ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.061.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 61

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
8 ta' Marzu 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 224/2011 tas-7 ta' Marzu 2011 li jiffissa l-ħlas standard għal kull prospett tal-biedja għas-sena tal-kontabilità 2011 tan-netwerk tad-dejta tal-kontabilità agrikola

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 225/2011 tas-7 ta' Marzu 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1277/2005 li jistabbilixxi r-regoli li jimplimentaw għar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi prekursuri tad-droga u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jfassal ir-regoli għas-sorveljanza tal-kummerċ bejn il-Komunità u pajjiżi terzi tas-sustanzi prekursuri tad-droga

2

 

 

Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 226/2011 tas-7 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

5

 

 

Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 227/2011 tas-7 ta’ Marzu 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

7

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/29/UE tas-7 ta' Marzu 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż l-etridiażol bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE ( 1 )

9

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/30/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-ossidu tal-fenbutatin bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE ( 1 )

14

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/31/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ restrizzjoni fl-użu tas-sustanza attiva pirimifos-metil ( 1 )

18

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/146/PESK tas-7 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/145/PESK li ġġedded miżuri b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY)

21

 

 

2011/147/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2010 dwar l-iskema ta' għajnuna C 4/09 (ex N 679/97) li Franza implimentat għax-xandir bir-radju (notifikata bid-dokument numru C(2010) 6483)  ( 1 )

22

 

 

2011/148/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2008/456/KE li tistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu mill-2007 sal-2013 bħala parti mill-programm ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni fir-rigward tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-Istati Membri, ir-regoli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja u l-eliġibilità ta' nefqiet fuq proġetti kofinanzjati mill-Fond (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1160)

28

 

 

2011/149/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar l-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni skont l-Artikolu 3c(4) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju [in-negozjar] ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1328)  ( 1 )

42

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

8.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 224/2011

tas-7 ta' Marzu 2011

li jiffissa l-ħlas standard għal kull prospett tal-biedja għas-sena tal-kontabilità 2011 tan-netwerk tad-dejta tal-kontabilità agrikola

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni ta' kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1915/83 tat-13 ta' Lulju 1983 dwar regoli dettaljati ta' implimentazzjoni dwar iż-żamma ta' kontijiet biex ikun determinat id-dħul ta' ażjendi agrikoli (2), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1915/83 jipprovdi illi għandu jitħallas ħlas fiss mill-Kummissjoni lill-Istati Membri għal kull prospett tal-biedja debitament mimli u li jkun mibgħut lilha fil-perjodu preskritt fl-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1264/2008 tas-16 ta' Diċembru 2008 li jiffissal-ħlas standard għal kull prospett tal-biedja għas-sena tal-kontabilità 2009 tan-netwerk tad-dejta tal-kontabilità agrikola (3), iffissal-ammont tal-ħlas standard għas-sena ta' kontabilità 2009 għal EUR 155 għal kull prospett tal-biedja. Ix-xejra fl-ispejjeż u l-effetti tagħha fuq kemm iqum biex jitlesta l-prospett tal-biedja jiġġustifikaw reviżjoni tal-ħlas.

(3)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Komunitarju għan-Netwerk tad-Dejta dwar il-Kontabilità tal-Irziezet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Il-ħlas standard provdut fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1915/83 għandu jkun EUR 157.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-sena ta' kontabilità 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27.

(2)  ĠU L 190, 14.7.1983, p. 25.

(3)  ĠU L 338, 17.12.2008, p. 31.


8.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 225/2011

tas-7 ta' Marzu 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1277/2005 li jistabbilixxi r-regoli li jimplimentaw għar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi prekursuri tad-droga u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jfassal ir-regoli għas-sorveljanza tal-kummerċ bejn il-Komunità u pajjiżi terzi tas-sustanzi prekursuri tad-droga

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri tad- droga bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005 (2) jiddetermina jekk humiex meħtieġa miżuri speċifiċi li jissorveljaw l-esportazzjoni ta' preskursuri tad-droga mill-Unjoni Ewropea. L-Anness IV ta' dak ir-Regolament jelenka għal kull waħda minn dawn is-sustanzi skedati tal-Kategoriji 2 u 3 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 111/2005, il-pajjiżi li għalihom hija meħtieġa notifika ta' qabel l-esportazzjoni. Il-listi jinvolvu pajjiżi terzi li talbu li jirċievu notifiki ta' qabel l-esportazzjoni skont l-Artikolu 12(10) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-traffiku illeċitu tad-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi tal-1988.

(2)

Fit-tieni laqgħa tagħha fit-8 ta' Marzu 2010, il-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi ddeċidiet li tinkludi l-aċidu fenilaċetiku fit-Tabella I tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-traffikar illeċitu tad-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi tal-1988. L-Artikolu 12(10) ta' dik il-Konvenzjoni jistabbilixxi li qabel ma tiġi esportata sustanza li hija mniżżla fit-Tabella I mit-territorju ta' Parti għall-Konvenzjoni, dik il-Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tagħha jipprovdu informazzjoni dwar il-kunsinna għall-esportazzjoni lill-awtoritajiet kompententi tal-pajjiż li jkun se jimporta s-sustanza.

(3)

B’riżultat tad-deċizjoni li l-aċidu fenilaċetiku jiġi inkluż fit-Tabella I tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1277/2005 għandu jiġi emendat biex jiġi żgurat li jintbagħtu notifiki ta' qabel l-esportazzjoni għall-esportazzjonijiet kollha ta' aċidu fenilaċetiku mill-Unjoni Ewropea.

(4)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1277/2005 ma jelenkax il-pajjiżi terzi kollha li talbu biex jirċievu notifiki ta' qabel l-esportazzjoni għal ċerti sustanzi skedati tal-kategoriji 2 u 3 mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 297/2009 (3). L-Afganistan, l-Awstralja u l-Gana għamlu talbiet bħal dawn u għandhom għalhekk jiżdiedu.

(5)

Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 1277/2005 għandu jiġi emendat f’dan is-sens.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 111/2005,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1277/2005 huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 22, 26.1.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 202, 3.8.2005, p. 7.

(3)  ĠU L 95, 9.4.2009, p. 13.


ANNESS

“ANNESS IV

1.

Lista ta' pajjiżi msemmija fl-Artikoli 20 li għalihom hija meħtieġa notifika ta' qabel l-esportazzjoni għall-esportazzjoni ta' sustanzi skedati tal-kategorija 2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005

Sustanza

Destinazzjoni

Anidride aċetiku

Permanganat tal-potassju

Aċidu fenilaċetiku

Kwalunkwe pajjiż terz

Aċidu antraniliku

 

L-Afganistan

 

L-Awstralja

 

Antigwa u Barbuda

 

Il-Benin

 

Il-Bolivja

 

Il-Brażil

 

Il-Kanada

 

Il-Gżejjer Kajman

 

Iċ-Ċilì

 

Il-Kolombja

 

Il-Kosta Rika

 

Ir-Repubblika Dominikana

 

L-Ekwador

 

L-Etjopja

 

Il-Gana

 

Ħaiti

 

L-Indja

 

L-Indoneżja

 

Il-Ġordan

 

Il-Kazakistan

 

Il-Libanu

 

Il-Madagaskar

 

il-Malasja

 

Il-Maldive

 

Il-Messiku

 

In-Niġerja

 

L-Oman

 

Il-Paragwaj

 

Il-Perù

 

Il-Filippini

 

Ir-Repubblika tal-Moldova

 

Il-Federazzjoni Russa

 

L-Arabja Sawdija

 

L-Afrika t’Isfel

 

It-Taġikistan

 

It-Turkija

 

L-Emirati Għarab Magħquda

 

Ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija

 

Il-Venezwela

Piperidin

 

L-Afganistan

 

L-Awstralja

 

Antigwa u Barbuda

 

Il-Benin

 

Il-Bolivja

 

Il-Brażil

 

Il-Kanada

 

Il-Gżejjer Kajman

 

Iċ-Ċilì

 

Il-Kolombja

 

Il-Kosta Rika

 

Ir-Repubblika Dominikana

 

L-Ekwador

 

L-Etjopja

 

Il-Gana

 

Ħaiti

 

L-Indja

 

L-Indoneżja

 

Il-Ġordan

 

Il-Kazakistan

 

Il-Libanu

 

Il-Madagaskar

 

il-Malasja

 

Il-Maldive

 

Il-Messiku

 

In-Niġerja

 

L-Oman

 

Il-Paragwaj

 

Il-Perù

 

Il-Filippini

 

Ir-Repubblika tal-Moldova

 

Il-Federazzjoni Russa

 

L-Arabja Sawdija

 

It-Taġikistan

 

It-Turkija

 

L-Emirati Għarab Magħquda

 

Ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija

 

L-Istati Uniti tal-Amerika

 

Il-Venezwela

2.

Lista ta' pajjiżi msemmija fl-Artikoli 20 u 22 li għalihom hija meħtieġa notifika ta' qabel l-esportazzjoni u awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni għall-esportazzjoni ta' sustanzi skedati tal-Kategorija 3 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005

Sustanza

Destinazzjoni

Keton tal-metiletil (MEK)  (1)

Toluwen  (1)

Aċetun  (1)

Etere tal-etil  (1)

 

L-Afganistan

 

L-Awstralja

 

Antigwa u Barbuda

 

L-Arġentina

 

Il-Benin

 

Il-Bolivja

 

Il-Brażil

 

Il-Kanada

 

Il-Gżejjer Kajman

 

Iċ-Ċilì

 

Il-Kolombja

 

Il-Kosta Rika

 

Ir-Repubblika Dominikana

 

L-Ekwador

 

L-Eġittu

 

El Salvador

 

L-Etjopja

 

Il-Gana

 

Il-Gwatemala

 

Ħaiti

 

Il-Ħonduras

 

L-Indja

 

Il-Ġordan

 

Il-Kazakistan

 

Il-Libanu

 

Il-Madagaskar

 

il-Malasja

 

Il-Maldive

 

Il-Messiku

 

In-Niġerja

 

L-Oman

 

Il-Pakistan

 

Il-Paragwaj

 

Il-Perù

 

Il-Filippini

 

Ir-Repubblika tal-Moldova

 

Ir-Repubblika tal-Korea

 

Il-Federazzjoni Russa

 

L-Arabja Sawdija

 

It-Taġikistan

 

It-Turkija

 

L-Emirati Għarab Magħquda

 

Ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija

 

L-Urugwaj

 

Il-Venezwela

Aċidu idrokloriku

Aċidu sulfuriku

 

Il-Bolivja

 

Iċ-Ċilì

 

Il-Kolombja

 

L-Ekwador

 

Il-Perù

 

It-Turkija

 

Il-Venezwela


(1)  Din tinkudi l-imluħ ta' dawn is-sustanzi kull meta l-eżistenza ta' mluħ ta' dan it-tip hija possibbli.”


8.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/5


REGOLAMENT IMPLIMENTATTIV TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 226/2011

tas-7 ta’ Marzu 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

122,2

MA

45,1

TN

115,9

TR

93,9

ZZ

94,3

0707 00 05

TR

162,5

ZZ

162,5

0709 90 70

MA

32,9

TR

93,3

ZZ

63,1

0805 10 20

EG

55,8

IL

78,1

MA

57,1

TN

43,4

TR

65,8

ZA

37,9

ZZ

56,4

0805 50 10

EG

42,1

MA

45,9

TR

41,4

ZZ

43,1

0808 10 80

CA

99,3

CL

90,0

CN

75,4

MK

54,8

US

128,9

ZZ

89,7

0808 20 50

AR

89,0

CL

107,3

CN

54,8

US

79,9

ZA

94,0

ZZ

85,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


8.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/7


REGOLAMENT IMPLIMENTATTIV TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 227/2011

tas-7 ta’ Marzu 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 219/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 59, 4.3.2011, p. 23.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-8 ta’ Marzu 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

57,33

0,00

1701 11 90  (1)

57,33

0,00

1701 12 10  (1)

57,33

0,00

1701 12 90  (1)

57,33

0,00

1701 91 00  (2)

52,87

1,61

1701 99 10  (2)

52,87

0,00

1701 99 90  (2)

52,87

0,00

1702 90 95  (3)

0,53

0,20


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DIRETTIVI

8.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/9


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/29/UE

tas-7 ta' Marzu 2011

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż l-etridiażol bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista kienet tinkludi l-etridiażol.

(2)

Skont l-Artikolu 11e tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002, in-notifikatur irtira s-sostenn tiegħu għall-inklużjoni ta' din is-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta' Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta' ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (4) ġiet adottata għan-noninklużjoni tal-etridiażol.

(3)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn hawn 'il quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata, kif prevista fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta' Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta' proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta' sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta' dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5).

(4)

L-applikazzjoni tressqet lill-Pajjiżi l-Baxxi, li kienu nħatru bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta' żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess kif kien is-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mar-rekwiżiti sostanzjali u proċedurali li jifdal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

Il-Pajjiżi l-Baxxi vvalutaw id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikant u ħejjew rapport addizzjonali. Huma kkomunikaw dak ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-2 ta' Diċembru 2009. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u bagħtet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjonijiet tagħha dwar l-etridiażol lill-Kummissjoni fl-24 ta' Settembru 2010 (6). L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew irreveduti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzati fit-28 ta' Jannar 2011 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għall-etridiażol.

(6)

Minn diversi eżamijiet li saru, deher li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-etridiażol huma mistennija jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u mniżżla fid-dettall fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-etridiażol jiġi inkluż fl-Anness I biex jiġi żgurat li, fl-Istati Membri kollha, ikunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva skont id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(7)

Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li tinkiseb aktar informazzjoni dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li l-inklużjoni ta' sustanza fl-Anness I tista' tkun soġġetta għal xi kundizzjonijiet. Għalhekk, fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-etridiażol għall-użi għajr fuq il-pjanti għat-tiżjin, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull informazzjoni meħtieġa tkun provduta qabel ma tingħata tali awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, huwa xieraq li wieħed jirrikjedi li l-applikant iressaq aktar informazzjoni li tikkonferma: l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku kif immanifatturat kummerċjalment permezz ta' dejta analitika xierqa, ir-rilevanza tal-impuritajiet, l-ekwivalenza bejn l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal tekniku, kif immanifatturat kummerċjalment, u dawk tal-materjal tat-test li intuża fil-fajls tal-ekotossiċità, ir-rilevanza tal-metaboliti tal-pjanti l-aċidu 5-idrossi-etossietridiażol u 3- idrossimetiletridiażol, l-espożizzjoni indiretta tal-ilma ta' taħt l-art u l-organiżmi li jgħixu fil-ħamrija għall-etridiażol u għall-metaboliti tal-ħamrija tiegħu dikloro-etridiażol u l-aċidu tal-etridiażol, it-trasport ta' medda twila u qasira tal-aċidu tal-etridiażol fl-atmosfera.

(8)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju rwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

(9)

Bla ħsara għall-obbligazzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta' sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-etridiażol sabiex jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, jiġu ssodisfati. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, kif ikun meħtieġ, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B'deroga mill-iskadenza msemmija hawn fuq, għandu jiġi pprovdut perjodu itwal għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-fajl sħiħ tal-Anness III ta' kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE.

(10)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta' xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (7) wriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti b'rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li l-obbligi tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment l-obbligu li jivverifikaw li d-detentur ta' awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta' dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati s'issa li jemendaw l-Anness I.

(11)

Għaldaqstant, huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(12)

Id-Deċiżjoni 2008/934/KE tipprevedi li l-etridiażol ma jiġix inkluż u li l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza jiġu rtirati sal-31 ta' Diċembru 2011. Jeħtieġ li titħassar il-linja li tikkonċerna l-etridiażol fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni.

(13)

Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/934/KE tiġi emendata skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Il-linja li tikkonċerna l-etridiażol fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/934/KE għandha titħassar.

Artikolu 3

Sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2011 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Diċembru 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom, b'konformità mad-Direttiva 91/414/KEE u fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-etridiażol bħala sustanza attiva sat-30 ta' Novembru 2011.

Sa dik id-data huma għandhom b'mod partikolari jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta' dik id-Direttiva li jikkonċernaw l-etridiażol huma ssodisfati, bl-eċċezzjoni ta' dawk identifikati fil-parti B tal-entrata li tikkonċerna dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu f'idejh, jew li jkollu aċċess għal, fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta' dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta' dik id-Direttiva.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih l-etridiażol bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll kienu elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2011, l-Istati Membri għandhom jevalwaw mill-ġdid il-prodott skont il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ta' dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-entrata fl-Anness I ta' dik id-Direttiva li tikkonċerna l-etridiażol. Fuq il-bażi ta' din l-evalwazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li dan jiġi ddeterminat, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' prodott li jkun fih l-etridiażol bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2015; jew

(b)

fil-każ ta' prodott li fih l-etridiażol bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta' Mejju 2015 jew sad-data ffissata għal tali emenda jew irtirar fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li kienu żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema waħda hija l-aktar reċenti.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2011.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.

(5)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi għas-sustanza attiva etridiażol. EFSA Journal 2010;8(10):1823. [66 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1823. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm

(7)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.


ANNESS

L-entrata li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“332

Etridiażol

Nru tal-CAS: 2593-15-9

Nru CIPAC: 518

etil-3-triklorometil-1,2,4-tiadiażol-5-il etere

≥ 970 g/kg

L-1 ta’ Ġunju 2011

fil-31 ta’ Mejju 2021

PARTI A

L-użi bħala fungiċida f’sistemi mhux marbuta mal-ħamrija fis-serer jistgħu jiġu awtorizzati biss.

PARTI B

Waqt il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-etridiażol għall-użi għajr dawk fuq pjanti għat-tiżjin, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-kriterji fl-Artikolu 4(1)(b), u għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta kwalunkwe informazzjoni meħtieġa qabel ma tingħata awtorizzazzjoni bħal din.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar l-etridiażol, u b’mod partikolari għandhom jitqiesu l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta’ Jannar 2011.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri għandhom:

1.

jagħtu attenzjoni partikolari lir-riskju għall-operaturi u l-ħaddiema u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jinkludu l-applikazzjoni ta’ miżuri xierqa għall-mitigazzjoni tar-riskji;

2.

jiżguraw li jiġu applikati prattiċi xierqa għall-ġestjoni tal-iskart fir-rigward tal-ilma mormi mill-irrigazzjoni tas-sistemi ta’ tkabbir mhux marbuta mal-ħamrija; L-Istati Membri li jippermettu r-rilaxx tal-ilma mormi fis-sistema tad-drenaġġ jew f’korpi tal-ilma naturali għandhom jiżguraw li ssir valutazzjoni xierqa tar-riskji;

3.

jagħtu attenzjoni partikolari lir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jinkludu l-applikazzjoni ta’ miżuri xierqa għall-mitigazzjoni tar-riskji;

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu li titressaq informazzjoni ta’ konferma rigward:

1.

l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku kif immanifatturat kummerċjalment permezz ta’ dejta analitika xierqa.

2.

ir-rilevanza tal-impuritajiet;

3.

l-ekwivalenza bejn l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal tekniku, kif immanifatturat kummerċjalment, u dawk tal-materjal tat-test li ntuża fil-fajls tal-ekotossiċità;

4.

ir-rilevanza tal-metaboliti tal-pjanti l-aċidu 5-idrossi-etossietridiażol u 3- idrossimetiletridiażol;

5.

l-espożizzjoni indiretta tal-ilma ta’ taħt l-art u l-organiżmi li jgħixu fil-ħamrija għall-etridiażol u għall-metaboliti tal-ħamrija tiegħu dikloro-etridiażol u l-aċidu tal-etridiażol;

6.

it-trasport ta’ medda twila u qasira tal-aċidu tal-etridiażol fl-atmosfera.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant iressaq lill-Kummissjoni l-informazzjoni stabbilita fil-punti (1), (2) u (3) sal-1 ta’ Diċembru 2011 u l-informazzjoni stabbilita fil-punti (4), (5) u (6) sal-31 ta’ Mejju 2013.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.


8.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/14


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/30/UE

tas-7 ta’ Marzu 2011

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-ossidu tal-fenbutatin bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nri 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi l-ossidu tal-fenbutatin.

(2)

Skont l-Artikolu 11e tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002, in-notifikant irtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta’ dik is-sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni. Konsegwentement, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (4) kienet adottata għan-noninklużjoni tal-ossidu tal-fenbutatin.

(3)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn hawn ’il quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata prevista fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5).

(4)

L-applikazzjoni tressqet lill-Belġju, li kien inħatar bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 451/2000. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mal-bqija tar-rekwiżiti proċedurali u sostanzjali tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

Il-Belġju vvaluta d-dejta addizzjonali mibgħuta mill-applikant u ħejja rapport addizzjonali. Bagħat dan ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fl-1 ta’ Diċembru 2009. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u bagħtet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. B’konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar l-ossidu tal-fenbutatin lill-Kummissjoni fit-23 ta’ Awwissu 2010 (6). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u ġew iffinalizzati fit-28 ta’ Jannar 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-ossidu tal-fenbutatin.

(6)

Ħareġ ċar mid-diversi eżamijiet li saru, li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-ossidu tal-fenbutatin jista’ jkun mistenni li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari dwar l-użi tagħhom li ġew eżaminati u mniżżla fid-dettall fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-ossidu tal-fenbutatin jiġi inkluż fl-Anness I biex jiġi zgurat li fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(7)

Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb aktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tkun suġġetta għal xi kundizzjonijiet. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-applikant jintalab jissottometti tagħrif addizzjonali li jikkonferma r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju, abbażi tal-għarfien xjentifiku l-iktar reċenti; fir-rigward tal-impurità rilevanti bis[idrossibis(2-metil-2-fenilpropil)tin]ossidu (SD 31723). Dak it-tagħrif għandu jkun relatat mal-punti li ġejjin: il-potenzjal ġenotossikoloġiku, ir-rilevanza ekotossikoloġika, kif ukoll l-ispettri, l-istabbiltà waqt il-ħażna tal-impurità u l-metodi tal-analiżi fil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

(8)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I, sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jippreparaw irwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li se jirriżultaw mill-inklużjoni.

(9)

Mingħajr ħsara għall-obbligi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-ossidu tal-fenbutatin biex jaċċertaw li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kondizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, jiġu ssodisfati. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, kif ikun meħtieġ, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga mill-iskadenza msemmija hawn fuq, għandu jiġi pprovdut perjodu itwal għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-fajl sħiħ tal-Anness III ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE.

(10)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (7) wriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirjiet tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li l-obbligi tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment l-obbligu li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li ġew adottati sa issa li jemendaw l-Anness I.

(11)

Għaldaqstant, huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(12)

Id-Deċiżjoni 2008/934/KE tistipula n-noninklużjoni tal-ossidu tal-fenbutatin u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza sal-31 ta’ Diċembru 2011. Hemm bżonn li titħassar il-linja li tikkonċerna l-ossidu tal-fenbutatin fl-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni.

(13)

Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/934/KE tiġi emendata skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Il-linja li tikkonċerna l-ossidu tal-fenbutatin fl-Anness mad-Deċiżjoni 2008/934/KE għandha titħassar.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2011. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Diċembru 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom, b’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE u fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-ossidu tal-fenbutatin bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Novembru 2011.

Sa dik id-data huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ma’ dik id-Direttiva li jikkonċernaw l-ossidu tal-fenbutatin, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tikkonċerna dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu f’idejh fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma’ dik id-Direttiva, jew ikollu aċċess għal dan il-fajl, skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih l-ossidu tal-fenbutatin bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li għandhom ikunu lkoll elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2011, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI mad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ma’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ma’ dik id-Direttiva li tikkonċerna l-ossidu tal-fenbutatin. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li dan jiġi ddeterminat, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih l-ossidu tal-fenbutatin bħala l-unika sustanza attiva, fejn ikun meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2015; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih l-ossidu tal-fenbutatin bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Mejju 2015 jew sad-data ffissata għal tali emenda jew irtirar fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li tkun/ikunu żiedet/żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema waħda tkun l-iktar reċenti.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2011.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.

(5)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance fenbutatin oxide. EFSA Journal 2010; 8(9):1711. [73 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1711. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu

(7)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.


ANNESS

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiġi miżjuda fl-aħħar tat-tabella tal-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“338

Ossidu tal-Fenbutatin

Nru tal-CAS: 13356-08-6

Nru tas-CIPAC: 359

bis[tris(2-metil-2-fenilpropil)-tin]ossidu

≥ 970 g/kg

Impuritajiet:

bis[idrossibis(2-metil-2-fenilpropil)tin]ossidu (SD 31723): mhux iktar minn 3 g/kg

L-1 ta’ Ġunju 2011

Il-31 ta’ Mejju 2021

PARTI A

L-użi bħala akariċida fis-serer biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar l-ossidu tal-fenbutatin, u b'modpartikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta’ Jannar 2011 għandhom jiġu kkunsidrati.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għal dan li ġej:

l-ispeċifikazzjoni teknika tal-kontenut tal-impurità,

il-livelli ta’ residwi f'varjetajiet ta’ tadam żgħir (cherry tomatoes),

is-sigurtà tal-operatur. Il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jippreskrivu l-użu ta’ tagħmir protettiv personali adegwat, fejn ikun neċessarju;

ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi.

Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju, fejn xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu li jintbagħat tagħrif li jikkonferma r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju, fuq il-bażi tal-għarfien xjentifiku l-iktar reċenti, fir-rigward tal-impurità SD 31723. Dak it-tagħrif għandu jkun relatat mal-punti li ġejjin:

(a)

il-potenzjal ġenotossikoloġiku;

(b)

ir-rilevanza ekotossikoloġika;

(c)

l-ispettri, l-istabbiltà waqt il-ħażna u l-metodi ta’ analiżi fil-formolazzjoni.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jibgħat dan it-tagħrif ta’ konferma lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Mejju 2013.”


(1)  Jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva fir-rapport ta’ reviżjoni.


8.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/18


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/31/UE

tas-7 ta’ Marzu 2011

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ restrizzjoni fl-użu tas-sustanza attiva pirimifos-metil

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 91/414/KEE, inklużjoni tista’ tiġi riveduta fi kwalunkwe żmien jekk ikun hemm indikazzjonijiet li l-kriterji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dak l-Artikolu ma jibqgħux jiġu sodisfatti.

(2)

Bis-saħħa tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52/KE (2) il-pirimifos-metil kienet inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-dispożizzjoni speċifika li tikkonċerna din is-sustanza kienet titlob li n-notifikant, madankollu, jressaq aktar studji li jikkonfermaw il-valutazzjoni tal-espożizzjoni tal-operaturi.

(3)

Fit-22 ta’ Settembru 2009, in-notifikant bagħat dawn it-tali studji lir-Renju Unit, li kien maħtur bħala l-Istat Membru relatur skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (3).

(4)

Ir-Renju Unit ivvaluta dawn l-istudji u fil-25 ta’ Frar 2010, ressaq addendum lill-Kummissjoni għall-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, li ġie ċċirkulat għall-kummenti lill-Istati Membri l-oħra, lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u lin-notifikant. Filwaqt li tqies l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, l-addendum ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fit-28 ta’ Jannar 2011 fil-format ta’ verżjoni ġdida tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-pirimifos-metil tas-16 ta’ Marzu 2007.

(5)

L-istudji inklużi fir-rapport ta’ reviżjoni, kif finalizzat fit-28 ta’ Jannar 2011, kienu juru li r-riskju lill-operaturi mhuwiex aċċettabbli meta jintuża tagħmir li jinżamm fl-idejn.

(6)

Meta jitqies l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, l-addenum tiegħu u l-kummenti li waslu għand l-Istati Membri, mill-EFSA u mingħand in-notifikant, wieħed jista’ dejjem jikkonkludi li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-pirimifos-metil jistgħu jkunu meħtieġa jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari dwar l-użi tagħhom li ġew eżaminati u mniżżla fid-dettall fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Madankollu huwa meħtieġ li l-inklużjoni tal-pirimifos-metil tiġi ristretta billi jiġi eskluż it-tagħmir li jinżamm fl-idejn.

(7)

Għaldaqstant, huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2011. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Novembru 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom f’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-pirimifos-metil bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Ottubru 2011.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 214, 17.8.2007, p. 3.

(3)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.


ANNESS

Fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, ir-ringiela 162 hija sostitwita b’dan li ġej:

“162

pirimifos-metil

CAS No 29232-93-7

CIPAC No 239

O-2-dietilammino-6-metilpirimidin-4-yl

O,O- dimetilfosforutijoat

≥ 880 g/kg

fl-1 ta’ Ottubru 2007

fit-30 ta’ Settembru 2017

PARTI A

Użi biss bħala insettiċidju għall-ħażna ta’ wara l-ħsad jistgħu jkunu awtorizzati.

Tagħmir li jinżamm fl-idejn ma għandux jiġi awtorizzat.

PARTI B

Waqt il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-pirimifos-metil għall-użi għajr għall-applikazzjonijiet b'sistemi awtomatizzzati fl-imħażen vojta taċ-ċereali, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-kriterji fl-Artikolu 4(1)(b), u għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta kull dejta jew informazzjoni meħtieġa qabel ma tingħata awtorizzazzjoni bħal din.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-pirimifos-metil b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-16 ta’ Marzu 2007.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

lis-sigurtà tal-operatur. Kondizzjonijiet awtorizzati ta’ użu għandhom jippreskrivu l-applikazzjoni tat-tagħmir protettiv personali adegwat inkluż tagħmir respiratorju protettiv kif ukoll miżuri li jnaqqsu r-riskju għat-tnaqqis tal-espożizzjoni;

lill-espożizzjoni djetetika tal-konsumaturi fid-dawl ta’ reviżjonijiet futuri tal-Livelli Massimi ta’ Residwi.”


DEĊIŻJONIJIET

8.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/146/PESK

tas-7 ta’ Marzu 2011

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/145/PESK li ġġedded miżuri b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-8 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/145/PESK (1).

(2)

Il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2010/145/PESK għandhom jiġġeddu għal perijodu ta’ 12-il xahar ieħor,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 2010/145/PESK huwa sostitwit b’li ġej:

“1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tiskadi fis-16 ta’ Marzu 2012.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

CZOMBA S.


(1)  ĠU L 58, 9.3.2010, p. 8.


8.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' Settembru 2010

dwar l-iskema ta' għajnuna C 4/09 (ex N 679/97) li Franza implimentat għax-xandir bir-radju

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 6483)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/147/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 108(2)(a) tiegħu (1),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu (2),

Wara li sejħet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom skont dawn l-Artikoli (3),

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz tal-ittra tat-2 ta' Ottubru 1997, ir-Repubblika ta' Franza għarrfet lill-Kummissjoni dwar l-iskema ta' għajnuna N 679/97, abbozz ta' digriet maħsub biex jemenda l-iskema ta' għajnuna għax-xandir bir-radju diġà eżistenti. (4) Permezz tad-Deċiżjoni tal-10 ta' Novembru 1997 (5), il-Kummissjoni approvat it-tiġdid ta' din l-iskema ta' appoġġ għax-xandir bir-radju għal għaxar snin.

(2)

Emenda għal din l-iskema ta' għajnuna ġiet awtorizzata permezz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Lulju 2003 (6). L-emenda proposta mill-Awtoritajiet Franċiżi kienet tirrigwarda, inter alia, tibdil fil-metodu ta' finanzjament tal-iskema tal-għajnuna (7). F'din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskema ta' għajnuna kif emendata kienet kumpatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, (minn hawn 'il quddiem it-“TFUE”). Din l-emenda daħlet fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2003 għal perjodu ta' għaxar snin.

(3)

Fit-22 ta' Diċembru 2008, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, iddikjarat invalida d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Novembru 1997 dwar il-perjodu 1997-2002. Il-Kummissjoni għalhekk ħadet il-miżuri kollha meħtieġa sabiex tirrimedja l-illegalità kkonstatata u rrevediet l-informazzjoni pprovduta mill-Awtoritajiet Franċiżi (għal deskrizzjoni dettaljata ta' din il-proċedura, ara s-sezzjoni 3 “Raġunijiet li wasslu għall-ftuħ tal-proċedura”).

(4)

Permezz tal-ittra tal-11 ta' Frar 2009, il-Kummissjoni infurmat lir-Repubblika ta' Franza dwar id-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE dwar din l-għajnuna.

(5)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura msemmija ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (8). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom dwar l-għajnuna inkwistjoni.

(6)

Permezz tal-ittra tat-23 ta' April 2009, ir-Repubblika ta' Franza bagħtet il-kummenti tagħha dwar il-miżura.

(7)

Il-Kummissjoni ma rċevietx kummenti oħrajn dwar dan is-suġġett min-naħa ta' partijiet terzi interessati.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-GĦAJNUNA

(8)

Il-miżura inkwistjoni tikkonsisti fi skema ta' għajnuna bħala appoġġ lill-istazzjonijiet lokali żgħar tar-radju li jaqdu r-rwol ta' komunikazzjoni soċjali lokali u li d-dħul kummerċjali tagħhom minn messaġġi ta' riklami jew sponsorjar jirrappreżenta inqas minn 20 % tad-dħul totali tagħhom.

(9)

L-għajnuna kienet iffinanzjata mid-dħul minn taxxa parafiskali fuq ir-riżorsi li jirriżultaw mir-riklami mxandra fuq ir-radju u t-televiżjoni.

(10)

L-awtorità kompetenti, jiġifieri l-Fond li Jappoġġja x-Xandir bir-Radju (FSER), tista' toffri tliet tipi ta' għajnuniet:

(a)

sussidju għall-installazzjoni lir-radjijiet assoċjati ġodda awtorizzati mill-Kunsill Għoli tal-Awdjoviżiv, li ma jistax jaqbeż limitu stabbilit skont skeda ta' tariffi;

(b)

sussidju għall-operat ta' ammont stabbilit fi skeda ta' tariffi li jiżdied, imbagħad jonqos, iddeterminat mill-Kummissjoni inkarigata li tagħti s-sussidji, u li jista' jiżdied mill-Kummissjoni f'limiti definiti filwaqt li tqis l-isforzi magħmula mis-servizz fil-ġestjoni interna u f'azzjonijiet li jsiru fil-qasam tal-edukazzjoni, tal-assoċjazzjoni, tal-kultura jew tal-komunikazzjoni soċjali lokali;

(c)

għajnuna għat-tagħmir li tikkontribwixxi sa 50 % tal-finanzjament għat-tiġdid tal-apparat tar-radjijiet eliġibbli, li tista' tingħata biss kull ħames snin u li ma tistax taqbeż limitu stabbilit fi skeda ta' tariffi.

(11)

L-iskema ilha fis-seħħ mill-1989 u kienet soġġetta għal għadd ta' emendi, kollha nnotifikati lill-Kummissjoni u approvati minnha fl-1990, 1992, 1997 u fl-2003.

2.1.   Benefiċjarji tal-iskema ta' għajnuna

(12)

L-abbozz innotifikat mill-Awtoritajiet Franċiżi jirrigwarda l-iskema ta' għajnuna stipulata fl-Artikolu 80 tal-Liġi Nru 86-1067 tat-30 ta' Settembru 1986 dwar il-libertà tal-komunikazzjoni, hekk kif emendata bl-Artikolu 25 tal-Liġi Nru 89-25 tas-17 ta' Jannar 1989, u bl-Artikolu 27 tal-Liġi Nru 90-1170, tad-29 ta' Diċembru 1990, kif ġej:

“Is-servizzi tax-xandir bir-radju bil-frekwenza hertz li d-dħul kummerċjali tagħhom minn messaġġi ta' riklami mxandra bl-antenna u b'karatterestiċi ta' riklamar ta' marki jew ta' sponsorjar jirrappreżenta inqas minn 20 % tad-dħul totali tagħhom għandhom jibbenefikaw minn għajnuna skont ir-regoli stipulati bid-digriet tal-Kunsill tal-Istat.

Il-finanzjament ta' din l-għajnuna huwa pprovdut permezz ta' taxxa fuq id-dħul mir-riklamar imxandar bir-radju u fuq it-televiżjoni.

Il-ħlas riċevut mis-servizzi tax-xandir bir-radju fuq il-frekwenza hertz waqt ix-xandir ta' messaġġi li jappoġġjaw azzjonijiet kollettivi jew ta' interess ġenerali m'għandux ikun ikkunsidrat għad-determinazzjoni tal-limitu msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.”

2.2.   Metodu ta' finanzjament tal-iskema tal-għajnuna

(13)

F'dak li jirrigwarda l-finanzjament tal-iskema tal-għajnuna, l-abbozz innotifikat mill-Awtoritajiet Franċiżi fit-2 ta' Ottubru 1997, li sar id-digriet Nru 97-1263 tad-29 ta' Diċembru 1997, li ħoloq taxxa parafiskali li għandha titħallas għal fond li jappoġġja x-xandir bir-radju (9), jgħid fl-Artikolu 1 tiegħu:

“Għandha tiġi stabbilita, b'effett mill-1 ta' Jannar 1998 u għal ħames snin, taxxa parafiskali fuq ir-riklami mxandra bir-radju u fuq it-televiżjoni (minn hawn 'il quddiem it-‘taxxa fuq l-aġenziji tar-riklamar’)] bl-għan li tiffinanzja fond ta' għajnuna lid-detenturi ta' liċenzja għas-servizz ta' xandir bir-radju fuq il-frekwenza hertz li d-dħul kummerċjali tagħhom minn messaġġi ta' riklami mxandra bl-antenna u b'karattarestiċi ta' riklamar ta' marki jew ta' sponsorjar jirrappreżenta inqas minn 20 % tad-dħul totali tagħhom. Din it-taxxa hija maħsuba sabiex tippromwovi x-xandir bir-radju.”

L-Artikolu 2 tal-istess digriet jipprovdi li:

“It-taxxa hija imposta fuq l-ammonti, minbarra l-ħlas tal-aġenziji u minbarra t-taxxa fuq il-valur miżjud, imħallsa mir-riklamaturi għax-xandir tal-riklami pubbliċitarji tagħhom immirati għat-territorju Franċiż.

Din għandha tkun imħallsa mill-persuni li jamministraw dawn il-messaġġi pubbliċitarji.

Ordni konġunta mingħand il-Ministri inkarigati mill-baġit u mill-komunikazzjoni għandha tistabbilixxi r-rata tat-taxxa f'inkrimenti ta' dħul trimestrali miġbura mingħand l-awtoritajiet suġġetti għal-limiti li ġejjin:

[…]”

L-Artikolu 4 tal-istess digriet jispeċifika li t-taxxa msemmija fl-Artikolu 2 tiegħu għandha tkun ibbażata, likwidata u miġbura mid-Direttorat Ġenerali tat-Taxxa f'isem il-Fond li jappoġġja x-xandir bir-radju, skont l-istess regoli, garanziji u pieni previsti f'dak li jirrigwarda t-taxxa fuq il-valur miżjud.

(14)

Dawn id-dispożizzjonijiet ġew emendati b'konnessjoni mal-bidla tal-iskema ta' għajnuna nnotifikata lill-Kummissjoni u awtorizzata permezz tad-deċiżjoni tat-28 ta' Lulju 2003 (10) Skont ir-regoli l-ġodda, it-taxxa parafiskali tirrigwarda lill-aġenziji stabbiliti fit-territorju Franċiż biss.

3.   RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA

(15)

Fl-1997 il-Kummissjoni approvat permezz tad-deċiżjoni Nru 679/97, emenda fl-iskema ta' għajnuna li kienet tikkonsisti f'mekkaniżmu ta' finanzjament permezz ta' taxxa parafiskali fuq ir-riklami mxandra bir-radju u fuq it-televiżjoni. Din id-deċiżjoni ma fiha l-ebda analiżi tal-metodu ta' finanzjament. Id-deċiżjoni tal-1997 kellha effett sal-2003, id-data li fiha hija ġiet issostitwita minn deċiżjoni ġdida ta' awtorizzazzjoni NN42/03 (11).

(16)

Fit-3 ta' Awwissu 2004Régie Network, il-fergħa pubbliċitarja ta' katina kbira ta' xandir bir-radju fi Franza, jiġifieri NRJ, ikkontestat quddiem il-qorti ta' Lyon l-ammont imħallas fl-2001 (EUR 152 524). Il-każ kien is-suġġett ta' deċiżjoni preliminari mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-validità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Novembru 1997 li tawtorizza l-għajnuna.

(17)

Is-sentenza (12) tal-Qorti tal-Ġustizza, mogħtija fit-22 ta' Diċembru 2008, iddikjarat invalida d-deċiżjoni tal-1997 għar-raġuni li l-Kummissjoni naqset li tevalwa l-metodu ta' finanzjament tal-miżura inkwistjoni.

(18)

Fil-fatt, fil-punt 89 tas-sentenza tagħha, il-Qorti tfakkar li l-evalwazzjoni ta' miżura ta' għajnuna mill-Kummissjoni għandha neċessarjament tikkunsidra l-metodu ta' finanzjament tal-għajnuna f'każ li dan ikun parti integrali tal-miżura. Fil-punt 99 tas-sentenza tagħha, il-Qorti tispjega li t-taxxa hija parti integrali tal-miżura ta' għajnuna meta jkun hemm rabta vinkolanti ta' allokazzjoni bejn it-taxxa u l-għajnuna kkonċernata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, fis-sens li d-dħul mit-taxxa huwa neċessarjament allokat għall-finanzjament tal-għajnuna u jaffettwa direttament l-ammont ta' din u, konsegwentement, l-evalwazzjoni tal-kumpatibbiltà ta' din l-għajnuna mas-suq intern.

(19)

Wara li kkonkludiet li dawn il-kundizzjonijiet kienu kollha ssodisfati f'dan il-każ, il-Qorti tqis, fil-punt 112 tas-sentenza tagħha, li t-taxxa fuq l-aġenziji tar-riklamar tagħmel parti integrali mill-iskema ta' għajnuna għax-xandir bir-radju li din it-taxxa tiffinanzja. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha neċessarjament tikkunsidra l-imsemmija taxxa waqt l-eżami tal-għajnuna kkonċernata, li ma sarx fid-deċiżjoni tagħha NN 42/03.

(20)

Wara s-sentenza li ddikjarat l-invalidità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Novembru 1997, il-Kummissjoni ħadet il-miżuri kollha meħtieġa sabiex tirrimedja l-illegalità kkonstatata u evalwat mill-ġdid l-informazzjoni pprovduta mill-Awtoritajiet Franċiżi. Għaldaqstant, fil-11 ta' Frar 2009 il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta' investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE taħt in-numru ta' proċedura C4/2009 (13).

4.   KUMMENTI TA' FRANZA

(21)

Permezz tal-ittra tat-23 ta' April 2009 l-Awtoritajiet Franċiżi bagħtu l-kummenti li ġejjin lill-Kummissjoni:

(a)

L-ammont ta' fondi li nġabru u tħallsu matul il-perjodu inkwistjoni huwa ta' medja annwali ta' 20 miljun Euro, maqsuma bejn aktar minn 500 benefiċjarju.

(b)

Mhuwiex ikkontestat li operaturi barranin li joffru servizzi ta' xandir bir-radju fi Franza minn stazzjonijiet jew aġenziji stabbiliti fi Stati Membri oħrajn ħallsu wkoll din it-taxxa parafiskali, iżda mhux possibbli li dawn jiġu identifikati.

(c)

L-għajnuna ma tistax tiġi rkuprata għal żewġ raġunijiet prinċipali: l-ewwel, l-iskema ta' għajnuna ġiet innotifikata kif xieraq u awtorizzata mill-Kummissjoni diversi drabi, fatt li jkun ħoloq aspettattivi leġittimi min-naħa tal-benefiċjarji tagħha. It-tieni, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-benefiċjarji fil-kuntest attwali, jagħmilha impossibbli għall-Awtoritajiet Franċiżi li jirkupraw is-somom imħallsa.

5.   EVALWAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

5.1.   Bażi legali tal-evalwazzjoni

(22)

L-evalwazzjoni tal-iskema tal-għajnuna inkwistjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 107(3) tat-TFUE.

5.2.   Preżenza tal-għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE

(23)

L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jipprovdi li:

“Ħlief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkumpatibbli mas-suq intern”.

(24)

Analiżi ta' dan il-każ fir-rigward tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(a)   Għajnuna mogħtija mill-Istat permezz ta' riżorsi tal-Istat

L-iskema ta' għajnuna hija ffinanzjata permezz ta' riżorsi li ġejjin minn taxxa parafiskali prevista minn dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolatorji, miġbura mill-awtoritajiet tat-taxxa, u li tkopri r-riklamar imxandar permezz tar-radju u t-televiżjoni.

Għaldaqstant l-għajnuna hija mogħtija permezz ta' riżorsi pubbliċi tal-Istat Franċiż.

(b)   Effett ta' distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi

L-iskema ta' għajnuna tiffavorixxi biss il-forniment ta' servizzi ta' xandir bir-radju fuq il-frekwenza hertz. Il-benefiċjarji tal-iskema ta' għajnuna huma l-fornituri ta' dawn is-servizzi li r-riżorsi pubbliċitarji tagħhom huma inqas minn 20 % tad-dħul totali tagħhom. Dawn is-servizzi jinsabu f'kompetizzjoni biex jattiraw is-semmiegħa u dħul mill-pubbliċità ma' servizzi oħra ta' xandir fi Franza, li r-riżorsi kummerċjali tagħhom jaqbżu dan il-limitu u li ma jibbenefikawx mill-appoġġ pubbliku taħt l-iskema ta' għajnuna.

Għaldaqstant l-għajnuna inkwistjoni twassal għal distorsjoni jew, għall-inqas, theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni bejn il-fornituri ta' servizzi li qegħdin jibbenefikaw u l-fornituri tas-servizzi li mhumiex jibbenefikaw minn din l-għajnuna.

(c)   Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri

Is-servizzi tax-xandir bir-radju fuq il-frekwenza hertz ipprovduti mit-territorju Franċiż, b'mod partikolari mill-benefiċjarji tal-iskema ta' għajnuna, jistgħu jiġu interċettati fi Stati Membri oħrajn, għalkemm f'żoni qrib il-fruntieri. Bl-istess mod, jidher li t-taxxa parafiskali prevista mid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolatorji nnotifikati jkopru wkoll ir-riżorsi pubbliċitarji ta' servizzi pprovduti minn Stati Membri oħrajn lejn it-territorju Franċiż.

Minn dan jirriżulta li l-kummerċ bejn l-Istati Membri huwa affettwat jew jinsab f'riskju li jkun affettwat mill-iskema ta' għajnuna nnotifikata.

(d)   Konklużjoni dwar il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat

F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni tqis li l-iskema ta' għajnuna għax-xandir bir-radju, li hija s-suġġett tan-notifika mill-Awtoritajiet Franċiżi taqa' taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Sakemm din l-iskema tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-kumpatibbiltà tagħha mas-suq intern. Skont is-sentenza msemmija qabel Régie Networks, it-taxxa fuq ir-riklamar, li tiffinanzja l-għajnuna inkwistjoni, għandha tiġi kkunsidrata fl-evalwazzjoni tal-kumpatibbiltà ta' din l-iskema.

5.3.   Kompatibbiltà tal-għajnuna fid-dawl tal-Artikolu 107(2) u (3) tat-TFUE

(25)

Minħabba l-għan u l-ambitu tagħha, il-miżura ta' għajnuna nnotifikata, b'mod ċar ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 107(2) tat-TFUE u fl-Artikolu 107(3)(a) u (b) tat-TFUE.

(26)

Minħabba l-għan tagħha li tiffavorixxi lill-istazzjonijiet li joffru servizzi ta' xandir bir-radju fuq il-frekwenza hertz fit-territorju Franċiż, b'mod partikolari billi tappoġġja lil dawk li r-riżorsi mir-riklamar tagħhom huma l-aktar baxxi, l-iskema ta' għajnuna timmira li tiżgura l-pluralità tal-midja fit-territorju Franċiż, li huwa għan ġenerali leġittimu. Għalhekk, il-komponent ta' għajnuna lill-benefiċjarji jista' jkun evalwat taħt il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. Dan jipprovdi li: “Jistgħu jitqiesu kumpatibbli mas-suq intern: (…) għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew ta' ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni (…)”. F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tibbilanċja l-effetti pożittivi u l-effetti negattivi tal-miżura.

(27)

Fid-deċiżjonijiet preċedenti tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskema ta' għajnuna inkwistjoni għandha effetti pożittivi u li hija kumpatibbli mas-suq intern, b'mod partikolari minħabba l-fatt li din l-iskema ta' għajnuna tikkontribwixxi għal għan ta' interess ġenerali definit tajjeb. Fil-fatt, hija maħsuba li tiffavorixxi l-pluralità tal-istazzjonijiet li joffru servizzi ta' xandir bir-radju fuq il-frekwenza hertz fit-territorju Franċiż. Hija tappoġġja lil dawk l-istazzjonijiet iż-żgħar li jkollhom udjenza lokali, filwaqt li tikkunsidra interessi soċjali, kulturali u lokali, li jikkostitwixxi għan ġenerali leġittimu. Barra minn hekk, id-distorsjoni tal-kompetizzjoni li tista' tkun ikkawżata mill-iskema ta' għajnuna li tiffavorixxi lil dawn l-istazzjonijiet lokali hija dgħajfa u ma tbiddilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni. Minħabba l-missjoni u d-daqs ta' dawn l-istazzjonijiet, id-distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn dawn u l-fornituri tal-istess tipi ta' servizzi fi Stat Membru ieħor hija mnaqqsa b'mod partikolari. Għalhekk, l-effett fuq il-kummerċ li jirriżulta minn din l-iskema huwa partikolarment baxx.

(28)

Madankollu, huwa ċar mir-reviżjoni tad-Digriet Nru 97-1263, l-Artikoli 3 u 6, li l-metodu ta' finanzjament tal-iskema ta' għajnuna permezz tat-taxxa parafiskali inkwistjoni huwa parti integrali tal-miżura, kif diġà nnutat il-Qorti fis-sentenza Régie Networks (punti 99 sa 112).

(29)

Fil-fatt, kif hija indikat fil-punt 89 tas-sentenza Régie Networks: “il-mod ta' finanzjament ta' għajnuna jista' jwassal għall-inkumpatibbiltà mas-suq komuni tal-iskema ta' għajnuna kollha. Għalhekk, l-eżami ta' għajnuna ma jistax jiġi mifrud mill-effetti tal-mod ta' finanzjament tagħha. Bil-kontra, l-eżami ta' miżura ta' għajnuna mill-Kummissjoni għandu neċessarjament jieħu inkunsiderazzjoni l-mod ta' finanzjament tal-għajnuna meta dan tal-aħħar ikun parti integrali mill-miżura (ara f'dan is-sens, is-sentenzi van Calster et, iċċitata iktar 'il fuq, punt 49, kif ukoll tal-15 ta' Lulju 2004, Pearle et, C-345/02, Ġabra p. I-7139, punt 29)”.

(30)

Min dan jirriżulta li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra t-taxxa msemmija waqt l-evalwazzjoni tagħha tal-kumpatibbiltà tal-iskema ta' għajnuna mas-suq intern. F'dan ir-rigward, it-taxxa fuq ir-riklamar inkwistjoni tidher li tmur kontra l-prinċipju ġenerali, kif affermat regolarment mill-Kummissjoni u kkonfermat mill-Qorti fis-sentenza tagħha tal-25 ta' Ġunju 1970, Franza vs Il-Kummissjoni (47/69, Ġabra p. 487), li l-prodotti jew servizzi importati għandhom ikunu eżenti minn kull taxxa parafiskali għall-finanzjament ta' skema ta' għajnuna li jibbenefikaw minnha biss l-impriżi nazzjonali. Il-Qorti ssemmi din l-analiżi fil-punt 115 tas-sentenza tagħha Régie Networks.

(31)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li n-nuqqas ta' eżenzjoni tas-servizzi ta' xandir bir-radju fuq il-frekwenza hertz ipprovduti fi Franza minn stazzjonijiet stabbiliti fi Stati Membri oħrajn u li ma jistgħux jibbenefikaw mill-għajnuna mogħtija taħt l-iskema nnotifikata jibdel il-kundizzjonijiet ta' kummerċ fi grad li jmur kontra l-interess komuni. Anki jekk l-għan ġenerali tal-komponent ta' għajnuna lill-benefiċjarji taħt l-iskema notifikata jkun leġittimu u jista' jitqies kumpatibbli mas-suq intern, ma jistax jingħad l-istess għall-metodu ta' finanzjament ta' din l-iskema.

6.   KONKLUŻJONIJIET

(32)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni tikkonkludi li din l-iskema ta' għajnuna tista' titqies kumpatibbli mas-suq intern, b'mod partikolari skont il-kriterji msemmija fl-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni ma tistax tapprova l-metodu ta' finanzjament ta' din l-iskema.

(33)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni ħadet nota tal-impossibbiltà allegata mill-Awtoritajiet Franċiżi, fl-ittra tagħhom tat-23 ta' April 2009, li jidentifikaw (fost il-kontributuri tat-taxxa parafiskali li tiffinanzja l-iskema ta' għajnuna) l-operaturi barranin li offrew servizzi ta' xandir bir-radju fi Franza minn stazzjonijiet jew aġenziji li jinsabu fi Stati Membri oħrajn matul il-perjodu kopert mill-iskema ta' għajnuna inkwistjoni. Il-Kummissjoni tista' tammetti l-eżistenza ta' diffikultajiet amministrattivi li jipprevjenu l-identifikazzjoni tagħhom, meta wieħed jikkunsidra ż-żmien li għadda minn fuq il-fatti. Madankollu, fuq il-bażi tal-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-Awtoritajiet Franċiżi, il-mogħdija taż-żmien, f'dan il-każ, ma tidhirx li fiha nnifisha tikkostitwixxi ostakolu li ma jistax jingħeleb għall-identifikazzjoni tal-persuni taxxabbli. L-Awtoritajiet Franċiżi madankollu indikaw li ma kienx dejjem possibbli li jkun iddeterminat, mill-informazzjoni li għandhom, jekk il-persuni taxxabbli kinux aġenziji li jxandru mit-territorju Franċiż jew minn Stat Membru ieħor. F'dan il-każ, huma għandhom jinfurmaw b'mod individwali lill-persuni taxxabbli, fi żmien sitt xhur min-notifika ta' din id-deċiżjoni, id-dritt speċifiku tagħhom għar-rimbors jekk hija tkun xandret lejn Franza minn Stat Membru ieħor. L-amministrazzjoni għandha tuża l-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tidentifika lill-persuni taxxabbli. Madankollu, minħabba li mhuwiex ċert li l-Awtoritajiet Franċiżi jistgħu jidentifikaw huma stess il-persuni taxxabbli kollha, hija r-responsabbiltà tagħhom ukoll li jirriklamaw b'mod xieraq il-miżuri ta' rimbors, b'mod li l-operaturi kkonċernati jkunu jistgħu jersqu għar-rimbors.

(34)

Fil-fatt, Franza b'ebda mod m'hija prekluża milli tpoġġi lil dawk l-operaturi mhux magħrufa f'pożizzjoni li jasserixxu d-dritt tagħhom għal rifużjoni tat-taxxi mħallsa inġustament matul il-perjodu 1997-2002. Franza tista' tagħmel tajjeb għall-inkumpatibbiltà tal-metodu ta' finanzjament tal-iskema ta' għajnuna permezz tar-rimbors tal-ammont ta' taxxi inkumpatibbli mas-suq intern billi tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

Franza għandha ssejjaħ lill-operaturi kkonċernati billi tinnotifikahom b'mod individwali dwar id-dritt speċifiku tagħhom għar-rimbors kull meta l-Awtoritajiet Franċiżi jkunu jistgħu jidentifikawhom, u permezz ta' pubbliċità adegwata inkluż permezz ta' pubblikazzjonijiet fil-ġurnali speċjalizzati fl-Unjoni Ewropea kollha (14);

il-persuni taxxabbli għandhom ikollhom skadenza ta' 3 snin mill-pubbliċità adegwata sabiex iressqu t-talba għar-rimbors (15);

ir-rimbors għandu jingħata fi żmien massimu ta' 6 xhur mid-data tal-wasla tat-talba (16);

l-ammonti mħallsa lura għandhom jinkludu l-imgħax akkumulat mid-data li fiha nġabru sad-data tar-rimbors effettiv, ikkalkulat fuq bażi komposta, billi tittieħed bħala referenza rata oġġettiva, b'analoġija, bħal dik mogħtija fl-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (17);

l-Awtoritajiet Franċiżi għandhom jaċċettaw kull prova raġonevoli pprovduta mill-operaturi inkwistjoni li turi li sar il-ħlas tat-taxxa;

id-dritt għar-rimbors ma jistax ikun soġġett għal xi kundizzjoni oħra;

l-Awtoritajiet Franċiżi għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapporti regolari kull 6 xhur, mid-data tan-notifika ta' din id-deċiżjoni, dwar il-progress tal-proċedura ta' rimbors,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iskema ta' għajnuna implimentata minn Franza hija kumpatibbli mas-suq intern taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2.

Artikolu 2

Biex tneħħi d-diskriminazzjoni li sofrew ix-xandara barranin li ħallsu t-taxxi fuq l-aġenziji tar-riklamar lill-Istat Franċiż mingħajr ma setgħu jibbenefikaw mill-iskema ta' għajnuna, l-Awtoritajiet Franċiżi għandhom jirrifondu t-taxxi parafiskali miġbura mingħand l-operaturi barranin matul il-perjodu 1997-2002. Dawn għandhom jinfurmaw, fi żmien sitt xhur mid-data tan-notifika ta' din id-deċiżjoni, lill-operaturi kollha li ħallsu t-taxxa li għandha tingħata lura, f'kull każ li jistgħu jidentifikawhom u jagħmlu sejħa, permezz ta' pubbliċità adegwata, sabiex l-operaturi kkonċernati jippreżentaw irwieħhom, filwaqt li jagħtuhom tliet snin żmien sabiex iressqu t-talba għar-rimbors. (18) Wara din is-sejħa, u fuq il-bażi tal-provi pprovduti mill-operaturi inkwistjoni, Franza għandha tħallas lura, fi żmien massimu ta' 6 xhur mid-data li fiha tkun tressqet it-talba għar-rimbors, l-ammont tat-taxxi inkumpatibbli mas-suq intern, inkluż l-imgħax akkumulat, ikkalkulat fuq bażi komposta, b'referenza għal rata oġġettiva, b'analoġija, bħal dik mogħtija fl-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE.

Artikolu 3

Franza għandha tinforma lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika ta' din id-deċiżjoni, dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu sabiex tikkonforma magħha.

Hija għandha tibgħat rapporti regolari lill-Kummissjoni kull sitt xhur, mid-data tan-notifika ta' din id-deċiżjoni, dwar il-progress tal-proċedura ta' rimbors imsemmija fl-Artikolu 2, sa tmiem tliet snin mill-aħħar miżuri ta' pubbliċità adegwata msemmija fl-Artikolu 2.

Artikolu 4

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta' Franza.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi-President


(1)  B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE saru l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Iż-żewġ dispożizzjonijiet huma sostanzjalment identiċi għal dawk ta' qabel. Fil-kuntest ta' din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE jekk ikun il-każ.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  ĠU C 223, 16.9.2009, p. 15. http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri = OJ:C:2009:223:0015:0019:EN:PDF

(4)  Digriet 92-1053 tat-30 ta' Settembru 1992.

(5)  Ittra lill-Awtoritajiet Franċiżi tal-10 ta' Novembru 1997, għajnuna mill-Istat N 679/97, ĠU C 120, 1.5.1999, p. 2; http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri = OJ:C:1999:120:0002:0002:FR:PDF

(6)  Għajnuna mill-Istat Nru NN 42/03 (ex N752/02), ĠU C 219, 16.9.2003, p. 3. http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri = OJ:C:2003:219:0002:0003:FR:PDF http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/comp-2003/nn042-03.pdf

(7)  Ara l-premessa 14.

(8)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna nru 1.

(9)  Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża, 30.12.1997, p. 19194.

(10)  Għajnuna tal-Istat Nru NN 42/03 (ex N752/02), ĠU C 219, 16.9.2003, p. 3. Ara n-nota 5.

(11)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna Nru 10.

(12)  Kawża C-333/07, Régie Networks v Direction de Contrôle Fiscal Rhône-Alpes Bourgogne; http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri = CELEX:62007C0333:FR:HTML

(13)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna nru 1.

(14)  Fil-fruntieri tagħha tal-2003.

(15)  Fi Franza dan huwa żmien normali ta' reazzjoni fir-relazzjonijiet bejn l-amministrazzjoni tat-taxxa u l-persuni taxxabbli, li jista' jitqies raġonevoli.

(16)  Dan il-perjodu kien intuża fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Diċembru 2004 dwar it-taxxa fuq ix-xiri tal-laħam (taxxa tat-tqattigħ) implimentata minn Franza. Jidher raġonevoli u mhemmx raġuni għalfejn ma jintużax f'dan il-każ.

(17)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.

(18)  Skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-premessa 34.


8.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta' Marzu 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2008/456/KE li tistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu mill-2007 sal-2013 bħala parti mill-programm ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni” fir-rigward tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-Istati Membri, ir-regoli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja u l-eliġibilità ta' nefqiet fuq proġetti kofinanzjati mill-Fond

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1160)

(it-testi fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan, u Ungeriż,biss huma awtentiċi)

(2011/148/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu bejn l-2007 sal-2013 bħala parti mill-programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji” (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25 u l-Artikolu 37(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mit-tnedija tal-Fond Ewropew għar-Ritorn, huwa xieraq li jiġu ċċarati l-obbligi fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/458/KE (2) dwar it-trasparenza, it-trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni fl-implimentazzjoni tal-proġetti.

(2)

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tal-programmi annwali tagħhom. Huwa għalhekk xieraq li jiġi ċċarat liema informazzjoni għandhom jipprovdu l-Istati Membri.

(3)

Sabiex jitħaffef il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u tiġi provduta ċertezza legali akbar, ir-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-infiq ta' azzjonijiet kofinanzjati mill-Fond għall-Fruntieri Esterni, għandhom jiġu ssimplifikati u ċċarati.

(4)

Ħafna mill-bidliet li ġew introdotti permezz ta' din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw b'mod immedjat. Madankollu, peress li l-programmi annwali tal-2009 u l-2010 għadhom għaddejin, ir-regoli riveduti dwar l-eliġibbiltà ta' nefqiet ta' azzjonijiet kofinanzjati mill-Fond għall-Fruntieri Esterni għandhom japplikaw mill-programm annwali tal-2011. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li japplikaw dawk ir-regoli minn qabel skont ċerti kundizzjonijiet.

(5)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka implimentat id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE fil-liġi nazzjonali tagħha u għaldaqstant hija marbuta b'din id-Deċiżjoni.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, li ma japplikawx għar-Renju Unit, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq sabiex jipparteċipaw f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (3) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/926/KE sussegwenti tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar id-dħul fis-seħħ ta' partijiet mill-acquis ta' Schengen mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (4). Għalhekk ir-Renju Unit mhux marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (5) li ma japplikawx għall-Irlanda, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda sabiex tipparteċipa f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen. Għaldaqstant l-Irlanda mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fl-ambitu tat-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati bl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (6), li jaqgħu taħt l-oqsma msemmija fl-Artikolu 1, punti A u B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mir-Repubblika tal-Islanda u mir-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (7).

(9)

Fir-rigward tal-Isvizzera, id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fl-ambitu tat-tifsira tal-Ftehim iffirmat mill-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni ta' din tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen li jaqgħu taħt l-oqsma msemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

(10)

Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat komuni “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji” stabbilita permezz tad-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE.

(11)

Id-Deċiżjoni 2008/456/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2008/456/KE tiġi emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 9(1), it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“Kwalunkwe bidla sostanzjali fil-kontenut tas-sejħiet għall-proposti għandha tiġi pubblikata fl-istess kundizzjonijiet.”.

2.

L-Artikolu 11 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Il-kuntratti ta' implimentazzjoni

Meta jingħataw il-kuntratti għall-implimentazzjoni tal-proġetti, l-Istat, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, il-korpi mmexxija mil-liġi pubblika, l-assoċjazzjonijiet iffurmati minn waħda jew numru ta' tali awtoritajiet jew numru ta' tali korpi mmexxija mil-liġi pubblika, għandhom jimxu skont il-liġi u l-prinċipji dwar l-akkwist pubbliku tal-Unjoni u dawk nazzjonali applikabbli.

Entitajiet minbarra dawk imsemmija fl-ewwel paragrafu, għandhom jagħtu kuntratti għall-implimentazzjoni tal-proġetti wara riklamar xieraq sabiex tkun żgurata l-konformità mal-prinċipji tat-trasparenza, in-nondiskriminazzjoni u t-trattament ugwali. Kuntratti b'valur ta' inqas minn EUR 100 000 jistgħu jingħataw sakemm l-entità kkonċernata titlob mill-inqas tliet offerti. Mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali, kuntratti ta' valur inqas minn EUR 5 000 ma għandhomx jiġu suġġetti għal xi obbligu ta' proċedura.”.

3.

Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-awtorità responsabbli għandha tinforma lill-Kummissjoni permezz ta' ittra formali dwar kwalunkwe bidla sostanzjali fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll u għandha tibgħat deskrizzjoni riveduta tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll lill-Kummissjoni kemm jista' jkun malajr u minn tal-inqas fil-ħin li ssir tali bidla.”.

4.

Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.   It-tabelli finanzjarji marbuta mar-rapporti ta' progress u mar-rapporti finali għandhom jippreżentaw tqassim tal-ammonti kemm skont il-prijorità u anki skont il-prijorità speċifika, kif ġie definit fil-linji gwida strateġiċi.”.

5.

L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, jiżdiedu s-sentenzi li ġejjin:

“Kwalunkwe tibdil fl-istrateġija ta' verifika sottomessa fir-rigward tal-Artikolu 30(1)(c) tal-att bażiku u aċċettat mill-Kummissjoni għandu jintbagħat lill-Kummissjoni kemm jista' jkun malajr. L-istrateġija ta' verifika riveduta għandha tkun stabbilita skont il-mudell fl-Anness VI, li timmarka r-reviżjonijiet imdaħħla.”

(b)

Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Mill-2010, l-awtorità ta' verifika għandha tressaq pjan ta' verifika annwali qabel il-15 ta' Frar ta' kull sena, ħlief meta kull wieħed mill-aħħar żewġ programmi annwali adottati mill-Kummissjoni jikkorrispondi għal kontribuzzjoni Komunitarja annwali taħt EUR 1 miljun. Il-pjan ta' verifika għandu jitwaqqaf skont il-mudell fl-Anness VI. l-Istati Membri mhumiex meħtieġa jerġgħu jissottomettu l-istrateġija ta' verifika meta jissottomettu l-pjanijiet ta' verifika annwali. Fil-każ ta' strateġija ta' verifika kombinata, kif ġie provdut fl-Artikolu 32(2) tal-att bażiku, jista' jiġi sottomess pjan ta' verifika annwali kombinata.”.

6.

L-Artikolu 26 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 26

Id-dokumenti stabbiliti mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni

1.   Iċ-ċertifikazzjoni relatata mat-talba għal pagament ta' prefinanzjament ieħor imsemmija fl-Artikolu 41(4) tal-att bażiku għandha titfassal u tiġi trażmessa lill-Kummissjoni mill-awtorità responsabbli fil-format tal-Anness VIII.

2.   Iċ-ċertifikazzjoni relatata mat-talba għal pagament finali msemmija fl-Artikolu 42(1)(a) tal-att bażiku għandha titfassal mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni u tiġi trażmessa lill-Kummissjoni mill-awtorità responsabbli fil-format tal-Anness IX.”.

7.

L-Artikolu 37 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 37

L-iskambju elettroniku tad-dokumenti

Minbarra l-verżjonijiet fuq il-karti debitament iffirmati tad-dokumenti msemmija fil-Kapitolu 3, l-informazzjoni għandha tintbagħat ukoll permezz ta' mezzi elettroniċi.”.

8.

L-Artikolu 40(3)(b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

għal spejjeż addizzjonali oħrajn, sat-30 ta' Ġunju tas-sena N (*) +2.

(*)  Fejn ‘N’ hija s-sena msemmija fid-deċiżjoni tal-finanzjament li tapprova l-programmi annwali tal-Istati Membri.”"

9.

L-Annessi huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Il-punti 1 sa 8 tal-Artikolu 1 u l-punti 1 sa 5 tal-Anness għandhom japplikaw mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni

2.   Punt 6 tal-Anness għandu japplika minn tal-inqas mill-implimentazzjoni tal-programmi annwali tal-2011.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw punt 6 tal-Anness fir-rigward ta' proġetti li għadhom għaddejin jew dawk fil-futur mill-programmi annwali tal-2009 u 2010 b'konsiderazzjoni sħiħa tal-prinċipji ta' trattament ugwali, trasparenza u nondiskriminazzjoni. F'dak il-każ, l-Istati Membri jistgħu japplikaw ir-regoli ġodda fl-intier tagħhom għall-proġett ikkonċernat u, fejn ikun neċessarju, għandhom jemendaw il-ftehim tal-għotja. Fir-rigward tal-infiq għal assistenza teknika biss, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw punt 6 tal-Anness mill-programm annwali tal-2008.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta' Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta' Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, lir-Repubblika tal-Ungerija, lir-Repubblika ta' Malta, lir-Renju tal-Olanda, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja u lir-Renju tal-Iżvezja.

Magħmul, fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Cecilia MALMSTRÖM

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 144, 6.6.2007, p. 22.

(2)  ĠU L 167, 27.6.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(4)  ĠU L 395, 31.12.2004, p. 70.

(5)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(6)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(7)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.


ANNESS

L-Annessi tad-Deċiżjoni 2008/456/KE huma emendati kif ġej:

1.

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

1.1.

Il-punt 2 qiegħed jitħassar;

1.2.

Il-punt 4.2 qiegħed jitħassar.

2.

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

2.1.

Fil-Parti A, il-punt 1.2 jiġi mibdul b’dan li ġej:

‘1.2.

Deskrizzjoni tal-proċess li jikkonċerna s-selezzjoni ta' proġetti (fuq il-livell ta' Awtorità Responsabbli/awtorità Delegata jew korpi assoċjati) u r-riżultati tagħhom’;

2.2.

F’Parti A, punt 2, tabella 1, l-aħħar kolonna, il-kelma ‘eliġibbli’ hi mħassra;

3.

L-Anness V, Parti A huwa emendat kif ġej:

3.1.

Il-punt 1.2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

‘1.2.

Aġġornament mir-rapport ta' progress dwar id-deskrizzjoni tal-organizzazzjoni tas-selezzjoni ta' proġetti (fuq il-livell ta' Awtorità Responsabbli/awtorità Delegata jew korpi assoċjati) u r-riżultati tagħhom, fejn hu xieraq’

3.2.

Il-punt 1.8 li ġej għandu jiżdied:

‘1.8.

Konferma li l-ebda bidla sostanzjali għas-sistema ta' Ġestjoni u kontroll ma saret mill-aħħar reviżjoni notifikata lill-Kummissjoni fil- …’

3.3.

Il-punt 4 jinbidel b’dan li ġej:

‘4.   L-IMPLIMENTAZZJONI FINANZJARJA

Rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali

Tabella 1

Rapport finanzjarju ddettaljat

 

L-Istat Membru: […]

 

Il-programm annwali kkonċernat: […]

 

Is-sitwazzjoni: [jum/xahar/sena]


(iċ-ċifri kollha f’euro)

Ipprogrammati mill-IM (bħall-programm annwali approvat mill-Kummissjoni)

Impenjati fil-livell tal-IS

Ċifri attwali aċċettati mill-Awtorità Responsabbli

(l-ispejjeż li ġarrbu l-benefiċjarji u l-kontribuzzjoni finali tal-KE)

Azzjonijiet

Proġetti

Ref. prijorità

Ref. prijorità speċifika (1)

Spejjeż totali pprogrammati

(a)

Kontribuzzjoni KE

(b)

% kontribuzzjoni KE

(c = b/a)

Spejjeż totali eliġibbli

(d)

Kontribuzzjoni KE

(e)

% Kontribuzzjoni KE

(f = e/d)

Spejjeż totali eliġibbli

(g)

Kontribuzzjoni KE

(h)

% kontribuzzjoni KE

(i = h/g)

Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

(j)

Irċevuti ġġenerati mill-proġett

(k)

Ħlas/Rkupru li jrid isir mill- AR

(l)

Azzjoni 1: […]

proġett 1: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

proġett N: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzjoni Totali 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzjoni …: […]

proġett 1: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

proġett N: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzjoni Totali …: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzjoni N: […]

proġett 1: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

proġett N: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzjoni Totali N

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Assistenza teknika

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Operazzjonijiet oħra (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

0

0

0  %

0

0

0  %

0

0

0  %

0

 

 

3.4.

Il-Punt 6 jinbidel b’dan li ġej:

“6.   ANNESSI

Infiq eliġibbli għall-proġett u konformità tad-dħul mar-regola dwar nuqqas ta' qligħ u deskrizzjoni fil-qosor tal-proġett.

Rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali

Tabella 6 A

L-ispejjeż eliġibbli tal-proġett u sorsi ta' dħul. Konformità mal-prinċipju tan-nuqqas ta' qligħ stipulat fil-punt I.3.3 tal-Anness XI

Sitwazzjoni fi: jum/xahar/sena


 

Spejjeż eliġibbli

Sorsi ta' dħul

 

Spejjeż diretti

Spejjeż indiretti

Spiża totali eliġibbli

Kontribuzzjoni mill-UE

Kontribuzzjoni minn partijiet terzi

Irċevuti ġġenerati mill-proġett

Dħul Totali

(kif stipulat fil-punt I.3.3 tal-Anness XI)

 

(a)

(b)

(c) = (a) + (b)

(e)

(f)

(g)

(h)= (e) + (f) +(g)

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

eċċ.

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL AZZJONI 1

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

eċċ.

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL AZZJONI 2

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

eċċ.

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL AZZJONI N

 

 

 

 

 

 

 

ASSISTENZA TEKNIKA

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL PROGRAMM ANNWALI

 

 

 

 

 

 

 

Image

Test ta 'immaġni

4.

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

4.1.

It-titolu jinbidel b’dan li ġej:

MUDELL TA' VERIFIKA GĦAT-TIENI PREFINANZJAMENT

4.2.

Il-kelma ‘eliġibbli’ fin-nota 1 ta' qiegħ il-paġna hi kkanċellata;

4.3.

Il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

‘2.

l-infiq iddikjarat sar fir-rigward tal-azzjonijiet magħżula għal finanzjament skont il-kriterji applikabbli għall-programm annwali;’

5.

L-Anness IX, it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

MUDELL TA' ĊERTIFIKAZZJONI GĦAL-ĦLAS FINALI

6.

L-Anness XI jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS XI

REGOLI DWAR L-ELIĠIBBILTÀ TAN-NEFQA FOND GĦALL-FRUNTIERI ESTERNI

I.   Il-Prinċipji Ġenerali

I.1.   Prinċipji Bażiċi

1.

Skont l-att bażiku, biex in-nefqa tkun eliġibbli, din trid tkun:

(a)

fl-ambitu tal-Fond u fil-limitu tal-għanijiet, kif deskritti fl-Artiklu 1 u 3 tal-att bażiku;

(b)

fil-limiti tal-azzjonijiet eliġibbli elenkati fl-Artikolu 4 u 6 tal-att bażiku;

(c)

meħtieġa sabiex jitwettqu l-attivitajiet koperti mill-proġett, li jifforma parti mill-programmi multiannwali u annwali, kif approvati mill-Kummissjoni;

(d)

raġonevoli u konformi mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda, b’mod partikolari l-valur għall-flus u l-użu effikaċi tal-fondi;

(e)

saret mill-benefiċjarju finali u/jew l-imsieħba fil-proġett, li għandhom ikunu stabbiliti u rreġistrati fi Stat Membru, ħlief fil-każ ta’ organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku internazzjonali imwaqqfa permezz ta’ ftehimiet intergovernattivi, u aġenziji speċjalizzati mwaqqfa minn tali organizzazzjonijiet, il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC) u l-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar Nazzjonali u s-Soċjetajiet tan-Nofs Qamar Aħmar. Dwar l-Artikolu 39 ta’ din id-Deċiżjoni, ir-regoli li jgħoddu għall-benefiċjarju finali għandhom jgħoddu mutatis mutandis għall-imsieħba fil-proġett;

(f)

saret skont id-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-ftehim tal-għotja.

2.

Fil-każ ta’ azzjonijiet multiannwali fis-sens tal-Artikolu 16(6) tal-att bażiku, parti biss mill-azzjoni kofinanzjata minn programm annwali hi meqjusa bħala proġett għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli ta’ eliġibilità.

3.

Il-proġetti appoġġjati mill-Fond m’għandhomx ikunu ffinanzjati minn sorsi oħrajn koperti mill-baġit Komunitarju. Il-proġetti appoġġjati mill-Fond għandhom ikunu kofinanzjati minn sorsi pubbliċi jew privati.

I.2.   Il-baġit ta’ proġett

Il-baġit ta’ proġett għandu jkun ippreżentat kif ġej:

In-nefqa

Dħul

+

Spejjeż diretti (DC)

+

Spejjeż Indiretti (persentaġġ fiss ta’ DC, definit fil-ftehim tal-għotja)

+

Kontribuzzjoni mill-KE (definita bħala l-aktar baxxa mit-tliet ammonti indikati fl-Artikolu 12 ta’ din id-Deċiżjoni)

+

Kontribuzzjoni mill-benefiċjarju finali u l-imsieħba fil-proġett

+

Kontribuzzjoni minn partijiet terzi

+

Irċevuti ġġenerati mill-proġett

=

Spejjeż Totali Eliġibbli (TEC)

=

Dħul Totali (TI)

Il-baġit għandu jkun ibbilanċjat: L-Ispejjeż Totali Eliġibbli għandhom ikunu daqs id-Dħul Totali.

I.3.   Id-Dħul u l-Prinċipju tan-Nuqqas ta’ Qligħ

1.

Il-proġetti appoġġjati mill-Fond għandhom ikunu ta’ natura li ma jagħmlux qligħ. Jekk, fl-aħħar tal-proġett, is-sorsi tad-dħul, inklużi l-irċevuti, jeċċedu l-infiq, il-kontribuzzjoni lejn il-proġett mill-Fond għandha titnaqqas f’dan is-sens. Is-sorsi kollha tad-dħul għall-proġett għandhom ikunu rreġistrati fil-kontijiet tal-benefiċjarju finali jew fid-dokumenti tat-taxxa, u għandhom ikunu identifikabbli u kontrollabbli.

2.

Id-dħul mill-proġett għandu jiġi mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha mogħtija lill-proġett mill-Fond, minn sorsi pubbliċi u privati, inkluża l-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju stess, u minn kwalunkwe rċevuta ġġenerata mill-proġett. ‘Irċevuti’ għall-għanijiet ta’ din ir-regola jkopru dħul irċevut minn proġett matul il-perjodu tal-eliġibbiltà kif deskritt fil-punt I.4, minn bejgħ, kiri, servizzi, abbonament/tariffi jew kwalunkwe dħul ieħor ekwivalenti.

3.

Il-kontribuzzjoni Komunitarja li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-prinċipju li ma jsirx qligħ, kif imsemmi taħt l-Artikolu 12(c) ta’ din id-Deċiżjoni, tkun l-‘ispejjeż totali eliġibbli’ bit-tnaqqis tal-‘kontribuzzjoni minn partijiet terzi’ u l-‘irċevuti ġġenerati mill-proġett’.

I.4.   Il-Perjodu tal-Eliġibbiltà

1.

L-ispejjeż relatati ma’ proġett għandhom ikunu ġġenerati u l-ħlasijiet rispettivi (ħlief għad-diprezzament) li jkunu saru wara l-1 ta’ Jannar tas-sena msemmija fid-deċiżjoni tal-finanzjament li tapprova l-programmi annwali tal-Istati Membri. Il-perjodu tal-eliġibbiltà huwa sat-30 ta’ Ġunju tas-sena N (*) +2, jiġifieri li l-ispejjeż relatati ma’ proġett għandhom ikunu ġġenerati qabel din id-data.

2.

Issir eċċezzjoni għall-perjodu ta’ eliġibbiltà msemmi fil-paragrafu 1 għall-assistenza teknika għall-Istati Membri (irreferi għall-punt IV.3).

I.5.   Rekord tal-infiq

1.

L-infiq għandu jikkorrispondi għall-ħlasijiet magħmula mill-benefiċjarju finali. Dawn għandhom ikunu fil-forma ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji (kontanti), ħlief għad-diprezzament.

2.

Bħala regola, l-infiq għandu jkun iġġustifikat minn fatturi uffiċjali. Fejn dan ma jistax isir, l-infiq għandu jkun appoġġjat minn dokumenti taż-żamma tal-kotba jew dokumenti ta’ sostenn ta’ valur probatorju ekwivalenti.

3.

L-infiq għandu jkun identifikabbli u verifikabbli. B’mod partikolari,

(a)

għandu jkun irreġistrat fir-rekords taż-żamma tal-kotba tal-benefiċjarju finali;

(b)

għandu jkun iddeterminat skont l-istandards applikabbli taż-żamma tal-kotba tal-pajjiż fejn huwa stabbilit il-benefiċjarju finali u bil-prattika normali taż-żamma tal-kotba skont l-ispejjeż tal-benefiċjarju finali; u

(c)

għandu jiġi ddikjarat skont ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar it-taxxa u dik soċjali.

4.

Kif neċessarju, il-benefiċjarji finali huma obbligati jżommu kopji ċċertifikati tad-dokumenti taż-żamma tal-kotba li jiġġustifikaw id-dħul u l-infiq li jkun sar mill-imsieħba fir-rigward tal-proġett ikkonċernat.

5.

Il-ħażna u l-ipproċessar ta’ dawn ir-rekords mogħtija fil-paragrafi 2 sa 4 għandhom ikunu skont il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

I.6.   Skop territorjali

1.

L-infiq għall-azzjonijiet deskritti fl-Artikoli 4 u 6 tal-att bażiku għandu jsir fit-territorju tal-Istati Membri, mill-benefiċjarji finali definiti fil-punt I.1.1.(e), bl-eċċezzjoni ta’:

Nefqa li timplimenta azzjonijiet b’rabta mal-għanijiet ġenerali definiti fl-Artikolu 3(1)(d) tal-att bażiku; Infiq għal dawn l-azzjonijiet jista’ jsir fit-territorju tal-Istati Membri u f’pajjiżi terzi;

azzjonijiet b’rabta mas-sorveljanza tal-fruntieri esterni; dawk l-azzjonijiet jistgħu jsiru kemm fit-territorju tal-Istati Membri kif ukoll lil hinn minnu.

2.

Imsieħba fil-proġett irreġistrati u stabbiliti f’pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw fi proġetti biss fuq bażi mingħajr nefqa, ħlief fil-każ ta’ organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku internazzjonali mwaqqfa permezz ta’ ftehimiet intergovernattivi, u aġenziji speċjalizzati mwaqqfa minn tali organizzazzjonijiet, il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC) u l-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar Nazzjonali u s-Soċjetajiet tan-Nofs Qamar Aħmar.

II.   Il-kategoriji tal-ispejjeż eliġibbli (fuq il-livell tal-proġett)

II.1.   L-ispejjeż diretti eliġibbli

L-ispejjeż diretti eliġibbli tal-proġett huma spejjeż li, fir-rigward tal-kundizzjonijiet ġenerali dwar l-eliġibbiltà stabbiliti fil-parti I, huma identifikabbli bħala spejjeż speċifiċi direttament marbuta mal-implimentazzjoni tal-proġett. L-ispejjeż diretti għandhom ikunu inklużi fl-istima totali tal-baġit għall-proġett.

Dawn l-ispejjeż diretti li ġejjin huma eliġibbli:

II.1.1.   Spejjeż dwar il-persunal

1.

L-ispejjeż dwar il-persunal assenjati għall-proġett, magħmula minn salarji attwali u spejjeż ta’ sigurtà soċjali, u spejjeż statutorji oħra għandhom ikunu eliġibbli, kemm-il darba dawn jikkorrispondu mal-politika normali tal-benefiċjarju dwar il-ħlas.

2.

Għal organizzazzjonijiet internazzjonali, l-ispejjeż dwar il-persunal eliġibbli jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet biex ikopru obbligi statutorji u intitolamenti relatati mal-ħlas.

3.

L-ispejjeż tas-salarji korrispondenti tal-persunal ta’ korpi pubbliċi jkunu eliġibbli sakemm ikunu marbuta mal-ispiża ta’ attivitajiet li l-korp pubbliku rilevanti ma jkunx wettaq kieku l-azzjoni kkonċernata ma tteħditx; dan il-persunal għandu jiġi ssekondat jew assenjat għall-implimentazzjoni tal-proġett permezz ta’ deċiżjoni bil-miktub tal-benefiċjarju finali.

4.

L-ispejjeż dwar il-persunal għandhom ikunu dettaljati fil-baġit bil-quddiem, bl-indikazzjoni ta’ funzjonijiet u n-numru ta’ persunal.

II.1.2.   Spejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza

1.

Spejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza huma eliġibbli bħala spejjeż diretti għall-persunal jew persuni oħra li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-proġett u li l-ivvjaġġar tagħhom hu neċessarju għall-implimentazzjoni tal-proġett.

2.

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandhom ikunu eliġibbli fuq il-bażi tal-ispejjeż attwali li saru. Ir-rati tal-ħlas lura għandhom ikunu bbażati fuq l-orħos forma ta’ transport pubbliku u t-titjiriet għandhom, bħala regola, ikunu permessi biss għal vjaġġi itwal minn 800 km (vjaġġ tar-ritorn), jew fejn id-destinazzjoni ġeografika tiġġustifika l-ivvjaġġar bl-ajru. Fejn tintuża karozza privata, il-ħlas lura normalment isir jew fuq bażi tal-ispejjeż tat-trasport pubbliku, jew ir-rati tal-mili skont ir-regoli uffiċjali ppubblikati fl-Istat Membru kkonċernat jew użati mill-benefiċjarju finali.

3.

L-ispejjeż tas-sussistenza għandhom ikunu eliġibbli fuq il-bażi ta’ spejjeż reali jew gratifika għas-sussistenza għal kuljum. Fejn organizzazzjoni għandha r-rati tagħha ta’ kuljum (ħlasijiet ta’ sussistenza), dawn għandhom jiġu applikati fil-limiti stabbiliti mill-Istati Membri, skont il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali. Il-ħlasijiet tas-sussistenza normalment huma miftiehma li jkopru transport lokali (inklużi taksis), akkomodazzjoni, ikel, telefonati lokali u spejjeż ġenerali.

II.1.3.   Tagħmir

II.1.3.1.   Regoli Ġenerali

L-ispejjeż li jsiru għall-akkwist ta’ tagħmir (ibbażati fuq kwalunkwe minn dawn li ġejjin: il-kiri, il-lokazzjoni, akkwist ibbażat fuq l-ispiża totali jew parzjali, jew id-diprezzament ta’ assi akkwistati) huma eliġibbli biss jekk huma essenzjali għall-implimentazzjoni tal-proġett. It-tagħmir għandu jkollu l-karatteristiċi tekniċi meħtieġa għall-proġett u jħarsu r-regoli u l-istandards applikabbli.

II.1.3.2.   Il-kera u l-lokazzjoni

L-infiq relatat mal-operat tal-kera u l-lokazzjoni huwa eliġibbli għall-kofinanzjament bla ħsara għar-regoli stabbiliti fl-Istat Membru, il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali u t-terminu tal-kera jew lokazzjoni għall-għan tal-proġett.

II.1.3.3.   Ix-xiri

1.

Spejjeż relatati mal-akkwist ta’ tagħmir (sistemi, tagħmir operattiv, mezzi ta’ trasport, inter alia kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(c) sa (f) tal-att bażiku) huma eliġibbli skont ir-regoli nazzjonali. Dawn l-ispejjeż huma eliġibbli għall-kofinanzjament fuq il-bażi tal-ispiża totali jew parzjali tal-akkwist jekk:

(a)

huma direttament marbuta mat-twettiq tal-proġett;

(b)

jintefqu skont ir-regoli tal-akkwist nazzjonali stabbiliti fl-Istat Membru;

(c)

it-tagħmir għandu l-karatteristiċi tekniċi meħtieġa għall-proġett u jkun konformi ma’ normi u standards applikabbli;

(d)

it-tagħmir jibqa’ jintuża għall-istess għanijiet tal-proġett, wara l-ġurnata li jkun inxtara u għal tul ta’ żmien minimu ta’:

tliet snin jew aktar fir-rigward ta’ tagħmir marbut mat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT);

ħames snin jew aktar għal tipi oħra ta’ tagħmir bħal tagħmir operattiv u mezzi ta’ trasport, ħlief dawn indikati hawn taħt;

għaxar snin għal ħelikopters, bastimenti u mezzi tal-ajru.

2.

Jew inkella, l-ispejjeż għat-tagħmir imsemmi hawn fuq jista’ jkun eliġibbli fuq il-bażi ta’ diprezzament skont ir-regoli nazzjonali. F’dak il-każ għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet f’ (a), (b) u (c) fil-paragrafu 1. Barra minn hekk, għandhom jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Fejn jinxtara tagħmir qabel jew matul il-ħajja tal-proġett, is-sehem tad-diprezzament tat-tagħmir huwa eliġibbli fuq il-bażi tat-terminu tal-użu għall-proġett u r-rata ta’ użu attwali għall-proġett.

(b)

It-tagħmir li nxtara qabel il-ħajja tal-proġett, iżda li jintuża għall-għanijiet tal-proġett, huwa eliġibbli fuq il-bażi tad-diprezzament. Madankollu dawn l-ispejjeż mhumiex eliġibbli jekk it-tagħmir kien oriġinarjament inxtara permezz ta’ għotja Komunitarja.

(c)

L-ispejjeż tax-xiri tat-tagħmir għandu jikkorrispondi għall-ispejjeż normali tas-suq u l-valur tal-oġġetti kkonċernati huwa maqtugħ skont ir-regoli tat-taxxa u ż-żamma tal-kotba applikabbli għall-benefiċjarju finali.

II.1.4.   Il-proprjetà immobbli

II.1.4.1.   Regoli Ġenerali

Fil-każ ta’ xiri ta’ proprjetà immobbli, kostruzzjoni jew rinovazzjoni ta’ proprjetà immobbli, jew kiri ta’ proprjetà immobbli, għandu jkollu l-karatteristiċi tekniċi meħtieġa għall-proġett u jikkonforma mar-regoli u l-istandards applikabbli.

II.1.4.2.   Ix-xiri, il-kostruzzjoni jew ir-rinovazzjoni

1.

Fejn l-akkwist tal-proprjetà immobbli huwa essenzjali għall-implimentazzjoni tal-proġett u huwa marbuta b’mod ċar mal-għanijiet tiegħu, ix-xiri ta’ proprjetà immobbli, jiġifieri bini diġà mibni, jew il-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli, huma eliġibbli għall-kofinanzjament fuq il-bażi ta’ spejjeż totali jew parzjali, jew fuq il-bażi tad-diprezzament, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti hawn taħt, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali aktar stretti:

(a)

għandu jinkiseb ċertifikat minn valutatur indipendenti kkwalifikat jew minn organizzazzjoni uffiċjali debitament awtorizzata li jistabbilixxi li l-prezz ma jeċċedix il-valur tas-suq, li jew jattesta li l-proprjetà immobbli hija skont ir-regolamenti nazzjonali jew jispeċifika l-punti li mhumiex konformi li l-benefiċjarju finali bi ħsiebu jirrettifika bħala parti minn dak il-proġett;

(b)

il-proprjetà immobbli ma nxtratx permezz ta’ għotja Komunitarja fi kwalunkwe ħin qabel l-implimentazzjoni tal-proġett;

(c)

il-proprjetà immobbli se tintuża biss għall-għanijiet stabbiliti fil-proġett għal perjodu ta’ mhux inqas minn għaxar snin wara d-data tat-tmiem tal-proġett kemm-il darba l-Kummissjoni ma tawtorizzax mod ieħor b’mod speċifiku fil-każ ta’ kofinanzjament tal-ispejjeż kollha jew parzjali; fil-każ ta’ kofinanzjament fuq il-bażi ta’ diprezzament dan il-perjodu jitnaqqas għal ħames snin;

(d)

l-akkwist ta’ proprjetà immobbli tirrispetta l-prinċipji tal-valur għall-flus u effettività tal-ispejjeż u jiġi kkunsidrat bħala proporzjonali għall-għan li se jinkiseb permezz tal-implimentazzjoni tal-proġett;

(e)

fil-każ ta’ kofinanzjament fuq il-bażi ta’ diprezzament, huwa biss il-porzjon tad-diprezzament tal-assi li jikkorrispondu għat-terminu tal-użu għall-proġett u r-rata tal-użu attwali għall-proġett li huwa eliġibbli. id-diprezzament għandu jiġi kkalkolat skont ir-regoli nazzjonali dwar iż-żamma tal-kotba.

2.

L-ispejjeż għar-rinnovazzjoni tal-proporjetà immobbli huma eliġibbli għal kofinanzjament fuq il-bażi tal-ispiża sħiħa jew totali jew fuq il-bażi ta’ diprezzament. Fil-każ ta’ spejjeż ta’ rinnovazzjoni, japplikaw biss il-kundizzjonijiet (c) u (e) fil-paragrafu 1.

II.1.4.3.   Kiri

Il-kiri tal-proprjetà immobbli huwa eliġibbli għal kofinanzjament fejn hemm rabta ċara bejn il-kera u l-għanijiet tal-proġett ikkonċernat, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti hawn taħt u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali aktar stretti:

(a)

Il-proprjetà immobbli ma tkunx inxtrat permezz ta’ għotja Komunitarja.

(b)

Il-proprjetà immobbli għanha tintuża biss għall-implimentazzjoni tal-proġett. Jekk le, huwa biss is-sehem tal-ispejjeż li jikkorrispondi għall-użu tal-proġett li huwa eliġibbli.

II.1.5.   Il-konsumabbli, il-proviżjonijiet u s-servizzi ġenerali

L-ispejjeż tal-konsumabbli, tal-proviżjonijiet u tas-servizzi ġenerali huma eliġibbli kemm-il darba huma identifikabbli u direttament meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proġett.

II.1.6.   Is-sottokuntrattar

1.

Bħala regola ġenerali, il-benefiċjarji finali għandu jkollhom il-kapaċità li jamministraw il-proġetti huma stess. L-ammont li jikkorrispondi ma’ xogħlijiet li jkunu se jiġu sottokuntrattati taħt il-proġett għandu jiġi indikat b’mod ċar fil-ftehim tal-għotja.

2.

L-infiq relatat mas-sottokuntrattar segwenti mhuwiex eliġibbli għall-kofinanzjament mill-Fond:

(a)

sottokuntrattar tal-kompiti għall-ġestjoni globali tal-proġett;

(b)

sottokuntrattar li jżid l-ispiża tal-proġett mingħajr ma jżid l-ebda valur proporzjonali miegħu;

(c)

sottokuntrattar ma’ intermedjarji jew konsulenti li fihom il-ħlas ikun imfisser bħala perċentwal tal-ispiża kollha tal-operazzjoni sakemm dan il-ħlas ma jkunx ġustifikat mill-benefiċjarju finali b’referenza għall-valur attwali tax-xogħol jew servizzi li jkunu provduti.

3.

Għas-sottokuntratti kollha, is-sottokuntratturi għandhom jintrabtu li jagħtu lill-korpi ta’ awdituri u kontroll l-informazzjoni kollha meħtieġa konnessa mal-attivitajiet sottokuntrattati.

II.1.7.   L-ispejjeż li jkunu ġejjin direttament mir-rekwiżiti marbuta mal-kofinanzjament tal-Unjoni

L-ispejjeż meħtieġa sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti marbuta mal-kofinanzjament tal-Unjoni, bħall-pubbliċità, it-trasparenza, l-evalwazzjoni tal-proġetti, il-verifika esterna, il-garanziji bankarji, l-ispejjeż tat-traduzzjoni, eċċ., huma eliġibbli bħala spejjeż diretti.

II.1.8.   It-tariffi tal-esperti

L-ispejjeż tal-konsulenza legali, tariffi notarili u spejjeż tal-esperti tekniċi u finanzjarji huma eliġibbli.

II.2.   Spejjeż indiretti eliġibbli

1.

L-ispejjeż indiretti eliġibbli għall-azzjoni huma dawk l-ispejjeż li, fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà deskritti fil-punt I.1.1, mhumiex identifikabbli bħala spejjeż speċifiċi marbuta b’mod dirett mat-twettiq tal-proġett.

2.

B’deroga mill-Artikolu I.1.1(e) u punt I.5, l-ispejjeż indiretti li jsiru fit-twettiq tal-azzjoni jistgħu jkunu eliġibbli għal finanzjament b’rata fissa stabbilita għal mhux aktar minn 2,5 % tal-ispejjeż diretti totali eliġibbli.

3.

Organizzazzjonijiet li jirċievu għotja għall-ħidma mill-baġit tal-Unjoni ma jistgħux jinkludu spejjeż indiretti fil-baġit bil-quddiem tagħhom.

III.   Nefqa ineliġibbli

L-ispejjeż li ġejjin mhumiex eliġibbli:

(a)

VAT, ħlief fejn il-benefiċjarju jista’ juri li ma jistax jirkupraha;

(b)

dħul fuq kapital, dejn u spejjeż tas-servizzi tad-dejn, kummissjonijiet tal-iskambju u telf fl-iskambju, provvedimenti għal telf jew responsabbiltajiet futuri potenzjali, interessi dovuti, djun dubjużi, multi, penali finanzjarji, spejjeż ta’ litigazzjoni u nfiq eċċessiv jew traskurat;

(c)

spejjeż tad-divertiment esklussivament għall-persunal tal-proġett; spejjeż raġonevoli tal-ospitalità fi ġrajjiet soċjali ġġustifikati mill-proġett, bħal avvenimenti fl-aħħar tal-proġett jew laqgħat tal-kumitat li jmexxi l-proġett, huma permessi;

(d)

spejjeż iddikjarati mill-benefiċjarju finali u koperti minn proġett ieħor jew programm ta’ xogħol li jirċievi għotja Komunitarja;

(e)

xiri tal-art;

(f)

kontribuzzjonijiet in natura.

IV.   L-assistenza teknika fuq inizzjattiva tal-istati membri

1.

L-ispejjeż kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Fond mill-awtorità responsabbli, l-awtorità delegata, l-awtorità ta’ verifika, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni jew korpi oħra li jassistu l-funzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2 huma eliġibbli taħt l-assistenza teknika fil-limiti speċifikati fl-Artikolu 18 tal-att bażiku.

2.

Dawn jinkludu l-miżuri li ġejjin:

(a)

infiq relatat mal-preparazzjoni, l-għażla, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-azzjonijiet;

(b)

infiq relatat mal-verifiki u l-verifiki għall-għarrieda ta’ azzjonijiet jew proġetti;

(c)

infiq relatat ma’ evalwazzjonijiet ta’ azzjonijiet jew proġetti;

(d)

infiq relatat ma’ informazzjoni, disseminazzjoni u trasparenza relatati mal-azzjonijiet;

(e)

infiq fuq il-kisba, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni ta’ sistemi kompjuterizzati għall-ġestjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni tal-Fondi;

(f)

infiq fuq laqgħat ta’ kumitati u sottokumitati tal-monitoraġġ relatati mal-implimentazzjoni tal-azzjonijjiet; dan l-infiq jista’ wkoll jinkludi l-ispejjeż ta’ esperti u parteċipanti oħrajn f’dawn il-kumitati, inklużi parteċipanti minn pajjiżi terzi, fejn il-preżenza tagħhom hija essenzjali għall-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijjiet;

(g)

infiq għar-rinforz tal-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Fond.

3.

L-attivitajiet marbuta mal-assistenza teknika għandhom jitwettqu u l-ħlasijiet korrispondenti jsiru wara l-1 ta’ Jannar tas-sena msemmija fid-deċiżjoni dwar il-finanzjament li tkun approvat il-programmi annwali tal-Istati Membri. Il-perjodu ta’ eliġibbiltà jdum mhux aktar tard mill-iskadenza għas-sottomissjoni tar-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali.

4.

Kwalunkwe akkwist għandu jsir skont ir-regoli nazzjonali dwar l-akkwisti stabbiliti fl-Istati Membri.

5.

L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw miżuri ta’ assistenza teknika għal dan il-Fond flimkien ma’ miżuri ta’ assistenza teknika għal xi ftit mill-erba’ Fondi, jew għalihom kollha. Iżda, f’dak il-każ huwa biss is-sehem tal-ispejjeż użati għall-implimentazzjoni tal-miżura komuni li tikkorrispondi għal dan il-Fond li tkun eliġibbli għall-finanzjament taħt dan il-Fond, u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

is-sehem tal-ispejjeż għall-miżuri komuni tiġi llevata fuq il-Fond korrispondenti b’mod raġonevoli u verifikabbli; u

(b)

ma hemm ebda finanzjament doppju tal-ispejjeż.

V.   Skemi ta’ tranżitu speċjali

F’konformità mal-Artikolu 40(1), ir-regoli fl-att bażiku u f’din id-Deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programmi annwali għandhom japplikaw mutatis mutandis għas-sostenn tal-implimentazzjoni tal-Iskema ta’ Tranżitu Speċjali. Madankollu, fir-rigward tar-regoli dwar l-eliġibbiltà li jinsabu f’dan l-anness, ir-regoli speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw fil-każ tal-Iskema ta’ Tranżitu Speċjali:

(a)

il-perjodu ta’ eliġibbiltà għan-nefqa għandu jkun konformi mal-Artikolu 40(3) ta’ din id-Deċiżjoni;

(b)

skont l-Artikolu 6(2)(c) tal-att bażiku, l-ispejjeż dwar il-persunal ta’ korpi pubbliċi huma infiq eliġibbli sakemm dawn ikunu bbażati fuq spejjeż reali addizzjonali relatati mal-implimentazzjoni tal-Iskema ta’ Tranżitu Speċjali (STS) u huma allokati għall-operazzjoni skont metodu debitament ġustifikat u xieraq; in-nefqa trid tiġi ċċertifikata fuq il-bażi ta’ dokumenti li jippermettu l-identifikazzjoni tal-ispejjeż reali mħallsa mill-korp pubbliku kkonċernat f’relazzjoni mal-STS, li joħorġu lil hinn mir-responsabbiltajiet statutorji jew il-funzjonijiet ta’ kuljum tagħhom.”


(1)  Fejn japplika’

(*)  Fejn ‘N’ hija s-sena msemmija fid-deċiżjoni tal-finanzjament li tapprova l-programmi annwali tal-Istati Membri.


8.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Marzu 2011

dwar l-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni skont l-Artikolu 3c(4) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju [in-negozjar] ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1328)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/149/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju [in-negozjar] ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3c(4) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3c tad-Direttiva 2003/87/KE jistipula l-kwantità totali ta’ kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru. Din il-kwantità hija ddefinita bħala perċentwali tal-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni. Il-punt(i) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/87/KE jiddefinixxi/u l-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni bħala l-medja tal-emissjonijiet annwali fis-snin kalendarji 2004, 2005 u 2006 mill-inġenji tal-ajru li wettqu xi attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE. Skont il-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 3c ta’ dik id-Direttiva, il-kwantità totali ta’ kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandha tiġi kkalkolata abbażi ta’ dik il-medja storika.

(2)

Il-Kummissjoni ġiet megħjuna mill-Eurocontrol kif previst fl-Artikolu 18b tad-Direttiva 2003/87/KE. L-aħjar dejta disponibbli għall-kalkolu tal-emissjonijiet storiċi tqieset li kienet id-dejta komprensiva dwar it-traffiku tal-ajru li tinsab fid-databases tal-Eurocontrol mill-Uffiċċju Ċentrali tal-Imposti tar-Rotot (Central Route Charges Office - CRCO) u mill-Unità Ċentrali tal-Ġestjoni tal-Fluss (Central Flow Management Unit - CFMU). Dawn jipprovdu fost oħrajn kalkolu tat-tul reali tar-rotta għal kull titjira individwali. L-emissjonijiet imbagħad ġew ikkalkolati abbażi ta’ titjira b’titjira bl-użu tal-metodoloġija ANCAT 3 (Abatement of Nuisances Caused by Air Transport - Tnaqqis tal-Fastidji Kkaġunati mit-Trasport bl-Ajru) u l-metodoloġija CASE (Calculation of Emissions by Selective Equivalence - Kalkolu tal-Emissjonijiet permezz tal-Ekwivalenza Selettiva). Dan l-approċċ biex jiġu kkalkolati l-emissjonijiet storiċi kien imsaħħaħ aktar permezz tal-użu tal-informazzjoni dwar il-konsum reali tal-fjuwil mogħtija volontarjament minn għadd rappreżentattiv ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru li għenu sabiex tittejjeb il-korrettezza tal-approċċ tal-immuddellar. Saru kalkoli addizzjonali biex jitqies il-konsum tal-fjuwil assoċjat mal-użu tal-unitajiet tal-enerġija awżiljarji (auxiliary power units - APUs). L-approċċ li ttieħed kien li l-ewwel jiġi ddeterminat il-konsum medju tal-fjuwil tal-APU għal tipi differenti tal-inġenji tal-ajru. Il-fatturi individwali tal-emissjonijiet tal-fjuwil tal-APU mbagħad ġew estrapolati għall-kalkolu tal-emissjonijiet totali tal-APU bl-applikazzjoni ta’ proċess li qies is-sehem reali tal-konsum tal-fjuwil għat-titjiriet skont l-UE ETS għal kull tip ta’ inġenju tal-ajru u l-użu tal-enerġija fuq l-art fl-ajruporti. L-emissjonijiet li jikkorrispondu għat-total tal-konsum tal-fjuwil tal-APU li rriżulta, kienu inklużi fl-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni għas-snin 2004, 2005, u 2006.

(3)

L-emissjonijiet annwali fis-sena kalendarja 2004 mill-inġenji tal-ajru li wettqu xi attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE tqiesu li kienu 209 123 585 tunnellata ta’ CO2. L-emissjonijiet annwali matul is-sena kalendarja 2005 mit-tali inġenji tal-ajru tqiesu li kienu 220 703 342 tunnellata ta’ CO2, u l-emissjonijiet annwali fis-sena kalendarja 2006 mit-tali inġenji tal-ajru tqiesu li kienu 228 602 103 tunnellata ta’ CO2. L-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni, iddefiniti bħala l-medja aritmetika ta’ dawk l-emissjonijiet, għalhekk jammontaw għal 219 476 343 tunnellata ta’ CO2.

(4)

Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Kumitat dwar Bdil ta’ Klima [il-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima] stabbilit bl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ gass[ijiet] serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto (2),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 3c tad-Direttiva 2003/87/KE huma stipulati bħala 219 476 343 tunnellata ta’ CO2.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Connie HEDEGAARD

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)  ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1.