ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.062.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 62

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
9 ta' Marzu 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 228/2011 tas-7 ta’ Marzu 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metodu tal-ittestjar tal-qabda fuq l-imxarrab għat-tajers C1 ( 1 )

1

 

 

Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 229/2011 tat-8 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

17

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/32/UE tat-8 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tiġi inkluża l-isossaben bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE ( 1 )

19

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/33/UE tat-8 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-1-dekanol bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/941/KE ( 1 )

23

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/34/UE tat-8 ta' Marzu 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex ikun inkluż il-fluworokloridon bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE ( 1 )

27

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/150/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2011 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008

31

 

 

2011/151/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/457/KE li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Integrazzoni ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi għall-perjodu 2007 sa 2013 bħala parti mill-programm Ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri, ir-regoli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja u l-eliġibilità ta’ nefqiet fuq proġetti kofinanzjati mill-Fond (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1289)

32

 

 

2011/152/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/22/KE li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-programm Ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni rigward is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri, ir-regoli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja u l-eliġibbiltà tan-nefqa fuq il-proġetti kofinanzjati mill-Fond (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1290)

46

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

9.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 228/2011

tas-7 ta’ Marzu 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metodu tal-ittestjar tal-qabda fuq l-imxarrab għat-tajers C1

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 11(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Anness I, parti B tar-Regolament (KE) Nru 1222/2009, l-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers C1 għandu jiġi ddeterminat kif speċifikat fir-Regolament UNECE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu. Madankollu, rappreżentati tal-industrija żviluppaw metodu rivedut tal-ittestjar tal-qabda fuq l-imxarrab abbażi tal-Anness 5 tar-Regolament UNECE Nru 117 li jtejjeb b’mod sinifikanti l-preċiżjoni tar-riżultati tal-ittestjar.

(2)

Il-preċiżjoni tar-riżultati tal-ittestjar hija fattur ewlieni għad-determinazzjoni tal-klassijiet tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers. Tiżgura tqabbil ġust bejn it-tajers minn fornituri differenti. Barra minn hekk, l-ittestjar preċiż iżomm milli tajer jiġi kklassifikat f’aktar minn klassi waħda u jnaqqas ir-riskji li r-riżultati differenti tal-ittestjar jinkisbu minn awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq bi tqabbil mar-riżultati tal-ittestjar iddikjarati mill-fornituri sempliċement minħabba l-inċertezza tal-metodu tal-ittestjar.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ jiġi aġġornat il-metodu tal-ittestjar tal-qabda fuq l-imxarrab sabiex titjieb il-preċiżjoni tar-riżultati tal-ittestjar tat-tajers.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 għandu għaldaqstant jiġi emendat b’dan il-mod.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1222/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1222/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, parti B, l-ewwel sentenza tinbidel b’li ġej:

‘Il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers C1 għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) skont l-iskala ‘A’ sa ‘G’ speċifikata fit-tabella aktar ’l isfel u mkejla skont l-Anness V.’

(2)

It-test stipulat fl-anness għal dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness V.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46.


ANNESS

ANNESS V

Metodu tal-ittestjar għall-kejl tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) tat-tajers C1

1.   STANDARDS OBBLIGATORJI

Japplikaw id-dokumenti elenkati li ġejjin.

(1)

ASTM E 303-93 (Approvat mill-ġdid 2008), Metodu Standard tat-Test għal Kejl tal-Proprjetajiet Frizzjonali tas-Superfiċi bl-Użu tat-Tester tal-Pendlu Brittanniku (British Pendulum Tester);

(2)

ASTM E 501-08, Speċifikazzjoni Standard għal Tajer Standard bir-Raded għal Testijiet tar-Reżistenza għaż-Żliq fuq Ċangar tat-Triq;

(3)

ASTM E 965-96 (Approvat mill-ġdid 2006), Metodu Standard tat-Test għall-Kejl tal-Fond tal-Makrotessut taċ-Ċangar bl-Użu ta’ Teknika Volumetrika;

(4)

ASTM E 1136-93 (Approvata mill-ġdid 2003), Speċifikazzjoni Standard għal Tajer Radjali Standard ta’ Referenza għat-Test (SRTT14″);

(5)

ASTM E 2493-08, Speċifikazzjoni Standard għal Tajer Radjali Standard ta’ Referenza għat-Test (SRTT16″).

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet tal-ittestjar tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers C1, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‘ġirja ta’ prova’ tfisser li tajer mgħobbi jgħaddi darba fuq korsa partikolari għal-ittestjar;

(2)

‘tajer(s) tal-prova’ tfisser tajer kandidat, tajer ta’ referenza jew tajer ta’ kontroll jew sett ta’ tajers użat f’ġirja ta’ prova;

(3)

‘tajer(s) kandidat(i) (T)’ tfisser tajer jew sett ta’ tajers li huwa ttestjat sabiex jiġi kkalkulat l-indiċi tagħhom tal-qabda fuq l-imxarrab;

(4)

‘tajer(s) ta’ referenza (R)’ tfisser tajer jew sett ta’ tajers li għandhom il-karatteristiċi indikati fl-ASTM F 2493-08 u msejjaħ Tajer Standard ta’ Referenza għat-Test 16-il pulzier (SRTT16″);

(5)

‘tajer(s) ta’ kontroll (C)’ tfisser tajer intermedju jew sett ta’ tajers intermedji li jintużaw meta t-tajer kandidat u t-tajer ta’ referenza ma jistgħux jitqabblu direttament fuq l-istess vettura;

(6)

‘il-forza tal-ibbrejkjar ta’ tajer’ tfisser il-forza lonġitudinali, espressa fi newton, li tkun ġejja mill-applikazzjoni tat-torque tal-ibbrejkjar tal-applikazzjoni;

(7)

‘il-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar ta’ tajer (BFC)’ tfisser il-proporzjon tal-forza tal-ibbrejkjar għat-tagħbija vertikali;

(8)

‘koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar massima ta’ tajer’ tfisser il-valur massimu tal-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar ta’ tajer li jseħħ qabel ma tissakkar ir-rota hekk kif jiżdied progressivament it-torque tal-ibbrejkjar;

(9)

‘sokor tar-rota’ tfisser il-kundizzjoni ta’ rota li fiha l-veloċità tat-tidwir fuq l-assi tagħha huwa żero u tinżamm milli ddur fil-preżenza ta’ torque applikat tar-rota;

(10)

‘tagħbija vertikali’ tfisser it-tagħbija espressa f’newtons imposta fuq it-tajer perpendikolarment għal wiċċ it-triq;

(11)

‘vettura għat-testijiet tat-tajers’ tfisser vettura apposta għal għanijiet speċjali li jkollha strumenti għall-kejl tal-forzi vertikali u lonġitudinali fuq tajer wieħed tat-test waqt l-ibbrejkjar.

3.   KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI TAT-TEST

3.1   Karatteristiċi tal-korsa

Il-korsa għat-test għandu jkollha l-karatteristiċi li ġejjin:

(1)

Il-wiċċ għandu jkollu ċangar dens tal-asfalt b’pendil ta’ mhux aktar minn 2 % u m’għandux jiddevja aktar minn 6 mm meta ttestjat b’xifer dritt ta’ 3 m.

(2)

Il-wiċċ għandu jkollu ċangar ta’ età, għamla, u therrir uniformi. Il-wiċċ tat-test għandu jkun ħieles minn materjal li jinqala’ u depożiti ta’ materjal barrani.

(3)

Id-daqs massimu taż-żrar għall kisi għandu jkun ta’ 10mm (tolleranzi permess bejn 8 mm u 13 mm).

(4)

Il-profondità tat-tessut kif mkejla bil-metodu tal-fond tar-ramel għandu jkun ta’ 0,7 ± 0,3 mm. Għandu jitkejjel skont l-ASTM E 965-96 (approvat mill-ġdid fl-2006)

(5)

Il-proprjetajiet frizzjonali mxarrba tal-wiċċ għandhom jitkejlu bil-metodu (a) jew (b) fit-taqsima 3.2.

3.2   Metodi għall-kejl tal-proprjetajiet frizzjonali mxarrba tal-wiċċ

(a)   Metodu tan-Numru tal-Pendlu Brittanniku British Pendulum Number (BPN)

Il-metodu tan-Numru tal-Pendlu Brittanniku għandu jkun kif definit fl-ASTM E 303-93 (Approvat mill-ġdid fl-2008)

Il-formulazzjoni u l-proprjetajiet fiżiċi tal-komponent tal-gomma tal-kuxxinett għandhom ikunu kif speċifikati fl-ASTM E 501-08.

Il-valur medju tan-Numru tal-Pendlu Brittanniku (BPN) għandu jkun bejn 42 u 60 BPN wara l-korrezzjoni tat-temperatura kif ġej.

Il-BPN għandu jiġi kkoreġġut mit-temperatura tal-wiċċ imxarrab tat-triq. Sakemm ma jkunx hemm rakkomandazzjonijiet dwar il-korrezzjoni tat-temperatura indikati mill-produttur tal-pendlu Brittanniku, tintuża l-formula li ġejja:

BPN = BPN (valur imkejjel) + korrezzjoni tat-temperatura

korrezzjoni tat-temperatura = – 0,0018 t 2 + 0,34 t – 6,1

fejn t hija t-temperatura ta’ wiċċ it-triq imxarrab tat-triq fi gradi Celsius.

Effetti tat-therrir tal-kuxxinett tal-islajder: Il-kuxxinett għandu jitneħħa minħabba t-therrir massimu meta t-therrir fuq il-parti li tagħmel kuntatt jilħaq 3.2 mm fuq il-pjan tal-islajder jew 1.6 mm vertikali għalih skont it-taqsima 5.2.2 u l-Grafika 3 tal-ASTM E 303-93 (Approvat mill-ġdid 2008).

Sabiex tiġi ċċekkjata l-konsistenza BPN tal-wiċċ tal-korsa għall-kejl tal-qabda fuq l-imxarrab ta’ karozza strumentata tal-passiġġieri: il-valuri BPN tal-korsa tal-ittestjar m’għandhomx ivarjaw tul id-distanza kollha tal-waqfien sabiex titnaqqas id-dispersjoni tar-riżultati tat-test. Il-proprjetajiet frizzjonali mxarrba tal-wiċċ għandhom jitkejlu ħames darbiet ma’ kull punt tal-kejl BPN kull 10 metri u l-koeffiċjent tal-varjazzjoni tal-BPN medju m’għandux jaqbeż l-10%.

(b)   Metodu ASTM E 1136 Tajer Standard ta’ Referenza għat-Test (SRTT14″)

B’deroga mill-punt (4) tat-taqsima 2, dan il-metodu juża t-tajer ta’ referenza li għandu l-karatteristiċi indikati fl- ASTM E 1136-93 (Approvat mill-ġdid 2003) u msemmi SRTT14″ (1).

Il-valur medju tal-koeffiċjent massimu tal-forza tal-ibbrejkjar (μpeak,ave ) tal-SRTT14″ għandu jkun ta’ 0,7 ± 0,1 b’65 km/h.

Il-valur medju tal-koeffiċjent massimu tal-forza tal-ibbrejkjar (μpeak,ave ) tal-SRTT14″ għandu jiġi kkoreġġut mit-temperatura tal-wiċċ imxarrab tat-triq kif ġej:

 

koeffiċjent massimu tal-forza tal-ibbrejkjar (μpeak,ave ) = koeffiċjent massimu tal-forza tal-ibbrejkjar (imkejjel) + korrezzjoni tat-temperatura

 

korrezzjoni tat-temperatura = 0,0035 × (t – 20)

fejn t hija t-temperatura tal-wiċċ imxarrab tat-triq fi gradi Celsius.

3.3   Kundizzjonijiet atmosferiċi

Il-kundizzjonijiet tar-riħ m’għandhomx jaffettwaw it-tixrib tal-wiċċ (huwa permess ilqugħ għar-riħ).

Sew it-temperatura tal-wiċċ imxarrba u t-temperatura ambjentali għandhom ikunu bejn 2°C u 20°C għat-tajers tal-borra u 5°C and 35°C għat-tajers normali.

It-temperatura tal-wiċċ imxarrab m’għandhiex tvarja waqt it-test b’iktar minn 10°C.

It-temperatura ambjentali trid tibqa’ qrib it-temperatura tal-wiċċ imxarrab; id-differenza bejn it-temperaturi ambjentali u tal-wiċċ imxarrab m’għandhiex tkun inqas minn 10°C.

4.   METODI TAL-ITTESTJAR TAL-QABDA FUQ L-IMXARRAB

Għall-kalkolu tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) ta’ tajer kandidat, il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar bil-qabda fuq l-imxarrab ta’ tajer kandidat jitqabbel mal-prestazzjoni tal-ibbrejkjar bil-qabda fuq l-imxarrab ta’ tajer ta’ referenza għaddej dritt fuq wiċċ ippavimentat imxarrab. Jitkejjel b’wieħed minn dawn il-metodi:

metodu tal-vettura li jikkonsisti minn sett ta’ tajers armati fuq karozza tal-passiġġieri strumentata

metodu tal-ittestjar b’karru rmunkat minn vettura jew vettura għat-testijiet tat-tajers, mgħammra bit-tajer(s) tat-test.

4.1   Metodu tal-ittestjar b’karozza tal-passiġġieri strumentata

4.1.1   Il-prinċipju

Il-metodu tal-ittestjar ikopri proċedura għall-kejl tal-prestazzjoni tad-deċelerazzjoni ta’ tajers C1 waqt l-ibbrejkjar, bl-użu ta’ karozza tal-passiġġieri strumentata mgħammra b’Antilock Braking System (ABS), fejn ‘karozza tal-passiġġieri strumentata’ tfisser karozza tal-passiġġieri armata bit-tagħmir tal-kejl imniżżel fit-taqsima 4.1.2.2 għall-għanijiet ta’ dan il-metodu ta’ ttestjar. Minn veloċità inizjali definita, il-brejkijiet jingħafsu biżżejjed fuq erba’ roti fl-istess ħin biex jiġi attivat l-ABS. Id-deċelerazzjoni medja tiġi kkalkulata bejn żewġ veloċitajiet predefiniti.

4.1.2   Tagħmir

4.1.2.1   Vettura

Modifiki permessi fuq il-karozza tal-passiġġieri huma kif ġej:

dawk li jippermettu li jiżdied l-għadd ta’ daqsijiet tat-tajers li jistgħu jiġu armati;

dawk li jippermettu l-attivazzjoni awtomatika tal-mezz tal-apparat tal-ibbrejkjar li għandu jiġi installat.

Mhi permessa l-ebda modifika oħra tas-sistema tal-ibbrejkjar.

4.1.2.2   It-tagħmir għall-kejl

Il-vettura għandha tiġi armata b’sensur xieraq għall-kejl tal-veloċità fuq wiċċ imxarrab u distanza koperta bejn żewġ veloċitajiet.

Sabiex titkejjel il-veloċità tal-vettura, għandha tintuża l-ħames rota jew sistema mingħajr kuntatt għal-kejl tal-veloċità.

4.1.3   L-ikkundizzjonar tal-korsa tal-prova u l-kundizzjoni tat-tixrib

Il-wiċċ tal-korsa tal-prova jrid jixxarrab mill-inqas nofs siegħa qabel l-ittestjar sabiex jiġu ekwalizzati t-temperatura tal-wiċċ u t-temperatura tal-ilma. It-tixrib estern għandu jiġi pprovdut kontinwament waqt l-ittestjar. Għaż-żona kollha tal-ittestjar, il-fond tal-ilma għandu jkun ta’ 1.0 ± 0.5 mm, imkejjel mix-xifer ta’ fuq tal-bankina.

Il-korsa tal-prova għandha mbagħad tiġi kkundizzjonata billi jsiru mill-inqas għaxar ġirjiet ta’ prova b’tajers mhux involuti fil-programm tat-testijiet b’90km/h.

4.1.4   Tajers u rimmijiet

4.1.4.1   Tħejjija u running-in tat-tajer

It-tajers tat-test għandhom jiġu ttrimmjati biex jitneħħa l-imbuzzar kollu fuq wiċċ it-tajer li jkun ikkawżat minn arja maqbuda waqt il-pressa tal-forma jew kumenti mal-ġonġituri tal-forma.

It-tajers tat-test għandhom jiġu mmuntati fuq ir-rimm tat-test iddikjarat mill-manifattur tat-tajer.

Permezz ta’ lubrikant xieraq, tinkiseb pożizzjoni kif suppost fejn ix-xifer ta’ ġewwa tat-tajer jaqbad max-xifer tar-rota. Għandu jiġi evitat l-użu eċċessiv tal-lubrikant sabiex it-tajer ma jkunx jista’ jiżloq minn fuq ir-rimm tar-rota.

It-tajers tat-test u r-rimmijiet immuntati flimkien għandhom jinħażnu f’post għal mill-inqas sagħtejn f’tali mod li kull wieħed minnhom ikollu l-istess temperatura ambjentali qabel l-ittestjar. Għandhom ikollhom ilqugħ mix-xemx sabiex jiġi evitat tisħin żejjed mir-radjazzjoni solari.

Għar-running-in tat-tajer, isiru żewġ ġirjiet bl-ibbrejkjar.

4.1.4.2   It-tagħbija tat-tajers

It-tagħbija statika fuq kull tajer tal-fus trid tkun ta’ bejn 60 % u 90 % tal-kapaċità tat-tagħbija tat-tajers ittestjata. It-tagħbijiet tat-tajers fuq l-istess fus m’għandhomx ivarjaw b’aktar minn 10 %.

4.1.4.3   Il-pressjoni tal-infiħ tat-tajers

Fuq il-fusien ta’ wara u ta’ quddiem, il-pressjonijiet tal-infiħ għandhom ikunu ta’ 220 kPa (għal tajers b’piż standard u extra). Il-pressjoni tat-tajer trid tiġi ċċekkjata eżatt qabel l-ittestjar f’temperatura ambjentali u tiġi mmodiifkata jekk meħtieġ.

4.1.5   Il-proċedura

4.1.5.1   Ġirja ta’ prova

Il-proċedura tat-test li ġejja tapplika għal kull ġirja ta’ prova:

(1)

Il-karozza tal-passiġġier tinsaq f’linja dritta sa 85 ± 2 km/h.

(2)

Ġaladarba l-karozza tal-passiġġieri tkun laħqet 85 ± 2 km/h, il-brejkijiet jiġu dejjem attivati fl-istess post fuq il-korsa tat-test, imsemmi ‘l-punt tal-bidu tal-ibbrejkjar’, b’tolleranza lonġitudinali ta’ 5 m u tolleranza trasversali ta’ 0,5 m.

(3)

Il-brejks jiġu attivati awtomatikament jew inkella manwalment.

(i)

L-attivazzjoni awtomatika tal-brejkijiet issir permezz ta’ sistema ta’ rilevament magħmula minn żewġ partijiet, waħda indiċjata mal-korsa tat-test u l-oħra fuq il-karozza tal-passiġġieri.

(ii)

L-attivazzjoni manwali tal-brejkijiet tiddependi mit-tip ta’ trażmissjoni kif ġej. Fiż-żewġ każi, huma meħtieġ sforzi minimi fuq il-pedala ta’ 600 N.

Għat-trażmissjoni manwali, is-sewwieq għandu jħalli l-klaċċ u jagħfas il-brejk bil-qawwa, u jżommu magħfus kemm ikun hemm bżonn sabiex jittieħed il-kejl.

Għat-trażmissjoni manwali, is-sewwieq għandu jħalli l-klaċċ u jagħfas il-brejk bil-qawwa, u jżommu magħfus kemm ikun hemm bżonn sabiex jittieħed il-kejl.

(4)

Id-deċelerazzjoni medja tiġi kkalkulata bejn 80 km/h u 20 km/h.

Jekk xi waħda mill-ispeċifikazzjonijiet elenkati fuq (inklużi t-tollerenza tal-veloċità, it-tolleranza lonġitudinali u trasversali għall-punt tal-bidu tal-ibbrejkjar, u l-ħin li jieħu l-ibbrejkjar) ma tintlaħaqx meta ssir ġirja ta’ prova, il-kejl jiġi injorat u ssir ġirja ta’ prova ġdida.

4.1.5.2   Ċiklu ta’ prova

Isir għadd ta’ ġirjiet ta’ prova sabiex jitkejjel l-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab ta’ sett ta’ tajers kandidati (T) skont il-proċedura li ġejja, fejn kull ġirja ta’ prova għandha ssir fl-istess direzzjoni u sa tliet settijiet differenti ta’ tajers kandidati jistgħu jitkejlu fi ħdan l-istess ċiklu ta’prova:

(1)

L-ewwel, jiġi mmuntat is-sett ta’ tajers ta’ referenza fuq il-karozza strumentata tal-passiġġieri.

(2)

Wara li jkunu saru mill-inqas tliet tikjiliet validi skont it-taqsima 4.1.5.1, is-sett ta’ tajers ta’ referenza jiġi ssostitwit minn sett ta’ tajers kandidati.

(3)

Wara li jsiru sitt tikjiliet validi tat-tajers kandidati, jistgħu jitkejlu żewġ settijiet oħra ta’ tajers kandidati.

(4)

I-ċiklu tal-prova jingħalaq bi tliet tikjiliet validi oħra tal-istess sett ta’ tajers ta’ referenza bħal fil-bidu taċ-ċiklu tal-prova.

EŻEMPJI:

L-ordni tal-ġiri għal ċiklu ta’ prova ta’ tliet settijiet ta’ tajers kandidati (T1 sa T3) u sett ta’ tajers ta’ referenza (R) ikun dan li ġej:

R-T1-T2-T3-R

L-ordni tal-ġiri għal ċiklu ta’ prova ta’ ħames settijiet ta’ tajers kandidati (T1 sa T5) u sett ta’ tajers ta’ referenza (R) ikun dan li ġej:

R-T1-T2-T3-R-T4-T5-R

4.1.6   Ħarsa ġenerali tar-riżultati tal-kejl

4.1.6.1   Kalkolu tad-deċelerazzjoni medja (AD)

Id-deċelerazzjoni medja (AD) hija kkalkulata għal ġirja ta’ prova valida f’m.s– 2 kif ġej:

Formula

fejn:

 

Sf hija l-veloċità finali f’ m·s-1; Sf = 20 km/h = 5,556 m.s– 1

 

Sf hija l-veloċità inizjali f’ m·s-1; Sf = 80 km/h = 22,222 m.s– 1

 

d hija d-distanza koperta f’m bejn Si u Sf .

4.1.6.2   Validazzjoni tar-riżultati

Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni AD jiġi kkalkulat kif ġej:

(Devjazzjoni Standard / Medja) x 100

Għat-tajers ta’ referenza (R) : Jekk il-koeffiċjent tal-varjazzjoni AD ta’ kwalunkwe żewġ gruppi konsekuttivi ta’ tliet ġirjiet ta’ prova tas-sett tat-tajer tar-referenza jkun ogħla minn 3 %, id-dejta kollha trid tiġi eliminata u t-test mtenni għat-tajers tat-test kollha (it-tajers kandidati u t-tajers ta’ referenza).

Għat-tajers kandidati (T) : Il-koeffiċjenti tal-varjazzjoni AD jiġu kkalkulati għal kull sett ta’ tajers kandidati. Jekk il-koeffiċjent tal-varjazzjoni jkun ogħla minn 3 %, id-dejta trid tiġi eliminata u t-test mtenni għal dak is-sett ta’ tajers kandidati.

4.1.6.3   Kalkolu tad-deċelerazzjoni medja aġġustata (Ra)

Id-deċelerazzjoni medja (AD) tas-sett ta’ tajers ta’ referenza użat għall-kalkolu tal-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar huwa aġġustat skont l-ippożizzjonar ta’ kull sett ta’ tajers kandidati f’ċiklu ta’ prova partikolari.

Dan l-AD aġġustat tat-tajer ta’ referenza (Ra) jiġi kkalkulat f’m.s–2 skont it-tabella 1 fejn R1 huwa l-medja tal-valuri AD fl-ewwel test tas-sett ta’ tajers ta’ referenza (R) u R2 huwa l-medja tal-valuri AD values fit-tieni test tal-istess sett ta’ tajers ta’ referenza (R).

Tabella 1

Numru ta’ settijiet ta’ tajers kandidati ta’ referenza fi ħdan ċiklu wieħed

Sett ta’ tajers kandidati

Ra

1

(R 1 -T1-R 2 )

T1

Ra = 1/2 (R 1 + R 2 )

2

(R 1 -T1-T2-R 2 )

T1

Ra = 2/3 R 1 + 1/3 R 2

T2

Ra = 1/3 R 1 + 2/3 R 2

3

(R 1 -T1-T2-T3-R 2 )

T1

Ra = 3/4 R 1 + 1/4 R 2

T2

Ra = 1/2 (R 1 + R2 )

T3

Ra = 1/4 R1 + 3/4 R2

4.1.6.4   Kalkolu tal-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar (BFC)

Il-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar (BFC) jiġi kkalkulat għall-ibbrejkjar fuq iż-żewġ fusien skont it-Tabella 2 fejn Ta (a = 1, 2 jew 3) hija l-medja tal-valuri AD għal kull sett ta’ tajers kandidati (T) li huma parti minn ċiklu ta’ prova.

Tabella 2

Tajer ta’ Prova

Koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar

Tajer ta’ referenza

BFC(R) = |Ra/g|

Tajer kandidat

BFC(T) = |Ta/g|

g huwa l-aċċelerazzjoni dovuta għall-gravità, g= 9,81 m·s–2

4.1.6.5   Il-kalkolu tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat

L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat (G(T)) jiġi kkalkulatkif ġej:

Formula

fejn:

t hija t-temperatura tal-wiċċ imxarrab mkejla fi gradi Celsius meta t-tajer kandidat (T) jiġi ttestjat

t0 hija l-kundizzjoni tat-temperatura ta’ referenza tal-wiċċ imxarrab, t0 =20°C għal tajers normali u t0=10 °C għal tajers tal-borra

BFC(R0) huwa l-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar għat-tajer ta’ referenza fil-kundizzjonijiet ta’ referenza, BFC(R0) = 0,68

a= – 0,4232 u b = – 8,297 għal tajers normali, a = 0,7721 u b = 31,18 għal tajers tal-borra

4.1.7   Tqabbil tal-prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab bejn tajer kandidat u tajer ta’ referenza bl-użu ta’ tajer ta’ kontroll

4.1.7.1   Ġenerali

Meta d-daqs ta’ tajer kandidat huwa apprezzabbilment differenti minn dak ta’ tajer ta’ referenza, tqabbil dirett fuq l-istess karozza strumentata tal-passiġġieri jista’ ma jkunx possibbli. Il-metodu tal-ittestjar juża tajer intermedju, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ it-tajer ta’ kontroll kif iddefinit fil-punt 5 tas-sezzjoni 2.

4.1.7.2   Il-prinċipju tal-metodu

Il-prinċipju huwa l-użu ta’ sett ta’ tajers ta’ kontroll u żewġ karozzi strumentati differenti tal-passiġġieri għaċ-ċiklu tat-test ta’ sett ta’ tajers kandidati bi tqabbil ma’ sett ta’ tajers ta’ referenza.

Karozza strumenta tal-passiġġieri waħda tiġi mmuntata bis-sett ta’ tajers ta’ referenza segwit mis-sett ta’ tajers ta’ kontroll, l-oħra bis-sett ta’ tajers ta’ kontroll segwit mis-sett ta’ tajers kandidati.

L-ispeċifikazzjonijiet elenkati fit-taqsimiet 4.1.2 sa 4.1.4 japplikaw.

L-ewwel ċiklu ta’ prova huwa tqabbil bejn is-sett ta’ tajers ta’ kontroll u s-sett ta’ tajers ta’ referenza.

It-tieni ċiklu ta’ prova huwa tqabbil bejn is-sett ta’ tajers kandidati u s-sett ta’ tajers ta’ kontroll. Isiru fuq l-istess korsa ta’ prova u waqt l-istess jum bħal tal-ewwel ċiklu ta’ prova. It-temperatura tal-wiċċ imxarrab għandha tkun fi ħdan medda ta’ ± 5 °C tat-temperatura tal-ewwel ċiklu. L-istess sett ta’ tajers ta’ kontroll għandu jintuża għall-ewwel u t-tieni ċikli ta’ prova.

L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat (G(T)) jiġi kkalkulat kif ġej:

G(T) = G 1 × G 2

fejn:

G1 huwa l-indiċi relattiv tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer ta’ kontroll (C) imqabbel mat-tajer ta’ referenza (R) ikkalkulat kif ġej:

Formula

G2 huwa l-indiċi relattiv tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat (T) imqabbel mat-tajer ta’ kontroll (C) ikkalkulat kif ġej:

Formula

4.1.7.3   Ħżin u preservazzjoni

Huwa neċessarju li t-tajers kollha ta’ sett ta’ tajers ta’ kontroll ikunu nħażnu fl-istess kundizzjonijiet. Malli s-sett ta’ tajers ta’ kontroll ikun ġie ttestjat bi tqabbil mat-tajer ta’ referenza, għandhom jiġu applikati l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-ħżin definiti f’ASTM E 1136-93 (Approvat mill-ġdid 2003)

4.1.7.4   Sostituzzjoni ta’ tajers ta’ referenza u tajers ta’ kontroll

Meta therrir jew ħsara irregolari jirriżultaw mit-testijiet, jew meta t-therrir jinfluwenza r-riżultati tat-test, l-użu tat-tajer għandu jitwaqqaf.

4.2   Metodu tal-ittestjar bl-użu ta’ karru rmunkat minn vettura jew vettura għat-testijiet tat-tajers

4.2.1   Prinċipju

Il-kejl isir fuq tajers tat-test armati fuq karru rmunkat minn vettura (minn hawn ’il quddiem vettura tal-irmonk) jew fuq vettura għat-testijiet tat-tajers. Il-brejk fil-pożizzjoni tat-test jiġi applikat bis-sod sakemm jiġi ġġenerat biżżejjed torque tal-ibbrejkjar sabiex tiġi prodotta l-forza massima tal-ibbrejkjar li tkun se sseħħ qabel is-sokor tar-rota b’veloċità ta’ prova ta’ 65 km/h.

4.2.2   Tagħmir

4.2.2.1   Vettura tal-irmonk u karru jew vettura għat-testijiet tat-tajers

Il-vettura tal-irmonk jew il-vettura għat-testijiet tat-tajers għandha jkollha l-kapaċità li żżomm il-veloċità speċifikata tat-test ta’ 65 ± 2 km/h anki taħt il-forzi massimi tal-ibbrejkjar.

Il-karru jew il-vettura għat-testijiet tat-tajers għandha tkun mgħammra b’post wieħed fejn it-tajer ikun jista’ jitwaħħal għall-għanijiet tal-kejl, minn issa ’l quddiem ‘il-pożizzjoni tat-test’ u l-aċċessorji li ġejjin:

(i)

tagħmir biex jattiva l-brejkijiet fil-pożizzjoni tat-test;

(ii)

tank tal-ilma li jaħżen biżżejjed ilma sabiex tiġi fornuta s-sistema tat-tixrib tal-wiċċ tat-triq, sakemm ma jintużax tixrib estern;

(iii)

tagħmir tar-reġistrazzjoni biex jiġu rreġistrati sinjali minn trasdutturi installati fil-pożizzjoni tat-test u sabiex tiġi mmonitorjata r-rata tal-applikazzjoni tal-ilma jekk tintuża l-alternattiva tat-tixrib awtonomu.

Il-varjazzjoni massima tal-issettjar tat-toe u l-angolu tal-camber għall-pożizzjoni tat-test għandha tkun sa ± 0,5° mat-tagħbija vertikali massima. Is-suspenxin u l-boxxliet tal-buttun tar-rota għandhom ikollhom biżżejjed riġidità sabiex jilgħabu mill-inqas u jiżguraw il-konformità mal-applikazzjoni tal-forzi massimi tal-ibbrejkjar. Is-sistema tas-suspenxin għandha tipprovdi kapaċità xierqa għall-irfigħ tat-tagħbija u tkun iddisinjata b’tali mod li tiżola r-riżonanza tas-suspenxin.

Il-pożizzjoni tat-test għandha tkun mgħammra b’sistema tal-brejkijiet tipika jew waħda speċjali awtomotiva li tista’ tapplika biżżejed torque tal-ibbrejkjar sabiex tipproduċi l-valur massimu tal-forza loġitudinali tal-ibbrejkjar fuq ir-rota tal-prova fil-kundizzjonijiet speċifikati.

Is-sistema tal-applikazzjoni tal-brejkijiet għandha tkun kapaċi tikkontrolla l-intervall tal-ħin bejn l-applikazzjoni inizjali tal-brejk u l-forza lonġitudinali massima kif speċifika fit-taqsima 4.2.7.1.

Il-karru jew il-vettura tat-tajers għat-test għandhom ikunu ddisinjati biex jakkomodaw il-varjetà ta’ daqsijiet ta’ tajers kandidati li għandhom jiġu ttestjati.

Il-karru jew il-vettura għat-testijiet tat-tajers għandu jkollha mezzi għall-aġġustament tat-tagħbija vertikali kif speċifikat fit-taqsima 4.2.5.2.

4.2.2.2   It-tagħmir għall-kejl

Il-pożizzjoni tar-rota tal-prova fuq il-karru jew il-vettura għat-testijiet tat-tajers għandha tkun mgħammra b’sistema tal-kejl tal-veloċità rotazzjonali tar-rota u bi trasdutturi li jkejlu l-forza tal-ibbrejkjar u t-tagħbija vertikali mar-rota tat-test.

Rekwiżiti ġenerali għal sistema ta’ kejl: Is-sistema tal-istrumentazzjoni għandha tkun konformi mar-rekwiżiti kumplessivi li ġejjin f’temperaturi ambjentali bejn 0 °C and 45 °C:

(i)

preċiżjoni ġenerali tas-sistema, forza: ± 1,5 % tal-iskala sħiħa tat-tagħbija vertikali jew tal-forza tal-ibbrejkjar;

(ii)

preċiżjoni ġenerali tas-sistema, forza: ± 1,5 % tal-veloċità jew ± 1,0 km/h, liema tkun l-ikbar.

Il-veloċità tal-vettura Sabiex titkejjel il-veloċità tal-vettura, għandha tintuża l-ħames rota jew sistema tal-kejl tal-veloċità mingħajr kuntatt.

Forzi tal-ibbrejkjar: It-trasdutturi li jkejlu l-forza tal-ibbrejkjar għandhom ikejlu l-forza lonġitudinali ġġenerata mill-interfaċċa tajer-triq bħala riżultat tal-applikazzjoni ta’ brejk fuq medda bejn 0 % sa mill-inqas 125 % tat-tagħbija vertikali applikata. Id-disinn u l-lokazzjoni tat-trasduttur għandhom jimminimizzaw l-effetti tal-inerzja u riżonanza mekkanika indotta mill-vibrazzjonijiet.

It-tagħbija vertikali It-trasduttur li jkejjel it-tagħbija vertikali għandu jkejjel it-tagħbija vertikali mal-pożizzjoni tat-test waqt l-applikazzjoni tal-brejk. It-trasduttur għandu jkollu l-istess speċifikazzjonijiet kif deskritt qabel.

L-ikkundizzjonar tas-sinjal u s-sistema ta’ reġistrazzjoni: Kull tagħmir tal-ikkundizzjonar tas-sinjal u tar-reġistrazzjoni għandu jipprovdi riżultat lineari bil-gwadanni (gain) u r-riżoluzzjoni tal-qari tad-dejta neċessarji biex jintlaħqu r-rekwiżiti speċifikati qabel. B’mod partikolari, ir-rekwiżiti li ġejjin japplikaw:

(i)

Ir-rispons minimu tal-frekwenza għandu jkun ċatt minn 0 Hz sa 50 Hz (100 Hz) fi ħdan skala ta’ ± 1 %.

(ii)

Il-proporzjon sinjal-storbju għandu jkun ta’ mill-inqas 20/1.

(iii)

Il-gwadann għandu jkun biżżejjed biex jippermetti wiri fuq skala sħiħa għal-livell tas-sinjal tad-dħul fuq skala sħiħa.

(iv)

L-impedenza tad-dħul għandha tkun mill-inqas għaxar darbiet akbar mill-impedenza tal-ħruġ tas-sors tas-sinjal.

(v)

It-tagħmir m’għandux ikun sensittiv għall-vibrazzjonijiet, l-aċċelerazzjoni, u l-bidliet fit-temperatura ambjnetali.

4.2.3   L-ikkundizzjonar tal-korsa tal-prova

Il-korsa tal-prova għandha tiġi kkundizzjonata billi jsiru mill-inqas għaxar ġirjiet ta’ prova b’tajers mhux involuti fil-programm tat-testijiet b’65 ± 2 km/h.

4.2.4   Kundizzjonijiet tat-tixrib

Il-pożizzjoni tar-rota tal-prova fuq il-karru jew il-vettura għat-testijiet tat-tajers għandha tkun mgħammra b’sistema tal-kejl tal-veloċità rotazzjonali tar-rota u bi trasdutturi li jkejlu l-forza tal-ibbrejkjar u t-tagħbija vertikali mar-rota tat-test. L-ilma applikat liċ-ċanġar qabel it-testijiet tat-tajers għandu jiġi minn żennuna ddisinjata b’mod xieraq biex tiżgura li s-saff tal-ilma li jiltaqa’ miegħu t-tajer tal-prova ikollu sezzjoni trasversali uniformi mal-veloċità tal-prova sabiex ikun hemm minimu ta’ raxx u titjir.

Il-konfigurazzjoni u l-pożizzjoni taż-żennuna għandhom jiżguraw li l-ġettijiet tal-ilma jiġi diretti lejn it-tajer tal-prova u ppuntati lejn iċ-ċangar b’angolu ta’ 20° sa 30°.

L-ilma għandu jolqot iċ-ċanara 0.25m sa 0.45 m lil hinn miċ-ċentru tal-kuntatt tat-tajer. Iż-żennuna trid tkun qiegħda 25 mm miċ-ċangar jew l-għoli minimu meħtieġa biex tevita l-ostakli li t-tester għandu mnejn jiltaqa’ magħhom, iżda fl-ebda każ aktar minn 100 mm minn fuq iċ-ċanġar.

Is-saff tal-ilma għandu jkunu mill-inqas 25 mm usa’ mit-tiflil ta’ wiċċ it-tajer tal-prova u applikat sabiex it-tajer jinsab fiċ-ċentru bejn ix-xfar. Ir-rata tal-ħruġ tal-ilma għandha tiżgura fond tal-ilma ta’ 1.0 ± 0.5 mm u għandu jkun konsistenti tul it-test kollu fi ħdan medda ta’ ± 10 fil-mija. Il-volum tal-ilma għal kull unità ta’ wisa’ mxarrba jrid ikun direttament proporzjonali għall-veloċità tat-test. Il-kwantità tal-ilma applikata b’65 km/h għandha tkun ta’ 18 l·s–1 għal kull metru ta’ wisa’ ta’ wiċċ imxarrab f’każ ta’ fond tal-ilma ta’ 1.0 mm.

4.2.5   Tajers u rimmijiet

4.2.5.1   Tħejjija u running-in tat-tajer

It-tajers tat-test għandhom jiġu ttrimmjati biex jitneħħa l-imbuzzar kollu fuq wiċċ it-tajer li jkun ikkawżat minn arja maqbuda waqt il-pressa tal-forma jew kumenti mal-ġonġituri tal-forma.

It-tajer tal-prova għandu jiġi mmuntat fuq ir-rimm tat-test iddikjarat mill-manifattur tat-tajer.

Permezz ta’ lubrikant xieraq, tinkiseb pożizzjoni kif suppost fejn ix-xifer ta’ ġewwa tat-tajer jaqbad max-xifer tar-rota. Għandu jiġi evitat użu eċċessiv ta’ lubrikant sabiex it-tajer ma jiżloqx minn fuq ir-rimm tar-rota.

It-tajers tat-test u r-rimmijiet immuntati flimkien għandhom jinħażnu f’post għal mill-inqas sagħtejn f’tali mod li kull wieħed minnhom ikollu l-istess temperatura ambjentali qabel l-ittestjar. Għandhom ikollhom ilqugħ mix-xemx sabiex jiġi evitat tisħin żejjed mir-radjazzjoni solari.

Għar-running-in tat-tajer, għandhom isiru żewġ ġirjiet bl-ibbrejkjar bit-tagħbija, il-pressjoni u l-veloċità speċifikati f’ 4.2.5.2, 4.2.5.3 u 4.2.7.1 rispettivament.

4.2.5.2   It-tagħbija tat-tajer

It-tagħbija tat-test fuq it-tajer tal-prova hija 75 ± 5 % tal-kapaċità tat-tagħbija tat-tajer tal-prova.

4.2.5.3   Il-pressjoni tat-tajers

Il-pressjoni tal-infiħ kiesaħ tat-tajers tat-test għandha tkun 180 kPa għal tajers b’tagħbija standard. Għal tajers b’tagħbija żejda, il-pressjoni tal-infiħ kiesaħ għandha tkun ta’ 220 k Pa.

Il-pressjoni tat-tajers għandha tiġi ċċekkjata eżatt qabel l-ittestjar f’temperatura ambjentali u tiġi aġġustata jekk meħtieġ.

4.2.6   Tħejjija tal-vettura tal-irmonk u karru jew vettura għat-testijiet tat-tajers

4.2.6.1   Il-karru

Għal karrijiet b’fus wieħed, l-għoli tal-ġanċ tal-irmonk u l-pożizzjoni trasversali għandhom jiġu aġġustati darba li r-rota tal-prova tkun tgħabbiet bit-tagħbija speċifika tal-prova sabiex jiġi evitat kull tfixkil għar-riżultati tal-kejl. Id-distanza lonġitudinali mil-linja taċ-ċentru tal-punt tal-artikolazzjoni ta’ ras l-aġġanċ sal-linja taċ-ċentru trasversa tal-karru għandha tkun mill-inqas għaxar darbiet l-għoli tal-ġanc jew l-għoli ta’ ras l-aġġanċ.

4.2.6.2   Strumentazzjoni u tagħmir

Il-ħames rota, meta użata, għandha tiġi installata skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur u titqiegħed kemm jista’ jkun qrib il-pożizzjoni f’nofs il-korsa tal-karru tal-irmonk jew tal-vettura għat-testijiet tat-tajers.

4.2.7   Il-proċedura

4.2.7.1   Il-ġirja ta’ prova

Il-proċedura li ġejja tapplika għal kull ġirja ta’ prova:

(1)

Il-vettura tal-irmonk jew il-vettura tat-tajer tal-prova tinsaq fuq il-korsa tal-prova f’linja dritta bil-veloċità speċifikata tat-test ta’ 65 ± 2 km/h.

(2)

Tinbeda s-sistema ta’ reġistrazzjoni.

(3)

Jingħata l-ilma liċ-ċangar qabel it-test tat-tajer bejn wieħed u ieħor 0.5s qabel l-applikazzjoni tal-brejk (għas-sistema tat-tixrib intern).

(4)

Il-brejkijiet tal-karru jiġu attivati ma’ 2 metri minn punt ta’ kejl tal-proprjetajiet frizzjonali mxarrba tal-wiċċ u l-fond tar-ramel skont il-punti 4 u 5 tat-taqsima 3.1. Ir-rata tal-applikazzjoni tal-ibbrejkjar għandha tkun tali li l-intervall tal-ħin bejn l-applikazzjoni inzjali tal-forza u l-forza lonġitudinali massima jkunu fil-medda bejn 0.2 sa 0.5 s.

(5)

Titwaqqaf s-sistema ta’ reġistrazzjoni.

4.2.7.2   Ċiklu tat-test

Isir għadd ta’ ġirjiet ta’ prova sabiex jitkejjel l-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat (T) skont il-proċedura li ġejja, fejn kull ġirja ta’ prova għandha ssir fuq l-istess punt fuq il-kors tal-prova u fl-istess direzzjoni. Jistgħu jitkejlu sa tliet tajers kandidati fi ħdan l-istess ċiklu tat-test, dejjem sakemm it-testijiet jitlestew fi żmien ġurnata.

(1)

L-ewwel, jiġi ttestjat it-tajer ta’ referenza.

(2)

Wara mill-inqas sitt tikjiliet validi mwettqa skont it-taqsima 4.2.7.1, it-tajer ta’ referenza jiġi ssostitwit mit-tajer kandidat.

(3)

Wara li jsiru sitt tikjiliet validi tat-tajers kandidati, jistgħu jitkejlu żewġ settijiet oħra ta’ tajers kandidati.

(4)

Iċ-ċiklu tal-prova jingħalaq bi tliet tikjiliet validi oħra tal-istess sett ta’ tajers ta’ referenza bħal fil-bidu taċ-ċiklu tal-prova.

EŻEMPJI:

L-ordni tal-ġiri għal ċiklu ta’ prova ta’ tliet tajers kandidati (T1 sa T3) flimkien mat-tajer ta’ referenza (R) ikun dan li ġej:

R-T1-T2-T3-R

L-ordni tal-ġiri għal ċiklu ta’ prova ta’ ħames tajers kandidati (T1 sa T5) flimkien mat-tajer ta’ referenza (R) ikun dan li ġej:

R-T1-T2-T3-R-T4-T5-R

4.2.8   L-ipproċessar tar-riżultati tal-kejl

4.2.8.1   Kalkolu tal-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar massima

Il-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar massima (μpeak) tat-tajer huwa l-ogħla valur ta’ μ(t) qabel ma jseħħ is-sokor, ikkalkulat kif ġej għal kull ġirja ta’ prova. Is-sinjali analogi għandhom jiġi ffiltrati sabiex jitneħħa l-istorbju. Sinjali rreġistrati diġitalment iridu jiġi ffiltrati bl-użu ta’ teknika tal-medja mobbli.

Formula

fejn:

 

μ(t) huwa l-koeffiċjent tal-forza dinamika tal-ibbrejkjar tat-tajer f’ħin reali;

 

fh(t) huwa l-koeffiċjent tal-forza dinamika tal-ibbrejkjar f’ħin reali, f’N;

 

fv(t) huwa t-tagħbija vertikali dinamika f’ħin reali, f’N;

4.2.8.2   Validazzjoni tar-riżultati

Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni μpeak jiġi kkalkulat kif ġej:

(Devjazzjoni Standard / Medja) x 100

Għat-tajer ta’ referenza (R) : Jekk il-koeffiċjent tal-varjazzjoni tal-forza massima tal-ibbrejkjar (μpeak) tat-tajer ta’ referenza jkun ogħla minn 5 %, id-dejta kollha trid tiġi eliminata u t-test imtenni għat-tajers tat-test kollha (it-tajer(s) kandidat(i) u t-tajer ta’ referenza).

Għat-tajer(s) kandidati(i) (T) : Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni tal-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar massima (μpeak) jiġi kkalkulat għal kull tajer kandidat Jekk koeffiċjent ta’ varjazzjoni wieħed ikun ogħla minn 5 %, id-dejta trid tiġi eliminata u t-test imtenni għal dan it-tajer kandidat.

4.2.8.3   Kalkolu tal-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima

Il-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima użat għall-kalkolu tal-koefiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar tiegħu jiġi aġġustat skont l-ippożizzjonar ta’ kull tajer kandidat f’ċiklu ta’ prova partikolari.

Dan il-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima (Ra) jiġi kkalkulat skont it-tabella 3 fejn R1 huwa l-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima fl-ewwel test tat-tajer ta’ referenza (R) u R2 huwa il-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima fit-tieni test tal-istess tajer ta’ referenza (R).

Tabella 3

Numru ta’ tajers kandidati fi ħdan ċiklu ta’ prova wieħed

Tajer kandidat

Ra

1

(R 1 -T1-R 2 )

T1

Ra = 1/2 (R 1 + R 2 )

2

(R 1 -T1-T2-R 2 )

T1

Ra = 2/3 R 1 + 1/3 R 2

T2

Ra = 1/3 R 1 + 2/3 R 2

3

(R 1 -T1-T2-T3-R 2 )

T1

Ra = 3/4 R 1 + 1/4 R 2

T2

Ra = 1/2 (R 1 +R 2 )

T3

Ra = 1/4 R 1 + 3/4 R 2

4.2.8.4   Kalkolu tal-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima (μpeak,ave )

Il-valur medju tal-koeffiċjenti tal-forza tal-ibbrejkjar massima tat-tajer (μpeak,ave ) jiġi kkalkulat skont it-Tabella 4 fejn Ta (a = 1, 2 jew 3) hija l-medja tal-koeffiċjenti massimi tal-forza tal-ibbrejkjar imkejla għal tajer kandidat wieħed f’ ċiklu ta’ prova wieħed.

Tabella 4

Tajer ta’ prova

μpeak,ave

Tajer ta’ referenza

μpeak,ave(R)=Ra skont it-Tabella 3

Tajer kandidat

μpeak,ave (T) = Ta

4.2.8.5   Il-kalkolu tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat

L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat (G(T)) jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

t hija t-temperatura mkejla tal-wiċċ imxarrab fi gradi Celsius meta t-tajer kandidat (T) jiġi ttestjat

t0 hija l-kundizzjoni tat-temperatura ta’ referenza tal-wiċċ imxarrab.

t0 =20°C għat-tajers normali t0 =10°C għat-tajers tal-borra

μpeak,ave(R0) = 0,85 hija l-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar massima għat-tajer ta’ referenza fil-kundizzjonijiet ta’ referenza.

a= –0,4232 u b = –8,297 għat-tajers normali, a = 0,7721 u b = 31,18 għat-tajers tal-borra.

Appendiċi A

Eżempji ta’ rapporti tat-testijiet tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab

EŻEMPJU 1   Rapport tat-test tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab bl-użu tal-metodu tal-karru

Numru tar-rapport tat-test:

 

Data tat-test:

Tip ta’ wiċċ tat-triq:

 

Fond tat-tessut (mm):

μ peak (SRTT14″ E 1136):

 

BPN:

Veloċità (km/h):

 

Fond tal-ilma (mm):


Nru.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

Daqs

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Deskrizzjoni tas-servizz

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Identifikazzjoni tat-tajer

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Rimm

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Pattern

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tagħbija (N)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Pressjoni (kPa)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

μ peak)

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Medja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Devjazzjoni standard σ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(σ/medja) ≤ 5 %

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ra, Aġġustat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Temperatura tal-wiċċ (°C)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Temperatura ambjentali (°C)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kummenti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

EŻEMPJU 2   Rapport tat-test tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab bl-użu tal-metodu tal-karozza tal-passiġġier

Sewwieq:

 

Data tat-test:

 

 

 

 

 

 

 

Korsa:

 

Karozza tal-Passiġġier:

 

Veloċità inizjali (km/h):

 

Fond tat-tessut (mm):

 

Ditta:

 

Veloċità finali (km/h):

BPN:

 

Mudell:

 

 

Fond tal-ilma (mm):

 

Tip

 

 


Nru.

1

2

3

4

5

Ditta

Uniroyal

TAJER B

TAJER C

TAJER D

Uniroyal

Pattern

ASTM F 2493 SRTT16″

PATTERN B

PATTERN C

PATTERN D

ASTM F 2493 SRTT16″

Daqs

P225/60R16

SIZE B

SIZE C

SIZE D

P225/60R16

Deskrizzjoni tas-servizz

97S

LI/SS

LI/SS

LI/SS

97S

Identifikazzjoni tat-tajer

XXXXXXXXX

YYYYYYYYY

ZZZZZZZZZ

NNNNNNNNN

XXXXXXXXX

Rimm

 

 

 

 

 

Pressjoni fuq il-fus ta’ quddiem (kPa)

 

 

 

 

 

Pressjoni fuq il-fus ta’ wara (kPa)

 

 

 

 

 

Tagħbija fuq il-fus ta’ quddiem (N)

 

 

 

 

 

Temperatura tal-wiċċ (°C)

 

 

 

 

 

Temp. ambjentali (°C)

 

 

 

 

 

 

Ibbrejkjar distance

(m)

Deċelerazzjoni medja

(m/s2)

Distanza tal-ibbrejkjar

(m)

Deċelerazzjoni medja

(m/s2)

Distanza tal-ibbrejkjar

(m)

Deċelerazzjoni medja

(m/s2)

Distanza tal-ibbrejkjar distance

(m)

Deċelerazzjoni medja

(m/s2)

Distanza tal-ibbrejkjar

(m)

Deċelerazzjoni medja

(m/s2)

Kejl

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Medja AD (m/s2)

 

 

 

 

 

Devjazzjoni standard (m/s2)

 

 

 

 

 

Validazzjoni tar-riżultati

Koeff. Tal-varjazzjoni (%) < 3 %

 

 

 

 

 

Medja aġġustata AD tat-tajer ta’ ref.:

m/s2)

 

 

 

 

 

BFC(R) tajer ta’ referenza (SRTT16″)

 

 

 

 

 

BFC(T) tajer kandidat

 

 

 

 

 

Indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G)

 

 

 

 

 


(1)  Id-daqs tal-ASTM E 1136 SRTT huwa P195/75R14.


9.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/17


REGOLAMENT IMPLIMENTATTIV TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 229/2011

tat-8 ta’ Marzu 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

122,2

MA

50,9

TN

115,9

TR

92,0

ZZ

95,3

0707 00 05

TR

151,8

ZZ

151,8

0709 90 70

MA

42,4

TR

136,1

ZZ

89,3

0805 10 20

EG

52,4

IL

70,0

MA

50,4

TN

45,7

TR

69,4

ZZ

57,6

0805 50 10

EG

42,1

MA

42,1

TR

48,8

ZZ

44,3

0808 10 80

CA

99,2

CL

97,1

CN

84,1

MK

54,8

US

144,9

ZZ

96,0

0808 20 50

AR

90,7

CL

105,3

CN

57,6

US

79,9

ZA

98,5

ZZ

86,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DIRETTIVI

9.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/19


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/32/UE

tat-8 ta’ Marzu 2011

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tiġi inkluża l-isossaben bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm tax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista kienet tinkludi l-isossaben.

(2)

Skont l-Artikolu 11e tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002, in-notifikatur irtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta’ din is-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (4) ġiet adottata dwar in-noninklużjoni tal-isossaben.

(3)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn hawn il quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċelerata, kif stipulat fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5).

(4)

L-applikazzjoni tressqet lill-Isvezja, li ġiet maħtura bħala l-Istat Membru relatur bir-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mar-rekwiżiti proċedurali u sostanzjali li jifdal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

L-Isvezja vvalutat id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikant u ppreparat rapport addizzjonali. Dan ir-rapport intbagħat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fl-20 ta’ Novembru 2009. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u bagħtet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjonijiet tagħha dwar l-isossaben lill-Kummissjoni fis-27 ta’ Awwissu 2010 (6). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew reveduti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzati fit-28 ta’ Jannar 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-isossaben.

(6)

Ħareġ ċar minn diversi eżamijiet li saru li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-isossaben huma mistennija jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari dwar l-użi tagħhom li ġew eżaminati u mniżżla fid-dettall fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-isossaben tiġi inkluża fl-Anness I biex jiġi assigurat li fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

(7)

Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb aktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tkun suġġetta għal xi kondizzjonijiet. Għaldaqstant huwa xieraq li jinħtieġ li l-applikant jibgħat informazzjoni ta’ konferma dwar l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku, kif immanifatturat kommerċjalment, ir-rilevanza tal-impuritajiet, il-fdalijiet fin-newba tal-uċuħ u r-riskju potenzjali lill-organiżmi akkwatiċi.

(8)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma tiġi inkluża sustanza attiva fl-Anness I biex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jingħataw ċans jippreparaw irwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

(9)

Mingħajr ħsara għall-obbligazzjonijiet stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-isossaben sabiex jaċċertaw li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kondizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, jiġu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, kif ikun meħtieġ, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga mill-iskadenza msemmija hawn fuq, għandu jiġi pprovdut perjodu itwal għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tad-dossier sħiħ tal-Anness III ta’ kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE.

(10)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (7) wriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretar tal-obbligi ta’ dawk li għandhom f’idhom awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, biex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni jkollu x’juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati s’issa li jemendaw l-Anness I.

(11)

Għalhekk huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(12)

Id-Deċiżjoni 2008/934/KE tistipula li l-isossaben ma jkunx inkluż u li l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza jkunu rtirati sal-31 ta’ Diċembru 2011. Hemm bżonn li titħassar il-linja li tikkonċerna l-isossaben fl-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni.

(13)

Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/934/KE tiġi emendata skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Il-linja li tikkonċerna l-isossaben fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/934/KE hija mħassra.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2011. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Diċembru 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri, fejn meħtieġ, u fi qbil mad-Direttiva 91/414/KEE, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-isossaben bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Novembru 2011.

Sa dik id-data huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li l-kondizzjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva li jikkonċernaw l-isossaben huma sodisfatti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tikkonċerna dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu f’idejh, jew li jkollu aċċess għal, dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva skont il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih l-isossaben bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li kienu lkoll elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2011, l-Istati Membri għandhom jevalwaw mill-ġdid il-prodott skont il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li tikkonċerna l-isossaben. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li dan jiġi ddeterminat, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih l-isossaben bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2015; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih l-isossaben bħala waħda minn diversi sustanzi attivi, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Mejju 2015 jew sad-data ffissata għat-tali emenda jew irtirar fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema minnhom hi l-aktar reċenti.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2011.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.

(5)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel; Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva isossaben. EFSA Journal 2010;8(9):1714. [83 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2010.1714. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm

(7)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.


ANNESS

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiġi miżjuda fl-aħħar tat-tabella tal-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“341

Isossaben

Nru tal-CAS: 82558-50-7

Nru CIPAC: 701

N-[3-(1-etil-1-metilpropil)-1,2-ossażol-5-yl]-2,6-dimetossibenżamid

≥ 910 g/kg

Toluwen: ≤ 3 g/kg

Fl-1 ta' Ġunju 2011.

Il-31 ta' Mejju 2021

PARTI A

L-użu bħala erbiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-isossaben, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta' Jannar 2011.

F'din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għar-riskju lill-organiżmi akkwatiċi, ir-riskju lill-pjanti tal-art mhux fil-mira u l-lissija potenzjali ta' metaboliti fl-ilma ta' taħt l-art.

Il-kondizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri xierqa li jtaffu r-riskju, fejn meħtieġ.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu li jitressaq tagħrif ta' konferma rigward:

(a)

l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku, kif immanifatturat kommerċjalment;

(b)

ir-rilevanza tal-impuritajiet;

(c)

il-fdalijiet fin-newba;

(d)

ir-riskju potenzjali għall-organiżmi akkwatiċi.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni stabbilita fil-punti (a) u (b) fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva ta' inklużjoni u l-informazzjoni stabbilita fil-punti (c) u (d) sal-31 ta' Mejju 2013.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


9.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/23


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/33/UE

tat-8 ta’ Marzu 2011

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-1-dekanol bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/941/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1112/2002 (2) u (KE) Nru 2229/2004 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-raba’ stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati, bil-għan li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista inkludiet l-1-dekanol.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 24e tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004 in-notifikant irtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta’ dik is-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni. Konsegwentement, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/941/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (4) kienet addottata għan-noninklużjoni tal-1-dekanol.

(3)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn hawn ’il quddiem in-‘notifikant’) issttometta applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata stipulata fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5).

(4)

L-applikazzjoni ġiet sottomessa lir-Renju Unit, li kien maħtur bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rrispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/941/KE. Dik l-applikazzjoni tikkonforma wkoll mal-bqija tar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

Ir-Renju Unit ivvaluta d-dejta addizzjonali sottomessa mill-applikant u pprepara rapport addizzjonali. Huwa bagħat dak ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem ’l-Awtorità’) u lill-Kummissjoni fl-10 ta’ Diċembru 2009. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u bagħtet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. F’konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar l-1-dekanol lill-Kummissjoni fis-27 ta’ Awwissu 2010 (6). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew irreveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzati fit-28 ta’ Jannar 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-1-dekanol.

(6)

Mill-bosta eżamijiet li saru deher li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-1-dekanol jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u mniżżla fid-dettall fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-1-dekanol tiġi inkluża fl-Anness I sabiex jiġi assigurat li fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(7)

Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li tinkiseb aktar informazzjoni dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tkun suġġetta għal xi kundizzjonijiet. Għalhekk, huwa xieraq li jkun meħtieġ li l-applikant jissottometti informazzjoni konfermatorja, fir-rigward tar-riskju għall-organiżmi akwatiċi u fir-rigward ta’ informazzjoni li tikkonferma l-valutazzjonijiet tal-ilma ta’ taħt l-art, l-ilma tal-wiċċ u l-espożizzjoni tas-sediment.

(8)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma tiġi inkluża sustanza attiva fl-Anness I, sabiex tippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati jħejju rwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

(9)

Bla ħsara għall-obbligi definiti mid-Direttiva 91/414/KEE b’konsegwenza tal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-1-dekanol sabiex jaċċertaw li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stipulati mid-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari dawk stipulati fl-Artikolu 13 tagħha, u l-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom ibiddlu, jissostitwixxu jew jirtiraw, kif xieraq, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, b’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga mill-iskadenza msemmija hawn fuq, għandu jiġi pprovdut perjodu itwal għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tad-dossier sħiħ tal-Anness III ta’ kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub b’konformità mal-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE.

(10)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (7) wriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretar tad-dmirijiet ta’ detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher għalhekk li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew fuq id-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li ġew adottati sa issa li jemendaw l-Anness I.

(11)

Għaldaqstant, huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(12)

Id-Deċiżjoni 2008/941/KE tistipula n-noninklużjoni tal-1-dekanol u l-irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza sal-31 ta’ Diċembru 2011. Jeħtieġ li tiġi mħassra l-linja dwar l-1-dekanol fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni.

(13)

Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/941/KE tiġi emendata skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Il-linja li tikkonċerna l-1-decanol fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/941/KE hija mħassra.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2011. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Diċembru 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom, b’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-1-dekanol bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Novembru 2011.

Sa dik id-data huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li jikkonċernaw l-1-dekanol jintlaħqu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tikkonċerna dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu f’idejh, jew li jkollu aċċess għal, dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva b’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih l-1-dekanol bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li kollha kemm huma kienu elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2011, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li tikkonċerna l-1-decanol. Fuq il-bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, huma għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li ssir dik id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih l-1-dekanol bħala l-unika sustanza attiva, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni, fejn meħtieġ, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2015; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih l-1-dekanol bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni, fejn meħtieġ, sal-31 ta’ Mejju 2015 jew sad-data ffissata għal tali emenda jew irtirar fid-Direttiva jew id-Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, liema minnhom tkun tal-aħħar.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2011.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 27.6.2002, p. 14.

(3)  ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.

(4)  ĠU L 335, 13.12.2008, p. 91.

(5)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Konklużjoni dwar ir-reviżjoni minn pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva l-1-dekanol. EFSA Journal 2010;8(9):1715. [42 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2010.1715. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm.

(7)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.


ANNESS

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (*)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“340

l-1-dekanol

Nru tal-CAS: 112-30-1

Nru CIPAC: 831

Dekan-1-ol

≥ 960 g/kg

l-1 ta’ Ġunju 2011

il-31 ta’ Mejju 2021

PARTI A

Tintuża biss bħala regolatur għat-tkabbir tal-pjanta.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar l-1-dekanol, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-28 ta’ Jannar 2011.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

għar-riskju għall-konsumaturi minn residwi f’każ ta’ użu fl-ikel jew fuq uċuħ tar-raba’;

għar-riskju għall-operatur u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-applikazzjoni tat-tagħmir ta’ protezzjoni personali fejn xieraq;

għall-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art meta s-sustanza attiva tkun applikata f’reġjuni b’ħamrija u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli;

għar-riskju għal organiżmi akkwatiċi;

għar-riskju għal antropodi mhux fil-mira u għan-naħal li jistgħu jiġu esposti għas-sustanza attiva billi jżuru l-fjuri tal-ħxejjex slavaġ li jkun hemm fwiċċ ir-raba’ fil-ħin tal-applikazzjoni.

Fejn jixraq għandhom jiġu applikati miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu s-sottomissjoni ta’ informazzjoni konfermatorja, fir-rigward tar-riskju għall-organiżmi akkwatiċi u fir-rigward ta’ informazzjoni li tikkonferma l-valutazzjonijiet tal-ilma ta’ taħt l-art, l-ilma tal-wiċċ u l-espożizzjoni tas-sediment.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jissottometti tali informazzjoni konfermatorja lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Mejju 2013.”


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.


9.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/27


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/34/UE

tat-8 ta' Marzu 2011

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex ikun inkluż il-fluworokloridon bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista kienet tinkludi il-fluworokloridon.

(2)

Skont l-Artikolu 11e tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002, in-notifikant irtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta' din is-sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta' Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta' ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (4) kienet adottata għan-noninklużjoni tal-fluworokloridon.

(3)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn hawn 'il quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata kif prevista fl-Artikoli minn 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta' Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta' proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta' sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta' dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5).

(4)

L-applikazzjoni tressqet lil Spanja, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta' żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rrispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess kif kien is-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. Dik l-applikazzjoni tikkonforma wkoll mal-bqija tar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

Spanja vvalutat id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikant u ppreparat rapport addizzjonali. Hija kkomunikat dak ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-3 ta' Novembru 2009. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali għall-kummenti lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant u bagħtet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjonijiet tagħha dwar il-fluworokloridon lill-Kummissjoni fl-14 ta' Ottubru 2010 (6). L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u ġew iffinalizzati fl-4 ta' Frar 2011 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għall-fluworokloridon.

(6)

Ħareġ ċar minn diversi eżamijiet li saru li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-fluworokloridon huma mistennija jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u mniżżla fid-dettall fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-fluworokloridon jkun inkluż fl-Anness I biex jiġi assigurat li, fl-Istati Membri kollha, ikunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva skont id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(7)

Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb aktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li l-inklużjoni ta' sustanza fl-Anness I tista' tkun suġġetta għal xi kundizzjonijiet. Għalhekk, huwa xieraq li l-applikant ikun mitlub jippreżenta aktar tagħrif li jikkonferma: ir-rilevanza ta' impuritajiet minbarra it-toluwen, il-konformità ta' materjal ta' testijiet ektotossikoloġiċi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra, ir-rilevanza tal-metabolit R42819 tal-ilma ta' taħt l-art (7) u l-proprjetajiet tal-fluworokloridon li potenzjalment iħawdu l-endokrini.

(8)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jippreparaw irwieħhom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

(9)

Bla ħsara għall-obbligi definiti mid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta' sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-fluworokloridon sabiex jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati mid-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, jiġu ssodisfati. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, skont kif ikun meħtieġ, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B'deroga mill-iskadenza msemmija hawn fuq, għandu jiġi pprovdut perjodu itwal għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-fajl sħiħ tal-Anness III ta' kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE.

(10)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (8), uriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-obbligi ta' dawk li għandhom taħt idejhom l-awtorizzazzjonijiet eżistenti b'rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li l-obbligi tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment l-obbligu li jkun verifikat li d-detentur ta' awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma' dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-direttivi li jemendaw l-Anness I li ġew adottati s'issa.

(11)

Għaldaqstant, huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(12)

Id-Deċiżjoni 2008/934/KE tistipula li l-fluworokloridon ma jkunx inkluż u li l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza jkunu rtirati sal-31 ta' Diċembru 2011.

(13)

Huwa meħtieġ li titħassar il-linja dwar il-fluworokloridon fl-Anness ma' dik id-deċiżjoni. Għalhekk huwa xieraq li d-Deċiżjoni 2008/934/KE tkun emendata skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ma' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Il-linja dwar il-fluworokloridon fl-Anness mad-Deċiżjoni 2008/934/KE għandha titħassar.

Artikolu 3

Sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2011 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Diċembru 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 4

1.   B'mod konformi mad-Direttiva 91/414/KEE, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-fluworokloridon bħala sustanza attiva sat-30 ta' Novembru 2011.

Sa dik id-data huma għandhom b'mod partikolari jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ma' dik id-Direttiva li jikkonċernaw il-fluworokloridon jiġu ssodisfati, bl-eċċezzjoni ta' dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tikkonċerna din is-sustanza attiva; u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu f'idejh il-fajl, jew inkella jkollu aċċess għalih, li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma' dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ma' dik id-Direttiva.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih il-fluworokloridon bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li jkunu lkoll elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2011, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI mad-Direttiva 91/414/KEE, dwar il-bażi ta' fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ma' dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ma' dik id-Direttiva li tikkonċerna l-fluworokloridon. Fuq il-bażi ta' dik l-evalwazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) (b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li ssir din id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' prodott li jkun fih il-fluworokloridon bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2015; jew

(b)

fil-każ ta' prodott li jkun fih il-fluworokloridon bħala wieħed minn bosta sustanzi attivi, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni, fejn meħtieġ, sal-31 ta' Mejju 2015 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew dan l-iritrar fid-Direttiva jew id-Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema minnhom tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2011.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.

(5)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance flurochloridone. EFSA Journal 2010;8(12):1869. [66 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1869. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm

(7)  R42819: (4RS)-4-(klorometil)-1-[3-(trifluworometil)fenil]pirrolidin-2-on.

(8)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.


ANNESS

It-tabella li ġejja għandha tiġi miżjuda fl-aħħar tat-tabella tal-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (*)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“342

Fluworokloridon

Nru tal-CAS: 61213-25-0

Nru CIPAC: 430

(3RS,4RS;3RS,4SR)-3-kloro-4-klorometil-1-

(α,α,α-trifluworo-m-tolil)-2-pirrolidon

≥ 940 g/kg.

Impuritajiet rilevanti

Toluwen: massimu ta’ 8 g/kg

L-1 ta’ Ġunju 2011

Il-31 ta’ Mejju 2021

PARTI A

L-użu bħala erbiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-fluworokloridon, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-4 ta’ Frar 2011 għandhom jiġu kkunsidrati.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti għal dan li ġej:

1.

ir-riskju għal pjanti li mhumiex fil-mira u l-organiżmi akkwatiċi;

2.

il-ħarsien tal-ilma ta’ taħt l-art, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f’reġjuni b’ħamrija u/jew kundizzjonijiet tal-klima vulnerabbli.

Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju, fejn xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jibgħat aktar tagħrif ta’ konferma lill-Kummissjoni fir-rigward ta':

1.

ir-rilevanza ta’ impuritajiet minbarra it-toluwen;

2.

il-konformità ta’ materjal ta’ testijiet ektotossikoloġiċi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra;

3.

ir-rilevanza tal-metabolit R42819 tal-ilma ta’ taħt l-art R42819: (4RS)-4-(klorometil)-1-[3-(trifluworometil)fenil]pirrolidin-2-on;

4.

il-proprjetajiet tal-fluworokloridon li potenzjalment iħawdu l-endokrini.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jibgħat it-tagħrif stipulat fil-punti (1) u (2) lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Diċembru 2011 l-informazzjoni stipulata f’punt (3) sal-31 ta’ Mejju 2013 u l-informazzjoni stipulata fil-punt (4), fi żmien sentejn wara l-adozzjoni tal-Linji Gwida għall-ittestjar tal-OECD dwar it-tfixkil tal-endokrina.”


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.


DEĊIŻJONIJIET

9.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/31


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-3 ta’ Frar 2011

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008

(2011/150/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008, b’konformità mal-informazzjoni pprovduta fir-Rendikonti Finanzjarji Finali tas-CEPOL għall-2009, bid-data tal-5 ta’ Lulju 2010,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-5 ta’ Mejju 2010 (2) li biha ġiet posposta d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2008, u t-tweġibiet tad-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2010 (3) li ma jagħtix kwittanza għas-sena finanzjarja 2008 lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija,

wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/JHA tal-20 ta’ Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) (5) u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 tar-Regoli ta’ Proċedura, u l-Anness VI għalihom, b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(b) ta’ dak l-Anness,

1.

Jagħlaq il-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Jerzy BUZEK

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 304, 15.12.2009, p. 124.

(2)  ĠU L 252, 25.9.2010, p. 232.

(3)  ĠU L 320, 7.12.2010, p. 11.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.

(6)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


9.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Marzu 2011

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/457/KE li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Integrazzoni ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi għall-perjodu 2007 sa 2013 bħala parti mill-programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni” fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri, ir-regoli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja u l-eliġibilità ta’ nefqiet fuq proġetti kofinanzjati mill-Fond

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1289)

(It-testi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bit-Taljan u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)

(2011/151/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE tal-25 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013 bħala parti mill-Programm ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji” (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 u l-Artikolu 33(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba minn mindu ġie varat il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, huwa xieraq li jiġu kkjarifikati l-obbligi fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/457/KE (2) marbutin mat-trasparenza, it-trattament indaqs u n-nondiskriminazzjoni waqt it-twettiq ta’ proġetti.

(2)

L-Istati Membri huma mitluba jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tal-programmi annwali. Huwa għalhekk xieraq li jiġi ċċarat liema informazzjoni għandhom jipprovdu l-Istati Membri.

(3)

Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u jkun hemm ċertezza legali akbar, jeħtieġ li r-regoli dwar l-eliġibbilta tan-nefqa ta’ azzjonijiet ikkofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jkunu ssimplifikati u kkjarifikati.

(4)

Il-biċċa l-kbira tat-tibdiliet introdotti permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw minnufih. Madanakollu, minħabba li l-programmi annwali tal-2009 u tal-2010 għadhom għaddejjin, ir-regoli riveduti dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa ta’ azzjonijiet kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Integrazzoni ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi għandhom japplikaw mill-programm annwali tal-2011 ’l hemm. Minkejja dan, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li japplikaw dawk ir-regoli aktar kmieni taħt ċerti kundizzjonijiet.

(5)

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit huwa marbut bl-att bażiku u, konsegwentement, b’din id-Deċiżjoni.

(6)

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda hija marbuta bl-att bażiku u, konsegwentement, b’din id-Deċiżjoni.

(7)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix marbuta b’din id-Deċiżjoni u lanqas m’hija suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat komuni “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji” stabbilit permezz tad-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu mill-2007 sal-2013 bħala parti mill-Programm Ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji (3).

(9)

Id-Deċiżjoni 2008/457/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2008/457/KE tiġi emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 9(1), it-tieni sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“Kwalunkwe bidla sostanzjali fil-kontenut tas-sejħiet għall-proposti għandha tiġi pubblikata fl-istess kundizzjonijiet.”.

2.

L-Artikolu 11 hu mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Il-kuntratti ta’ implimentazzjoni

Meta jagħtu kuntratti għat-twettiq tal-proġetti, l-Istat, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, il-korpi rregolati mil-liġi pubblika, l-assoċjazzjonijiet iffurmati minn awtorità jew awtoritajiet minn dawn jew diversi korpi minn dawn irregolati mil-liġi pubblika għandhom jaġixxu skont il-liġi u l-prinċipji applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku.

Entitajiet minbarra dawk imsemmijin fl-ewwel paragrafu għandhom jagħtu kuntratti għat-twettiq tal-proġetti wara li tkun saret pubbliċità xierqa sabiex jiġi żgurat li jkun hemm konformità mal-prinċipji tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tat-trattament indaqs. Kuntratti b’valur ta’ inqas minn EUR 100 000 jistgħu jingħataw dment li l-entità konċernata titlob għal mill-inqas tliet offerti. Bla preġudizzju għar-regoli nazzjonali, il-kuntratti b’valur ta’ inqas minn EUR 5 000 m’għandhom ikunu suġġetti għall-ebda obbligi proċedurali.”.

3.

Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   L-awtorità responsabbli għandha tinnotifika lill-Kummissjoni, permezz ta’ ittra formali, bi kwalunkwe bidla sostanzjali fis-sistema tal-ġestjoni u l-kontroll u għandha tibgħat deskrizzjoni rriveduta tas-sistema tal-ġestjoni u l-kontroll lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli u mhux iktar tard minn meta kwalunkwe bidla bħal din tkun daħlet fis-seħħ.”.

4.

Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   It-tabelli finanzjarji marbuta mar-rapporti ta’ progress u mar-rapporti finali għandhom jippreżentaw tqassim tal-ammonti kemm skont il-prijorità kif ukoll skont il-prijorità speċifika, kif ġie definit fil-linji ta’ gwida strateġiċi”.

5.

L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, jiżdiedu s-sentenzi li ġejjin:

“Kwalunkwe tibdil fl-istrateġija ta’ verifika sottomessa fir-rigward tal-Artikolu 28(1)(c) tal-att bażiku u aċċettat mill-Kummissjoni għandu jintbagħat lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr. L-istrateġija ta’ verifika riveduta għandha tkun stabbilita skont il-mudell fl-Anness VI, li timmarka r-reviżjonijiet imdaħħla.”

(b)

Il-Paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Mill-2010, l-awtorità ta’ verifika għandha tressaq pjan ta’ verifika annwali qabel il-15 ta’ Frar ta’ kull sena, ħlief meta kull wieħed mill-aħħar żewġ programmi annwali adottati mill-Kummissjoni jikkorrispondi għal kontribuzzjoni Komunitarja annwali taħt EUR 1 miljun. Il-pjan ta’ verifika għandu jitwaqqaf skont il-mudell fl-Anness VI. l-Istati Membri mhumiex meħtieġa jerġgħu jissottomettu l-istrateġija ta’ verifika meta jissottomettu l-pjanijiet ta’ verifika annwali. Fil-każ ta’ strateġija ta’ verifika kombinata, kif ġie provdut fl-Artikolu 28(2) tal-att bażiku, jista’ jitressaq pjan ta’ verifika annwali kombinata.”.

6.

L-Artikolu 26 hu mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 26

Id-dokumenti stabbiliti mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni

1.   Iċ-ċertifikazzjoni relatata mat-talba għal pagament ta’ prefinanzjament ieħor imsemmija fl-Artikolu 37(4) tal-att bażiku għandha titfassal u tiġi trażmessa lill-Kummissjoni mill-awtorità responsabbli fil-format tal-Anness VIII.

2.   Iċ-ċertifikazzjoni relatata mat-talba għal pagament finali imsemmija fl-Artikolu 38(1)(a) tal-att bażiku għandha titfassal mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni u tiġi trażmessa mill-awtorità responsabbli lill-Kummissjoni fil-format tal-Anness IX.”.

7.

L-Artikolu 37 hu mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 37

L-iskambju elettroniku tad-dokumenti

Minbarra l-verżjonijiet fuq il-karti debitament iffirmati tad-dokumenti msemmija fil-Kapitolu 3, l-informazzjoni għandha tintbagħat ukoll permezz ta’ mezzi elettroniċi”.

8.

L-Anness huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 2

1.   Il-punti minn 1 sa 7 tal-Artikolu 1 u l-punti minn 1 sa 5 tal-Anness għandhom japplikaw mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Punt 6 tal-Anness għandu japplika minn tal-inqas mill-implimentazzjoni tal-programmi annwali tal-2011.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw punt 6 tal-Anness fir-rigward ta’ proġetti li għadhom għaddejin jew dawk fil-futur mill-programmi annwali tal-2009 u 2010 b’konsiderazzjoni sħiħa tal-prinċipji ta’ trattament ugwali, trasparenza u nondiskriminazzjoni. F’dak il-każ, l-Istati Membri jistgħu japplikaw ir-regoli ġodda fl-intier tagħhom għall-proġett ikkonċernat u, fejn ikun neċessarju, għandhom jemendaw il-ftehim tal-għotja. Fir-rigward tal-infiq għal assistenza teknika biss, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw punt 6 tal-Anness mill-programm annwali tal-2008.

L-Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lill-Irlanda, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, lir-Repubblika tal-Ungerija, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Renju tal-Olanda, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju tal-Isvezja u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Cecilia MALMSTRÖM

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 168, 28.6.2007, p. 18.

(2)  ĠU L 167, 27.6.2008, p. 69.

(3)  ĠU L 144, 6.6.2007, p. 22.


ANNESS

L-Annessi ta' mad-Deċiżjoni 2008/457/KE huma emendati kif ġej:

1.

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

1.1.

Il-punt 2 qiegħed jitħassar.

1.2.

Il-punt 4.2 qiegħed jitħassar.

2.

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

2.1.

Fil-Parti A, il-punt 1.2 hu mibdul b’dan li ġej:

“1.2

Deskrizzjoni tal-proċess li jikkonċerna s-selezzjoni ta’ proġetti (fuq il-livell ta’ Awtorità Responsabbli/awtorità Delegata jew korpi assoċjati) u r-riżultati tagħhom”;

2.2.

F’Parti A, punt 2, tabella 1, l-aħħar kolonna, l-kelma “eliġibbli” hi mħassra;

3.

L-Anness V, il-Parti A, hija emendata kif ġej:

3.1.

Il-Punt 1.2 jinbidel b’dan li ġej:

“1.2.

Aġġornament mir-rapport ta’ progress dwar id-deskrizzjoni tal-organizzazzjoni tas-selezzjoni ta’ proġetti (fuq il-livell ta’ Awtorità Responsabbli/awtorità Delegata jew korpi assoċjati) u r-riżultati tagħhom, fejn hu xieraq”

3.2.

Jiddaħħal il-punt 1.8 segwenti:

“1.8.

Konferma li l-ebda bidla sostanzjali għas-sistema ta’ Ġestjoni u kontroll ma saret mill-aħħar reviżjoni notifikata lill-Kummissjoni fil- …”

3.3.

Il-punt 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   IMPLIMENTAZZJONI FINANZJARJA

Rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali

Tabella 1

Rapport finanzjarju dettaljat

 

Stat membru: […]

 

Programm annwali kkonċernat: […]

 

Sitwazzjoni fi: [jum/xahar/sena]


(iċ-ċifri kollha f’euro)

Programmati mill-Istati Membri (bħal fil-programm annwali approvat mill-Kummissjoni)

Impenjati fil-livell tal-Istati Membri

Iċ-ċifri attwali aċċettati mill-Awtorità Responsabbli

(l-ispejjeż magħmlua mill-benefiċjarji u l-kontribuzzjoni finali tal-KE)

Azzjonijiet

Proġetti

Ref. prijorità

Ref.: prijorità speċifika (1)

Total tal-ispejjeż ipprogrammati

(a)

Kontrbuzzjoni tal-KE

(b)

% Kontribuzzjoni tal-KE

(c = b/a)

Total tal-ispejjeż eliġibbli

(d)

Kontribuzzjoni tal-KE

(e)

% Kontribuzzjoni tal-KE

(f = e/d)

Total tal-ispejjeż eliġibbli

(g)

Kontribuzzjoni tal-KE

(h)

% Kontribuzzjoni tal-KE

(i = h/g)

Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

(j)

Irċevuti ġġenerati mill-proġett

(k)

Il-ħlas/l-Irkupru għandu jsir mir-RA

(l)

Azzjoni 1: […]

proġett 1: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

proġett N: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total Azzjoni 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzjoni …: […]

proġett 1: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

proġett N: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total Azzjoni …: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzjoni N: […]

proġett 1: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

proġett N: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total Azzjoni N

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Assitenza teknika

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Operazzjonijiet oħrajn (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

0

0

0 %

0

0

0 %

0

0

0 %

0

 

 

3.4.

Il-punt 6 jinbidel b’dan li ġej:

“6.   ANNESSI

Infiq eliġibbli għall-proġett u konformità tad-dħul mar-regola dwar nuqqas ta’ qligħ u deskrizzjoni fil-qosor tal-proġett.

Rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali

Tabella 6 A

L-ispejjeż eliġibbli tal-proġett u sorsi ta’ dħul. Konformità mal-prinċipju li ma jsirx qligħ kif preskritt fil-partita I.3.3 tal-Anness XI

Sitwazzjoni fi: jum/xahar/sena


 

Spejjeż eliġibbli

Sorsi ta’ dħul

 

Spejjeż diretti

Spejjeż indiretti

Spiża totali eliġibbli

Kontribuzzjoni mill-UE

Kontribuzzjoni minn partijiet terzi

Irċevuti ġġenerati mill-proġett

Dħul Totali

(kif stipulat fil-partita I.3.3 tal-Anness XI)

 

(a)

(b)

(c) = (a) + (b)

(e)

(f)

(g)

(h)= (e) + (f) +(g)

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

eċċ.

 

 

 

 

 

 

 

TOTALI AZZJONI 1

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

eċċ.

 

 

 

 

 

 

 

TOTALI AZZJONI 2

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

eċċ.

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL AZZJONI N

 

 

 

 

 

 

 

ASSISTENZA TEKNIKA

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL PROGRAMM ANNWALI

 

 

 

 

 

 

 

Image

Test ta 'immaġni

4.

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

4.1.

It-titolu jinbidel b’dan li ġej:

MUDELL TA’ VERIFIKA GĦAT-TIENI PREFINANZJAMENT

4.2.

Fin-nota ta’ qigħ il-paġna nru 1, il-kelma “eliġibbli” titħassar;

4.3.

Il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.

l-infiq iddikjarat sar fir-rigward tal-azzjonijiet magħżula għal finanzjament skont il-kriterji applikabbli għall-programm annwali;”

5.

Fl-Anness IX, it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

MUDELL TA’ ĊERTIFIKAZZJONI GĦAL ĦLAS FINALI

6.

L-Anness XI huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS XI

REGOLI DWAR L-ELIĠIBBILTÀ TAN-NEFQA FOND GĦALL-INTEGRAZZJONI

I.   Il-Prinċipji Ġenerali

I.1.   Prinċipji Bażiċi

1.

Skont l-att bażiku, biex in-nefqa tkun eliġibbli, din trid tkun:

(a)

fl-ambitu tal-Fond u fil-limitu tal-għanijiet tiegħu, kif deskritti fl-Artikoli 1, 2 u 3 tal-att bażiku;

(b)

fl-limitu tal-azzjonijiet eleġibbli elenkati fl-Artikolu 4 tal-att bażiku;

(c)

meħtieġa sabiex jitwettqu l-attivitajiet koperti mill-proġett, li jifforma parti mill-programmi multiannwali u annwali, kif approvati mill-Kummissjoni;

(d)

raġonevoli u konformi mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda, b'mod partikolari, il-valur għall-flus u l-użu effikaċi tal-fondi;

(e)

saret mill-benefiċjarju finali u/jew l-imsieħba fil-proġett, li għandhom ikunu stabbiliti u rreġistrati fi Stat Membru, ħlief fil-każ ta' organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku internazzjonali imwaqqfa permezz ta' ftehimiet intergovernattivi, u aġenziji speċjalizzati mwaqqfa minn tali organizzazzjonijiet, il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC) u l-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar Nazzjonali u s-Soċjetajiet tan-Nofs Qamar Aħmar. Dwar l-Artikolu 39(2) ta' din id-Deċiżjoni, ir-regoli li japplikaw għall-benefiċjarju finali għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-imsieħba fil-proġett;

(f)

marbut mal-gruppi mmirati ddefiniti fil-qafas tal-att bażiku;

(g)

saret skont id-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-ftehim tal-għotja.

2.

Fil-każ ta' azzjonijiet multiannwali fis-sens tal-Artikolu 13(6) tal-att bażiku, parti biss mill-azzjoni kofinanzjata minn programm annwali hi meqjusa bħala proġett għall-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli ta' eliġibbiltà.

3.

Il-proġetti appoġġjati mill-Fond ma għandhomx ikunu ffinanzjati minn sorsi oħra koperti mill-baġit Komunitarju. Il-proġetti appoġġjati mill-Fond għandhom ikunu kofinanzjati minn sorsi pubbliċi jew privati.

I.2.   Il-baġit ta' proġett

Il-baġit ta' proġett għandu jkun ippreżentat kif ġej:

In-nefqa

Dħul

+

Spejjeż diretti (DC)

+

Spejjeż indiretti (persentaġġ fissat ta’ DC, definit fil-ftehim tal-għotja)

+

Kontribuzzjoni mill-KE (iddefinita bħala l-aktar wieħed baxx mit-tliet ammonti indikati fl-Artikolu 12 ta’ din id-Deċiżjoni)

+

Kontribuzzjoni mill-benefiċjarju finali u l-imsieħba fil-proġett

+

Kontribuzzjoni minn partijiet terzi

+

Irċevuti ġġenerati mill-proġett

=

Spejjeż Totali Eliġibbli (TEC)

=

Dħul Totali (TI)

Il-baġit għandu jkun ibbilanċjat: L-Ispiża Totali Eliġibbli għandha tkun daqs id-Dħul Totali.

I.3.   Id-Dħul u l-Prinċipju tan-Nuqqas ta’ Qligħ

1.

Il-proġetti appoġġjati mill-Fond għandhom ikunu ta’ natura li ma jagħmlux qligħ. Jekk, fl-aħħar tal-proġett, is-sorsi ta’ dħul, inklużi l-irċevuti, jeċċedu l-infiq, il-kontribuzzjoni lejn il-proġett mill-Fond għandha titnaqqas f’dan is-sens. Is-sorsi kollha tad-dħul għall-proġett għandhom ikunu rreġistrati fil-kontijiet tal-benefiċjarju finali jew fid-dokumenti tat-taxxa, u għandhom ikunu identifikabbli u kontrollabbli.

2.

Id-dħul mill-proġett għandu jiġi mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha mogħtija lill-proġett mill-Fond, minn sorsi pubbliċi u privati, inkluża l-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju stess, u minn kwalunkwe rċevuta ġġenerata mill-proġett. ‘Irċevuti’ għall-għanijiet ta’ din ir-regola jkopru dħul irċevut minn proġett matul il-perjodu tal-eliġibbiltà kif deskritt fil-punt I.4, minn bejgħ, kiri, servizzi, abbonament/tariffi jew kwalunkwe dħul ieħor ekwivalenti.

3.

Il-kontribuzzjoni Komunitarja li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-prinċipju li ma jsirx qligħ, kif imsemmi taħt l-Artikolu 12(c) ta’ din id-Deċiżjoni, tkun l-‘ispejjeż totali eliġibbli’ bit-tnaqqis tal-‘kontribuzzjoni minn partijiet terzi’ u l-‘irċevuti ġġenerati mill-proġett’.

I.4.   Il-Perjodu tal-Eliġibbiltà

1.

L-ispejjeż relatati ma’ proġett għandhom ikunu ġġenerati u l-ħlasijiet rispettivi (ħlief għad-diprezzament) li saru wara l-1 ta’ Jannar tas-sena għandhom ikunu msemmija fid-deċiżjoni tal-finanzjament li tapprova l-programmi annwali tal-Istati Membri. Il-perjodu tal-eliġibilità huwa sat-30 ta’ Ġunju tas-sena N (*) + 2, jiġifieri li l-ispejjeż relatati ma’ proġett għandhom ikunu ġġenerati qabel din id-data.

2.

Issir eċċezzjoni għall-perjodu ta’ eleġibbiltà previst fil-paragrafu 1 għal:

(a)

proġetti sostnuti mill-programm annwali għall-2007, skont l-Artikolu 33(3) tal-att bażiku;

(b)

assistenza teknika għall-Istati Membri (irreferi għall-punt IV.3.).

I.5.   Rekord tal-infiq

1.

L-infiq għandu jikkorrispondi għall-ħlasijiet magħmula mill-benefiċjarju finali. Dawn għandhom ikunu fil-forma ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji (kontanti), ħlief għad-diprezzament.

2.

Bħala regola, l-infiq għandu jkun iġġustifikat minn fatturi uffiċjali. Fejn dan ma jistax isir, l-infiq għandu jkun appoġġjat minn dokumenti taż-żamma tal-kotba jew dokumenti ta’ sostenn ta’ valur probatorju ekwivalenti.

3.

L-infiq għandu jkun identifikabbli u verifikabbli. Partikolarment,

(a)

għandu jkun irreġistrat fir-rekords taż-żamma tal-kotba tal-benefiċjarju finali;

(b)

għandu jkun iddeterminat skont l-istandards applikabbli taż-żamma tal-kotba tal-pajjiż fejn huwa stabbilit il-benefiċjarju finali u bil-prattiki normali taż-żamma tal-kotba skont l-ispejjeż tal-benefiċjarju finali; kif ukoll

(c)

għandu jiġi ddikjarat skont ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar it-taxxa u dik soċjali.

4.

Skont kif ikun meħtieġ, il-benefiċjarji finali huma obbligati jżommu kopji ċċertifikati tad-dokumenti taż-żamma tal-kotba li jiġġustifikaw id-dħul u l-infiq li jkun sar mill-isħab fir-rigward tal-proġett ikkonċernat.

5.

Il-ħażna u l-ipproċessar ta’ dawn ir-rekords mogħtija fil-paragrafi 2 sa 4 għandhom ikunu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data.

I.6.   Skop territorjali

1.

L-infiq għall-azzjonijiet deskritti fl-Artikoli 4 tal-att bażiku għandu jkun:

(a)

magħmul mill-benefiċjarji finali definiti fil-punt I.1.1.(e); kif ukoll

(b)

magħmul fit-territorju tal-Istati Membri, ħlief għall-azzjonijiet ta’ qabel it-tluq imsemmija fl-Artikolu 4.1(c) tal-att bażiku, li jista’ jkun sar fit-territorju tal-Istati Membri jew fil-pajjiż tal-oriġini.

2.

Imsieħba fil-proġett irreġistrati u stabbiliti f’pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw fi proġetti biss fuq bażi mingħajr nefqa, ħlief fil-każ ta’ organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku internazzjonali mwaqqfa permezz ta’ ftehimiet intergovernattivi, u aġenziji speċjalizzati mwaqqfa minn tali organizzazzjonijiet, il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC) u l-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar Nazzjonali u s-Soċjetajiet tan-Nofs Qamar Aħmar.

II.   Il-kategoriji tal-ispejjeż eliġibbli (fuq il-livell tal-proġett)

II.1.   L-ispejjeż diretti eliġibbli

L-ispejjeż diretti eliġibbli tal-proġett huma spejjeż li, fir-rigward tal-kundizzjonijiet ġenerali dwar l-eliġibbiltà stabbiliti fil-parti I, huma identifikabbli bħala spejjeż speċifiċi direttament marbuta mal-implimentazzjoni tal-proġett. L-ispejjeż diretti għandhom ikunu inklużi fl-istima totali tal-baġit għall-proġett.

Dawn l-ispejjeż diretti li ġejjin huma eliġibbli:

II.1.1.   Spejjeż dwar il-persunal

1.

L-ispejjeż dwar il-persunal assenjati għall-proġett, magħmula minn salarji attwali u spejjeż ta’ sigurtà soċjali, u spejjeż statutorji oħra għandhom ikunu eliġibbli, kemm-il darba dawn jikkorrispondu mal-politika normali tal-benefiċjarju dwar il-ħlas.

2.

Fil-każ ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, l-ispiża eliġibbli tal-persunal tista’ tinkludi dispożizzjonijiet biex jiġu koperti obbligi statutarji u drittijiet relatati mar-rimunerazzjoni.

3.

L-ispejjeż tas-salarji korrispondenti tal-persunl ta’ korpi pubbliċi jkunu eliġibbli sakemm ikunu relatati mal-ispiża ta’ attivitajiet li l-korp pubbliku rilevanti ma jkunx wettaq kieku l-proġett ikkonċernat ma tteħidx; dan il-persunal għandu jiġi ssekondat jew assenjat għall-implimentazzjoni tal-proġett permezz ta’ deċiżjoni bil-miktub tal-benefiċjarju finali.

4.

L-ispejjeż dwar il-persunal għandhom ikunu dettaljati fil-baġit bil-quddiem, bl-indikazzjoni ta’ funzjonijiet u n-numru ta’ persunal.

II.1.2.   Spejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza

1.

Spejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza huma eliġibbli bħala spejjeż diretti għall-persunal jew persuni oħra li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-proġett u li l-ivvjaġġar tagħhom hu neċessarju għall-implimentazzjoni tal-proġett.

2.

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandhom ikunu eliġibbli fuq il-bażi tal-ispejjeż attwali li saru. Ir-rati tal-ħlas lura għandhom ikunu bbażati fuq l-orħos forma ta’ transport pubbliku u t-titjiriet għandhom, bħala regola, ikunu permessi biss għal vjaġġi itwal minn 800 km (vjaġġ tar-ritorn), jew fejn id-destinazzjoni ġeografika tiġġustifika l-ivvjaġġar bl-ajru. Fejn tintuża karozza privata, il-ħlas lura normalment isir jew fuq bażi tal-ispejjeż tat-trasport pubbliku, jew ir-rati tal-mili skont ir-regoli uffiċjali ppubblikati fl-Istat Membru kkonċernat jew użati mill-benefiċjarju finali.

3.

L-ispejjeż tas-sussistenza għandhom ikunu eliġibbli fuq il-bażi ta’ spejjeż reali jew gratifika għas-sussistenza għal kuljum. Fejn organizzazzjoni għandha r-rati tagħha ta’ kuljum (ħlasijiet ta’ sussistenza), dawn għandhom jiġu applikati fil-limiti stabbiliti mill-Istati Membri, skont il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali. Il-ħlasijiet tas-sussistenza huma normalment miftiehma li jkopru transport lokali (inklużi taksis), akkomodazzjoni, ikel, telefonati lokali u spejjeż ġenerali.

II.1.3.   Tagħmir

II.1.3.1.   Regoli Ġenerali

1.

Spejjeż relatati mal-akkwist ta’ tagħmir huma eliġibbli biss jekk huwa essenzjali għall-implimentazzjoni tal-proġett. It-tagħmir għandu jkollu l-karatteristiċi tekniċi meħtieġa għall-proġett u jħarsu r-regoli u l-istandards applikabbli.

2.

L-għażla bejn lokazzjoni, kera jew xiri dejjem għandha tkun ibbażata fuq l-għażla li hija l-inqas għalja. Madankollu, jekk il-lokazzjoni jew il-kera mhix possibbli minħabba t-terminu qasir tal-proġett jew id-diprezzament mgħaġġel fil-valur, ix-xiri huwa aċċettat.

II.1.3.2.   Il-kera u l-lokazzjoni

L-infiq relatat mal-operat tal-kera u l-lokazzjoni huwa eliġibbli għall-kofinanzjament suġġett għar-regoli stabbiliti fl-Istat Membru, il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali u t-terminu tal-kera jew lokazzjoni għall-għan tal-proġett.

II.1.3.3.   Ix-xiri

1.

Fejn jinxtara t-tagħmir qabel jew matul il-ħajja tal-proġett, il-baġit irid jispeċifika jekk humiex inklużi l-ispejjeż kollha jew inkella hux inkluż biss is-sehem tad-deprezzament tat-tagħmir li jikkorrispondi għal kemm idum jintuża għall-proġett u r-rata ta’ użu attwali għall-proġett. Din tal-aħħar għandha tiġi kkalkulata skont ir-regoli nazzjonali applikabbli.

2.

It-tagħmir li nxtara qabel il-ħajja tal-proġett, iżda li jintuża għall-għan tal-proġett, huwa eliġibbli fuq il-bażi tad-diprezzament. Iżda dawn l-ispejjeż mhumiex eliġibbli jekk it-tagħmir kien oriġinarjament inxtara permezz ta’ għotja Komunitarja.

3.

Għall-oġġetti individwali li għandhom prezz ta’ inqas minn EUR 20 000, il-prezz sħiħ tax-xiri huwa eliġibbli, kemm-il darba t-tagħmir jinxtara qabel l-aħħar tliet xhur tal-proġett. Oġġetti individwali li jiswew EUR 20 000 jew iktar huma eliġibbli biss fuq il-bażi tad-deprezzament.

II.1.4.   Il-proprjetà immobbli

II.1.4.1.   Regoli Ġenerali

It-tagħmir għandu jkollu l-karatteristiċi tekniċi meħtieġa għall-proġett u jħares ir-regoli u l-istandards applikabbli.

II.1.4.2.   Kiri

Il-kiri tal-proprjetà immobbli huwa eliġibbli għall-finanzjament konġunt fejn hemm rabta ċara bejn il-kera u l-għanijiet tal-proġett ikkonċernat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti hawn taħt u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali aktar stretti:

(a)

il-proprjetà ma tkunx inxtrat permezz ta’ għotja Komunitarja;

(b)

il-proprjetà immobbli tintuża biss għall-implimentazzjoni tal-proġett. Jekk le, huwa biss is-sehem tal-ispejjeż li jikkorrispondi għall-użu tal-proġett li huwa eliġibbli.

II.1.5.   Il-konsumabbli, il-proviżjonijiet u s-servizzi ġenerali

L-ispejjeż tal-konsumabbli, tal-proviżjonijiet u tas-servizzi ġenerali huma eliġibbli kemm-il darba huma identifikabbli u direttament meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proġett.

II.1.6.   Is-sottokuntrattar

1.

Bħala regola ġenerali, il-benefiċjarji finali għandu jkollhom il-kapaċità li jimmaniġġjaw il-proġetti huma stess. L-ammont li jikkorrispondi għal biċċiet ta’ xogħol li jkunu se jiġu sottokuntrattati bħala parti mill-proġett se jkollhom ikunu mmarkati b’mod ċar fil-ftehim dwar l-għotja.

2.

L-infiq relatat mas-sottokuntrattar segwenti mhux eliġibbli għall-kofinanzjament mill-Fond:

(a)

is-sottokuntrattar tal-kompiti għall-ġestjoni globali tal-proġett;

(b)

sottokuntrattar li jżid l-ispiża tal-proġett mingħajr ma jżid l-ebda valur proporzjonali miegħu;

(c)

sottokuntrattar ma’ intermedjarji jew konsulenti li fihom il-ħlas ikun imfisser bħala perċentwal tal-ispiża kollha tal-proġett, sakemm dan il-ħlas ma jkunx ġustifikat mill-benefiċjarju finali b’referenza għall-valur attwali tax-xogħol jew servizzi li jkunu provduti.

3.

Għas-sottokuntratti kollha, is-sottokuntratturi għandhom jintrabtu li jipprovdu lill-korpi ta’ awdituri u kontroll, l-informazzjoni kollha meħtieġa konnessa mal-attivitajiet sottokuntrattati.

II.1.7.   L-ispejjeż li jkunu ġejjin direttament mir-rekwiżiti marbuta mal-kofinanzjament tal-Unjoni

L-ispejjeż meħtieġa sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti marbuta mal-kofinanzjament tal-Unjoni, bħall-pubbliċità, it-trasparenza, l-evalwazzjoni tal-proġett, il-verifika esterna, il-garanziji bankarji, l-ispejjeż tat-traduzzjoni, eċċ., huma eliġibbli bħala spejjeż diretti.

II.1.8.   It-tariffi tal-esperti

L-ispejjeż tal-konsulenza legali, tariffi notarili u spejjeż tal-esperti tekniċi u finanzjarji huma eliġibbli.

II.1.9.   Spejjeż speċifiċi b’rabta ma’ persuni b’nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi li jaqgħu fl-ambitu tal-Fond

1.

Għall-finijiet ta’ assistenza, xirjiet magħmulin mill-benefiċjarju finali għal persuni b’nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi li jaqgħu fl-ambitu tal-Fond kif iddefinit fl-Att Bażiku u rifużjonijiet mill-benefiċjarju finali ta’ spejjeż magħmulin minn dawn il-persuni huma eliġibbli taħt il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)

il-benefiċjarju finali għandu jżomm l-informazzjoni u l-provi meħtieġa li juru li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirċievu din l-assistenza jkunu jaqgħu fl-ambitu tal-Fond kif definit fl-Att Bażiku għall-perjodu mitlub skont l-Artikolu 41 tal-Att Bażiku;

(b)

il-benefiċjarju finali għandu jżomm il-provi għall-appoġġ mogħti liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi (bħal fatturi u rċevuti) matul il-perjodu li jipprovdi għalih l-Artikolu 41 tal-Att Bażiku.

2.

Fil-każ ta’ azzjonijiet li jitolbu l-attendenza (ngħidu aħna kors ta’ taħriġ) ta’ persuni li jaqgħu fl-ambitu tal-Fond, jistgħu jitqassmu inċentivi żgħar fi flus kontanti bħala għajnuna kumplimentarja dment li t-total ma jaqbiżx il-EUR 25 000 għal kull proġett u li jitqassam lil kull persuna għal kull avveniment, kors jew ħaġa oħra. Il-benefiċjarju aħħari għandu jżomm lista tal-persuni, tal-ħin u tad-data tal-ħlas u għandu jiżgura li jsir segwitu adegwat sabiex jiġi evitat kwalunkwe finanzjament doppju u użu ħażin ta’ fondi.

II.2.   Spejjeż indiretti eliġibbli

1.

L-ispejjeż indiretti eliġibbli għall-azzjoni huma dawk l-ispejjeż li, fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà deskritti fil-punt I.1.1., mhumiex identifikabbli bħala spejjeż speċifiċi marbuta b’mod dirett mat-twettiq tal-proġett.

2.

B’deroga mill-punt I.1.1.(e) u mill-punt I.5., l-ispejjeż indiretti li jsiru fit-twettiq tal-azzjoni jistgħu jkunu eliġibbli għal finanzjament b’rata fissa stabbilita għal mhux aktar minn 7 % tal-ispejjeż diretti totali eliġibbli.

3.

Organizzazzjonijiet li jirċievu għotja għall-ħidma mill-baġit tal-Unjoni ma jistgħux jinkludu spejjeż indiretti fil-baġit bil-quddiem tagħhom.

III.   Nefqa ineliġibbli

L-ispejjeż li ġejjin mhumiex eliġibbli:

(a)

VAT, ħlief fejn il-benefiċjarju finali jista’ juri li ma jistax jirkupraha;

(b)

dħul lura fuq kapital, dejn u spejjeż tas-servizzi tad-dejn, kummissjonijiet tal-iskambju u telf fl-iskambju, provvedimenti għal telf jew responsabbiltajiet futuri potenzjali, interessi dovuti, djun dubjużi, multi, penali finanzjarji, spejjeż ta’ litigazzjoni u nfiq eċċessiv jew traskurat;

(c)

spejjeż tad-divertiment esklussivament għall-persunal tal-proġett; spejjeż raġonevoli tal-ospitalità fi ġrajjiet soċjali ġġustifikati mill-proġett, bħal avvenimenti fl-aħħar tal-proġett jew laqgħat tal-kumitat li jmexxi l-proġett, huma permessi;

(d)

spejjeż iddikjarati mill-benefiċjarju finali u koperti minn proġett ieħor jew programm ta’ xogħol li jirċievi għotja Komunitarja;

(e)

xiri ta’ art u x-xiri, il-kostruzzjonu u r-rinovazzjoni ta’ proprjetà immobbli;

(f)

kontribuzzjonijiet mhux fi flus.

IV.   L-assistenza teknika fuq inizzjattiva tal-istati membri

1.

L-ispejjeż kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Fond mill-awtorità responsabbli, l-awtorità delegata, l-awtorità ta’ verifika, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni jew korpi oħra li jassistu l-funzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2 huma eliġibbli taħt l-assistenza teknika fil-limiti speċifikati fl-Artikolu 15 tal-att bażiku.

2.

Dawn jinkludu l-miżuri li ġejjin:

(a)

infiq relatat mal-preparazzjoni, l-għażla, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-azzjonijiet;

(b)

infiq relatat mal-verifiki u l-verifiki għall-għarrieda ta’ azzjonijiet jew proġetti;

(c)

infiq relatat ma’ evalwazzjonijiet ta’ azzjonijiet jew proġetti;

(d)

infiq relatat ma’ informazzjoni, disseminazzjoni u trasparenza relatati mal-azzjonijiet;

(e)

infiq fuq il-kisba, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni ta’ sistemi kompjuterizzati għall-ġestjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni tal-Fondi;

(f)

infiq fuq laqgħat ta’ kumitati u sottokumitati tal-monitoraġġ relatati mal-implimentazzjoni tal-azzjonijjiet; dan l-infiq jista’ wkoll jinkludi l-ispejjeż ta’ esperti u parteċipanti oħrajn f’dawn il-kumitati, inklużi parteċipanti minn pajjiżi terzi, fejn il-preżenza tagħhom hija essenzjali għall-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijjiet;

(g)

infiq għar-rinforz tal-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Fond.

3.

L-attivitajiet marbuta mal-assistenza teknika għandhom jitwettqu u l-ħlasijiet korrispondenti isiru wara l-1 ta’ Jannar tas-sena msemmija fid-deċiżjoni dwar il-finanzjament li tkun approvat il-programmi annwali tal-Istati Membri. Il-perjodu tal-eliġibbiltà jdum sa mhux aktar tard mid-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tar-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali.

4.

Kwalunkwe akkwist għandu jsir skont ir-regoli nazzjonali dwar l-akkwisti stabbiliti fl-Istati Membri.

5.

L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw miżuri ta’ assistenza teknika għal dan il-Fond flimkien ma’ miżuri ta’ assistenza teknika għal xi ftit mill-erba’ Fondi, jew għalihom kollha. Iżda, f’dak il-każ huwa biss is-sehem tal-ispejjeż użati għall-implimentazzjoni tal-miżura komuni li tikkorrispondi għal dan il-Fond li tkun eliġibbli għall-finanzjament taħt dan il-Fond, u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

is-sehem tal-ispejjeż għall-miżuri komuni jiġi llevat fuq il-Fond korrispondenti b’mod raġonevoli u verifikabbli; kif ukoll

(b)

ma hemm ebda finanzjament doppju tal-ispejjeż.”


(1)  Jekk ikun applikabbli.”

(*)  Fejn ‘N’ hija s-sena msemmija fid-deċiżjoni tal-finanzjament li tapprova l-programmi annwali tal-Istati Membri.


9.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Marzu 2011

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/22/KE li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni” rigward is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri, ir-regoli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja u l-eliġibbiltà tan-nefqa fuq il-proġetti kofinanzjati mill-Fond

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1290)

(It-testi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Isvediż biss huma awtentiċi)

(2011/152/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni”, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/904/KE (1), u partikolarment l-Artikolu 23 u l-Artikolu 35(4) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba minn mindu nbeda l-Fond Ewropew għar-Refuġjati, huwa xieraq li wieħed jikkjarifika l-obbligi fid-Deċiżjoni 2008/22/KE (2) tal-Kummissjoni li għandhom x’jaqsmu mat-trasparenza, mat-trattament ugwali u man-nondiskriminazzjoni meta jkunu qed jitwettqu proġetti.

(2)

L-Istati Membri huma mitluba jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tal-programmi annwali. Huwa għalhekk xieraq li jiġi ċċarat liema informazzjoni għandhom jipprovdu l-Istati Membri.

(3)

Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u sabiex tiġi pprovduta aktar ċertezza legali, jeħtieġ li r-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa ta’ azzjonijiet ikkofinanzjati mill-Fond Ewropew għar-Refuġjati jiġu ssimplifikati u ċċarati.

(4)

Il-biċċa l-kbira tat-tibdiliet introdotti permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw minnufih. Madanakollu, minħabba li l-programmi annwali tal-2009 u tal-2010 għadhom għaddejjin, ir-regoli riveduti dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa ta’ azzjonijiet kofinanzjati mill-Fond Ewropew għar-Refuġjati għandhom japplikaw mill-programm annwali tal-2011 ’l hemm. Minkejja dan, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li japplikaw dawk ir-regoli aktar kmieni taħt ċerti kundizzjonijiet.

(5)

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit hu marbut bl-att bażiku u, b’konsegwenza, b’din id-Deċiżjoni.

(6)

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda hi marbuta bl-att bażiku u, b’konsegwenza, b’din id-Deċiżjoni.

(7)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix marbuta b’din id-Deċiżjoni u lanqas mhija suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat komuni “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji” stabbilit permezz tad-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu mill-2007 sal-2013 bħala parti mill-Programm ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji (3).

(9)

Id-Deċiżjoni 2008/22/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2008/22/KE tiġi emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 9(1), it-tieni sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“Kwalunkwe bidla sostanzjali fil-kontenut tas-sejħiet għall-proposti għandha tiġi pubblikata fl-istess kundizzjonijiet.”.

2.

L-Artikolu 11 hu mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Il-kuntratti ta’ implimentazzjoni

Meta jagħtu kuntratti għat-twettiq tal-proġetti, l-Istat, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, il-korpi rregolati mil-liġi pubblika, l-assoċjazzjonijiet iffurmati minn awtorità jew awtoritajiet minn dawn jew diversi korpi minn dawn irregolati mil-liġi pubblika għandhom jaġixxu skont il-liġi u l-prinċipji applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku.

Entitajiet minbarra dawk imsemmijin fl-ewwel paragrafu għandhom jagħtu kuntratti għat-twettiq tal-proġetti wara li tkun saret pubbliċità xierqa sabiex jiġi żgurat li jkun hemm konformità mal-prinċipji tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tat-trattament indaqs. Kuntratti b’valur ta’ inqas minn EUR 100 000 jistgħu jingħataw dment li l-entità konċernata titlob għal mill-inqas tliet offerti. Bla preġudizzju għar-regoli nazzjonali, il-kuntratti b’valur ta’ inqas minn EUR 5 000 m’għandhom ikunu suġġetti għall-ebda obbligi proċedurali.”.

3.

Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   L-awtorità responsabbli għandha tinnotifika lill-Kummissjoni, permezz ta’ ittra formali, bi kwalunkwe bidla sostanzjali fis-sistema tal-ġestjoni u l-kontroll u għandha tibgħat deskrizzjoni rriveduta tas-sistema tal-ġestjoni u l-kontroll lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli u mhux iktar tard minn meta kwalunkwe bidla bħal din tkun daħlet fis-seħħ.”.

4.

Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   It-tabelli finanzjarji marbuta mar-rapporti ta’ progress u mar-rapporti finali għandhom jippreżentaw tqassim tal-ammonti kemm skont il-prijorità kif ukoll skont il-prijorità speċifika, kif ġie definit fil-linji ta’ gwida strateġiċi.”.

5.

L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, jiżdiedu s-sentenzi li ġejjin:

“Kwalunkwe tibdil fl-istrateġija ta’ verifika sottomessa fir-rigward tal-Artikolu 30(1)(c) tal-att bażiku u aċċettat mill-Kummissjoni għandu jintbagħat lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr. L-istrateġija rriveduta ta’ verifika għandha tiġi stabbilita skont il-mudell fl-Anness 6, b’mod li jimmarka r-reviżjonijiet introdotti.”.

(b)

Il-Paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Mill-2010, l-awtorità ta’ verifika għandha tressaq pjan ta’ verifika annwali qabel il-15 ta’ Frar ta’ kull sena, ħlief meta kull wieħed mill-aħħar żewġ programmi annwali adottati mill-Kummissjoni jikkorrispondi għal kontribuzzjoni Komunitarja annwali taħt EUR 1 miljun. Il-pjan ta’ verifika għandu jiġi stabbilit skont il-mudell fl-Anness 6. l-Istati Membri mhumiex meħtieġa jerġgħu jissottomettu l-istrateġija ta’ verifika meta jissottomettu l-pjanijiet ta’ verifika annwali. Fil-każ ta’ strateġija ta’ verifika kombinata, kif ġie provdut fl-Artikolu 30(2) tal-att bażiku, jista’ jitressaq pjan ta’ verifika annwali kombinata.”.

6.

L-Artikolu 26 hu mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 26

Id-dokumenti stabbiliti mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni

1.   Id-dikjarazzjoni ċertifikata tan-nefqa relatata mat-talba għal pagament ta’ prefinanzjament ieħor imsemmija fl-Artikolu 39(4) tal-att bażiku għandha titfassal mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni u tiġi trażmessa mill-Awtorità Responsabbli lill-Kummissjoni fil-format tal-Anness 8.

2.   Id-dikjarazzjoni ċertifikata tan-nefqa relatata mat-talba għal pagament finali msemmi fl-Artikolu 40(1)(a) tal-att bażiku għandha titfassal mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni u tiġi trażmessa mill-awtorità responsabbli lill-Kummissjoni fil-format tal-Anness 9.”.

7.

L-Artikolu 37 hu mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 37

L-iskambju elettroniku tad-dokumenti

Minbarra l-verżjonijiet fuq il-karti debitament iffirmati tad-dokumenti msemmija fil-Kapitolu 3, l-informazzjoni għandha tintbagħat ukoll permezz ta’ mezzi elettroniċi”.

8.

L-Anness huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 2

1.   Il-punti minn 1 sa 7 tal-Artikolu 1 u l-punti minn 1 sa 5 tal-Anness għandhom japplikaw mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Punt 6 tal-Anness għandu japplika minn tal-inqas mill-implimentazzjoni tal-programmi annwali tal-2011.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw punt 6 tal-Anness fir-rigward ta’ proġetti li għadhom għaddejin jew dawk fil-futur mill-programmi annwali tal-2009 u 2010 b’konsiderazzjoni sħiħa tal-prinċipji ta’ trattament ugwali, trasparenza u nondiskriminazzjoni. F’dak il-każ, l-Istati Membri jistgħu japplikaw ir-regoli ġodda fl-intier tagħhom għall-proġett ikkonċernat u, fejn ikun neċessarju, għandhom jemendaw il-ftehim tal-għotja. Fir-rigward tal-infiq għal assistenza teknika biss, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw punt 6 tal-Anness mill-programm annwali tal-2008.

L-Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lill-Irlanda, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, lir-Repubblika tal-Ungerija, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju tal-Isvezja, lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Cecilia MALMSTRÖM

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 144, 6.6.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 7, 10.1.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 144, 6.6.2007, p. 22.


ANNESS

L-Annessi ta’ mad-Deċiżjoni 2008/22/KE huma emendati kif ġej:

1.

L-Anness 3 jiġi emendat kif ġej:

1.1.

Il-punt 2 qiegħed jitħassar;

1.2.

Il-punt 4.2 qiegħed jitħassar.

2.

L-Anness 4 jiġi emendat kif ġej:

2.1.

Fil-Parti A, il-punt 1.2 hu mibdul b’dan li ġej:

‘1.2

Deskrizzjoni tal-proċess li jikkonċerna s-selezzjoni ta’ proġetti (fuq il-livell ta’ Awtorità Responsabbli/awtorità Delegata jew korpi assoċjati) u r-riżultati tagħhom’;

2.2.

F’Parti A, punt 2, tabella 1, l-aħħar kolonna, l-kelma ‘eliġibbli’ hi mħassra;

2.3.

Fil-Parti A, jiddaħħal il-punt 1.4a. li ġej:

‘1.4a.

Operazzjonijiet oħra’

3.

L-Anness 5, il-Parti A, hija emendata kif ġej:

3.1.

Il-Punt 1.2 jinbidel b’dan li ġej:

‘1.2.

Aġġornament mir-rapport ta’ progress dwar id-deskrizzjoni tal-organizzazzjoni tas-selezzjoni ta’ proġetti (fuq il-livell ta’ Awtorità Responsabbli/awtorità Delegata jew korpi assoċjati) u r-riżultati tagħhom, fejn hu xieraq’

3.2.

Jiddaħħal il-punt 1.4a segwenti:

‘1.4a.

Operazzjonijiet oħra’

3.3.

Jiddaħħal il-punt 1.8 segwenti:

‘1.8.

Konferma li l-ebda bidla sostanzjali għas-sistema ta’ Ġestjoni u kontroll ma saret mill-aħħar reviżjoni notifikata lill-Kummissjoni fil- …’

3.4.

Il-punt 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   IMPLIMENTAZZJONI FINANZJARJA

Rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali

Tabella 1

Rapport finanzjarju dettaljat

 

Stat membru: […]

 

Programm annwali kkonċernat: […]

 

Sitwazzjoni fi: [jum/xahar/sena]


(iċ-ċifri kollha f’ewro)

Programmati mill-Istati Membri (bħal fil-programm annwali approvat mill-Kummissjoni)

Impenjati fil-livell tal-Istati Membri

Iċ-ċifri attwali aċċettati mill-Awtorità Responsabbli

(l-ispejjeż magħmlua mill-benefiċjarji u l-kontribuzzjoni finali tal-KE)

Azzjonijiet

Proġetti

Ref. prijorità

Ref.: Prijorità speċifika (1)

Total tal-ispejjeż eliġibbli

(a)

Kontribuzzjoni tal-KE

(b)

% Kontribuzzjoni tal-KE

(c = b/a)

Total tal-ispejjeż eliġibbli

(d)

Kontribuzzjoni tal-KE

(e)

% Kontribuzzjoni tal-KE

(f = e/d)

Total tal-ispejjeż eliġibbli

(g)

Kontribuzzjoni tal-KE

(h)

% Kontribuzzjoni tal-KE

(i = h/g)

Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

(j)

Irċevuti ġġenerati mill-proġett

(k)

Il-ħlas/l-Irkupru għandu jsir mir-RA

(l)

Azzjoni 1: […]

proġett 1: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

proġett N: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total Azzjoni 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzjoni...: […]

proġett 1: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

proġett N: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total Azzjoni...: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzjoni N: […]

proġett 1: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

proġett N: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total Azzjoni N

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Assitenza teknika

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Operazzjonijiet oħrajn (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

0

0

0  %

0

0

0  %

0

0

0  %

0

 

 

3.5.

Il-punt 6 jinbidel b’dan li ġej:

‘6.   ANNESSI

Infiq eliġibbli għall-proġett u konformità tad-dħul mar-regola dwar nuqqas ta’ qligħ u deskrizzjoni fil-qosor tal-proġett.

Rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali

Tabella 6 A

L-ispejjeż eliġibbli tal-proġett u sorsi ta’ dħul. Konformità mal-prinċipju tan-nuqqas ta’ qligħ stipulat fil-punt I.3.3 tal-Anness 11

Sitwazzjoni fi: jum/xahar/sena


 

Spejjeż eliġibbli

Sorsi ta’ dħul

 

Spejjeż diretti

Spejjeż indiretti

Spiża totali eliġibbli

Kontribuzzjoni mill-UE

Kontribuzzjoni minn partijiet terzi

Irċevuti ġġenerati mill-proġett

Dħul Totali

(kif stipulat fil-punt I.3.3 tal-Anness 11)

 

(a)

(b)

(c) = (a) + (b)

(e)

(f)

(g)

(h) = (e) + (f) + (g)

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

eċċ.

 

 

 

 

 

 

 

TOTALI AZZJONI 1

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

eċċ.

 

 

 

 

 

 

 

TOTALI AZZJONI 2

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

eċċ.

 

 

 

 

 

 

 

AZZJONI TOTALI N

 

 

 

 

 

 

 

ASSISTENZA TEKNIKA

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL PROGRAMM ANNWALI

 

 

 

 

 

 

 

Image

Test ta 'immaġni

4.

L-Anness 8 jiġi emendat kif ġej:

4.1.

It-titolu jinbidel b’dan li ġej:

MUDELL TA’ VERIFIKA GĦAT-TIENI PREFINANZJAMENT

4.2.

Fin-nota ta’ qiegħ il-paġna nru 1, il-kelma ‘eliġibbli’ hija mħassra

4.3.

Il-Punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

‘2.

l-infiq iddikjarat sar fir-rigward tal-azzjonijiet magħżula għal finanzjament skont il-kriterji applikabbli għall-programm annwali;’

5.

Fl-Anness 9, it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

MUDELL TA’ ĊERTIFIKAZZJONI GĦAL ĦLAS FINALI

6.

L-Anness 11 jinbidel b’dan li ġej:

‘ANNESS 11

REGOLI DWAR L-ELIĠIBBILTÀ TAN-NEFQA IL-FOND EWROPEW GĦAR-REFUĠJATI

I.   Il-Prinċipji Ġenerali

I.1.   Prinċipji Bażiċi

1.

Skont l-att bażiku, biex in-nefqa tkun eliġibbli, din trid tkun:

(a)

fl-ambitu tal-Fond u fil-limitu tal-għanijiet, kif deskritti fl-Artiklu 1 u 2 tal-att bażiku;

(b)

fost l-azzjonijiet eliġibbli elenkati fl-Artikolu 3 tal-att bażiku, jew, fil-każ ta’ miżuri ta’ emerġenza, relatati mal-azzjonijiet eliġibbli inklużi fl-Artikolu 5 tal-att bażiku;

(c)

meħtieġa sabiex jitwettqu l-attivitajiet koperti mill-proġett, li jkunu jiffurmaw parti mill-programmi multiannwali u annwali, kif approvat mill-Kummissjoni, jew koperti mill-miżuri ta’ emerġenza kif definit fl-Artikolu 5 tal-att bażiku fejn dawn jikkostitwixxu emenda għall-programm annwali rilevanti;

(d)

raġonevoli u jħarsu l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda, b’mod partikolari l-valur għall-flus u l-effettività għall-ispejjeż;

(e)

saret mill-benefiċjarju finali u/jew l-imsieħba fil-proġett, li għandhom ikunu stabbiliti u rreġistrati fi Stat Membru, ħlief fil-każ ta’ organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku internazzjonali imwaqqfa permezz ta’ ftehimiet intergovernattivi, u aġenziji speċjalizzati mwaqqfa minn tali organizzazzjonijiet, il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC) u l-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar Nazzjonali u s-Soċjetajiet tan-Nofs Qamar Aħmar. Dwar l-Artikolu 39(2) ta’ din id-Deċiżjoni, ir-regoli li japplikaw għall-benefiċjarju finali għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-imsieħba fil-proġett;

(f)

marbuta mal-gruppi mmirati ddefiniti fl-Artikolu 6 tal-att bażiku;

(g)

saret skont id-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-ftehim tal-għotja.

2.

Fil-każ ta’ azzjonijiet multiannwali fis-sens tal-Artikolu 14(6) tal-att bażiku, parti biss mill-azzjoni kofinanzjata minn programm annwali hi meqjusa bħala proġett għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli ta’ eliġibbiltà.

3.

Il-proġetti appoġġjati mill-Fond m’għandhomx ikunu ffinanzjati minn sorsi oħrajn koperti mill-baġit Komunitarju. Il-proġetti appoġġjati mill-Fond għandhom ikunu kofinanzjati minn sorsi pubbliċi jew privati.

I.2.   Il-baġit ta’ proġett

Il-baġit ta’ proġett għandu jkun ippreżentat kif ġej:

In-nefqa

Dħul

+

Spejjeż diretti (DC)

+

Spejjeż Indiretti (persentaġġ fissat ta’ DC, definit fil-ftehim tal-għotja)

+

Kontribuzzjoni mill-KE (definita bħala l-aktar baxxa mit-tliet ammonti indikati fl-Artikolu 12 ta’ din id-Deċiżjoni)

+

Kontribuzzjoni mill-benefiċjarju finali u l-imsieħba fil-proġett

+

Kontribuzzjoni minn partijiet terzi

+

Irċevuti ġġenerati mill-proġett

=

Spejjeż Totali Eliġibbli (TEC)

=

Dħul Totali (TI)

Il-baġit għandu jkun ibbilanċjat: L-Ispiża Totali Eliġibbli għandha tkun daqs id-Dħul Totali.

I.3.   Id-Dħul u l-Prinċipju tan-Nuqqas ta’ Qligħ

1.

Il-proġetti appoġġjati mill-Fond għandhom ikunu ta’ natura li ma jagħmlux qligħ. Jekk, fl-aħħar tal-proġett, is-sorsi ta’ dħul, inklużi l-irċevuti, jeċċedu l-infiq, il-kontribuzzjoni lejn il-proġett mill-Fond għandha titnaqqas f’dan is-sens. Is-sorsi kollha tad-dħul għall-proġett għandhom ikunu rreġistrati fil-kontijiet tal-benefiċjarju finali jew fid-dokumenti tat-taxxa, u għandhom ikunu identifikabbli u kontrollabbli.

2.

Id-dħul mill-proġett għandu jiġi mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha mogħtija lill-proġett mill-Fond, minn sorsi pubbliċi u privati, inkluża l-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju stess, u minn kwalunkwe rċevuta ġġenerata mill-proġett. ‘Irċevuti’ għall-għanijiet ta’ din ir-regola jkopru dħul irċevut minn proġett matul il-perjodu tal-eliġibbiltà kif deskritt fil-punt I.4, minn bejgħ, kiri, servizzi, abbonament/tariffi jew kwalunkwe dħul ieħor ekwivalenti.

3.

Il-kontribuzzjoni Komunitarja li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-prinċipju li ma jsirx qligħ, kif imsemmi taħt l-Artikolu 12(c) ta’ din id-Deċiżjoni, tkun l-‘ispejjeż totali eliġibbli’ bit-tnaqqis tal-‘kontribuzzjoni minn partijiet terzi’ u l-‘irċevuti ġġenerati mill-proġett’.

I.4.   Il-Perjodu tal-Eliġibbiltà

1.

L-ispejjeż relatati ma’ proġett għandhom ikunu ġġenerati u l-ħlasijiet rispettivi (ħlief għad-diprezzament) li jkunu saru wara l-1 ta’ Jannar tas-sena msemmija fid-deċiżjoni tal-finanzjament li tapprova l-programmi annwali tal-Istati Membri. Il-perjodu tal-eliġibilità huwa sat-30 ta’ Ġunju tas-sena N (*) +2, jiġifieri li l-ispejjeż relatati ma’ proġett għandhom ikunu ġġenerati qabel din id-data.

2.

Eċċezzjoni għall-perjodu tal-eliġibbiltà li jipprovdi għalih il-paragrafu 1 issir għal miżuri ta’ emerġenza (irreferi għall-Artikolu 21(3) tal-att bażiku) u għall-assistenza teknika għall-Istati Membri (irreferi għall-punt IV.3).

I.5.   Rekord tal-infiq

1.

L-infiq għandu jikkorrispondi għall-ħlasijiet magħmula mill-benefiċjarju finali. Dawn għandhom ikunu fil-forma ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji (kontanti), ħlief għad-diprezzament.

2.

Bħala regola, l-infiq għandu jkun iġġustifikat minn fatturi uffiċjali. Fejn dan ma jistax isir, l-infiq għandu jkun appoġġjat minn dokumenti taż-żamma tal-kotba jew dokumenti ta’ sostenn ta’ valur probatorju ekwivalenti.

3.

L-infiq għandu jkun identifikabbli u verifikabbli. Partikolarment,

(a)

għandu jkun irreġistrat fir-rekords taż-żamma tal-kotba tal-benefiċjarju finali;

(b)

għandu jkun iddeterminat skont l-istandards applikabbli taż-żamma tal-kotba tal-pajjiż fejn huwa stabbilit il-benefiċjarju finali u bil-prattiki normali taż-żamma tal-kotba skont l-ispejjeż tal-benefiċjarju finali; kif ukoll

(c)

għandu jiġi ddikjarat skont ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar it-taxxa u dik soċjali.

4.

Skont kif ikun meħtieġ, il-benefiċjarji finali huma obbligati jżommu kopji ċċertifikati tad-dokumenti taż-żamma tal-kotba li jiġġustifikaw id-dħul u l-infiq li jkun sar mill-isħab fir-rigward tal-proġett ikkonċernat.

5.

Il-ħażna u l-ipproċessar ta’ dawn ir-rekords mogħtija fil-paragrafi 2 sa 4 għandhom ikunu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data.

I.6.   Skop territorjali

1.

L-infiq għal azzjonijiet deskritti fl-Artikoli 3 u 5 tal-att bażiku għandha tkun:

(a)

magħmul mill-benefiċjarji finali definiti fil-punt I.1.1(e); kif ukoll

(b)

magħmul fit-territorju tal-Istati Membri, ħlief għall-azzjonijiet dwar għotja ta’ residenza ġdida msemmija fl-Artikolu 3(5) tal-att bażiku, li jista’ jkun sar fit-territorju tal-Istati Membri jew fil-pajjiż li jospita.

2.

Imsieħba fil-proġett irreġistrati u stabbiliti f’pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw fi proġetti biss fuq bażi mingħajr nefqa, ħlief fil-każ ta’ organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku internazzjonali mwaqqfa permezz ta’ ftehimiet intergovernattivi, u aġenziji speċjalizzati mwaqqfa minn tali organizzazzjonijiet, il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC) u l-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar Nazzjonali u s-Soċjetajiet tan-Nofs Qamar Aħmar.

II.   Il-kategoriji tal-ispejjeż eliġibbli (fuq il-livell tal-proġett)

II.1.   l-ispejjeż diretti eliġibbli

L-ispejjeż diretti eliġibbli tal-proġett huma spejjeż li, fir-rigward tal-kundizzjonijiet ġenerali dwar l-eliġibbiltà stabbiliti fil-parti I, huma identifikabbli bħala spejjeż speċifiċi direttament marbuta mal-implimentazzjoni tal-proġett. L-ispejjeż diretti għandhom ikunu inklużi fl-istima totali tal-baġit għall-proġett.

Dawn l-ispejjeż diretti li ġejjin huma eliġibbli:

II.1.1.   Spejjeż dwar il-persunal

1.

L-ispejjeż dwar il-persunal assenjati għall-proġett, magħmula minn salarji attwali u spejjeż ta’ sigurtà soċjali, u spejjeż statutorji oħra għandhom ikunu eliġibbli, kemm-il darba dawn jikkorrispondu mal-politika normali tal-benefiċjarju dwar il-ħlas.

2.

Għal organizzazzjonijiet internazzjonali, l-ispejjeż dwar il-persunal eliġibbli jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet biex ikopru obbligi statutorji u intitolamenti relatati mal-ħlas.

3.

L-ispejjeż tas-salarji korrispondenti tal-persunl ta’ korpi pubbliċi jkunu eliġibbli sakemm ikunu relatati mal-ispiża ta’ attivitajiet li l-korp pubbliku rilevanti ma jkunx wettaq kieku l-proġett ikkonċernat ma tteħidx; dan il-persunal għandu jiġi ssekondat jew assenjat għall-implimentazzjoni tal-proġett permezz ta’ deċiżjoni bil-miktub tal-benefiċjarju finali.

4.

L-ispejjeż dwar il-persunal għandhom ikunu dettaljati fil-baġit bil-quddiem, bl-indikazzjoni ta’ funzjonijiet u n-numru ta’ persunal.

II.1.2.   Spejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza

1.

Spejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza huma eliġibbli bħala spejjeż diretti għall-persunal jew persuni oħra li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-proġett u li l-ivvjaġġar tagħhom hu neċessarju għall-implimentazzjoni tal-proġett.

2.

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandhom ikunu eliġibbli fuq il-bażi tal-ispejjeż attwali li saru. Ir-rati tal-ħlas lura għandhom ikunu bbażati fuq l-orħos forma ta’ transport pubbliku u t-titjiriet għandhom, bħala regola, ikunu permessi biss għal vjaġġi itwal minn 800 km (vjaġġ tar-ritorn), jew fejn id-destinazzjoni ġeografika tiġġustifika l-ivvjaġġar bl-ajru. Fejn tintuża karozza privata, il-ħlas lura normalment isir jew fuq bażi tal-ispejjeż tat-trasport pubbliku, jew ir-rati tal-mili skont ir-regoli uffiċjali ppubblikati fl-Istat Membru kkonċernat jew użati mill-benefiċjarju finali.

3.

L-ispejjeż tas-sussistenza għandhom ikunu eliġibbli fuq il-bażi ta’ spejjeż reali jew gratifika għas-sussistenza għal kuljum. Fejn organizzazzjoni għandha r-rati tagħha ta’ kuljum (ħlasijiet ta’ sussistenza), dawn għandhom jiġu applikati fil-limiti stabbiliti mill-Istati Membri, skont il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali. Il-ħlasijiet tas-sussistenza huma normalment miftiehma li jkopru transport lokali (inklużi taksis), akkomodazzjoni, ikel, telefonati lokali u spejjeż ġenerali.

II.1.3.   Tagħmir

II.1.3.1.   Regoli ġenerali

1.

Spejjeż relatati mal-akkwist ta’ tagħmir huma eliġibbli biss jekk huwa essenzjali għall-implimentazzjoni tal-proġett. It-tagħmir għandu jkollu l-karatteristiċi tekniċi meħtieġa għall-proġett u jħarsu r-regoli u l-istandards applikabbli.

2.

L-għażla bejn lokazzjoni, kera jew xiri dejjem għandha tkun ibbażata fuq l-għażla li hija l-inqas għalja. Madankollu, jekk il-lokazzjoni jew il-kera mhix possibbli minħabba t-terminu qasir tal-proġett jew id-diprezzament mgħaġġel fil-valur, ix-xiri huwa aċċettat.

II.1.3.2.   Il-kera u l-lokazzjoni

L-infiq relatat mal-operat tal-kera u l-lokazzjoni huwa eliġibbli għall-kofinanzjament bla ħsara għar-regoli stabbiliti fl-Istat Membru, il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali u t-terminu tal-kera jew lokazzjoni għall-għan tal-proġett.

II.1.3.3.   Ix-xiri

1.

Fejn jinxtara t-tagħmir qabel jew matul il-ħajja tal-proġett, il-baġit irid jispeċifika jekk humiex inklużi l-ispejjeż kollha jew inkella hux inkluż biss is-sehem tad-deprezzament tat-tagħmir li jikkorrispondi għal kemm idum jintuża għall-proġett u r-rata ta’ użu attwali għall-proġett. Din tal-aħħar għandha tiġi kkalkulata skont ir-regoli nazzjonali applikabbli.

2.

It-tagħmir li nxtara qabel il-ħajja tal-proġett, iżda li jintuża għall-għan tal-proġett, huwa eliġibbli fuq il-bażi tad-diprezzament. Madankollu dawn l-ispejjeż mhumiex eliġibbli jekk it-tagħmir kien oriġinarjament inxtara permezz ta’ għotja Komunitarja.

3.

Għall-oġġetti individwali li għandhom prezz ta’ inqas minn EUR 20 000, il-prezz sħiħ tax-xiri huwa eliġibbli, kemm-il darba t-tagħmir jinxtara qabel l-aħħar tliet xhur tal-proġett. Oġġetti individwali li jiswew EUR 20,000 jew iktar huma eliġibbli biss fuq il-bażi tad-deprezzament.

II.1.4.   Il-proprjetà immobbli

II.1.4.1.   Regoli Ġenerali

Fil-każ ta’ xiri ta’ proprjetà immobbli, kostruzzjoni jew rinovazzjoni ta’ proprjetà immobbli, jew kiri ta’ proprjetà immobbli, għandu jkollu l-karatteristiċi tekniċi meħtieġa għall-proġett u jikkonforma mar-regoli u l-istandards applikabbli.

II.1.4.2.   Ix-xiri, il-kostruzzjoni jew ir-rinovazzjoni

1.

Fejn il-kisba ta’ proprjetà immobbli hija essenzjali għall-implimentazzjoni tal-proġett u hija marbuta b’mod ċar mal-għanijiet tiegħu, ix-xiri tal-proprjetà immobbli, jiġifieri bini diġà mibni, jew il-kostruzzjoni tal-proprjetà immobbli, huma eliġibbli għall-kofinanzjament taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti hawn taħt, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali aktar stretti:

(a)

għandu jinkiseb ċertifikat minn valutatur indipendenti kkwalifikat jew minn korp uffiċjali debitament awtorizzata li jistabbilixxi li l-prezz ma jeċċedix il-valur tas-suq, li jew jattesta li l-proprjetà immobbli hija skont ir-regolamenti nazzjonali jew jispeċifika l-punti li mhumiex konformi li l-benefiċjarju finali bi ħsiebu jirrettifika bħala parti minn dak il-proġett;

(b)

il-proprjetà immobbli ma nxtratx permezz ta’ għotja Komunitarja fi kwalunkwe ħin qabel l-implimentazzjoni tal-proġett.

(c)

il-proprjeta immobbli se tintuża biss għall-għanijiet stabbiliti fil-proġett;

(d)

Huwa biss il-porzjon tad-deprezzament tal-binjiet li jikkorrispondi għat-terminu tal-użu għall-proġett u r-rata tal-użu attwali għall-proġett li huwa eliġibbli; id-diprezzament għandu jiġi kkalkolat skont ir-regoli nazzjonali dwar iż-żamma tal-kotba.

2.

Suġġett għall-kundizzjoni (c) fil-paragrafu 1, l-ispiża kollha tax-xogħlijiet ta’ arranġament mill-ġdid, ta’ modernizzazzjoni jew ta’ rinnovazzjoni tal-binjiet hija eliġibbli sa valur massimu ta’ EUR 100 000. ’il fuq minn dan il-limitu bażiku, japplikaw il-kundizzjonijiet (c) u (d) fil-paragrafu 1.

II.1.4.3.   Kiri

Il-kiri tal-proprjetà immobbli huwa eliġibbli għall-finanzjament konġunt fejn hemm rabta ċara bejn il-kera u l-għanijiet tal-proġett ikkonċernat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti hawn taħt u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali aktar stretti:

(a)

Il-proprjetà immobbli ma tkunx inxtrat permezz ta’ għotja Komunitarja.

(b)

Il-proprjetà immobbli għandha tintuża biss għall-implimentazzjoni tal-proġett. Jekk le, huwa biss is-sehem tal-ispejjeż li jikkorrispondi għall-użu tal-proġett li huwa eliġibbli.

II.1.5.   Il-konsumabbli, il-proviżjonijiet u s-servizzi ġenerali

L-ispejjeż tal-konsumabbli, tal-proviżjonijiet u tas-servizzi ġenerali huma eliġibbli kemm-il darba huma identifikabbli u direttament meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proġett.

II.1.6.   Is-sottokuntrattar

1.

Bħala regola ġenerali, il-benefiċjarji finali għandu jkollhom il-kapaċità li jimmaniġġjaw il-proġetti huma stess. L-ammont li jikkorrispondi għal biċċiet ta’ xogħol li jkunu se jiġu sottokuntrattati bħala parti mill-proġett se jkollhom ikunu mmarkati b’mod ċar fil-ftehim dwar l-għotja.

2.

L-infiq relatat mas-sottokuntrattar segwenti mhux eliġibbli għall-kofinanzjament mill-Fond:

(a)

sottokuntrattar tal-kompiti għall-ġestjoni globali tal-proġett;

(b)

sottokuntrattar li jżid l-ispiża tal-proġett mingħajr ma jżid l-ebda valur proporzjonali miegħu;

(c)

sottokuntrattar ma’ intermedjarji jew konsulenti li fihom il-ħlas ikun imfisser bħala perċentwal tal-ispiża kollha tal-operazzjoni sakemm dan il-ħlas ma jkunx ġustifikat mill-benefiċjarju finali b’referenza għall-valur attwali tax-xogħol jew servizzi li jkunu provduti.

3.

Għas-sottokuntratti kollha, is-sottokuntratturi għandhom jintrabtu li jagħtu lill-korpi ta’ awdituri u kontroll l-informazzjoni kollha meħtieġa konnessa mal-attivitajiet sottokuntrattati.

II.1.7.   L-ispejjeż li jkunu ġejjin direttament mir-rekwiżiti marbuta mal-kofinanzjament tal-Unjoni

L-ispejjeż meħtieġa sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti marbuta mal-kofinanzjament tal-Unjoni, bħall-pubbliċità, it-trasparenza, l-evalwazzjoni tal-proġett, il-verifika esterna, il-garanziji bankarji, l-ispejjeż tat-traduzzjoni, eċċ., huma eliġibbli bħala spejjeż diretti.

II.1.8.   It-tariffi tal-esperti

L-ispejjeż tal-konsulenza legali, tariffi notarili u spejjeż tal-esperti tekniċi u finanzjarji huma eliġibbli.

II.1.9.   Spejjeż speċifiċi relatati mal-gruppi fil-mira

1.

Għall-għanijiet tal-assistenza, ix-xirjiet li jsiru mill-benefiċjarju finali għall-gruppi mmirati u l-ħlasijiet lura mill-benefiċjarju finali tal-ispejjeż imħallsa mill-gruppi mmirati huma eliġibbli, taħt dawn il-kondizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)

il-benefiċjarju finali għandu jżomm l-informazzjoni u l-provi meħtieġa matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 43 tal-att bażiku li juru li l-persuni li jirċievu din l-assistenza jkunu jikkorrispondu għall-grupp immirat iddefinit fl-Artikolu 6 tal-Att Bażiku;

(b)

il-benefiċjarju finali għandu jżomm il-provi għall-appoġġ mogħti (bħal fatturi u rċevuti) matul il-perjodu li jipprovdi għalih l-Artikolu 43 tal-att bażiku li l-persuni rċevew dan l-appoġġ.

2.

Fil-każ ta’ azzjonijiet li jitolbu l-attendenza (ngħidu aħna kors ta’ taħriġ) ta’ persuni li jappartjenu għall-grupp immirat, jistgħu jitqassmu inċentivi żgħar fi flus kontanti bħala għajnuna kumplimentarja dment li t-total ma jaqbiżx il-EUR 25 000 għal kull proġett u li jitqassam lil kull persuna għal kull avveniment, kors jew ħaġa oħra. Il-benefiċjarju aħħari għandu jżomm lista tal-persuni, tal-ħin u tad-data tal-ħlas u għandu jiżgura li jsir segwitu adegwat sabiex jiġi evitat kwalunkwe finanzjament doppju u użu ħażin ta’ fondi.

II.1.10.   Miżuri ta’ emerġenza

1.

Għal raġunijiet debitament ġustifikati, jistgħu jiġu permessi derogi għar-regoli dwar l-eliġibilità ddefiniti f’din id-Deċiżjoni, għall-infiq marbut ma’ miżuri ta’ emerġenza, kemm-il darba huma approvati fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-miżuri ta’ emerġenza.

2.

Skont l-Artikolu 21(3) tal-att bażiku, il-perjodu tal-eliġibbiltà għandu jkun għal massimu ta’ sitt xhur, li jfisser li l-ispejjeż relatati ma’ proġett għandhom ikunu ġġenerati matul dan il-perjodu.

II.2.   Spejjeż indiretti eliġibbli

1.

L-ispejjeż indiretti eliġibbli għall-azzjoni huma dawk l-ispejjeż li, fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà deskritti fil-punt I.1.1., mhumiex identifikabbli bħala spejjeż speċifiċi marbuta b’mod dirett mat-twettiq tal-proġett.

2.

B’deroga mill-Artikolu I.1.1.(e) u punt I.5., l-ispejjeż indiretti li jsiru fit-twettiq tal-azzjoni jistgħu jkunu eliġibbli għal finanzjament b’rata fissa stabbilita għal mhux aktar minn 7 % tal-ispejjeż diretti totali eliġibbli.

3.

Organizzazzjonijiet li jirċievu għotja għall-ħidma mill-baġit tal-Unjoni ma jistgħux jinkludu spejjeż indiretti fil-baġit bil-quddiem tagħhom.

III.   Nefqa ineliġibbli

L-ispejjeż li ġejjin mhumiex eliġibbli:

(a)

VAT, ħlief fejn il-benefiċjarju jista’ juri li ma jistax jirkupraha;

(b)

dħul fuq kapital, dejn u spejjeż tas-servizzi tad-dejn, interessi fuq id-dejn, kummissjonijiet tal-iskambju u telf fl-iskambju, provvedimenti għal telf jew responsabbiltajiet futuri potenzjali, interessi dovuti, djun dubjużi, multi, penali finanzjarji, spejjeż ta’ litigazzjoni u nfiq eċċessiv jew traskurat;

(c)

spejjeż tad-divertiment esklussivament għall-persunal tal-proġett; spejjeż raġonevoli tal-ospitalità fi ġrajjiet soċjali ġġustifikati mill-proġett, bħal avvenimenti fl-aħħar tal-proġett jew laqgħat tal-kumitat li jmexxi l-proġett, huma permessi;

(d)

spejjeż iddikjarati mill-benefiċjarju finali u koperti minn proġett ieħor jew programm ta’ xogħol li jirċievi għotja Komunitarja;

(e)

xiri tal-art;

(f)

il-kontribuzzjonijiet in natura

IV.   L-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-istati membri

1.

L-ispejjeż kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Fond mill-awtorità responsabbli, l-awtorità delegata, l-awtorità ta’ verifika, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni jew korpi oħra li jassistu l-funzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2 huma eliġibbli taħt l-assistenza teknika fil-limiti speċifikati fl-Artikolu 16 tal-att bażiku.

2.

Dawn jinkludu l-miżuri li ġejjin:

(a)

infiq relatat mal-preparazzjoni, l-għażla, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-azzjonijiet;

(b)

infiq relatat mal-verifiki u l-verifiki għall-għarrieda ta’ azzjonijiet jew proġetti;

(c)

infiq relatat ma’ evalwazzjonijiet ta’ azzjonijiet jew proġetti;

(d)

infiq relatat ma’ informazzjoni, disseminazzjoni u trasparenza relatati mal-azzjonijiet;

(e)

infiq fuq il-kisba, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni ta’ sistemi kompjuterizzati għall-ġestjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni tal-Fondi;

(f)

infiq fuq laqgħat ta’ kumitati u sottokumitati tal-monitoraġġ relatati mal-implimentazzjoni tal-azzjonijjiet; dan l-infiq jista’ wkoll jinkludi l-ispejjeż ta’ esperti u parteċipanti oħrajn f’dawn il-kumitati, inklużi parteċipanti minn pajjiżi terzi, fejn il-preżenza tagħhom hija essenzjali għall-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijjiet;

(g)

infiq għar-rinforz tal-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Fond.

3.

L-attivitajiet marbuta mal-assistenza teknika għandhom jitwettqu u l-ħlasijiet korrispondenti isiru wara l-1 ta’ Jannar tas-sena msemmija fid-deċiżjoni dwar il-finanzjament li tkun approvat il-programmi annwali tal-Istati Membri. Il-perjodu tal-eliġibbiltà jdum sa mhux aktar tard mid-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tar-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali.

4.

Kwalunkwe akkwist għandu jsir skont ir-regoli nazzjonali dwar l-akkwisti stabbiliti fl-Istati Membri.

5.

L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw miżuri ta’ assistenza teknika għal dan il-Fond flimkien ma’ miżuri ta’ assistenza teknika għal xi ftit mill-erba’ Fondi, jew għalihom kollha. Iżda, f’dak il-każ huwa biss is-sehem tal-ispejjeż użati għall-implimentazzjoni tal-miżura komuni li tikkorrispondi għal dan il-Fond li tkun eliġibbli għall-finanzjament taħt dan il-Fond, u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

is-sehem tal-ispejjeż għall-miżuri komuni tiġi llevata fuq il-Fond korrispondenti b’mod raġonevoli u verifikabbli; kif ukoll

(b)

ma hemm ebda finanzjament doppju tal-ispejjeż.’


(1)  Jekk applikabbli.”

(*)  Fejn ‘N’ hija s-sena msemmija fid-deċiżjoni tal-finanzjament li tapprova l-programmi annwali tal-Istati Membri.