrat naqsu b’od sinifikanti matul il-PIR, l-industrija tal-Unjoni dehret f’qagħda fraġili u vulnerabbli u baqgħet esposta għall-effett dannuż tal-importazzjonijiet iddampjati mir-RPĊ.

(99)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat ġew ivvalutati sabiex tiġi stabbilita l-probabilità ta' tkomplija tal-ħsara.

2.   Volumi tal-esportazzjonijiet Ċiniżi u l-prezzijiet għal pajjiżi terzi

(100)

Instab li l-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-bejgħ Ċiniż fuq swieq ta' pajjiżi terzi oħra kienu wkoll inqas minn dawk li jiġu ċċarġjati lill-UE (bejn wieħed u ieħor bejn 10 u 20 % inqas fi snin differenti tul il-perjodu kkunsidrat, ħlief fl-2007). Il-bejgħ tal-esportatur Ċiniż lill-pajjiżi mhux tal-UE sar fi kwantitajiet sinifikanti, li jammontaw għal iktar minn 80 % tal-bejgħ totali tal-esportazzjoni totali tiegħu. Għalhekk tqies li jekk il-miżur jiskadu, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jkollhom inċentiv li jdawru kwantitajiet sinifikanti ta' esportazzjonijiet minn pajjiż terzi oħra lejn is-suq iktar attraenti tal-Unjoni.

3.   Kapaċità żejda fis-suq tar-RPĊ

(101)

Kif deskritt fil-premessi minn 34 sa 42, id-data miġbura matul l-investigazzjoni wriet li hemm kapaċità żejda sinifikanti disponibbli fir-RPĊ. Għadd ta' indikazzjonijiet ċari wasslu għall-konklużjoni li parti kbira tal-kapaċità żejda tista’ tintuża biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni fin-nuqqas ta' miżuri anti-dumping. Dan huwa kkonfermat b’mod partikolari minħabba li ma hemmx indikazzjonijiet li s-swieq ta' pajjiżi terzi jew is-suq domestiku jistgħu jassorbu kwalunkwe produzzjoni żejda fir-RPĊ.

4.   Konklużjoni

(102)

L-industrija tal-Unjoni ġarrbet l-effetti tal-importazzjonijiet iddampjati Ċiniżi għal bosta snin u bħalissa għadha f’qagħda ekonomika fraġli.

(103)

Kif deher minn hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tirkupra mill-prattika Ċiniża tad-dumping bis-saħħa tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ. Matul il-PIR, madankollu, hija sabet ruħha f’qagħda ekonomika diffiċli l-iktar minħabba l-kriżi ekonomika. F’dan il-kuntest, jekk l-industrija tal-Unjoni tkun esposta għal żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet iddampjati bi prezz baxx mill-pajjiż ikkonċernat, dan x’aktarx li jirriżulta f’deterjorament ulterjuri tal-bejgħ, tas-sehem mis-suq, u tal-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, kif ukoll deterjorament konsegwenti tal-qagħda finanzjarja tagħha.

(104)

Barra minn hekk, kif intqal fil-premessa 56 hawn fuq, instab ukoll li l-fatt li l-prezz tal-bejgħ tal-produtturi Ċiniżi kienu iktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni, bħala medja kważi 11 %, jidher li jindika li fin-nuqqas ta' miżuri tal-produtturi esportaturi Ċiniżi x’aktarx li jesportaw il-prodott ikkonċernat lis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet konsiderevolment iktar baxxi minn dawk tal-Unjoni.

(105)

Fid-dawl tas-sejbiet li saru matul l-investigazzjoni, l-iktar il-kapaċità żejda fir-RPĊ, id-distorsjonijiet li nstabu fis-suq għal materja prima, il-potenzjal tal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat biex iżidu u/jew idawru l-volumi tal-esportazzjoni tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni, l-imġiba tal-prezzijiet taċ-Ċiniża f’pajjiżi terzi oħra u l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni li jrendi iktar, kwalunkwe tneħħija tal-miżuri jwasslu għal probabilità ta' rikorrenza tal-ħsara. Din tkun terġa’ iktar serja meta tqis il-kriżi ekonomika preżenti.

F.   L-INTERESS TAL-UNJONI

1.   Introduzzjoni

(106)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni bħala entità. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażat fuq l-apprezzament tal-bosta interessi involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, u tal-utenti.

(107)

Ta’ min ifakar li, fl-investigazzjonijiet ta' qabel, l-adozzjoni tal-miżuri ma kinitx ikkunsidrata li tmur kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-investigazzjoni preżenti hija reviżjoni, li b’hekk tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri anti-dumping diġà kienu fis-seħħ, jippermetti l-valutazzjoni ta' kwalunkwe impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri anti-dumping eżistenti.

(108)

Abbażi ta' dan ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabilità ta' tkomplija ta' dumping jew rikorrenza tal-ħsara, jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri f’dan il-każ partikolari.

2.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(109)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni stabbiliet fil-premessi minn 89 sa 97 hawn fuq, u skont l-argumenti relatati mal-analiżi tal-probabilità ta' rikorrenza ta' ħsara kif spjegat fil-premessi 102 sa 105, jista’ jitqies ukoll li l-industrija tal-Unjoni aktarx li tesperjenza deterjorament serju fil-qagħda finanzjarja tagħha f’każ li d-dazji anti-dumping jitħallew jiskadu.

(110)

Tqies li t-tkomplija tal-miżuri tibbenefika lill-industrija tal-Unjoni li mbagħad għandha tkun kapaċi li żżid il-volumi tal-bejgħ u, x’aktarx, il-prezzijiet tal-bejgħ u b’hekk jiġġeneraw il-livell ta' redditu meħtieġ li jippermetti li jkompli jinvesti f’teknoloġiji ġodda għall-faċilitajiet tal-produzzjoni tagħha. Kuntrarjament, il-waqfien tal-miżuri jwaqqaf l-irkupru tal-industrija tal-Unjoni u b’hekk jhedded serjament il-vijabilità tagħha, u, minħabba f’hekk, tpoġġi l-eżistenza tagħha fil-periklu, b’hekk tonqos il-provvista u l-kompetizzjoni fis-suq.

3.   Interess tal-importaturi/utenti

(111)

Utent ippreżenta ruħu u ressaq tweġiba għall-kwestjonarju. L-utent li kkoopera sostna li t-tkomplija tal-miżuri ma jħallux impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni, anzi mill-banda l-oħra tippermetti lill-industrija li ssegwi fil-katina tal-produzzjoni biex ikollha firxa usa’ ta' fornituri li jikkompetu fi prezzijiet tas-suq.

(112)

Ta’ min ifakkar li, fl-investigazzjoni preċedenti, instab li l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri ma għandux ikun sinifikanti għall-utenti (14). Minkejja l-eżistenza tal-miżuri, l-importaturi/utenti fl-Unjoni setgħu ikomplu jakkwistaw il-provvisti tagħhom, fost l-oħrajn, mir-RPĊ. Ma tressqu l-ebda indikazzjonijiet dwar kienx hemm diffikultajiet fis-sejba ta' sorsi oħra. Għalhekk ġie konkluż li huwa improbabbli li ż-żamma tal-miżuri anti-dumping jkollha effett serju fuq l-importaturi/utenti fl-Unjoni.

4.   Konklużjoni

(113)

L-effetti tat-tkomplija tal-miżuri jistgħu jkunu mistennija jgħinu lill-industrija tal-Unjoni, b’effetti ta' konsegwenza ta' benefiċċju fuq il-kondizzjonijiet kompetittivi fis-suq tal-Unjoni u t-tnaqqis ta' theddid ta' għeluq u tnaqqis fl-impjiegi.

(114)

Barra minn hekk, it-tkomplija tal-miżuri tista’ tkun mistennija li tibbenefika lill-utenti/importaturi billi żżomm firxa wiesgħa ta' fornituri fis-suq tal-Unjoni.

(115)

Minħabba l-analiżi msemmija hawn fuq, ġie konkuż li t-tkomplija tal-miżuri ma tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.

G.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(116)

Il-partijiet kollha ġew informati dwar il-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Dawn ingħataw ukoll perjodu biex jiabgħtu l-kummenti tagħhom wara dak l-iżvelar. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta fejn kien ħaqqhom.

(117)

Minn dak li ntqal fuq jirriżulta, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, li l-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-karbur tat-tangstin, li joriġinaw mir-RPĊ għandhom jinżammu. Ta’ min ifakkar illi dawn il-miżuri jikkonsistu f’dazji ad valorem,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa b’dan impost fuq importazzjonijiet ta' karbur tat-tangstin, karbur tat-tangstin imħallat sempliċement ma' trab metalliku u karbur tat-tangstin imdewweb li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2849 90 30 u ex 3824 30 00 (15) (kodiċi TARIC 3824300010) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1, għandha tkun ta' 33 %.

3.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 264, 27.9.1990, p. 7.

(3)  ĠU L 264, 27.9.1990, p. 59.

(4)  ĠU L 248, 23.9.1994, p. 8.

(5)  ĠU L 64, 22.3.1995, p. 1.

(6)  ĠU L 111, 9.4.1998, p. 1.

(7)  ĠU L 395, 31.12.2004, p. 56.

(8)  ĠU L 202, 3.8.2005, p. 1.

(9)  ĠU C 115, 20.5.2009, p. 18.

(10)  ĠU C 322, 30.12.2009, p. 23.

(11)  Il-perċentwali eżatta ma tistax tinkixef minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalità.

(12)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1275/2005 tas-26 ta' Lulju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2268/2004 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' tungsten carbide u fused tungsten carbide li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 202, 3.8.2005, p. 1).

(13)  Ara l-premessa 65 tar-Regolament (KE) Nru 2268/2004

(14)  Ara l-premessa 101 tar-Regolament (KE) Nru 2268/2004.

(15)  Il-partiċelli huma irregolari u ma għandux fluss ħieles f’kuntrast mal-partiċelli tat-“trab lest għall-ippressar”, li huma sferiċi jew b’forma mrammla, omoġenji u għandu fluss liberu. In-nuqqas ta' flussibilità jista’ jitkejjel u jkun stabbilit bl-użu ta' lenbut ikkalibrat eż. il-miter tal-fluss HALL skont l-istandard ISO 4490.


24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 288/2011

tat-23 ta’ Marzu 2011

li jimplimenta l-Artikolu 16(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1) u (2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-2 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

(2)

Fis-17 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni UNSCR 1973 (2011) li wessgħet il-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri restrittivi imposti mir-Riżoluzzjoni UNSCR 1970 (2011) u introduċiet miżuri restrittivi addizzjonali kontra l-Libja.

(3)

Il-listi ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif jidhru fl-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandhom jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandhom jiġu sostitwiti mit-test li jidher fl-Annessi I u II rispettivament ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1.


ANNESS I

“ANNESS II

Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(1)

1.

QADHAFI, Aisha Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Bint Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

2.

QADHAFI, Hannibal Muammar

Numru tal-passaport: B/002210. Data tat-twelid: 20.9.1975. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

3.

QADHAFI, Khamis Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

4.

QADHAFI, Muammar Mohammed Abu Minyar

Data tat-twelid: 1942. Post tat-twelid: Sirte, il-Libja.

Mexxej tar-Rivoluzzjoni, Kmandant Suprem tal-Forzi Armati. Responsabbiltà li ordna r-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

5.

QADHAFI, Mutassim

Data tat-twelid: 1976. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

6.

QADHAFI, Saif al-Islam

Direttur, Fondazzjoni Qadhafi. Numru tal-passaport: B014995. Data tat-twelid: 25.6.1972. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Dikjarazzjonijiet pubbliċi xewwiexa li jħeġġu l-vjolenza kontra d-dimostranti.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

7.

DORDA, Abu Zayd Umar

Direttur, Organizzazzjoni tas-Sigurtà Esterna. Fidil għar-reġim. Kap tal-aġenzija tal-Intelligence Esterna.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)

8.

JABIR, Ġeneral Maġġur Abu Bakr Yunis

Data tat-twelid: 1952. Post tat-twelid: Jalo, il-Libja.

Ministru tad-Difiża. Responsabbiltà ġenerali għall-azzjonijiet tal-forzi armati.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)

9.

MATUQ, Matuq Mohammed

Data tat-twelid: 1956. Post tat-twelid: Khoms.

Segretarju għall-Utilitajiet. Membru anzjan tar-reġim. Involviment mal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Fil-passat kien involut f’soppressjoni tad-dissens u l-vjolenza.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)

10.

QADHAFI, Mohammed Muammar

Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)

11.

QADHAFI, Saadi

Numru tal-passaport: 014797. Data tat-twelid: 25/05/1973. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Kmandat tal-Forzi Speċjali. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)

12.

QADHAFI, Saif al-Arab

Data tat-twelid: 1982. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)

13.

AL-SENUSSI, Kurunell Abdullah

Data tat-twelid: 1949. Post tat-twelid: is-Sudan.

Direttur tal-Intelligence Militari. Involviment tal-Intelligence Militari fis-soppressjoni tad-dimostrazzjonijiet. Passat li jinkludi suspett ta’ involviment fil-massakru tal-ħabs ta’ Abu Selim. Ikkundannat in absentia għall-bumbardament ta’ titjira tal-UTA. Ħaten Muammar QADHAFI.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)

Entitajiet

1.

Bank Ċentrali tal-Libja

Taħt il-kontroll ta’ Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta’ finanzjament għar-reġim tiegħu.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 10.3.2011)

2.

Awtorità tal-Investiment Libjan

Taħt il-kontroll ta’ Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta’ finanzjament għar-reġim tiegħu.

magħruf ukoll bħala: Libyan Arab Foreign Investment Company (LAFICO) 1 Fateh Tower Office No. 99, 22nd Floor, Borgaida Street, Tripli, 1103 il-Libja

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 10.3.2011)

3.

Bank Barrani Libjan

Taħt il-kontroll ta’ Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta’ finanzjament għar-reġim tiegħu.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoi tal-UE: 10.3.2011)

4.

Portafoll ta’ Investiment Libja Afrika

Taħt il-kontroll ta’ Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta’ finanzjament għar-reġim tiegħu.

Jamahiriya Street, LAP Building, PO Box 91330, Tripli, il-Libja

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 10.3.2011)

5.

Korporazzjoni taż-Żejt Nazzjonali Libjana

Taħt il-kontroll ta’ Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta’ finanzjament għar-reġim tiegħu.

Bashir Saadwi Street, Tripli, Tarabulus, il-Libja

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011”


ANNESS II

“ANNESS III

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

1.

ABDULHAFIZ, Kurunell Mas'ud

Pożizzjoni: Kmandant tal-Forzi Armati

it-tielet fil-kmand tal-Forzi Armati. Rwol sinifikanti fl- Intelligence Militari.

28.2.2011

2.

ABDUSSALAM, Abdussalam Mohammed

Pożizzjoni: Kap ta' Kontra t-Terroriżmu, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Tripli, il-Libja

Membru prominenti tal-Kumitat Rivoluzzjonarju. Sieħeb qrib ta' Muammar GADDAFI.

28.2.2011

3.

ABU SHAARIYA

Pożizzjoni: Viċi Kap, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Membru prominenti tar-reġim. Ħaten Muammar GADDAFI.

28.2.2011

4.

ASHKAL, Al-Barrani

Pożizzjoni: Viċi Direttur, Intelligence Militari

Membru anzjan tar-reġim.

28.2.2011

5.

ASHKAL, Omar

Pożizzjoni: Kap, Moviment tal-Kumitati Rivoluzzjonarji

Post tat-twelid: Sirte, il-Libja

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

28.2.2011

6.

AL-BAGHDADI, Dr Abdulqader Mohammed

Pożizzjoni: Kap tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Kumitati Rivoluzzjonarji

B010574

Data tat-twelid: 01.07.1950

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

28.2.2011

7.

DIBRI, Abdulqader Yusef

Pożizzjoni: Kap tas-sigurtà personali ta' Muammar GADDAFI.

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Houn, il-Libja

Responsabbiltà għas-sigurtà tar-reġim. Storja ta' vjolenza kontra dissidenti.

28.2.2011

8.

QADHAF AL-DAM, Ahmed Mohammed

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: L-Eġittu

Kuġin ta' Muammar GADDAFI. Huwa mifhum li ilu mill-1995 jikkmanda battaljun elitista tal-armata responsabbli għas-sigurtà personali ta' Gaddafi u li għandu rwol ewlieni fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. Huwa kien involut fl-ippjanar ta' operazzjonijiet kontra dissidenti Libjani barra mill-pajjiż u kien direttament involut f'attivitajiet terroristiċi.

28.2.2011

9.

QADHAF AL-DAM, Sayyid Mohammed

Data tat-twelid: 1948

Post tat-twelid: Sirte, il-Libja

Kuġin ta' Muammar GADDAFI. Fit-tmeninijiet, Sayyid kien involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament responsabbli għal diversi mwiet fl-Ewropa. involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament Huwa mifhum ukoll li kien involut fl-akkwist ta' armi.

28.2.2011

10.

AL-BARASSI, Safia Farkash

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Al Bayda, il-Libja

Mart Muammar GADDAFI.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

11.

SALEH, Bachir

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Traghen

Kap tal-Kabinett tal-Mexxej.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

12.

TOHAMI, Ġeneral, Khaled

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Genzur

Direttur tal-Uffiċċju għas-Sigurtà Interna.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

13.

FARKASH, Mohammed Boucharaya

Data tat-twelid: 1 ta' Lulju 1949

Post tat-twelid: Al-Bayda

Direttur tal-intelligence fl-Uffiċċju għas-Sigurtà Esterna.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

14.

ZARTI, Mustafa

imwieled fid-29 ta' Marzu 1970, ċittadin Awstrijakk (nru tal-passaport P1362998, validu mis-6 ta' Novembru 2006 sal-5 ta' Novembru 2016)

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim u viċi kap eżekuttiv tal-‘Libyan Investment Authority’, membru tal-bord tal-Korporazzjoni Nazzjonali taż-Żejt u viċi president tal-First Energy Bank f'Bahrain.

10.3.2011

15.

EL-KASSIM ZOUAI, Mohamed Abou

 

Segretarju Ġenerali tal-Kungress ġenerali tal-poplu; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

16.

AL-MAHMOUDI, Baghdadi

 

Prim Ministru tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

17.

HIJAZI, Mohamad Mahmoud

 

Ministru tas-Saħħa u l-Ambjent tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

18.

ZLITNI, Abdelhaziz

Data tat-twelid: 1935

Ministru tal-Ippjanar u l-Finanzi tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

19.

HOUEJ, Mohamad Ali

Data tat-twelid: 1949

Post tat-twelid: Al-Azizia (viċin Tripli)

Ministru tal-Industrija, l-Ekonomija u l-Kummerċ tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

20.

AL-GAOUD, Abdelmajid

 

Ministru tal-Agrikoltura u r-Riżorsi tal-Annimali u dawk Marittimi tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi.

21.3.2011

21.

AL-CHARIF, Ibrahim Zarroug

 

Ministru tal-Affarijiet Soċjali tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

22.

FAKHIRI, Abdelkebir Mohamad

 

Ministru tal-Edukazzjoni, l-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

23.

ZIDANE, Mohamad Ali

 

Ministru tat-Trasport tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

24.

KOUSSA, Moussa Mohamad

 

Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

25.

MANSOUR, Abdallah

 

Kollaboratur mill-qrib tal-Kurunell Gaddafi, rwol ewlieni fis-servizzi tas-sigurtà u ex-direttur tar-Radju-Televiżjoni; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011


Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Libyan Housing and Infrastructure Board (HIB)

Tajora, Tripli, Libja

Numru ta' leġislazzjoni: 60/2006 mil-Libyan General People's Committee

Telefon: +218 21 369 1840

Fax: +218 21 369 6447

http://www.hib.org.ly

Taħt il-kontroll ta' Mouammar Gaddafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

10.3.2011

2.

Fonds de développement économique et social (FDES)

Qaser Bin Ghasher road Salaheddine Cross - BP: 93599 Libya-Tripoli

Telefon: +218 21 490 8893 –

Fax: +218 21 491 8893 –

email: info@esdf.ly

Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih.

21.3.2011

3.

Libyan Arab African Investment Company - LAAICO

Sit: http://www.laaico.com

Soċjetà maħluqa fl-1981

76351 Janzour-Libya. 81370 Tripoli-Libya

Tel:

Fax: 00 218 (21) 4893800 - 4891867

email: info@laaico.com

Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih.

21.3.2011

4.

Fondation Qadhafi pour les associations caritatives et le développement

Dettalji tal-amministrazzjoni: Hay Alandalus – Jian St. – Tripoli – PoBox: 1101 – LIBYE

Telefon: +218 214778301 –

Fax: (+218) 214778766;

email: info@gicdf.org

Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih.

21.3.2011

5.

Fondation Waatassimou

Ibbażata fi Tripli

Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih.

21.3.2011

6.

Office général de la radio et de la télévision libyenne

Dettalji:

tel: 00 218 21 444 59 26; 00 21 444 59 00;

fax: 00 218 21 340 21 07

http://www.ljbc.net;

email: info@ljbc.net

Tixwix pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza bil-parteċipazzjoni f'kampanji ta' misinformazzjoni dwar il-vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

7.

Corps des gardes révolutionnaires

 

Involuta fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

8.

National Commercial Bank

Orouba Street

AlBayda,

Libya

Tel: +218 21-361-2429

Fax: +218 21-446-705

www.ncb.ly

In-National Commercial Bank huwa bank kummerċjali fil-Libja. Il-bank ġie stabbilit fl-1970 u hu bbażat f'AlBayda, il-Libja. Għandu lokazzjonijiet fi Tripli u AlBayda, u jopera wkoll fergħat fil-Libja. Huwa 100% proprjetà tal-gvern u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim.

21.3.2011

9.

Gumhouria Bank

Gumhouria Bank Building

Omar Al Mukhtar Avenue

Giaddal Omer Al Moukhtar

P.O. Box 685

Tarabulus

Tripoli

Libya

Tel: +218 21-333-4035 +218 21-444-2541 +218 21-444-2544 +218 21-333-4031

Fax: +218 21-444-2476 +218 21-333-2505

email: info@gumhouria-bank.com.ly

Sit elettroniku: www.gumhouria-bank.com.ly

Il-Gumhouria Bank huwa bank kummerċjali fil-Libja. Il-bank inħoloq fl-2008 permezz tal-inkorporazzjoni tal-banek Ummah u Gumhouria. Huwa 100 % proprjetà tal-gvern u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim.

21.3.2011

10.

Sahara Bank

Sahara bank Building

First of September Street

P.O. Box 270

Tarabulus

Tripoli

Libya

Tel: +218 21-379-0022

Fax: +218 21-333-7922

email: info@saharabank.com.ly

Sit elettroniku: www.saharabank.com.ly

Is-Sahara Bank huwa bank kummerċjali fil-Libja. Huwa 81% proprjetà tal-gvern u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim.

21.3.2011

11.

Azzawia (Azawiya) Raffinar

P.O. Box 6451

Tripoli

Libya

Tel: +218 023 7976 26778

http://www.arc.com.ly

Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

23.3.2011

12.

Ras Lanuf Oil and Gas Processing Company (RASCO)

Ras Lanuf Oil and Gas Processing Company Building

Ras Lanuf City

P.O. Box 2323

Libya

Tel: +218 21-360-5171 +218 21-360-5177 +218 21-360-5182

Fax: +218 21-360-5174

Email: info@raslanuf.ly

Sit web: www.raslanuf.ly

Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

23.3.2011

13.

Brega

Uffiċċju Prinċipali: Azzawia / Coast road

P.O. Box Azzawia 16649

Tel: 2 - 625021 - 023 / 3611222

Fax: 3610818

Telex: 30460 / 30461 / 30462

Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

23.3.2011

14.

Sirte Oil Company

Sirte Oil Company Building

Marsa Al Brega Area

P.O. Box 385

Tarabulus

Tripoli

Libya

Tel: +218 21-361-0376 +218 21-361-0390

Fax: +218 21-361-0604 +218 21-360-5118

Email: info@soc.com.ly

Sit web: www.soc.com.ly

Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

23.3.2011

15.

Waha Oil Company

Post tal-Uffiċċju:

Airport Road

Tripoli

Tarabulus

Libya

Indirizz Postali: P.O. Box 395

Tripoli

Libya

Tel: +218 21-333-1116

Fax: +218 21-333-7169

Telex: 21058

Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

23.3.2011”


24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 289/2011

tat-23 ta' Marzu 2011

li jikkoreġi t-test Ungeriż tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(a), (aa), (c), (d), (f), (j), (k), u (l) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

It-test Ungeriż tar-Regolament tal-Kummissjoni (EU) Nru 1272/2009 (2) fih żewġ żbalji li għandhom jissewwew b’effett mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (EU) Nru 1272/2009.

(2)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Jikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Ungeriża.)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Marzu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.


24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/22


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 290/2011

tat-23 ta’ Marzu 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

ET

73,9

IL

82,8

MA

53,7

TN

115,9

TR

81,7

ZZ

81,6

0707 00 05

EG

170,1

TR

147,0

ZZ

158,6

0709 90 70

MA

39,2

TR

109,9

ZZ

74,6

0805 10 20

EG

54,1

IL

78,1

MA

53,8

TN

51,1

TR

74,0

ZZ

62,2

0805 50 10

EG

66,4

MA

45,2

TR

53,6

ZZ

55,1

0808 10 80

AR

91,7

BR

88,0

CA

88,7

CL

99,7

CN

84,0

MK

50,2

US

143,1

UY

66,1

ZA

98,4

ZZ

90,0

0808 20 50

AR

92,8

CL

83,9

CN

56,3

US

79,9

ZA

97,0

ZZ

82,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/178/PESK

tat-23 ta' Marzu 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-28 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), li timplimenta r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti (UNSCR) 1970 (2011).

(2)

Fis-17 ta' Marzu 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta l-UNSCR 1973 (2011), li wessgħat il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri restrittivi imposti mill-UNSCR 1970 (2011) u introduċiet miżuri restrittivi addizzjonali kontra l-Libja.

(3)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2011/137/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

(4)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/137/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

1)

L-Artikolu li ġej huwa miżjud:

“Artikolu 3a

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu titjiriet minn inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom fl-ispazju tal-ajru tal-Libja, fid-dawl tal-ħtieġa għall-għajnuna fil-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili.

2.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal titjiriet li l-uniku skop tagħhom huwa umanitarju, bħall-forniment jew l-iffaċilitar tal-forniment ta' assistenza, inklużi provvisti mediċi, ikel, ħaddiema umanitarji u assistenza relatata, jew l-evakwazzjoni ta' ċittadini barranin mil-Libja, u lanqas m'għandu japplika għal titjiriet awtorizzati mill-paragrafu 4 jew 8 tal-UNSCR 1973 (2011), u lanqas għal titjiriet oħra meqjusin mill-Istati Membri, li jaġixxu taħt l-awtorizzazzjoni mogħtija fil-paragrafu 8 tal-UNSCR 1973 (2011), bħala meħtieġa għall-benefiċċju tal-poplu Libjan.”.

2)

L-Artikolu 4(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jispezzjonaw, f’konformità mal-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u b'mod konsistenti mal-liġi internazzjonali, b’mod partikolari l-liġi tal-baħar u ftehimiet internazzjonali rilevanti dwar l-avjazzjoni ċivili, bastimenti u inġenji tal-ajru li sejrin jew li ġejjin mil-Libja, fit-territorju tagħhom, inklużi l-portijiet u l-ajruporti tagħhom, u fl-ibħra internazzjonali, jekk huma jkollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija ta' tali bastimenti u inġenji tal-ajru tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni.”.

3)

L-Artikolu li ġej huwa miżjud:

“Artikolu 4a

1.   L-Istati Membri għandhom jiċħdu l-permess lil kwalunkwe inġenju tal-ajru reġistrat fil-Libja jew li huwa l-proprjetà ta' jew operat minn ċittadini jew kumpanniji Libjani, li jitlaq minn, jinżel fi jew itir fuq it-territorju tagħhom sakemm it-titjira partikolari ma tkunx ġiet approvata bil-quddiem mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, jew fil-każ ta' nżul ta' emerġenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jiċħdu l-permess lil kwalunkwe inġenju tal-ajru li jitlaq minn, jinżel fi jew itir fuq it-territorju tagħhom, jekk ikollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-inġenju tal-ajru fih oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment, jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni, inkluż il-provvediment ta' persunal merċenarju armat, għajr fil-każ ta' nżul ta' emerġenza.”.

4)

L-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimpedixxu d-dħul fi, jew it-transitu minn, it-territorji tagħhom ta':

(a)

persuni elenkati fl-Anness I tal-UNSCR 1970 (2011), u persuni addizzjonali indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat f'konformità mal-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011) u l-paragrafu 23 tal-UNSCR 1973 (2011), kif elenkat fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni;

(b)

persuni mhux koperti mill-Anness I ta' din id-Deċiżjoni involuti jew kompliċi fl-ordni, fil-kontroll jew fid-direzzjoni b'mod ieħor, tat-twettiq ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni fil-Libja, inkluż b'involviment fi jew b'kompliċità fl-ippjanar, il-kmand, l-ordni jew it-twettiq ta' attakki, bi ksur tal-liġi internazzjonali, inkluż il-bombardament mill-ajru, fuq popolazzjonijiet jew faċilitajiet ċivili, jew b'aġir għal jew f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, kif elenkat fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.”.

5.

L-Artikolu 6(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-fondi, l-assi finanzjarji l-oħra u r-riżorsi ekonomiċi kollha, li huma l-proprjetà ta’ jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn:

(a)

persuni u entitajiet elenkati fl-Anness II tal-UNSCR 1970 (2011), u persuni u entitajiet addizzjonali indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat f'konformità mal-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011) u l-paragrafi 19 u 23 tal-UNSCR 1973 (2011), kif elenkat fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni;

(b)

persuni u entitajiet mhux koperti mill-Anness III ta' din id-Deċiżjoni involuti fi jew kompliċi fl-ordni, fil-kontroll, jew fid-direzzjoni b'mod ieħor, tat-twettiq ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni fil-Libja, inkluż b'involviment jew b'kompliċità fl-ippjanar, il-kmand, l-ordni jew it-twettiq ta' attakki, bi ksur tal-liġi internazzjonali, inkluż il-bombardamenti mill-ajru, fuq popolazzjonijiet u faċilitajiet ċivili, jew mill-awtoritajiet Libjani, jew minn persuni u entitajiet li kisru jew għenu fil-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1970 (2011) jew ta' din id-Deċiżjoni, jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew minn entitajiet li huma l-proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom jew minn persuni u entitajiet elenkati fl-Anness III, kif elenkat fl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni,

għandhom jiġu ffriżati.”.

6)

Fl-Artikolu 6, huwa miżjud il-paragrafu li ġej:

“4a.   Fir-rigward ta' persuni u entitajiet elenkati fl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni, jistgħu jsiru wkoll eżenzjonijiet għal fondi u riżorsi ekonomiċi li huma meħtieġa għal skopijiet umanitarji, bħall-forniment jew l-iffaċilitar tal-forniment ta' assistenza, inklużi provvisti mediċi, ikel, il-forniment tal-elettriku, ħaddiema umanitarji u assistenza relatata, jew l-evakwazzjoni ta' ċittadini barranin mil-Libja.”.

7)

L-Artikolu li ġej huwa miżjud:

“Artikolu 6a

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li ċ-ċittadini tagħhom, il-persuni soġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom u d-ditti inkorporati fit-territorji tagħhom jew soġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom jeżerċitaw viġilanza meta jagħmlu negozju ma' entitajiet inkorporati fil-Libja jew soġġetti għall-ġurisdizzjoni tal-Libja, u kwalunkwe individwu jew entità li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, u entitajiet li huma l-proprjetà tagħhom jew huma kkontrollati minnhom, bil-għan li jiġi pprevenut negozju li jista' jikkontribwixxi għall-vjolenza u l-użu tal-forza kontra l-popolazzjoni ċivili.”.

Artikolu 2

L-Annessi I, II, III u IV tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK huma b'dan sostitwiti mit-test imniżżel fl-Annessi I, II, III u IV rispettivament ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53.


ANNESS I

“ANNESS I

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 5(1)(a)

1.

AL-BAGHDADI, Dr Abdulqader Mohammed

Numru tal-passaport: B010574. Data tat-twelid: 01.07.1950.

Kap tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

2.

DIBRI, Abdulqader Yusef

Data tat-twelid: 1946. Post tat-twelid: Houn, il-Libja.

Kap tas-sigurtà personali ta' Muammar QADHAFI. Responsabbiltà għas-sigurtà tar-reġim. Passat ta' ordnijiet ta' vjolenza kontra d-dissidenti.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

3.

DORDA, Abu Zayd Umar

Direttur, Organizzazzjoni tas-Sigurtà Esterna. Fidil għar-reġim. Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

4.

JABIR, Ġeneral Maġġur Abu Bakr Yunis

Data tat-twelid: 1952. Post tat-twelid: Jalo, il-Libja.

Ministru tad-Difiża. Responsabbiltà ġenerali għall-azzjonijiet tal-forzi armati.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

5.

MATUQ, Matuq Mohammed

Data tat-twelid: 1956. Post tat-twelid: Khoms.

Segretarju għall-Utilitajiet. Membru anzjan tar-reġim. Involviment mal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Fil-passat kien involut f'soppressjoni tad-dissens u l-vjolenza.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

6.

QADHAF AL-DAM, Sayyid Mohammed

Data tat-twelid:1948. Post tat-twelid: Sirte, il-Libja.

Kuġin ta' Muammar QADHAFI. Fis-snin 80, Sayyid kien involut fil-kampanja tal-assassinju tad-dissidenti u allegatament responsabbli minn diversi mwiet fl-Ewropa. Huwa suspettat ukoll li kien involut fl-akkwist tal-armi.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

7.

QADHAFI, Aisha Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Bint Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

8.

QADHAFI, Hannibal Muammar

Numru tal-passaport: B/002210. Data tat-twelid: 20.9.1975. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

9.

QADHAFI, Khamis Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

10.

QADHAFI, Mohammed Muammar

Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

11.

QADHAFI, Muammar Mohammed Abu Minyar

Data tat-twelid: 1942. Post tat-twelid: Sirte, il-Libja.

Mexxej tar-Rivoluzzjoni, Kmandant Suprem tal-Forzi Armati. Responsabbiltà li ordna r-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

12.

QADHAFI, Mutassim

Data tat-twelid: 1976. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

13.

QADHAFI, Saadi

Numru tal-passaport: 014797. Data tat-twelid: 25.5.1973. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Kmandant tal-Forzi Speċjali. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

14.

QADHAFI, Saif al-Arab

Data tat-twelid: 1982. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

15.

QADHAFI, Saif al-Islam

Numru tal-passaport: B014995. Data tat-twelid: 25.6.1972. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Direttur, Fondazzjoni Qadhafi. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Dikjarazzjonijiet pubbliċi xewwiexa li jħeġġu l-vjolenza kontra d-dimostranti.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

16.

AL-SENUSSI, Kurunell Abdullah

Data tat-twelid: 1949. Post tat-twelid: is-Sudan.

Direttur tal-Intelligence Militari. Involviment tal-Intelligence Militari fis-soppressjoni tad-dimostrazzjonijiet. Passat li jinkludi suspett ta' involviment fil-massakru tal-ħabs ta' Abu Selim. Ikkundannat in absentia għall-bumbardament ta' titjira tal-UTA. Ħaten Muammar QADHAFI.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

17.

AL QADHAFI, Quren Salih Quren

Ambaxxatur Libjan għaċ-Ċad. Telaq miċ-Ċad lejn Sabha. Involut direttament fir-reklutaġġ u l-kordinazzjoni ta' merċenarji għar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011

18.

AL KUNI, Kurunell Amid Husain

Gvernatur ta' Ghat (Nofsinhar tal-Libja). Involut direttament fir-reklutaġġ ta' merċenarji.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011”


ANNESS II

“ANNESS II

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitatijiet u korpi msemmija fl-Artikolu 5(1)(b)

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

1.

ABDULHAFIZ, Kurunell Mas'ud

Pożizzjoni: Kmandant tal-Forzi Armati

It-tielet fil-kmand tal-Forzi Armati. Rwol sinifikanti fl- Intelligence Militari.

28.2.2011

2.

ABDUSSALAM, Abdussalam Mohammed

Pożizzjoni: Kap ta' Kontra t-Terroriżmu, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Tripli, il-Libja

Membru prominenti tal-Kumitat Rivoluzzjonarju. Sieħeb

qrib ta' Muammar GADDAFI.

28.2.2011

3.

ABU SHAARIYA

Pożizzjoni: Viċi Kap, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Membru prominenti tar-reġim.

Ħaten Muammar GADDAFI.

28.2.2011

4.

ASHKAL, Al-Barrani

Pożizzjoni: Viċi Direttur, Intelligence Militari

Membru anzjan tar-reġim.

28.2.2011

5.

ASHKAL, Omar

Pożizzjoni: Kap, Moviment tal-Kumitati

Rivoluzzjonarji Post tat-twelid: Sirte, il-Libja

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

28.2.2011

6.

QADHAF AL-DAM, Ahmed Mohammed

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: L-Eġittu

Kuġin ta' Muammar GADDAFI. Huwa mifhum li ilu mill-1995 jikkmanda battaljun elitista tal-armata responsabbli għas-sigurtà personali ta' Gaddafi u li għandu rwol ewlieni fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. Huwa kien involut fl-ippjanar ta' operazzjonijiet kontra dissidenti Libjani barra mill-pajjiż u kien direttament involut f'attivitajiet terroristiċi.

28.2.2011

7.

AL-BARASSI, Safia Farkash

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Al Bayda, il-Libja

Mart Muammar GADDAFI.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

8.

SALEH, Bachir

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Traghen

Kap tal-Kabinett tal-Mexxej.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

9.

TOHAMI, Ġeneral, Khaled

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Genzur

Direttur tal-Uffiċċju għas-Sigurtà Interna.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

10.

FARKASH, Mohammed Boucharaya

Data tat-twelid: 1 ta' Lulju 1949

Post tat-twelid: Al-Bayda

Direttur tal-intelligence fl-Uffiċċju għas-Sigurtà Esterna.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

11.

EL-KASSIM ZOUAI, Mohamed Abou

 

Segretarju Ġenerali tal-Kungress ġenerali tal-poplu; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

12.

AL-MAHMOUDI, Baghdadi

 

Prim Ministru tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

13.

HIJAZI, Mohamad Mahmoud

 

Ministru tas-Saħħa u l-Ambjent tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

14.

ZLITNI, Abdelhaziz

Data tat-twelid: 1935

Ministru tal-Ippjanar u l-Finanzi tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

15.

HOUEJ, Mohamad Ali

Data tat-twelid: 1949

Post tat-twelid: Al-Azizia (viċin Tripli)

Ministru tal-Industrija, l-Ekonomija u l-Kummerċ tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

16.

AL-GAOUD, Abdelmajid

 

Ministru tal-Agrikoltura u r-Riżorsi tal-Annimali u dawk Marittimi tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi.

21.3.2011

17.

AL-CHARIF, Ibrahim Zarroug

 

Ministru tal-Affarijiet Soċjali tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

18.

FAKHIRI, Abdelkebir Mohamad

 

Ministru tal-Edukazzjoni, l-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

19.

ZIDANE, Mohamad Ali

 

Ministru tat-Trasport tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

20.

KOUSSA, Moussa Mohamad

 

Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

21.

MANSOUR, Abdallah

 

Kollaboratur mill-qrib tal-Kurunell Gaddafi, rwol ewlieni fis-servizzi tas-sigurtà u ex-direttur tar-Radju-Televiżjoni; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011”


ANNESS III

“ANNESS III

Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1)(a)

1.

QADHAFI, Aisha Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Bint Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

2.

QADHAFI, Hannibal Muammar

Numru tal-passaport: B/002210. Data tat-twelid: 20.9.1975. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

3.

QADHAFI, Khamis Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

4.

QADHAFI, Muammar Mohammed Abu Minyar

Data tat-twelid: 1942. Post tat-twelid: Sirte, il-Libja.

Mexxej tar-Rivoluzzjoni, Kmandant Suprem tal-Forzi Armati. Responsabbiltà li ordna r-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

5.

QADHAFI, Mutassim

Data tat-twelid: 1976. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

6.

QADHAFI, Saif al-Islam

Direttur, Fondazzjoni Qadhafi. Numru tal-passaport: B014995. Data tat-twelid: 25.6.1972. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Dikjarazzjonijiet pubbliċi xewwiexa li jħeġġu l-vjolenza kontra d-dimostranti.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

7.

DORDA, Abu Zayd Umar

Direttur, Organizzazzjoni tas-Sigurtà Esterna. Fidil għar-reġim. Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)

8.

JABIR, Ġeneral Maġġur Abu Bakr Yunis

Data tat-twelid: 1952. Post tat-twelid: Jalo, il-Libja.

Ministru tad-Difiża. Responsabbiltà ġenerali għall-azzjonijiet tal-forzi armati.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)

9.

MATUQ, Matuq Mohammed

Data tat-twelid: 1956. Post tat-twelid: Khoms.

Segretarju għall-Utilitajiet. Membru anzjan tar-reġim. Involviment mal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Fil-passat kien involut f'soppressjoni tad-dissens u l-vjolenza.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)

10.

QADHAFI, Mohammed Muammar

Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)

11.

QADHAFI, Saadi

Pożizzjoni: Kmandat tal-Forzi Speċjali

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Data tat-twelid: 25.5.1973. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Numru tal-passaport: 014797.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)

12.

QADHAFI, Saif al-Arab

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tat-twelid: 1982. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)

13.

AL-SENUSSI, Kurunell Abdullah

Data tat-twelid: 1949. Post tat-twelid: is-Sudan.

Direttur tal-Intelligence Militari. Involviment tal-Intelligence Militari fis-soppressjoni tad-dimostrazzjonijiet. Passat li jinkludi suspett ta' involviment fil-massakru tal-ħabs ta' Abu Selim. Ikkundannat in absentia għall-bumbardament ta' titjira tal-UTA. Ħaten Muammar QADHAFI.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)

Entitajiet

1.

Bank Ċentrali tal-Libja

Taħt il-kontroll ta' Muammar QADHAFI u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 10.3.2011)

2.

Awtorità tal-Investiment Libjan

Taħt il-kontroll ta' Muammar QADHAFI u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

magħruf ukoll bħala: Libyan Arab Foreign Investment Company (LAFICO) 1 Fateh Tower Office No. 99, 22nd Floor, Borgaida Street, Tripli, 1103 il-Libja

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 10.3.2011)

3.

Bank Barrani Libjan

Taħt il-kontroll ta' Muammar QADHAFI u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoi tal-UE: 10.3.2011)

4.

Portafoll ta' Investiment Libja Afrika

Taħt il-kontroll ta' Muammar QADHAFI u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

Jamahiriya Street, LAP Building, PO Box 91330, Tripli, il-Libja

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 10.3.2011)

5.

Korporazzjoni taż-Żejt Nazzjonali Libjana

Taħt il-kontroll ta' Muammar QADHAFI u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

Bashir Saadwi Street, Tripli, Tarabulus, il-Libja

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011”


ANNESS IV

“ANNESS IV

Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1)(b)

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

1.

ABDULHAFIZ, Kurunell Mas'ud

Pożizzjoni: Kmandant tal-Forzi Armati

it-tielet fil-kmand tal-Forzi Armati. Rwol sinifikanti fl-Intelligence Militari.

28.2.2011

2.

ABDUSSALAM, Abdussalam Mohammed

Pożizzjoni: Kap ta' Kontra t-Terroriżmu, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Tripli, il-Libja

Membru prominenti tal-Kumitat Rivoluzzjonarju. Sieħeb qrib ta' Muammar GADDAFI.

28.2.2011

3.

ABU SHAARIYA

Pożizzjoni: Viċi Kap, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Membru prominenti tar-reġim. Ħaten Muammar GADDAFI.

28.2.2011

4.

ASHKAL, Al-Barrani

Pożizzjoni: Viċi Direttur, Intelligence Militari

Membru anzjan tar-reġim.

28.2.2011

5.

ASHKAL, Omar

Pożizzjoni: Kap, Moviment tal-Kumitati Rivoluzzjonarji

Post tat-twelid: Sirte, il-Libja

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

28.2.2011

6.

AL-BAGHDADI, Dr Abdulqader Mohammed

Pożizzjoni: Kap tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Kumitati

Rivoluzzjonarji B010574

Data tat-twelid: 01.07.1950

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

28.2.2011

7.

DIBRI, Abdulqader Yusef

Pożizzjoni: Kap tas-sigurtà personali ta' Muammar GADDAFI.

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Houn, il-Libja

Responsabbiltà għas-sigurtà tar-reġim. Storja ta' vjolenza kontra dissidenti.

28.2.2011

8.

QADHAF AL-DAM, Ahmed Mohammed

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: L-Eġittu

Kuġin ta' Muammar GADDAFI. Huwa mifhum li ilu mill-1995 jikkmanda battaljun elitista tal-armata responsabbli għas-sigurtà personali ta' Gaddafi u li għandu rwol ewlieni fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. Huwa kien involut fl-ippjanar ta' operazzjonijiet kontra dissidenti Libjani barra mill-pajjiż u kien direttament involut f'attivitajiet terroristiċi.

28.2.2011

9.

QADHAF AL-DAM, Sayyid Mohammed

Data tat-twelid: 1948

Post tat-twelid: Sirte, il-Libja

Kuġin ta' Muammar GADDAFI. Fit-tmeninijiet, Sayyid kien involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament responsabbli għal diversi mwiet fl-Ewropa. involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament Huwa mifhum ukoll li kien involut fl-akkwist ta' armi.

28.2.2011

10.

AL-BARASSI, Safia Farkash

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Al Bayda, il-Libja

Mart Muammar GADDAFI.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

11.

SALEH, Bachir

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Traghen

Kap tal-Kabinett tal-Mexxej.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

12.

TOHAMI, Ġeneral, Khaled

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Genzur

Direttur tal-Uffiċċju għas-Sigurtà Interna.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

13.

FARKASH, Mohammed Boucharaya

Data tat-twelid: 1 ta' Lulju 1949

Post tat-twelid: Al-Bayda

Direttur tal-intelligence fl-Uffiċċju għas-Sigurtà Esterna.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

14.

ZARTI, Mustafa

imwieled fid-29 ta' Marzu 1970, ċittadin Awstrijakk (nru tal-passaport P1362998, validu mis-6 ta' Novembru 2006 sal-5 ta' Novembru 2016)

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim u viċi kap eżekuttiv tal-‘Libyan Investment Authority’, membru tal-bord tal-Korporazzjoni Nazzjonali taż-Żejt u viċi president tal-First Energy Bank f'Bahrain.

10.3.2011

15.

EL-KASSIM ZOUAI, Mohamed Abou

 

Segretarju Ġenerali tal-Kungress ġenerali tal-poplu; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

16.

AL-MAHMOUDI, Baghdadi

 

Prim Ministru tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

17.

HIJAZI, Mohamad Mahmoud

 

Ministru tas-Saħħa u l-Ambjent tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

18.

ZLITNI, Abdelhaziz

Data tat-twelid: 1935

Ministru tal-Ippjanar u l-Finanzi tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

19.

HOUEJ, Mohamad Ali

Data tat-twelid: 1949

Post tat-twelid: Al-Azizia (viċin Tripli)

Ministru tal-Industrija, l-Ekonomija u l-Kummerċ tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

20.

AL-GAOUD, Abdelmajid

 

Ministru tal-Agrikoltura u r-Riżorsi tal-Annimali u dawk Marittimi tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi.

21.3.2011

21.

AL-CHARIF, Ibrahim Zarroug

 

Ministru tal-Affarijiet Soċjali tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

22.

FAKHIRI, Abdelkebir Mohamad

 

Ministru tal-Edukazzjoni, l-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

23.

ZIDANE, Mohamad Ali

 

Ministru tat-Trasport tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

24.

KOUSSA, Moussa Mohamad

 

Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

25.

MANSOUR, Abdallah

 

Kollaboratur mill-qrib tal-Kurunell Gaddafi, rwol ewlieni fis-servizzi tas-sigurtà u ex-direttur tar-Radju-Televiżjoni; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011


Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Libyan Housing and Infrastructure Board (HIB)

Tajora, Tripli, Libja Numru ta' leġislazzjoni: 60/2006 mil-Libyan General People's Committee

Telefon: +218 21 369 1840

Fax: +218 21 369 6447

http://www.hib.org.ly

Taħt il-kontroll ta' Mouammar Gaddafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

10.3.2011

2.

Fonds de développement économique et social (FDES)

Qaser Bin Ghasher road Salaheddine Cross - BP: 93599 Libya-Tripoli

Telefon: +218 21 490 8893 –

Fax: +218 21 491 8893 –

Email: info@esdf.ly

Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih.

21.3.2011

3.

Libyan Arab African Investment Company - LAAICO

Sit: http://www.laaico.com

Soċjetà maħluqa fl-1981

76351 Janzour-Libya. 81370 Tripoli-Libya

Tel:

Fax: 00 218 (21) 4893800 - 4891867

Email: info@laaico.com

Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih.

21.3.2011

4.

Fondation Qadhafi pour les associations caritatives et le développement

Dettalji tal-amministrazzjoni: Hay Alandalus – Jian St. – Tripoli – PoBox: 1101 – LIBYE

Telefon: +218 214778301 –

Fax: (+218) 214778766;

Email: info@gicdf.org

Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih.

21.3.2011

5.

Fondation Waatassimou

Ibbażata fi Tripli

Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih.

21.3.2011

6.

Office général de la radio et de la télévision libyenne

Dettalji:

tel: 00 218 21 444 59 26; 00 21 444 59 00;

fax: 00 218 21 340 21 07

http://www.ljbc.net;

Email: info@ljbc.net

Tixwix pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza bil-parteċipazzjoni f'kampanji ta' misinformazzjoni dwar il-vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

7.

Corps des gardes révolutionnaires

 

Involuta fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

8.

National Commercial Bank

Orouba Street

AlBayda,

Libya

Telefon: +218 21-361-2429

Fax: +218 21-446-705

www.ncb.ly

In-National Commercial Bank huwa bank kummerċjali fil-Libja. Il-bank ġie stabbilit fl-1970 u hu bbażat f'AlBayda, il-Libja. Għandu lokazzjonijiet fi Tripli u AlBayda, u jopera wkoll fergħat fil-Libja. Huwa 100 % proprjetà tal-gvern u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim.

21.3.2011

9.

Gumhouria Bank

Gumhouria Bank Building

Omar Al Mukhtar Avenue

Giaddal Omer Al Moukhtar

P.O. Box 685

Tarabulus

Tripoli

Libya

Tel: +218 21-333-4035 +218 21-444-2541 +218 21-444-2544 +218 21-333-4031

Fax: +218 21-444-2476 +218 21-333-2505

Email: info@gumhouria-bank.com.ly

Sit elettroniku: www.gumhouria-bank.com.ly

Il-Gumhouria Bank huwa bank kummerċjali fil-Libja. Il-bank inħoloq fl-2008 permezz tal-inkorporazzjoni tal-banek Ummah u Gumhouria. Huwa 100 % proprjetà tal-gvern u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim.

21.3.2011

10.

Sahara Bank

Sahara bank Building

First of September Street

P.O. Box 270

Tarabulus

Tripoli

Libya

Tel: +218 21-379-0022

Fax: +218 21-333-7922

Email: info@saharabank.com.ly

Sit elettroniku: www.saharabank.com.ly

Is-Sahara Bank huwa bank kummerċjali fil-Libja. Huwa 81 % proprjetà tal-gvern u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim.

21.3.2011

11.

Azzawia (Azawiya) Raffinar

P.O. Box 6451

Tripoli

Libya

Tel: +218 023 7976 26778

http://www.arc.com.ly

Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

23.3.2011

12.

Ras Lanuf Oil and Gas Processing Company (RASCO)

Ras Lanuf Oil and Gas Processing Company Building

Ras Lanuf City

P.O. Box 2323

Libya

Tel: +218 21-360-5171 +218 21-360-5177 +218 21-360-5182

Fax: +218 21-360-5174

Email: info@raslanuf.ly

Sit web: www.raslanuf.ly

Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

23.3.2011

13.

Brega

Uffiċċju Prinċipali: Azzawia / Coast road

P.O. Box Azzawia 16649

Tel: 2 - 625021 - 023 / 3611222

Fax: 3610818

Telex: 30460 / 30461 / 30462

Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

23.3.2011

14.

Sirte Oil Company

Sirte Oil Company Building

Marsa Al Brega Area

P.O. Box 385

Tarabulus

Tripoli

Libya

Tel: +218 21-361-0376 +218 21-361-0390

Fax: +218 21-361-0604 +218 21-360-5118

Email: info@soc.com.ly

Sit web: www.soc.com.ly

Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

23.3.2011

15.

Waha Oil Company

Post tal-Uffiċċju:

Airport Road

Tripoli

Tarabulus

Libya

Indirizz Postali: P.O. Box 395

Tripoli

Libya

Tel: +218 21-333-1116

Fax: +218 21-333-7169

Telex: 21058

Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

23.3.2011”


24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta' Diċembru 2010

dwar l-Għajnuna mill-Istat C 39/96 (ex NN 127/92) mogħtija minn Franza lill-Coopérative d’exportation du livre français (CELF)

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8938)

(It-test bil-lingwa Franċiża biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/179/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) (1),

Wara li stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom skont l-artikolu msemmi (2), u wara li kkunsidrat dawn l-osservazzjonijiet,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta' sentenza tal-15 ta' April 2008 (3) (iktar ’il quddiem is-“sentenza tal-Qorti Ġenerali”), il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/262/KE tal-20 ta' April 2004 dwar l-għajnuna mogħtija minn Franza lill-Coopérative d’exportation du livre français (CELF) (4)  (5).

(2)

Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni ġdida.

(3)

L-istess sentenza hija l-eżitu ta' proċedura li l-fażijiet prinċipali tagħha qegħdin jiġu mfakkra hawn taħt:

A.   L-Ewwel fażi

(4)

Permezz ta' ittra tal-20 ta' Marzu 1992, is-Société internationale de diffusion et d’édition (“SIDE”) ġibdet l-attenzjoni tal-Kummissjoni rigward ċerta għajnuna għall-promozzjoni, għat-trasport u għall-kummerċjalizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi lill-CELF, għajnuna li ma kinitx ġiet innotifikata minn qabel lid-dipartimenti tal-Kummissjoni.

(5)

Permezz tal-ittra tat-2 ta' April 1992, il-Kummissjoni, wara li fakkret lill-awtoritajiet Franċiżi li kull proġett intiż li jistabbilixxi jew ibiddel xi għajnuna kellu jiġi nnotifikat minn qabel lid-dipartimenti tagħha, talbet lill-istess awtoritajiet biex jinformawha fuq in-natura u s-suġġett tal-miżuri ta' għajnuna msemmija mis-SIDE.

(6)

L-awtoritajiet Franċiżi, permezz tal-ittra tad-29 ta' Ġunju 1992, taw konferma lill-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta' sussidji lill-CELF. Huma ppreċiżaw li dawn il-miżuri kienu intiżi biex isiru magħrufa l-letteratura u l-lingwa Franċiża fil-pajjiżi li ma jitkellmux bil-Franċiż u li l-CELF, barra minn hekk, ġiet fdata biex tamministra tliet skemi ta' għajnuna ta' darba intiżi ukoll biex jiffaċilitaw l-aċċess tal-qarrejja li huma mbiegħda mill-kotba Franċiżi.

(7)

Permezz ta' ittra tas-7 ta' Awwissu 1992, il-Kummissjoni kkonfermat lis-SIDE li kienu jeżistu ċerti għajnuniet mogħtija lill-CELF u ppreċiżat l-għan tagħhom u informatha li l-miżuri inkwistjoni ma kinux ġew innotifikati. Hija ppreċiżat, madankollu, li l-għajnuniet ikkontestati ma kinux jidhru li huma tali li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-SIDE kienet mitluba tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha.

(8)

Permezz tal-ittra tas-7 ta' Settembru 1992, is-SIDE informat lill-Kummissjoni li hija kienet fi ħsiebha tirrapporta n-natura diskriminatorja tal-miżuri u l-effetti li kienu jirriżultaw minnhom fuq il-kummerċ intrakomunitarju, mingħajr ma kkontestat, madankollu, l-għan kulturali li kellu l-Ministeru tal-Kultura li ħadem bix-xewqa li jara l-lingwa u l-letteratura Franċiża tinxtered.

(9)

Permezz ta' deċiżjoni tat-18 ta' Mejju 1993 (6), il-Kummissjoni kkunsidrat li, fid-dawl tas-sitwazzjoni partikolari tal-kompetizzjoni fis-settur tal-kotba u tal-għan kulturali tal-iskemi ta' għajnuna inkwistjoni, kellha tapplika għalihom id-deroga prevista fl-ex Artikolu 92(3)(c) tat-Trattat.

(10)

Is-SIDE, permezz ta' rikors tat-2 ta' Awwissu 1993, ippreżentat rikors għall-annullament tad-deċiżjoni msemmija. Permezz ta' sentenza tat-18 ta' Settembru 1995 (7), il-Qorti Ġenerali laqgħet parzjalment ir-rikors ta' SIDE fejn annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Mejju 1993 safejn biss din kienet tikkonċerna l-għajnuna mogħtija lill-CELF fir-rigward tal-ordnijiet żgħar.

(11)

Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-Kummissjoni kellha dritt tadotta deċiżjoni favur it-tliet skemi ta' għajnuna segwenti, li huma amministrati mill-CELF għan-nom tal-Istat:

(a)

l-għajnuna għall-frejt bl-ajru jew għall-posta bl-ajru,

(b)

il-programm “Page à Page” (8) (għajnuna għat-tixrid ta' kotba bil-lingwa Franċiża fil-pajjiżi tal-Ewropa ċentrali u tal-Lvant),

(ċ)

il-“Programme Plus” (manwali universitarji bil-lingwa Franċiża intiżi għall-istudenti tal-Afrika fil-parti ta' taħt is-Saħara).

(12)

Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-Kummissjoni kienet kisbet biżżejjed informazzjoni fuq dawn l-aħħar tliet skemi biex tiġġustifika l-konstatazzjoni li waslet għaliha fis-sens li l-impatt ta' dawn l-iskemi fuq il-kompetizzjoni kien negliġibbli. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali indikat li “F’dak li jirrigwarda l-għan kulturali tal-għajnuniet ikkontestati, huwa paċifiku bejn il-partijiet li l-għan imfittex mill-Gvern Franċiż huwa li tinxtered il-lingwa u l-letteratura Franċiża”. Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li kellu jiġi konkluż li l-evalwazzjoni tal-għan kulturali tal-għajnuniet ikkontestati ma kinitx tqajjem diffikultajiet partikolari għall-Kummissjoni u li ma kienx meħtieġ li tinkiseb iktar informazzjoni biex jiġi rikonoxxut li dan l-għan kellu natura kulturali.

(13)

Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, għal dak li jikkonċerna l-kumpens mogħti esklużivament lill-CELF għall-ordnijiet żgħar, li l-Kummissjoni kellha tagħmel analiżi dettaljata tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-settur ikkonċernat qabel ma tiddeċiedi fuq il-kompatibbiltà tal-miżuri mas-suq intern.

(14)

Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet (punt 76 tas-sentenza) li l-Kummissjoni kellha tibda l-proċedura prevista fl-ex Artikolu 93(2) KE [li llum sar l-Artikolu 108(2) TFUE] u li, għaldaqstant, kellha tiġi annullata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Mejju 1993, safejn din kienet tikkonċerna s-sussidju mogħti esklużivament lill-CELF biex jiġu kkumpensati l-ispejjeż relatati mal-ipproċessar tal-ordnijiet żgħar ta' kotba bil-lingwa Franċiża magħmula minn libreriji stabbiliti barra mill-pajjiż.

B.   It-tieni fażi

(15)

Skont is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Settembru 1995, il-Kummissjoni ddeċidiet permezz ta' deċiżjoni tat-30 ta' Lulju 1996 li tibda l-proċedura ta' investigazzjoni formali. Il-partijiet interessati, li ġew mitluba jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni, għaddewlha l-kummenti tagħhom b’mod partikolari matul ix-xhur ta' Diċembru 1996 u Jannar 1997.

(16)

Fi tmiem l-istruttorja tagħha, fl-10 ta' Ġunju 1998, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 1999/133/KE (9). Hija kkonfermat l-għan kulturali tal-għajnuniet dwar l-ordnijiet żgħar u kkonstatat li, skont l-ex Artikolu 87(3)(d) tat-Trattat, l-imsemmija għajnuniet ma kinux ta' natura li jolqtu l-kundizzjonijiet tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni fl-Unjoni sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni fis-suq tal-esportazzjoni tal-kotba bil-lingwa Franċiża.

(17)

Permezz tas-sentenza tat-28 ta' Frar 2002 (10), il-Qorti Ġenerali annullat l-aħħar sentenza tal-Artikolu 1 tad-deċiżjoni msemmija. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-Kummissjoni kellha tagħmel il-verifiki meħtieġa biex tikseb l-informazzjoni rilevanti bil-għan li tiddistingwi bejn is-suq tal-aġenziji u dak tal-esportazzjoni tal-ktieb bil-lingwa Franċiża inġenerali.

(18)

Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li peress li l-Kummissjoni naqset milli tagħmel dik il-verifika, hija wettqet żball manifest ta' evalwazzjoni meta qieset is-suq tal-esportazzjoni tal-ktieb bil-lingwa Franċiża inġenerali bħala li huwa s-suq rilevanti, filwaqt li kien ġie ppruvat li l-għajnuna kkontestata kienet intiża biss għall-aġenti fuq l-esportazzjoni.

(19)

Min-naħa l-oħra, fis-sentenza tagħha tat-22 ta' Ġunju 2000 (11), il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet, mingħajr ma daħlet fil-mertu tal-kawża, ir-rikors tal-awtoritajiet Franċiżi kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ġunju 1998 u kkonfermat li, anki fil-każ fejn l-għajnuna tkun tista’ titqies bħala li hija kompatibbli mas-suq komuni, dan il-fatt ma jaffettwax l-obbligu tan-notifika u li l-obbligu tan-notifika minn qabel kien jimplika l-obbligu tas-sospensjoni tal-għajnuna.

C.   It-tielet fażi

(20)

Wara l-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-10 ta' Ġunju 1998, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Franċiżi u lis-SIDE, permezz tal-ittri tal-14 ta' Ġunju 2002, biex jibgħatulha l-osservazzjonijiet tagħhom fuq il-motivi tal-annullament tad-deċiżjoni u b’mod partikolari fuq l-elementi li jirrigwardaw is-suq inkwistjoni.

(21)

L-awtoritajiet Franċiżi kienu mitluba jikkummentaw b’mod iktar partikolari fuq il-karatteristiċi speċifiċi tal-provvisti tal-CELF meta mqabbla ma' dawk tal-atturi l-oħra fis-suq, fosthom is-SIDE. Is-SIDE kienet mitluba tikkummenta b’mod iktar speċifiku fuq il-kunċett tal-ordnijiet żgħar u biex tindika x’kienet il-karatteristika partikolari tal-provvista tagħha meta mqabbla ma' dik tal-CELF u tal-atturi l-oħra fis-suq.

(22)

Is-SIDE bagħtet it-tweġiba tagħha lill-Kummissjoni permezz ta' ittra tat-12 ta' Awwissu 2002. L-awtoritajiet Franċiżi bagħtu t-tweġiba tagħhom permezz tal-ittra tas-17 ta' Settembru 2002.

(23)

Wara li saqsiet lis-SIDE, permezz tal-ittra tad-19 ta' Settembru 2002, biex tindikalha jekk it-tweġiba tagħha kienx fiha informazzjoni kunfidenzjali, u ħadet tweġiba fin-negattiv fit-30 ta' Settembru 2002, il-Kummissjoni, permezz tal-ittra tas-17 ta' Ottubru 2002, bagħtet lill-awtoritajiet Franċiżi t-tweġiba tas-SIDE flimkien mal-annessi tagħha biex huma jagħmlu l-kummenti tagħhom. F’din l-okkażjoni, hija għamlitilhom ukoll numru ta' mistoqsijiet addizzjonali ġodda.

(24)

Permezz tal-ittra tat-30 ta' Ottubru 2002, il-Kummissjoni għamlet ukoll numru ta' mistoqsijiet addizzjonali lis-SIDE li għalihom din wieġbet permezz tal-ittri tal-31 ta' Ottubru 2002 u tad-9 ta' Diċembru 2002. Is-SIDE għarrfet lill-Kummissjoni, permezz tal-ittra tat-23 ta' Diċembru 2002, wara t-talba tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2002, li t-tweġibiet tagħha ma kien fihom ebda informazzjoni kunfidenzjali u li l-istess tweġibiet setgħu jintbagħtu lill-awtoritajiet Franċiżi biex huma jagħmlu l-kummenti tagħhom.

(25)

Peress li l-awtoritajiet Franċiżi ma wieġbux fit-termini stabbiliti, il-Kummissjoni kienet kostretta tibagħtilhom avviż ta' tifkira permezz tal-ittra tas-27 ta' Novembru 2002. Permezz ta' ittra tad-19 ta' Diċembru 2002, l-awtoritajiet Franċiżi talbu lill-Kummissjoni sabiex tagħtihom estensjoni oħra tat-terminu.

(26)

Fid-9 ta' Jannar 2003, il-Kummissjoni bagħtet lill-awtoritajiet Franċiżi għall-kummenti tagħhom, it-tweġiba tas-SIDE tat-23 ta' Diċembru 2002. Permezz tal-ittra tas-17 ta' Jannar 2003, l-awtoritajiet Franċiżi wieġbu għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2002.

(27)

Permezz tal-ittra tal-4 ta' Frar 2003, l-awtoritajiet Franċiżi talbu estensjoni oħra tat-terminu tal-Kummissjoni f’dak li jikkonċerna t-talba għall-kummenti għat-tieni tweġiba tas-SIDE tat-23 ta' Diċembru 2002. Permezz tal-ittra tal-11 ta' Frar 2003, il-Kummissjoni laqgħet parzjalment it-talbiet għall-estensjonijiet. Permezz tal-ittra tal-11 ta' Marzu 2003, l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu t-tweġiba tagħhom lill-Kummissjoni.

(28)

Barra minn hekk, is-SIDE, fuq talba tagħha stess, ġiet milqugħa mid-dipartimenti tal-Kummissjoni u setgħet tesponi l-idea tagħha dwar il-kwistjoni sa mill-bidu tagħha, u dan waqt laqgħa li nżammet fl-4 ta' Marzu 2003.

(29)

Fi tmiem din il-proċedura, il-Kummissjoni Ewropea adottat id-Deċiżjoni 2005/262/KE fejn iddeċidiet li l-għajnuna kkontestata kienet kompatibbli u dan abbażi tal-ex Artikolu 87(3)(d) tat-Trattat, wara li kkonstatat b’mod partikolari li l-għajnuniet ma kinux tali li jikkumpensaw għall-ispejjeż involuti minħabba l-ipproċessar ta' ordnijiet żgħar.

D.   Ir-raba’ fażi

(30)

Permezz tas-sentenza tagħha tal-15 ta' April 2008, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' April 2004.

(31)

Hija ddeċidiet li l-Kummissjoni kienet wettqet, f’dak li jikkonċerna l-parti tal-għajnuna mogħtija lill-CELF qabel l-1 ta' Novembru 1993 li hija d-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, żball ta' dritt meta kkunsidrat li l-għajnuna kkontestata kienet kompatibbli mas-suq komuni skont l-ex Artikolu 87(3)(d), u dan peress li kellhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet sostantivi li kienu fis-seħħ qabel l-1 ta' Novembru 1993. Il-Qorti Ġenerali ħadet inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, il-fatt li t-Trattat UE ma kienx fih dispożizzjonijiet tranżitorji li jirrigwardaw l-applikazzjoni tal-ex Artikolu 87(3)(d) u li l-prinċipju taċ-ċertezza legali jipprekludi, ħlief għal xi eċċezzjonijiet, li att Komunitarju jibda japplika b’effett minn data preċedenti għal dik tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(32)

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Kummissjoni kienet wettqet żball manifest ta' evalwazzjoni meta eżaminat il-kompatibbiltà tal-għajnuna kkontestata u dan billi hija stmat iktar milli mistħoqq l-ispejjeż marbuta mal-ipproċessar tal-ordnijet żgħar li kienu effettivament sostnuti mill-CELF. Fil-fatt, fid-deċiżjoni tagħha tal-20 ta' April 2004, il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-ispejjeż effettivi tal-ipproċessar tal-ordnijiet żgħar, iżda għamlet stima ta' dawn l-ispejjeż abbażi tal-ispejjeż totali sostnuti mill-CELF (allokat parti mill-ispejjeż totali, għall-ipproċessar tal-ordnijiet żgħar, u dan skont metodu ta' tqassim differenti għal kull kategorija ta' spejjeż). Għal ċerti kategoriji ta' spejjeż ġew applikati fatturi multiplikaturi u dan minħabba l-attivitajiet l-oħra tal-CELF. F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li dawn id-diffikultajiet setgħu jiġu solvuti permezz tat-teletrażmissjoni li kienet tikkonċerna żewġ terzi mill-ordnijiet żgħar. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-Kummissjoni kienet wettqet żball ta' evalwazzjoni meta applikat koeffiċjenti multiplikaturi għal ċerti spejjeż (u, fi kwalunkwe każ, għall-ordnijiet teletrażmessi) u kkonkludiet li fin-nuqqas tal-imsemmija koeffiċjenti, l-ispejjeż marbuta mal-ipproċessar tal-ordnijet żgħar kellhom jiġu mnaqqsa u r-riżultat tal-operat tal-attività marbuta mal-ordnijiet żgħar kellu jkun pożittiv (FRF 600 000, jiġifieri EUR 91 469). Skont il-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni għaldaqstant ma urietx li l-għajnuna ma kinitx ta' natura tali li tikkumpensa żżejjed.

E.   Il-ħames fażi

(33)

Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' April 2008, il-proċedura ta' eżami mibdija permezz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Lulju 1996 tibqa’ għaldaqstant miftuħa u l-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni ġdida.

(34)

Fid-dawl tal-motivi tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' April 2008 u fid-dawl tal-fatt li d-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura kienet iġġorr id-data tat-30 ta' Lulju 1996, il-Kummissjoni xtaqet titlob mill-ġdid lill-awtoritajiet Franċiżi u lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom.

(35)

Għaldaqstant, fit-8 ta' April 2009, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni biex testendi l-proċedura (12) [deċiżjoni C(2009)2481, id-“deċiżjoni għall-estensjoni tal-proċedura”]. Din id-deċiżjoni għall-estensjoni, filwaqt li pprovdiet terminu ġdid għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet, ikkompletat id-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura tat-30 ta' Lulju 1996. Fiha hemm indikat li ż-żewġ deċiżjonijiet għandhom jitqiesu bħala indiviżibbli u jagħtu lok għal proċedura ta' investigazzjoni formali waħda u li, peress li d-deskrizzjoni tal-fatti u tad-dritt jew tal-evalwazzjoni preliminari tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni għall-estensjoni tal-proċedura jitbiegħdu mid-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura tat-30 ta' Lulju 1996, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni biss id-deċiżjoni għall-estensjoni tal-proċedura.

(36)

Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq il-miżura inkwistjoni.

(37)

Il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet mingħand l-awtoritajiet Franċiżi fid-9 ta' Ġunju 2009, kif ukoll osservazzjonijiet mingħand is-SIDE fit-23 ta' Lulju 2009. Hija bagħtet l-osservazzjonijiet tas-SIDE lill-awtoritajiet Franċiżi fl-24 ta' Awwissu 2009 fejn tagħthom il-possibbiltà li jikkummentaw fuqhom, u rċeviet il-kummenti tagħhom fl-24 ta' Settembru 2009.

(38)

Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi ma pprovdewx id-dettalji li kienu ntalbu mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha għall-estensjoni tal-proċedura, u llimitaw ruħhom biss biex jirreferu, f’dak li jikkonċerna l-proporzjonalità tal-għajnuna, għall-informazzjoni li kienet diġà ġiet ipprovduta fis-17 ta' Settembru 2002, fis-17 ta' Jannar 2003 u fil-11 ta' Marzu 2003, li l-Kummissjoni ma setgħatx tuża bħala tali u dan minħabba s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' April 2008.

(39)

Permezz tal-ittra tat-8 ta' Ottubru 2009, id-dipartimenti tal-Kummissjoni fakkru għaldaqstant lill-awtoritajiet Franċiżi bit-talba tagħhom biex tintbagħat l-informazzjoni fuq il-punti preċiżi msemmija, filwaqt li indikaw li jekk din l-informazzjoni ma taslilhomx fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol, il-Kummissjoni jkollha tieħu deċiżjoni finali abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħha, skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Proċedura, wara li tkun bagħtet l-inġunzjoni għall-informazzjoni skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (13).

(40)

Permezz ta' ittra tal-21 ta' Ottubru 2009, l-awtoritajiet Franċiżi informaw lill-Kummissjoni li l-CELF ġiet ordnata li tiġi likwidata ġudizzjarjament permezz ta' deċiżjoni tat-Tribunal de commerce de Paris (Qorti tal-Kummerċ ta' Pariġi) tad-9 ta' Settembru 2009 u kienet waqfet taħdem. Barra minn hekk, għal dak li jikkonċerna l-informazzjoni mitluba fl-ittra tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ottubru 2009, l-awtoritajiet Franċiżi indikaw li ma għandhomx informazzjoni oħra x’jipprovdu u rreferu ruħhom għall-osservazzjonijiet tagħhom ippreżentati fid-9 ta' Ġunju 2009.

(41)

Permezz ta' deċiżjoni tal-20 ta' Novembru 2009 [deċiżjoni C(2009)9256, iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni ta' inġunzjoni”], il-Kummissjoni ddeċidiet għaldaqstant li tordna lil Franza tippreżenta l-informazzjoni mitluba peress li minkejja t-talbiet ripetuti tagħha, din l-informazzjoni ma kinitx ġiet ipprovduta.

(42)

Permezz ta' ittra tat-2 ta' Diċembru 2009, l-awtoritajiet Franċiżi indikaw li huma ma kellhomx informazzjoni oħra x’jipprovdu lill-Kummissjoni u li huma kienu qegħdin jirreferu ruħhom għall-osservazzjonijiet mibgħuta fid-9 ta' Ġunju 2009.

(43)

Għandu jiġi nnutat li fit-2 ta' Diċembru 2009, l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu ukoll ittra dwar l-iskema ta' għajnuna msemmija “Programme de Livres Universitaires et Scientifiques” magħrufa bħala l-“Programme Plus”. Din l-iskema ta' għajnuna mhijiex is-suġġett ta' din id-deċiżjoni.

(44)

Permezz ta' ittra tat-22 ta' Diċembru 2009, il-Kummissjoni talbet xi informazzjoni mingħand l-awtoritajiet Franċiżi fuq is-sitwazzjoni tal-CELF u l-proċedura tal-likwidazzjoni li kienet tolqot lill-CELF. L-awtoritajiet Franċiżi wieġbu fis-27 ta' Jannar 2010. Fid-9 ta' Marzu 2010 u fis-26 ta' Novembru 2010 saru wkoll xi preċiżazzjonijiet.

F.   Proċedura quddiem il-qrati nazzjonali u d-domandi preliminari

(45)

Għandu jiġi nnutat ukoll li hemm proċeduri pendenti fi Franza quddiem il-qrati nazzjonali u li dawn wasslu għal rinviji għal deċiżjoni preliminari mill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 267 TFUE (ex Artikolu 234 KE). Il-fażijiet prinċipali ta' dawn il-proċeduri ser jiġu indikati fil-qosor hawn taħt.

(46)

Is-SIDE pproċediet quddiem il-qrati Franċiżi bis-saħħa tal-effett dirett tal-ex Artikolu 88(3) KE. Permezz tas-sentenza tal-5 ta' Ottubru 2004, li kkonfermat sentenza tat-Tribunal administratif de Paris (il-Qorti Amministrattiva ta' Pariġi) tas-26 ta' April 2001, il-Cour administrative d’appel de Paris (il-Qorti ta' Appell Amministrattiv ta' Pariġi) ordnat lill-Istat Franċiż sabiex jirkupra l-għajnuna mogħtija lill-CELF.

(47)

Il-Conseil d’Etat (il-Kunsill tal-Istat), fil-kompetenza ta' kassazzjoni tiegħu, ikkonferma, permezz ta' sentenza tad-29 ta' Marzu 2006, ċerti aspetti mid-deċiżjoni tal-Cour administrative d’appel, b’mod partikolari l-fatt li l-għajnuna inkwistjoni ma kinitx ta' natura sempliċiment li tikkumpensa għall-obbligi ta' servizz pubbliku (14), ma setgħatx tiġi kklassifikata mill-qorti nazzjonali bħala għajnuna eżistenti, u li l-CELF ma setgħatx tinvoka l-aspettattivi leġittimi.

(48)

Madankollu, fis-sentenza tiegħu tad-29 ta' Marzu 2006, il-Conseil d’Etat iddeċieda wkoll li jissospendi d-deċiżjoni fuq l-appelli sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tat deċiżjoni fuq id-domandi preliminari li huwa għamlilha f’dak li jikkonċerna l-obbligi tal-qorti nazzjonali fir-rigward ta' għajuna mill-Istat li ma tkunx ġiet notifikata iżda li sussegwentement tiġi ddikjarata li hija kompatibbli mas-suq komuni permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(49)

Fis-sentenza tagħha tat-12 ta' Frar 2008 (15), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet:

“L-aħħar sentenza tal-Artikolu 88(3) KE għandha tiġi interpretata fis-sens li l-qorti nazzjonali m’għandhiex l-obbligu li tordna l-irkupru ta' għajnuna implementata bi ksur ta' din id-dispożizzjoni, meta l-Kummissjoni adottat deċiżjoni finali li tikkonstata l-kompatibbiltà tal-imsemmija għajnuna mas-suq komuni fis-sens tal-Artiklu 87 KE. B’applikazzjoni tad-dritt Komunitarju, hija għandha l-obbligu li tordna lill-benefiċjarju tal-għajnuna sabiex iħallas l-interessi għall-perijodu ta' illegalità. Fil-kuntest tad-dritt nazzjonali hija tista’, jekk ikun il-każ, tordna, barra minn hekk, l-irkupru tal-għajnuna illegali, bla ħsara għad-dritt tal-Istat Membru li jerġa’ jimplementa l-għajnuna, sussegwentement. Hija tista’ wkoll tiġi mwassla sabiex tilqa’ talbiet għal kumpens minħabba n-natura illegali tal-għajnuna.

F’sitwazzjoni proċedurali bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, l-obbligu li jirriżulta mill-aħħar sentenza tal-Artikolu 88(3) KE, ta' rimedju għall-effetti ta' illegalità ta' għajnuna jestendi wkoll, għall-finijiet tal-kalkolu tas-somom li għandhom jitħallsu mill-benefiċjarju, u bl-eċċezzjoni ta' ċirkustanzi eċċezzjonali, għall-perijodu ta' żmien li jgħaddi bejn deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li tikkonstata l-kompatibbiltà ta' din l-għajnuna mas-suq komuni u l-annullament tal-imsemmija deċiżjoni mill-qorti Komunitarja”.

(50)

Wara li ħa inkunsiderazzjoni s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Frar 2008 kif ukoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' April 2008 iċċitata iktar ’il fuq, il-Conseil d’Etat, fis-sentenza tiegħu tad-19 ta' Diċembru 2008, annulla l-Artikoli 2, 3 u 4 tas-sentenza ċċitata iktar ’il fuq tal-5 ta' Ottubru 2004 tal-Cour administrative d’appel de Paris u ddeċieda skont kif ġej.

(51)

Qabel xejn, huwa ordna lill-Ministru tal-Kultura u tal-Komunikazzjoni sabiex jirkurpra l-imgħaxijiet li jolqtu l-għajnuna mogħtija mill-Istat lill-CELF mill-1980 u dan sad-data tas-sentenza tal-Conseil d’Etat, kif ukoll ikkalkolati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (16). Huwa ordna lill-Ministru ukoll sabiex jieħu ħsieb jirkupra ukoll l-imgħaxijiet li jsiru dovuti bejn id-data tas-sentenza tal-Conseil d’Etat u d-data meta, jew tiġi kkonstatata b’mod definittiv il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni, jew meta titħallas lura l-għajnuna b’mod definittiv.

(52)

Barra minn hekk, il-Conseil d’Etat iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tkun iddeċidiet fuq id-domandi preliminari segwenti:

“1)

Tista l-qorti nazzjonali tissospendi l-proċeduri dwar il-kwistjoni tal-obbligu ta' rifużjoni ta' għajnuna mill-Istat sakemm il-Kummissjoni […] tiddeċiedi permezz ta' deċiżjoni finali fuq il-kompatibbiltà tal-għajnuna mar-regoli tas-suq komuni, meta l-ewwel deċiżjoni tal-Kummissjoni li kienet iddikjarat din l-għajnuna kompatibbli ġiet annullata mill-qorti Komunitarja?

2)

Meta l-Kummissjoni ddikjarat għal tliet darbiet li l-għajnuna kienet kompatibbli mas-suq komuni qabel ma dawn id-deċiżjonijiet ġew annullati mill-Qorti tal-Prim’Istanza […], sitwazzjoni bħal din tista’ tikkostitwixxi ċirkustanza eċċezzjonali li tista’ twassal lill-qorti nazzjonali sabiex tillimita l-obbligu ta' rkupru tal-għajnuna?”

(53)

Fil-11 ta' Marzu 2010 (17), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fuq l-imsemmija domandi preliminari u ddikjarat li:

“1.

Qorti nazzjonali, adita abbażi tal-Artikolu 88(3) KE b’talba intiża għar-rifużjoni ta' għajnuna mill-Istat illegali, ma tistax tissospendi l-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha dwar din it-talba sa meta l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni wara l-annullament ta' deċiżjoni pożittiva preċedenti.

2.

L-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ta' tliet deċiżjonijiet suċċessivi li jiddikjaraw għajnuna kompatibbli mas-suq komuni, deċiżjonijiet li sussegwentement ġew annullati mill-qorti Komunitarja, ma tistax, fiha nfisha, tikkostitwixxi ċirkustanza eċċezzjonali ta' natura li tiġġustifika limitazzjoni tal-obbligu tal-benefiċjarju li jħallas lura din l-għajnuna meta din l-għajnuna tkun ġiet implementata bi ksur tal-Artikolu 88(3) KE”.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA INKWISTJONI

(54)

L-awtoritajiet Franċiżi għarrfu lill-Kummissjoni li l-Ministeru tal-Kultura ddeċieda fl-1980, skont it-tendenzi tal-politika ġenerali tal-Gvern Franċiż dwar il-promozzjoni tal-kotba u tal-letteratura bil-lingwa Franċiża, li jagħti xi għajnuniet lill-aġenti fuq l-esportazzjoni li jaċċettaw kull tip ta' ordni, indipendentement mill-ammont jew il-vijabbiltà tagħhom. Dawn il-miżuri kienu ġew implementati bil-għan li jtaffu n-nuqqas tas-suq u biex jippromwovu l-permanenza ta' attività marbuta mal-ordnijiet żgħar li mhumiex vijabbli fi ħdan is-suq tal-aġenziji fuq l-esportazzjoni.

(55)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-libreriji żgħar, stabbiliti f’żoni li essenzjalment ma jitkellmux il-Franċiż, li spiss ikunu diffiċli jintlaħqu u/jew ikunu ’il bogħod, kienu jiltaqgħu ma' diffikultajiet serji biex jirċievu l-provvisti, u dan peress li t-talbiet tagħhom ma jistgħux ikunu sodisfatti permezz tal-linji ta' distribuzzjoni tradizzjonali, meta l-kwantitajiet ta' kotba ordnati jkunu insuffiċjenti jew meta l-prezz tal-kotba ordnati ma jkunx għoli biżżejjed biex il-provvista tkun vijabbli.

(56)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-għajnuniet inkwistjoni kellhom, għaldaqstant, l-għan li jippermettu lill-aġenti fuq l-esportazzjoni li jservu l-ordnijiet kollha li joriġinaw mil-libreriji stabbiliti barra mill-pajjiż f’żoni li essenzjalment ma jitkellmux il-Franċiż, ikun x’ikun l-ammont, il-vijabbiltà u d-destinazzjoni tagħhom. L-għan kien li fil-kuntest tal-politika Franċiża ta' sostenn għad-diversità kulturali, tkun tista’ tiġi żgurata distribuzzjoni tajba tal-kotba bil-lingwa Franċiża, u li jiġi hekk iffavorit it-tixrid tal-letteratura bil-lingwa Franċiża fid-dinja kollha.

(57)

Il-mekkaniżmu ta' għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi, imsemmi “Programme petites commandes” (“Programm ordnijiet żgħar”), kien jikkonsisti f’sussidju li huwa intiż li jikkumpensal-ispejjeż relatati mal-ipproċessar tal-ordnijiet żgħar, li kienu ġew definiti mill-awtoritajiet Franċiżi bħala li huma dawk ta' ammont inqas minn, jew daqs il-FRF 500, jiġifieri madwar EUR 76.

(58)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-impriża benefiċjarja tas-sussidji kellha tintrabat li tibgħat lid-Dipartiment tal-kotba u tal-qari tal-Ministeru tal-Kultura, l-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-attività ġenerali tal-impriża (id-dħul mill-bejgħ globali, il-kontijiet finanzjarji, l-estimi, il-kopji tar-riżoluzzjonijiet li japprovaw din l-informazzjoni, u jekk ikun il-każ, ir-rapport tal-awditur u l-iskeda rekapitulatttiva tal-pagi), kif ukoll id-dokumenti kollha dwar l-attività li tkun ser tiġi ssussidjata, b’mod partikolari r-rendikont dwar l-użu tas-sussidji, li jiġġustifika l-eżekuzzjoni tas-servizzi li jwasslu għas-sussidju mogħti fis-sena preċedenti.

(59)

Fil-prattika, impriża waħda biss, il-CELF, ibbenefikat mill-Programm “petites commandes”. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-impriża kellha tiġġustifika kull sena l-ispejjeż relatati mas-servizz dwar l-ordnijiet żgħar insostenn tat-talba tagħha għas-sussidju tas-sena sussegwenti. B’mod konkret, kwart mis-sussidju mogħti matul is-sena preċedenti kien tħallas fil-bidu tas-sena, bil-bilanċ jingħata fil-ħarifa sussegwenti, wara li l-awtoritajiet pubbliċi eżaminaw l-estimi tal-impriża benefiċjarja u ċ-ċaqliq reġistrat matul l-ewwel parti tas-sena. Kien maqbul li jekk l-ammont tal-għajnuna ma jintużax kollu kemm hu, il-bilanċ li jifdal jiġi mnaqqas mis-sussidji previsti għas-sena sussegwenti. Barra minn hekk, il-Ministeru tal-Kultura attenda bħala osservatur mistieden għal-laqgħat tal-bord tad-diretturi u għal-laqgħat ġenerali tal-CELF.

(60)

Għandu jiġi ppreċiżat li wara li b’effett mill-1997 l-għajnuna inkwistjoni baqgħet titnaqqas b’mod kostanti, din l-istess għajnuna twaqqfet fl-2002. Għaldaqstant, kull sena mill-1980 sal-aħħar tas-sena 2001, il-CELF irċeviet għajnuna li skont l-awtoritajiet Franċiżi kienet intiża li tnaqqas l-ispiża tal-ipproċessar tal-ordnijiet żgħar li joriġinaw minn barra mill-pajjiż u li jirrigwardaw il-kotba mitkuba bil-lingwa Franċiża. Bħala total, mill-1980 sa tmiem l-2001, il-CELF irċeviet madwar EUR 4.8 miljun bħala għajnuna.

Tabella

Ammonti tal-għajnuniet mogħtija lill-CELF mill-1980 minħabba l-ipproċessar ta' “ordnijiet żgħar”

Informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi

(iċ-ċifri ġew imqarrba f’EUR)

Sena

Ammont tal-għajnuna

1980

91 469,41

1981

91 469,41

1982

205 806,17

1983

164 644,94

1984

137 204,12

1985

141 777,59

1986

248 491,90

1987

214 953,11

1988

213 428,62

1989

259 163,33

1990

304 898,03

1991

373 500,09

1992

422 283,78

1993

382 647,03

1994

304 898,03

1995

304 898,03

1996

304 898,03

1997

243 918,43

1998

182 938,82

1999

121 959,21

2000

60 979,61

2001

38 112,25

2002

0

3.   KUMMENTI TA’ FRANZA U OSSERVAZZJONIJIET TAS-SIDE WARA L-ESTENSJONI TAL-PROĊEDURA

(61)

Fir-risposta tagħhom tad-9 ta' Ġunju 2009 għad-deċiżjoni għall-estensjoni tal-proċedura, l-awtoritajiet Franċiżi għamlu, b’mod partikolari, l-osservazzjonijiet li ġejjin.

(62)

Huma indikaw qabel xejn li kienu jaqblu mal-analiżi tal-Kummissjoni fejn qalet li l-għajnuna mogħtija lill-CELF kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u li d-derogi previsti fl-Artikolu 107(2) u (3)(a) u (b) TFUE ma kinux japplikaw.

(63)

Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-għajnuniet fid-dawl tal-Artikolu 107(3)(c) u (d) TFUE, l-awtoritajiet Franċiżi ma pprovdewx informazzjoni ġdida f’dak li jikkonċerna l-proporzjonalità tal-għajnuniet.

(64)

L-awtoritajiet Franċiżi indikaw, barra minn hekk, li huma kien jidhrilhom li l-missjoni mogħtija lill-CELF kienet tikkostitwixxi servizz ta' importanza ġenerali fis-sens tal-Artikolu 106(2) TFUE.

(65)

Fl-aħħar nett u fuq kollox, l-awtoritajiet Franċiżi invokaw l-eżistenza ta' ċirkustanzi eċċezzjonali li għandhom iwasslu lill-Kummissjoni biex ma tirkuprax l-għajnuna.

(66)

Kif diġà ntqal qabel, l-awtoritajiet Franċiżi għaldaqstant ma pprovdewx l-informazzjoni dettaljata li ntalbet mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha għall-estensjoni tal-proċedura, u llimitaw ruħhom biss biex jirreferu, f’dak li jikkonċerna l-proporzjonalità tal-għajnuna, għall-informazzjoni pprovduta fl-2002 u fl-2003 li l-Kummissjoni ma setgħatx tuża bħala tali minħabba s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' April 2008. Wara ittra ta' tifkira tat-8 ta' Ottubru 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet għalhekk, fl-20 ta' Novembru 2009, li tordna lill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jippreżentaw l-informazzjoni mitluba skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. Permezz ta' ittra tat-2 ta' Diċembru 2009, l-awtoritajiet Franċiżi wieġbu li huma ma kellhomx informazzjoni oħra x’jagħtu lill-Kummissjoni.

(67)

Fl-osservazzjonijiet tagħha tat-23 ta' Lulju 2009, is-SIDE għamlet, b’mod partikolari, l-osservazzjonijiet li ġejjin.

(68)

Is-SIDE fakkret li l-CELF biss ibbenefikat mill-għajnuna minkejja li fil-fehma tagħha, l-attività tal-ĊELF mhijiex speċifika biss għal-CELF peress li l-fatt li jiġu onorati l-ordnijiet ta' kull daqs, anki jekk minimi, li jidħlu mil-libreriji ġeografikament imbiegħda, biex imbagħad jingħaqdu flimkien ħalli lill-edituri jingħatawlhom ordnijiet ikbar, huwa preċiżament, fil-fehma tas-SIDE, id-definizzjoni stess tal-attività ta' aġenzija fuq l-esportazzjoni. Is-SIDE indikat ukoll li mhuwiex minħabba xi allegat nuqqas ta' trasparenza li hija ġiet miċħuda l-għajnuna imma minħabba li hija impriża privata u mhux kooperattiva ta' edituri.

(69)

Barra minn hekk, is-SIDE kkontestat fid-dettall il-fatt li l-għajnuniet kienu meħtieġa. F’dan il-kuntest, hija sostniet b’mod partikolari li l-kunċett ta' “ordnijiet żgħar” kien arbitrarju u ċaħdet iċ-ċifri ppreżentati mill-awtoritajiet Franċiżi.

(70)

Barra minn hekk, is-SIDE sostniet li l-għajnuna ma setgħatx tiġi ġġustifikata abbażi tal-Artikolu 106(2) TFUE u kienet ibbażata, b’mod partikolari, fuq is-sentenzi tal-qrati nazzjonali dwar l-attività tal-CELF.

(71)

Fl-aħħar nett, is-SIDE indikat li hija deherilha li, f’dan il-każ, ma kien hemm ebda ċirkustanza eċċezzjonali li tippermetti li jiġi limitat l-obbligu tal-irkupru.

4.   EVALWAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

(72)

Għandu jiġi stabbilit jekk il-miżura inkwistjoni tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat u jekk din tistax, jekk ikun il-każ, titqies bħala li hija kompatibbli mas-suq intern. Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tieħu inkunsiderazzjoni s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' April 2008.

A.   Evalwazzjoni tal-miżura fid-dawl tal-Artikolu 107(1) TFUE

(73)

L-Artikolu 107(2) TFUE jipprovdi li “Ħlief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.”

(74)

Preliminarjament, kif diġà ntqal fid-deċiżjoni għall-estensjoni tal-proċedura, il-Kummissjoni tfakkar li l-konklużjoni tal-Kummissjoni fejn ikkonkludiet li l-miżura inkwistjoni tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tat-Trattat qatt ma ġiet ikkontestata la fid-diversi fażijiet tal-proċedura quddiem il-Kummissjoni, la quddiem il-qrati tal-Unjoni Ewropea (18), u lanqas quddiem il-qrati nazzjonali (19). Għaldaqstant, fir-risposta tagħhom tad-9 ta' Ġunju 2009 għad-deċiżjoni għall-estensjoni tal-proċedura, l-awtoritajiet Franċiżi indikaw li huma kienu jaqblu mal-analiżi tal-Kummissjoni fejn din ikkonkludiet li l-għajnuna mogħtija lill-CELF kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

(75)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżura inkwistjoni tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE [ex Artikolu 87(1) KE] għar-raġunijiet segwenti.

(76)

Qabel xejn, il-miżura tagħti vantaġġ lill-CELF peress li tippermettilha tnaqqas l-ispejjeż tal-ordnijiet żgħar tagħha. Il-miżura hija selettiva peress li, fil-prattika, CELF biss ibbenefikat minnha.

(77)

Barra minn hekk, il-miżura hija ffinanzjata permezz tar-riżorsi finanzjarji tal-Istat Franċiż, jiġifieri permezz ta' riżorsi tal-Istat. L-implementazzjoni tagħha ġiet deċiża mill-Ministeru tal-Kultura u għaldaqstant, il-miżura hija imputabbli lill-awtoritajiet Franċiżi.

(78)

Iktar minn hekk, il-miżura hija suxxettibbli li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni. L-għajnuna hija fil-fatt attribwita lil aġenti Franċiżi (prattikament, lill-CELF) li jesportaw kotba bil-lingwa Franċiża prinċipalment lejn pajjiżi li ma jitkellmux bil-Franċiż. Għaldaqstant, l-imsemmija aġenti Franċiżi jikkompetu, tal-inqas potenzjalment, ma' aġenti fuq l-esportazzjoni oħra ta' kotba bil-lingwa Franċiża li jkunu stabbiliti f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea li jitkellmu bil-Franċiż (il-Belġju u l-Lussemburgu). Il-fatt li l-impatt fuq il-kummerċ u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni maħluqa bill-miżura jidhru li huma żgħar ma jbiddel xejn minn din il-konklużjoni. Fil-fatt, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni mhijiex obbligata ġġib prova tal-impatt reali tal-għajnuna fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u tad-distorsjoni effettiva tal-kompetizzjoni; huwa biżżejjed li l-għajnuna tkun suxxettibbli li taffettwa l-kummerċ u suxxettibbli li twassal għad-distorsjoni tal-kompetizzjoni.

(79)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet li fihom tapplika l-ġurisprudenza Altmark ma humiex sodisfatti. Fis-sentenza tagħha tal-24 ta' Lulju 2003 (20), il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat taħt liema kundizzjonijiet is-sussidju lil impriża responsabbli mill-amministrazzjoni ta' servizz ta' importanza ekonomika ġenerali ma jkunx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat: “l-ewwel nett, l-impriża benefiċjarja kienet effettivament inkarigata sabiex twettaq obbligi ta' servizz pubbliku, u tali obbligi għandhom ikunu ddefiniti b’mod ċar; it-tieni nett, il-parametri li fuqhom huwa kkalkolat il-kumpens għandhom ikunu stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti; t-tielet nett, il-kumpens ma jistax ikun iktar minn dak li hu neċessarju sabiex ikunu koperti l-ispejjeż, kollha jew parti minnhom, li jirriżultaw mit-twettiq ta' obbligi ta' servizz pubbliku, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kollu kif ukoll il-profitt raġjonevoli għat-twettiq ta' tali obbligi; ir-raba’ nett, meta l-impriza li għandha twettaq l-obbligi ta' servizz pubbliku, ma ntgħażlitx permezz ta' proċedura ta' appalt pubbliku, il-livell tal-kumpens neċesarju għandu jkun stabbilit abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż li impriża medja, immexxija tajjeb u adegwatament mogħnija b’mezzi ta' trasport sabiex tkun tista’ tissodisfa l-bżonnijiet neċessarji ta' servizz pubbliku, kienet tagħmel sabiex twettaq tali obbligi, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kollu kif ukoll il-profitt raġjonevoli għat-twettiq ta' dawn l-obbligi”.

(80)

F’dan il-każ, u mingħajr il-bżonn li tiġi elaborata kull waħda mill-kundizzjonijiet peress li dawn huma kumulattivi, il-Kummissjoni tikkonstata li l-għażla tall-CELF ma saritx f’kuntest ta' proċedura ta' appalt pubbliku u li l-livell ta' kumpens ma ġiex stabbilit abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż li jkollha impriża medja, immexxija tajjeb u adegwatament mogħnija b’mezzi ta' produzzjoni.

(81)

F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-għajnuna mogħtija lill-CELF tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE peress li l-elementi li jikkostitwixxu l-kunċett ta' għajnuna mill-Istat huma sodisfatti.

(82)

F’dan il-każ, il-miżura inkwistjoni ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet Franċiżi. Għaldaqstant l-għajnuna ġiet mogħtija bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE li jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tiġi informata, fil-ħin sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha, dwar kull proġett sabiex tiġi mogħtija jew sabiex tiġi modifikata għajnuna. Għaldaqstant, l-għajnuna ngħatat b’mod illegali.

(83)

Peress li l-miżura inkwistjoni tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, għandha tiġi evalwata l-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern.

B.   Evalwazzjoni tal-miżura fid-dawl tal-Artikolu 107(2) u (3) TFUE

(84)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li d-derogi mill-Artikolu 107(2) TFUE ma japplikawx f’dan il-każ, peress li l-miżuri inkwistjoni ma kinux intiżi manifestament biex jilħqu l-għanijiet hemm definiti.

(85)

L-għajnuna lanqas ma tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mid-deroga prevista fl-Artikolu 107(3)(a) TFUE inkwantu hija ma kinitx intiża li tippromwovi l-iżvilupp ta' reġjuni li jistgħu jibbenefikaw mid-dispożizzjoni msemmija. Lanqas id-deroga prevista fl-Artikolu 107(3)(b), dwar għajnuna maħsuba sabiex tippromwovi l-eżekuzzjoni ta' proġett fuq skala kbira ta' interess komuni Ewropew, ma tista’ tapplika f’dan il-każ, u dan peress li l-miżura inkwistjoni ma kinitx intiża li tippromwovi dak it-tip ta' proġett. Peress li l-għajnuna lanqas ma kienet intiża biex tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija Franċiża, lanqas id-deroga li tinsab fit-tieni parti tal-Artikolu 107(3)(b) ma tapplika għal dan il-każ partikolari.

(86)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tivverifika l-applikabbiltà tal-Artikolu 107(3)(c) u (d) TFUE [ex Artikolu 87(3)(c) u (d) KE].

(87)

Kont meħud tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' April 2008, għandha ssir distinzjoni bejn l-għajnuniet li ngħataw wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (fl-1 ta' Novembru 1993), minn dawk li ngħataw qabel dak id-dħul fis-seħħ u li għalihom għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet sostantivi li kienu fis-seħħ matul il-perijodu inkwistjoni.

(88)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota l-fatt li kwart mis-sussidju mogħti matul is-sena preċedenti ġie mħallas lill-CELF fil-bidu tas-sena, bil-bilanċ jingħata fil-ħarifa sussegwenti, wara li l-awtoritajiet pubbliċi eżaminaw l-estimi tal-impriża benefiċjarja u ċ-ċaqliq reġistrat matul l-ewwel parti tas-sena. Għalkemm l-ammont tal-għajnuna ma ntużax kollu kemm hu, il-bilanċi ġew imnaqqsa mis-sussidji previsti għas-sena sussegwenti. Is-sussidju mħallas għas-sena 1993 ġie, għaldaqstant, imħallas parti fil-bidu tas-sena 1993 u l-bilanċ ngħata fil-ħarifa tas-sena 1993. Id-deċiżjoni biex tingħata l-għajnuna għas-sena 1993 ittieħdet mill-awtoritajiet Franċiżi fi tmiem is-sena 1992 jew fil-bidu tas-sena 1993, u fi kwalunkwe każ qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ssostni għaldaqstant li l-għajnuna mogħtija għas-sena 1993 għandha tiġi evalwata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet legali li kienu japplikaw qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(a)   Evalwazzjoni tal-għajnuniet fid-dawl tal-Artikolu 107(3)(d) TFUE

(89)

L-Artikolu 107(3)(d) TFUE [ex Artikolu 87(3)(d) KE] jippreċiża li “It-tipi ta' għajnuna li ġejjin jistgħu jkunu kunsidrati bħala kompatibbli mas-suq intern […] għajnuna sabiex tiġi promossal-kultura u l-preservazzjoni tal-patrimonju meta din l-għajnuna ma tolqotx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni fl-Unjoni sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni”.

(90)

Għaldaqstant, għandu jiġi vverifikat jekk l-għajnuniet mogħtija lill-CELF bejn l-1994 u tmiem l-2001 kellhomx fil-fatt għan kulturali u jekk dawn jolqtux il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni fl-Unjoni Ewropea sa grad li huwa kuntrarju għall-interess komuni.

(i)   Għan kulturali

(91)

Preliminarjament, il-Kummissjoni tfakkar li l-għan kulturali tal-għajnuniet mogħtija lill-CELF ġie rikonoxxut mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza ċċitata iktar ’il fuq tat-18 ta' Settembru 1995. Għaldaqstant, fil-punt 62 tas-sentenza tagħha, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li “Għal dak li jirrigwarda l-għan kulturali tal-għajnuniet ikkontestati, huwa paċifiku bejn il-partijiet li l-għan imfittex mill-Gvern Franċiż huwa li tinxtered il-lingwa u l-letteratura Franċiża. F’dan ir-rigward, il-Qorti tikkonstata ukoll li l-informazzjoni li kellha l-Kummissjoni meta hija adottat id-deċiżjoni, inkluża l-informazzjoni li tinsab fl-ittra tal-bord tad-diretturi tar-rikorrenti tas-7 ta' Settembru 1992, kienet tali li tikkorrobora l-evalwazzjoni li hija għamlet fuq il-portata u r-realtà u l-leġittimità ta' dan l-għan. F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi konkluż li l-evalwazzjoni tal-għan kulturali tal-għajnuniet ikkontestati ma kinitx tqajjem diffikultajiet partikolari għall-Kummissjoni u li ma kienx meħtieġ li din tikseb iktar informazzjoni biex tirrikonoxxi li dan l-għan kellu natura kulturali” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

(92)

Fil-fatt, l-awtoritajiet Franċiżi indikaw li l-għajnuniet inkwistjoni kellhom għan kulturali li kien li jiffavorixxu fil-pajjiżi li ma jitkellmux bil-Franċiż, it-tixrid tal-kitbiet bil-lingwa Franċiża. Għaldaqstant din kienet politika volontarista intiża li tippreżerva u tinkoraġġixxi d-diversità kulturali fuq livell internazzjonali.

(93)

F’dan il-każ, il-preżervazzjoni u l-promozzjoni tad-diversità kulturali jinsabu fost il-prinċipji fundaturi tal-mudell Ewropew. Dawn jinsabu mniżżla fl-Artikolu 167(1) TFUE [ex Artikolu 151(1) KE]: “L-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-fjoritura tal-kulturi tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom u fl-istess waqt tirriżalta il-wirt kulturali komuni”, u ukoll fl-Artikolu 167(4) li jipprovdi li “L-Unjoni għandha tagħti kas tal-aspetti kulturali fl-azzjonijiet tagħha taħt dispożizzjonijiet oħra tat-Trattati, partikolarment sabiex tirrispetta u tippromwovi id-diversità tal-kulturi tagħha”.

(94)

Il-Kummissjoni tikkunsidra, għaldaqstant, li l-għajnuniet li ngħataw lill-CELF mill-awtoritajiet Franċiżi bil-għan li jiġi żgurat it-tixrid tal-kitbiet bil-lingwa Franċiża kellhom fil-fatt għan kulturali.

(ii)   Il-kriterju tal-bdil fil-kundizzjonijiet tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni fl-Unjoni sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni

(95)

Il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk il-miżuri inkwistjoni kinux neċessarji u proporzjonati meta mqabbla mal-għan ta' politika kulturali mfittex mill-awtoritajiet Franċiżi.

(96)

Preliminarjament, għandu jiġi mfakkar li skont is-sentenza ċċitata iktar ’il fuq tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Frar 2002, huwa fir-rigward tas-suq tal-aġenziji fuq l-esportazzjoni tal-kotba bil-lingwa Franċiża li l-miżuri inkwistjoni għandhom jiġu evalwati.

(97)

Fl-ewwel lok, għandha tiġi evalwata n-neċessità tal-għajnuna.

(98)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-miżuri kienu ġew stabbiliti fl-1980 mill-Ministeru tal-Kultura f’mument fejn ċerti atturi fis-settur (il-Groupe Hachette u l-Messageries du livre) kienu xtaqu jabbandunaw is-suq tal-aġenziji fuq l-esportazzjoni. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-mekkaniżmu kkontestat ġie stabbilit b’mod li jinkoraġġixxi lill-operaturi jidħlu fis-suq biex ikunu jistgħu jiġu onorati l-ordnijiet kollha għall-kotba bil-lingwa Franċiża li joriġinaw mil-libreriji li jinsabu fiż-żoni li ma jitkellmux bil-Franċiż. Dan kien jiggarantixxi li l-kotba bil-lingwa Franċiża jkunu jistgħu jaslu fil-libreriji kollha, inklużi l-libreriji żgħar nett fil-pajjiżi mbiegħda, anki f’każ fejn huma ma kellhomx bżonn ħlief xi ftit kotba, li spiss ikunu ukoll ippubblikati minn edituri differenti.

(99)

Min-naħa tagħha, is-SIDE indikat, b’mod partikolari fil-kuntest tal-osservazzjonijiet li hija bagħtet wara d-deċiżjoni għall-estensjoni tal-proċedura, li l-għajnuna inkwistjoni ma kinitx meħtieġa. Għaldaqstant, għalkemm huwa minnu li ċerti atturi, fl-1980, kienu abbandunaw l-attività tal-aġenziji fuq l-esportazzjoni, is-SIDE tfakkar li kien preċiżament f’dak iż-żmien li hija stess kienet ġiet maħluqa biex tintervjeni fis-suq. Barra minn hekk, is-SIDE tikkontesta l-fatt li l-CELF kellha attività speċifika għall-ipproċessar ta' ordnijiet żgħar. Is-SIDE tikkontesta, b’mod partikolari, iċ-ċifri pprovduti mill-awtoritajiet Franċiżi u tikkunsidra li l-informazzjoni dwar il-CELF u s-SIDE fir-rigward tal-proporzjon, meħud kont tad-dħul mill-bejgħ rispettiv ta' kull waħda mill-impriżi, tan-numru ta' fatturi u tan-numru ta' linji ta' ordnijiet, fil-fatt, huma pjuttost simili. B’mod iktar ġenerali, is-SIDE tikkontesta l-kunċett ta' “ordnijiet żgħar” kif definit mill-awtoritajiet Franċiżi. Skont is-SIDE, dan il-kunċett huwa arbitrarju peress li l-ispejjeż għall-ipproċessar ta' ordni mhijiex relatata mal-ammont tagħha, imma man-numru ta' linji.

(100)

Il-Kummissjoni ssostni li mhuwiex meħtieġ li tiġi magħluqa definittivament il-kwistjoni dwar in-neċessità tal-għajnuna u dan peress li l-kundizzjonijiet tan-neċessità u tal-proporzjonalità huma kumulattivi u fil-premessa 121 ser jiġi konkluż li ma ġiex ippruvat li l-kundizzjoni tal-proporzjonalità hija sodisfatta.

(101)

Fit-tieni lok, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-impatt fuq il-kummerċ ġewwa l-Unjoni Ewropea u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni li twassal għaliha l-miżura huma żgħar wisq, u dan fid-dawl, b’mod partikolari, tal-ammonti tal-miżura inkwistjoni, tas-sostitwibbiltà baxxa wisq bejn il-kotba bil-lingwa Franċiża u dawk b’lingwi oħra, kif ukoll tad-differenza sostanzjali li teżisti bejn il-volum ta' kotba bil-lingwa Franċiża esportati minn Franza lejn pajjiżi li ma jitkellmux bil-Franċiż, minn naħa waħda, u dawk esportati mill-Belġju u mil-Lussemburgu, min-naħa l-oħra.

(102)

B’mod iktar preċiż, f’dak li jikkonċerna s-suq tal-aġenziji fuq l-esportazzjoni ta' kotba bil-lingwa Franċiża, il-Kummissjoni tinnota li l-CELF u s-SIDE, fil-kuntest tal-attività tagħhom bħala aġenti fuq l-esportazzjoni, iqassmu kotba f’pajjiżi u territorji li ma jitkellmux bil-Franċiż. Fil-fatt, fil-pajjiżi li jitkellmu bil-Franċiż, is-suq lokali huwa kopert mill-edituri l-kbar permezz tas-sussidjarji jew ir-rappreżentanti tagħhom. Għaldaqstant, l-aġenziji fuq l-esportazzjoni m’għandhomx ħlief rwol marġinali ħafna fis-swieq li jitkellmu bil-Franċiż li jikkostitwixxu, għaldaqstant, is-swieq prinċipali għall-kotba bil-lingwa Franċiża.

(103)

Fis-suq nazzjonali tal-aġenziji fuq l-esportazzjoni ta' kotba bil-lingwa Franċiża, jeżistu aġenziji ġenerali bħalma huma s-SIDE u l-CELF, u kif ukoll aġenziji speċjalizzati, għalkemm f’ammont iżgħar, li jbiegħu ukoll, b’mod marġinali, direttament lill-utenti finali u li jikkompetu b’mod marġinali maż-żewġ aġenziji ġenerali, kif ukoll ċertu numru ta' libreriji li jaqdu, anki b’mod okkażjonali, ordnijiet lil-libreriji barranin u libreriji online li l-attività tagħhom kienet madankollu relattivament imnaqqsa fiż-żmien tal-miżuri inkwistjoni.

(104)

Fis-suq inkwistjoni, hija l-kumpanija li lmentat li allura kienet l-operatur prinċipali affettwat bil-miżuri kkontestati. Minn naħa waħda, l-awtoritajiet Franċiżi jaffermaw li l-programm li jirrigwarda l-ordnijiet żgħar kien, fil-prinċipju, aċċessibbli għal kull impriża li tagħmel talba għalih, u dan peress li hija tkun aċċettat il-kundizzjonijiet dwar l-għoti tal-għajnuna. Huma jgħidu li ċ-ċaħda li ġiet ikkonfrontata biha s-SIDE min-naħa tal-Ministeru tal-Kultura fl-1991 kienet iġġustifikata minħabba ċ-ċaħda tas-SIDE li toqgħod għall-obbligu ta' trasparenza meħtieġ biex hija tibbenefika mill-għajnuniet imsemmija. Min-naħa l-oħra, is-SIDE indikat li ċ-ċaħda tal-awtoritajiet Franċiżi kienet marbuta mal-fatt li hija kienet impriża privata u mhux kooperattiva ta' edituri. Barra minn hekk, fl-1996, wara l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Mejju 1993, il-Ministeru tal-Kultura, li xtaq itemm il-proċedura, fakkar lis-SIDE li l-iskema ta' għajnuna għall-ordnijiet żgħar ma kinitx, minnha nfisha, riżervata għall-CELF. Permezz ta' ittra tat-3 ta' Settembru 1996, hija ġiet offruta laqgħa sabiex jiġi eżaminat jekk hija kinitx f’pożizzjoni li toffri, taħt l-istess kundizzjonijiet ta' trasparenza, l-istess servizzi bħal dawk offruti mill-CELF. Waqt laqgħa li nżammet fis-26 ta' Settembru 1996, id-diriġenti tas-SIDE għarrfu lill-Ministreru tal-Kultura li huma kienu qegħdin jirrifjutaw milli jibbenefikaw minn programm li l-kompatibbiltà tiegħu mad-dritt Komunitarju setgħat tiġi kkontestata mill-Kummissjoni.

(105)

Fi kwalunkwe każ, l-elementi msemmija iktar ’il fuq fil-premessa 101 et seq jidhru li jindikaw li l-bdil tal-kundizzjonijiet tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni fl-Unjoni Ewropea minħabba l-miżuri inkwistjoni kien relattivament limitat.

(106)

Madankollu, sabiex jiġi stabbilit jekk il-miżura kinitx fil-fatt proporzjonata, il-Kummissjoni għandha tqabbel ukoll, fit-tielet lok, l-ammont ta' għajnuniet meħuda, mal-ispejjeż sostnuti mill-CELF biex tilħaq l-għan imfittex mill-awtoritajiet Franċiżi.

(107)

F’dan ir-rigward, għandhom jiġu mfakkra d-diversi fażijiet tal-proċess ta' pproċessar ta' ordnijiet, li fuqhom hemm qbil bejn il-partijiet:

(a)

id-dħul tal-ordni tal-librerija;

(b)

il-kodifikazzjoni tal-ordni;

(c)

ir-reġistrazzjoni tal-ordni;

(d)

it-trażmissjoni tal-ordni lill-editur;

(e)

il-wasla tal-kotba;

(f)

l-allokazzjoni għal kull klijent ta' post fiżiku, il-“case” li fiha l-kotba ordnati jiġu stokkjati;

(g)

l-ippakkjar.

(108)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-CELF kienet tbati ċerti spejjeż marbutin mal-ipproċessar ta' “ordnijiet żgħar”. L-awtoritajiet Franċiżi jsostnu fil-fatt li fis-suq tal-aġenziji fuq l-esportazzjoni, ċerti ordnijiet jiġġeneraw spejjeż tali li jrendu l-provvista mhux vijabbli. L-awtoritajiet Franċiżi qalu li huma kienu stabbilixxew il-limitu ta' FRF 500 (EUR 76,22) biex jiddefinixxu l-“ordni żgħira” u li dan il-limitu kien ġie stabbilit b’mod empiriku. L-awtoritajiet Franċiżi ppreċiżaw li ċerti ordnijiet iżgħar minn FRF 500 setgħu jkunu vijabbli, mentri oħrajn, ogħla minn dan l-ammont, setgħu ma jkunux. L-għan kien li jinsab metodu ekonomikament aċċettibbli biex il-CELF tieħu ħsieb l-ordnijiet żgħar anki jekk mhux vijabbli biżżejjed.

(109)

Kif indikat il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha għall-estensjoni tal-proċedura, huma l-awtoritajiet Franċiżi, fil-kuntest tal-analiżi tal-kompatibbilità, li jistabbilixxu l-ammont u r-realtà tal-ispejjeż sostnuti mill-CELF.

(110)

F’dan ir-rigward, fid-deċiżjoni għall-estensjoni tal-proċedura, il-Kummissjoni kienet talbet lill-awtoritajiet Franċiżi biex jipprovdulha ċerta informazzjoni sabiex tipprova tislet il-konsegwenzi mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali u biex tipprova tiddeċiedi fuq il-proporzjonalità tal-għajnuna. Il-Kummissjoni kienet talbet, b’mod partikolari, biex tingħata l-informazzjoni segwenti:

ġustifikazzjoni suffiċjenti li tispjega għaliex l-informazzjoni dwar l-ispejjeż marbutin mal-ordnijiet żgħar mhijiex disponibbli għad-diversi snin ikkonċernati u prova suffiċjenti tar-raġunijiet li għalihom l-inferenza bbażata biss fuq is-sena 1994 tista’ tkun aċċettabbli;

l-informazzjoni li tippermetti li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż effettivi (u mhux sempliċi stimi) tal-ipproċessar tal-ordnijiet żgħar fl-1994 (tal-inqas għal ċerti kategoriji ta' spejjeż) u l-eventwali ġustifikazzjoni suffiċjenti tar-raġunijiet li għalihom l-estimi ta' dawn l-ispejjeż abbażi tal-ispejjeż totali sostnuti mill-CELF jistgħu jkunu aċċettabbli;

il-kriterju tat-tqassim tal-ispejjeż ġustifikabbli li jippermetti li parti mill-ispejjeż totali jiġu allokati għall-ipproċessar tal-ordnijiet żgħar, u li jista’, b’mod partikolari, jiġi applikat għal kull kategorija ta' spejjeż matul il-perijodu kkonċernat;

informazzjoni fuq iċ-ċaqliq tal-proporzjon tal-ordnijiet teletrażmessi matul is-snin ikkonċernati;

l-ispejjeż marbutin mal-ordnijiet żgħar fin-nuqqas ta' koeffiċjenti multiplikaturi mhux ġustifikati;

il-kalkolu tal-ispejjeż sostnuti mill-CELF għall-ipproċessar tal-ordnijiet żgħar mingħajr ma jiġu applikati l-koeffiċjenti multiplikaturi, kif ukoll fil-każ fejn jiġu applikati l-koeffiċjenti multiplikaturi biss fil-każ ta' ordnijiet mhux teletrażmessi;

il-pożizzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi fuq il-kalkolu tal-Qorti Ġenerali li tgħid li fin-nuqqas tal-koeffiċjenti msemmija, l-ispejjeż marbutin mal-ipproċessar tal-ordnijiet żgħar kienu jitnaqqsu b’iktar minn FRF 635 000 (EUR 96 805,13), anki jekk ma jittiħdux inkunsiderazzjoni l-kategoriji ta' spejjeż li ma humiex dawk li għalihom ġie applikat koeffiċjent ta' “tlieta”. Għandu jiġi mfakkar li, skont il-kalkolu tal-Qorti Ġenerali, ir-riżultat tat-tmexxija tal-attività tal-ipproċessar ta' ordnijiet żgħar kien, għaldaqstant, jeċċedi b’iktar minn FRF 600 000 (EUR 91 469,41);

il-pożizzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi fuq il-possibbiltà li l-CELF ikollha profitt raġonevoli.

(111)

B’mod partikolari, kif hija kienet diġà indikat fid-deċiżjoni tagħha għall-estensjoni tal-proċedura, fin-nuqqas ta' spjegazzjoni addizzjonali u aġġornament tal-informazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet Franċiżi, il-Kummissjoni mhijiex f’pożizzjoni li tuża r-rendikont dwar l-użu tal-programm tal-ipproċessar ta' ordnijiet żgħar li l-awtoritajiet Franċiżi kienu pprovdew f’dak li jikkonċerna s-snin 1994 sa 2001 fl-ittra tagħhom tas-17 ta' Jannar 2003, u lanqas l-ispjegazzjonijiet dwar it-tmexxija tal-analiżi tal-kompatibbiltà analitika pprovduta fl-ittra tal-5 ta' Marzu 1998.

(112)

Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi ma pprovdewx id-dettalji li kienu mitluba mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha għall-estensjoni tal-proċedura, u llimitaw ruħhom biex jirreferu, f’dak li jikkonċerna l-proporzjonalità tal-għajnuna, għall-elementi diġà pprovduti fis-17 ta' Settembru 2002, fis-17 ta' Jannar 2003 u fil-11 ta' Marzu 2003, li l-Kummissjoni ma setgħatx tuża bħala tali u dan minħabba s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' April 2008.

(113)

Permezz tal-ittra tat-8 ta' Ottubru 2009, id-dipartimenti tal-Kummissjoni fakkru għaldaqstant lill-awtoritajiet Franċiżi bit-talba tagħhom għall-informazzjoni fuq il-punti preċiżi msemmija, filwaqt li indikaw li jekk dik l-informazzjoni ma taslilhomx fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol, il-Kummissjoni jkollha tieħu deċiżjoni finali abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħha, skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Proċedura, wara li tkun bagħtet, jekk ikun il-każ, l-inġunzjoni għall-informazzjoni skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999.

(114)

Permezz tal-ittra tal-21 ta' Ottubru 2009, l-awtoritajiet Franċiżi indikaw li ma għandhomx informazzjoni oħra x’jipprovdu u rreferu ruħhom għall-osservazzjonijiet tagħhom mibgħuta fid-9 ta' Ġunju 2009.

(115)

Permezz tad-deċiżjoni tal-20 ta' Novembru 2009 (id-“deċiżjoni ta' inġunzjoni”), il-Kummissjoni ddeċidiet għaldaqstant li tordna lil Franza tippreżenta l-informazzjoni mitluba peress li minkejja t-talbiet ripetuti tagħha, din l-informazzjoni ma kinitx ġiet ipprovduta.

(116)

Permezz ta' ittra tat-2 ta' Diċembru 2009, l-awtoritajiet Franċiżi indikaw li huma ma kellhomx informazzjoni oħra x’jipprovdu lill-Kummissjoni u li huma kienu qegħdin jirrimettu ruħhom għall-osservazzjonijiet mibgħuta fid-9 ta' Ġunju 2009.

(117)

F’dan il-każ, l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Proċedura jipprovdi li “L-eżami ta' għajnuna illegali possibbli għandu jirriżulta f’deċiżjoni […]. Jekk Stat Membru jonqos milli jikkonforma ma' inġunzjoni ta' informazzjoni, dik id-deċiżjoni għandha tittieħed abbażi tal-informazzjoni disponibbli”.

(118)

Kif ġie indikat qabel, l-awtoritajiet Franċiżi ma pprovdewx lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li hija kienet talbithom diversi drabi, u fl-aħħar lok, fid-deċiżjoni ta' inġunzjoni tagħha tal-20 ta' Novembru 2009.

(119)

Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Proċedura, il-Kummissjoni tieħu għaldaqstant id-deċiżjoni tagħha abbażi tal-informazzjoni disponibbli, filwaqt li tfakkar, fi kwalunkwe każ, li huwa l-obbligu tal-awtoritajiet Franċiżi li juru li l-għajnuna inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq intern, u għaldaqstant li l-għajnuna hija proporzjonata.

(120)

Fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' April 2008 u tal-informazzjoni li kienet disponibbli għall-Kummissjoni, ma jidhirx li huwa possibbli, b’mod partikolari, li wieħed jibbaża fuq l-estimi tal-ispejjeż tal-ipproċessar ta' ordnijiet żgħar għas-sena 1994. Lanqas ma jidher li huwa possibbli, b’mod partikolari, li jintużaw kriterji għat-tqassim tal-ispejjeż mhux ġustifikati u li wieħed jibbaża ruħu fuq informazzjoni li għaliha ġew applikati koeffiċjenti multiplikaturi mhux ġustifikati, b’mod partikolari għall-ordnijiet teletrażmessi. Fid-dawl tal-kalkolu tal-ispejjeż marbutin mal-ipproċessar tal-ordnijiet żgħar li jinsabu fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali, u peress li l-awtoritajiet Franċiżi naqsu milli jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li tippermetti tweġiba għad-dubji li din kienet qajmet, fid-deċiżjoni għall-estensjoni tal-proċedura, fuq il-proporzjonalità tal-għajnuna, in-natura mhux vijabbli tal-attività tal-ipproċessar ta' ordnijiet żgħar ma ġietx ippruvata.

(121)

Il-Kummissjoni tikkunsidra, konsegwentement, li ma ntweriex li l-għajnuniet mogħtija matul is-snin 1994 sal-2001 josservaw il-kriterju tal-proporzjonalità.

(122)

Għaldaqstant, dawn l-għajnuniet mhumiex kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(d) TFUE.

(b)   Evalwazzjoni tal-għajnuniet fid-dawl tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE

(123)

L-Artikolu 107(3)(c) TFUE [ex Artikolu 87(3)(c) KE] jippreċiża li “It-tipi ta' għajnuna li ġejjin jistgħu jkunu kunsidrati bħala kompatibbli mas-suq intern: […] għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew ta' ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni”.

(124)

Skont is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' April 2008, id-deroga prevista fl-Artikolu 107(3)(d) TFUE [ex Artikolu 87(3)(d) KE] ma tistax tiġi applikata għall-għajnuniet li ngħataw lill-CELF matul is-snin 1980 sal-1993. Għaldaqstant għandu jiġi stabbilit jekk tistax tapplika għalihom id-deroga prevista fl-Artikolu 107(3)(c) TFUE [ex Artikolu 87(3)(c) KE].

(125)

L-istess għandu jsir għall-għajnuniet mogħtija bejn l-1994 u t-tmiem tal-2001, li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni kkonkludiet, iktar ’il fuq fil-premessa 122, li d-deroga prevista fl-Artikolu 107(3)(d) TFUE [ex Artikolu 87(3)(d) KE] ma kinitx tapplika għalihom.

(126)

Sabiex jiġi stabbilit jekk l-Artikolu 107(3)(c) TFUE jistax iservi ta' bażi għall-kompatibbiltà, il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk l-għajnuniet inkwistjoni għandhomx għan ta' interess komuni u jekk huma jolqtux il-kummerċ sa grad li huwa kuntrarju għall-interess komuni.

(127)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuniet għandhom fil-fatt interess komuni u dan kif diġà ssemma qabel. F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li l-introduzzjoni fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea tad-deroga prevista fl-ex Artikolu 87(3)(d) KE [li llum sar l-Artikolu 107(3)(d) TFUE] wasslet biex tiġi kkonfermata l-politika segwita mill-Kummissjoni abbażi tal-ex Artikolu 92(3)(c) qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, abbażi ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni, fil-passat, kienet awtorizzat għajnuniet li kellhom għanijiet kulturali. Din il-prattika ġiet ikkonfermata mill-qrati tal-Unjoni Ewropea, pereżempju, fis-sentenza ċċitata iktar ’il fuq, tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Settembru 1996, fejn il-Qorti Ġenerali kkunsidrat fil-fatt li l-Kummissjoni kellha dritt tadotta, abbażi tal-ex Artikolu 92(3)(c) KE, deċiżjoni favorevoli fir-rigward ta' tliet skemi ta' għajnuna mmexxija mill-CELF (l-għajnuniet għall-frejt bl-ajru, il-programm “Page à Page”, u l-“Programme Plus”).

(128)

Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tikkunsidra li ma ġiex ippruvat li l-għajnuniet kienu proporzjonati għall-għan imfittex.

(129)

Fid-deċiżjoni tagħha għall-estensjoni tal-proċedura, kif ukoll wara d-deċiżjoni ta' inġunzjoni tagħha, il-Kummissjoni kienet talbet lill-awtoritajiet Franċiżi biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq il-proporzjonalità tal-għajnuniet fid-dawl tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE.

(130)

Kif diġà ntqal qabel, l-awtoritajiet Franċiżi ma pprovdewx lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li tippermetti li tiġi ppruvata l-proporzjonalità tal-għajnuniet mogħtija b’effett mill-1980 u li l-istess Kummissjoni kienet talbithom b’mod partikolari, fl-aħħar lok, fid-deċiżjoni ta' inġunzjoni tagħha tal-20 ta' Novembru 2009.

(131)

Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament ta' Proċedura, il-Kummissjoni tieħu għaldaqstant id-deċiżjoni tagħha abbażi tal-informazzjoni disponibbli, filwaqt li tfakkar, fi kwalunkwe każ, li huwa l-obbligu tal-awtoritajiet Franċiżi li juru li l-għajnuna inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq intern, u għaldaqstant li l-għajnuna hija proporzjonata.

(132)

Ir-raġunament espost qabel dwar il-proporzjonalità tal-għajnuna fil-kuntest tal-Artikolu 107(3)(d) TFUE japplika mutatis mutandis hawnhekk.

(133)

Il-Kummissjoni tikkunsidra, konsegwentement, li ma ġiex ippruvat li l-għajnuniet mogħtija josservaw il-kriterju tal-proporzjonalità.

(134)

Bħala konklużjoni jingħad li l-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżura inkwistjoni mhijiex kompatibbli mas-suq intern taħt l-Artikolu 107(3)(c) TFUE.

C.   Evalwazzjoni tal-miżura fid-dawl tal-Artikolu 106(2) TFUE

(135)

L-awtoritajiet Franċiżi sostnew diversi drabi li l-CELF kellha missjoni ta' servizz pubbliku u li l-miżuri kkontestati kellhom jiġu evalwati fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 106(2) TFUE [ex Artikolu 86(2) KE].

(136)

Dak l-artikolu jipprovdi li “Kull impriża responsabbli sabiex topera servizzi ta' importanza ekonomika ġenerali jew li jkollha l-karattru ta' monopolju fiskali għandha tkun suġġetta għar-regoli tat-Trattati, b’mod partikolari dawk li jirriferu għall-kompetizzjoni, safejn l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli ma jostakolawx it-twettiq de jure jew de facto tal-funzjonijiet speċifiċi mogħtija lil dik l-impriża. L-iżvilupp tal-kummerċ ma għandux jiżviluppa b' mod kuntrarju għall-interessi tal-Unjoni”.

(137)

Qabel xejn, f’dan il-każ għandha tiġi verifikata l-eżistenza ta' servizz ta' importanza ekonomika ġenerali. Jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li ħlief għas-setturi fejn din il-materja hija diġà s-suġġett ta' regolament tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom marġni ta' diskrezzjoni wiesa’ fir-rigward tan-natura tas-servizzi li jistgħu jkunu kklassifikati bħala ta' importanza ekonomika ġenerali. Għaldaqstant, xogħol il-Kummissjoni huwa li tiżgura li dan il-marġni ta' diskrezzjoni jintuża mingħajr żbalji manifesti f’dak li jikkonċerna d-definizzjoni tas-servizzi ta' importanza ekonomika ġenerali.

(138)

F’dan il-każ, l-awtoritajiet Franċiżi indikaw diversi drabi li l-CELF kellha l-missjoni speċifika ta' servizz pubbliku ta' natura kulturali li jikkonsisti fil-fatt li tonora kull ordni għal kotba bil-lingwa Franċiża li toriġina minn libreriji stabbiliti barra mill-pajjiż, indipendentement mill-volum u n-natura tal-ordni. Il-Kummissjoni tikkunsidra li din il-missjoni tista’, fil-fatt, tikkostitwixxi servizz ta' importanza ekonomika ġenerali.

(139)

Fit-tieni lok, għandu jiġi verifikat jekk il-CELF kinitx fil-fatt responsabbli minn dan is-servizz ta' importanza ekonomika ġenerali. Fil-fatt, skont il-ġurisprudenza tal-Unjoni Ewropea, l-impriżi inkwistjoni jridu jkunu ġew inkarigati mill-Istat tal-amministrazzjoni tas-servizz inkwistjoni permezz ta' att uffiċjali wieħed jew iktar, li l-forma tiegħu jista’ jiġi stabbilit minn kull Stat Membru.

(140)

F’dan il-każ, l-awtoritajiet Franċiżi pproduċew diversi konvenzjonijiet konklużi bejn il-CELF u l-Ministeru tal-Kultura li juru, fil-fehma tagħhom, li l-CELF fil-fatt kienet responsabbli mill-amministrazzjoni tas-servizz ta' importanza ekonomika ġenerali inkwistjoni. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, id-Dipartiment tal-kotba u tal-qari kkonkluda konvenzjonijiet annwali mal-CELF, sas-sena 2001.

(141)

Madankollu, minkejja t-talbiet tal-Kummissjoni, inkluża d-deċiżjoni ta' inġunzjoni tagħha, l-awtoritajiet Franċiżi ma pproduċewx kopja tal-konvenzjonijiet ta' servizz pubbliku għall kull waħda mis-snin inkwistjoni.

(142)

Barra minn hekk, fil-konvenzjonijiet li huma fil-pussess tal-Kummissjoni, in-natura preċiża tal-obbligi ta' servizz pubbliku mhijiex definita (għaldaqstant, l-ammont li minnu l-ordnijiet jibdew jitqiesu bħala li huma “ordnijiet żgħar” mhuwiex indikat fil-konvenzjoni). Minn dan jirriżulta li, anki għal dawn is-snin, ma jeżistix att li jindika bi preċiżjoni suffiċjenti l-obbligi ta' servizz pubbliku li għandha l-CELF.

(143)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkunsidra li ma ġiex ippruvat li l-CELF kienet fil-fatt ġiet inkarigata permezz ta' att uffiċjali, għal kull waħda mis-snin inkwistjoni, mill-amministrazzjoni tas-servizz pubbliku inkwistjoni.

(144)

Fl-aħħar nett, u mingħajr il-bżonn li tintlaħaq konklużjoni dwar il-kundizzjoni tan-neċessità minħabba l-fatt li l-kundizzjonijiet huma kumulattivi, il-Kummissjoni tikkunsidra li lanqas il-kundizzjoni tal-proporzjonalità ma hija sodisfatta.

(145)

Fil-fatt, fil-konvenzjonijiet li huma fil-pussess tal-Kummissjoni ma hemm ebda spjegazzjoni fuq il-mod li bih ġie kkalkolat l-ammont tal-għajnuna. Barra minn hekk, l-obbligu impost fuq il-CELF biex tipprovdi r-rendikonti dwar l-użu tas-sussidju mhuwiex akkumpanjat b’definizzjoni preċiża tal-kriterji tal-kalkolu u tal-kontroll tal-ispiża tas-servizz pubbliku li tippermetti li jiġi verifikat li ma hemmx kumpens żejjed. Barra minn hekk, għalkemm il-konvenzjonijiet kienu fil-fatt jipprevedu li f’każ li xi parti mis-sussidju ma tkunx ġiet użata hija tinġarr għas-sena ta' wara, huma ma fihom ebda preċiżazzjoni dwar il-funzjonament ta' dan il-mekkaniżmu, li wara kollox ma jidhirx li ġie applikat. Fl-aħħar nett, b’mod iktar ġenerali u kif ġie indikat fil-kuntest tal-analiżi tal-kriterju tal-proporzjonalità fid-dawl tal-Artikolu 107(3) TFUE, l-awtoritajiet Franċiżi ma pprovdewx informazzjoni li tagħti prova tal-proporzjonalità tal-għajnuniet fid-dawl tad-diversi punti tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali.

(146)

Għaldaqstant, l-awtoritajiet Franċiżi ma pprovdewx lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li tippermetti li tiġi ppruvata l-proporzjonalità tal-għajnuniet fil-kuntest tal-Artikolu 106(2) TFUE u li hija kienet talbithom b’mod partikolari, fl-aħħar lok, fid-deċiżjoni ta' inġunzjoni tagħha tal-20 ta' Novembru 2009.

(147)

Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament ta' Proċedura, il-Kummissjoni tadotta għaldaqstant id-deċiżjoni tagħha abbażi tal-informazzjoni disponibbli, filwaqt li tfakkar, fi kwalunkwe każ, li huwa l-obbligu tal-awtoritajiet Franċiżi li juru li l-għajnuna inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq intern, u għaldaqstant li l-għajnuna hija proporzjonata.

(148)

Għall-istess raġunijiet bħal dawk imsemmija fil-kuntest tal-analiżi tal-proporzjonalità tal-għajnuna taħt l-Artikolu 107(3)(d) TFUE, il-Kummissjoni tikkunsidra, konsegwentement, li ma ġiex ippruvat li l-għajnuniet mogħtija jissodisfaw il-kriterju tal-proporzjonalità.

(149)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE mhumiex sodisfatti.

(150)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra għaldaqstant li l-mekkaniżmu ta' għajnuna, imsemmi Programme “petites commandes” (Programm “ordnijiet żgħar”), implementat fi Franza favur il-CELF bejn l-1980 u tmiem l-2001 jikkostitwixxi għajnuna inkompatibbli mas-suq intern.

5.   TERMINU TA’ PRESKRIZZJONI, ĊIRKUSTANZA EĊĊEZZJONALI, ASPETTATTIVI LEĠITTIMI, PRINĊIPJU TAĊ-ĊERTEZZA LEGALI, PRINĊIPJU TAL-PROPORZJONALITÀ

(151)

F’każ ta' għajnuna mill-Istat li hija illegali u inkompatibbli, il-Kummissjoni għandha, fil-prinċipju, tordna lill-Istat Membru kkonċernat biex jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mingħand il-benefiċjarju. Fil-fatt, l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 jipprovdi li “[f]ejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f’każijiet ta' għajnuna llegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju”.

(152)

Madankollu, il-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi li ġejjin:

(153)

Qabel xejn, l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 jipprovdi li l-poteri tal-Kummissjoni sabiex jirkupraw l-għajnuna huma suġġetti għal terminu ta' preskrizzjoni ta' għaxar snin. It-terminu ta' preskrizzjoni jibda dakinhar li fih l-għajnuna illegali tingħata lill-benefiċarju u kull azzjoni meħudha mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru, li jaġixxi fuq talba tal-Kummissjoni, fir-rigward tal-għajnuna llegali għandha tinterrompi l-perijodu ta' preskrizzjoni.

(154)

Kif diġà esponiet fid-deċiżjoni tagħha għall-estensjoni tal-proċedura, mingħajr ma rċeviet xi kummenti partikolari fuq dan il-punt min-naħa tal-partijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-regola tal-preskrizzjoni msemmija fil-premessa preċedenti tapplika għal dan il-każ. Fis-sentenza tagħha tal-5 ta' Ottubru 2006 fil-kawża Transalpine (21), il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat fil-fatt li, safejn ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 fih regoli ta' natura proċedurali, dawn japplikaw għall-proċeduri amministrattivi kollha fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat li kienu pendenti quddiem il-Kummissjoni fil-mument meta r-Regolament (KE) Nru 659/1999 daħal fis-seħħ, jiġifieri fis-16 ta' April 1999. F’dan il-każ, din il-kawża tidħol fil-kuntest tal-proċedura ta' investigazzjoni formali mibdija b’effett mit-30 ta' Ġunju 1996.

(155)

F’dan il-każ partikolari, peress li l-għajnuniet ingħataw kull sena b’effett mill-1980 u peress li l-Kummissjoni għamlet talba għall-informazzjoni lill-awtoritajiet Franċiżi f’April 1992, jidher li l-għajnuniet mogħtija lill-CELF fl-1980 u l-1981 ma jistgħux jiġu rkuprati u dan minħabba l-iskadenza tat-terminu tal-preskrizzjoni.

(156)

Fit-tieni lok, il-Kummissjoni ma teżiġix l-irkupru tal-għajnuna jekk, b’dan il-mod, hija tmur kontra xi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, skont il-ġurisprudenza tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni hija obbligata li tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw li hija ma tordnax li l-għajnuniet mogħtija illegalment jiġu rkuprati meta dak l-irkupru jmur kontra xi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.

(157)

Huwa f’dan il-kuntest li, fid-deċiżjoni tagħha għall-estensjoni tal-proċedura, il-Kummissjoni kienet talbet lill-awtoritajiet Franċiżi, lill-benefiċjarju tal-għajnuna u lil kull parti interessata oħra biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq l-applikazzjoni, f’dan il-każ, tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi, tal-prinċipju taċ-ċertezza legali, jew ta' kull prinċipju ieħor li seta’ jwassal lill-Kummissjoni biex ma teżiġix li l-għajnuna tiġi rkuprata.

(158)

Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi, fl-osservazzjonijiet tagħhom, ikkunsidraw li kienu jeżistu ċirkustanzi eċċezzjonali li jippermettu li jiġi limitat l-obbligu tar-restituzzjoni tal-għajnuniet. Min-naħa l-oħra, is-SIDE sostniet li mhuwiex minnu li tali ċirkustanzi kienu jeżistu.

(159)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li fil-kuntest tad-domandi preliminari magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża CELF iċċitata iktar ’il fuq, il-qorti tar-rinviju kienet staqsiet, essenzjalment, dwar jekk l-adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni ta' tliet deċiżjonijiet suċċessivi li jiddikjaraw għajnuna bħala li hija kompatibbli mas-suq intern, li sussegwentement ġew annullati mill-qorti Komunitarja, kinitx, fiha nfisha, suxxettibbli li tikkostitwixxi ċirkustanza eċċezzjonali ta' natura li tiġġustifika li jiġi limitat l-obbligu tal-benefiċjarju biex iħallas lura dik l-għajnuna.

(160)

Fis-sentenza tagħha ċċitata iktar ’il fuq, tal-11 ta' Marzu 2010, il-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet qabel xejn għas-sentenza tagħha tat-12 ta' Frar 2008, fejn hija kienet indikat fil-punti 65 et seq li wara l-annullament ta' deċiżjoni pożittiva tal-Kummissjoni, il-possibbiltà, għall-benefiċjarju ta' għajnuna implementata b’mod illegali, li jinvoka ċirkustanzi eċċezzjonali li setgħu jkunu bażi leġittima għall-aspettattivi tiegħu li din l-għajnuna kienet legali, u li jikkontesta, għaldaqstant, il-ħlas lura tagħha, ma setgħatx tkun eskluża (22).

(161)

Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat hemmhekk ukoll illi l-benefiċjarju tal-għajnuna ma jistax jibni aspettattivi leġittimi minn deċiżjoni pożittiva tal-Kummissjoni, minn naħa, meta din id-deċiżjoni tkun ġiet ikkontestata fit-termini għall-preżentata ta' rikors u tkun sussegwentement ġiet annullata mill-qorti tal-Unjoni Ewropea u lanqas, min-naħa l-oħra, sakemm ma jiskadi t-terminu għall-preżentata ta' rikors jew, fil-każ li jiġi ppreżentat rikors, sakemm il-qorti tal-Unjoni Ewropea ma tkun tat deċiżjoni finali f’dan ir-rigward (23).

(162)

F’dan il-każ, fis-sentenza tagħha tal-11 ta' Marzu 2010, il-Qorti tal-Ġustizzja qalet li l-annullament tat-tielet deċiżjoni pożittiva tal-Kummissjoni permezz tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' April 2008, fih innifsu, mhuwiex ta' natura li joħloq aspettattivi leġittimi u li jikkostitwixxi ċirkustanza eċċezzjonali (24).

(163)

Il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet tgħid li s-suċċessjoni mhux ordinarja ta' tliet annullamenti tirrifletti, a priori, id-diffikultà tal-każ u mhux talli ma toħloqx aspettattivi leġittimi iżda hija pjuttost ta' natura li trawwem dubji għall-benefiċjarju fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni. Hija tirrikonoxxi li s-suċċessjoni ta' tliet annullamenti tammonta għal sitwazzjoni rara ħafna, iżda ssostni li tali ċirkustanzi jagħmlu parti mill-funzjonament normali tas-sistema ġudizzjarja, sistema li toffri lill-individwi li jħossu li ġarrbu l-konsegwenzi tal-illegalità ta' għajnuna l-possibbiltà li jippreżentaw rikors għall-annullament tad-deċiżjonijiet suċċessivi li fil-fehma tagħhom ikkawżaw din is-sitwazzjoni.

(164)

Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat f’dan il-każ li l-eżistenza ta' ċirkustanza eċċezzjonali lanqas ma tista’ tiġi kkonstatata fid-dawl tal-prinċipju ta' ċertezza legali (25). Fil-fatt, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni li tapprova l-għajnuna u sakemm it-termini għall-preżentata ta' rikors kontra tali deċiżjoni jkunu għadhom ma skadewx, il-benefiċjarju ma jkollu ebda ċertezza fir-rigward tal-legalità tal-għajnuna, b’tali mod li la jista’ jiġi invokat il-prinċipju ta' protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u lanqas dak taċ-ċertezza legali.

(165)

Barra minn hekk, kif indikat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tal-11 ta' Marzu 2010 (26), f’dan il-każ partikolari, l-eżistenza ta' ċirkustanza eċċezzjonali ma tistax tiġi kkonstatata fid-dawl tal-prinċipju ta' proporzjonalità. Fil-fatt, il-kanċellament ta' għajnuna illegali permezz ta' rkupru hija l-konsegwenza loġika tal-konstatazzjoni tal-illegalità tagħha, b’tali mod li l-irkupru ta' din l-għajnuna, bil-għan li tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni preċedenti, ma jistax jiġi kkunsidrat, bħala prinċipju, li huwa miżura sproporzjonata meta mqabbla mal-għanijiet tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat.

(166)

Konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' tliet deċiżjonijiet suċċessivi li jiddikjaraw għajnuna kompatibbli mas-suq komuni, deċiżjonijiet li sussegwentement ġew annullati mill-qorti Komunitarja, ma tistax, fiha nfisha, tikkostitwixxi ċirkustanza eċċezzjonali ta' natura li tiġġustifika limitazzjoni tal-obbligu tal-benefiċjarju li jħallas lura din l-għajnuna illegali u inkompatibbli.

(167)

Fid-dawl ta' dak li ntqal qabel u fin-nuqqas ta' xi elementi oħra li jistgħu jikkostitwixxu ċirkustanza eċċezzjonali, il-Kummissjoni tikkunsidra għaldaqstant li f’dan il-każ ma teżistix ċirkustanza eċċezzjonali li tista’ tillimita l-obbligu tal-CELF li tħallas lura l-għajnuniet inkwistjoni (ħlief għall-ammonti mħallsa fl-1980 u 1981, kif ġie spjegat qabel).

6.   IRKUPRU

(168)

Skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/99, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jirkupraw mingħand il-CELF l-ammonti ta' għajnuniet li ngħatawlha taħt il-programm “petites commandes” (“ordnijiet żgħar”) matul is-snin 1982 sal-2001.

(169)

Skont ma' dak li jirriżulta mit-tabella Nru 1 (27), l-ammont totali tal-għajnuna biex tiġi rkuprata mingħand il-CELF li hija rċeviet matul is-snin 1982 sal-2001 jitla’ għaldaqstant għal EUR 4 631 401 li magħhom għandhom jiżdiedu l-imgħaxijiet.

(170)

Skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/99, l-għajnuna li trid tiġi rkuprata għandha fil-fatt tinkludi l-imgħaxijiet komposti li għandhom jgħoddu mid-data li fiha l-għajnuna illegali tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data tal-irkupru effettiv.

(171)

Madankollu, jirriżulta mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Ottubru 2000, mogħtija fil-kawża Magefesa (28), li meta impriża tkun falluta u l-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprovdi hekk, l-imgħaxijiet li jkunu pagabbli wara d-dikjarazzjoni ta' falliment tal-impriża, fuq l-ammont ta' għajnuniet li jkunu ttieħdu b’mod illegali qabel dik id-dikjarazzjoni, ma jkunux dovuti.

(172)

F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li, fin-nota tagħhom mibgħuta fis-27 ta' Jannar 2010, l-awtoritajiet Franċiżi informaw lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni li fiha kienet tinsab il-CELF.

(173)

Kont meħud tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-CELF, il-CELF tpoġġiet taħt proċedura ta' salvagwardja fil-25 ta' Frar 2009. Ġie maħtur ukoll amministratur ġudizzjarju.

(174)

Fil-kuntest tat-tilwima fuq l-għajnuniet mill-Istat, l-Istat Franċiż semma d-djun segwenti: EUR 11 885 785,02 (bħala ħlas ta' imgħaxijiet skont is-sentenza ċċitata iktar ’il fuq tal-Conseil d’État tad-19 ta' Diċembru 2008), u EUR 4 814 339,9 (bħala r-rimbors eventwali tal-kapital tal-għajnuna meħuda matul is-snin 1980-2001).

(175)

L-awtoritajiet Franċiżi indikaw li mill-istat tad-djun jirriżulta li fuq passiv totali ddikjarat ta' EUR 21 254 232,29, id-djun ikkontestati jitilgħu għal EUR 17 045 039,50.

(176)

Wara li kkonstata li l-ħlas ta' dawn kien manifestament impossibbli, l-amministratur ġudizzjarju talab li l-proċedura ta' salvagwardja tinbidel f’waħda ta' likwidazzjoni ġudizzjarja b’mod partikolari minħabba d-djun iddikjarati mill-Istat.

(177)

Permezz tas-sentenza tad-9 ta' Settembru 2009 li kkonstatat l-eżistenza ta' passiv li jipprekludi l-idea ta' pjan ta' kontinwazzjoni, it-Tribunal de Commerce de Paris (il-Qorti tal-Kummerċ ta' Pariġi) iddikjarat li l-CELF għandha tiġi likwidata ġudizzjarjament u ħatret likwidatur. Il-Qorti tal-Kummerċ imsemmija stabbilixxiet terminu ta' sentejn li mal-għeluq tiegħu għandha tiġi eżaminata l-likwidazzjoni ġudizzjarja. L-awtoritajiet Franċiżi indikaw li l-kwistjonijiet pendenti u/jew li għad iridu jqumu jistgħu madankollu jiġġustifikaw li d-data tal-għeluq tal-likwidazzjoni ġudizzjarja tiġi estiża.

(178)

L-awtoritajiet Franċiżi indikaw li l-persunal kollu tal-CELF ġie mkeċċi u li l-korp tal-likwidazzjoni ġie xolt fil-31 ta' Diċembru 2009. L-uniċi operazzjonijiet pendenti huma dawk biex jiġu rkuprati d-djun rimanenti dovuti mill-klijenti.

(179)

Fl’ittra elettronika tad-9 ta' Marzu 2010, l-awtoritajiet Franċiżi indikaw li l-proċedura ta' likwidazzjoni implementata għall-CELF kienet fil-fatt osservat ir-regoli normali tal-proċedura ta' likwidazzjoni tal-impriżi.

(180)

Skont l-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet Franċiżi, illum il-ġurnata l-CELF ma għadha twettaq ebda attività ekonomika.

(181)

Konsegwentement, kont meħud tal-proċedura ta' likwidazzjoni pendenti fir-rigward tal-CELF, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jiżguraw, b’mod partikolari, fil-kuntest tal-obbligu tagħhom biex jirkupraw l-għajnuna inkompatibbli, l-osservanza tal-ġurisprudenza li tapplika fil-każijiet ta' likwidazzjoni tal-impriża benefiċjarja (29). Dan jippreżumi, b’mod partikolari, li l-attiv tal-CELF jinbiegħ bil-prezz tas-suq, li l-Istat jirreġistra d-djun tiegħu li jirrigwardaw l-irkupru tal-għajnuniet illegali inkompatibbli mal-passiv tal-impriża li tkun qegħda tiġi likwidata, u jinsisti b’mod sħiħ fuq id-drittijiet tiegħu bħala kreditur fil-fażijiet kollha tal-proċedura sa tmiem il-likwidazzjoni.

(182)

Għal dak li jikkonċerna l-kalkolu tal-imgħaxijiet, għandu jiġi nnutat li fid-dritt Franċiż, l-Artikolu L 622-28 tal-Kodiċi tal-Kummerċ jipprovdi li “id-deċiżjoni biex tinbeda [il-proċedura ta' salvagwardja] twaqqaf id-dekorriment tal-imgħaxijiet legali u konvenzjonali, kif ukoll l-imgħaxijiet moratorji u s-surcharges kollha”.

(183)

Konsegwentement, f’din il-kawża, l-ammonti mħallsa lill-CELF għandhom jgħaddu l-imgħax fuqhom b’effett mid-data li fiha l-istess ammonti kienu għad-dispożizzjoni tagħha sal-25 ta' Frar 2009, li hija d-data tad-deċiżjoni tat-Tribunal de Commerce de Paris (il-Qorti tal-Kummerċ ta' Pariġi) biex tinbeda l-proċedura ta' salvagwardja li sussegwentement ġiet ikkonvertita f’likwidazzjoni ġudizzjarja permezz ta' deċiżjoni tad-9 ta' Settembru 2009.

7.   KONKLUŻJONI

(184)

Il-Kummissjoni tikkonstata li Franza tat għajnuna b’mod illegali lill-CELF bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE.

(185)

Din l-għajnuna hija inkompatibbli mas-suq intern u għandha tiġi rkuprata mill-awtoritajiet Franċiżi, ħlief għal dak li jikkonċerna l-ammonti mħallsa fl-1980 u l-1981 li huma preskritti.

(186)

L-awtoritajiet Franċiżi għandhom għaldaqstant jirkupraw mingħand il-CELF l-ammont ta' EUR 4 631 401 li magħhom għandhom jiżdiedu l-imgħaxijiet għal kull waħda mill-għajnuniet imħallsa fis-sena b’effett mill-1982. L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati jagħtu lok għal imgħaxijiet b’effett mid-data li fiha huma tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sal-25 ta' Frar 2009, li hija d-data tad-deċiżjoni tat-Tribunal de Commerce de Paris (il-Qorti tal-Kummerċ ta' Pariġi) biex tinbeda l-proċedura ta' salvagwardja.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza b’mod illegali, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, lill-Coopérative d’exportation du livre français (CELF), hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 2

1.   Franza hija obbligata li tirkupra l-ammont ta' EUR 4 631 401 li jikkorrispondi għall-ammonti, li CELF irċeviet matul is-snin 1982 sal-2001, bħala l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1.

2.   L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati jagħtu lok għal imgħaxijiet b’effett mid-data li fiha huma tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sal-25 ta' Frar 2009, li hija d-data tad-deċiżjoni tat-Tribunal de Commerce de Paris (il-Qorti tal-Kummerċ ta' Pariġi) biex tinbeda l-proċedura ta' salvagwardja.

3.   L-imgħaxijiet għandhom jiġu kkalkolati fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004.

Artikolu 3

1.   L-irkupru tal-għajnuna msemmi fl-Artikolu 2 għandu jkun immedjat u effettiv.

2.   Franza għandha tiżgura li din id-deċiżjoni tiġi implementata fl-erba’ xhur ta' wara d-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 4

1.   Fix-xahrejn ta' wara n-notifika ta' din id-deċiżjoni, Franza għandha tibgħat l-informazzjoni segwenti:

(a)

l-ammont totali (prinċipal u imgħaxijiet) li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarju;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li jkunu ttieħdu diġà u dawk li huma previsti biex hija tikkonforma ma' din id-deċiżjoni.

(c)

id-dokumenti li juru li l-benefiċjarju ntalab iħallas lura l-għajnuna.

2.   Franza għandha żżomm lill-Kummissjoni informata minn qabel bil-miżuri nazzjonali li jittieħdu biex tiġi implementata din id-deċiżjoni sal-ikrupru sħiħ tal-għajnuna msemmi fl-Artikolu 2. Hija għandha tibgħat, immedjatament, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, l-informazzjoni kollha fuq il-miżuri li jkunu ttieħdu diġà u dawk li jkunu previsti biex hija tikkonforma ma' din id-deċiżjoni. Hija għandha tipprovdi l-informazzjoni dettaljata li tikkonċerna l-ammont tal-għajnuna u l-imgħaxijiet li jkunu ġew irkuprati diġà mingħand il-benefiċjarju.

Artikolu 5

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lil Franza.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi-President


(1)  B’effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 86, 87 u 88 tat-Trattat KE saru rispettivament l-Artikoli 106, 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). F’dawn it-tliet każijiet, id-dispożizzjonijiet huma sostanzjalment identiċi. Għall-finijiet ta' din id-deċiżjoni, ir-riferimenti li saru għall-Artikoli 106, 107 u 108 tat-TFUE għandhom jittieħdu, jekk ikun hemm bżonn, bħala li saru għall-Artikoli 86, 87 u 88 tat-Trattat KE rispettivament.

(2)  ĠU C 366 tal-5.12.1996, p. 7; ĠU C 142 tat-23.6.2009, p. 6.

(3)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' April 2008, Société internationale de diffusion et d’édition (SIDE) vs Il-Kummissjoni (T-348/04, Ġabra p. II-625).

(4)  ĠU L 85 tat-2.4.2005, p. 27.

(5)  Il-Coopérative d’exportation du livre français topera taħt l-isem kummerċjali “Centre d’exportation du livre français” (CELF).

(6)  Deċiżjoni NN 127/92 “Għajnuniet lill-esportaturi ta' kotba Franċiżi” (ĠU C 174 tal-25.6.1993, p. 6).

(7)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Settembru 1995, Société internationale de diffusion et d’édition (SIDE) vs Il-Kummissjoni (T-49/93, Ġabra p. II–2501).

(8)  Li sussegwentement sar il-programm “A l’Est de l’Europe”.

(9)  ĠU L 44, 18.2.1999, p. 37.

(10)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Frar 2002, Société internationale de diffusion et d’édition (SIDE) vs Il-Kummissjoni (T-155/98, Ġabra p. II–1179).

(11)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, Franza vs Il-Kummissjoni, Għajnuna għall-Coopérative d’exportation du livre français, (C-332/98, Ġabra p. I–4833).

(12)  ĠU C 142, 23.6.2009, p. 6.

(13)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol 1, p. 339 sa 347.

(14)  Skont il-Conseil d’Etat, il-Cour administrative d’appel (il-Qorti ta' Appell Amministrattiv ta' Pariġi) setgħet legalment tibbaża fuq il-fatt li ma kienx ippruvat li l-ammont tal-għajnuniet ma kienx jeċċedi l-ispejjeż li jirriżultaw mill-obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq il-CELF, u fuq il-fatt li ma ngħatatx definizzjoni minn qabel u trasparenti tal-bażijiet ta' kumpens.

(15)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Frar 2008, Centre d’exportation du livre français (CELF), Ministre de la Culture et de la Communication vs Société internationale de diffusion et d’édition (SIDE) (C-199/06, Ġabra I-00469).

(16)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.

(17)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Marzu 2010, CELF u Ministre de la Culture vs SIDE (C-1/09).

(18)  Fis-sentenza tagħha tal-15 ta' April 2008, il-Qorti Ġenerali ma annullatx l-ewwel u t-tieni sentenzi tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' April 2004 fejn jingħad “L-għajnuna mogħtija lill- Coopérative d’exportation du livre français (CELF) għall-ipproċessar tal-ordnijiet żgħar ta' kotba bil-Franċiż, li ġiet implementata minn Franza bejn l-1980 u l-2001, tikkostitwixxi għajnuna li taqa’ taħt l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE. Fid-dawl tal-fatt li Franza ma nnotifikatx din l-għajnuna lill-Kummissjoni qabel ma implementatha, din l-għajnuna ngħatat b’mod illegali”.

(19)  Pereżempju, fis-sentenza tiegħu tad-19 ta' Diċembru 2008, il-Conseil d’Etat qal li “il-motivi li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni tal-ammonti mħallsa lill-CELF bħala għajnuna mill-Istat u l-obbligu li din tiġi notifikata bħala tali ma jistgħux jiġu skartati”. Fil-fatt, fis-sentenza preliminari tiegħu tad-29 ta' Marzu 2006, il-Conseil d’Etat kien diġà kkunsidra li “il-cour administrative d’appel la żnaturat xi provi fil-proċess u lanqas ikklassifikat il-fatti miġjuba quddiemha b’mod mhux preċiż meta hija ddeċidiet li l-għajnuniet inkwistjoni ma kinux ta' natura sempliċiment li jikkumpensaw għall-obbligi ta' servizz pubbliku u kienu jikkostitwixxu għajnuniet mill-Istat suġġetti għall-obbligu ta' notifika lill-Kummissjoni minn qabel”.

(20)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans et Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark (C-280/00, Ġabra p. I-7747).

(21)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Ottubru 2006, Transalpine Ölleitung in Österreich (C-368/04, Ġabra I-09957, punt 34).

(22)  Punti 42 et seq.

(23)  Punti 66 sa 68.

(24)  Punti 50 et seq.

(25)  Punt 53.

(26)  Punt 54.

(27)  Ara t-tabella Nru 1 murija fil-premessa 60 ta' din id-deċiżjoni.

(28)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Ottubru 2000, Il-Kummissjoni vs Spanja, “Magefesa”, (C-480/98, Ġabra I-08717).

(29)  Ara l-punti 63 et seq tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Lejn implimentazzjoni effettiva tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri biex tiġi rkuprata Għajnuna mill-Istat inkompatibbli li ngħatat kontra l-liġi (ĠU C 272, 15.11.2007, p. 4).


24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/55


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Marzu 2011

li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jiġi awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta’ pakketti żgħar ta’ taħlitiet ta’ żrieragħ standard ta’ varjetajiet differenti ta’ ħxejjex li jappartjenu għall-istess speċi

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1760)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/180/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing [it-tqegħid fis-suq] ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(3) tagħha,

Billi:

(1)

Xi Stati Membri għarrfu lill-Kummissjoni li hemm domanda fis-suq għal pakketti żgħar ta’ taħlitiet ta’ varjetajiet ta’ ħxejjex tal-istess speċi. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti dettaljati fir-rigward ta' dawn il-pakketti żgħar.

(2)

Meta titqies id-domanda fl-Istati Membri kkonċernati, din id-Deċiżjoni għandha tkopri l-ispeċi kollha li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2002/55/KE. Id-daqs massimu għal dawn il-pakketti żgħar għandu jiġi espress bħala piż nett massimu taż-żrieragħ li jkun fih, u kif stabbilit fl-Artikolu 2(1)(g) tad-Direttiva 2002/55/KE.

(3)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għat-tikkettar ta’ dawn il-pakketti żgħar sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà u l-informazzjoni xierqa għall-utenti.

(4)

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni sal-aħħar tal-2012 dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta l-effettività ta’ din id-Deċiżjoni u sabiex tidentifika kwistjonijiet possibbli li jista’ jkollhom bżonn jiġu indirizzati aktar.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-proċeduri tagħhom stess għat-tqegħid fis-suq ta' pakketti żgħar ta' taħlitiet ta' żrieragħ standard tal-ispeċi elenkati fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2002/55/KE. Dawn il-pakketti żgħar jista’ jkun fihom varjetajiet differenti tal-istess speċi biss.

Artikolu 2

Il-pakketti żgħar imsemmija fl-Artikolu 1 jista’ jkun fihom żrieragħ sa piż nett kif stabbilit fl-Artikolu 2(1)(g) tad-Direttiva 2002/55/KE.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pakketti żgħar, kif imsemmija fl-Artikolu 1, ikollhom tikketta tal-fornitur jew avviż stampat jew ittimbrat.

Din it-tikketta jew dan l-avviż għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-kliem “regoli u standards tal-UE”;

(b)

l-isem u l-indirizz jew il-marka ta’ identifikazzjoni tal-persuna responsabbli għat-twaħħil tat-tikketta;

(c)

is-sena tas-siġill espressa bħala: “siġillat … [is-sena]”, jew is-sena tal-aħħar teħid ta' kampjuni għall-iskopijiet tal-aħħar ittestjar tal-ġerminazzjoni espressa bħala: “teħid ta’ kampjuni … [is-sena]”; tista’ tiżdied l-indikazzjoni “uża qabel … [id-data]”;

(d)

il-kliem “taħlita ta’ varjetajiet ta’ … [l-isem tal-ispeċi]”;

(e)

id-denominazzjoni tal-varjetajiet;

(f)

il-proporzjon tal-varjetajiet, espress bħala piż nett jew bħala għadd ta’żrieragħ;

(g)

in-numru ta’ referenza tal-lott mogħti mill-persuna responsabbli għat-twaħħal tat-tikketti;

(h)

il-piż nett jew gross jew l-għadd taż-żrieragħ;

(i)

meta l-piż ikun indikat u jintużaw pestiċidi granulati, sustanzi fl-għamla ta’ pretkuni jew addittivi solidi oħra, in-natura tat-trattament kimiku jew l-addittiv u l-proporzjon approssimattiv bejn il-piż tal-ħbub jew taż-żrieragħ puri u l-piż totali.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/57


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA

Nru 5/2010/KP

tad-9 ta’ Diċembru 2010

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti Nru 4/2004/KP li tistabbilixxi Kumitat tal-Mekkaniżmu Finanzjarju

IL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat mill-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE bejn l-2009 u l-2014,

Wara li kkunsidra il-Protokoll 38b dwar il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE, imdaħħal fil-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Ftehim imsemmi hawn fuq bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE bejn l-2009 u l-2014,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja għall-perjodu 2009 – 2014,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 4/2004/KP tat-3 ta' Ġunju 2004 li tistabbilixxi Kumitat tal-Mekkaniżmu Finanzjarju (1),

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 1/2010/KP tat-28 ta' Jannar 2010 li tistabbilixxi Kumitat Interim tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2009-2014 (2),

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Nru 4/2004/KP it-tieni sentenza tal-paragrafu 1 għandha tinbidel permezz ta’ dan li ġej:

“Il-Kumitat għandu jmexxi l-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2004-2009 u l-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2009-2014”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika fil-ġurnata li tidħol fis-seħħ jew fil-ġurnata tal-applikazzjoni proviżorja tal-att legali li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu 2009-2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2010.

F’isem il-Kumitat Permanenti

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON

Is-Segretarju Ġenerali

Kåre BRYN


(1)  ĠU L 52, 23.2.2006, p. 54.

(2)  ĠU L 53, 4.3.2010, p. 19.


24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/58


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA

Nru 6/2010/KP

tad-9 ta' Diċembru 2010

li testendi x-xogħlijiet tal-Uffiċċju għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE u l-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja

IL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat mill-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 1/2004/KP tal-5 ta' Frar 2004 li tistabbilixxi Uffiċċju għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE u l-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja;

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE bejn l-2009 u l-2014,

Wara li kkunsidra l-Protokoll 38b dwar il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE, imdaħħal fil-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Ftehim imsemmi hawn fuq bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE bejn l-2009 u l-2014,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja għall-perjodu 2009-2014,

Waqt li jfakkar li, l-Artikolu 1, il-paragrafu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 1/2004/KP jagħti mandat għall-amministrazzjoni tal-Mekkaniżmi Finanzjarji 2004-2009 biss lill-Uffiċċju għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE u l-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja,

Filwaqt li jikkunsidra l-bżonn ta' Segretarjat biex jamministra l-Mekkaniżmi Finanzjarji taż-ŻEE u tan-Norveġja 2009-2014,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

1.   L-Uffiċċju għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE u l-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti Nru 1/2004/KP, qiegħed hawnhekk jiġi mogħti responsabbiltà ta' xogħol addizzjonali biex iservi bħala segretarjat għall-assistenza waqt l-immaniġġjar tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2009-2014 u l-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja 2009-2014.

2.   Rigward il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2009-2014, l-Uffiċċju għandu jirrapporta lill-Kumitat tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE.

3.   Rigward il-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja 2009-2014, l-Uffiċċju għandu jirrapporta lill-Ministeru tan-Norveġja għall-Affarjijiet Barranin.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika fil-ġurnata li tidħol fis-seħħ jew fil-ġurnata tal-applikazzjoni proviżorja tal-att legali li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu 2009-2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2010.

F'isem il-Kumitat Permanenti

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON

Is-Segretarju Ġenerali

Kåre BRYN


IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/59


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 290/09/COL

tal-1 ta’ Lulju 2009

dwar l-għajnuna mogħtija lis-settur tal-edukazzjoni lill-bdoti tal-linji tal-ajru fil-Kontea ta’ Troms

(In-Norveġja)

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA (1),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (2), partikolarment l-Artikoli 61 sa 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar il-Ħolqien ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (3), partikolarment l-Artikolu 24 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT l-Artikolu 1(2) tal-Parti I u l-Artikoli 7(2), 7(5), 13 u 14 tal-Parti II tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE (4), partikolarment il-Kapitoli dwar il-kumpens għas-servizz pubbliku u dwar il-garanziji mill-Istat,

WARA LI KKUNSIDRAT id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija taħt l-Artikolu 27 tal-Parti II tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (5),

WARA LI KKUNSIDRAT id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 389/06/COL tat-13 ta’ Diċembru 2006 biex jingħata bidu għall-proċeduri li jipprovdi għalihom l-Artikolu 1(2) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (6),

WARA LI STIEDNET lill-partijiet interessati jressqu l-kummenti tagħhom (7) u wara li kkunsidrat dawn il-kummenti,

Billi:

I.   FATTI

1.   Proċedura

B’ittra datata s-17 ta’ Marzu 2006, North European Aviation Resources AS (minn issa 'l quddiem “NEAR” jew “il-kwerelant”) ressaq ilment kontra l-għotja tal-għajnuna, permezz tal-Baġit Nazzjonali Rivedut, lill-Kulleġġ Norveġiż dwar l-Avjazzjoni (minn issa 'l quddiem “il-KNA”). L-ittra waslet u ġiet reġistrata mill-Awtorità fl-20 ta’ Marzu 2006 (Avveniment Nru 366921). B’ittra datata l-25 ta’ Awwissu 2006, li waslet u ġiet reġistrata mill-Awtorità fit-28 ta’ Awwissu (Avveniment Nru 385471), in-NEAR ressqu parti ulterjuri mal-ilment tagħhom rigward bosta flejjes mogħtija lill-KNA mill-Kontea ta’ Troms u mill-Muniċipalità ta’ Målselv.

B’ittri datati l-11 ta’ April 2006 (Avveniment Nru 369763) u s-7 ta’ Settembru 2006 (Avveniment Nru 385794), l-Awtorità infurmat lill-awtoritajiet Norveġiżi dwar l-ilment u l-parti ulterjuri tagħha u stednithom biex jikkumentaw dwar dawn.

Wara li eżaminat dawk il-kummenti, l-Awtorità infurmat lill-awtoritajiet Norveġiżi, b’ittra datata t-13 ta’ Diċembru 2006 (Avveniment Nru 401508), li ddeċidiet li tagħti bidu għall-proċedura stabbilità fl-Artikolu 1(2) tal-Parti 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti rigward l-għajnuna mogħtija fis-settur tal-edukazzjoni lill-bdoti tal-linji tal-ajru fil-Kontea ta’ Troms (8). Il-Gvern tan-Norveġja ġie mistieden biex jikkummenta dwar id-deċiżjoni. B’ittra datata l-15 ta’ Frar 2007, li waslet u ġiet reġistrata mill-Awtorità fid-19 ta’ Frar 2007 (Avveniment Nru 410248), l-awtoritajiet Norveġiżi ressqu l-kummenti tagħhom.

Id-Deċiżjoni Nru 389/06/COL biex jingħata bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Supplement taż-ŻEE tiegħu. L-Awtorità stiednet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom (9).

L-Awtorità rċeviet żewġ settijiet ta’ kummenti minn partijiet interessati. B’ittra datata l-10 ta’ Ottubru 2007 (Avveniment Nru 446322), l-Awtorità ressqet dawn lill-awtoritajiet Norveġiżi, u tathom l-opportunità biex iwieġbu. B’ittra datata t-13 ta’ Novembru 2007 (Avveniment Nru 451773), l-awtoritajiet Norveġiżi ressqu kummenti.

2.   Deskrizzjoni tal-miżura proposta

2.1.   Miżuri li qed jiġu eżaminati

(a)   Għotja lill-KNA

Skont il-Gvern Norveġiż, il-Parlament introduċa għotja ta’ NOK 4,5 miljun għall-“edukazzjoni lill-bdoti tal-linji tal-ajru li jinsabu f’Tromsø/Bardufoss” f’Ġunju 2005. Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u r-Riċerka alloka din l-għotja direttament lill-KNA fit-8 ta’ Lulju 2005.

NOK 4,5 miljun oħrajn inkitbu fil-Baġit tal-Istat tal-2006 u ġew proposti għal darb’oħra fl-abbozz tal-baġit għall-2007. Madankollu, skont il-Gvern Norveġiż, il-Parlament ġie notifikat dwar l-ilment u allokazzjonijiet ulterjuri lill-KNA ġew sospiżi sakemm tiġi riżolta l-kwistjoni.

(b)   Finanzjament tal-Proġett għal Norsk Luftfartshøgskole

Il-Kontea ta’ Troms ikkonfermat li, bid-deċiżjoni tas-6 ta’ Lulju 2006, hija tat finanzjamet għall-proġett ta’ NOK 1,9 miljun lill-Norsk Luftfartshøgskole (in-NLH), korp li l-awtoritajiet Norveġiżi jiddiskrivu bħala fondazzjoni mhux kummerċjali mwaqqfa biex tiffaċilita l-edukazzjoni lill-bdoti fit-Tramuntana tan-Norveġja.

(c)   Self lill-KNA mill-Kontea ta’ Troms u r-remissjoni sussegwenti tiegħu

Skont il-Kontea ta’ Troms County, hija tat self ta’ NOK 400 000 lill-KNA fil-1999 b’konformità mal-Iskema ta’ Self Reġjonali notifikata lill-Awtorità u awtorizzata minnha. Is-self oriġinali antiċipa ħlas lura f’rati ta’ mgħax prevalenti wara perjodu inizjali ta’ tliet snin. Wara l-estensjonijiet tal-perjodu għall-ħlas lura, il-Kontea ta’ Troms tat remissjoni tas-self bid-deċiżjoni tas-6 ta’ Lulju 2006 dwar il-kondizzjoni li l-kredituri kollha l-oħra jipparteċipaw fir-rimbors tad-djun tal-KNA.

(d)   Garanzija tas-self

Il-Kontea ta’ Troms ikkonfermat li ggarantiet NOK 500 000 tad-dejn tal-KNA għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2002 sal-1 ta’ Settembru 2012 mingħajr ma talbet lill-KNA biex tħallas primjum ta’ garanzija.

(e)   Self lin-NLH mill-Muniċipalità ta’ Målselv

Il-Muniċipalità ta’ Målselv iddikjarat li, bid-deċiżjoni tad-19 ta’ Lulju 2006, hija tat self subordinat ta’ NOK 1,3 miljun lill-KNA b’rata ta’ mgħax ta’ 8,5 % fis-sena, l-ammont totali flimkien mal-imgħax li jkun wasal biex jagħlaq mhux aktar tard minn tmiem l-2007. Bid-deċiżjoni tal-24 ta’ April 2008, il-Muniċipalità ta’ Målselv estendiet l-iskadenza għall-ħlas lura sal-31 ta’ Diċembru 2008. Minn dak in-nhar l-awtoritajiet Norveġiżi kkonfermaw li s-self kien għan-NLH u mħallas lilu.

2.2.   L-għan tal-miżuri li qed jiġu eżaminati

(a)   Għotja

Skont il-Gvern Norveġiż, kemm il-kapaċita tal-Forza tal-Ajru biex tħarreġ bdoti għal servizz mhux relatat ma’ dak tal-forzi armati, kif ukoll is-sostenn finanzjarju għall-edukazzjoni lill-bdoti tal-linji tal-ajru provduta mill-linja tal-ajru SAS f’dawn l-aħħar snin bdew jonqsu. Il-finanzjament ikkontestat wieħed jista’ jarah bħala konsegwenza ta’ dawn il-bidliet. L-għotja tista’ tintuża biss biex tiġi assigurata l-kontinwità tal-edukazzjoni lill-bdoti tal-linji tal-ajru attwali fil-KNA, bit-tħassib ikun dwar kif se tinżamm il-kapaċità attwali għall-edukazzjoni lill-bdoti tal-linji tal-ajru fin-Norveġja u biex tiġi evitata kriżi fir-reklutaġġ tal-bdoti.

(b)   Finanzjament tal-proġett għan-NLH

Skont il-Kontea ta’ Troms, il-finanzjament tal-proġett jimmira biex jassigura li l-kompetenza tal-avjazzjoni attwali fil-Kontea tiġi żviluppata u mtejba.

(c)   Is-self lill-KNA mill-Kontea ta’ Troms u l-eżenzjoni sussegwenti

Skont il-Kontea ta’ Troms, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-KNA wasslet għall-ħtieġa li jingħataw estensjonijiet għall-iskadenza għal ħlas lura tas-self u eventwalment biex jitħassar kollu kemm hu.

(d)   Garanzija tas-self

Is-sidien tal-KNA ġew mitluba jagħtu garanzija fi proporzjon mas-sehem tat-titolu tagħhom u rigward self biex jiġi finanzjat simulatur tat-titjira.

(e)   Self lin-NLH mill-Muniċipalità ta’ Målselv

L-ebda għan ma’ ġie speċifikat

2.3.   Bażi legali nazzjonali għall-miżura tal-għajnuna

L-għotja diretta, li tammonta għal NOK 4,5 miljun, hija provduta fil-kuntest tal-Baġit Nazzjonali Rivedut għall-2005 (Kap. 281, post 1). Din il-lijna baġitarja tinkludi wkoll NOK 574 000 għal għanijiet oħrajn li mhux relatati mal-miżuri li qed jiġu eżaminati.

Il-miżuri l-oħrajn huma riżultat ta’ deċiżjonijiet jew tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Troms jew tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Muniċipalità ta’ Målselv.

2.4.   Riċevituri

Il-KNA hi kumpanija b’responabbiltà limitata reġistrata fin-Noverġja sa mill-1993. Hija kienet proprjetà tal-SAS (60 %), Norsk Luftfartshøgskole (29 %) u azzjonisti oħrajn iżgħar. F’Novembru 2006, in-NLH żiedet il-parteċipazzjoni tagħha fil-KNA għal 95,65 %. L-4,35 % tal-ishma li jifdal huma miżmuma mill-Hurtigruten AS.

Il-KNA, li tmexxi l-unika edukazzjoni lill-bdoti tal-linji tal-ajru fir-reġjun ta’ Tromsø/Bardufoss, instabet li hija l-unika benefiċjarja possibbli għall-għotja parlamentari.

Il-KNA hija wkoll il-benefiċjarja speċifika tas-self (sussegwentament maħfur) u garanzija tas-self mill-Kontea ta’ Troms. Il-finanzjament tal-proġett ingħata mill-Kontea ta’ Troms lill-Norsk Luftfartshøgskole, kif wkoll is-self mill-Muniċipalità ta’ Målselv.

Norsk Luftfartshøgskole hi fondazzjoni reġistrata fin-Noverġja sa mill-1997. Il-membri li waqqfuha huma Troms fylkeskommune, SAS Flight Academy u l-Muniċipalitajiet ta’ Bardu u Målselv. L-għan ta’ din il-fondazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ hu reġistrat bħala l-kiri ta’ proprjetà u l-objettiv huwa dikjarat bħala l-iffaċilitar tal-operat għall-edukazzjoni lill-bdoti tal-linji tal-ajru fit-Tramuntana tan-Norveġja billi tiżviluppa, tagħti bidu għal, u tikkoordina offerti dwar l-edukazzjoni u l-ksib tal-l-bini meħtieġ.

3.   Id-deċiżjoni biex jingħata bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali

Fid-deċiżjoni biex jingħata bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-Awtorità waslet għall-konklużjoni preliminari li l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat ma tistax tiġi eskluża u li, abbażi l-informazzjoni disponibbli, dublji li jeżistu dwar il-kompatibbiltà ta’ dik l-għajnuna mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE.

4.   Kummenti mill-awtoritajiet Norveġiżi dwar dik id-deċiżjoni

L-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li l-finanzjament ikkontestat ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat għax l-edukazzjoni offruta mill-KNA mhix attività ekonomika u għalhekk ma taqax biex tiġi valutata taħt l-Artikolu 61 taż-ŻEE. L-awtoritajiet Norveġiżi argumentaw ukoll li, anka jekk l-attività taqa’ fl-ambitu ta’ dik id-dispożizzjoni, il-finanzjament ikkontestat jkun kumpens għall-provvista ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali fit-tifsira tal-Artikolu 59(2) taż-ŻEE.

L-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li l-edukazzjoni, anke jekk taqa’ barra l-ambitu tas-sistema nazzjonali tal-edukazzjoni, tista’ tħares lejha bħala attività mhux ekonomika. Il-kontenut u l-istandard tal-kors offrut mill-KNA hu stabbilit f’att pubbliku, l-Att Norveġiż dwar l-Avjazzjoni. Barra minn hekk, attwalment qed tiġi esplorata l-possibbiltà li l-edukazzjoni lill-bdoti tiġi integrata fis-sistema nazzjonali tal-edukazzjoni. L-awtoritajiet Norveġiżi jidentifikaw problema potenzjali dwar ir-reklutaġġ fix-xejra attwali biex il-piż tal-ispejjeż tal-edukazzjoni jintefa’ fuq l-istudenti (tradizzjonalment l-ispejjeż kienu kondiviżi bejn il-kumpaniji tal-avjazzjoni u l-istudenti). L-ispiża li tiġi offruta edukazzjoni bħal din hija kbira u, għalkemm l-edukazzjoni hija provduta minn operatturi privati, ma jidhirx li tinvolvi attività ekonomika ta’ gwadann (10). Għalhekk, l-awtoritajiet Norveġiżi jiddikjaraw li, b’konformità mal-każistika tal-QEĠ, il-finanzjament ikkontestat sempliċement irrappreżenta l-Istat li qed jissodisfa l-obbligu tiegħu lejn il-popolazzjoni tiegħu fil-qasam tal-edukazzjoni.

Fl-alternattiva, l-awtoritajiet Norveġiżi huma tal-fehma li l-finanzjament ikkontestat, meta eżaminat fid-dawl tal-Artikolu 59(2) taż-ŻEE, huwa legali. Huma jenfasizzaw id-diskrezzjoni li tħalliet f’idejn l-Istat meta kellu jiġi definit x’jikkostitwixxi “servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali” (SIEĠ) u ddikjaraw li dan il-kunċett japplika għall-edukazzjoni lill-bdoti provduta mill-KNA. Rigward dan, huma enfasizzaw li l-edukazzjoni speċifika offruta mill-KNA, peress li hi l-unika Programm għall-Bdoti tat-Traffiku tal-Linji tal-Ajru li għalihom it-taħriġ iseħħ fin-Noverġja, kellha rwol importanti ħafna fir-reklutaġġ ta’ bdoti biex iservu s-suq Norveġiż. B’hekk is-sostenn tat-taħriġ lill-bdoti fil-KNA hu kwistjoni ta’ politika nazzjonali ta’ edukazzjoni marbuta direttament mal-benefiċċju għal perjodu twil lill-pubbliku u ma jiddiskriminax, peress li ma hemmx aktar fornituri ta’ edukazzjoni integrata fin-Noverġja.

L-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li l-ewwel kondizzjoni fl-Artikolu 59(2) taż-ŻEE, dik ta’ għotja, inkisbet permezz ta’ allokazzjoni ta’ baġit speċifika “għall-edukazzjoni lill-bdoti għat-trasport bil-linji tal-ajru fil-Kontea ta’ Troms/Bardufoss” flimkien mal-Att Norveġiż dwar l-Avjazzjoni. L-awtoritajiet Norveġiżi ddikkjaraw li t-tieni kondizzjoni tinvolvi kontroll għal “żball evidenti” kontra “relazzjoni raġonevoli bejn l-għan u l-metodi użati”. Huma ddikjaraw li d-deroga tapplika jekk hi meħtieġa biex tippermetti t-twettiq tax-xogħlijiet tagħha fuq termini finanzjarji aċċettabbli (11). L-awtoritajiet Norveġiżi jeskludu l-possibbiltà li jagħtu kumpens żejjed, u jinnotaw li l-allokazzjoni ta’ NOK 4,5 miljun tkopri biss 20 % tal-ispejjeż tal-programm tal-bdoti tal-linji tal-ajru.

L-awtoritajiet Norveġiżi jenfasizzaw li r-rekwiżit fl-Artikolu 59(2) taż-ŻEE li l-kummerċ ma ntlaqatx “b’tali mod li jkun kontra l-interessi tal-Partijiet Kontraenti” hu inqas strett minn dak il-kriterju ta’ effett fuq il-kummerċ għall-iskopijiet li tiġi stabbilità l-preżenza ta’ għajnuna taħt l-Artikolu 61(1) taż-ŻEE. Huma kkwotaw l-eżerċizzju ta’ bilanċ imsemmi mill-Qorti tal-Ġustizja fil-każistika tagħha (12), u kkunsidraw li l-piż tal-prova f’din il-kwistjoni jaqa’ fuq l-Awtorità (13).

Kummenti speċifiċi mill-Kontea ta’ Troms

Il-Kontea ta’ Troms hi tal-opinjoni li l-iżgurar ta’ edukazzjoni xierqa lill-bdoti tal-linji tal-ajru hi biċċa xogħol vitali ta’ importanza nazzjonali. Hi tal-fehma li l-parteċipazzjoni tagħha, kemm diretta (garanzija tas-self u r-remissjoni tas-self) kif ukoll indiretta (bħala sid tan-NLH), fir-ristrutturar finanzjarju tal-KNA bħala prattika normali tas-suq u tenfasizza li l-kontribuzzjoni tagħha ġiet ibbażata fuq il-kondizzjoni li kredituri oħrajn jipparteċipaw fl-irristrutturar tad-dejn (14).

Il-Kontea ta’ Troms spjegat li l-garanzija tassigura self biex jiġi finanzjat simulatur tat-titjira. Is-sidien aħħarija tal-KNA ġew mitluba jiggarantixxu is-self, biex jevitaw ħlas bil-quddiem. Il-garanzija mill-Kontea ta’ Troms tirrappreżenta 12,27 % tal-ammont tas-self. Il-Kontea ta’ Troms tenfasizza n-natura ta’ sussidjarja ewlenija tar-relazzjoni bejn il-KNA u l-Kontea. Tiddikjara wkoll li kull primjum, fil-każ li ġie mitlub, mhux ser ikun aktar mil-limitu de minimis għall-għajnuna.

Kummenti speċifiċi mill-Muniċipalità ta’ Målselv

Il-Muniċipalità ta’ Målselv tenfasizza li d-diffikultajiet finanzjarji esperjenzati mill-KNA fil-perjodu tas-self ġew perċepiti li huma temporanji u, bħala parti interessata, il-Muniċipalità pparteċipat fil-proċess ta’ finanzjament mill-ġdid attwali. Il-Muniċipalità tiddikjara li, sakemm ir-riskji huma valutati kif inhu xieraq u b’mod oġġettiv fil-perjodu ta’ meta ttieħdet id-deċiżjoni biex jingħata self, l-Awtorità għandha tibqa’ lura milli teżamina l-livell ta’ mgħax stabbilit sakemm ma jidhirx li ma kienx hemm raġunijiet oġġettivi bona fide biex jiġi kkunsidrat li investitur privat kellu jsellef xi flus fiċ-ċirkustanzi tal-każ.

5.   Kummenti mressqa minn partijiet terzi interessati

B’ittra datata t-3 ta’ Mejju 2007, li waslet u ġiet reġistrata mill-Awtorità fl-istess ġurnata (Avveniment Nru 420011), Rørosfly AS ressqet kummenti dwar id-deċiżjoni biex jingħata bidu għall-investigazzjoni formali. Huma jappoġġaw lill-kwerelant u jenfasizzaw il-vantaġġ kompetittiv li jinvolvi sostenn pubbliku ta’ skola tat-titjir waħda biss.

B’ittra datata l-4 ta’ Mejju 2007, li waslet u ġiet reġistrata mill-Awtorità fl-istess ġurnata (Avveniment Nru 420422), il-kwerelant ressaq kummenti dwar id-deċiżjoni biex jingħata bidu għall-investigazzjoni formali. Bħala rimarka preliminari, il-kwerelant jikkonfuta d-deskrizzjoni tas-sistema għall-edukazzjoni lill-bdoti mogħtija mill-awtoritajiet Norveġiżi u jsostni li hu, kif ukoll il-KNA, għandhom l-istess liċenzja (mogħtija mill-Awtorità Norveġiża dwar l-Avjazzjoni Ċivili) u t-tnejn li huma joffru edukazzjoni integrata fin-Noverġja biex issir Bdot għat-Trasport bil-Linji tal-Ajru (15).

B’referenza għall-argument li l-KNA ma jistax iwettaq attività ekonomika, il-kwerelant ifakkar it-tifsira tat-terminu “impriża”, u jissuġġerixxi li t-test hu dwar jekk l-entità hix involuta jew le f’attività li hi waħda ekonomika, li tinvolvi l-offerta ta’ oġġetti jew servizzi fis-suq li jistgħu, għalinqas fi prinċipju, jitwettqu minn impriża privata biex tagħmel xi profitti (16). Fil-fehma tal-kwerelant, il-KNA qed twettaq negozju kummerċjali tipiku bi skop ekonomiku evidenti. B’appoġġ għal din il-pożizzjoni, il-kwerelant jirreferi għar-reklamar estensiv tal-KNA bħala karatteristika tal-parteċipanti fis-suq. In-NEAR tirreferi wkoll għaż-żieda tad-dħul prorju tagħha ta’ studenti sa mill-istarċ tal-KNA bħala spjegazzjoni tar-relazzjoni kompetittiva bejn il-bosta skejjel tat-titjir.

Rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 59(2) taż-ŻEE, il-kwerelant jistaqsi dwar il-kontenut eżatt tal-SIEĠ kwotat mill-awtoritajiet Norveġiżi. L-iskejjel kollha tat-titjir fin-Noverġja għandhom ikunu konformi mal-istess regoli nazzjonali u internazzjonali. Konsegwentament, l-attivitajiet kollha tal-KNA ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala SIEĠ; Il-KNA għandu jipprovdi xi ħaġa “addizzjonali” meta mqabbla ma’ skejjel oħrajn. Il-kwerelant jidentifika l-provvistà tat-taħriġ kollu fin-Noverġja bħala l-unika element “addizzjonali” offrut mill-KNA. Minkejja kollox, filwaqt li l-karatteristika ta’ SIEĠ hi dik li ma jiġix provdut mingħajr intervent pubbliku, in-NEAR toffri edukazzjoni integrata lill-bdoti b’taħriġ esklużiv fin-Noverġja (bi prezz inqas minn dak offrut mill-KNA). Għalhekk il-kwerelant jikkonkludi li l-klassifikazzjoni tas-servizzi inkwistjoni bħala SIEĠ tammonta għal żball evidenti. F’kull ċirkustanza, il-kwerelant jargumenta li l-kondizzjonijiet provduti għalihom fl-Artikolu 59(2) taż-ŻEE ma ġewx sodisfatti. Il-kwerelant jikkontesta d-dikjarazzjoni mill-awtoritajiet Norveġiżi li l-għotja f’att uffiċjali twettqet permezz tal-Att Norveġiż dwar l-Avjazzjoni u bl-allokazzjoni tal-baġit. Barra minn hekk, b’referenza għal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat fuq kumpens għal servizz pubbliku, ma ġew speċifikati fl-ebda att uffiċjali la n-natura preċiża tas-SIEĠ u lanqas il-parametri għall-kalkolu, il-kontroll u r-reviżjoni tal-kumpens. Rigward dan, il-kwerelant jinnota li l-awtoritajiet Norveġiżi ma ddokumentawx l-ispejjeż relatati ma’ kwalunkwe SIEĠ (jiġifieri l-ispejjeż relatati ma “obbligu” potenzjali biex il-lezzjonijiet kollha tat-titjir jitwettqu fin-Noverġja). Fil-fatt, il-kwerelant jiddikjara li l-istess edukazzjoni tista’ tiġi offruta min-NEAR għal prezz orħos (17).

Fl-aħħar, il-kwerelant jikkumenta dwar il-“prinċipju ta’ investitur tas-suq”. Hu ddikjarat li l-KNA kienet f’diffikultà finanzjarja għall-inqas minn meta s-SAS iddeċidiet li tirtira s-sostenn tagħha fl-2005 u li, f’dak il-perjodu tal-“investimenti”, l-awtoritajiet Norveġiżi ma kellhomx bażi biex jistennew dħul raġonevoli tal-kapital investit. Rigward il-fatt li l-awtoritajiet kellhom sehem titolitarju fil-KNA, il-kwerelant jirreferi għal każistika tal-QEĠ u jiddikjara li, kontra dik il-każistika, l-“investimenti” ma kinux saru fl-astratt iżda fid-dawl ta’ konsiderazzjonijiet soċjali, reġjonali u settorjali. B’mod aktar speċifiku, il-kwerelant jiddikjara li Norsk Luftfartshøgskole għandha tiġi kkunsidrata bħala impriza fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE u li l-għotja ta’ NOK 1,9 miljun lil dik l-entità tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku li jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-fondazzjoni hi mingħajr skop ta’ qligħ, hu diffiċli li jiġi spjegat li l-investimenti huma konformi mal-prinċipju tal-investitur tas-suq. Il-kwerelant itenni l-punti li saru hawn fuq u jikkonkludi li Norsk Luftfartshøgskole ma ġietx inkarigata b’obbligu ta’ servizz pubbliku taħt l-Artikolu 59(2) taż-ŻEE, u li l-ammont mogħti ma jġorr l-ebda relazzjoni mal-ispiża ta’ kwalunkwe SIEĠ allegat.

Il-kwerelant jidentifika wkoll, mill-kummenti tal-awtoritajiet Norveġiżi dwar id-deċiżjoni biex jingħata bidu għall-investigazzjoni formali, żewġ elementi potenzjali ulterjuri ta’ għajnuna: In-NLH ħelset lill-KNA mill-obbligi tiegħu tas-self b’relazzjoni mad-dormitorju għall-istudenti għal perjodu ta’ żmien u naqqset il-livell ta’ ħlasijiet pendenti għall-kera tal-ħangar u tal-faċilitajiet ta’ amministrazzjoni. Il-kwerelant jikkunsidra li dawn l-azzjonijiet ma setgħux jitwettqu b’konformità mal-prinċipju tal-investitur tas-suq u li għalhekk huma jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat min-NLH lill-KNA.

Rigward ir-remissjoni tas-self (18), il-kwerelant jiddikjara li mhux biżżejjed li jintwera li investituri privati taw ukoll remissjoni u jsostni l-ilmenti tiegħu li r-remissjoni tas-self tammonta għal għajnuna mill-Istat li mhix b’konformità mal-prinċipju tal-investitur tas-suq. Partikolarment, il-kwerelant jinnota li l-Kontea ma ressqet l-ebda provi li jiddokumentaw pjan ta’ ristrutturar li għandu jwassal għal dħul xieraq fuq l-investiment.

Rigward il-garanzija tas-self, il-kwerelant jikkontesta d-dikjarazzjoni mill-awtoritajiet Norveġiżi li kumpaniji ewlenin ma għandhomx tendenza li jitlobu l-ħlas għal primjum ta’ garanzija fuq self lil sussidjarji u jirreferi għat-taqsimiet 3-8 u 3-9 tal-Att Norveġiż rigward kumpaniji b’responsabbiltà limitata biex isostni l-ilment tiegħu li l-oppost hu l-verità.

Fl-aħħar, rigward ir-rata ta’ mgħax ta’ 8,5 % mitluba li titħallas fuq is-self mill-Muniċipalità ta’ Målselv, il-kwerelant itenni l-konsiderazzjonijiet li jenfasizzaw il-prinċipju ta’ investitur tas-suq u jikkonkludi li, minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja tal-KNA, ir-rata ta’ mgħax ma tirreflettix ir-riskju marbut mas-self u għandu jiġi klassifikat bħala għotja/sussidju li investitur privat ma kienx jagħmel.

6.   Kummenti mill-awtoritajiet Norveġiżi dwar dawk is-sottomissjonijiet

L-awtoritajiet Norveġiżi wieġbu għall-kummenti mressqa minn Rørosfly u mill-kwerelant billi enfasizzaw, l-ewwel, li KNA ma għadhiex teżisti bħala entità legali u, it-tieni, li peress li n-NEAR ma tinkuraġġixxix b’mod attiv lill-istudenti biex jagħmlu t-taħriġ intier tagħhom fin-Noverġja, is-sostenn lill-KNA ġie kkunsidrat li hu l-aħjar mezz biex jikkontribwixxi għall-ambjent tat-tagħlim tal-avjazzjoni fin-Noverġja.

II.   VALUTAZZJONI

1.   L-ambitu tad-deċiżjoni attwali

Fil-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni biex jingħata bidu għall-investigazzjoni formali, l-awtoritajiet Norveġiżi jiddeskrivu r-relazzjoni bejn in-NLH u l-KNA u jsemmu li, fid-dawl tad-diffikultajiet finanzjarji li din tal-aħħar qed taffaċċja, in-NLH issospendiet tempornajament l-obbligi tal-kera b’relazzjoni mad-dormitorju li hi tat bħala kera lill-KNA u naqqset il-ħlasijiet dovuti bħala riżultat tal-kera ta’ ħangar u faċilitajiet amministrattivi.

Il-kwerelant jenfasizza din l-azzjoni bħala żewġ każi ulterjuri ta’ għajnuna lill-KNA filwaqt li l-awtoritajiet isostnu li azzjoni bħal din kienet normali fiċ-ċirkustanzi. Il-miżuri ma kinux parti mid-deċiżjoni biex jingħata bidu għall-investigazzjoni formali.

Barra minn hekk, fid-dawl tal-informazzjoni provduta mill-awtoritajiet Norveġiżi rigward ir-riċevitur tas-self mill-Muniċipalità ta’ Målselv, dik il-miżura ma għadhiex tikkorrispondi mad-deskrizzjoni fid-deċiżjoni biex jingħata bidu għall-investigazzjoni formali. L-awtoritajiet Norveġiżi kkonfermaw ukoll li s-self, kif ukoll il-finanzjament tal-proġett allokat lin-NLH mill-Kontea ta’ Troms ġew trasferiti lill-KNA “għal servizzi meħtieġa biex jitwettaq proġett ta’ żvilupp”. Għal darb’ oħra, dan it-trasferiment ta’ fondi ma kienx imsemmi fid-deċiżjoni biex jingħata bidu għall-investigazzjoni formali.

Rigward il-bidla fir-riċevitur tas-self mill-Muniċipalità ta’ Målselv, l-Awtorità tikkunsidra li l-miżura kkuntestata, il-fondi mill-Muniċipalità b’rata preferenzjali, tibqa’ identifikabbli ma’ dik deskritta fid-deċiżjoni biex jingħata bidu għall-investigazzjoni formali u li għalhekk se tivvaluta li l-miżura b’relazzjoni mal-benefiċjarju l-ġdid minflok il-KNA. Madankollu, rigward il-punti l-oħrajn li tqajmu, l-Awtorità ma teskludix li jistgħu jitqajmu dubji rigward il-konformità ta’ dawn il-miżuri varji mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. B’riżultat ta’ dan, ma setgħatx issir konklużjoni dwar dawn il-miżuri u mhux se jiġu kkunsidrati ulterjorment fid-deċiżjoni attwali. Għalhekk l-ambitu ta’ din id-deċiżjoni jestendi biss għall-miżuri deskritti fil-I-2.1(a) sa (e) ta’ hawn fuq.

2.   Il-preżenza tal-għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE

L-Artikolu 61(1) taż-ŻEE jinqara kif ġej:

“Mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet kuntrarji f’dan il-Ftehim, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi, safejn tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli ma’ dan il-Ftehim.”

Qabel ma tingħata ħarsa lejn dawn il-kriterji wieħed wara l-ieħor, għandu jsir punt peliminari rigward in-natura tal-attività li twettqet mill-KNA, jiġifieri l-provvista ta’ edukazzjoni lill-bdoti tal-linji tal-ajru.

Jidher li jeżisti suq kompetittiv għall-provvista ta’ servizzi bħal dawn, fejn l-ispiża ta’ dawn mhix żgħira. Il-fatt li s-servizz jippreżenta aspett edukattiv ma jbiddilx, fih innifsu, in-natura ekonomika tal-attività. Bil-kontra, il-każistika kwotata mill-Gvern Norveġiż tidher li qed issostni l-fehma li filwaqt li korsijiet provduti taħt is-sistema nazzjonali tal-edukazzjoni ma jikkostitwixxux servizzi fit-tifsira tal-Artikolu 50 KE (19), korsijiet li huma finanzjati essenzjalment minn fondi privati, partikolarment mill-istudenti jew mill-ġenituri tagħhom, jaqgħu fl-ambitu ta’ dak l-Artikolu (20). Barra minn hekk, dan ir-raġunament, li jirrigwarda l-kunċett ta’ “servizz” fit-tifsira tal-Artikoli 49 KE u 36 taż-ŻEE, jista’ jiddaħħal fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat u l-mistoqsija dwar jekk attività hix ekonomika jew le u b’hekk imwettqa minn impriża fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE (21). Għadu ma ġiex argumentat, u lanqas l-informazzjoni fil-fajl ma ssostni konklużjoni li l-kors tal-KNA mhux iffinanzjat essenzjalment minn fondi privati. Għalhekk l-Awtorità tikkonkludi li l-edukazzjoni lill-bdoti tal-linji tal-ajru provduta mill-KNA qabel ma falliet kienet attività ekonomika u li l-KNA hi impriża għall-iskopijiet tal-Artikolu 61 taż-ŻEE.

2.1.   Preżenza ta’ riżorsi mill-Istat

Il-miżura tal-għajnuna trid tingħata mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi mill-Istat.

Il-finanzjament ikkontestat jikkonsisti minn għotja diretta allokata fil-kuntest tal-Baġit Nazzjonali Rivedut, jew ta’ flus żbursati jew vantaġġi mogħtija mill-awtoritajiet lokali. Għalhekk hu ċar li l-finanzjament ikkontestat kollu ngħata mill-Istat jew permezz riżorsi mill-Istat.

2.2.   L-għoti ta’ vantaġġi lil ċerti impriżi jew lill-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti

L-ewwel, il-miżura tal-għajnuna għandha tagħti vantaġġi lir-riċevituri fis-sens li teħilshom minn obbligi li s-soltu jkollhom iwettqu mill-baġit tagħhom. Madankollu, trasferimenti ta’ riżorsi biss li jiffavorixxu impriżi jikklassifikaw biex jiġu valutati taħt l-Artikolu 61(1) taż-ŻEE. Għalhekk, qabel ma jiġu trattati l-miżuri speċifiċi li qed jiġu eżaminati, l-ewwel għandu jiġi kkunsidrat jekk ir-riċevituri tal-finanzjament humiex impriżi jew le fit-tifsira ta’ dik id-dispożizzjoni.

Kif ġie innotat hawn fuq, il-KNA hi b’mod ċar impriża u l-fatt li twettaq funzjoni edukattiva ma jbiddilx, fil-każ attwali, dik il-konklużjoni.

Madankollu, jidher li n-NLH ma twettaq l-ebda forma ta’ attività ekonomika li fir-rigward tagħha tirċievi finanzjament. Skont każistika stabbilita, hi l-attività li tikkonsisti fl-offerta ta’ oġġetti u servizzi f’suq speċifiku li tikkaratterizza kunċett ta’ attività ekonomika (22). L-Awtorità għadha ma ġiet ippreżentata bl-ebda informazzjoni li tindika li l-iffaċilitar tal-operat tal-edukazzjoni lill-bdoti tal-linji tal-ajru fit-Tramuntana tan-Norveġja tista tiġi definita f’dawk it-termini. Infatti, għal darb’ oħra b’konformità mal-każistika stabbilita, is-servizzi biss li normalment jipprovdu għal rimunerazzjoni huma kkunsidrati bħala servizzi fit-tifsira tal-Ftehim taż-ŻEE (23). Mhux biss in-NLH mhix imħallsa għal dak li tagħmel, iżda l-finanzjament li tiżborsa b’konformità mal-għan tagħha biex tiffaċilita l-operat tal-edukazzjoni lill-bdoti tal-linji tal-ajru fit-Tramuntana tan-Norveġja hu aktar viċin l-għanijiet soċjali identifikati mill-Qorti tal-EFTA fil-kawża Private Barnehagers, meta stqarret li l-Istat Norveġiż ma kienx qed ifittex biex jinvolvi ruħu f’attività bi qligħ iżda kien deq jissodisfa dmirijitu lejn il-popolazzjoni tiegħu fl-oqsma soċjali, kulturali u edukattivi (24). Fil-fatt, il-finanzjament mogħti lin-NLH mill-Kontea ta’ Troms jixbaħ aktar lil trasferiment intern ta’ riżorsi, u b’hekk jimmarka l-finanzjament għall-użu fil-promozzjoni tal-edukazzjoni lill-bdoti tal-linji tal-ajru fiż-żona ġeografika li l-Kontea hi responsabbli minnha, milli ħlas għas-servizzi li tat. Żborsar ulterjuri ta’ dawn il-fondi lil impriżi bħall-KNA, involuti f’attività ekonomika li tipprovdi edukazzjoni lill-bdoti tal-linji tal-ajru, tista’ fil-fatt tammonta għall-għajnuna mill-Istat iżda, kif innotat hawn fuq fil-II-1, jaqa’ barra l-ambitu ta’ din id-deċiżjoni. Rigward l-iżborsar inizjali lin-NLH, l-Awtorità tikkonkludi li, mill-inqas fil-perjodu ta’ meta sar l-iżborsar, in-NLH innifisha ma tistax tiġi kkunsidrata li tkun riċevitriċi tal-għajnuna u ż-żewġ miżuri b’relazzjoni ma dawk li n-NLH kienet il-benefiċjarja ma kellhiex bżonn li tiġi valutata aktar. B’hekk l-Awtorità se tikkunsidra biss l-eżistenza ta’ vantaġġ b’relazzjoni mal-miżuri li għalihom il-KNA kienet il-benefiċjarja, jiġifieri:

għotja diretta ta’ NOK 4,5 miljun mill-baġit tal-Istat;

self mill-Kontea ta’ Troms u r-remissjoni sussegwenti tagħha;

garanzija tas-self mogħtija mill-Kontea ta’ Troms mingħajr il-ħlas ta’ primjum.

Għotja diretta mmirata biex ittaffi l-ispejjeż tal-operat tissodisfa b’mod ċar din il-kondizzjoni.

Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, is-self mill-Kontea ta’ Troms ingħata taħt l-Iskema Reġjonali ta’ Self notifikata lil u awtorizzata mill-Awtorità fl-1999. Remissjoni ta’ self tnaqqas ukoll il-piż finanzjarju li kieku kellu jinġarr mir-riċevitur. Madankollu, l-ebda vantaġġ, fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE, jista’ jintqal li qed jingħata lill-benefiċjarju jekk prinċipji tas-suq normali jikkontrollaw dik l-azzjoni. Skont l-informazzjoni provduta mill-awtoritajiet Norveġiżi, lejn it-tmiem tal-2005, l-entitajiet segwenti kienu kredituri mhux garantiti għal perjodu twil tal-KNA: Sparebanken Finans Nord-Norge AS (NOK 2 877 000), Il-Kontea ta’ Troms (NOK 400 000), Indre Troms Samvirkelag BA (NOK 200 000) u Eriksen Eiendom (NOK 200 000). L-awtoritajiet Norveġiżi kkonfermaw li l-aħħar tnejn, li t-tnejn li huma għandhom jiġu kkunsidrati, bħala investituri privati, awtorizzaw remissjoni tas-self li huma taw lill-KNA, filwaqt li Sparebanken Finans Nord-Norge tat postponiment tal-ħlsijiet għat-tieni nofs tal-2006, iżda mhux l-eżenzjoni mill-ħlasijiet tal-imgħax. B’hekk, filwaqt li l-awtoritajiet pubbliċi għandhom ifittxu lid-debituri tagħhom bl-istess ħeġġa bħalma jagħmel kreditur privat, l-Awtorità tikkunsidra li peress li l-parteċipanti tas-suq privat taw ukoll remissjoni għas-self pendenti lill-KNA, l-istess azzjoni mill-Kontea ta’ Troms ma tammontax għal għajnuna mill-Istat.

It-Taqsima 2.1 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar garanziji mill-Istat tistipula li garanziji mill-Istat jikkostitwixxu benefiċċju lill-entità li ssellfet u tnaqqis mir-riżorsi mill-Istat meta ma jitħallas l-ebda primjum bi tpattija għall-garanzija. Għalhekk jidher li l-garanzija mogħtija lill-KNA mill-Kontea ta’ Troms tat vantaġġ lill-KNA, u b’hekk iffavorixxiet li dik l-impriża fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE.

It-tieni, il-miżura tal-għajnuna trid tkun selettiva peress li tiffavorixxi “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti”. Il-miżuri li qed jiġu eżaminati ġew diretti speċifikament lill-KNA u għalhekk huma b’mod ċar selettivi.

2.3.   Distorsjoni tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti

Biex il-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, dawn għandhom ifixklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti. Abbażi tal-fatt li l-KNA hi f’kompetizzjoni diretta ma’ istituzzjonijiet oħrajn fin-Noverġja u madwar l-Ewropa li joffru edukazzjoni lill-bdoti tal-linji tal-ajru skont ir-regoli komuni Ewropej (Liċenzja tal-Ekwipaġġ tal-Ajru tal-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni, jew JAA-FCL), jidher li l-finanzjament isaħħaħ il-pożizzjoni tar-riċevitur u b’hekk għandu l-potenzjal li jfixkel il-kompetizzjoni bejn dawn l-iskejjel varji u taffetwa l-kummerċ bejn l-Istati fejn ġew imwaqqfa.

2.4.   Konklużjoni

Abbażi tal-konsiderazzjonijiet li ġejjin, l-Awtorità tikkonkludi li l-miżuri li ġejjin ma jammontawx għal għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE:

finanzjament tal-proġett lin-NLH mill-Kontea ta’ Troms (I-2.1(b) hawn fuq);

l-għotja ta’ remissjoni ta’ self mill-Kontea ta’ Troms favur il-KNA (I-2.1(c) hawn fuq); kif ukoll

self lin-NLH mill-Muniċipalità ta’ Målselv (I-2.1(e) hawn fuq),

u li l-miżuri li ġejjin, mogħtija favur il-KNA, jammontaw għal għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE:

għotja diretta ta’ NOK 4,5 miljun mill-baġit tal-Istat (I-2.1(a) hawn fuq); kif ukoll

garanzija tas-self mogħtija mill-Kontea ta’ Troms mingħajr il-ħlas ta’ primjum (I-2.1(d) hawn fuq)

3.   Rekwiżiti proċedurali

Skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tiġi infurmata, fi żmien suffiċjenti sabiex tkun tista’ tissottometti l-kummenti tagħha, dwar kwalunkwe pjan ta’ għoti jew ta’ tibdil fl-għajnuna (…). L-Istat ikkonċernat ma jistax idaħħal fis-seħħ il-miżuri proposti minnu qabel ma dik il-proċedura tkun waslet għal deċiżjoni finali”.

L-awtoritajiet Norveġiżi ma nnotifikawx il-miżuri tal-għajnuna deskritta hawn fuq lill-Awtorità. Għalhekk l-Awtorità tikkonkludi li, rigward il-miżuri identifikati bħala għajnuna (jiġifieri l-għotja diretta u l-garanzija tas-self deskritta, rispettivament, fil-I-2.1(a) u (d) hawn fuq), l-awtoritajiet Norveġiżi ma rrispettawx l-obblgi tagħhom skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti. Għalhekk, is-sostenn mogħti jammonta għal “għajnuna illegali” fit-tifsira tal-Artikolu 1(f) tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

4.   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna

4.1.   Valutazzjoni taħt l-Artikolu 61 taż-ŻEE

L-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 61(2) taż-ŻEE ma jistgħu jiġu applikati fil-każ attwali.

Ir-reġjun inkwistjoni ma jaqax fl-ambitu tal-Artikolu 61(3)(a) taż-ŻEE u l-paragrafu (b) tal-Artikolu 61(3) taż-ŻEE ma japplikax fil-każ attwali.

Il-finanzjament ikkontestat ma jidhirx li qed jippromwovi għanijiet Komuntarji orizzontali fit-tifsira tal-Artikolu 61(3)(c) taż-ŻEE direttament, bħal riċerka u żvilupp, impjieg, l-ambjent eċċ. Fil-fatt, l-awtoritajiet Norveġiżi ma kwotawx din id-deroga. Għalhekk l-Awtorità tikkunsidra li l-finanzjament ikkontestat ma jistax jiġi kkunsidrat li hu kompatibbli mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE fit-tifsira ta’ dak il-paragrafu.

4.2.   Valutazzjoni taħt l-Artikolu 59(2) taż-ŻEE

Skont l-Artikolu 59(2) taż-ŻEE, “impriżi inkarigati biex joperaw servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali … għandhom ikunu suġġetti għar-regoli li jinsabu f’dan il-Ftehim, b’mod partikolari għar-regoli dwar il-kompetizzjoni, sakemm l-applikazzjoni ta’ tali regoli ma tkunx ta’ xkiel għall-prestazzjoni, fi dritt jew fil-fatt, tal-kompiti partikolari mogħtija lilhom, L-iżvilupp tal-kummerċ m’għandux ikun affettwat sa tali punt li jkun kuntrarju għall-interess tal-Partijiet Kontraenti”.

L-applikazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni ġiet żviluppata fil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar il-kumpens għal servizz pubbliku, li l-paragrafu 25 tagħhom jistipula li l-Linji Gwida se jiġu applikati għall-valutazzjoni ta’ għajnuna mhux notifikata li nghatat wara l-adozzjoni ta’ dawk il-Linji Gwida. Fil-każi kollha l-oħrajn, se jiġu applikati d-dispożizzjonijiet fis-seħħ f’dak il-perjodu li ngħatat l-għajnuna. Iż-żewġ miżuri li qed jiġu eżaminati ġew qabel l-adozzjoni tal-Linji Gwida (l-20 ta’ Diċembru 2005).

Ma kienu jeżistu l-ebda regoli dwar il-kumpens għal servizz pubbliku qabel l-introduzzjoni ta’ dak li kien, matul dak il-perjodu, il-Kapitolu 18C tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat (illum hu sempliċement msemmi l-Kapitolu dwar il-kumpens għas-servizz pubbliku). Madankollu, l-Awtorità xorta ssib li hu xieraq li tibbaża l-valutazzjoni ta’ miżuri preċedenti fuq il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali fl-Ewropa (25) moqrija flimkien mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja mogħtija qabel l-għotja tal-għajnuna.

Madankollu, l-Awtorità ssib li l-kontenut tal-Kapitolu 18C tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat ma bidlux fondamentalment il-bażi għall-valutazzjoni, iżda kjarifikaw sempliċement dak li hu meħtieġ biex jiġu sodisfatti l-kriterji varji li hemm fl-Artikolu 59(2) taż-ŻEE.

Għalhekk il-kompatibbiltà taż-żewġ miżuri li qed jiġu eżaminati se jiġu valutati abbażi tal-prinċipji (kumulattivi) li ġejjin, waqt li jiġi kkunsidrat meta ġew adottati il-miżuri u b’kunsiderazzjoni xierqa tal-fatt li l-Artikolu 59(2) taż-ŻEE jikkostitwixxi deroga u għalhekk għandu jiġi interpretat ristrettivament:

is-servizz inkwistjoni jrid ikun “servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali” u jrid jiġi definit hekk;

l-impriża inkwistjoni trid tiġi inkarigata uffiċjalment bil-provvista ta’ dak is-servizz;

l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni se jostakolaw ir-rendiment tax-xogħlijiet partikolari mogħtija lill-impriża inkwistjoni; kif ukoll

l-iżvilupp tal-kummerċ ma għandux jiġi affetwat sakemm huma kontra l-interessi tal-Partijiet Kontraenti.

Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali

L-Istati tal-EFTA għandhom diskrezzjoni vasta biex jiddeterminaw il-livell ta’ servizzi fl-interess ekonomiku ġenerali u jistgħu, fejn hu meħtieġ, jimponu obbligi tas-servizz pubbliku biex jassiguraw dak il-livell. Id-definizzjoni minn Stat ta’ dak li hu kkunsidrat bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali hu soġġett biss għal żball evidenti. Madankollu, fil-każi kollha, biex id-deroga tal-Artikolu 59(2) taż-ŻEE tkun tapplika, il-missjoni ta’ servizz pubbliku għandha tkun definita b’mod ċar.

Rigward dan, mill-każistika jirriżulta li l-kunċett ta’ “servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali” jkopri servizzi li juru karatteristiki speċjali meta mqabbel mal-interess ekonomiku tal-attività ekonomika inġenerali (26). Karatteristika speċjali bħal din tista’ tkun il-fatt li l-awtoritajiet pubbliċi jikkunsidraw li s-servizz jeħtieġ li jiġi provdut anke fejn is-suq ma jkollux biżżejjed inċentiv biex jagħmel dan (27). B’hekk, fejn ċerti servizzi huma kkunsidrati li huma fl-interess ġenerali u l-forzi tas-suq ma jirriżultawx fi provvista sodisfaċenti ta’ servizzi bħal dawn, l-Istat kkonċernat jista’ jistipula l-obbligi ta’ servizz pubbliku speċifiku biex jiġi assigurat il-livell tas-servizz provdut.

Rigward l-għotja diretta ta’ NOK 4,5 miljun, l-Awtorità tinnota li l-entra relevanti fil-baġit tal-Istat għall-2005 jalloka finanzjament għal “edukazzjoni lill-bdoti tal-linji tal-ajru li jinsabu fi Tromsø/Bardufoss”. L-Awtorità hi tal-fehma li dan ma jistax jammonta għal definizzjoni ċara ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku. Barra minn hekk, anke jekk, jekk jiġi argumentat li l-karatteristika speċjali hi l-fatt li l-kors kollu jsir fin-Noverġja u li dan hu l-element ta’ “interess ġenerali” tas-servizz, l-Awtorità tinnota li xejn fil-baġit jew f’dokumenti oħrajn sottomessi lill-Awtorità ma jagħmel l-għotja suġġetta għal karatteristika bħal din.

Għalhekk, l-Awtorità hi tal-opinjoni li fil-każ attwali d-definizzjoni ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali jammonta għal żball evidenti. B’hekk il-kondizzjoni biex japplika l-Artikolu 59(2) taż-ŻEE (jiġifieri li impriża twettaq servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali) mhux sodisfatt fil-każ inkwistjoni.

Fl-aħħar, rigward il-miżura identifikata fil-I-2.1(d) hawn fuq, l-Awtorità hi tal-fehma li garanzija għal ċertu ammont ta’ dejn, definit b’mod ġenerali, ma tistax tammonta għal assigurazzjoni tat-twettiq ta’ xogħol partikolari ta’ interess ekonomiku ġenerali u li għalhekk din il-miżura ma taqax biex tiġi valutata taħt l-Artikolu 59(2) taż-ŻEE.

L-inkarigu

Anke jekk wieħed jassumi li s-servizz inkwistjoni ġie definit kif inhu xieraq, biex l-eċċezzjoni fl-Artikolu 59(2) taż-ŻEE tapplika, għandha tiġi inkarigata missjoni ta’ servizz pubbliku permezz ta’ att ta’ awtorità pubblika. L-Awtorità tinnota li ż-żewġ miżuri li qed jiġu eżaminati se jidhru li se jagħtu vantaġġ finanzjarju lill-KNA mingħajr ma jinkarigawhom b’xi missjoni ta’ servizz pubbliku bi tpattija għall-finanzjament. B’referenza għall-argument tal-awtoritajiet Norveġiżi abbażi tal-prattika tal-Kummissjoni, l-Awtorità hi tal-opinjoni li ma jistax jirriżulta mid-deċiżjonijiet ta’ dak il-korp li sempliċement il-fatt li wieħed jirċievi finanzjament mill-Istat jammonta għal inkarigu, meta l-ebda deskrizzjoni tal-missjoni ta’ servizz pubbliku jew tal-kondizzjonijiet li taħthom għandu jiġi assigurat m’hu mogħti (28). Rigward dan, l-Awtorità tirreferi għal darb’ oħra għall-fatt li, jekk l-karatteristiki speċjali tat-taħriġ provdut lill-KNA hu l-fatt li l-kors kollu jsir fin-Noverġja u li dan hu element ta’ “interess ġenerali” tas-servizz, xejn fil-baġit jew f’dokument oħrajn imressqa lill-Awtorità ma jagħmlu l-għotja suġġetta għal karatteristika bħal din.

B’hekk, anke kieku kien ċar li l-awtoritajiet Norveġiżi kellhom missjoni ta’ servizz pubbliku speċifika f’moħħhom meta ddeċidew li jagħtu finanzjament lis-settur għall-edukazzjoni lill-bdoti tal-linji tal-ajru, l-Awtorità ma tista’ tara l-ebda prova ta’ dik il-missjoni li ġiet speċifikament inkarigata biha l-KNA. Bħala riżultat, l-Artikolu 59(2) taż-ŻEE ma jistax jiġi applikat għas-sitwazzjoni inkwistjoni.

Proporzjonalità

L-aħħar żewġ elementi tal-Artikolu 59(2) taż-ŻEE jammontaw, flimkien, għal valutazzjoni ta’ proporzjonalità. Meta jiġi kkunsidrat jekk il-miżuri adottati ma jeċċedux jew le dak li hu meħtieġ biex jiġi assigurat twettiq effettiv tal-missjoni ta’ servizz pubbliku, l-Awtorità tinnota li, l-ewwel, li l-ħtieġa tal-finanzjament hi dubjuża fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kondizzjoni marbuta miegħu, u, it-tieni, jidher li ma ttieħdet l-ebda evalwazzjoni oġġettiva dwar l-ammont meħtieġ bħala finanzjament. Għalhekk l-Awtorità tikkonkludi li, anke jekk kriterji oħrajn kienu ġew sodisfatti, dan l-element tal-Artikolu 59(2) taż-ŻEE ma giex sodisfatt fil-każ attwali.

4.3.   Konklużjoni

L-Awtorità tikkonkludi li la l-għotja diretta (I-2.1(a) hawn fuq) u lanqas il-garanzija tas-self (I-2.1(d) hawn fuq) ma jissodisfaw il-kondizzjonijiet biex jiġi applikat l-Artikolu 59(2) taż-ŻEE u għalhekk iż-żewġ miżuri huma inkompatibbli mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE.

5.   Konklużjoni

L-Awtorità ssib li l-miżuri li ġejjin ma jammontawx għal għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE:

finanzjament tal-proġett mill-Kontea ta’ Troms (I-2.1(b) hawn fuq);

remissjoni ta’ self mill-Kontea ta’ Troms (I-2.1(c) hawn fuq); kif ukoll

self mill-Muniċipalità ta’ Målselv (I-2.1(e) hawn fuq),

Madankollu, l-Awtorità tikkonkludi li l-awtoritajiet Norveġiżi implimentaw illegalment il-miżuri ta’ għajnuna li ġejjin:

għotja diretta ta’ NOK 4,5 miljun mill-baġit tal-Istat (I-2.1(a) hawn fuq); kif ukoll

garanzija tas-self mogħtija mill-Kontea ta’ Troms mingħajr il-ħlas ta’ primjum (I-2.1(d) hawn fuq)

fil-ksur tal-Artikolu 1(3) tal-Parti 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

L-miżuri ta’ għajnuna deskritti ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet biex jiġi applikat l-Artikolu 59(2) taż-ŻEE u għalhekk m’humiex kompatibbli mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE.

Skont l-Artikolu 14, tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha tiddeċiedi li għajnuna illegali li mhix kompatibbli mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat taħt il-Ftehim taż-ŻEE għandha tinġabar lura mill-benefiċjarji.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-finanzjament tal-proġett mogħti lin-NLH mill-Kontea ta’ Troms u is-self lil dik l-entità mill-Muniċipalità ta’ Målselv, flimkien mar-remissjoni mill-Kontea ta’ Troms ta’ self mogħti minnha lill-KNA ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE.

Artikolu 2

L-għotja diretta ta’ NOK 4,5 miljun mill-baġit tal-Istat u l-garanzija tas-self mogħtija mill-Kontea ta’ Troms jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat favur il-KNA li mhix kompatibbli mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE.

Artikolu 3

L-awtoritajiet Norveġiżi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jirkupraw l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2 u li ngħatat illegalment lill-KNA.

Artikolu 4

L-irkupru għandu jseħħ mingħajr dewmien u skont il-proċeduri tal-liġi nazzjonali, safejn jippermettu l-eżekuzzjoni minnufih u effettiva tad-deċiżjoni. L-għajnuna li għandha tiġi rkuprata għandha tinkludi l-imgħax u l-imgħax kompost mid-data li fiha ingħatat lill-KNA, sad-data tal-irkupru effettiv tagħha. L-imgħax għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-Artikolu 9 fid-deċiżjoni Nru 195/04/COL.

Artikolu 5

L-awtoritajiet Norveġiżi għandhom jinfurmaw lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, dwar il-miżuri li jittieħdu biex ikunu konfomi magħha.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.

Artikolu 7

Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika.

Magħmula fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2009.

Għall-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA

Per SANDERUD

President

Kristján A. STEFÁNSSON

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Minn issa ’l quddiem l-Awtorità.

(2)  Minn issa ’l quddiem il-Ftehim taż-ŻEE.

(3)  Minn issa ’l quddiem il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

(4)  Il-Linji Gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, adottati u maħruġa mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fid-19 ta’ Jannar 1994, ippubblikati f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (minn issa ’l quddiem ĠU) L 231, 3.9.1994 p. 1 u s-Supplimenti taż-ŻEE Nru 32, 3.9.1994. Il-Linji Gwida ġew emendati l-aħħar fil-25 ta’ April 2007. Minn issa ’l quddiem il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat.

(5)  ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37 u s-Suppliment taż-EE 26, 25.5.2006, p. 1.

(6)  Minn issa ‘l quddiem id-Deċiżjoni biex jingħata bidu għall-investigazzjoni formali.

(7)  ĠU C 77, 5.4.2007, p. 35 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 17, 5.4.2007, p. 16.

(8)  Għal aktar informazzjoni dettaljata dwar il-korrispondenza bejn l-awtoritajiet Norveġiżi u l-Awtorità, issir referenza għad-Deċiżjoni biex jingħata bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

(9)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 7.

(10)  L-awtoritajiet Norveġiżi jidhru li qed jirreferu għall-proċedimenti ta’ stralċ li ngħataw bidu mill-bord tal-KNA bħala sostenn ta’din il-proposta.

(11)  Il-fatt li l-KNA attwalment hi soġġetta għal proċedimenti ta’ falliment qed jintuża għas-sostenn ta’ din id-dikjarazzjoni.

(12)  Il-Kawża 202/88 il-Kummissjoni v Franza (Tagħmir tat-Telekomunikazzjonijiet tat-Terminals) [1991] Ġabra I-1223, paragrafu 12.

(13)  L-awtoritajiet Norveġiżi jikkwotaw il-Kawża C-159/94 il-Kummissjoni v Franza [1997] Ġabra I-5815, paragrafi 112 u 113, b’sostenn għal din id-dikjarazzjoni.

(14)  Il-Kontea ta’ Troms ressqet provi li żewġ kumpaniji oħrajn, li huma proprjetà privata b’self pendenti ta’ NOK 200 000, it-tnejn li huma taw remissjoni tad-dejn lill-KNA bħala parti minn eċerċizzju ta’ ristrutturar.

(15)  Il-kwerelant jinnota li studenti fin-NEAR jiġu offruti l-possibbiltà li jwettqu t-taħriġ kollu tagħhom fin-Norveġja iżda ħafna jagħżlu li jieħdu l-opportunitajiet offruti minn barra l-pajjiż. Id-differenza hi li l-KNA ma toffrix dawn l-apprentistati barra l-pajjiż u l-istudenti kollha jwettqu t-taħriġ fin-Norveġja biss.

(16)  Il-kwerelant jirreferi, rigward dan, għall-Kawżi C-41/90 Höfner [1991] Ġabra I-1979 u C-244/94 Fédération Française des Sociétés d’Assurance [1995] Ġabra I-4013. Min-naħa l-oħra, il-funzjoni purament soċjali tal-entità fil-Kawża C-159/91 Poucet et Pistre [1993] Ġabra I-637 tintuża bħala eżempju ta’ klassifikazzjoni bħala xi ħaġa oħra barra impriża.

(17)  Abbażi ta’ spiża stmata ta’ NOK 937 500 għall-edukazzjoni ta’ kull student fil-KNA, il-kwerelant jiddikjara li l-KNA qed tingħata kumpens żejjed, peress li l-ispiża tal-edukazzjoni fin-NEAR u esklussivament fin-Norveġja hi ta’ NOK 512 000.

(18)  Il-kwerelant jinnota li l-Kontea ma kkummentatx dwar l-għotja inizjali tas-self, u lanqas fuq il-posponiment tal-ħlas lura fl-2003. Hu jsostni l-ilment tiegħu li dawn l-elementi jammontaw ukoll għal għajnuna mill-Istat.

(19)  L-Artikolu 37 taż-ŻEE hu mfassal f’termini identiċi.

(20)  Ara l-Kawża C-109/92 Wirth [1993] Ġabra I-6447, paragrafi 14-17. Il-Qorti tal-EFTA dan l-aħħar ikkonfermat din il-fehma fil-Kawża E-5/07 Private Barnehagers Landsforbund, sentenza tal-21 ta’ Frar 2008 li għadha mhix irrapportata, fil-paragrafi 80 et seq.

(21)  Il-Kawża E-5/07 Private Barnehagers Landsforbund, kwotata hawn fuq, fil-paragrafu 80.

(22)  Il-Kawża C-205/03 P FENIN [2006] Ġabra I-6295, paragrafu 25.

(23)  Il-Kawża E-5/07 Private Barnehagers Landsforbund, kwotata hawn fuq, fil-paragrafu 81.

(24)  Il-Kawża E-5/07 Private Barnehagers Landsforbund, kwotata hawn fuq, fil-paragrafu 83.

(25)  ĠU C 17, 19.1.2001, p. 4.

(26)  Ara, pereżempju, il-Kawża C-179/90 Merci convenzionali porto di Genova [1991] Ġabra I-5889, paragrafu 28.

(27)  Ara, pereżempju, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali fl-Ewropa, kif kwotat hawn fuq fin-nota 25 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafu 14.

(28)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/225/KE tat-2 ta’ Marzu 2005 dwar l-iskema ta’ għajnuna implimentata mill-Italja mir-riforma tal-istituzzjonijiet tat-taħriġ (ĠU L 81, 18.3.2006, p. 25) tagħraf b’mod esspressiv li l-istituzzjonijiet inkwistjoni “assiguraw taħriġ istituzzjonali u taħriġ soċjali mmirat għall-vokazzjoni … imwassal fil-qafas tas-sistema pubblika ta’ edukazzjoni” (paragrafu 48) u li għalhekk huma kienu “inkarigati b’missjoni ta’ servizz publiku, fi ħdan il-qafas tar-regoli nazzjonali u reġjonali relevanti, permezz ta’ atti vinkolanti” (paragrafu 57).