ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.059.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 59

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
4 ta' Marzu 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 212/2011 tat-3 ta' Marzu 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu (detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) ( 1 )

1

 

*

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 213/2011 tat-3 ta’ Marzu 2011 li jemenda l-Annessi II u V għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali ( 1 )

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 214/2011 tat-3 ta' Marzu 2011 li jemenda l-Annessi I u V tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2011 tal-1 ta’ Marzu 2011 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pecorino Sardo (DPO)]

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2011 tal-1 ta’ Marzu 2011 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Chianti Classico (DPO)]

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 217/2011 tal-1 ta’ Marzu 2011 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Robiola di Roccaverano (DPO)]

19

 

 

Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 218/2011 tat-3 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

21

 

 

Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 219/2011 tat-3 ta’ Marzu 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

23

 

 

Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 220/2011 tat-3 ta’ Marzu 2011 li jiffissa l-prezz minimu għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat għas-sbatax-il stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 447/2010

25

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/22/UE tat-3 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż il-bispiribak bħala sustanza attiva ( 1 )

26

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/23/UE tat-3 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tat-triflumuron bħala sustanza attiva ( 1 )

29

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/25/UE tat-3 ta' Marzu 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż il-bupirimat bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni 2008/934/KE ( 1 )

32

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/26/UE tat-3 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi d-dietofenkarb bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni 2008/934/KE ( 1 )

37

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/138/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/248/UE li taġġusta l-allowances previsti fid-Deċiżjoni 2003/479/KE u d-Deċiżjoni 2007/829/KE dwar ir-regoli applikabbli għal esperti nazzjonali u persunal militari ssekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill

41

 

 

2011/139/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2011 li taġġusta l-allowances previsti fid-Deċiżjoni 2007/829/KE dwar ir-regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali u għall-persunal militari sekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill

43

 

 

2011/140/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Lulju 2010 dwar l-għajnuna mill-Istat C 27/09 (ex N 34/B/09) Sussidju baġitarju għal France Télévisions li r-Repubblika Franċiża għandha l-ħsieb li timplimenta favur France Télévisions (notifikata bid-dokument numru C(2010) 4918)  ( 1 )

44

 

 

2011/141/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2007/76/KE li timplementa r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet għall-protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward tal-assistenza reċiproka (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1165)  ( 1 )

63

 

 

2011/142/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni 97/80/KE li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE dwar surveys għall-ġbir ta' statistika għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ( 1 )

66

 

 

2011/143/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2011 li tikkonċerna n-noninklużjoni tal-etossikina fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/941/KE (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1265)  ( 1 )

71

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

4.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 212/2011

tat-3 ta' Marzu 2011

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu (detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din it-tip ta’ awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M ġie awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien għat-tiġieġ għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (2), mingħajr limitu taż-żmien għall-ħnieżer għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2005 (3), u għal 10 snin għas-salmonidi u l-gambli mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2009 (4) u għall-ħnienes miftuma mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1120/2010 (5).

(5)

Ġiet ippreżentata dejta ġdida bħala sostenn għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M għat-tiġieġ li jbidu. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-5 ta' Ottubru 2010 (6) li l-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent, u li l-użu tagħha jżid l-intensità li bih tbid l-ispeċi fil-mira b'mod sinifikanti. L-Awtorità tikkunsidra li ma hemmx bżonn għal rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf, fl-għalf mibgħut mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Peramanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li taqa’ taħt il-kategorija “addittivi żootekniċi” u mal-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6.

(3)   ĠU L 328, 15.12.2005, p. 13.

(4)   ĠU L 257, 30.9.2009, p. 10.

(5)   ĠU L 317, 3.12.2010, p. 12.

(6)   EFSA Journal 2010; 8(10):1865.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ prodott tal-għalf komplet b'kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana

4d1712

Lallemand SAS

Pediococcus acidilactici

CNCM MA 18/5M

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M li fiha minimu ta' 1 × 1010 CFU/g

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta' Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M

 

Metodi analitiċi  (1)

 

Enumerazzjoni: metodu tat-tifrix bl-użu tal-MSR agar (EN 15786:2009)

 

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

Tiġieġ li jbidu

1 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita ta’ qabel, indika t-temperatura tal-ħżin, it-tul tal-ħżin u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Għas-sigurtà: għandhom jintlibsu xi ħaġa għall-protezzjoni tal-imnifsejn, nuċċali u ingwanti waqt l-immaniġġjar

l-24 ta’ Marzu 2021


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


4.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/4


Ir-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 213/2011

tat-3 ta’ Marzu 2011

li jemenda l-Annessi II u V għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (1), u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 11 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 26,

Billi:

(1)

L-Awstrija talbet iż-żieda tal-għaxar programmi ta' taħriġ relatati mal-kura tas-saħħa fl-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE. Dawn il-programmi tat-taħriġ jiġu rregolati mill-Ordinanza ta' Kompitu Speċjali dwar il-Kura tas-Saħħa u l-Infermerija (GuK-SV BGBl II Nru 452/2005) u l-Ordinanza dwar id-Doveri tat-Tagħlim u l-Ġestjoni tal-Kura tas-Saħħa u l-Infermerija (GuK-LFV BGBl II Nru 453/2005).

(2)

Peress li dawn il-programmi Awstrijaċi tat-taħriġ huma ekwivalenti għal-livell tat-taħriġ ipprovdut skont l-Artikolu 11(c)(i) tad-Direttiva 2005/36/KE u jipprovdu standard professjonali komparabbli u jippreparaw lil min qed jitħarreġ għal livell komparabbli ta' responsabbiltajiet u funzjonijiet, id-dħul tagħhom abbażi tal-Artikolu 11(c)(ii) fl-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE huwa ġġustifikat.

(3)

Il-Portugall ressaq talba raġjonevoli sabiex fil-punt 5.1.3 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE jiddaħħal taħriġ mediku speċjalizzat fl-onkoloġija medika.

(4)

L-onkoloġija medika timmira li toffri trattament sistemiku għall-kanċer. Minħabba l-progress xjentifiku, matul l-aħħar għaxar snin it-trattament tal-pazjenti tal-kanċer għadda minn bidliet ewlenin. It-taħriġ mediku speċjalizzat fl-onkoloġija medika mhuwiex elenkat fil-punt 5.1.3 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE. Madankollu, l-onkoloġija medika żviluppat f'taħriġ mediku speċjalizzat separat u distint f'iktar minn tnejn minn ħames Stati Membri, u dan jiġġustifika d-dħul tagħha fil-punt 5.1.3 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE.

(5)

Sabiex ikun żgurat livell għoli biżżejjed ta' taħriġ mediku speċjalizzat, il-perjodu minimu ta' taħriġ meħtieġ għall-ispeċjalizzazzjoni medika tal-onkoloġija medika biex tiġi rikonoxxuta awtomatikament għandu jkun 5 snin.

(6)

Franza ressqet talba raġjonevoli sabiex fil-punt 5.1.3 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE jiddaħħal taħriġ mediku speċjalizzat fil-ġenetika medika.

(7)

Il-ġenetika medika hija speċjalizzazzjoni li tirrispondi għall-iżvilupp rapidu tal-għarfien fil-qasam tal-ġenetika u l-implikazzjoni tagħha f'oqsma speċjalizzati numerużi, bħall-onkoloġija, il-mediċina tal-fetu, il-pedjatrija, il-mard kroniku. Il-ġenetika medika għandha rwol li dejjem qed jikber iktar fl-iskrinjar u l-prevenzjoni ta' patoloġiji numerużi. It-taħriġ mediku speċjalizzat fil-ġenetika medika mhuwiex elenkat fil-punt 5.1.3 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE. Madankollu, huwa żviluppa f'taħriġ mediku speċjalizzat separat u distint f'iktar minn tnejn minn ħames Stati Membri, u dan jiġġustifika d-dħul tiegħu fil-punt 5.1.3 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE.

(8)

Sabiex ikun żgurat livell għoli biżżejjed ta' taħriġ mediku speċjalizzat, il-perjodu minimu ta' taħriġ meħtieġ għall-ispeċjalizzazzjoni medika tal-ġenetika medika biex tiġi rikonoxxuta awtomatikament għandu jkun 4 snin.

(9)

Għalhekk, id-Direttiva 2005/36/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u V għad-Direttiva 2005/36/KE huma emendati kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.


ANNESS

L-Annessi II u V għad-Direttiva 2005/36/KE huma emendati kif ġej:

1.

Fil-punt 1 tal-Anness II, taħt “fl-Awstrija”, jiżdied dan li ġej:

‘—

taħriġ speċjali fil-kura tat-tfal u ż-żgħażagħ (Sonderausbildung in der Kinder- und Jugendlichenpflege),

taħriġ speċjali għall-kura tas-saħħa u l-infermerija psikjatrika (Sonderausbildung in der psychiatrischen Gesundheits- und Krankenpflege),

taħriġ speċjali fil-kura intensiva (Sonderausbildung in der Intensivpflege),

taħriġ speċjali fil-kura intensiva tat-tfal (Sonderausbildung in der Kinderintensivpflege),

taħriġ speċjali fl-infermerija relatata mal-anestesija (Sonderausbildung in der Anästhesiepflege),

taħriġ speċjali fl-infermerija relatata mat-terapija tad-dijalisi renali (Sonderausbildung in der Nierenersatztherapie),

taħriġ speċjali fl-infermerija fis-swali tal-operazzjonijiet dipartimentali (Sonderausbildung in der Pflege im Operationsbereich),

taħriġ speċjali fl-iġjene tal-isptarijiet (Sonderausbildung in der Krankenhaushygiene),

taħriġ speċjali għat-tagħlim tal-ħidma fil-kura tas-saħħa u l-infermerija (Sonderausbildung für Lehraufgaben in der Gesundheits- und Krankenpflege),

taħriġ speċjali fil-ġestjoni tal-kura tas-saħħa u l-infermerija. (Sonderausbildung für Führungsaufgaben in der Gesundheits- und Krankenpflege),

li jirrappreżenta korsijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ b'tul totali ta' mill-inqas bejn tlettax-il sena u sitt xhur u erbatax-il sena, inkluża edukazzjoni ġenerali ta' mill-inqas għaxar snin, tliet snin oħra taħriġ bażiku fil-livell postsekondarju għal pożizzjoni fis-servizz pubbliku fil-kura tas-saħħa u l-infermerija, u taħriġ speċjali ta' bejn sitta u tnax-il xahar f'ħidma speċjalizzata, tat-tagħlim jew tal-ġestjoni.’.

2.

It-tabella li ġejja hija miżjuda mal-punt 5.1.3 tal-Anness V:

‘Pajjiż

Onkoloġija medika

Perjodu minimu tat-taħriġ: 5 snin

Ġenetika medika

Perjodu minimu tat-taħriġ: 4 snin

Titlu

Titlu

Belgique/België/Belgien

Oncologie médicale/ Medische oncologie

 

България

Медицинска онкология

Медицинска генетика

Česká republika

Klinická onkologie

Lékařská genetika

Danmark

 

Klinisk genetik

Deutschland

 

Humangenetik

Eesti

 

Meditsiinigeneetika

Ελλάς

Παθολογική Ογκολογία

 

España

 

 

France

Oncologie

Génétique médicale

Ireland

Medical oncology

Clinical genetics

Italia

Oncologia medica

Genetica medica

Κύπρος

Ακτινοθεραπευτική Ογκολογία

 

Latvija

Onkoloģija ķīmijterapija

Medicīnas ģenētika

Lietuva

Chemoterapinė onkologija

Genetika

Luxembourg

Oncologie médicale

Médecine génétique

Magyarország

Klinikai onkológia

Klinikai genetika

Malta

 

 

Nederland

 

Klinische genetica

Österreich

 

Medizinische Genetik

Polska

Onkologia kliniczna

Genetyka kliniczna

Portugal

Oncologia médica

Genética médica

România

Oncologie medicala

Genetica medicala

Slovenija

Internistična onkologija

Klinična genetika

Slovensko

Klinická onkológia

Lekárska genetica

Suomi/Finland

 

Perinnöllisyyslääketiede/ Medicinsk genetik

Sverige

 

 

United Kingdom

Medical oncology

Clinical genetics’


4.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 214/2011

tat-3 ta' Marzu 2011

li jemenda l-Annessi I u V tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 jimplimenta l-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali, iffirmata fil-11 ta’ Settembru 1998 u approvata, f’isem il-Komunità, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE (2).

(2)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandu jiġi emendat sabiex titqies l-azzjoni regolatorja li ttieħdet fir-rigward ta’ ċerti sustanzi kimiċi skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (3), id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (4) u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (5).

(3)

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandu jiġi emendat biex jitqiesu d-deċiżjonijiet li ttieħdu fir-rigward ta’ ċerti sustanzi kimiċi taħt il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar pollutanti organiċi persistenti (il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma), iffirmata fit-22 ta’ Mejju 2001 u approvata, f’isem il-Komunità, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE (6) u azzjoni regolatorja sussegwenti li ttieħdet fir-rigward ta’ dawk is-sustanzi kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (7). L-Anness V għandu wkoll jiġi emendat biex jirrifletti l-azzjoni regolatorja li ttieħdet biex tipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti sustanzi kimiċi għajr il-pollutanti organiċi persistenti.

(4)

Is-sustanzi difenilammina, triażossidu u triflumuron ma ġewx inklużi bħala sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, bl-effett li dawk is-sustanzi attivi huma pprojbiti għall-użu fil-pestiċidi u għalhekk għandhom jiġu miżjuda mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Minħabba li tressqu applikazzjonijiet ġodda li se jkunu jeħtieġu deċiżjonijiet ġodda dwar l-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, iż-żieda mal-lista ta’ sustanzi kimiċi li tinsab fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 ma għandhiex tiġi applikata sakemm jiġu adottati d-deċiżjonijiet il-ġodda dwar l-istatus ta’ dawk is-sustanzi kimiċi.

(5)

Is-sustanzi bifentrin u metam ma ġewx inklużi bħala sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE; f’dak li jirrigwarda d-Direttiva 98/8/KE dawk is-sustanzi ġew identifikati u nnotifikati għall-evalwazzjoni. B’riżultat ta’ dan, is-sustanzi bifentrin u metam huma severament ristretti għall-użu bħala pestiċidi billi l-użu taż-żewġ sustanzi huwa pprojbit kważi kompletament minkejja l-fatt li jistgħu jibqgħu jiġu awtorizzati mill-Istati Membri sakemm tittieħed deċiżjoni skont id-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk huwa xieraq li s-sustanzi bifentrin u metam jiġu miżjuda mal-lista ta’ sustanzi kimiċi li tinsab fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Minħabba li tressqu applikazzjonijiet ġodda li se jkunu jeħtieġu deċiżjonijiet ġodda dwar l-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, iż-żieda mal-lista ta’ sustanzi kimiċi li tinsab fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 ma għandhiex tiġi applikata sakemm jiġu adottati d-deċiżjonijiet il-ġodda dwar l-istatus ta’ dawk is-sustanzi kimiċi.

(6)

Is-sustanza karbosulfan ma ġietx inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, bl-effett li s-sustanza karbosulfan hija pprojbita għall-użu fil-pestiċidi u għalhekk għandha tiġi miżjuda mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Iż-żieda tas-sustanza karbosulfan mal-Parti 2 tal-Anness I ġiet sospiża minħabba applikazzjoni ġdida għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mressqa skont l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (8). Minħabba li din l-applikazzjoni l-ġdida ġiet irtirata mill-applikant, ir-raġuni għas-sospensjoni taż-żieda fil-Parti 2 tal-Anness I ma baqgħetx valida. Għalhekk, is-sustanza karbosulfan għandha tiġi miżjuda mal-lista ta’ sustanzi kimiċi li tinsab fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

(7)

Is-sustanza trifluralin ma ġietx inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, bl-effett li s-sustanza trifluralin hija pprojbita għall-użu fil-pestiċidi u għalhekk għandha tiġi miżjuda mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Iż-żieda tas-sustanza trifluralin mal-Parti 2 tal-Anness I ġiet sospiża minħabba applikazzjoni ġdida għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mressqa skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. Din l-applikazzjoni l-ġdida għal darb’oħra rriżultat fid-deċiżjoni li s-sustanza trifluralin ma tiġix inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bl-effett li s-sustanza trifluralin tibqa’ pprojbita għall-użu fil-pestiċidi u r-raġuni għas-sospensjoni taż-żieda mal-Parti 2 tal-Anness I ma baqgħetx valida. Għalhekk, is-sustanza trifluralin għandha tiġi miżjuda mal-lista ta’ sustanzi kimiċi li tinsab fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

(8)

Is-sustanza klortal-dimetil ma ġietx inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, bl-effett li s-sustanza klortal-dimetil hija pprojbita għall-użu fil-pestiċidi u għalhekk għandha tiġi miżjuda mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

(9)

Is-sustanzi kimiċi klordekon, eżabromobifenil, eżakloroċikloeżani, lindan u etere tal-pentabromodifenil se jiġu miżjuda mal-lista ta’ sustanzi kimiċi li huma pprojbiti għall-esportazzjoni inklużi fil-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Għalhekk, ma għadx hemm il-ħtieġa li dawk is-sustanzi kimiċi jinżammu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament u konsegwentement l-entrati għandhom jitħassru.

(10)

Is-sustanzi kimiċi eżabromobifenil, eżakloroċikloeżan (HCH) u lindan diġà huma elenkati fil-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Iż-żieda tagħhom mal-Parti 1 tal-Anness V ta’ dak ir-Regolament għandha għalhekk tkun riflessa fil-Parti 3 tal-Anness I.

(11)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 757/2010 tal-24 ta’ Awwissu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fir-rigward tal-Annessi I u III (9) jimplimenta deċiżjonijiet meħuda skont il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma biex il-klordekon, il-pentaklorobenżen, l-eżabromobifenil, l-eżakloroċikloeżani, il-lindan, l-etere tat-tetrabromodifenil, l-etere tal-pentabromodifenil, l-etere tal-eżabromodifenil u l-etere tal-ettabromodifenil jiġu elenkati fil-Parti 1 tal-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma billi dawk is-sustanzi kimiċi jiġu miżjuda mal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 850/2004. Konsegwentement, dawk is-sustanzi kimiċi għandhom jiġu miżjuda mal-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

(12)

Ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-projbizzjoni tal-merkurju metalliku u ta’ ċerti komposti u taħlitiet tal-merkurju u l-ħżin sikur tal-merkurju metalliku (10) jipprojbixxi l-esportazzjoni tal-merkurju metalliku u ċerti komposti u taħlitiet tal-merkurju mill-Unjoni Ewropea għal pajjiżi terzi. Konsegwentement, dawk is-sustanzi kimiċi għandhom jiġu miżjuda mal-lista ta’ sustanzi kimiċi li tinsab fil-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Barra minn hekk, l-entrata għall-komposti tal-merkurju fil-Parti 1 tal-Anness I għandha tiġi emendata biex tirrifletti l-projbizzjoni tal-esportazzjoni ta’ ċerti komposti tal-merkurju u l-istatus attwali tal-komposti tal-merkurju skont id-Direttiva 98/8/KE.

(13)

L-Annessi I u V tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(14)

Sabiex jitħalla biżżejjed żmien għall-Istati Membri u l-industrija biex jieħdu l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-applikazzjoni tiegħu għandha tiġi ddifferita.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness V huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 204, 31.7.2008, p. 1.

(2)   ĠU L 63, 6.3.2003, p. 27.

(3)   ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(4)   ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(5)   ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(6)   ĠU L 209, 31.7.2006, p. 1.

(7)   ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.

(8)   ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(9)   ĠU L 223, 25.8.2010, p. 29.

(10)   ĠU L 304, 14.11.2008, p. 75.


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(a)

għandhom jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Sustanza kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi NM

Subkategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“Bifentrina

82657-04-3

 

2916 20 00

p(1)

b

 

Klortal-dimetil +

1861-32-1

217-464-7

2917 39 95

p(1)

b

 

Difenilammina

122-39-4

204-539-4

2921 44 00

p(1)

b

 

Metam

144-54-7

137-42-8

205-632-2

205-239-0

2930 20 00

p(1)

b

 

Triażossidu

72459-58-6

276-668-4

2933 29 90

p(1)

b

 

Triflumuron

64628-44-0

264-980-3

2924 29 98

p(1)

b”

 

(b)

l-entrata għall-komposti tal-merkurju hija sostitwita b'dan li ġej:

Sustanza kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi NM

Subkategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“Komposti tal-merkurju, inklużi komposti tal-merkurju inorganiċi, komposti tal-alkilmerkurju u komposti tal-alkilossialkil u tal-aril merkurju għajr komposti tal-merkurju elenkati fl-Anness V #

62-38-4, 26545-49-3 u oħrajn

200-532-5, 247-783-7 u oħrajn

2852 00 00

p(1)-p(2)

b-b

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkolari PIC fuq www.pic.int/”

(c)

l-entrata għall-bifenili polibrominati hija sostitwita b'dan li ġej:

Sustanza kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi NM

Subkategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“Bifenili po-librominati (PBB) għajr eżabromobifenil #

13654-09-6, 27858-07-7 u oħrajn

237-137-2, 248-696-7 u oħrajn

2903 69 90

i(1)

sr

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkolari PIC fuq www.pic.int/”

(d)

l-entrata li ġejja titħassar:

Sustanza kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi NM

Subkategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“Klordekon

143-50-0

205-601-3

2914 70 00

p(2)

sr”

 

(e)

l-entrata li ġejja titħassar:

Sustanza kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi NM

Subkategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“Etere tal-pentabromodi-fenil +

32534-81-9

251-084-2

2909 30 31

i(1)

sr”

 

(f)

l-entrata li ġejja titħassar:

Sustanza kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi NM

Subkategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“HCH/Eża-kloroċikloeżan (isomeri mħallta) #

608-73-1

210-168-9

2903 51 00

p(1) - p(2)

b - sr

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkolari PIC fuq www.pic.int/”

(g)

l-entrata li ġejja titħassar:

Sustanza kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi NM

Subkategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“Lindan (γ-HCH) #

58-89-9

200-401-2

2903 51 00

p(1) - p(2)

b - sr

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkolari PIC fuq www.pic.int/”

(2)

Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(a)

għandhom jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Sustanza kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi NM

Kategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

“Karbosulfan

55285-14-8

259-565-9

2932 99 00

p

b

Klortal-dimetil

1861-32-1

217-464-7

2917 39 95

p

b

Trifluralin

1582-09-8

216-428-8

2921 43 00

p

b”

(b)

l-entrata li ġejja titħassar:

Sustanza kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi NM

Kategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

“Etere tal-pentabromodi-fenil

32534-81-9

251-084-2

2909 30 31

i

sr”

(3)

Il-Parti 3 hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għal HCH (isomeri mħallta) hija sostitwita b’dan li ġej:

Sustanza kimika

Numru(i) CAS rilevanti

Kodiċi HS

Sustanza pura

Kodiċi HS

Taħlitiet, preparazzjonijiet li jkun fihom is-sustanza

Kategorija

“HCH (isome-ri mħallta) (*)

608-73-1

2903.51

3808.50

Pestiċida”

(b)

l-entrata għal-lindan hija sostitwita b'dan li ġej:

Sustanza kimika

Numru(i) CAS rilevanti

Kodiċi HS

Sustanza pura

Kodiċi HS

Taħlitiet, preparazzjonijiet li jkun fihom is-sustanza

Kategorija

“Lindan (*)

58-89-9

2903.51

3808.50

Pestiċida”

(c)

l-entrata għall-bifenili polibrominati (PBB) hija sostitwita b'dan li ġej:

Sustanza kimika

Numru(i) CAS rilevanti

Kodiċi HS

Sustanza pura

Kodiċi HS

Taħlitiet, preparazzjonijiet li jkun fihom is-sustanza

Kategorija

“Bifenili polibrominati (PBB)

 

 

 

 

(eża-) (*)

36355-01-8

3824.82

Industrijali”

(otta-)

27858-07-7

 

 

 

(deka-)

13654-09-6

 

 

 


ANNESS II

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti 1 għandhom jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Deskrizzjoni ta' sustanzi kimiċi/oġġett(i) soġġett(i) għal projbizzjoni ta' esportazzjoni

Dettalji addizzjonali, fejn rilevanti (eż. isem is-sustanza kimika, Nru KE, Nru CAS, eċċ.)

 

“Klordekon

Nru KE 205-601-3

Nru CAS 143-50-0

Kodiċi NM 2914 70 00

 

Pentaklorobenżen

Nru KE 210-172-5

Nru CAS 608-93-5

Kodiċi NM 2903 69 90

 

Eżabromobifenil

Nru KE 252-994-2

Nru CAS 36355-01-8

Kodiċi NM 2903 69 90

 

Eżakloroċikloeżani, inkluż il-lindan

Nru KE 200-401-2, 206-270-8, 206-271-3, 210-168-9

Nru CAS 58-89-9, 319-84-6, 319-85-7, 608-73-1

Kodiċi NM 2903 51 00

 

Etere tat-tetrabromodifenil

C12H6Br4O

Nru KE 254-787-2 u oħrajn

Nru CAS 40088-47-9 u oħrajn

Kodiċi NM 2909 30 38

 

Etere tal-pentabromodifenil

C12H5Br5O

Nru KE 251-084-2 u oħrajn

Nru CAS 32534-81-9 u oħrajn

Kodiċi NM 2909 30 31

 

Etere tal-eżabromodifenil

C12H4Br6O

Nru KE 253-058-6

Nru CAS 36483-60-0 u oħrajn

Kodiċi NM 2909 30 38

 

Etere tal-ettabromodifenil

C12H3Br7O

Nru KE 273-031-2

Nru CAS 68928-80-3 u oħrajn

Kodiċi NM 2909 30 38 ”

(2)

Fil-Parti 2 għandhom jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Deskrizzjoni ta' sustanzi kimiċi/oġġett(i) soġġett(i) għal projbizzjoni ta' esportazzjoni

Dettalji addizzjonali, fejn rilevanti (eż. isem is-sustanza kimika, Nru KE, Nru CAS, eċċ.)

“Merkurju metalliku u taħlitiet ta' merkurju metalliku ma' sustanzi oħra, inklużi ligi ta' merkurju, b'konċentrazzjoni ta' merkurju li tal-anqas tkun ta' 95 % piż skont il-piż

Nru CAS 7439-97-6

Kodiċi NM 2805 40

Komposti tal-merkurju għajr komposti esportati għal skopijiet ta' riċerka u żvilupp, skopijiet mediċi jew ta' analiżi.

Mineral taċ-ċinabru, klorur tal-merkurju (I)(Hg2Cl2, Nru CAS 10112-91-1), ossidu tal-merkurju (II)(HgO, Nru CAS 21908-53-2); Kodiċi NM 2852 00 00 ”


4.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 215/2011

tal-1 ta’ Marzu 2011

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pecorino Sardo (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Pecorino Sardo”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/96 (3).

(2)

Minħabba li l-emendi konċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi (4). Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppublikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)   ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)   ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19.

(4)   ĠU C 162, 22.6.2010, p. 7.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.3   Ġobon

L-ITALJA

Pecorino Sardo (DPO)


4.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 216/2011

tal-1 ta’ Marzu 2011

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Chianti Classico (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Chianti Classico”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 (2) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2446/2000 (3).

(2)

Minħabba li l-emendi konċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi (4). Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppublikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)   ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.

(3)   ĠU L 281, 7.11.2000, p. 12.

(4)   ĠU C 163, 23.6.2010, p. 16.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.5.   Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

L-ITALJA

Chianti Classico (DPO)


4.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 217/2011

tal-1 ta’ Marzu 2011

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Robiola di Roccaverano (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tal-imsemmi Regolament, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja biex jiġu approvati xi emendi fl-elementi tal-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Robiola di Roccaverano” irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2), hekk kif ġie emendat mir-Regolament (KE) Nru 1263/96 (3).

(2)

Peress li l-emendi kkonċernati ma kinux minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tal-imsemmi regolament. Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppublikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)   ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)   ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19.

(4)   ĠU C 168, 26.6.2010, p. 10.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.3   Ġobon

L-ITALJA

Robiola di Roccaverano (DPO)


4.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/21


REGOLAMENT IMPLIMENTATTIV TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 218/2011

tat-3 ta’ Marzu 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

122,2

MA

45,8

TN

92,7

TR

101,1

ZZ

90,5

0707 00 05

TR

164,7

ZZ

164,7

0709 90 70

MA

31,6

TR

132,7

ZZ

82,2

0805 10 20

EG

55,0

IL

76,8

MA

62,9

TN

42,9

TR

65,9

ZA

37,9

ZZ

56,9

0805 50 10

MA

45,9

TR

53,6

ZZ

49,8

0808 10 80

BR

55,2

CA

126,3

CL

90,0

CN

109,4

MK

54,8

US

112,1

ZZ

91,3

0808 20 50

AR

93,2

CL

84,9

CN

65,8

US

92,6

ZA

103,2

ZZ

87,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


4.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/23


REGOLAMENT IMPLIMENTATTIV TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 219/2011

tat-3 ta’ Marzu 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 199/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)   ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)   ĠU L 56, 1.3.2011, p. 12.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-4 ta’ Marzu 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

59,32

0,00

1701 11 90  (1)

59,32

0,00

1701 12 10  (1)

59,32

0,00

1701 12 90  (1)

59,32

0,00

1701 91 00  (2)

55,08

0,95

1701 99 10  (2)

55,08

0,00

1701 99 90  (2)

55,08

0,00

1702 90 95  (3)

0,55

0,19


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


4.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/25


REGOLAMENT IMPLIMENTATTIV TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 220/2011

tat-3 ta’ Marzu 2011

li jiffissa l-prezz minimu għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat għas-sbatax-il stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 447/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(j), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2010 (2) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta’ proċedura tas-sejħiet għall-offerti, skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3).

(2)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b’risposta għal stediniet individwali għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz minimu tal-bejgħ jew għandha tiddeċidi li ma tiffissax prezz minimu tal-bejgħ, skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009.

(3)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b’risposta għas-sbatax-il stedina individwali għall-offerti, għandu jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sbatax-il stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament (UE) Nru 447/2010, li għaliha l-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fl-1 ta’ Marzu 2011, il-prezz minimu tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat għandu jkun EUR 252,10/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 126, 22.5.2010, p. 19.

(3)   ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.


DIRETTIVI

4.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/26


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/22/UE

tat-3 ta’ Marzu 2011

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż il-bispiribak bħala sustanza attiva

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE l-Italja rċeviet fis-26 ta’ Frar 2002 applikazzjoni minn Bayer CropScience għall-inklużjoni tas-sustanza attiva bispiribak (imsejjaħ ukoll sodju bispiribak (sodju benżoat), skont il-forma li fiha s-sustanza attiva tinsab fil-formulazzjoni rappreżentattiva li fuqha l-fajl huwa bbażat) fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/305/KE (2) kkonfermat li l-fajl kien ‘komplut’ fis-sens li seta’ jitqies li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti ta’ dejta u informazzjoni tal-Annessi II u III mad-Direttiva 91/414/KEE.

(2)

Għal dik is-sustanza attiva, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew ivvalutati, b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. L-Istat Membru relatur maħtur issottometta abbozz ta’ rapport ta’ valutazzjoni fl-1 ta’ Awwissu 2003.

(3)

L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni saritlu reviżjoni inter pares mill-Istati Membri u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fil-format tal-konklużjoni tal-EFSA dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva bispiribak fit-12 ta’ Lulju 2010 (3). Dan ir-rapport ġie revedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fit-28 ta’ Jannar 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-bispiribak.

(4)

Minn bosta eżaminazzjonijiet li saru deher li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jinkludu l-bispiribak huma mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li l-bispiribak jiġi inkluż fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, sabiex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(5)

Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li tinkiseb iktar informazzjoni ta’ konferma dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet. Għalhekk, huwa xieraq li applikant jintalab jissottometti aktar informazzjoni biex jikkonferma l-valutazzjoni tar-riskju dwar il-potenzjal għall-kontaminazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art mill-metaboliti M03 (4), M04 (5) u M10 (6).

(6)

Bla ħsara għall-obbligi definiti mid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni sabiex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji eżistenti tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jinkludu l-bispiribak sabiex jiżguraw li r-rekwiżiti stabbiliti mid-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet relevanti stabbiliti fl-Anness I, jiġu sodisfati. L-Istati Membri għandhom ibiddlu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji eżistenti f’awtorizzazzjonijiet sħaħ, jemendawhom jew jirtirawhom b’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. Permezz ta’ deroga mill-iskadenza ta’ hawn fuq, għandu jingħata perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tal-fajl komplut tal-Anness III ta’ kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE.

(7)

Huwa għalhekk xieraq li d-Diretttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw l-aktar tard sal-31 ta’ Jannar 2012 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Frar 2012.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom b’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn hu neċessarju, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-bispiribak bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Jannar 2012. Sa din id-data, huma għandhom jivverifikaw b’mod partikolari li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ din id-Direttiva relatati mal-bispiribak jiġu sodisfati, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tikkonċerna s-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu, jew għandu aċċess għal, fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(2) ta’ dik id-Direttiva.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-bispiribak bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li jkunu lkoll elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2011, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI għad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III għal dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I għal dik id-Direttiva li tikkonċerna l-bispiribak. Fuq il-bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li dan jiġi ddeterminat l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-bispiribak bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2013; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-bispiribak bħala wieħed minn numru ta’ sustanzi attivi, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni, fejn meħtieġ, sal-31 ta’ Jannar 2013 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew dan l-irtirar fid-Direttiva jew id-Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, liema minnhom tkun l-aħħar.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2011.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)   ĠU L 112, 6.5.2003, p. 10.

(3)  EFSA Journal (2010) 8(1): 1692, (Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva bispiribak (sakemm ma jkunx dikjarat mod ieħor id-dejta kollha evalwata tirreferi għall-varjant sodju bispiribak)). doi:10.2903/j.efsa.2010.1692. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu.

(4)  2-idrossi-4,6-dimetossipirimidina

(5)  2,4-diidrossi-6-metossipirimidina

(6)  sodju 2-idrossi-6-(4-idrossi-6-metossipirimidina-2-il)ossibenżoat


ANNESS

Fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, l-annotazzjoni li ġejja hija miżjuda fi tmiem it-tabella:

Nru

Isem komuni, Numri ta’ identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (*1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“329

Bispiribak

Nru tal-CAS 125401-75-4

Nru ta’ CIPAC 748

2,6-bis(4,6-dimetossipirimidina-2-ilossi)aċidu benżojku

≥ 930 g/kg (b’referenza għalih bħala sodju bispiribak)

l-1 ta’ Awwissu 2011

il-31 ta’ Lulju 2021

PARTI A

L-użu bħala erbiċida fir-ross biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-bispiribak, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta’ Jannar 2011.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-ħarsien tal-ilma ta’ taħt l-art, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f’reġjuni b’ħamrija u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli.

Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri tal-mitigazzjoni tar-riskju fejn ikun xieraq.

L-Istati Membri ikkonċernati għandhom jitolbu s-sottomissjoni ta’ aktar informazzjoni fir-rigward tal-possibilità tal-kontaminazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art mill-metaboliti M03 (2-idrossi-4,6-dimetossipirimidina), M04(2,4-diidrossi-6-metossipirimidina) u M10 (sodju 2-idrossi-6-(4-idrossi-6-metossipirimidina-2-il)ossibenżoat).

Għandhom jiżguraw li l-applikant jipprovdi din l-informazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Lulju 2013.”


(*1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni ta’ sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta’ reviżjoni.


4.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/29


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/23/UE

tat-3 ta’ Marzu 2011

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tat-triflumuron bħala sustanza attiva

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-ħsieb tal-possibilità li jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista kienet tinkludi t-triflumuron. Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/241/KE (4) ġie deċiż li t-triflumuron ma jiġix inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn hawn ’il quddiem ‘l-applikant’), ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata prevista fl-Artikoli minn 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5).

(3)

L-applikazzjoni ntbagħtet lill-Italja, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2009/241/KE. Dik l-applikazzjoni tikkonforma wkoll mall-bqija tar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(4)

L-Italja vvalutat l-informazzjoni l-ġdida u d-dejta mressqa mill-applikant u ħejjiet rapport addizzjonali. Bagħtet dan ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem ‘l-Awtorità’) u lill-Kummissjoni fil-5 ta’ Marzu 2010.

(5)

L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għal kummenti u bagħtet il-kummenti li waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008, u fuq talba tal-Kummissjoni, ir-rapport addizzjonali saritlu reviżjoni inter pares mill-Istati Membri u l-Awtorità. L-Awtorità mbagħad ippreżentat il-konklużjoni tagħha dwar it-triflumuron lill-Kummissjoni fid-9 ta’ Diċembru 2010 (6). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew irriveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew iffinalizzati fit-28 ta’ Jannar 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għat-triflumuron.

(6)

Ir-rapport addizzjonali mill-Istat Membru relatur u l-konklużjoni l-ġdida mill-Awtorità jikkonċentraw fuq it-tħassib li jwassal għan-noninklużjoni. Dan it-tħassib kien, b’mod partikolari li, skont l-informazzjoni disponibbli, ma ntweriex li l-espożizzjoni għall-konsumatur kienet aċċettabbli minħabba nuqqas ta’ dejta skont in-natura u l-livell tar-residwi rilevanti. Fil-fatt, ma kienx possibbli li ssir valutazzjoni tar-riskju fid-dettall għall-metabolit M07 (7), minħabba li ma kienx hemm dejta suffiċjenti biex tiġi allokata doża ta’ referenza fid-dettall għal dan il-metabolit. Barra minn hekk, kien hemm dejta nieqsa biex tkun iddeterminata definizzjoni tar-residwi xierqa u jkun stmat il-livell ta’ residwi fi prodotti ta’ frott ipproċessat.

(7)

L-informazzjoni l-ġdida li tressqet mill-applikant ippermettiet valutazzjoni tal-espożizzjoni mill-konsumatur. L-informazzjoni disponibbli attwalment tindika li r-riskju lill-konsumatur huwa aċċettabbli.

(8)

Għaldaqstant, id-dejta u l-informazzjoni addizzjonali pprovduti mill-applikant jippermettu li jiġu eliminati l-punti speċifiċi ta’ tħassib li wasslu għan-noninklużjoni. Ma tqajmet l-ebda mistoqsija xjentifika miftuħa oħra.

(9)

Mill-bosta eżamijiet li saru ħareġ li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-triflumuron jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u rrapportati fid-detall fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, jixraq li t-triflumuron jiġi inkluż fl-Anness I, biex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(10)

Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li tinkiseb aktar informazzjoni li tikkonferma ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tkun soġġetta għal kundizzjonijiet. Għalhekk, huwa xieraq li l-applikant jintalab iressaq informazzjoni li tikkonferma fir-rigward tar-riskju fuq żmien twil għall-għasafar, ir-riskju għall-invertebrati akkwatiċi u r-riskju għall-iżvilupp tal-larvae tan-naħal.

(11)

Għalhekk jixraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(12)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2011. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 2011.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)   ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)   ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)   ĠU L 71, 17.3.2009, p. 59.

(5)   ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(6)   L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċida tas-sustanza attiva triflumuron Ġurnal tal-EFSA 2011; 9(1):1941. [81 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1941. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm.

(7)  4-trifluworo-metossiannilina


ANNESS

It-tabella li ġejja għandha tiġi miżjuda fl-aħħar tat-tabella tal-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

‘328

Triflumuron

Nru tal-CAS: 64628-44-0

Nru CIPAC: 548

1-(2-klorobenżoil)-3-[4-trifluworometossifenil]urea

≥ 955 g/kg

Impuritajiet:

N,N’-bis-[4-(trifluworometossi)fenil]urea: mhux aktar minn 1 g/kg

4-trifluworo-metossiannilina: mhux aktar minn 5 g/kg

fl-1 ta’ April 2011.

fil-31 ta’ Marzu 2021.

PARTI A

Jista’ jiġi awtorizzat biss l-użu bħala insettiċida.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar it-triflumuron u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta’ Jannar 2011.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għal dan li ġej:

il-protezzjoni tal-ambjent akkwatiku;

il-protezzjoni tan-naħal tal-għasel. Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri tal-mitigazzjoni tar-riskju, fejn xieraq.

Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri tal-mitigazzjoni tar-riskju, fejn xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant iressaq lill-Kummissjoni informazzjoni li tikkonferma fir-rigward tar-riskju fuq żmien twil għall-għasafar, ir-riskju għall-invertebrati akkwatiċi u r-riskju għall-iżvilupp tal-larvae tan-naħal.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant iressaq tali informazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2013.’


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.


4.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/32


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/25/UE

tat-3 ta' Marzu 2011

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż il-bupirimat bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni 2008/934/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista kienet tinkludi l-bupirimat.

(2)

Skont l-Artikolu 11e tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002, in-notifikant irtira s-sostenn tiegħu għall-inklużjoni ta' dik is-sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta' Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta' ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (4) kienet adottata għan-noninklużjoni tal-bupirimat.

(3)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn hawn ‘il quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata prevista fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta' Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta' proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta' sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta' dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5).

(4)

L-applikazzjoni tressqet lill-Pajjiżi l-Baxxi, li kienu nħatru bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta' żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mal-bqija tar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

Il-Pajjiżi l-Baxxi vvalutaw id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikant u ppreparaw rapport addizzjonali. Bagħtu dan ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fis-26 ta' Novembru 2009. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u bagħtet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar il-bupirimat lill-Kummissjoni fl-20 ta' Settembru 2010 (6). L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew iffinalizzati fit-28 ta' Jannar 2011 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għall-bupirimat.

(6)

Mid-diversi eżamijiet li saru, jidher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-bupirimat jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u mniżżla fid-dettall fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-bupirimat jiġi inkluż fl-Anness I biex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva skont id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(7)

Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb aktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KE jistipula li l-inklużjoni ta' sustanza fl-Anness I tista' tkun suġġetta għal ċerti kundizzjonijiet. Għalhekk, huwa xieraq li l-applikant jintalab li jibgħat iktar tagħrif biex jikkonferma d-degradazzjoni tal-ħamrija, il-parametri kinetiċi u l-parametru tal-assorbiment u tad-deassorbiment għall-metabolit prinċipali tal-ħamrija, id-De-etil-bupirimat (DE-B).

(8)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jippreparaw irwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li se jirriżultaw mill-inklużjoni.

(9)

Bla ħsara għall-obbligi definiti mid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta' sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-bupirimat sabiex jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, ikunu ssodisfati. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, skont kif ikun meħtieġ, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B'deroga mill-iskadenza msemmija hawn fuq, għandu jiġi pprovdut perjodu itwal għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-fajl komplut tal-Anness III għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE.

(10)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta' xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (7), uriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet mill-interpretar tal-obbligi tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti b'rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li l-obbligi tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment l-obbligu li jivverifikaw li d-detentur ta' awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma' dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati s'issa li jemendaw l-Anness I.

(11)

Għaldaqstant, huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(12)

Id-Deċiżjoni 2008/934/KE tistipula n-noninklużjoni tal-bupirimat u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza sal-31 ta' Diċembru 2011. Hemm bżonn li titħassar il-linja li tikkonċerna l-bupirimat fl-Anness ma' dik id-Deċiżjoni.

(13)

Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/934/KE tiġi emendata skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Il-linja li tikkonċerna l-bupirimat fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/934/KE għandha titħassar.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2011. Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Diċembru 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom, skont id-Direttiva 91/414/KEE u fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-bupirimat bħala sustanza attiva sat-30 ta' Novembru 2011.

Sa dik id-data huma għandhom b'mod partikolari jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva li jikkonċernaw il-bupirimat huma ssodisfati, bl-eċċezzjoni ta' dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tikkonċerna dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu f'idejh jew ikollu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma' dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta' dik id-Direttiva.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-bupirimat bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll kienu elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2011, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw mill-ġdid il-prodott skont il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI mad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ma' dik id-Direttiva u bil-kunsiderazzjoni tal-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ma' dik id-Direttiva li tikkonċerna l-bupirimat. Fuq il-bażi ta' dik il-valutazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li dan jiġi ddeterminat, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' prodott li jkun fih il-bupirimat bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2015; jew

(b)

fil-każ ta' prodott li fih il-bupirimat bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta' Mejju 2015 jew sad-data ffissata għal emenda jew irtirar ta' dan it-tip fid-Direttiva jew Direttivi rispettiva/rispettivi li żiedet/żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema waħda tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2011.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)   ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)   ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)   ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.

(5)   ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel;.Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance bupirimate. EFSA Journal 2010; 8(10):1786. [82pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1786. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu

(7)   ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.


ANNESS

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fi tmiem it-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“337

Bupirimat

Nru tal-CAS: 41483-43-6

Nru tas-CIPAC: 261

5-butil-2-etilammino-6-metilpirimidin-4-il dimetilsulfamat

≥ 945 g/kg

Impuritajiet:

Etirimol: massimu ta' 2 g/kg

Toluwen: massimu ta' 3 g/kg

fl-1 ta' Ġunju 2011.

Il-31 ta' Mejju 2021

PARTI A

L-użi bħala fungiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-bupirimat, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta' Jannar 2011.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għal dan li ġej:

il-protezzjoni ta' organiżmi akkwatiċi. Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jnaqqsu r-riskju, fejn ikun meħtieġ.

il-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f’reġjuni b’ħamrija u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli. Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jnaqqsu r-riskju fejn ikun xieraq.

ir-riskju fl-għalqa għall-artropodi mhux fil-mira.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu li jitressaq tagħrif ta' konferma rigward:

(1)

l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku kif immanifatturat kummerċjalment, permezz ta' dejta analitika xierqa. l-inklużjoni ta' tagħrif dwar ir-rilevanza tal-impuritajiet,

(2)

l-ekwivalenza bejn l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal tekniku; kif immanifatturat kummerċjalment, u dawk tal-materjal tat-test użat fil-fajls dwar it-tossiċità,

(3)

il-parametri kinetiċi, id-degradazzjoni tal-ħamrija u l-parametru tal-assorbiment u d-deassorbiment għall-metabolit prinċipali tal-ħamrija, id-DE-B (De-etil-bupirimat).

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jissottometti dejta u tagħrif ta' konferma bħal dawn lill-Kummissjoni hekk kif inhu stipulat fil-punt (1) u (2) sat-30 ta' Novembru 2011 u t-tagħrif stabbilit fil-punt (3) sal-31 ta' Mejju 2013.”


(1)  Jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva fir-rapport ta' reviżjoni.


4.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/37


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/26/UE

tat-3 ta’ Marzu 2011

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi d-dietofenkarb bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni 2008/934/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista kienet tinkludi d-dietofenkarb.

(2)

Skont l-Artikolu 11e tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002, in-notifikatur irtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta’ din is-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (4) ġiet adottata għan-noninklużjoni tad-dietofenkarb.

(3)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn hawn ’il quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata prevista fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5).

(4)

L-applikazzjoni tressqet lil Franza, li kienet inħatret bħala Stat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rrispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mar-rekwiżiti proċedurali u sostanzjali l-oħra tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

Franza vvalutat id-dejta addizzjonali mibgħuta mill-applikant u ħejjiet rapport addizzjonali. Bagħtet dan ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fil-21 ta’ Diċembru 2009. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u bagħtet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar id-dietofenkarb lill-Kummissjoni fis-7 ta’ Settembru 2010 (6). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u ġew iffinalizzati fit-28 ta’ Jannar 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għad-dietofenkarb.

(6)

Ħareġ ċar minn diversi eżamijiet li saru li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom id-dietofenkarb huma mistennija jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u mniżżla fid-dettall fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li d-dietofenkarb jiġi inkluż fl-Anness I biex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(7)

Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb aktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tkun suġġetta għal xi kundizzjonijiet. Għalhekk jixraq li l-applikant jintalab aktar tagħrif li jikkonferma l-potenzjal tal-assorbiment tal-metabolit 6-NO2-DFC minn uċuħ sussegwenti u l-valutazzjoni tar-riskju għal speċji artropodi li mhumiex fil-mira.

(8)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jippreparaw irwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

(9)

Bla ħsara għall-obbligi ddefiniti mid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom id-dietofenkarb biex jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, jiġu ssodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw, skont kif ikun meħtieġ, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga mill-iskadenza msemmija hawn fuq, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-fajl sħiħ tal-Anness III ta’ kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE.

(10)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (7), uriet li jistgħu jinħolqu d-diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-obbligi tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, biex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li l-obbligi tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment l-obbligu li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew fuq id-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li jemendaw l-Anness I li ġew adottati sa issa.

(11)

Għalhekk jixraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(12)

Id-Deċiżjoni 2008/934/KE tistipula n-noninklużjoni tad-dietofenkarb u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti tal-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza sal-31 ta’ Diċembru 2011. Jeħtieġ li titħassar il-linja dwar id-dietofenkarb fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni.

(13)

Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/934/KE tiġi emendata skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Il-linja dwar id-dietofenkarb fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/934/KE għandha titħassar.

Artikolu 3

Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2011 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Diċembru 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza ta’ din ix-xorta fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom, b’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE jemendaw jew jirtiraw fejn meħtieġ, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom id-dietofenkarb bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Novembru 2011.

Sa dik id-data huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva li jikkonċernaw id-dietofenkarb, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tikkonċerna dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu f’idejh jew li jkollu aċċess għall-fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih id-dietofenkarb bħala l-unika sustanza attiva jew bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li jkunu lkoll elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2011, l-Istati Membri għandhom jevalwaw mill-ġdid il-prodott skont il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, abbażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li tikkonċerna d-dietofenkarb. Fuq il-bażi ta’ din il-valutazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li ssir din id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih id-dietofenkarb bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2015; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih id-dietofenkarb bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Mejju 2015 jew sad-data ffissata għal emenda jew irtirar ta’ din ix-xorta fid-Direttiva jew id-Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi relevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2011.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)   ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)   ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)   ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.

(5)   ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance diethofencarb (Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter-pares tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva dietofenkarb). EFSA Journal 2010;8(9):1721. [55 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1721. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm

(7)   ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.


ANNESS

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fi tmiem it-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

‘331

Dietofenkarb

Nru tal-CAS: 87130-20-9

Nru CIPAC: 513

isopropil 3,4-dietossikarbanilat

≥ 970 g/kg

Impuritajiet:

Toluwen: mhux aktar minn 1 g/kg

L-1 ta’ Ġunju 2011

Il-31 ta’ Mejju 2021

PARTI A

L-użi bħala fungiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar id-dietofenkarb, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta’ Jannar 2011 għandhom jiġu kkunsidrati.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu każ partikolari tar-riskji lill-organiżmi akkwatiċi u lill-artropodi li mhumiex fil-mira, u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jinkludu l-applikazzjoni ta’ miżuri li jtaffu r-riskji.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu li jitressaq tagħrif ta’ konferma rigward:

(a)

il-potenzjal tal-assorbiment tal-metabolit 6-NO2-DFC minn uċuħ sussegwenti;

(b)

il-valutazzjoni tar-riskju għall-ispeċi artropodi li mhumiex fil-mira.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jipprovdi dan it-tagħrif lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Mejju 2013.’


(1)  Jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva fir-rapport ta’ reviżjoni.


DEĊIŻJONIJIET

4.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/41


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Frar 2011

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/248/UE li taġġusta l-allowances previsti fid-Deċiżjoni 2003/479/KE u d-Deċiżjoni 2007/829/KE dwar ir-regoli applikabbli għal esperti nazzjonali u persunal militari ssekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill

(2011/138/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 41(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 240(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 15(7) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/479/KE (1) u l-Artikolu 15(6) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/829/KE (2) jipprovdu li l-konċessjonijiet ta' kuljum u ta' kull xahar tal-esperti nazzjonali u tal-persunal militari sekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiġu aġġustati kull sena mingħajr effett retroattiv fuq il-bażi tal-adattament tas-salarji bażiċi ta' uffiċjali tal-Unjoni fi Brussell u l-Lussemburgu.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/248/UE (3) applikat ir-rati stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009 tat-23 ta' Diċembru 2009 li jaġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom (4), b'effett mill-1 ta' Mejju 2010.

(3)

Permezz tas-sentenza datata 24 ta' Novembru 2010 fil-Kawża C-40/10, il-Qorti tal-Ġustizzja annullat l-Artikolu 2 u l-Artikoli 4 sa 18 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1296/2009 li ffissaw ir-rata ta' adattament annwali għall-2009 għal +1,85 %. Il-Kunsill, permezz tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1190/2010 (5), emenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1296/2009, u ffissa r-rata għall-adattament annwali għall-2009 għal +3,7 %.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/248/UE għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/248/UE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Fl-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni 2003/479/KE u l-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni 2007/829/KE, l-ammonti EUR 30,75 u EUR 122,97 għandhom jinbidlu b'EUR 31,89 u EUR 127,52 rispettivament.”.

(2)

L-Artikolu 1(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fl-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 2003/479/KE u fl-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 2007/829/KE t-tabella għandha tinbidel b'dan li ġej:

‘Distanza bejn il-post ta’ oriġini u l-post tal-issekondar

(f'km)

Ammont f'EUR

0 - 150

0,00

> 150

81,96

> 300

145,72

> 500

236,81

> 800

382,54

> 1 300

601,13

> 2 000

719,55 ’ ”;

(3)

L-Artikolu 1(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Fl-Artikolu 15(4) tad-Deċiżjoni 2003/479/KE l-ammont EUR 30,75 għandu jinbidel b'EUR 31,89.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hi għandha tapplika mill-1 ta’ Mejju 2010.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

FELLEGI T.


(1)   ĠU L 160, 28.6.2003, p. 72.

(2)   ĠU L 327, 13.12.2007, p. 10.

(3)   ĠU L 110, 1.5.2010, p. 31.

(4)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 10.

(5)   ĠU L 333, 17.12.2010, p. 1.


4.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/43


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Frar 2011

li taġġusta l-allowances previsti fid-Deċiżjoni 2007/829/KE dwar ir-regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali u għall-persunal militari sekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill

(2011/139/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 41(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/829/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(6) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 15(6) tad-Deċiżjoni 2007/829/KE jipprovdi li l-allowances ta’ kuljum u ta’ kull xahar tal-esperti nazzjonali u tal-persunal militari sekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiġu aġġustati kull sena mingħajr effett retroattiv fuq il-bażi tal-adattament tas-salarji bażiċi ta’ uffiċjali tal-Unjoni fi Brussell u l-Lussemburgu.

(2)

Il-Kunsill, permezz tar-Regolament (UE) Nru 1239/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010 li jaġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2010 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni u l-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom (2), adotta aġġustament ta’ 0,1 % għar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2007/829/KE hija b’dan emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 15(1), l-ammonti EUR 31,89 u EUR 127,52 rispettivament għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“EUR 31,92 u EUR 127,65”.

2.

It-tabella fl-Artikolu 15(2) għandha tinbidel b’din li ġejja:

“Distanza bejn il-post tal-oriġini u l-post tal-issekondar

(f’km)

Ammont f’EUR

0-150

0,00

> 150

82,05

> 300

145,86

> 500

237,05

> 800

382,92

> 1 300

601,73

> 2 000

720,27 ”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

FELLEGI T.


(1)   ĠU L 327, 13.12.2007, p. 10.

(2)   ĠU L 338, 22.12.2010, p. 1.


4.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta' Lulju 2010

dwar l-għajnuna mill-Istat C 27/09 (ex N 34/B/09) Sussidju baġitarju għal France Télévisions li r-Repubblika Franċiża għandha l-ħsieb li timplimenta favur France Télévisions

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 4918)

(It-test bil-Franċiż biss hu awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/140/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

wara li sejħet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom skont dawk l-Artikoli (1) u wara li rat dawn il-kummenti,

billi:

I.   PROĊEDURA

(1)

Bl'ittra tat-23 ta' Jannar 2009, ir-Repubblika Franċiża nnotifikat lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li tagħmel allokazzjoni baġitarja ta' EUR 450 miljun li diġà kienet imniżżla fil-liġi tal-finanzi favur France Télévisions għas-sena 2009. Fit-13 ta' Marzu 2009, il-Kummissjoni talbitha informazzjoni addizzjonali, li r-Repubblika Franċiża pprovdiet fil-25 ta' Mejju 2009. f'dik l-ittra, ir-Repubblika Franċiża estendiet is-suġġett tan-notifika billi espremiet l-intenzjoni tagħha li tistabbilixxi mekkaniżmu permanenti u pluriannwali ta' finanzjament pubbliku għal France Télévisions, li parti minnu tikkonsisti f'sussidju annwali.

(2)

Bl'ittra tal-1 ta' Settembru 2009, il-Kummissjoni, minn naħa waħda, ikkunsidrat li s-sussidju baġitarju vvutat għas-sena 2009 kien kumpatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (iktar 'il quddiem it-“TFUE”) u, min-naħa l-oħra, infurmat lir-Repubblika Franċiża bid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward tal-mekkaniżmu ġdid ta' finanzjament pubbliku għal France Télévisions għas-snin li ġejjin.

(3)

Ir-Repubblika Franċiża ppreżentat il-kummenti tagħha fis-7 ta' Ottubru 2009.

(4)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). Il-Kummissjoni sejħet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-għajnuna inkwistjoni.

(5)

Il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet dwar dan is-suġġett mingħand il-partijiet interessati. Hija bagħtithom lir-Repubblika Franċiża, waqt li tatha l-possibbiltà li tikkummenta dwarhom, u rċeviet il-kummenti tagħha b'ittra tal-15 ta' Jannar 2010.

(6)

Fit-23 ta' April, id-19 ta' Mejju u t-22 ta' Ġunju 2010, ir-Repubblika Franċiża bagħtet lill-Kummissjoni kjarifiki jew informazzjoni addizzjonali.

II.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MEKKANIŻMU TA' FINANZJAMENT

(7)

Il-mekkaniżmu ta' finanzjament pluriannwali li huwa s-suġġett ta' din id-deċiżjoni jinsab fil-kuntest ta' finanzjament tal-missjonijiet ta' servizz pubbliku ta' France Télévisions li l-Kummissjoni eżaminat fid-deċiżjonijiet tagħha tal-10 ta' Diċembru 2003 (3), tal-20 ta' April 2005 (4), tas-16 ta' Lulju 2008 (5) u tal-1 ta' Settembru 2009 (6). Dan madankollu jikkostitwixxi miżura distinta minn dawk li kienu s-suġġett tad-deċiżjonijiet tal-2003, 2005 u 2008. b'mod aktar partikolari, is-sussidji baġitarji deskritti f'aktar dettall iktar 'il quddiem, jirrigwardaw ir-riżorsi pubbliċi allokati lil France Télévisions fuq il-bażi tal-kontribuzzjoni għas-servizz pubbliku awdjoviżiv, li qabel kienet tissejjaħ liċenzja, li kienet is-suġġett tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' April 2005 u li, bħala għajnuna eżistenti, mhijiex immodifikata mid-dispożizzjonijiet il-ġodda. Dawn iż-żewġ riżorsi pubbliċi għandhom ikopru l-ispiża tal-missjoni ta' servizz pubbliku ta' France Télévisions, imnaqqsa mid-dħul kummerjali nett li jifdal.

II.1.   Bażijiet ġuridiċi prinċipali

(8)

Id-dispożizzjonijiet prinċipali tal-mekkaniżmu ġdid ta' finanzjament pubbliku jinsabu fil-liġi nru 2009-258 tal-5 ta' Marzu 2009 dwar il-komunikazzjoni awdjoviżiva u s-servizz pubbliku ġdid tat-televiżjoni (loi no 2009-258 du 5 mars 2009 relative à lacommunication audiovisuelle et au nouveau service public de la télévision). L-għajnuna nnotifikata tagħmel parti minn riforma aktar wiesgħa tal-istrutturi u l-missjonijiet ta' interess ekonomiku ġenerali tas-servizz pubbliku awdjoviżiv previst mil-liġi. Il-liġi b'hekk temenda dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jirregolaw il-missjonijiet ta' servizz pubbliku ta' France Télévisions u, b'mod aktar partikolari, il-liġi nru 86-1067 tat-30 ta' Settembru 1986 dwar il-libertà ta' komunikazzjoni (loi no 86-1067 du 30 septembre 1986 relative à la liberté de communication). Dawn il-missjonijiet huma spjegati f'aktar dettall fl-ispeċifikazzjonijiet u fil-kuntratt dwar l-objettivi u l-mezzi ta' France Télévisions, li huma approvati minn testi regolamentari adottati għall-applikazzjoni tal-liġi dwar il-libertà ta' komunikazzjoni. Il-liġi nru 2009-258 tal-5 ta' Marzu 2009 tinkludi wkoll dispożizzjonijiet finanzjarji li jemendaw il-kodiċi tat-taxxa, minn naħa waħda, u li jistabbilixxu l-prinċipju ta' allokazzjoni baġitarja mniżżla fil-liġi dwar il-finanzi għal France Télévisions, min-naħa l-oħra.

II.2.   L-attivitajiet u l-finanzjament tal-benefiċjarja: France Télévisions

(9)

France Télévisions hija société anonyme maħluqa skont l-Artikolu 44-I tal-liġi nru 86-1067 tat-30 ta' Settembru 1986 dwar il-libertà tal-komunikazzjoni. Din il-liġi kif emendata tistabbilixxi impriża waħda, France Télévisions, li tgħaqqad flimkien l-entitajiet ġuridiċi distinti ta' stazzjonijiet differenti li kienu jeżistu qabel. Hija soġġetta għall-kontroll ekonomiku u finanzjarju tal-Istat Franċiż. Il-kapital azzjonarju tagħha huwa maqsum f'ishma nominali li jistgħu jappartjenu biss lill-Istat. Il-bord tad-diretturi tagħha jinkludi, minbarra l-president, erbatax-il membru b'mandat ta' ħames snin, jiġifieri, żewġ deputati parlamentari nnominati mill-Kumitati għall-Affarijiet Kulturali tal-Assemblea Nazzjonali u tas-Senat rispettivament, ħames rappreżentanti tal-Istat, ħames personalitajiet maħtura mill-Kunsill Superjuri tal-Awdjoviżiv u żewġ rappreżentanti tal-persunal.

(10)

France Télévisions hija l-grupp ewlieni awdjoviżiv Franċiż. Hija tħaddem madwar 11 000 persuna u tiġbor fi ħdanha l-istazzjonijiet France 2, France 3, France 4, France 5 u France Ô li jxandru fit-territorju Franċiż metropolitan, kif ukoll RFO, kumpanija li tgħaqqad it-televiżjonijiet u r-radji pubbliċi li jxandru fid-dipartimenti u t-territorji barranin. Il-grupp jinkludi wkoll dipartiment tar-riklami, għalkemm qed jiġi kkunsidrat irtirar minn dan il-qasam, u kumpaniji ddedikati għal attivitajiet ta' diversifikazzjoni. Ċerti stazzjonijiet ta' France Télévisions ixandru fuq medda wiesgħa f'diversi Stati Membri, b'mod partikolari fil-Belġju u l-Lussemburgu.

(11)

Il-fatturat ta' France Télévisions fl-2007, l-aħħar sena finanzjarja qabel it-tħabbir tar-riforma tas-servizz pubbliku awdjoviżiv, kien ta' EUR 2 927 miljun, li minnhom 64,2 % kienu miksuba mill-ħlas ta' liċenzji, 28,1 % minn dħul pubbliċitarju (riklami u sponsorships) u 7,7 % minn dħul ieħor. Bejn l-2003 u l-2007, is-sehem tad-diversi komponenti tal-fatturat baqa' relattivament stabbli, bid-dħul mir-riklami u sponsorships ivarjaw f'medda ta' bejn 30 % sa 28 %. Il-grupp kollu kellu riżultat nett kemmxejn pożittiv kull sena bejn l-2003 u l-2007, b'ammont totali ta' EUR 99 miljun għal dak il-perjodu.

(12)

Dik ix-xejra nqelbet wara li tħabbret ir-riforma tas-servizz awdjoviżiv pubbliku f'Jannar 2008, inkluż b'mod partikolari l-waqfien tad-dħul minn messaġġi pubbliċitarji. Fis-sena finanzjarja 2008 kien hemm telf għall-grupp France Télévisions, b'riżultat nett negattiv ta' EUR [50-100] (*1) miljun (li minnhom - EUR [50-100] miljun għall-perimetru tas-servizz pubbliku), dovut b'mod partikolari għal tnaqqis konsiderevoli fid-dħul mir-riklamar, li ma setax jiġi mrażżan għal kollox mill-injezzjoni kapitali eċċezzjonali ta' EUR 150 miljun li ġiet approvata mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha tas-16 ta' Lulju 2008. Għall-2009, malli daħlet fis-seħħ ir-riforma tas-servizz awdjoviżiv pubbliku, is-sussidju baġitarju finalment imħallas ta' EUR 415 miljun, ivvalidat mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha tal-1 ta' Settembru 2009, ippermetta li kważi jiġi kkumpensat it-tnaqqis fid-dħul pubbliċitarju u l-grupp France Télévisions kiseb profitt nett żgħir (EUR [10-20] miljun). Madankollu, il-perimetru tas-servizz pubbliku jagħmel telf żgħir ta' madwar EUR [0-5] miljun, bir-riżultat pożittiv attribwibbli għall-kumpaniji kummerċjali tal-grupp.

(13)

L-attivitajiet u l-ġestjoni ta' France Télévisions f'dawn l-aħħar snin 2004-2008 u l-pożizzjoni tal-impriża fil-perspettiva tar-riforma tas-servizz awdjoviżiv pubbliku kienu s-suġġett ta' rapport relattivament kritiku tal-Qorti tal-Awdituri Franċiża “France Télévisions u t-televiżjoni pubblika ġdida”. Ir-rapport, li għalih jirreferu wħud mill-partijiet terzi interessati fl-osservazzjonijiet tagħhom, ġie adottat wara diskussjoni u ġie ppubblikat fl-14 ta' Ottubru 2009, jew wara d-deċiżjoni ta' ftuħ tal-proċedura. Ir-rapport jindika l-eżistenza ta' marġni ta' progress mhux sfruttati fil-ġestjoni u fir-riżultati ta' France Télévisions sa dak iż-żmien u jinkludi rakkomandazzjonijiet għal titjib futur fil-kuntest il-ġdid tar-riforma.

II.3.   Il-missjonijiet tas-servizz pubbliku ta' France Télévisions

II.3.1.   Definizzjoni tal-missjonijiet ta' servizz pubbliku fil-liġi

(14)

L-Artikolu 43-11 tal-liġi nru 86-1067 tat-30 ta' Settembru 1986 emendata jiddikjara l-missjoni ta' servizz pubbliku ta' France Télévisions, billi jistabbilixxi li l-istazzjonijiet pubbliċi “iwettqu, fl-interess ġenerali, missjonijiet ta' servizz pubbliku. Huma joffru lill-pubbliku, fil-komponenti kollha tiegħu, ġabra sħiħa ta' programmi u servizzi kkaratterizzati mid-diversità u l-pluraliżmu tagħhom, l-eżiġenza tagħhom ta' kwalità u innovazzjoni, il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji demokratiċi ddefiniti kostituzzjonalment. Huma joffru għażla diversifikata ta' programmi f'forma analogali u diġitali fl-oqsma tal-informazzjoni, il-kultura, it-tagħrif, id-divertiment u l-isport. Huma jippromwovu d-dibattitu demokratiku, l-iskambji bejn il-partijiet differenti tal-popolazzjoni kif ukoll l-integrazzjoni soċjali u ċ-ċittadinanza. Huma jimplimentaw azzjonijiet favur il-koeżjoni soċjali, id-diversità kulturali u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u jipproponu skeda ta' programmi li tirrifletti d-diversità tas-soċjetà Franċiża. Huma jiżguraw il-promozzjoni tal-lingwa Franċiża u, jekk ikun il-każ, tal-lingwi reġjonali u jivvalorizzaw id-diversità tal-wirt kulturali u lingwistiku ta' Franza. Huma jikkontribwixxu għall-iżvilupp u t-tixrid tal-kreazzjoni intellettwali u artistika u tal-għarfien ċiviku, ekonomiku, soċjali, xjentifiku u tekniku kif ukoll għall-edukazzjoni b'mezzi awdjoviżivi u bil-midja. Hima jipparteċipaw fl-edukazzjoni dwar l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli. Huma jippromwovu, permezz ta' għodda adattati, l-aċċess għall-persuni nieqsa mis-smigħ u li għandhom problemi ta' smigħ għall-programmi li jxandru. Huma jiżguraw l-onestà, l-indipendenza u l-pluraliżmu tal-informazzjoni kif ukoll l-espressjoni pluralista tax-xejriet fil-ħsieb u fl-opinjoni waqt li jiġi mħares il-prinċipju ta' trattament ugwali u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill superjuri tal-awdjoviżiv. L-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku tal-komunikazzjoni awdjoviżiva, għat-twettiq tal-missjonijiet tagħhom, jikkontribwixxu għall-azzjoni awdjoviżiva esterna, għat-tixrid tal-Frankofonija u għat-tixrid tal-kultura u l-lingwa Franċiża fid-dinja. Huma impenjati li jiżviluppaw servizzi ġodda li jistgħu jseddqu jew jagħmlu aktar kompleta l-offerta ta' programmi tagħhom kif ukoll it-tekniki ġodda ta' produzzjoni u xandir tal-programmi u s-servizzi ta' komunikazzjoni awdjoviżiva. Kull sena, jiġi ppreżentat rapport lill-Parlament sabiex tiġi vverifikata l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu”.

II.3.2.   L-inkorporazzjoni tal-obbligi tas-servizz pubbliku fl-attivitajiet ta' France Télévisions

(15)

Fir-rigward tal-inkorporazzjoni konkreta ta' dawn il-missjonijiet, il-paragrafu I tal-Artikolu 44 tal-liġi nru 86-1067 tat-30 ta' Settembru 1986, jippreċiża li France Télévisions hija inkarigata li tikkonċepixxi u tipprogramma x-xandiriet televiżivi u s-servizzi ta' komunikazzjoni awdjoviżiva li jissodisfaw il-missjonijiet ta' servizz pubbliku ddefiniti fl-Artikolu 43-11 u fl-ispeċifikazzjonijiet previsti mill-Artikolu 48 tal-imsemmija liġi.

(16)

Id-digriet nru 2009-796 tat-23 ta' Ġunju 2009 jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet ta' France Télévisions li issa huma uniċi. L-ispeċifikazzjonijiet jinkwadraw l-attività tal-istazzjonijiet ta' France Télévisions, flimkien ma' impenji vinkolanti dwar l-ipprogrammar tax-xandir, spiss fis-sigħat meta jkun hemm l-aktar telespettaturi, fir-rigward tax-xandiriet kulturali ta' kuljum, ix-xandiriet mużikali b'mod partikolari l-mużika klassika billi ssir diversifikazzjoni tal-orkestri Ewropej jew reġjonali, l-ispettakli ta' espressjoni teatrali jew il-popolarizzazzjoni tax-xjenza (Artikoli 4 sa 7 tal-ispeċifikazzjonijiet). France Télévisions hija obbligata wkoll li tintegra d-dimensjoni Ewropea fil-programmi kollha tagħha, b'mod partikolari billi xxandar rapportaġġi dwar l-istili ta' ħajja jew id-drawwiet kulturali ta' Stati Membri oħrajn u li xxandar programmi ta' natura reliġjuża dwar ir-reliġjonijiet ewlenin ipprattikati fi Franza (Artikoli 14 u 15 tal-ispeċifikazzjonijiet). Huwa ddikjarat ukoll l-obbligu li tinġabar udjenza wiesgħa u bilanċjata fil-firxa sħiħa tal-pubbliku (Artikolu 18).

(17)

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 53 tal-liġi nru 86-1067 dwar il-libertà tal-komunikazzjoni, kuntratti pluriannwali ta' objettivi u mezzi huma konklużi bejn l-Istat u France Télévisions għal terminu ta' bejn tliet snin u ħames snin. Il-kuntratti ta' objettivi u mezzi jiddeterminaw b'mod partikolari, fil-ħarsien tal-missjonijiet ta' servizz pubbliku ta' France Télévisions:

l-assi prijoritarji tal-iżvilupp tagħha;

l-impenji mogħtija abbażi tad-diversità u l-innovazzjoni fil-kreazzjoni;

l-ammonti minimi ta' investimenti ta' France Télévisions fil-produzzjoni ta' xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi Ewropej u ta' espressjoni oriġinali Franċiża, bħala perċentwali tad-dħul tagħha f'valur assolut;

l-impenji li jippermettu li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni u ċ-ċittadinanza tal-persuni b'diżabilità, l-adattament tal-programmi televiżivi kollha għal persuni nieqsa mis-smigħ jew bi problemi ta' smigħ;

l-impenji li jippermettu li jiġi żgurat ix-xandir ta' programmi televiżivi li, permezz ta' strumenti adattati, huma aċċessibbli għall-persuni għomja jew li ma jarawx sew;

l-ispiża prevista tal-attivitajiet tagħha għall kull waħda mis-snin ikkonċernati, u l-indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi ta' eżekuzzjoni u tar-riżultati adottati;

l-ammont ta' riżorsi pubbliċi li għandhom jiġu allokati lilha billi jiġu identifikati dawk iddedikati bi prijorità għall-iżvilupp tal-baġits ta' programmi;

l-ammont tal-prodott mistenni mid-dħul proprju, b'distinzjoni minn dak li jirriżulta mir-riklamar u sponsorships;

il-perspettivi ekonomiċi għas-servizzi li jagħtu lok għall-ħlas ta' prezz;

jekk ikun il-każ, il-perspettivi fir-rigward tar-ritorn għal ekwilibriju finanzjarju.

(18)

Preżentament, l-obbligi ta' servizz pubbliku ta' France Télévisions huma s-suġġett ta' kuntratt ta' objettivi u mezzi 2007-2010 “France Télévisions, l-ewwel ġabra ta' stazzjonijiet b'xejn fl-era diġitali” tal-24 ta' April 2007, iffirmat mill-Ministri responsabbli u l-president ta' France Télévisions. Taħt l-intestatura tal-objettiv I.2 “Promozzjoni tal-valuri li jidentifikaw is-servizz pubbliku”, il-kuntratt jistipula objettivi li għandhom jissarrfu f'azzjonijiet konkreti, flimkien ma' indikaturi kwalitattivi jew kwantitattivi li għandhom jintlaħqu f'oqsma bħal:

l-iffaċilitar tal-aċċess għal pubbliku akbar għall-programmi kulturali u f'perspettiva ta' demokratizzazzjoni tal-kultura, billi jixxandar programm kulturali ta' mill-inqas matul il-ħinijiet l-aktar segwiti;

ir-riflessjoni tal-pluraliżmu fl-informazzjoni u fid-dibattitu ċiviku;

l-offerta ta' firxa wiesgħa ta' dixxiplini sportivi, b'enfasi fuq l-isports li jingħataw inqas prominenza fuq l-istazzjonijiet privati;

ir-riflessjoni tad-diversità u t-titjib tal-viżibbiltà tal-komponenti tas-soċjetà Franċiża.

l-iffaċilitar tad-difiża tal-identità kulturali Franċiża u Ewropea, il-fehim tad-difiża tal-identità kulturali Franċiża u Ewropea, il-fehim tal-funzjonament tal-Unjoni u l-kontribut tagħha kif ukoll it-tagħlim ta' lingwi barranin.

(19)

Il-kuntratt jipprevedi wkoll sezzjoni finanzjarja pluriannwali, li tinkludi klawsola ta' aġġustament li tipprevedi li, skont l-iżviluppi fid-dħul mir-riklamar, l-Istat u l-Grupp jiftiehmu li jikkoordinaw saqbiex jaġġustaw il-bżonn ta' riżorsi pubbliċi, waqt li huwa miftiehem li fondi żejda minn riżorsi pubbliċi mhux użati għat-tnaqqis ta' dawk il-bżonnijiet għandhom jiġu allokati għal spejjeż favur il-kreazzjoni awdjoviżiva.

(20)

Wara r-riforma, il-kuntratt ta' objettivi u mezzi fis-seħħ kien soġġett għal approvazzjoni għall-perjodu 2009-2012. Dik l-approvazzjoni, li hija deskritta f'aktar dettall iktar 'il quddiem fis-sezzjoni finanzjarja tagħha, tkompli ssaħħaħ il-valuri ta' identità tas-servizz pubbliku promossi minn France Télévisions u tiffissa indikaturi kwantitattivi ġodda li għandhom jintlaħqu kull sena f'uħud mill-oqsma indikati fil-premessa 18.

II.3.3.   Ħolqien ta' servizzi awdjoviżivi innovattivi ġodda

(21)

L-ispeċifikazzjonijiet il-ġodda ta' France Télévisions jipprevedu l-introduzzjoni ta' serje ta' servizzi innovattivi intiżi biex iseddqu l-offerta editorjali, bħat-tpoġġija online ta' servizzi ta' komunikazzjoni, ta' servizzi ta' midja awdjoviżiva fuq talba jew ta' kontenut addizzjonali li jseddaq il-programmi tagħha. Bl-istess mod, l-approvazzjoni tal-kuntratt ta' objettivi u mezzi tipprevedi wkoll l-introduzzjoni ta' servizzi innovattivi, b'mod partikolari l-vidjo fuq talba b'xejn jew bi ħlas, it-televiżjoni mobbli personali, ix-xandir fuq l-Internet, l-applikazzjonijiet mobbli, WebTV reġjonali jew tematizzat.

II.3.4.   Kontroll estern tal-obbligi ta' servizz pubbliku, inkluża t-tnedija ta' servizzi ġodda

(22)

b'applikazzjoni tal-Artikolu 53 tal-liġi nru 86-1067 tat-30 ta' Settembru 1986, il-bord tad-diretturi ta' France Télévisions approva l-abbozz tal-kuntratt ta' objettivi u mezzi ta' dik il-kumpanija u ddiskuta l-eżekuzzjoni annwali tiegħu, bir-riżultat ta' dik id-diskussjoni jkun pubbliku. Qabel l-iffirmar, il-kuntratti ta' objettivi u mezzi kif ukoll l-approvazzjonijiet ta' dawk il-kuntratti jintbagħtu lill-Kumitati inkarigati mill-affarijiet kulturali u l-finanzi tal-Assemblea Nazzjonali u tas-Senat u lill-Kunsill Superjuri għall-Awjoviżiv. Il-Kumitati jistgħu jifformulaw opinjoni f'terminu ta' sitt ġimgħat.

(23)

Barra minn hekk, rapport annwali dwar l-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta' objettivi u mezzi ta' France Télévisions ġie ppreżentat mill-president tagħha quddiem il-Kumitati inkarigati mill-affarijiet kulturali u l-finanzi tal-Assemblea Nazzjonali u tas-Senat. Fl-okkażjoni tal-preżentazzjoni tar-rapport dwar l-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta' objettivi u mezzi tal-kumpanija quddiem il-Kumitati kompetenti tal-Assemblea Nazzjonali u tas-Senat, il-president ta' France Télévisions jagħti wkoll rendikont tal-attività u l-ħidma tal-kunsill konsultattiv għall-programmi maħluqa fi ħdanu li huwa kompost minn telespettaturi, u li huwa inkarigat li jagħti opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar il-programmi.

(24)

Bl-istess mod, l-abbozz preliminari tal-ispeċifikazzjonijiet ta' France Télévisions stabbilit b'digriet kien is-suġġett ta' konsultazzjoni pubblika bejn l-10 u l-24 ta' Novembru 2008 fejn madwar ħmistax-il entità issottomettew kontribuzzjonijiet, li taw lok għal emendi tat-test inizjali, segwit minn parir tal-Kunsill Superjuri tal-Awdjoviżiv. Fir-rigward tal-kontroll estern tal-eżekuzzjoni tiegħu, l-Artikolu 48 tal-liġi tat-30 ta' Settembru 1986 jipprevedi li għandu jintbagħat rapport annwali mill-Kunsill Superjuri tal-Awdjoviżiv lill-Kumitati inkarigati mill-affarijiet kulturali fi ħdan l-Assemblea Nazzjonali u s-Senat. Ir-rapport jintbagħat ukoll lill-Ministru tal-kultura u tal-komunikazzjoni.

(25)

Dawk il-Kumitati Parlamentari, bl-istess mod bħall-Kunsill Superjuri tal-Awdjoviżiv, jistgħu jisimgħu lil terzi. Fil-fatt, il-partijiet interessati jinstemgħu regolarment fi ħdanhom u jikkomunikaw l-opinjonijiet tagħhom dwar kwistjonijiet li huma ta' interess għas-servizz awdjoviżiv pubbliku.

II.4.   Kumpens finanzjarju għat-tnaqqis progressiv u eventwalment it-tneħħija tal-messaġġi pubbliċitarji

(26)

Sabiex l-ipprogrammar tax-xandir pubbliku jsir aktar liberu u inqas dipendenti fuq restrizzjonijiet kummerċjali, l-Artikolu 53, subparagrafu VI tal-liġi nru 86-1067 tat-30 ta' Settembru 1986 kif emendata dwar il-libertà tal-komunikazzjoni jistabbilixxi li l-messaġġi pubbliċitarji għandhom jitnaqqsu u eventwalment jitneħħew: ’Il-programmi mxandra bejn it-tmienja ta' billejl u s-sitta ta' filgħodu fuq is-servizzi nazzjonali televiżivi msemmija fis-subparagrafu I tal-Artikolu 44, bl-eċċezzjoni tal-programmi reġjonali u lokali tagħhom, m'għandhomx ikollhom messaġġi pubbliċitarji ħlief għal dawk għal prodotti jew servizzi ppreżentati taħt l-isem ġeneriku tagħhom. Din id-dispożizzjoni tapplika wkoll għall-programmi mxandra minn dawk is-servizzi bejn is-sitta ta' filgħodu u t-tmienja ta' billejl sa minn meta jispiċċa x-xandir terrestri bi frekwenza hertz f'forma analogali tas-servizzi televiżivi msemmija fl-istess subparagrafu I għat-territorju metropolitan kollu. Dan ma japplikax għall-kampanji ta' interess ġenerali’.

(27)

Il-waqfien tax-xandir terrestri bi frekwenza hertz f'forma analogali tas-servizzi televiżivi hija prevista sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2011. Minbarra l-eċċezzjoni għall-pubbliċità ta' prodotti jew servizzi mingħajr trade mark, huma previsti derogi għax-xandir ta' messaġġi pubbliċitarji għad-dipartimenti u l-komunitajiet barranin jew ta' New Caledonia, fin-nuqqas tal-offerta ta' televiżjoni privata mxandra fuq frekwenza hertz terrestri b'mod ċar.

(28)

Kif jipprovdi l-Artikolu 53 tal-liġi nru 86-1067 kif emendata dwar il-libertà tal-komunikazzjoni, it-tnaqqis u eventwalment it-tneħħija tal-messaġġi pubbliċitarji li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-liġi jagħtu lok għal kumpens finanzjarju tal-Istat lil France Télévisions taħt il-kundizzjonijiet iddefiniti minn kull liġi tal-finanzi. Għal dan il-għan, l-Istat Franċiż ħoloq programm ġdid, bit-titolu “Kontribut għall-finanzjament tas-servizz awdjoviżiv pubbliku”, fi ħdan il-missjoni “Midja” tal-baġit ġenerali tal-Istat. Fuq bażi purament indikattiva, l-awtoritajiet Franċiżi jikkalkulaw li l-parti tas-sussidju pubbliku li takkumpanja d-dħul mill-ħlas tal-kontribuzzjoni għall-awdjoviżiv pubbliku għandha tkun ta' madwar EUR 460 miljun fl-2010, EUR 500 miljun fl-2011 u EUR 650 miljun fl-2012.

(29)

Ir-Repubblika Franċiża tiddikjara li, għal kull sena, il-finanzjament pubbliku li ġej mis-sussidju baġitarju għandu jiġi stabbilit skont l-ispejjeż tat-twettiq tal-missjoni ta' servizz pubbliku ta' France Télévisions u akkumulat mad-dħul mill-kontribuzzjoni għall-awdjoviżiv pubbliku, wara li jitnaqqas id-dħul kummerċjali li jkun hemm. f'dan ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu l-previżjoni tal-ispejjeż u d-dħul tas-servizz pubbliku ta' France Télévisions, stabbilita abbażi tal-pjan tan-negozju 2009-2012 u sinteżizzata hawn isfel:

Tabella 1

Previżjoni ta' Dħul u spejjeż ta' servizz pubbliku ta' France Télévisions 2010-2012

(miljun EUR)

 

2010

2011

2012

 

Baġit

Baġ. Prev.

Baġ. Prev.

A/Riżorsi pubbliċi

[2 500 -3 000 ]

[2 500 -3 000 ]

[2 500 -3 000 ]

B/Dħul ieħor (pubbliċità, sponsorships eċċ.)

[300-600]

[300-600]

[300-600]

C/Spiża grossa tas-servizz pubbliku

[3 500 -3 000 ]

[3 500 -3 000 ]

[3 500 -3 000 ]

D/Spiża netta tas-servizz pubbliku (C + B)

[3 000 -2 500 ]

[3 000 -2 500 ]

[3 000 -2 500 ]

Differenza Spiża netta SP- Riżorsi Pubbliċi (D + A)

[– 50 – 50]

[– 50 – 50]

[– 50 – 50]

Sors: Kummenti minn Franza tal-15 ta' Jannar 2010

(30)

It-tabella hawn isfel turi previżjoni ta' defiċit li tikkorrispondi għall-ispiża netta mhux koperta għall-kontijiet tas-servizz pubbliku ta' France Télévision fl-2010 u fl-2011. Dan id-defiċit għandhu jiġi riassorbit parzjalment fl-2012, b'eċċess żgħir previst ta' EUR [30–50] miljun, jew [0-5] % tal-ispejjeż netti ta' servizz pubbliku. Dik il-previżjoni ta' eċċess għall-2012, jekk tiġi kkonfermata mill-fatti, li jippresupponi li d-dħul u l-ispejjeż jevolvu eżattament kif previst, tibqa' inferjuri għad-defiċit akkumulat previst għall-2010 u 2011. b'applikazzjoni tal-kuntratt ta' objettivi u mezzi li jinsab għaddej, l-eċċessi mhux allokati għat-tnaqqis tal-bżonnijiet ta' riżorsi pubbliċi għandhom jiġu allokati bi prijorità għall-ispejjeż favur il-kreazzjoni awdjoviżiva. Peress li dak il-ħolqien normalment ikun destinat għall-ipprogrammar, l-eċċess li jista' jkun hemm b'hekk m'għandux jiffinanzja attivitajiet kummerċjali.

(31)

Għandu jiġi osservat li l-pjan tan-negozju 2009-2012 li jinsab fil-kapitolu V tal-approvazzjoni tal-kuntratt ta' objettivi u mezzi li jinsab għaddej jissostitwixxi s-sezzjoni finanzjarja tal-kuntratt konkluż f'April 2007, meta jitqies il-qafas il-ġdid li ddaħħal bir-riforma u l-konsegwenzi finanzjarji tiegħu. Il-pjan tan-negozju jipprevedi tnaqqis tal-ispiża grossa globali ta' forniment tas-servizz pubbliku għall-perjodu 2010-2012, bi tnaqqis tal-ispejjeż operattivi meta mqabbla mal-kuntratt inizjali, tnaqqis tal-ispejjeż tax-xandir u l-isfruttament tas-sinerġiji li jirriżultaw mill-impriża komuni, u dan minkejja l-istabbiliment ta' elementi ġodda ta' spejjeż li jakkumpanjaw ir-riforma.

(32)

Fil-livell tad-dħul, ir-riżorsi pubbliċi previsti, għalkemm qegħdin jiżdiedu, ma jibbilanċjawx totalment il-kontijiet għall-perjodu 2010-2012 u, kif huwa indikat fit-tabella 1, jibqgħu inqas mill-ispejjeż grossi tas-servizz pubbliku, b'hekk il-bilanċ finanzjarju fil-projezzjonijiet jiddependi mid-dħul kummerċjali li jkun hemm kull sena. Għalhekk il-pjan tan-negozju jindika l-interess għall-impriża u għall-Istat li jilħqu bilanċ aktar malajr milli previst u jippreċiża bżonn ta' segwiment preċiż u regolari, fid-dawl ta' riskji pożittivi jew negattivi.

II.5.   Stabbiliment ta' limitu għar-riżorsi pubbliċi

(33)

L-Artikolu 44 tal-liġi nru 86-1067 emendata dwar il-libertà tal-komunikazzjoni jippreċiża wkoll li “Ir-riżorsi pubbliċi allokati lill-organizzazzjonijiet tas-servizz awdjoviżiv pubbliku bħala kumpens għall-obbligi ta' servizz pubbliku fdati lilhom m'għandhomx jaqbżu l-ammont tal-ispejjeż tat-twettiq ta' dawk l-obbligi”. Dik id-dispożizzjoni tirriżulta mill-impenji mogħtija mir-Repubblika Franċiża li tniżżel espressament fil-liġi l-prinċipju li ma jingħatax kumpens żejjed għall-obbligi ta' servizz pubbliku fil-kuntest tal-proċedura li wasslet għad-deċiżjoni ta' kumpatibbiltà tal-Kummissjoni tal-20 ta' April 2005 dwar l-użu tad-dħul mil-liċenzji (7).

(34)

b'applikazzjoni tal-impenn imsemmi hawn fuq, l-Artikolu 2 tad-digriet nru 2007-958 tal-15 ta' Mejju 2007 dwar ir-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istat u l-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku tal-komunikazzjoni awdjoviżiva (décret no 2007-958 du 15 mai 2007 relatif aux relations financières entre l'État et les organismes du secteur public de la communication audiovisuelle) jadotta fl-Artikolu 2 l-istess formulazzjoni bħall-Artikolu 53 tal-liġi tat-30 ta' Settembru 1986 billi jieħu f'kunsiderazzjoni “id-dħul dirett jew indirett li jirriżulta mill-missjoni ta' servizz pubbliku” u jippreċiża li l-ispiża tat-twettiq tal-obbligi tas-servizz pubbliku hija stabbilita permezz ta' kontijiet separati. Id-digriet jipprovdi, fl-Artikolu 3 tiegħu, l-obbligu għal France Télévisions u s-sussidjarji tagħha li jirrispettaw il-kundizzjonijiet tas-suq għall-attivitajiet kummerċjali kollha tagħhom u l-formulazzjoni minn korp estern ta' rapport annwali dwar it-twettiq ta' dak l-obbligu, mibgħut lill-ministeru responsabbli, lill-Assemblea Nazzjonali u lis-Senat.

(35)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat rapporti dwar it-twettiq tal-Artikoli 2 u 3 tad-digriet dwar is-snin finanzjarji 2007 u 2008 (ir-rapporti fformulati abbażi tal-Artikolu 3 tad-digriet ġew iċċertifikati, għall-2007, mill-awdituri PriceWaterhouseCoopers u KPMG u, għall-2008, mill-Cabinet Rise) kif ukoll l-abbozz ta' rapport previst fl-Artikolu 2 għas-sena 2009.

II.6.   Taxxi ġodda previsti fir-riforma tas-servizz awdjoviżiv pubbliku

(36)

Il-liġi nru 2009-258 tal-5 ta' Marzu 2009 ukoll emendat il-kodiċi tat-taxxa biex tintroduċi taxxi ġodda fuq il-pubbliċità u l-komunikazzjonijiet elettroniċi.

II.6.1.   Taxxa fuq il-messaġġi pubbliċitarji

(37)

Taħt it-titolu II tal-ewwel parti tal-ewwel ktieb tal-kodiċi ġenerali tat-taxxa, issa hemm kapitolu VII f li jistabbilixxi taxxa dovuta minn kull editur ta' servizzi tat-televiżjoni stabbilit fi Franza. It-taxxa hija bbażata fuq l-ammont, mhux inkluża l-VAT, tas-somom imħallsa mir-riklamaturi, għax-xandir tal-messaġġi pubbliċitarji tagħhom, lid-debituri kkonċernati jew lil dawk li jirrekordjaw il-messaġġi pubbliċitarji, wara li jitnaqqsu s-somom imħallsa b'applikazzjoni tat-taxxa prevista fl-Artikolu 302 a KC tal-kodiċi ġenerali tat-taxxa, li titħallas mill-edituri jew id-distributuri tat-televiżjoni li jxandru xogħlijiet awdjoviżivi eliġibbli għal appoġġ miċ-Ċentru Nazzjonali taċ-Ċinematografija. Dawk is-somom huma soġġetti għal tnaqqis standard ta' 4 %. It-taxxa tiġi kkalkulata billi tiġi applikata rata ta' 3 % għall-frazzjoni tal-ammont tal-ħlasijiet annwali, mhux inkluża l-VAT, fuq kull servizz televiżiv, li jaqbeż EUR 11-il miljun.

(38)

Madankollu, għas-servizzi tat-televiżjoni minbarra dawk imxandra bi frekwenza hertz terrestri b'mod analogali, dik ir-rata hija ffissata għal 1,5 % fl-2009, 2 % fl-2010 u 2,5 % fl-2011. Fuq bażi tranżitorja, għal-liċenzji kollha, sas-sena tal-estinzjoni fil-metropoli tax-xandir bi frekwenza hertz terrestri b'mod analogali tas-servizzi tat-televiżjoni, it-taxxa hija llimitata għal 50 % taż-żieda tal-bażi tagħha kkonstatata għas-sena ċivili li abbażi tagħha t-taxxa hija dovuta f'relazzjoni mal-2008. Fi kwalunkwe każ, l-ammont ta' taxxa ma jistax ikun inqas minn 1,5 % tal-bażi. Madankollu, għall-edituri tas-servizzi tat-televiżjoni li l-udjenza tagħhom ta' kuljum barra minn Franza metropolitana tkun aktar minn 90 % tal-udjenza totali tagħhom, l-ammont li għandu jintuża għall-kalkolu tat-taxxa jitnaqqas bl-ammont tas-somom imħallsa għax-xandir ta' messaġġi pubbliċitarji destinati għas-suq Ewropew jew dinji, immultiplikat bil-parti fl-udjenza totali annwali tal-udjenza miksuba barra minn Franza metropolitana.

II.6.2.   Taxxa fuq il-komunikazzjonijiet elettroniċi

(39)

Taħt it-titolu II tal-ewwel parti tal-ewwel ktieb tal-kodiċi ġenerali tat-taxxa issa hemm kapitolu VIIg li jimponi taxxa dovuta minn kull operatur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jipprovdi servizz fi Franza u li dwaru tkun saret dikjarazzjoni preliminari lill-Awtorità li tirregola l-komunikazzjonijiet elettroniċi. It-taxxa hija bbażata fuq l-ammont, mhux inkluża l-VAT, tal-abbonamenti u ta' somom oħrajn imħallsa mill-utenti bħala remunerazzjoni għas-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi li jipprovdu l-operaturi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, waqt li jitnaqqsu mill-ammont l-allokazzjonijiet għad-diprezzamenti kkontabilizzati matul is-sena finanzjarja magħluqa abbażi tas-sena li matulha t-taxxa tkun saret dovuta, meta jkunu relatati mal-materjali u t-tagħmir akkwistati, sa mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-liġi, mill-operaturi, għall-bżonnijiet ta' infrastrutturi u ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi stabbiliti fit-territorju nazzjonali u li l-perjodu ta' diprezzament tagħhom ikun ta' mill-inqas ekwivalenti għal għaxar snin. It-taxxa hija kkalkulata billi tiġi applikata rata ta' 0,9 % għall-frazzjoni tal-bażi li taqbeż EUR 5 miljun.

III.   RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA

(40)

Fid-deċiżjoni tagħha ta' ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali, il-Kummissjoni stmat li l-kumpens previst sa mill-2010 seta' jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, u li għandha tiġi eżaminata l-kumpatibbiltà tagħha mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE, skont il-prinċipji u r-regoli ta' applikazzjoni previsti għas-servizzi pubbliċi tax-xandir.

(41)

Fir-rigward tal-eżistenza ta' attività ta' servizz pubbliku għal missjonijiet iddefiniti b'mod ċar minn att uffiċjali u soġġetta għal mekkaniżmi ta' kontroll xierqa, mingħajr ma qajmet ebda dubju, il-Kummissjoni kkonkludiet, bħal fid-deċiżjonijiet tagħha ta' Diċembru 2003,April 2005, Lulju 2008 u Settembru 2009, li l-missjonijiet ta' servizz pubbliku ta' France Télévisions huma ddefiniti b'mod ċar f'atti uffiċjali maħruġa jew sottoskritti mill-Istat Franċiż, skont il-modalitajiet li jipprevdu kontroll indipendenti ta' France Télévisions.

(42)

Min-naħa l-oħra, għal dak li jirrigwarda l-eżami tal-proporzjonalità tal-kumpens finanzjarju previst meta mqabbel mal-ispiża netta tal-attività ta' servizz pubbliku, waqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni barra minn hekk l-effetti tal-għajnuna, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar żewġ kwistjonijiet, jiġifieri:

minn naħa waħda, riskju ta' kumpens żejjed għall-ispejjeż netti tas-servizz pubbliku għas-sena 2012 u, probabbilment, għall-2010 u l-2011, waqt li, għal dawk is-snin, il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni daqstant dettaljata daqs dik ipprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi għall-2009 u,

min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-eżistenza possibbli ta' rabta bejn id-dħul mit-taxxi fuq il-pubbliċità u l-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-għajnuna li għandha tingħata lil France Télévisions u, kemm-il darba dik ir-rabta tkun tista' tiġi stabbilita, fuq l-effetti negattivi tagħhom u l-kumpatibbiltà tagħhom mat-trattat, b'mod partikolari fil-kuntest ta' bilanċ kompetittiv tar-riforma tal-finanzjament ta' France Télévisions, li kien nieqes.

(43)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi għall-adozzjoni fit-2 ta' Lulju 2009 tal-komunikazzjoni tagħha dwar l-applikazzjoni għas-servizzi pubbliċi tax-xandir tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (8) (iktar 'il quddiem il-“komunikazzjoni dwar ix-xandir”) applikabbli għall-għajnuna nnotifikata mill-pubblikazzjoni tagħha u stiednet lill-awtoritajiet Franċiżi biex jieħdu f'kunsiderazzjoni dik il-komunikazzjoni riveduta fl-osservazzjonijiet tagħhom.

IV.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI

(44)

Fl-osservazzjonijiet tagħha tat-2 ta' Novembru 2009, is-Société des auteurs et compositeurs dramatiques (SACD) ġibdet l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-importanza tal-obbligi li għandha France Télévisions biex tappoġġa l-kreazzjoni awdjoviżiva patrimonjali. Dik l-importanza ġiet imsaħħa fit-tmiem tal-2008 permezz ta' ftehim interprofessjonali, li ser jiġi integrat f'kuntratt ta' objettivi fil-ġejjieni. Fl-2010, France Télévisions b'hekk trid tiddedika għall-kreazzjoni adwjoviżiva patrimonjali sehem ta' 19 % tal-fatturat inkluż fil-bażi taxxabbli tal-2009, sehem li jrid jiżdied għal 20 %, jew EUR 420 miljun fl-2012. Il-parti ekwivalenti ta' TF1 hija, min-naħa l-oħra, limitata għal 12,5 % u dawk ta' M6 u tal-istazzjonijiet tat-televiżjoni diġitali terrestri ma jaqbżux il-11 % rispettivament. L-impenn favur iċ-ċinema b'hekk ser jiżdied b'aktar minn 1,2 % bħala rata medja annwali sal-2012. It-tneħħija tal-pubbliċità timxi id f'id ma' żieda fl-ispiża tal-iskeda ta' programmi fil-qasam ta' xogħlijiet ta' produzzjoni proprji u mhux importati, li juru impenn favur servizz pubbliku innovattiv u ta' kwalità.

(45)

Il-Federazzjoni Franċiża tat-Telekomunikazzjonijiet u tal-komunikazzjonijiet Elettroniċi (Fédération Française des Télécommunications et des Communications Électroniques - FFTCE), fl-osservazzjonijiet tagħha tat-30 ta' Ottubru 2009, li magħhom tingħaqad Iliad, li mhijiex membru tal-FFTCE, hija tal-fehma li t-tneħħija tal-pubbliċità kummerċjali ma tikkompetix, fiha nfisha, mal-missjoni ta' servizz pubbliku ta' France Télévisions. Peress li l-pubbliċità mhijiex parti integrali minn dik il-missjoni, kull sussidju intiż unikament biex jikkumpensa nuqqas ta' qligħ mingħajr ma titqies ir-realtà tal-missjoni huwa, fih innifsu, għajnuna mill-Istat li jmur kontra l-Artikoli 106(2) u 107 tat-TFUE. Dak il-kumpens għandu jkopri l-ispejjeż proprji tas-servizz pubbliku, li għandu jiġi stabbilit permezz ta' kontijiet separati. L-ammont tas-sussidju jidher li huwa iffissat għas-snin li ġejjin fuq il-bażi ta' stima tat-telf tad-dħul kummerċjali li, f'suq deterjorat, joħloq distorsjoni serja tal-kompetizzjoni fil-konfront tax-xandara privati. Minkejja li l-fatturat totali minn pubbliċità ta' France Télévisions f'suq deterjorat bla dubju ma kienx ser jilħaq EUR 500 miljun, l-awtoritajiet Franċiżi intrabtu li jħallsu EUR 450 miljun fl-2009 bħala kumpens għas-sempliċi tneħħija tal-pubbliċità wara t-tmienja ta' billejl. Fil-ġejjieni, id-dħul mis-sussidju ser ikun ukoll ferm ogħla mid-dħul pubbliċitarju li kien ser jinkiseb fin-nuqqas tar-riforma.

(46)

Fir-rigward tal-missjoni ta' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, l-FFTCE tinnota li l-obbligi ddelegati lil France Télévisions bħala membru tal-Unjoni Ewropea tax-Xandir (European Broadcasting Union - EBU), mill-istatuti tagħha, kienu jeżistu qabel u japplikaw mingħajr dawk stipulati fil-liġi Franċiża. Ir-restrizzjonijiet, ta' natura vaga, imposti mil-liġi, mhumiex sostanzjalment differenti minn dawk li jirriżultaw mill-istatuti tal-EBU, li għalihom huma soġġetti wkoll TF1 u Canal + bħala membri, b'mod li sussidju ta' kumpens abbażi tal-liġi għandu jiġi kkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat.

(47)

L-FTTCE tikkunsidra finalment li t-taxxa l-ġdida fuq il-fatturat tal-operaturi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li ddaħħlet mir-riforma tas-servizz awdjoviżiv pubbliku hija marbuta mal-finanzjament ta' France Télévisions. Minbarra l-konnessjoni ta' rabta affermata fid-dikjarazzjonijiet tal-awtoritajiet, varjazzjonijiet fil-bażi taxxabbli tagħha u fir-rata tagħha jvarjaw l-ammont tas-sussidju. L-impożizzjoni ta' tali taxxa tmur kontra l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (9) peress li l-Istati Membri ma jistgħu jimponu ebda taxxa oħra fuq il-fatturat fil-konfront tal-operaturi ħlief għal dawk li huma previsti fiha.

(48)

Fl-osservazzjonijiet tagħha tat-2 ta' Novembru 2009, l-Assoċjazzjoni tal-istazzjonijiet privati hija tal-fehma li l-ġestjoni ħażina ta' France Télévisions, kif jirriżulta mid-diversi eżempji li ġew indikati mill-Qorti tal-Awdituri, taggrava l-effett ta' inflazzjoni kkonstatat fis-suq tal-produzzjoni tal-programmi u tax-xiri tad-drittijiet. Fin-nuqqas ta' kontabilità analitika, in-nuqqas ta' kontroll tal-ispejjeż joħloq inċertezzi dwar id-determinazzjoni tal-ispiża tal-missjonijiet ta' servizz pubbliku li għandhom jiġu ffinanzjati, b'riskju serju ta' kumpens żejjed. Hemm firxa sħiħa ta' indikazzjonijiet li juru li t-taxxa awdjoviżiva l-ġdida hija relatata ma' France Télévisions, u li l-uniku skop li din titħallas fil-baġit tal-Istat hu biex taħrab mill-kontroll tal-Kummissjoni. Dan iġiegħel lill-kompetituri ta' France Télévisions li jiffinanzjaw l-għajnuna, biex b'hekk tinħoloq distorsjoni li taggrava d-differenzjazzjoni insuffiċjenti bejn il-programmi tad-diversi stazzjonijiet storiċi.

(49)

Fil-kummenti tagħha tat-2 ta' Novembru 2009, l-Unjoni Ewropea tax-Xandir (EBU), tenfasizza n-natura neċessarjament prospettiva ta' kull stima pluriannwali tal-ispejjeż u tad-dħul tax-xandar pubbliku sottomessa minn Franza. Dawk l-estimi għandhom jassiguraw il-viżibbiltà finanzjarja fuq medda ta' żmien twil li għandu jkollu l-operatur sabiex jassigura l-kontinwità tas-servizz b'mod għal kollox indipendenti. Għandu jkun hemm mekkaniżmi ex post li jassiguraw il-korrezzjoni ta' impreċiżjonijiet li jista' jkun hemm fil-previżjoni. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tirrigwarda l-parametri tal-kalkolu ex ante u ta' dawk il-mekkaniżmi, mingħajr ma tirrestrinġi l-ammont effettiv tal-kumpens fil-futur permezz ta' validazzjoni biss tal-ammonti ta' spejjeż u dħul stmati, u fin-nuqqas ta' dan il-Kummissjoni għandha tiffissa u tikkontrolla l-ammonti annwali ta' skema ta' għajnuna, aktar mill-iskema nfisha. L-EBU tesprimi wkoll it-tħassib tagħha li l-Kummissjoni tipprova ssir taf l-ammont stmat tas-sinerġiji u l-gwadanji f'effiċjenza għas-snin li ġejjin, peress li l-effiċjenza li permezz tagħha servizz ta' interess ekonomiku ġenerali jiġi mwettaq jaħrab mill-kontroll tal-Kummissjoni b'applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE.

(50)

Fil-kummenti tagħha tat-2 ta' Novembru 2009, l-Assoċjazzjoni tat-Televiżjoni Kummerċjali fl-Ewropa (Association of Commercial Television in Europe - ACT) tiddikjara li hija favur id-deċiżjoni tal-Repubblika Franċiża li tnaqqas sostanzjalment il-pubbliċità kummerċjali tax-xandar pubbliku tagħha. L-ACT tosserva li żewġ kundizzjonijiet imposti mill-ġurisprudenza Altmark (10) mhumiex sodisfatti f'din il-kawża, b'hekk il-kontribuzzjoni baġitarja prevista tikkostitwixxi għajnuna. Madankollu, l-ACT hija tal-fehma li jekk is-sistema ta' finanzjament tal-għajnuna minn taxxa imposta fuq id-dħul tal-pubbliċità tal-kompetituri titqies bħala konformi mad-dritt tal-unjoni, il-benefiċċji tal-irtirar mis-suq ikunu mnaqqsa ħafna waqt li tali sistema tista', f'ċertu rigward, tintroduċi aktar distorsjonijiet mis-sistemi doppji ta' finanzjament pubbliku u kummerċjali tradizzjonali.

(51)

L-ACT tikkunsidra li l-obbligi ta' servizz pubbliku ta' France Télévisions ma ġewx immodifikati fundamentalment sa mill-1994 u jibqgħu simili għall-obbligi ta' xandara privati oħrajn. Bl-istess mod, l-estimi ta' kumpens għat-telf ta' dħul pubbliċitarju sal-2012 huma vagi u la jieħdu f'kunsiderazzjoni t-tnaqqis fl-ispejjeż ta' investimenti relatati, la t-tnaqqis possibbli tal-ispejjeż ta' programmar inqas soġġett għar-restrizzjonijiet tar-riklamaturi, u lanqas il-gwadann ta' sinerġiji mistennija. Il-mekkaniżmu ta' aġġustament tad-dħul pubbliċitarju u kummerċjali tal-ispejjeż previst fil-kuntratt ta' objettivi u mezzi għandu jiġi vverifikat, b'mod partikolari fir-rigward tal-varjabbiltà tad-dħul kummerċjali, mingħajr ma l-Kummissjoni għandha informazzjoni affidabbli biex tiddetermina l-ispejjeż effettivi tas-servizz ipprovdut u l-eżistenza tal-eventwalità ta' kumpens żejjed. Dik il-verifika għandha ssir mingħajr ma l-impriża għandha kontabilità analitika, kif indikat mill-Qorti tal-Awdituri.

(52)

Finalment, l-ACT tikkunsidra li l-għajnuna hija fil-fatt iffinanzjata mit-taxxi l-ġodda introdotti mir-riforma u li, għal dak li jirrigwarda t-taxxa fuq il-pubbliċità awdjoviżiva, din tintroduċi fi Franza mudell ta' finanzjament tas-servizz pubbliku mill-kompetituri li ġie abbandunat bnadi oħra. Il-mekkaniżmu ta' għajnuna jippreżerva r-riżorsi ta' France Télévisions waqt li huwa dejjem aktar ċar li r-riklamaturi mhux qegħdin jittrasferixxu d-domanda tagħhom totalment lejn l-istazzjonijiet kompetituri. Barra minn hekk, tali mekkaniżmu jsaħħaħ l-ostakli għad-dħul fis-suq Franċiż.

(53)

Fl-osservazzjonijiet tagħha tat-2 ta' Novembru 2009, France Télévisions tiddikjara li l-mekkaniżmu nnotifikat ma jagħtiha ebda vantaġġ ekonomiku fir-rigward tal-kompetituri tagħha peress li, għalkemm hija ngħatat protezzjoni mit-telf ta' dħul kummerċjali, dan huwa bħala kumpens għal restrizzjoni li l-Istat impona fuqha u li ebda operatur fis-suq ma ġarrab: il-waqfien tar-riklamar. Meta l-waqfien tal-messaġġi pubbliċitarji jidħol fis-seħħ, kull distorsjoni tal-kompetizzjoni f'dak is-suq ser tispiċċa, waqt li l-pressjoni fuq il-kompetituri għal sponsorships, meta titqies il-preżenza limitata tagħha, ukoll ser tkun nulla. Fir-rigward tax-xiri tal-hekk imsejħa drittijiet awdjoviżivi “primjum”, waqt li TF1 kisbet 96 mill-aħjar 100 udjenza u 18 mill-aħjar 20 udjenza fl-2008, France Télévisions ma kellha ebda kuntratt ta' esklużività mal-kumpaniji l-kbar Amerikani. Hija b'hekk trid tinvesti fil-kreazzjoni awjoviżiva b'rekwiżiti ta' kwalità inkumpatibbli mal-objettivi tal-udjenza tal-istazzjonijiet kummerċjali. Għall-bejgħ tal-programmi, hija tikkunsidra li għandha biss preżenza marġinali.

(54)

France Télévisions tikkunsidra barra minn hekk li, peress li l-ammont li ser jiġi allokat lilha jiddependi preliminarjament, preċiżament u oġġettivament kull sena mill-ispiża tal-missjonijiet tagħha, b'korrezzjoni ex post f'każ ta' differenza mill-ispejjeż reali, il-mekkaniżmu nnotifikat jissodisfa t-tieni kundizzjoni stabbilita mill-ġurisprudenza Altmark. Ir-raba' kundizzjoni meħtieġa minn dik il-ġurisprudenza hija wkoll sodisfatta peress li sinerġiji li ma setgħux jiġu sfruttati fil-passat ser jiġu sfruttati permezz tal-istabbiliment mill-ġdid tal-organizzazzjoni ġuridika u l-istatuti tagħha, peress li dik ir-raba' kundizzjoni ma teħtiġx li s-servizz għandu jiġi pprovdut bl-aktar livell baxx ta' spejjeż possibbli, iżda li l-ispejjeż jikkorrispondu mal-ispejjeż ta' impriża medja ġestita sew.

(55)

Skont France Télévisions, fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' kumpatibbiltà mas-suq intern tal-mekkaniżmu nnotifikat, peress li dan huwa intiż li jibqa' jaħdem sew għal għadd ta' snin, l-ispejjeż netti tas-servizz pubbliku ma jistgħux ikunu magħrufa b'ċertezza suffiċjenti sabiex il-Kummissjoni tkun tista' teżerċita kontroll ex ante tan-nuqqas ta' kumpens żejjed. Waqt li l-estimi indikattivi pprovduti għall-2010 sal-2012 mhumiex inkumpatibbli mal-possibbiltà li jsir profitt raġonevoli jew li tiġi kkostitwita riżerva llimitata għal 10 % tal-ispejjeż annwali tas-servizz pubbliku, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolamentari li jistabbilixxu kontroll ex post jippermettu fi kwalunkwe każ li tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-finanzjament. Min-naħa l-oħra, peress li l-varjazzjoni tal-ispejjeż tal-iskeda tagħha tiddependi mill-għażliet editorjali tagħha, France Télévisions jidhrilha li hija kostretta biss li tħares l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti mil-liġi, fil-libertà li għandha r-Repubblika Franċiża li tiddefinixxi l-kontenut. Barra minn hekk, dawk l-obbligi jsarrfu wkoll fi ħtieġa ta' udjenza, li l-waqfien ta' messaġġi pubbliċitarji ma tnaqqasx. Għall-kuntrarju, għandu jiġi akkwistat numru akbar ta' programmi.

(56)

Fl-osservazzjonijiet tagħha tat-2 ta' Novembru 2009, Métropole Télévisions (M6) tikkunsidra li l-istrument ta' finanzjament previst jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 tat-TFUE, b'mod paritkolari peress li t-tieni u r-raba' kundizzjonijiet stipulati mill-ġurisprudenza Altmark mhumiex sodisfatti: kumpens ibbażat fuq stima ta' telf ta' dħul kummerċjali li min-natura tiegħu stess – kif ikkonfermat mill-fatti – ivarja, ma jistax jitqies li huwa bbażat fuq parametri ta' kalkolu oġġettivi u trasparenti tal-ispejjeż tas-servizz pubbliku. Barra minn hekk, il-bażi tal-kalkolu mhijiex dik tal-ispejjeż ta' impriża medja fis-settur u ġestita sew, iżda dik tal-ispejjeż ta' France Télévisions, li għadd ta' indikazzjonijiet tagħhom juru li hija mmexxija b'mod ineffiċjenti, li b'hekk jgħabbi l-ispejjeż tas-servizz pubbliku li għandhom jintrefgħu minn kulħadd.

(57)

Fir-rigward tal-kumpatibbiltà tal-miżura mas-suq intern, M6 tikkunsidra li l-istrument ta' finanzjament previst huwa illegali peress li joħloq strutturalment kumpens żejjed tal-ispejjeż tas-servizz pubbliku. Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi (11) teżiġi li Franza tagħmel imputazzjoni tal-obbligi u l-prodotti tas-servizz ta' interess ġenerali fuq il-bażi tal-prinċipji ta' kontabilità analitika applikati b'mod koerenti. Kif enfasizzat il-Qorti tal-Awdituri, France Télévisions ma kellhiex tali strumenti ta' kontabilità. Ebda element oġġettiv ma jista' b'hekk iservi biex jiġi kkalkulat l-ammont tal-kumpens. Kumpens żejjed b'hekk huwa inevitabbli peress li s-sussidju huwa kkalkulat fuq il-bażi ta' dħul kummerċjali li mhuwiex relatat mal-missjoni ta' servizz pubbliku u li lanqas m'għandu jiġi kkunsidrat fl-ispejjeż tagħha. In-natura imprevedibbli tad-dħul mitluf u n-nuqqas ta' analiżi tal-ispejjeż b'hekk jagħmlu wkoll inevitabbli l-kumpens żejjed.

(58)

L-integrazzjoni fil-mekkaniżmu ta' finanzjament tat-taxxi ġodda taggrava l-effetti negattivi tal-għajnuna fuq is-swieq tal-akkwist tad-drittijiet awdjoviżivi – fejn il-ġestjoni ħażina ta' France Télévisions, protetta mill-għajnuna pubblika, iżżid l-ispejjeż tal-kompetituri – u fuq l-attività ta' pubbliċità, li France Télévisions ser tittrasferixxi lejn l-isponsorship, mingħajr ma' M6, minħabba l-profil ta' udjenza differenti tagħha, tirkupra l-ispazju lliberat minn France Télévisions. f'dawn iċ-ċirkustanzi, finanzjament ex post biss jista' jkun ġustifikat. Il-mekkaniżmu b'hekk huwa strutturalment illegali fin-nuqqas li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' kontroll ex post indipendenti li jiggarantixxu b'mod effettiv in-nuqqas ta' kumpens żejjed fuq il-bażi ta' ċifri reali, li l-implimentazzjoni tagħhom tkun ineffettiva fi Franza, skont M6.

(59)

Fl-osservazzjonijiet tagħha tat-2 ta' Novembru 2009, Télévision Française 1 (TF 1), tpoġġi r-riforma tal-finanzjament ta' France Télévisions f'kuntest ta' bidliet strutturali li jaffettwaw is-suq pubbliċitarju, fejn l-Internet qed jesperjenza tkabbir b'saħħtu. It-televiżjoni tirrappreżenta biss madwar 11 % minn EUR 33 biljun ta' spejjeż ta' komunikazzjoni tar-riklamaturi, fl-2008. Bejn Jannar u Settembru 2009, il-fatturat mill-pubbliċità tal-istazzjonijiet tat-televiżjoni terrestri diġitali żdied b'60 % kontra tnaqqis ta' 8 % għat-tliet stazzjonijiet privati storiċi li jittrasmettu fuq frekwenza hertz. Għas-sena 2008, l-imposti u t-taxxi mħallsa minn TF1 kienu jirrappreżentaw 60 % tal-qligħ tagħha. Skont TF1, peress li l-kuntratti ta' akkwist ta' drittijiet pluriannwali, l-inflazzjoni tal-prezzijiet u r-riġidità tal-ispejjeż fosthom dawk tal-iskeda li ġew assorbiti mill-obbligi regolamentari tal-produzzjoni u xandir ta' xogħlijiet Franċiżi kienu jirrappreżentaw 30 % tat-total, dawn naqqsu l-marġni ta' manuvrar tagħha. b'mod parallel, il-fatt li hija ġiet soġġetta għal taxxa ġdida awdjoviżiva saħħaħ id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq.

(60)

It-trasferiment potenzjali lejn TF1 tad-domanda tar-riklamaturi hija l-iskop iddikjarat tat-taxxa fuq il-pubbliċità awdjoviżiva. Mhux talli t-trasferiment mistenni ta' EUR 350 miljun ta' fatturat lejn it-tliet stazzjonijiet bi frekwenza hertz ma seħħx fl-2009, iżda dawn jiddikjaraw tnaqqis ta' EUR 450 miljun b'paragun mal-previżjonijiet. Barra minn hekk, il-grad ta' dan it-trasferiment huwa għal kollox limitat mid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolamentari li, bi traspożizzjoni mid-dritt tal-unjoni, jillimitaw iż-żmien iddedikat għall-pubbliċità b'massimu ta' tnax-il minuta għal kull siegħa ta' xandir, kemm-il darba li medja ta' kuljum ta' sitt minuti fis-siegħa ma tinqabiżx.

(61)

TF1 tikkunsidra li t-taxxa tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fuq bażi doppja: peress li France Télévisions effettivament ma tkunx obbligata tħallas aktar wara t-30 ta' Novembru 2011 (data meta hija ser tkun obbligata twaqqaf il-messaġġi pubbliċitarji li s-somom imħallsa għalihom jikkostitwixxu l-bażi) u, fit-tieni lok, peress li France Télévisions ser tkun id-destinatarja tar-riżorsi miġbura b'dan il-mod peress li jirriżulta minn għadd kbir ta' dikjarazzjonijiet governattivi u parlamentari matul id-dibattiti dwar l-abbozz ta' liġi li dawn huma allokati għall-finanzjament tal-għajnuna. Indipendentement mil-legalità intrinsika tagħha, l-iskema ta' tassazzjoni li tiffinanzjaha għandha b'hekk tittieħed f'kunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata l-għajnuna.

(62)

TF1 hija tal-fehma li hija sottomessa għal obbligi kumparabbli għal dawk li għandha France Télévisions, li għandha programmi ftit differenti minn tagħha. Anki jekk TF1 tilqa' b'mod favorevoli r-riformulazzjoni tal-kuntratt ta' objettivi u mezzi u tal-ispeċifikazjonijiet wara r-riforma tas-servizz awdjoviżiv pubbliku, hija jidhrilha, waqt li tibbaża fuq l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri, li l-offerta ta' servizz pubbliku tax-xandir mhijiex individwalizzata b'mod suffiċjenti. Huwa b'hekk enfasizzat li, fl-ispeċifikazzjonijiet il-qodma, l-obbligi kwantitattivi ta' xandir jirrappreżentaw 10 % tal-iskedi tal-programmi.

(63)

Huwa daqstant insuffiċjenti l-kontroll tal-ispejjeż u tal-kwalità tal-ġestjoni ta' France Télévisions, li jikkawża li s-servizz pubbliku ma jiġix ipprovdut bl-inqas spiża għall-kollettività u joħloq riskju ta' kumpens żejjed. Il-Kummissjoni għandha tivverifika wkoll, f'dan ir-rigward, iż-żieda fil-qligħ mill-attivitajiet kummerċjali, is-sinerġiji li għandhom jirriżultaw wara l-2009 mill-ħolqien ta' impriża waħda France Télévisions u t-tnaqqis tal-pressjoni fuq l-ispejjeż tal-iskeda tal-programmi li jirriżulta minn inqas dipendenza fuq ir-riklamaturi.

V.   KUMMENTI TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA

(64)

Fl-osservazzjonijiet tagħha mibqgħuta fis-7 ta' Ottubru 2009 u li sussegwentement ġew ippreċiżati, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE, ir-Repubblika Franċiża tirreferi b'mod paritkolari għad-dubji li esprimiet il-Kummissjoni, minn naħa waħda, dwar il-proporzjonalità tal-finanzjament pubbliku u r-riskju ta' kumpens żejjed u, min-naħa l-oħra dwar it-teħid f'kunsiderazzjoni tat-taxxi ġodda mdaħħla bir-riforma tas-servizz awdjoviżiv pubbliku għall-finijiet li tiġi evalwata l-kumpatibbiltà tal-miżura nnotifikata mas-suq intern.

V.1.   Proporzjonalità tal-finanzjament u kontroll ex post tar-riskju ta' kumpens żejjed

(65)

Ir-Repubblika Franċiża tippreċiża li l-miżura nnotifikata mhijiex kumpens għat-telf ta' dħul pubbliċitarju tal-grupp France Télévisions, għalkemm l-ammonti previsti mogħtija fuq bażi indikattiva jieħdu f'kunsiderazzjoni dak it-telf, iżda finanzjament intiż biex ikopri l-ispejjeż ta' eżekuzzjoni tal-missjoni ta' servizz pubbliku. Il-ħtiġijiet ta' finanzjament għandhom fil-fatt jiżviluppaw skont il-bidliet fl-ispejjeż tal-iskeda, il-varjazzjonijiet fid-dħul kummerċjali jew tal-mezzi tax-xandir.

(66)

Ir-Repubblika Franċiża tenfasizza li l-validazzjoni ex ante tan-nuqqas ta' riskju ta' kumpens żejjed għandha ssir mill-verifika tal-eżistenza ta' mekkaniżmi leġiżlattivi u regolamentari ta' kontroll, b'mod konformi mal-ġurisprudenza u l-prattika applikata mill-Kummissjoni, u mhux fir-rigward tal-ammonti indikattivi previsti tas-sussidju u l-ispejjeż indikati għall-futur. L-ammonti indikattivi jingħataw bħala eżempju, fid-dawl tal-pjan tan-negozju approvat mill-awtoritajiet ta' sorveljanza u France Télévisions. Il-metodu tal-kalkolu tas-sussidju mhuwiex ibbażat fuq l-istima tat-tnaqqis tad-dħul pubbliċitarju ta' France Télévisions. Il-kalkolu huwa bbażat fuq formola ġenerali bħal, għal kull sena, l-ammont ikkombinat tal-kontribuzzjoni għall-awdjoviżiv pubbliku u l-allokazzjoni baġitarja għandha tkun, b'rispett għall-impenji tar-Repubblika Franċiża u tal-mekkaniżmi ta' kontroll ex post stabbiliti b'mod leġiżlattiv u regolamentarju, proporzjonali mal-ispiża tal-missjoni ta' servizz pubbliku ta' France Télévisions, imnaqqsa bid-dħul kummerċjali tagħha.

(67)

Barra minn hekk, fir-rigward tas-servizzi awdjoviżivi innovattivi ġodda msemmija fil-komunikazzjoni dwar ix-xandir, ir-Repubblika Franċiża tenfasizza li ċertu numru huwa diġà previst fl-ispeċifikazzjonijiet il-ġodda ta' France Télévisions u l-kuntratt ta' objettivi u mezzi emendat, li kienu u ser ikunu soġġetti għall-kontrolli u l-konsultazzjonijiet preliminari u regolari deskritti hawn fuq. Għall-futur, Franza hija tal-fehma li t-tnedija ta' kull servizz ġdid importanti għandu jkun soġġett għal trattament fi ħdan kuntratt ta' objettivi u mezzi, li għalih japplikaw l-istess kontrolli.

(68)

Barra minn hekk, meta jitqies id-dħul fis-seħħ tal-komunikazzjoni dwar ix-xandir wara l-ftuħ ta' din il-proċedura, ir-Repubblika Franċiża timpenja ruħha li tipperfezzjona l-istrument tagħha ta' kontroll finanzjarju ex post biex tissodisfa r-regoli ppreċiżati mill-ġdid f'dik il-komunikazzjoni dwar mekkaniżmi ta' kontroll finanzjarju. Huwa b'hekk previst li jiġi emendat l-Artikolu 2 tad-Digriet nru 2007- 958 tal-15 ta' Mejju 2007. Din l-emenda hija maħsuba biex:

tiżgura li r-rapport dwar il-kontijiet separati – rekwiżit li jippermetti li jiġi żgurat il-kontroll tan-nuqqas ta' kumpens żejjed – ikun, fuq il-bażi tar-rapport previst fl-Artikolu 3, ikkontrollat minn korp estern li l-għażla tiegħu tkun soġġetta għall-approvazzjoni tal-Ministru inkarigat mill-komunikazzjoni, jintbagħat lil dak il-Ministru kif ukoll lill-Assemblea Nazzjonali u lis-Senat, u jsir għas-spejjeż ta' France Télévisions;

tipperfezzjona l-mekkaniżmu funzjonali maħsub biex jiżgura l-irkupru effettiv tal-kumpens żejjed jew sussidji inkroċjati li jinsabu f'dawn il-kontijiet separati u li ma jkunux kumpatibbli mal-Artikolu 53 tal-liġi nru 86-1067 tat-30 ta' Settembru 1986 dwar il-libertà tal-komunikazzjoni kif ukoll mal-komunikazzjoni dwar ix-xandir tal-Kummissjoni.

(69)

Bl-istess mod, sabiex tiġi pperfezzjonata l-informazzjoni tal-Kummissjoni matul l-ewwel snin tar-riforma li saret mil-liġi nru 2009-258 tal-5 ta' Marzu 2009, l-awtoritajiet Franċiżi jimpenjaw ruħhom li jikkomunikaw lill-Kummissjoni, għas-snin 2010 sa 2013:

ir-rapporti stabbiliti skont l-Artikoli 2 u 3 tad-digriet imsemmi iktar 'il fuq, wara li ġew emendati, f'terminu massimu ta' sitt xhur wara l-laqgħat ġenerali li japprovaw il-kontijiet, inkluża l-informazzjoni dwar l-iżviluppi fl-ishma mis-suq tal-pubbliċità wara l-2007;

l-elementi pubbliċi ta' segwiment tal-eżekuzzjoni tal-missjonijiet ta' servizz pubbliku minn France Télévisions li huma l-bilanċ tal-istazzjonijiet stabbilit kull sena mill-Kunsill Superjuri tal-Awdjoviżiv (previst mill-Artikolu 18 tal-liġi nru 86-1067 tat-30 ta' Settembru 1986) u r-rendikont tal-verifiki mill-Kumitati Parlamentari (Kumitati inkarigati mill-affarijiet kulturali u mill-finanzi tal-Assemblea Nazzjonali u tas-Senat) tal-president ta' France Télévisions dwar l-eżekuzzjoni annwali tal-kuntratt ta' objettivi u mezzi (kif jipprevedi l-Artikolu 53 tal-liġi msemmija iktar 'il fuq).

V.2.   Teħid f'kunsiderazzjoni ta' taxxi ġodda mdaħħla mir-riforma tal-awdjoviżiv pubbliku

(70)

Ir-Repubblika Franċiża tikkunsidra li hija ma qisitx it-taxxi ġodda fuq il-pubbliċità u l-komunikazzjonijiet elettroniċi fin-notifika tagħha. Għalkemm iddaħħlu bl-istess strument leġiżlattiv li stabbilixxa r-riforma, dawk it-taxxi ma jidħlux fil-kamp tal-miżura nnotifikata.

(71)

Ir-Repubblika Franċiża tippreċiża li d-dikjarazzjonijiet pubbliċi qabel ma ttieħed il-vot dwar il-liġi li ġew stabbiliti mid-deċiżjoni ta' ftuħ tal-proċedura, li sussegwentement ġew ikkuntrarjati mid-dispożizzjonijiet ta' dik il-liġi, mhumiex biżżejjed biex tiġi kkonstatata rabta ta' konnessjoni suffiċjenti tat-taxxi mal-finanzjament tal-għajnuna taħt il-liġi tal-Unjoni. Fil-liġi Franċiża, dawk it-taxxi jinġabru favur il-baġit ġenerali tal-Istat, jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-ispejjeż pubbliċi kollha u jsegwu l-prinċipji ta' universalità u ta' unità baġitarja, li jappartjenu għall-blokk tal-kostituzzjonalità tal-finanzi pubbliċi. Skont l-Artikolu 36 tal-liġi organika tal-1 ta' Awwissu 2001 dwar il-liġijiet tal-finanzi, l-allokazzjoni, totali jew parzjali, ta' riżorsa stabbilita għall-profitt tal-Istat, lil persuna ġuridika, tista' tirriżulta biss minn dispożizzjoni espressa tal-liġi tal-finanzi li, f'dan il-każ, ma teżistix.

(72)

Ir-Repubblika Franċiża tenfasizza barra minn hekk li m'hemm l-ebda proġett bil-għan li tiġi stabbilita rabta ta' konnessjoni bejn l-imsemmija taxxi u l-finanzjament ta' France Télévisions. Hija tippreċiża li, kieku kellha tiġi prevista modifika l-arkitettura tal-iskema, l-awtoritajiet Franċiżi jipproċedu biex jagħmlu notifika ġdida lill-Kummissjoni, b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

VI.   EVALWAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

VI.1.   L-eżistenza ta' għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE

(73)

L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jipprovdi li: “Ħlief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”. Dawn il-kundizzjonijiet huma eżaminati hawn isfel.

VI.1.1.   Rizorsi tal-Istat

(74)

L-allokazzjonijiet baġitarji li huma s-suġġett ta' din in-notifika huma speċifikati kull sena fil-liġi tal-finanzi li tistabbilixxi l-baġit tal-Istat Franċiż. Dawn b'hekk huma miżuri mogħtija permezz ta' riżorsi tal-Istat.

VI.1.2.   Vantaġġ ekonomiku selettiv

(75)

Il-mekkaniżmu ta' sussidju baġitarju permezz ta' riżorsi pubbliċi li tqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' France Télévisions huwa selettiv peress li France Télévisions hija l-unika benefiċjarja. Is-sussidju baġitarju annwali ta' funzjonament, li huwa maħsub b'mod partikolari sabiex l-impriża tkun tista' tkompli bl-attivitajiet tagħha, jipproteġiha mit-telf ta' dħul kummerċjali pubbliċitarju li sa dak iż-żmien kien jiffinanzja l-ispejjeż u l-investimenti tagħha. France Télévisions b'hekk tista' tistenna li jkollha sehem mill-udjenza li ma setax ikollha fin-nuqqas tal-allokazzjoni baġitarja. Għaldaqstant, hija tirċievi vantaġġ ekonomiku li hija ma setgħetx tikseb b'mod ieħor jew, jekk huwa l-każ, li jikkonsisti f'sussidju, f'kundizzjonijiet tas-suq differenti minn dawk li fihom joperaw il-kompetituri tagħha.

(76)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li r-Repubblika Franċiża ma fformulatx osservazzjonijiet li jikkontestaw l-evalwazzjonijiet tagħha fid-deċiżjoni ta' ftuħ li l-għotjiet previsti ma jissodisfawx kumulattivament il-kriterji stabbiliti fil-ġurisprudenza Altmark, u li b'hekk jipprovdu vantaġġ ekonomiku li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (12). Hija tinnota barra minn hekk li, mingħajr preġudizzju għall-iżviluppi ulterjuri fil-ġestjoni u r-riżultati ta' France Télévisions għas-snin li ġejjin, preżentament, ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri Franċiża dwar France Télévisions – li l-pubblikazzjoni tiegħu f'Ottubru 2009 saret wara d-deċiżjoni tal-ftuħ – jikkonferma l-argumentazzjoni tagħha li r-raba' kundizzjoni mhijiex sodisfatta.

(77)

Fil-qosor, jirriżulta minn dak li ntqal hawn fuq li s-sussidji baġitarji li ngħataw biss lill-grupp France Télévisions permezz ta' riżorsi finanzjarji tal-Istat Franċiż jagħtu vantaġġ selettiv lil dik l-impriża.

VI.1.3.   Distorsjoni tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri

(78)

France Télévisions hija attiva fil-qasam tal-produzzjoni u tax-xandir ta' programmi li hija tisfrutta kummerċjalment, b'mod partikolari billi xxandar riklami bi ħlas għal riklamaturi jew programmi sponsorjati fl-iskeda tal-programmi tagħha, billi tbiegħ id-drittijiet tax-xandir tagħha jew tixtri tali drittijiet. Dawk l-attivitajiet kummerċjali huma mwettqa f'kompetizzjoni ma' stazzjonijiet oħrajn bħal TF1, M6, Canal +, b'mod partikolari fi Franza, fejn, kif jenfasizzaw l-awtoritajiet Franċiżi, il-grupp France Télévisions jikkostitwixxi l-grupp awdjoviżiv ewlieni. Fl-2010, is-sehem ta' France Télévisions għandu jkun stabbilit għal madwar 10 %, biex b'hekk tibqa' t-tielet fornitriċi fis-suq Franċiż.

(79)

Sad-data tat-tneħħija tal-pubbliċità kummerċjali fit-tmiem tal-2011, France Télévisions ser tkompli tkun attiva, għalkemm b'limitazzjonijiet ta' slots fis-siegħa, fis-suq Franċiż tal-pubbliċità kummerċjali fuq it-televiżjoni, b'kompetizzjoni max-xandara l-oħrajn. Wara l-2011 ukoll, France Télévisions ser tkun tista' toffri s-servizzi tagħha lir-riklamaturi għar-riklamar ta' prodotti taħt l-isem ġeneriku tagħhom jew għall-isponsorjar ta' xandiriet, b'kompetizzjoni max-xandara l-oħrajn attivi fi Franza. Għalkemm il-kompetituri ta' France Télévisions ikunu gawdew għal kollox mill-irtirar kważi totali ta' France Télévisions mis-suq tal-pubbliċità li sar bir-riforma, xorta jibqa' l-fatt li France Télévisions ser tibqa' preżenti f'dak is-suq. Effettivament, bħala volumi u sehem mis-suq għall-kompetituri kostanti meta mqabbla mal-2007, fuq il-bażi tal-estimi tad-dħul mill-pubbliċità u sponsorships ta' France Télévisions mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi, France Télévisions ser jibqgħalha sehem mis-suq ta' 3,3 % fl-2012, kontra aktar minn madwar 50 % u 20 % għal TF1 u M6 rispettivament.

(80)

France Télévisions ser tkun tista' tistenna sehem mill-udjenza televiżiva li ma setgħetx tistenna fin-nuqqas tal-allokazzjoni baġitarja inkwistjoni, li b'hekk jista' jkollha effett fuq l-udjenza televiżiva tax-xandara l-oħrajn u, b'hekk, fuq l-attivitajiet kummerċjali ta' dawn tal-aħħar, b'mod li jkun hemm distorsjoni tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni. Fi kwalunkwe każ, France Télévisions tibqa' wkoll attiva fis-swieq tax-xiri u l-bejgħ tad-drittijiet awdjoviżivi, b'saħħa ta' negozjar permezz ta' dik l-għajnuna. L-investimenti fl-ipprogrammar li jippermettu l-għotjiet baġitarji b'hekk jaffettwaw il-mod kif France Télévisions tista' taġixxi bħala xerrejja jew bejjiegħa f'dawk is-swieq.

(81)

Jirriżulta minn dak li ntqal hawn fuq li l-għotjiet baġitarji lill-grupp France Télévisions biss permezz ta' riżorsi finanzjarji tal-Istat Franċiż, joħolqu distorsjoni jew, ta' mill-inqas, jheddu li joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni fl-isfruttar kummerċjali tax-xandir fi Franza u, sa ċertu grad, fi Stati Membri oħrajn fejn jixxandru l-programmi ta' France Télévisions.

(82)

Is-swieq tal-bejgħ u tax-xiri ta' programmi awdjoviżivi u ta' drittijiet ta' xandir li fihom France Télévisions hija attiva huma ta' dimensjoni internazzjonali, anki jekk l-akkwist isir b'limitazzjoni territorjali ġeneralment limitata għal Stat Membru. Barra minn hekk, il-programmi ta' France Télévisions li x-xandir tagħhom jista' jinżamm permezz ta' appoġġ statali jinqabdu fi Stati Membri oħrajn, fosthom il-Belġju u l-Lussemburgu. Finalment, France Télévisions ixxandar ukoll programmi permezz tal-Internet, li huma aċċessibbli wkoll lil hinn minn Franza.

(83)

f'dawn iċ-ċirkustanzi, is-sussidji baġitarji previsti jistgħu joħolqu distorsjoni tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

VI.1.4.   Konklużjoni dwar il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat

(84)

Fir-rigward ta' dak li ntqal hawn fuq, is-sussidji baġitarji li r-Repubblika Franċiża beħsiebha tħallas lil France Télévisions jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, u għaldaqstant għandha tiġi eżaminata l-kumpatibbiltà tagħha mas-suq intern.

VI.2.   Kumpatibbiltà fid-dawl tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE

(85)

L-Artikolu 106(2) tat-TFUE jipprovdi li “[k]ull impriża responsabbli sabiex topera servizzi ta' importanza ekonomika ġenerali jew li jkollha l-karattru ta' monopolju fiskali għandha tkun suġġetta għar-regoli tat-Trattati, b'mod partikolari dawk li jirriferu għall-kompetizzjoni, safejn l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli ma jostakolawx it-twettiq de jure jew de facto tal-funzjonijiet speċifiċi mogħtija lil dik l-impriża. L-iżvilupp tal-kummerċ ma għandux jiżviluppa b' mod kuntrarju għall-interessi tal-Unjoni”.

(86)

Fil-komunikazzjoni tagħha dwar ix-xandir, il-Kummissjoni tiddikjara l-prinċipji li magħhom hija tikkonforma fl-applikazzjoni tagħha tal-Artikoli 107 u 106(2) tat-TFUE għall-finanzjament tal-korpi pubbliċi ta' xandir mill-Istat. f'dan ir-rigward, l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tirrigwarda ż-żewġ aspetti segwenti:

L-eżistenza ta' definizzjoni preċiża u ċara f'att uffiċjali tal-missjoni ta' servizz pubbliku, inkluż fil-forniment ta' servizzi ġodda importanti, u soġġett għal mekkaniżmi ta' kontrol effikaċi minn entità indipendenti tax-xandar;

In-natura proporzjonali u trasparenti tal-finanzjament pubbliku tal-kumpensi meħtieġa għal dik il-missjoni, mingħajr ma dawk il-kumpensi jaqbżu l-ammont tal-ispiża netta ġġenerata mill-missjoni ta' servizz pubbliku, li huwa wkoll soġġett għal kontrolli effikaċi.

VI.2.1.   Definizzjoni preċiża u ċara f'att uffiċjali tal-missjoni ta' servizz pubbliku, soġġett għal mekkaniżmi ta' kontroll effikaċi

(87)

Kif ġie ppreċiżat iktar 'il fuq, il-Kummissjoni ma esprimitx dubji fid-deċiżjoni tagħha ta' ftuħ tal-proċedura, għar-raġunijiet imsemmija fiha, la dwar l-adegwatezza tad-definizzjoni u tal-mandat tal-missjoni ta' servizz pubbliku li France Télévisions ingħatat minn atti uffiċjali, u lanqas dwar l-adegwatezza tal-kontrolli esterni li jsiru dwar il-mod kif France Télévisions twettaq l-obbligi assenjati lilha, kif deskritti iktar 'il fuq. Il-Kummissjoni kienet ukoll tal-fehma li d-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi nru 86-1067 tat-30 ta' Settembru 1986 emendata (Artikoli 43-11, 44, 48 u 53) u tad-digrieti jew atti uffiċjali li jimplimentawha, b'mod partikolari fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet (digriet nru 2009-796 tat-23 ta' Ġunju 2009) u l-kuntratt ta' objettivi u mezzi, kienu konformi mar-regoli li japplikaw l-Artikolu 106(2) tat-TFUE dwar l-evalwazzjoni tal-għajnuniet għas-servizzi tax-xandir pubbliku ddikjarati fil-komunikazzjoni dwar ix-xandir.

(88)

Din il-konklużjoni kienet analoga għal dawk diġà dderivati dwar dan is-suġġett mill-Kummissjoni b'applikazzjoni tal-komunikazzjoni applikabbli, fid-deċiżjonijiet tagħha tal-2003 u tal-2005 għal France 2 u France 3 u, għal France Télévisions, mill-2008 u l-2009.

(89)

Huwa b'hekk fuq bażi superfluwa li għandhom jiġu eżaminati l-kummenti kollox ma' kollox ġenerużi ta' ċerti partijiet interessati li jaffermaw in-natura allegatament simili tal-iskemi tal-ipprogrammar taċ-ċinemas pubbliċi u tal-kompetituri, li huma kkuntrarjati fil-fatti mill-kummenti ta' partijiet oħrajn, u li mhumiex ta' tali natura li jimmodifikaw dik l-evalwazzjoni.

(90)

Il-liġi nru 86-1067 emendata dwar il-libertà tal-komunikazzjoni tiddefinixxi b'mod wiesa', kwalitattiv, iżda preċiż l-obbligi ta' servizz pubbliku ta' France Télévisions. Dan għandu jirrigwarda b'mod partikolari pubbliku wiesa' u jipproponi offerta diversifikata konformi mal-objettiv li jiġi żgurat, b'rispett tal-pluraliżmu, il-bżonnijiet demokratiċi, soċjali, ċiviċi u kulturali tas-soċjetà. Il-fatt li ċerti kompetituri jkunu obbligati, minħabba li jappartjenu għall-EBU, li jirrispettaw l-istatuti tagħha, kif tenfasizza l-FFTCE, ma jostakolawx l-eżistenza ta' obbligi speċifiċi ta' servizz pubbliku ppreċiżati fl-atti uffiċjali tar-Repubblika Franċiża li, għall-kuntrarju tal-obbligi li jirriżultaw mill-appartenenza għall-EBU, huma imposti biss fuq France Télévisions.

(91)

Barra minn hekk, safejn huwa meħtieġ, l-obbligi ta' France Télévisions huma ppreċiżati wkoll fl-ispeċifikazzjonijiet u fil-kuntratt ta' objettivi u mezzi flimkien ma' indikaturi preċiżi u kkwantifikati li għandhom jintlaħqu fl-iskeda tal-programmi tagħha, li mhumiex imposti fuq ix-xandara kompetituri. Il-mezzi pubbliċi allokati lil France Télévisions huma mogħtija bil-għan li jinkisbu l-objettivi u sabiex jitwettqu l-obbligi ta' servizz pubbliku ddefiniti b'mod leġiżlattiv u regolamentari fl-interess ġenerali, waqt li r-riżorsi privati allokati lix-xandara kompetituri huma mogħtija bi skop purament ta' qligħ. Bl-istess mod, l-eżistenza ta' limitazzjonijiet regolamentari jew li l-operaturi jassumu liberament fl-attività tagħhom ta' xandir ma timplikax l-eżistenza ta' offerta mhux differenzjata fil-fatti għax-xandara pubbliċi u privati. Dawk l-obbligi ta' servizz pubbliku li jirriżultaw mil-liġi, għall-kuntrarju ta' dawk li jirriżultaw mill-appartenenza għall-EBU, huma barra minn hekk soġġetti għal kontrolli esterni regolari, b'mod partikolari parlamentari, fir-rigward tat-twettiq tagħhom.

(92)

Barra minn hekk, l-SACD tenfasizza l-impenn akbar ta' France Télévisions favur il-kreazzjoni awdjoviżiva u ċinematografika oriġinali Franċiża meta mqabbla mal-kompetituri, li huma soġġetti għal obbligi ferm iżgħar. Ċertament, l-osservazzjonijiet tal-SACD la jistabbilixxu u lanqas juru r-raġunijiet għalfejn ix-xogħlijiet mhux Franċiżi importati, possibbilment minn Stati Membri oħrajn, huma ta' kwalità inferjuri għal dawk iffinanzjati minn France Télévisions. Iżda xorta jibqa' l-fatt li impenn vinkolanti favur il-kreazzjoni oriġinali, li huwa akbar f'termini assoluti u meta mqabbel mal-kompetituri, jikkontribwixxi u huwa direttament marbut mal-bżonnijiet soċjali u kulturali tas-soċjetà Franċiża li l-iskeda tal-programmi ta' France Télévisions hija obbligata tissodisfa minħabba l-obbligi tagħha ta' servizz ta' interess ġenerali.

(93)

Fir-rigward tal-informazzjoni pprovduta mir-Repubblika Franċiża, dik l-evalwazzjoni pożittiva dwar id-definizzjoni u l-kontroll tal-missjoni ta' servizz pubbliku ta' France Télévisions għandha tiġi estiża għall-mekkaniżmi applikabbli għat-tnedija ta' servizzi awdjoviżivi ġodda importanti, fis-sens tal-komunikazzjoni dwar ix-xandir li daħlet fis-seħħ wara d-deċiżjoni ta' ftuħ ta' din il-proċedura. Dawk is-servizzi, li jestendu l-offerta ta' programmi mxandra għal pjattaformi u formats oħrajn, huma inklużi fl-ispeċifikazzjonijiet u fil-kuntratti ta' objettivi u mezzi ta' France Télévisions li barra minn hekk jippreċiżaw u jikkonkretizzaw il-missjonijiet ta' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali previsti mil-liġi. Dawk id-dokumenti huma adottati minn digriet kif indikat iktar 'il fuq, b'mod li s-servizzi l-ġodda diġà previsti u dawk li jistgħu jinħolqu fil-futur huma soġġetti għall-istess proċeduri speċifiċi ta' konsultazzjoni ex ante u ta' kontroll annwali ex post tal-eżekuzzjoni bħall-imsemmija missjonijiet.

(94)

Fil-qosor, b'hekk jidher li d-definizzjoni tal-missjoni ta' servizz pubbliku ddelegata lil France Télévisions kif ukoll il-mekkaniżmi ta' kontroll relatati huma konformi mar-regoli u l-prinċipji stabbiliti fil-komunikazzjoni dwar ix-xandir, li huma inspirati mill-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni.

VI.2.2.   In-natura proporzjonata u trasparenti tal-finanzjament pubbliku

L-iffissar tal-ammont annwali tas-sussidju baġitarju

(95)

Il-mekkaniżmu ta' finanzjament innotifikat mir-Repubblika Franċiża, li minnu jagħmel parti s-sussidju annwali bħala kumpens għat-tnaqqis u eventwalment it-tneħħija totali tal-messaġġi pubbliċitarji, huwa maħsub li jkun permanenti u b'hekk jestendi lil hinn mid-data prevista mil-liġi għall-waqfien tal-messaġġi pubbliċitarji, f'Novembru 2011 skont il-fatti.

(96)

Il-finanzjament pubbliku annwali ser jinkludi l-allokazzjoni ta' parti mir-riżorsi tal-kontribuzzjoni għall-awdjoviżiv pubbliku, li qabel kienet tissejjaħ liċenzja, u s-sussidju annwali previst mil-liġi nru 2009-258 tal-5 ta' Marzu 2009. Flimkien mal-għajnuna eżistenti approvata mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha tal-20 ta' April 2005, li ma ġietx immodifikata mill-mekkaniżmu previst, b'hekk ser jiżdied sussidju baġitarju li l-ammont preċiż tiegħu ser jiġi ffissat kull sena fil-liġi tal-finanzi għas-sena finanzjarja relevanti. Fl-osservazzjonijiet tagħha, ir-Repubblika Franċiża tippreċiża li huma l-ispejjeż netti tas-servizz pubbliku previsti li ser jintużaw biex jiġi ddeterminat ex ante, qabel kull sena finanzjarja, l-ammont tas-sussidju annwali.

(97)

Barra minn hekk dan jirriżulta wkoll mill-estimi li ġew ipprovduti bħala eżempju mill-awtoritajiet Franċiżi b'risposta għad-dubji li esprimiet il-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta' ftuħ tal-proċedura. Il-Kummissjoni tinnota n-natura indikattiva li l-awtoritajiet Franċiżi jattribwixxu lill-previżjonijiet tal-pjan tan-negozju, u li huwa utli għall-impriża inkarigata b'missjoni ta' servizz pubbliku u qabel ma timpenja ruħha għal spejjeż pluriannwali għal dan il-għan li jkollha qafas finanzjarju previst mill-pjan tan-negozju inkluż fl-approvazzjoni tal-kuntratt ta' objettivi u mezzi. Dan premess, ir-riżorsi pubbliċi totali indikattivi li jinsabu fih jibqgħu relatati ma', għalkemm inqas minn, l-ammonti tal-ispejjeż grossi ta' forniment ta' dak is-servizz previsti għall-perjodu mill-2010 sal-2012.

(98)

Meta titqies il-prevedibbiltà relattiva tal-ispejjeż grossi, li huma inqas volatili mid-dħul kummerċjali li jservi biex jiġu stabbiliti l-ispejjeż netti, iċ-ċifri indikattivi tal-pjan tan-negozju jikkonfermaw a priori l-affermazzjoni tar-Repubblika Franċiża dwar in-natura determinanti tal-kriterju tal-ispejjeż netti tas-servizz pubbliku għall-iffissar tal-ammont annwali tas-sussidju li jkun ser jingħata. b'hekk, l-obbligu ta' kumpens finanzjarju mill-Istat li ddaħħal mil-liġi nru 2009-258 tal-5 ta' Marzu 2009 ser jikkostitwixxi l-fatt li jiġġenera s-sussidju baġitarju nnotifikat, mingħajr ma jikkundizzjona l-ammont, meta mqabbel ma' stima eventwali tat-telf ta' dħul pubbliċitarju minħabba t-tneħħija tal-messaġġi pubbliċitarji.

(99)

Tali approċċ jidher li huwa ġġustifikat oġġettivament. Effettivament, minħabba n-natura perpetwa tas-sussidju, l-iffissar tal-ammont tiegħu b'relazzjoni mad-dħul pubbliċitarju kieku l-messaġġi pubbliċitarji ma tneħħewx bil-liġi, pereżempju, billi jiġi ffissat l-ammont fil-livell tad-dħul qabel ma ġiet imħabbra r-riforma, aġġustat eventalwament skont l-iżviluppi fis-suq tal-pubbliċità televiżiva, isir dejjem aktar arbitrarju. Jekk l-ammont tas-sussidju jiġi kkalkulat b'dan il-mod b'relazzjoni ma' dħul preżunt, tnaqqis akbar tal-ispejjeż grossi tas-servizz pubbliku li jirriżulta, pereżempju, minn sinerġiji fil-futur minħabba l-istabbiliment ta' France Télévisions bħala impriża waħda, jista' joħloq riskju ta' kumpens żejjed minn riżorsi pubbliċi.

(100)

Il-metodu tal-kalkolu tas-sussidju annwali b'relazzjoni mal-ispiża tal-missjoni ta' servizz pubbliku, imnaqqas bl-ispejjeż netti kummerċjali li jifdal, huwa barra minn hekk koerenti mal-impenn tar-Repubblika Franċiża, li issa jinsab fl-Artikolu 44 tal-liġi nru 86-1067 emendata dwar il-libertà tal-komunikazzjoni u fl-Artikolu 2 tad-digriet dwar ir-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istat Franċiż u l-korpi tas-settur pubbliku awdjoviżiv, kemm-il darba r-riżorsi pubbliċi allokati lil France Télévision ma jaqbżux l-ispiża netta tat-twettiq tal-obbligi ta' servizz pubbliku assenjati lil din tal-aħħar. Kif ifakkru l-awtoritajiet Franċiżi, dak l-impenn u d-dispożizzjonijiet msemmija hawn fuq huma totalment applikabbli għas-sussidju baġitarju nnotifikat u għall-mekkaniżmu ta' finanzjament pubbliku annwali li minnu issa ser jagħmel parti integrali.

(101)

Konsegwentement, il-metodu tal-kalkolu tas-sussidju annwali b'relazzjoni mal-ispiża netta tal-missjoni ta' servizz pubbliku – li b'hekk huwa mnaqqas bl-ispejjeż netti kummerċjali li jifdal – jidher li huwa proporzjonat fis-sens tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ix-xandir.

(102)

f'dan ir-rigward, l-osservazzjonijiet kuntrarji ta' ċerti partijiet terzi interessati mhumiex ta' tali natura li jinvalidaw dik il-konklużjoni:

il-kummenti tal-FFTCE li jallegaw li l-kumpens għan-nuqqas ta' qligħ ta' dħul pubbliċitarju, li ma jagħmlux parti mill-missjoni ta' servizz pubbliku, ma jaqax taħt il-finanzjament ta' dik il-missjoni, ma jistgħux jiġu aċċettati, u lanqas dawk ta' M6 dwar in-natura varjabbli u b'hekk impreċiża tal-estimi ta' telf ta' dħul kummerċjali; huwa skont l-ispejjeż netti ta' servizz pubbliku ta' France Télévision li l-ammont annwali tas-sussidju għandu jiġi ffissat ex ante, waqt li l-estimi tal-ammont ipprovduti mir-Repubblika Franċiża għall-2010, 2011 u 2012 huma purament indikattivi.

l-osservazzjonijiet ta' M6 li jaffermaw li l-allegat nuqqas ta' strumenti ta' kontabilità analitika fi ħdan France Télévisions kif stabbilit mill-Qorti tal-Awdituri Franċiża jagħti lok strutturalment għal kumpens żejjed inkwantu s-sussidju jkun ibbażat fuq elementi ta' spejjeż mhux oġġettivi, bl-istess mod bħall-osservazzjonijiet ta' TF1 dwar il-kumpens żejjed tal-ispejjeż mhux ikkontrollati jew amministrati b'mod ħażin, mhumiex fondati; fl-ewwel lok, il-Qorti tal-Awdituri stabbilixxiet f'Ottubru 2009 in-nuqqas ta' strumenti ta' ġestjoni ta' kontroll li jintegraw fil-livell tal-grupp France Télévisions l-istrumenti ta' kontabilità analitika tal-kumpaniji sussidjarji u mhux in-nuqqas assolut ta' strumenti ta' kontabilità analitika tal-ġestjoni; għal kull kumpanija tal-grupp France Télévisions, teżisti kontabilità analitika.

Fit-tieni lok, l-eżami tal-kumpatibbiltà tal-kumpens mas-suq intern, għall-kuntrarju ta' dak dwar l-eżistenza ta' vantaġġ ekonomiku għal France Télévisions, ma jirrigwardax l-ispejjeż li impriża medja u amministrata tajjeb fis-settur jista' jkollha biex tipprovdi s-servizz ta' interess ġenerali, iżda dawk li effettivament ser ikollha France Télévisions, inkluż b'hekk it-tnaqqis previst fil-futur; kif intwera iktar 'il fuq, l-ammont totali ta' riżorsi pubbliċi li għandu jitħallas lil France Télévisions ser ikun a priori inqas mill-ispejjeż biex jiġi pprovdut is-servizz pubbliku u ser jiġi ffissat b'mod sabiex jiġi evitat kumpens żejjed, ladarba jitnaqqas id-dħul nett kummerċjali.

(103)

Dawn il-kummenti, li mhumiex fondati fir-rigward tal-iffissar ex ante tal-ammont ta' sussidju annwali, barra minn hekk ma jieħdux f'kunsiderazzjoni l-eżistenza ta' mekkaniżmi ta' kontroll ex post. Effettivament, kif ser jintwera iktar 'il quddiem, l-iffissar annwali ex ante fil-liġi tal-finanzi tal-ammont ta' sussidju għas-sena finanzjarja jsegwi mekkaniżmi ta' kontroll ex post u, jekk ikun il-każ, ta' rkupru.

Mekkaniżmi ta' kontroll finanzjarju

(104)

Il-komunikazzjoni dwar ix-xandir tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe kumpens żejjed, billi jipproċedu għal kontrolli regolari tal-użu tal-finanzjament pubbliku. L-effikaċja tal-kontroll kif ippreċiżat fil-komunikazzjoni għandha tirriżulta mit-twettiq tagħha f'intervalli regolari minn entità indipendenti, flimkien ma' mekkaniżmi biex jinkiseb ir-rimbors ta' kwalunkwe kumpens żejjed li seta' jkun ingħata jew il-ħlas korrett, fis-sena finanzjarja ta' wara, ta' riżervi li jista' jkun hemm li ma jaqbżux l-10 % tal-ispejjeż tas-servizz pubbliku annwali, minn naħa waħda jew, min-naħa l-oħra, sussidji inkroċjati li jista' jkun hemm.

(105)

L-Artikolu 44 tal-liġi nru 86-1067 tat-30 ta' Settembru 1986 jippreċiża li “[i]r-riżorsi pubbliċi allokati għall-korpi tas-servizz awdjoviżiv pubbliku bħala kumpens għall-obbligi ta' servizz pubbliku li bihom ikunu ġew inkarigati ma għandhomx jaqbżu l-ammont tal-ispiża għat-twettiq ta' dawk l-obbligi”. Dik id-dispożizzjoni tirriżulta mill-impenji tar-Repubblika Franċiża li tniżżel espressament fil-liġi l-prinċipju li ma jingħatax kumpens żejjed għall-obbligi ta' servizz pubbliku stabbiliti fil-kuntest tal-proċedura li wasslet għad-deċiżjoni ta' kumpatibbiltà tal-Kummissjoni tal-20 ta' April 2005 dwar l-użu tad-dħul mil-liċenzji (13).

(106)

Id-digriet nru 2007-958 tal-15 ta' Mejju 2007 dwar ir-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istat u l-korpi tas-settur pubbliku tal-komunikazzjoni awdjoviżiva jinkludi fl-Artikolu 2 tiegħu l-istess formulazzjoni bħall-Artikolu 53 tal-liġi tat-30 ta' Settembru 1986 billi jieħdu f'kunsiderazzjoni “id-dħul dirett jew indirett derivat mill-missjoni ta' servizz pubbliku” u jippreċiża li l-ispiża tal-missjoni ta' servizz pubbliku hija stabbilita permezz ta' kontijiet separati. Id-digriet jipprovdi, fl-Artikolu 3 tiegħu, l-obbligu għal France Télévisions u s-sussidjarji tagħha li jirrispettaw il-kundizzjonijiet normali tas-suq għall-attivitajiet kummerċjali kollha tagħhom u l-formulazzjoni minn korp estern ta' rapport annwali dwar it-twettiq ta' dak l-obbligu, li għandu jintbagħat lill-ministeru responsabbli, lill-Assemblea Nazzjonali u lis-Senat. Din l-aħħar dispożizzjoni ssemmiet ukoll fl-impenji tar-Repubblika Franċiża li jinsabu fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' April 2005, imsemmija fil-premessa 7.

(107)

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni ddeċidiet li kemm id-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-prinċipju li ma jingħatax kumpens żejjed kif ukoll il-kontroll u l-verifika tal-kundizzjonijiet applikati minn France Télévision għall-attivitajiet kummerċjali tagħha jirrispondu perfettament għat-tħassib li esprimiet il-Kummissjoni matul il-proċedura li wasslet għad-deċiżjoni tal-20 ta' April 2005 (14). In-natura adattata tal-kontrolli mwettqa ex post fir-rigward tal-ħarsien ta' dawk l-impenji ġiet ikkonfermata wkoll mill-Qorti Ġenerali (15).

(108)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat rapport dwar l-eżekuzzjoni tal-Artikoli 2 u 3 tad-digriet fir-rigward tas-snin finanzjarji 2007 u 2008 (ir-rapporti li saru abbażi tal-Artikolu 3 tad-digriet kienu, għall-2007, iċċertifikati mill-awdituri PriceWaterhouseCoopers u KPMG u, għall-2008, mill-Cabinet Rise), kif ukoll l-abbozz tar-rapport previst fl-Artikolu 2 għas-sena 2009. Ir-rapporti disponibbli jikkonkludu li r-riżorsi pubbliċi allokati lill-grupp France Télévisions ma qabżux l-ispiża netta tat-twettiq tal-obbligi ta' servizz pubbliku li bihom ġie inkarigat u li France Télévisions irrispettat il-kundizzjonijiet normali tas-suq fl-attivitajiet kummerċjali kollha tagħha. Dan b'hekk jeskludi l-possibbiltà ta' sussidji inkroċjati bejn attivitajiet kummerċjali u attivitajiet ta' servizz pubbliku. Il-formulazzjoni tar-rapporti inkwistjoni turi barra minn hekk li huwa possibbli li jsiru kontijiet tal-ispejjeż u r-riżorsi tas-servizz pubbliku tad-diversi stazzjonijiet ta' France Télévisions bl-użu tal-istrumenti tal-kontabilità eżistenti, għall-kuntrarju ta' dak li jsostnu b'mod partikolari M6.

(109)

Il-proċeduri ta' kontroll ex post tar-riżorsi pubbliċi previsti fid-digriet nru 2007-958 japplikaw għas-sussidju baġitarju nnotifikat. Wara li ġie stabbilit il-kontroll, ir-riżorsi pubbliċi totali allokati lil France Télévisions kienu insuffiċjenti biex ikopru l-ispiża netta għat-twettiq tal-obbligi ta' servizz pubbliku, b'mod illi l-kwistjoni tal-possibbiltà ta' ħlas żejjed ma tqajmitx. Għall-previżjonijiet tal-ispejjeż u d-dħul fuq medda ta' żmien medju li jinsabu fil-pjan tan-negozju u li huma murija fit-tabella 1 iktar 'il quddem, jidher li huwa previst eċċess żgħir fl-2012 li, jekk jiġi kkonfermat u ma jkunx meħtieġ biex jiġu assorbiti d-defiċits previsti għas-snin 2010 u 2011, għandu normalment jitħallas bi prijorità għall-ispejjeż favur il-kreazzjoni awdjoviżiva.

(110)

Fi kwalunkwe każ, sabiex il-pjan eżistenti jiġi allinjat mal-preċiżjonijiet li ddaħħlu mill-ġdid fl-2009 mill-komunikazzjoni dwar ix-xandir, ir-Repubblika Franċiża timpenja ruħha li temenda l-Artikolu 2 tad-digriet nru 2007-958 tal-15 ta' Mejju 2007, b'mod li:

tiżgura li r-rapport annwali dwar il-kontijiet separati jkun, b'mod konformi mar-rapport previst fl-Artikolu 3, ikkontrollat minn korp estern li l-għażla tiegħu hija soġġetta għall-approvazzjoni tal-Ministru responsabbli mill-komunikazzjoni, jintbagħat lil dak il-Ministru kif ukoll lill-Assemblea Nazzjonali u lis-Senat, u jsir għall-ispejjeż ta' France Télévisions;

tipperfezzjona l-mekkaniżmu funzjonali tagħha sabiex jiġi żgurat l-irkupru effettiv ta' kumpensi żejda jew sussidji inkroċjati li jirriżultaw minn dawk il-kontijiet separati u li ma jkunux kumpatibbli mal-Artikolu 53 tal-liġi 86-1067 tat-30 ta' Settembru 1986 dwar il-libertà tal-komunikazzjoni kif ukoll mal-komunikazzjoni dwar ix-xandir.

(111)

f'dawn iċ-ċirkustanzi, jidher li r-Repubblika Franċiża għandha fis-seħħ mekkaniżmi adattati biex tipproċedi għal kontrolli regolari u effikaċi tal-użu tal-finanzjament pubbliku, sabiex tipprevjeni kull kumpens żejjed jew sussidju inkroċjat, kif tipprevedi l-komunikazzjoni dwar ix-xandir.

(112)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, jidher li r-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni potenzjali dovuti għall-preżenza ta' France Télévisions fuq swieq kummerċjali fejn hija ser topera wara l-implimentazzjoni sħiħa tar-riforma ser ikunu limitati. Dik il-preżenza ser tkun probabbilment ferm ristretta u r-riforma ser ikollha l-effett prevedibbli li tittrasferixxi, anki jekk biss parzjalment, id-domanda tal-pubbliċità fuq it-televiżjoni lejn il-kompetituri ta' France Télévisions.

(113)

Effettivament, kif jirriżulta minn ittra ppubblikata minn seba' stazzjonijiet tat-televiżjoni jew radju privati, it-twettiq tar-riforma sat-tmiem tagħha bit-tneħħija tal-messaġġi pubbliċitarji minn France Télévisions ser ikun ta' tali natura li: ’il-mezzi tax-xandir privati ser ikunu jistgħu jirpiljaw il-kapaċitajiet li jeħtieġu’, waqt li ż-żamma tal-messaġġi pubbliċitarji: “tagħti lok għal konsegwenzi negattivi għall-mezzi tax-xandir kollha Franċiżi u timmodifika sostanzjalment il-prospetti ekonomiċi [tal-] atturi …” (16).

(114)

Fi kliem ieħor, l-irtirar parzjali ta' France Télévisions u l-iffukar mill-ġdid fil-livell tal-istruttura tad-dħul tagħha – kummerċjali jew kumpens pubbliku – fuq ix-xandir ta' programmi li huma konformi mal-missjoni tagħha ta' interess ġenerali u mingħajr kontroparti finanzjarja diretta għall-pubbliku, inaqqsu r-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni potenzjali fis-swieq kompetittivi fejn topera France Télévisions. Dak l-irtirar jiftaħ spazju li jista' jittieħed minn operaturi ġodda jew operaturi li preżentament għandhom preżenza dgħajfa fis-suq tal-pubbliċità, billi eventwalment joħloq kompetizzjoni aktar dinamika.

(115)

Minn dan jirriżulta li, fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta u l-impenji mogħtija mir-Repubblika Franċiża, il-finanzjament pubbliku ser ikollu l-iskop li jippermetti lil France Télévisions li tkopri l-ispejjeż netti mġarrba biex taqdi l-obbligi li għandha, u dak il-finanzjament għandu jkun limitat għall-dawk l-ispejjeż u jibqa' soġġett għal kontrolli ex post li jissodisfaw il-kriterji tal-komunikazzjoni dwar ix-xandir applikabbli. Barra minn hekk, peress li France Télévisions ser tnaqqas il-preżenza tagħha fis-swieq kompetittivi, l-għajnuna prevista ma tagħtix lok għal riskju li jiġi affettwat l-iżvilupp tal-kummerċ b'mod kuntrarju għall-interess tal-Unjoni, biex b'hekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE.

(116)

Barra minn hekk, ir-Repubblika Franċiża timpenja ruħha li tipprovdi lill-Kummissjoni b'rapport annwali sal-2013, id-data meta r-riforma tas-servizz awdjoviżiv pubbliku ser tkun twettqet, li għandu jippermetti li jiġu segwiti l-aspetti tal-implimentazzjoni tar-riforma l-aktar relevanti fir-rgward tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, jiġifieri, il-kumpensi annwali u l-mekkaniżmi ta' kontroll ex post, il-kundizzjonijiet applikati minn France Télévisions għall-attivitajiet kummerċjali tagħha u l-iżviluppi fil-pożizzjoni tagħha f'dak is-suq kif ukoll it-twettiq annwali tal-kuntratt ta' objettivi u mezzi.

(117)

Fid-dawl tal-iskala tar-riforma, tal-innovazzjonijiet fir-rigward tal-finanzjament tal-missjoni ta' servizz ta' France Télévisions li hija tintroduċi, tal-konsegwenzi tagħha fuq l-evoluzzjoni tal-ispejjeż u d-dħul ta' France Télévisions u tal-ambjent ekonomiku inċert tas-swieq li jaffettwaw id-dħul kummerċjali ta' France Télévisions u tal-kompetituri tagħha, dak l-impenn huwa ta' tali natura li jippermetti lill-Kummissjoni li tivverifika u li ssegwi kemm jista' jkun mill-qrib l-implimentazzjoni tar-riforma, kif ukoll tal-impenji mogħtija mir-Repubblika Franċiża fil-kuntest ta' din il-proċedura.

It-taxxi l-ġodda previsti mir-riforma tas-servizz awdjoviżiv pubbliku

(118)

Fid-deċiżjoni ta' ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar l-eżistenza ta' rabta ta' konnessjoni bejn id-dħul provenjenti mit-taxxi l-ġodda fuq il-pubbliċità u l-komunikazzjonijiet elettroniċi u s-sussidju annwali li għandu jitħallas sa mill-2010 lil France Télévisions. Tali konnessjoni, jekk tista' tiġi stabbilita, ikollha l-konsegwenza li dawk it-taxxi jkollhom jitqiesu bħala li jifformaw parti integrali mill-għajnuna u jkunu soġġetti għall-eżami tal-kumpatibbiltà mas-suq intern ta' din tal-aħħar. Għalkemm l-eżistenza ta' tali konnessjoni setgħet tiġi eskluża għas-sena 2009, b'mod partikolari fid-dawl tad-data tad-dħul fis-seħħ u l-implimentazzjoni tal-liġi nru 2009-258 tal-5 ta' Marzu 2009 dwar is-servizz awdjoviżiv pubbliku, baqa' dubju dwar il-futur, fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet li saru mill-ogħla awtoritajiet Franċiżi.

(119)

Jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ikkonfermata mis-sentenza tat-22 ta' Diċembru 2008 fil-kawża preliminari Régie Networks (C-333/07) (punt 99), li “Sabiex taxxa tkun tista” tiġi kkunsidrata bħala parti integrali minn miżura ta' għajnuna, għandu jkun hemm rabta vinkolanti ta' allokazzjoni bejn it-taxxa u l-għajnuna kkonċernata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, fis-sens li d-dħul mit-taxxa huwa neċessarjament allokat għall-finanzjament tal-għajnuna u jaffettwa direttament l-ammont ta' din u, konsegwentement, l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta' din l-għajnuna mas-suq komuni' (17). Iż-żewġ kundizzjonijiet ta' applikabbiltà stabbiliti mill-Qorti, jiġifieri, ir-regolamentazzjoni nazzjonali pertinenti u l-influwenza diretta fuq l-ammont tal-għajnuna huma eżaminati iktar 'il quddiem.

(120)

Fil-liġi Franċiża, skont l-Artikolu 36 tal-liġi organika tal-1 ta' Awwissu 2001 dwar il-liġijiet tal-finanzi, il-ħlas lil persuna ġuridika oħra ta' riżorsa stabbilita għall-gwadann tal-Istat Franċiż jista' jirriżulta biss minn dispożizzjoni tal-liġi tal-finanzi. Il-liġi tal-finanzi b'hekk trid tipprovdi espressament li d-dħul mit-taxxi fuq il-pubbliċità u l-komunikazzjonijiet elettroniċi li ddaħħlu bil-liġi nru 2009-258 tal-5 ta' Marzu 2009 għandu jiġi allokat totalment jew parzjalment għall-finanzjament ta' France Télévisions. Tali dispożizzjoni għadha ma ġietx adottata sal-lum. Għall-ġejjieni, ir-Repubblika Franċiża timpenja ruħha li tipproċedi, b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, għal notifika ġdida lill-Kummissjoni ta' kull abbozz ta' emenda tal-istruttura tal-iskema. f'dawn iċ-ċirkustanzi, ma tistax tiġi stabbilita rabta ta' konnessjoni vinkolanti bejn l-għajnuna nnotifikata u t-taxxi l-ġodda permezz tal-liġi nazzjonali, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti.

(121)

Barra minn hekk, jidher li l-kriterju determinanti sabiex jiġi stabbilit l-ammont annwali tas-sussidju baġitarju, akkumulat għall-ammont previst ta' allokazzjoni tar-riżorsi tal-kontribuzzjoni għall-awdjoviżiv pubbliku, huwa dak tal-ammont tal-ispejjeż netti tal-obbligi ta' servizz pubbliku assenjati lil France Télévisions u mhux dak tad-dħul derivat mit-taxxi l-ġodda. L-ispejjeż previsti tas-servizz pubbliku huma u ser ikunu soġġetti għal estimi ex ante fil-kuntratt ta' objettivi u mezzi b'applikazzjoni tal-Artikolu 53 tal-liġi nru 86-1067 tat-30 ta' Settembru 1986 emendata dwar il-libertà tal-komunikazzjoni. Is-sussidju annwali previst fl-abbozz tal-liġi dwar il-finanzi għandu jiġi kkalibrat skont l-ispejjeż netti previsti u l-bilanċ bejn il-previżjonijiet u r-riżultati għandu jiġi kkonstatat u, jekk ikun meħtieġ, ikkoreġut ex post fil-kuntest tar-rapport previst għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 2 tad-digriet nru 2007-958 tal-15 ta' Mejju 2007 dwar ir-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istat u l-korpi tas-settur pubbliku tal-komunikazzjoni awdjoviżiva. Peress li l-ispejjeż jintefqu indipendentement mir-riżorsi miġbura mit-taxxi, id-dħul mit-taxxi ma jistax jinfluwenza direttament l-ammont tal-għajnuna. Barra minn hekk jidher li r-rati tat-taxxi inizjalment previsti mill-gvern Franċiż ġew imnaqqsa fil-liġi finali vvutata mill-Parlament, mingħajr ma dan sarraf fi tnaqqis konkomitanti u proporzjonat tas-sussidju li għandu jitħallas għal France Télévisions.

(122)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, it-taxxi fuq il-pubbliċità u l-komunikazzjonijiet elettroniċi li ddaħħlu bil-liġi nru 2009-258 tal-5 ta' Marzu 2009 ma jagħmlux parti integrali mill-għajnuna u, konsegwentement, m'għandhomx jiġu integrati fl-eżami tal-kumpatibbiltà ta' din tal-aħħar mas-suq intern, għall-kuntrarju ta' dak li jippretendu ċerti partijiet terzi interessati, jiġifieri, l-ACT, l-FFTCE, l-Assoċjazzjoni ta' Stazzjonijiet Privati, M6 u TF1.

(123)

Din il-konklużjoni hija mingħajr preġudizzju għall-kumpatibbiltà tal-imsemmija taxxi u tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tagħhom bħala miżuri distinti mad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari, fir-rigward tat-taxxa dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi, fir-rigward tal-kwistjonijiet eżaminati fil-kuntest tal-proċedura ta' ksur Nru 2009/5061, fir-rigward tad-Direttiva 2002/20/KE, jew tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (18).

(124)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tieħu nota tad-dikjarazzjoni ta' Franza li teskludi l-imsemmija taxxi mill-kamp tan-notifika tagħha, li hija s-suġġett ta' din id-deċijoni.

VII.   KONKLUŻJONIJIET

(125)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sussidju baġitarju annwali favur France Télévisions implimentat kif indikat iktar 'il fuq jista' jiġi ddikjarat kumpatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE, skont il-prinċipji u r-regoli ta' applikazzjoni previsti għas-servizzi pubbliċi ta' xandir.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika Franċiża għandha l-intenzjoni li timplimenta favur France Télévisions taħt il-forma ta' sussidju baġitarju annwali skont l-Artikolu 53, subparagrafu VI tal-liġi nru 86-1067 tat-30 ta' Settembru 1986 emendata dwar il-libertà tal-komunikazzjoni, hija kumpatibbli mas-suq intern b'mod konformi mal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

L-implimentazzjoni ta' dik l-għajnuna b'hekk hija awtorizzata.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi-President


(1)   ĠU C 237 2.10.2009, p. 9.

(2)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna nru 1.

(3)  Deċiżjoni 2004/838/KE (ĠU L 361, 8.12.2004, p. 21-39).

(4)  Deċiżjoni C(2005) 1166 finali (ĠU C 235 30.9.2005).

(5)  Deċiżjoni C(2008) 3506 finali (ĠU C 242 23.9.2008).

(6)  Deċiżjoni 2009/C 237/06 (ĠU C 237 2.10.2009, p. 9).

(*1)  Il-parenteżi kwadri […] jindikaw ċifri kunfidenzjali jew sigrieti tan-negozju ssostitwiti b'firxa ta' valuri.

(7)  Ara d-deċiżjoni C(2005) 1166 finali, punti 65 sa 72.

(8)   ĠU C 257, 27.10.2009, p. 1.

(9)   ĠU L 108 24.4.2002, p. 21.

(10)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Lulju 2003, C-280/00, Altmark Trans, Ġabra I-7747, punti 88 sa 93.

(11)   ĠU L 318 17.11.2006, p. 17–25.

(12)  Ara d-deċiżjoni ta' ftuħ, punti 68 sa 75.

(13)  Ara d-deċiżjoni C(2005) 1166 finali, punti 65 sa 72.

(14)  Sentenza tal-11 ta' Marzu 2009, TF1 vs Il-Kummissjoni (kawża T-354/05, Ġabra (2009) p. II-00471), punti 205 sa 209.

(15)  Ara f'dan is-sens is-sentenza tal-1 ta' Lulju 2010, M6 u TF1 vs Il-Kummissjoni (kawżi magħquda T-568/08 u T-573/08), b'mod partikolari l-punti 115 u dawk sussegwenti, li għadha ma ġietx ippubblikata.

(16)  Ittra tal-Presidenti ta' TF1, M6, Canal +, Next Radio TV, NRJ, RTL u Locales TV lill-President tar-Repubblika, tal-21 ta' Ġunju 2010, disponibbli fl-24 ta' Ġunju 2010 fuq: http://www.latribune.fr/technos-medias/publicite/20100623trib0a00523461/france-televisions-les-medias-prives-insistent-pour-mettre-fin-a-la-publicite-.html.

(17)  Sentenza tat-22 ta' Diċembru 2008, Ġabra P. I-10807. Ara wkoll is-sentenza tal-15 ta' Ġunju 2006, Air Liquide Industries Belgium (C-393/04 u C 41/05, Ġabra P. I-5293), punt 46.

(18)   ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33–50.


4.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/63


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-1 ta’ Marzu 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2007/76/KE li timplementa r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet għall-protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward tal-assistenza reċiproka

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1165)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/141/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur (“ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi”) (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 6(4), 7(3), 8(7), 9(4), 10(3), 12(6), u 13(5), u 15(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2007/76/KE li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-protezzjoni tal-liġijiet għall-ħarsien tal-konsumatur fir-rigward tal-assistenza reċiproka (2).

(2)

Id-Deċiżjoni 2007/76/KE ġiet emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/282/KE (3) biex jiġu stabbiliti l-prinċipji li jiggvernaw in-notifika tal-miżuri ta’ infurzar, l-informazzjoni tiġi fornuta fin-notifiki wara n-notifika ta’ avviż u l-koordinazzjoni tas-sorveljanza tas-suq u tal-attivitajiet ta’ infurzar.

(3)

Ir-rekwiżiti stipulati fid-Deċiżjoni 2007/76/KE fir-rigward tat-tħassir ta’ xi informazzjoni fil-bażi tad-dejta stabbiliti fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u fir-rigward ta’ notifiki regolari, iridu jiġu riveduti fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba bl-operazzjoni tan-netwerk tal-kooperazzjoni tal-infurzar.

(4)

Huwa xieraq ukoll li jiġu ċċarati r-regolamenti li jiggvernaw l-obbligi tal-awtorità kompetenti li tikkoordina, il-parteċipazzjoni f’attivitajiet ikkoordinati ta’ infurzar, u l-informazzjoni minima li għandha tiġi pprovduta fil-qafas ta’ dan it-tip ta’ attivitajiet.

(5)

Huwa neċessarju li tiġi allinjata d-Deċiżjoni 2007/76/KE mal-opinjoni 6/2007 (4) tal-Partit tax-Xogħol dwar il-Ħarsien tal-Individwi fir-rigward tal-Iproċessar tad-Dejta Personali stabbilita mill-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Ħarsien tad-Dejta (6).

(6)

Id-Deċiżjoni 2007/76/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/76/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.

(2)   ĠU L 32, 6.2.2007, p. 192.

(3)   ĠU L 89, 1.4.2008, p. 26.

(4)  Opinjoni 6/2007 dwar il-kwistjonijiet tal-ħarsien tad-dejta relatati mas-Sistema ta’ Protezzjoni tal-Konsumatur (CPCS) 01910/2007/EN, WP 139, adottata fil-21 ta’ Settembru 2007.

(5)   ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(6)  Opinjoni tal-EDPS Ref. 2010-0692.


ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/76/KE hu emendat kif ġej:

1.

Il-Punt 2.1.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

”2.1.3.

Jekk ebda ftehim ma jista’ jintlaħaq, l-awtorità rikjesta għandha toħroġ tweġiba fejn tagħti kull informazzjoni rilevanti li jkollha u tindika l-azzjonijiet ta’ investigazzjoni u ta’ infurzar li ttieħdu jew li huma ppjanati (inklużi skadenzi taż-żmien) sa mhux iktar tard minn erbatax-il ġurnata wara d-data tal-wasla ta’ rikjesta permezz tal-uffiċċju uniku ta’ kollegament tagħha. L-awtorità rikjesta għandha taġġorna lill-awtorità applikanti dwar dawn l-azzjonijiet fuq bażi regolari kif hu xieraq, iżda tal-anqas kull tliet xhur sakemm:

(a)

kwalunkwe informazzjoni rilevanti meħtieġa biex tistabbilixxi jekk tkunx saret infrazzjoni intra-Komunitarja, jew biex tistabbilixxi jekk ikunx hemm suspett raġonevoli li dan jista’ jsir, tkun intbagħtet lill-awtorità applikanti jew

(b)

jekk tkun waqfet l-infrazzjoni intra-Komunitarja jew ir-rikjesta tkun irriżultat infondata.”

2.

Fil-punt 2.1.5 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“Awtorità kompetenti għandha, eżatt kif tiskopri li rikjesta għal assistenza reċiproka skont l-Artikoli 6, 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 fiha dejta żbaljata li ma tkunx tista’ titranġa permezz ta’ metodi oħra, titlob lill-Kummissjoni biex tneħħi l-informazzjoni mill-bażi tad-dejta eżatt kif dan ikun teknikament possibbli u, f’kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn sebat ijiem wara li tkun irċeviet ir-rikjesta għat-tħassir.

L-informazzjoi kollha oħra relatata mar-rikjesti għall-assistenza reċiproka skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 għandha titneħħa mil-bażi tad-dejta ħames snin wara l-għeluq tal-każ.”

3.

Fil-punt 2.2.2 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Twissijiet fondati għandhom jitneħħew mil-bażi tad-dejta ħames snin wara li jinħarġu.”

4.

Fil-Kapitolu 4, it-tabella hi sostitwita minn dan li ġej:

“4.   KAPITOLU 4 – AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI SKAMBJATA U L-ĦARSIEN TAD-DEJTA”.

5.

Jiddaħħlu l-punti 4.3 u 4.4 li ġejjin:

“4.3.   L-aċċess tal-Kummissjoni għad-dejta

L-aċċess tal-Kummissjoni għad-dejta għandu jkun limitat għal dak li hu rekwiżit skont ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004. Dan jinkludi l-aċċess għall-avviżi skont l-Artikolu 7(1), għan-notifikazzjonijiet skont l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 8(6), u għall-informazzjoni relatata mal-koordinazzjoni tas-sorveljanza tas-suq u l-attivitajiet tar-rinfurzar skont l-Artikolu 9 u skont il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004.

4.4.   Dejta sensittiva

L-ipproċessar minn awtoritajiet kompetenti ta’ dejta personali marbuta ma’ razza, etniċità, opinjonijiet politiċi, reliġjon, sħubija fi trade-union, saħħa jew mal-ħajja sesswali għandu jkun ipprojbit, sakemm it-twettiq tal-obbligi skont ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 ma jkunx possibbli mod ieħor u l-ipproċessar ta’ dan it-tip ta’ dejta huwa permess skont id-Direttiva 95/46/KE.

L-użu minn awtoritajiet kompetenti ta’ dejta personali marbuta ma’ offiżi, offiżi suspetti u miżuri ta’ sigurtà għandhom ikunu limitati għal skopijiet speċifiċi ta’ assistenza reċiproka kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 2006/2004.”

6.

Il-Kapitolu 6 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“6.   Il-KAPITOLU 6 – IL-KOORDINAZZJONI TA’ ATTIVITAJIET TAS-SORVELJANZA TAS-SUQ U TAL-INFURZAR

6.1.   Meta jiġi applikat l-Artikolu 9(2) tar-regolament (KE) Nru 2006/2004, l-awtoritajiet li qablu biex jikkordinaw l-attivitajiet ta’ infurzar tagħhom jistgħu jiddeċiedu dwar il-passi neċessarji kollha biex tkun żgurata l-koordinazzjoni adegwata u għandhom iwettquhom mill-aħjar li jistgħu.

6.2.   Awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li taċċetta stedina biex tipparteċipa f’attivitajiet ikkoordinati ta’ infurzar, wara konsultazzjoni mal-awtorità li tistieden jekk:

(a)

ikunu diġà nbdew proċeduri ġudizzjarji jew is-sentenza finali tkun diġà ngħatat fir-rigward tal-istess ksur intra-Komunitarju u kontra l-istess bejjiegħa jew fornituri quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji fl-Istat Membru tal-awtorità mitluba jew dik applikanti;

(b)

fl-opinjoni tagħha, wara investigazzjoni xierqa, ma tkunx ikkonċernata mill-ksur intra-Komunitarju;

Jekk awtorità kompetenti tiddeċiedi li tirrifjuta stedina biex tipparteċipa f’attivitajiet ikoordinati ta’ infurzar għandha tiddikjara r-raġunijiet tad-deċiżjoni tagħha.

Dan il-punt għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 6 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004.

6.3.   Sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li waħda minnhom tikkoordina l-azzjoni ta’ infurzar. L-awtoritajiet kompetenti, filwaqt li jqisu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull każ, normalment għandhom jaħtru bħala awtorità ta’ koordinazzjoni l-awtorità ta’ fejn il-kummerċjant ikollu l-kwartieri tiegħu jew iċ-ċentru prinċipali tal-attivitajiet tiegħu, jew fejn jinsab l-akbar numru ta’ konsumaturi affettwati.

6.4.   Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-attivitajiet skont l-Artikoli 9(1) u 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 jekk tkun mistiedna.

6.5.   L-awtorità kompetenti nnominata bħala l-awtorità li tikkoordina skont 6.3. għandha tal-anqas tkun responsabbli għal dan li ġej:

(a)

tamministra l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet li jipparteċipaw fl-attivitajiet ikoordinati permezz ta’ metodi xierqa,

(b)

tabbozza rapport qasir ta’ sommarju fl-aħħar tal-attività kkoordinata meta jkun xieraq,

(ċ)

tagħlaq l-attività kkoordinata ta’ infurzar fil-bażi tad-dejta eżatt kif ikun teknikament possibbli u f’kwalunkwe każ f’temp ta’ sebat ijiem wara l-aħħar talba għal assistenza reċiproka maħruġa bejn żewġ awtoritajiet kompetenti li jipparteċipaw f’attivitajiet ikkoordinati ta’ infurzar tkun magħluqa mill-awtorità applikanti kkonċernata.

l-obbligi tal-awtorità li tikkoordina ma għandhomx jaffettwaw ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni li huma responsabbli għalihom l-awtoritajiet kompetenti l-oħra li jipparteċipaw skont ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u r-regolamenti implimentati tiegħu.

6.6.   Barra mir-rekwiżiti tal-informazzjoni għall-assistenza reċiproka skont l-Artikoli 6, 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, meta awtorità kompetenti tiddeċiedi li tistieden awtoritajiet oħrajn biex jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ infurzar, għandha tipprovdi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-dettalji tal-awtorità kompetenti li tistieden biex tikkoordina l-attivitajiet ta’ infurzar,

(b)

l-isem tal-bejjiegħ jew tal-fornitur,

(ċ)

l-isem tal-prodott jew tas-servizz,

(d)

il-kodiċi ta’ klassifikazzjoni,

(e)

il-mezz ta’ reklamar jew ta’ bejgħ involut,

(f)

il-bażi legali,

(g)

sommarju qasir tal-ksur,

(h)

sommarju tal-għanijiet tal-attivitajiet ikkoordinati”.


4.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/66


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta' Marzu 2011

li temenda d-Deċiżjoni 97/80/KE li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE dwar surveys għall-ġbir ta' statistika għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/142/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE tad-19 ta' Marzu 1996 fuq stħarriġ statistiku tal-ħalib u prodotti tal-ħalib (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

L-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/80/KE tat-18 ta' Diċembru 1996 li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE dwar surveys għall-ġbir ta' statistika għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (2), uriet li huwa meħtieġ li tiġi adottata analiżi aktar dettaljata tal-akbar intrapriżi tal-ħalib.

(2)

Id-Deċiżjoni 97/80/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(3)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istatistika tal-Agrikultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II għad-Deċiżjoni 97/80/KE jiġi emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il Gurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 78, 28.3.1996, p. 27.

(2)   ĠU L 24, 25.1.1997, p. 26.


ANNESS

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 97/80/KE, it-Tabelli D, E, F, G.1, G.2, G.3, G.4 u G.5 qed jinbidlu b’dan li ġej:

“TABELLA D

Intrapriżi  (1) skont il-volum ta’ ġbir ta’ ħalib fis-sena

Pajjiż …

Is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru …

Klassijiet skont il-volum (tunnellati/sena) tal-ġbir

Għadd ta’ intrapriżi

Ġbir

f’1 000 t

minn 5 000 u inqas

minn 5 001 sa 20 000

minn 20 001 sa 50 000

minn 50 001 sa 100 000

minn 100 001 sa 300 000

minn 300 001 sa 400 000

minn 400 001 sa 500 000

minn 500 001 sa 750 000

minn 750 001 sa 1 000 000

’Il fuq minn 1 000 000

Total


TABELLA E

Ċentri ta’ ġbir  (2) skont il-volum ta’ ġbir ta’ ħalib fis-sena

Pajjiż …

Is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru …

Klassijiet skont il-volum (tunnellati/sena) tal-ġbir

Għadd

Ġbir

f’1 000 t

minn 1 000 u inqas

minn 1 001 sa 5 000

minn 5 001 sa 20 000

minn 20 001 sa 50 000

minn 50 001 sa 100 000

’Il fuq minn 100 000

Total


TABELLA F

Intrapriżi  (3) skont il-volum ta’ ħalib trattat

Pajjiż …

Is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru …

Klassijiet skont il-volum (tunnellati/sena) ta’ ħalib trattat

Għadd ta’ intrapriżi

Volum

f’1 000 t

minn 5 000 u inqas

minn 5 001 sa 20 000

minn 20 001 sa 50 000

minn 50 001 sa 100 000

minn 100 001 sa 300 000

minn 300 001 sa 400 000

minn 400 001 sa 500 000

minn 500 001 sa 750 000

minn 750 001 sa 1 000 000

’Il fuq minn 1 000 000

Total


TABELLA G.1

Intrapriżi  (4) skont il-produzzjoni annwali ta’ ċerti gruppi ta’ prodotti tal-ħalib

Pajjiż …

Is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru …

Gruppi ta’ prodotti: PRODOTTI FRISKI (1)

Klassijiet skont il-volum (tunnellati/sena) tal-produzzjoni

Għadd ta’ intrapriżi

Produzzjoni Annwali

(f’1 000 t)

minn 1 000 u inqas

minn 1 001 sa 10 000

minn 10 001 sa 30 000

minn 30 001 sa 50 000

minn 50 001 sa 100 000

minn 100 001 sa 150 000

minn 150 001 sa 200 000

minn 200 001 sa 250 000

’Il fuq minn 250 000

Total


TABELLA G.2

Intrapriżi  (5) skont il-produzzjoni annwali ta’ ċerti gruppi ta’ prodotti tal-ħalib

Pajjiż …

Is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru …

Gruppi ta’ prodotti: ĦALIB GĦALL-KONSUM (11)

Klassijiet skont il-volum (tunnellati/sena) tal-produzzjoni

Għadd ta’ intrapriżi

Produzzjoni Annwali

(f’1 000 t)

minn 1 000 u inqas

minn 1 001 sa 10 000

minn 10 001 sa 30 000

minn 30 001 sa 100 000

minn 100 001 sa 150 000

minn 150 001 sa 200 000

minn 200 001 sa 250 000

’Il fuq minn 250 000

Total


TABELLA G.3

Intrapriżi  (6) skont il-produzzjoni annwali ta’ ċerti gruppi ta’ prodotti tal-ħalib

Pajjiż …

Is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru …

Gruppi ta’ prodotti: PRODOTTI MIT-TRAB TAL-ĦALIB (22)

Klassijiet skont il-volum (tunnellati/sena) tal-produzzjoni

Għadd ta’ intrapriżi

Produzzjoni Annwali

(f’1 000 t)

minn 1 000 u inqas

minn 1 001 sa 5 000

minn 5 001 sa 20 000

minn 20 001 sa 25 000

’Il fuq minn 25 000

Total


TABELLA G.4

Intrapriżi  (7) skont il-produzzjoni annwali ta’ ċerti gruppi ta’ prodotti tal-ħalib

Pajjiż …

Is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru …

Gruppi ta’ prodotti: BUTIR (23)

Klassijiet skont il-volum (tunnellati/sena) tal-produzzjoni

Għadd ta’ intrapriżi

Produzzjoni Annwali

(f’1 000 t)

minn 100 u inqas

minn 101 sa 1 000

minn 1 001 sa 5 000

minn 5 001 sa 10 000

minn 10 001 sa 15 000

minn 15 001 sa 20 000

minn 20 001 sa 25 000

’Il fuq minn 25 000

Total


TABELLA G.5

Intrapriżi  (8) skont il-produzzjoni annwali ta’ ċerti gruppi ta’ prodotti tal-ħalib

Pajjiż …

Is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru …

Gruppi ta’ prodotti: ĠOBON (it-tipi kollha) (24)

Klassijiet skont il-volum (tunnellati/sena) tal-produzzjoni

Għadd ta’ intrapriżi

Produzzjoni Annwali

(f’1 000 t)

minn 100 u inqas

minn 101 sa 1 000

minn 1 001 sa 4 000

minn 4 001 sa 10 000

minn 10 001 sa 15 000

minn 15 001 sa 20 000

minn 20 001 sa 25 000

’Il fuq minn 25 000

Total


(1)  Imsemmija fil-punt 1 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/16/KE

(2)  Imsemmija fil-punt 2 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/16/KE

(3)  Imsemmija fil-punt 1 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/16/KE

(4)  Imsemmija fil-punt 1 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/16/KE

(5)  Imsemmija fil-punt 1 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/16/KE

(6)  Imsemmija fil-punt 1 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/16/KE

(7)  Imsemmija fil-punt 1 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/16/KE

(8)  Imsemmija fil-punt 1 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/16/KE”


4.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/71


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Marzu 2011

li tikkonċerna n-noninklużjoni tal-etossikina fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/941/KE

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1265)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/143/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1112/2002 (2) u (KE) Nru 2229/2004 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-raba’ stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista kienet tinkludi l-etossikina.

(2)

Skont l-Artikolu 24e tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004 l-applikant irtira s-sostenn tiegħu għall-inklużjoni ta’ dik is-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni. B’riżultat ta’ dan, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/941/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (4) ġiet adottata fir-rigward tan-noninklużjoni tal-etossikina.

(3)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn hawn ’il quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata, kif previst fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5).

(4)

L-applikazzjoni tressqet lill-Ġermanja, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/941/KE. Dik l-applikazzjoni tikkonforma wkoll mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali li jifdal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

Il-Ġermanja evalwat id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikant u ħejjiet rapport addizzjonali. Hija kkomunikat dan ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fis-16 ta’ Ottubru 2009. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u bagħtet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar l-etossikina lill-Kummissjoni fl-20 ta’ Awwissu 2010 (6). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u ġew iffinalizzati fit-28 ta’ Jannar 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-etossikina.

(6)

Matul l-evalwazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, ġie identifikat xi tħassib. B’mod partikolari, ma kienx possibbli li titwettaq valutazzjoni kredibbli tal-espożizzjoni tal-konsumatur, tal-operatur u tal-ħaddiem, minħabba l-pakkett tad-dejta tossikoloġiku limitat, li jitqies mhux biżżejjed biex jiġu stabbiliti d-Doża Aċċettabbli ta’ Kuljum (ADI), id-Doża Akuta ta’ Referenza (ARfD) u l-Livell Aċċettabbli tal-Espożizzjoni tal-Operatur (AOEL). Barra minn hekk, id-dejta mressqa ma kinitx biżżejjed biex tiġi stabbilita definizzjoni tar-residwi għall-etossikina u l-metaboliti tagħha. B’żieda ma’ dan, kien jonqos xi dejta biex tintlaħaq konklużjoni dwar il-potenzjal ġenotossiku u l-ekotossiċità ta’ impurità fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità msejħa impurità 7. Fl-aħħar nett, id-dejta disponibbli ma kinitx biżżejjed biex jiġu vvalutati b’mod sħiħ ir-riskji għall-ambjent u għall-organiżmi mhux fil-mira. Għalhekk, ma kienx possibbli li tintlaħaq konklużjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli li l-etossikina ssodisfat il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(7)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-riżultati tar-reviżjoni inter pares. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008, il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq kummenti dwar l-abbozz tar-rapport tar-reviżjoni. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa.

(8)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib identifikat ma setax jiġi eliminat, u l-valutazzjonijiet li saru abbażi tal-informazzjoni mressqa u evalwata matul il-laqgħat tal-esperti tal-Awtorità ma wrewx li wieħed jista’ jistenna li, taħt il-kundizzjonijiet proposti ta’ użu, il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-etossikina jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(9)

Għalhekk, l-etossikina ma għandhiex tiġi inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(10)

Din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għat-tressiq ta’ applikazzjoni ulterjuri għall-etossikina skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(11)

Fl-interess taċ-ċarezza, l-entrata għall-etossikina fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/941/KE għandha titħassar.

(12)

Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/941/KE tiġi emendata skont dan.

(13)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-etossikina ma għandhiex tiġi inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-etossikina jiġu rtirati sat-3 ta’ Settembru 2011;

(b)

l-ebda awtorizzazzjoni għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-etossikina ma tingħata jew tiġġedded mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Kull perjodu ta’ konċessjoni mogħti mill-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi l-aktar tard fit-3 ta’ Settembru 2012.

Artikolu 4

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/941/KE, l-entrata għall-“etossikina” għandha titħassar.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)   ĠU L 168, 27.6.2002, p. 14.

(3)   ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.

(4)   ĠU L 335, 13.12.2008, p. 91.

(5)   ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance ethoxyquin (Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi għas-sustanza attiva etossikina). EFSA Journal 2010;8(9):1710. [38 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1710. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm