ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.052.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 52

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
25 ta' Frar 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/116/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja dwar is-sajd fl-Istati Federali tal-Mikroneżja

1

Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-Kontribuzzjoni Finanzjarja previsti fil-ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja dwar is-sajd fl-Istati Federali tal-Mikroneżja

3

 

 

2011/117/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi

33

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi

34

 

 

2011/118/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

45

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

47

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 156/2011 tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja dwar is-sajd fl-Istati Federali tal-Mikroneżja

66

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

25.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Diċembru 2010

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja dwar is-sajd fl-Istati Federali tal-Mikroneżja

(2011/116/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ April 2006 l-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 805/2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja dwar is-sajd fl-Istati Federali tal-Mikroneżja (1) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim ta’ Sħubija”).

(2)

Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontroparti Finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija (minn hawn ’il quddiem “il-Protokoll preċedenti”) kien mehmuż għall-Ftehim ta’ Sħubija. Il-Protokoll preċedenti skada fil-25 ta’ Frar 2010.

(3)

L-Unjoni sussegwentement innegozjat mal-Istati Federali tal-Mikroneżja (minn hawn ’il quddiem “il-Mikroneżja”) Protokoll ġdid (minn hawn ’il quddiem “il-Protokoll”) għall-Ftehim ta’ Sħubija, li jipprovdi lill-bastimenti tal-UE b’opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li fuqhom il-Mikroneżja għandha s-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni fir-rigward tas-sajd.

(4)

Fil-konklużjoni ta’ dawk in-negozjati, il-Protokoll ġie inizjalat fis-7 ta’ Mejju 2010.

(5)

Skont l-Artikolu 15 tal-Protokoll il-ġdid, għandu jkun applikat b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu.

(6)

Biex ikun iggarantit bidu mill-ġdid rapidu tal-attivitajiet ta’ sajd minn bastimenti tal-UE, huwa essenzjali li l-Protokoll jiġi applikat malajr kemm jista’ jkun meta jitqies li l-Protokoll ta’ qablu diġà skada.

(7)

Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat u għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontroparti Finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja dwar is-sajd fl-Istati Federali tal-Mikroneżja (minn hawn ’il quddiem “il-Protokoll”), huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni ta’ l-imsemmi Protokoll.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Protokoll f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tiegħu (2), skont l-Artikolu 15 tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

K. PEETERS


(1)  ĠU L 151, 6.6.2006, p. 1.

(2)  Id-data tal-iffirmar tal-Protokoll ser jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


PROTOKOLL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-Kontribuzzjoni Finanzjarja previsti fil-ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja dwar is-sajd fl-Istati Federali tal-Mikroneżja

Artikolu 1

Il-Perjodu tal-Applikazzjoni u l-Opportunitajiet tas-sajd

1.   L-SFM għandhom jagħtu opportunijiet tas-sajd annwali lill-bastimenti tas-sajd għat-tonn tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, b’konformità mat-Titolu 24 tal-Kodiċi tal-SFM u fil-limiti stabbiliti mill-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni (CMM) tal-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC), u b’mod partikulari s-CMM 2008-01.

2.   Għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, l-opportunitajiet tas-sajd previsti skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandhom jipprovdu awtorizzazzjonijiet tas-sajd annwali biex isir sajd fiż-ŻEE tal-SFM minn 6 bastimenti tas-sajd bil-purse seine u minn 12-il bastiment tas-sajd bil-konz.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw soġġetti għall-Artikoli 5, 6, 8 u 10 ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 2

Il-Kontribuzzjoni Finanzjarja – il-Metodi ta’ Ħlas

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandha tkun ta’ EUR 559 000 kull sena għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, il-Paragrafu 2:

2.   Din il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun magħmula minn:

a)

ammont annwali għall-aċċess għaż-ŻEE tal-SFM ta’ EUR 520 000 ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 8 000 tunnellata fis-sena bit-tnaqqis ta’ EUR 111 800; u

b)

ammont speċifiku ta’ EUR 150 800 fis-sena bħala appoġġ u għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd tal-SFM.

3.   Il-Paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika soġġett għall-Artikoli 4, 5 u 6 ta’ dan il-Protokoll u għall-Artikoli 13 u 14 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd.

4.   Jekk il-kwantità totali ta’ qabdiet ta’ tonn fis-sena mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-ŻEE tal-SFM taqbeż it-8 000 tunnellata, il-kontribuzzjoni finanzjarja totali annwali għandha tiżdied b’EUR 65 għal kull tunnellata addizzjonali ta’ tonn maqbud. Madankollu, l-ammont totali annwali li għandu jitħallas mill-Unjoni Ewropea ma jistax jaqbeż somma aktar mid-doppju tal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-Paragrafu 2(a). Fejn il-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont indikat fil-Paragrafu 2(a), il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin malajr kemm jista’ jkun biex jistabbilixxu l-ammont dovut għall-kwantità maqbuda li taqbeż dan il-limitu.

5.   Il-ħlas għandu jsir mhux aktar tard minn 45 jum wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għall-ewwel sena, u mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju ta’ dan il-Protokoll għas-snin ta’ wara.

6.   L-SFM għandu jkollhom diskrezzjoni sħiħa dwar l-użu li jagħmlu mill-kontribuzzjoni finanzjarja kif ġiet speċifikata fl-Artikolu 2, il-Paragrafu 2(a).

7.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas fil-Kont tal-Gvern Nazzjonali tal-SFM fil-“Bank of FSM Micronesia”, f’Honolulu, Ħawaii. Id-dettalji bankarji huma dawn li ġejjin:

“Bank of FSM Micronesia‭, Honolulu Hawaii

Numru tal-ABA - 1213-02373

Kreditu lil “Bank of FSM”, numru tal-kont: 08-18-5018

Detentur tal-kont: Il-Gvern Nazzjonali tal-SFM

8.   Kopji tal-ħlasijiet jew tat-trasferimenti elettroniċi għandhom jintbagħtu lill-Awtorità Nazzjonali ta’ Ġestjoni ta’ Riżorsi tal-Oċeani (NORMA) bħala prova li saru l-ħlasijiet.

Artikolu 3

Il-Promozzjoni ta’ Sajd Sostenibbli fl-Ilmijiet tal-SFM

1.   Malli dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ u mhux aktar tard minn tliet xhur wara dik id-data, l-Unjoni Ewropea u l-SFM għandhom jaqblu, fil-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, dwar programm settorjali multiannwali u dwar regoli implimentattivi dettaljati li jkopru b’mod partikolari:

(a)

linji gwida annwali u multiannwali għall-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2, il-Paragrafu 2(b), għall-inizjattivi li għandhom jitwettqu kull sena;

(b)

l-għanijiet, kemm annwali kif ukoll multiannwali, li għandhom jintlaħqu bil-għan li jiddaħħlu u jiġu promossi, għal żmien fit-tul, sajd responsabbli u sajd sostenibbli, billi jitqiesu l-prijoritajiet espressi mill-SFM fil-politika tas-sajd nazzjonali tagħhom u politiki oħra relatati mat-tisħiħ ta’ sajd responsabbli u sajd sostenibbli jew li jkollhom impatt fuqhom;

(c)

il-kriterji u l-proċeduri għall-evalwazzjoni tar-riżultati miksubin kull sena.

2.   Kull emenda proposta għall-programm settorjali multiannwali għandha tiġi approvata miż-żewġ Partijiet fil-Kumitat Konġunt.

3.   Kull sena, l-SFM għandhom jallokaw, jekk ikun xieraq, ammont addizzjonali għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2, il-Paragrafu 2(b), bil-għan li jkun implimentat il-programm multiannwali. Din l-allokazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Unjoni Ewropea. L-SFM għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea bl-allokazzjoni l-ġdida mhux aktar tard minn 45 jum qabel id-data tal-anniversarju ta’ dan il-Protokoll.

4.   Fejn l-evalwazzjoni annwali tal-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-programm settorjali multiannwali tiġġustifika dan, il-Kummissjoni Ewropea tista’ titlob li s-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2, il-Paragrafu 2(b), ta’ dan il-Protokoll, jitnaqqas sabiex l-ammont attwali tar-riżorsi finanzjarji allokati għall-implimentazzjoni tal-programm isir konformi mar-riżultati tiegħu.

Artikolu 4

Il-Kooperazzjoni Xjentifika għal Sajd Responsabbli

1.   Iż-żewġ Partijiet b’dan qed jimpenjaw irwieħhom sabiex jippromwovu sajd responsabbli fiż-ŻEE tal-SFM abbażi tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jistadu f’dawk l-ilmijiet.

2.   Matul il-perjodu kopert minn dan il-Protokoll, l-Unjoni Ewropea u l-SFM għandhom jiżguraw l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-ŻEE tal-SFM.

3.   Il-Partijiet jimpenjaw irwieħhom li jippromwovu l-kooperazzjoni fuq il-livell subreġjonali dwar is-sajd responsabbli u, b’mod partikolari, fi ħdan id-WCPFC u kwalunkwe organizzazzjoni oħra subreġjonali jew internazzjonali kkonċernata.

4.   B’konformità mal-Artikolu 4 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, l-Artikolu 4, il-Paragrafu 1, ta’ dan il-Protokoll, u fid-dawl tal-aqwa parir disponibbli, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd u jadottaw, fejn ikun jixraq, miżuri dwar l-attivitajiet ta’ bastimenti tal-Unjoni Ewropea awtorizzati minn dan il-Protokoll u liċenzjati skont l-Anness sabiex tkun żgurata ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-ŻEE tal-SFM.

Artikolu 5

L-Aġġustament tal-Opportunitajiet tas-Sajd bi Ftehim Reċiproku

L-opportunitajiet tas-sajd imsemmijin fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll jistgħu jiġu aġġustati bi ftehim reċiproku sa fejn ir-rakkomandazzjonijiet tad-WCPFC jikkorroboraw li aġġustament bħal dak jiżgura l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-SFM. F’dan il-każ il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2, il-Paragrafu 2(a), ta’ dan il-Protokoll għandha tiġi aġġustata proporzjonatament u pro rata temporis.

Artikolu 6

L-Opportunitajiet tas-sajd ġodda

1.   Jekk il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jkunu interessati f’opportunitajiet tas-sajd li mhumiex indikati fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll, interess bħal dan għandu jiġi kkomunikat lill-SFM fl-għamla ta’ espressjoni ta’ interess jew talba. Din it-talba għandha tintlaqa’ biss skont il-Liġijiet u r-Regolamenti tal-SFM u tista’ tkun soġġetta għal ftehim ieħor.

2.   Il-Partijiet jistgħu jwettqu stħarriġiet esploratorji konġunti dwar is-sajd fiż-ŻEE tal-SFM skont il-Liġijiet u r-Regolamenti tal-SFM. Għal dan il-għan u soġġett għal valutazzjoni xjentifika, għandhom jikkonsultaw lil xulxin kull meta waħda mill-Partijiet titlob dan u għandhom jiddeterminaw, abbażi ta’ każ b’każ, ir-riżorsi, il-kondizzjonijiet u parametri oħra ġodda rilevanti.

3.   Il-Partijiet għandhom iwettqu attivitajiet ta’ sajd esploratorju skont il-Liġijiet u r-Regolamenti tal-SFM bi ftehim reċiproku. L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd esploratorju għandhom jingħataw għal finijiet ta’ testijiet, għal żmien definit u b’data ta’ bidu li għandhom jiġu deċiżi bi ftehim reċiproku bejn iż-żewġ Partijiet.

4.   Fejn il-Partijiet jikkonkludu li l-istħarriġiet esploratorji jkunu pproduċew riżultati pożittivi, waqt li jippreservaw l-ekosistemi u jikkonservaw ir-riżorsi ħajjin tal-baħar, jistgħu jingħataw opportunitajiet tas-sajd ġodda lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea wara konsultazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet.

Artikolu 7

Il-Kondizzjonijiet li Jirregolaw l-Attivitajiet tas-Sajd — Il-Klawsola ta’ Esklussività

1.   Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jistgħu jistadu fiż-ŻEE tal-SFM biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa min-NORMA tal-SFM skont dan il-Protokoll.

2.   In-NORMA tal-SFM tista’ tagħti awtorizzazzjonijiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għall-kategoriji tas-sajd li mhumiex koperti mill-Protokoll fis-seħħ, kif ukoll għas-sajd esploratorju. Madankollu, l-għoti ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet huwa soġġett għal-Liġijiet u għar-Regolamenti tal-SFM u għal qbil komuni.

Artikolu 8

Is-Sospensjoni u r-Reviżjoni tal-Ħlas tal-Kontribuzzjoni Finanzjarja

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2, il-Paragrafu 2(a) and 2(b) ta’ dan il-Protokoll għandha tiġi riveduta jew sospiża jekk:

a)

ċirkustanzi mhux tas-soltu, għajr fenomeni naturali, jimpedixxu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE tal-SFM; jew

b)

wara li jkunu saru tibdiliet sinifikanti fil-linji gwida tal-politika li jkunu wasslu għall-konklużjoni ta’ dan il-Protokoll, waħda mill-Partijiet titlob reviżjoni tad-dispożizzjonijiet sabiex ikunu jistgħu jiġu emendati; jew

c)

l-Unjoni Ewropea taċċerta li jkun seħħ ksur ta’ elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem fl-SFM, kif stabbilit bl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Kotonù.

2.   L-Unjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li tissospendi, totalment jew parzjalment, il-ħlas tal-kontribuzzjoni speċifika msemmija fl-Artikolu 2, il-Paragrafu 2(b), ta’ dan il-Protokoll:

a)

fejn ir-riżultati miksubin jinstabu li jkunu inkonsistenti mal-ipprogrammar wara l-evalwazzjoni mwettqa fi ħdan il-Kumitat Konġunt; jew

b)

jekk l-SFM jonqsu li jeżegwixxu din il-kontribuzzjoni speċifika.

3.   Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jibda hekk kif is-sitwazzjoni terġa’ lura għall-istatus ta’ qabel ma seħħew iċ-ċirkustanzi msemmija iktar ’il fuq u wara l-konsultazzjoni u l-ftehim taż-żewġ Partijiet li jikkonfermaw li s-sitwazzjoni x’aktarx tkun tħalli li jerġgħu jsiru attivitajiet tas-sajd normali.

Artikolu 9

Is-Sospensjoni u l-Għoti Lura ta’ Awtorizzazzjoni tas-Sajd

L-SFM jirriżervaw id-dritt li jissospendu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1, il-Paragrafu 2, ta’ dan il-Protokoll fejn:

a)

bastiment speċifiku jkun wettaq ksur serju kif definit mil-Liġijiet u r-Regolamenti tal-SFM; jew

b)

ordni tal-qorti maħruġa fir-rigward ta’ ksur minn bastiment speċifiku ma tkunx ġiet osservata minn sid il-bastiment. Malli l-ordni tal-qorti tiġi osservata, l-awtorizzazzjoni tas-sajd għall-bastiment għandha tingħata lura għall-perjodu li jkun baqa’ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd.

Artikolu 10

Is-Sospensjoni u l-Implimentazzjoni tal-Protokoll

1.   L-implimentazzjoni tal-Protokoll għandha tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet jekk:

a)

ċirkustanzi mhux tas-soltu, għajr fenomeni naturali, jimpedixxu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE tal-SFM; jew

b)

l-Unjoni Ewropea tonqos li tagħmel il-ħlas imsemmi fl-Artikolu 2, il-Paragrafu 2(a) ta’ dan il-Protokoll għal raġunijiet mhux imsemmijin fl-Artikolu 8 ta’ dan il-Protokoll; jew

c)

tqum tilwima bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-Protokoll jew l-implimentazzjoni tiegħu; jew

d)

waħda mill-Partijiet ma tosservax id-dispożizzjonijiet stabbiliti minn dan il-Protokoll; jew

e)

wara li jkunu saru tibdiliet sinifikanti fil-linji gwida tal-politika li jkunu wasslu għall-konklużjoni ta’ dan il-Protokoll, waħda mill-Partijiet titlob reviżjoni tad-dispożizzjonijiet sabiex ikunu jistgħu jiġu emendati; jew

f)

waħda mill-Partijiet taċċerta li jkun sar ksur ta’ elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif stabbilit bl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Kotonù.

2.   L-implimentazzjoni tal-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ Parti waħda jekk jiġi kkunsidrat li t-tilwima bejn il-Partijiet hija serja u jekk il-konsultazzjonijiet li jsiru bejn iż-żewġ Partijiet ma jirriżultawx fi ftehim bonarju.

3.   Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Protokoll għandha teżiġi li l-Parti kkonċernata tinnotifika l-intenzjoni tagħha bil-miktub mill-anqas tliet xhur qabel id-data meta s-sospensjoni għandha tieħu effett.

4.   Fil-każ li l-implimentazzjoni tiġi sospiża, il-Partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jsibu ftehim bonarju għat-tilwima tagħhom. Fejn jintħalaq ftehim bħal dan, l-implimentazzjoni tal-Protokoll għandha terġa’ tibda u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitnaqqas proporzjonatament u pro rata temporis skont il-perjodu li matulu l-implimentazzjoni tal-Protokoll kienet sospiża.

Artikolu 11

Il-Liġijiet u r-Regolamenti Nazzjonali

1.   L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea meta jkunu qed joperaw fiż-ŻEE tal-SFM għandhom ikunu rregolati mil-Liġijiet u r-Regolamenti applikabbli fl-SFM, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor fil-Ftehim, f’dan il-Protokoll u fl-Anness u fl-Appendiċijiet tiegħu.

2.   L-SFM għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni Ewropea dwar kull tibdil jew leġiżlazzjoni ġdida relatata mal-politika tas-sajd, mill-anqas 3 xhur qabel id-dħul fis-seħħ ta’ tibdil jew ta’ leġislazzjoni ġdida bħal din.

Artikolu 12

It-tħassir tal-Protokoll Preċedenti

Dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu jħassru u jissostitwixxu l-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previst fil-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja dwar is-sajd fl-Istati Federali tal-Mikroneżja, li daħal fis-seħħ fis-26 ta’ Frar 2007.

Artikolu 13

It-tul ta’ żmien

Dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu għandhom japplikaw għal perjodu ta’ ħames snin, sakemm ma jingħatax avviż ta’ terminazzjoni skont l-Artikolu 14 ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 14

It-Terminazzjoni

1.   F’każ ta’ terminazzjoni tal-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li titterminah, mill-anqas sitt xhur qabel id-data meta għandha tieħu effett tali terminazzjoni. Kif tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu ta’ qabel għandhom jibdew il-konsultazzjonijiet tal-Partijiet.

2.   Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Protokoll għas-sena li fiha t-terminazzjoni tidħol fis-seħħ għandu jitnaqqas proporzjonatament u pro rata temporis.

Artikolu 15

L-Applikazzjoni Provviżorja

Dan il-Protokoll għandu jkun applikat b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar.

Artikolu 16

Id-Dħul fis-seħħ

Dan il-Protokoll, bl-Anness tiegħu, għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li tlestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.

ANNESS

IL-KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD MINN BASTIMENTI TAL-UNJONI EWROPEA FL-SFM

KAPITOLU I

MIŻURI TA’ ĠESTJONI

TAQSIMA 1

Il-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd (liċenzji)

1.

Il-bastimenti awtorizzati biss jistgħu jiksbu awtorizzazzjoni tas-sajd biex jistadu fiż-Żona Ekonomika Esklussiva tal-Istati Federali tal-Mikroneżja (ŻEE tal-SFM).

2.

Biex bastiment ikun awtorizzat, is-sid u l-kaptan għandhom ikunu ħarsu l-obbligi preċedenti kollha li joriġinaw mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom fl-Istati Federali tal-Mikroneżja (SFM) skont il-Ftehim. Il-bastiment stess għandu jkollu klassifikazzjoni tajba fir-Reġistru Reġjonali tal-Bastimenti tas-Sajd tal-FFA u fir-Reġistru tal-Bastiment tas-Sajd tad-WCPFC.

3.

Il-bastimenti kollha tal-Unjoni Ewropea li japplikaw għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu rappreżentati minn aġent residenti fl-SFM. L-isem, l-indirizz u n-numri ta’ kuntatt ta’ dak l-aġent għandhom jiġu ddikjarati fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd.

4.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tippreżenta bil-posta elettronika (norma@mail.fm) lid-Direttur Eżekuttiv (Direttur Eżekuttiv) tal-Awtorità Nazzjonali ta’ Ġestjoni ta’ Riżorsi tal-Oċeani (in-NORMA tal-SFM) b’kopja lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea responsabbli mill-SFM (minn hawn ’il quddiem “id-Delegazzjoni”) applikazzjoni għal kull bastiment li jkun jixtieq jistad skont il-Ftehim mill-anqas 30 jum minn meta jibda t-terminu ta’ validità mitlub.

5.

L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu quddiem id-Direttur Eżekuttiv fuq il-formoli xierqa kkompilati skont il-mudell fl-Appendiċi 1a fil-każ tal-applikazzjoni għall-ewwel awtorizzazzjoni tas-sajd u fl-Appendiċi 1b fil-każ ta’ tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd.

6.

In-NORMA tal-SFM għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura li d-dejta li tkun irċeviet bħala parti mill-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd tiġi ittrattata bħala kunfidenzjali. Dik id-dejta għandha tintuża esklussivament fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Ftehim.

7.

L-applikazzjonijiet kollha għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokumenti li ġejjin:

a)

ħlas jew prova ta’ ħlas tat-tariffa għall-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd;

b)

kopja taċ-ċertifikat tat-tunnellaġġ, iċċertifikata mill-Istat Membru tal-Bandiera, bit-tunnellaġġ tal-bastiment muri f’tunellaġġ gross irreġistrat (GRT) jew f’tunellaġġ gross (GT);

c)

ritratt bil-kulur riċenti u ċċertifikat, ta’ mill-anqas 15 ċm × 10 ċm, li juri l-bastiment mill-ġenb fl-istat attwali tiegħu;

d)

kull dokument jew ċertifikat ieħor meħtieġ skont ir-regoli speċifiċi applikabbli għat-tip ta’ bastiment ikkonċernat skont dan il-Protokoll;

e)

ċertifikat ta’ klassifikazzjoni tajba fir-Reġistru Reġjonali ta’ Bastimenti tas-Sajd tal-FFA u fir-Reġistru tal-Bastiment tas-Sajd tad-WCPFC;

f)

kopja taċ-Ċertifikat tal-Assigurazzjoni bl-Ingliż validu għat-terminu tal-awtorizzazzjoni tas-sajd;

g)

tariffa tal-applikazzjoni jew prova tal-ħlas ta’ EUR 460 għal kull bastiment;

h)

kontribuzzjoni ta’ tariffa tal-osservatur ta’ EUR 1 500 għal kull bastiment.

8.

It-tariffi kollha għandhom jitħallsu fil-Kont tal-Gvern Nazzjonali tal-SFM fil-“Bank of FSM Micronesia”, f’Honolulu, Ħawaii. Id-dettalji bankarji huma dawn li ġejjin:

“Bank of FSM Micronesia”, Honolulu Hawaii

Numru tal-ABA - 1213-02373

Kreditu lil “Bank of FSM”, numru tal-kont: 08-18-5018

Detentur tal-kont: Il-Gvern Nazzjonali tal-SFM

9.

It-tariffi għandhom jinkludu l-ħlasijiet nazzjonali u lokali kollha ħlief għat-taxxi tal-port, imposti għal servizzi u tariffi ta’ trażbord.

10.

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti kollha għandhom jinħarġu kemm elettronikament kif ukoll f’għamla ta’ karta stampata lis-sidien tal-vapuri, b’kopja elettronika lill-Kummissjoni Ewropea u lid-Delegazzjoni fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta d-Direttur Eżekuttiv jirċievi d-dokumenti kollha msemmijin fil-Kapitolu I, it-Taqsima 1, il-Paragrafu 7, ta’ dan l-Anness. Il-kopja elettronika xorta waħda jkollha tkun sostitwita mill-karta stampata malli din tkun riċevuta.

11.

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu għal bastiment speċifiku u m’għandhomx ikunu trasferibbli.

12.

Fuq talba tal-Unjoni Ewropea, u fejn ikun hemm prova ta’ force majeure, awtorizzazzjoni tas-sajd ta’ bastiment għandha tinbidel għal awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida għal bastiment ieħor li l-karatteristiċi tiegħu jkunu jixbħu lil dawk tal-ewwel bastiment, għal perjodu li jifdal sakemm tintemm l-awtorizzazzjoni tas-sajd, mingħajr ma titħallas tariffa oħra. Jitqies il-qbid totali miż-żewġ bastimenti kkonċernati meta jitqies il-livell ta’ qbid minn bastimenti tal-Unjoni Ewropea biex ikun deċiż jekk ikollhomx isiru ħlasijiet addizzjonali mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 2, il-Paragrafu 4 tal-Protokoll.

13.

Is-sid tal-ewwel bastiment għandu jrodd lura l-awtorizzazzjoni tas-sajd lid-Direttur Eżekuttiv permezz tad-Delegazzjoni, biex tkun ikkanċellata.

14.

L-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih id-Direttur Eżekuttiv joħroġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd u tkun valida għal perjodu li jifdal tal-ewwel awtorizzazzjoni tas-sajd. Id-Delegazzjoni għandha tkun mgħarrfa bl-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida.

15.

L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinżamm abbord il-ħin kollu, għandha tintwera b’mod prominenti fil-kabina tat-tmunier, bla ħsara għall-Kapitolu V, it-Taqsima 3, il-Paragrafu 1, ta’ dan l-Anness. Għal perjodu raġjonevoli ta’ żmien wara l-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd, li m’għandux jaqbeż il-45 jum, u sakemm il-bastiment jirċievi l-awtorizzazzjoni tas-sajd oriġinali, dokument mibgħut elettronikament jew dokumentazzjoni oħra approvata mid-Direttur Eżekuttiv, ikun dokument validu u għandu jikkostitwixxi prova suffiċjenti għal fini ta’ sorveljanza, monitoraġġ u infurzar tal-Ftehim. Id-dokument li jasal elettronikament xorta waħda jkollu jiġi sostitwit mill-għamla tal-karta stampata malli din tkun riċevuta.

16.

Iż-żewġ Partijiet għandhom ifittxu li jaqblu bejniethom għall-finijiet tal-promozzjoni tal-introduzzjoni ta’ sistema ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd imsejsa esklussivament fuq l-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha deskritti hawn fuq. Iż-żewġ Partijiet għandhom ifittxu li jaqblu bejniethom għall-finijiet tal-promozzjoni tas-sostituzzjoni malajr tal-awtorizzazzjoni tas-sajd f’għamla ta’ karta stampata b’waħda elettronika ekwivalenti bħal-lista ta’ bastimenti awtorizzati jistadu fiż-ŻEE tal-SFM, kif speċifikat fil-Paragrafu 1 ta’ din it-Taqsima.

TAQSIMA 2

Il-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd – it-tariffi u l-ħlas bil-quddiem

1.

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom ikunu validi għal sena. Dawn jistgħu jiġġeddu. It-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandu jkun soġġett għall-għadd ta’ opportunitajiet tas-sajd disponibbli stabbiliti bil-Protokoll.

2.

It-tariffa għandha tkun ta’ EUR 35 għal kull tunnellata maqbuda fiż-ŻEE tal-SFM.

3.

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu malli jkunu tħallsu l-ammonti standards li ġejjin fil-Kont imsemmi fil-Kapitolu I, it-Taqsima 1, il-Paragrafu 8, ta’ dan l-Anness:

a)

EUR 15 000 għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bil-purse seine, ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 428 tunnellata ta’ tonn u speċijiet li jixbħu lit-tonn maqbudin kull sena. Għall-ewwel sena ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, għandu japplika l-ħlas bil-quddiem mis-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea magħmul diġà skont il-Protokoll ta’ qabel; u

b)

EUR 4 200 għal kull bastiment tas-sajd bil-konz, ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 120 tunnellata ta’ tonn u speċijiet li jixbħu lit-tonn.

4.

Id-dikjarazzjoni finali tat-tariffi dovuti għas-sena tas-sajd għandha ssir mill-Kummissjoni Ewropea sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena għall-ammonti maqbudin matul is-sena ta’ qabel u abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qbid magħmulin minn kull sid ta’ bastiment. Id-dejta għandha tkun ikkonfermata mill-istituti xjentifiċi responsabbli mill-verifika ta’ dejta ta’ qbid tal-Unjoni Ewropea (Institut de Recherche pour le Development (IRD), Instituto Español de Oceanografía (IEO) jew Instituto Portugues de Investigaçao Maritima (IPIMAR)).

5.

Id-dikjarazzjoni tat-tariffi magħmula mill-Kummissjoni Ewropea għandha tintbagħat lid-Direttur Eżekuttiv għal verifika u approvazzjoni.

In-NORMA tal-SFM tista’ tikkontesta r-rendikont tat-tariffi fi żmien 30 jum mid-data tal-fattura tad-dikjarazzjoni u, f’każ ta’ nuqqas ta’ ftehim, titlob li jissejjaħ il-Kumitat Konġunt.

Jekk ma jkunx hemm oġġezzjonijiet fi żmien 30 jum mid-data tal-fattura tad-dikjarazzjoni, id-dikjarazzjoni tat-tariffi titqies li tkun aċċettata min-NORMA tal-SFM.

6.

Id-dikjarazzjoni finali tat-tariffi għandha tkun innotifikata fl-istess waqt u mingħajr dewmien lid-Direttur Eżekuttiv, lid-Delegazzjoni u lis-siden tal-bastimenti permezz tal-amministrazzjonijiet nazzjonali tagħhom.

7.

Kull ħlas addizzjonali għandu jsir mis-sidien tal-bastimenti lill-SFM fi żmien ħamsa u erbgħin (45) jum min-notifika tad-dikjarazzjoni finali kkonfermata, fil-kont imsemmi fil-Kapitolu I, it-Taqsima 1, il-Paragrafu 8, ta’ dan l-Anness.

8.

Madankollu, jekk l-ammont tad-dikjarazzjoni finali jkun anqas mill-ħlas bil-quddiem imsemmi fil-Paragrafu 3 ta’ din it-Taqsima, il-bilanċ li jirriżulta m’għandux jitħallas lura lil sid il-bastiment.

KAPITOLU II

ŻONI U ATTIVITÀ TAS-SAJD

TAQSIMA 1

Iz-żoni tas-sajd

1.

Il-bastimenti msemmijin fl-Artikolu 1 tal-Protokoll għandhom ikunu awtorizzati jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE tal-SFM, ħlief fl-ilmijiet territorjali u fix-xtut indikati b’isimhom u murijin fil-mapep: DMAHTC Nru 81019 (It-Tieni Edizzjoni, Marzu 1945; riveduta 7/17/72, korretta b’NM 3/78 tal-21 ta’ Ġunju 1978, DMAHTC Nru 81023 (It-Tielet Edizzjoni, is-7 ta’ Awwissu 1976) u DMAHATC Nru 81002 (Ir-Raba’ Edizzjoni, is-26 ta’ Jannar 1980, korretta b’NM 4/48). Id-Direttur Eżekuttiv għandu jikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea kull modifika għal dawn iż-żoni magħluqa msemmijin mill-anqas xahrejn qabel l-applikazzjoni tagħhom.

2.

F’kull każ, m’għandu jitħalla jsir ebda sajd ’il ġewwa minn radju ta’ 2 mili nawtiċi minn kull irkaptu tal-aggregazzjoni tal-ħut ankrat tal-Gvern tal-SFM, jew ta’ kull ċittadin ieħor jew entità oħra, li dwaru tkun ingħatat notifika ta’ fejn ikun jinsab permezz ta’ koordinati ġeografiċi, u 'l ġewwa mil nawtiku minn kull sikka taħt l-ilma kif murija fil-mapep fil-Paragrafu 1 hawn fuq.

TAQSIMA 2

L-attivitajiet tas-sajd

1.

Għandu jitħalla jsir sajd biss jew sajd bil-purse seine jew minn bastimenti tas-sajd bil-konz għat-tonn jew għal speċijiet li jixbħu lit-tonn. Kull qabda inċidentali ta’ speċijiet ta’ ħut minbarra t-tonn għandha tkun irrapportata lin-NORMA tal-SFM.

2.

L-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jitwettqu skont ir-rekwiżiti tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tad-WCPFC, inkluż is-CMM-2008-01.

3.

Ma jitħalliex isir sajd tal-qiegħ jew għall-qroll fiż-ŻEE tal-SFM.

4.

Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jkun jeħtiġilhom jistivaw kull irkaptu tas-sajd kull meta bastimenti bħal dawn ikunu fl-ilmijiet interni ta’ kull Stat, fil-Baħar Territorjali jew mil ’il ġewwa minn sikek li jinsabu taħt l-ilma.

5.

Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom iwettqu l-attivitajiet kollha tas-sajd b’mod li ma jfixkilx sajd tradizzjonali u li għandu bażi lokali, u għandhom jeħilsu l-fkieren kollha, mammiferi tal-baħar, għasafar tal-baħar u ħut tas-sikek b’mod li jipprovdi lil din il-qabda mħallta bl-aqwa opportunità li tibqa’ ħajja.

6.

Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea, il-kaptani u l-operaturi tagħhom, għandhom iwettqu l-attivitajiet tas-sajd kollha b’mod li ma jfixklux l-operazzjonijiet tas-sajd ta’ bastimenti oħra tas-sajd, u m’għandux ikollhom x’jaqsmu ma’ rkaptu tas-sajd ta’ bastimenti oħra tas-sajd.

KAPITOLU III

MONITORAĠĠ

TAQSIMA 1

L-arranġamenti għar-reġistrazzjoni tal-qbid

1.

Il-kaptani tal-bastimenti għandhom jirreġistraw fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd tagħhom l-informazzjoni elenkata fl-Appendiċi 2a u 2b. Il-bastimenti ta’ aktar minn 24 metru tul għandhom jibagħtu elettronikament dejta dwar il-qbid/dejta tal-ġurnal ta’ abbord mill-1 ta’ Jannar 2010 u gradwalment, mill-2012, anki bastimenti twal aktar minn 12-il metru. Iż-żewġ Partijiet għandhom ifittxu li jaqblu bejniethom għall-finijiet tal-promozzjoni tal-introduzzjoni ta’ dejta tal-qbid b’sistema msejsa esklussivament fuq l-iskambju elettroniku tal-informazzjoni kollha deskritta hawn fuq. Iż-żewġ Partijiet għandhom ifittxu li jaqblu bejniethom għall-finijiet tal-promozzjoni tas-sostituzzjoni malajr tal-formati tal-karta tal-ġurnali ta’ abbord b’formati elettroniċi.

2.

Jekk ma jkunux intefgħu kalati minn bastiment għal jum partikolari, jew jekk tkun intefgħet kalata u ma jkunx inqabad ħut, il-kaptan tal-bastiment għandu jkun jeħtieġlu jirreġistra din l-informazzjoni fuq il-formola ta’ kuljum tal-ġurnal ta’ abbord. F’jiem fejn ma jsirux operazzjonijiet tas-sajd, qabel nofsillejl ħin lokali ta’ dak il-jum, il-bastiment għandu jirreġistra l-fatt li ma jkunux saru operazzjonijiet fil-ġurnal ta’ abbord.

3.

Il-ħin u d-data tad-dħul fiż-ŻEE tal-SFM u l-ħruġ minnha għandhom ikunu rreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord minnufih wara d-dħul fiż-ŻEE tal-SFM u l-ħruġ minnha.

4.

Għall-qbid inċidentali ta’ speċijiet minbarra t-tonn, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jirreġistraw l-ispeċijiet ta’ ħut maqbud u d-daqs u l-kwantità ta’ kull speċi skont il-piż jew l-għadd, kif speċifikat fil-ġurnal ta’ abbord, kemm jekk il-qbid jinżamm abbord il-bastiment u kemm jekk jintefa’ lura l-baħar.

5.

Il-ġurnali ta’ abbord għandhom jimtlew kuljum b’mod li jinqraw u jkunu ffirmati mill-kaptan tal-bastiment.

SEZZJONI 2

L-arranġamenti għall-komunikazzjoni tal-qbid

1.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, it-tul ta’ vjaġġ tas-sajd minn bastiment tal-Unjoni Ewropea għandu jkun definit kif ġej:

a)

jew għall-perjodu bejn id-dħul fiż-ŻEE tal-SFM u l-ħruġ minnha;

b)

jew għall-perjodu bejn id-dħul fiż-ŻEE tal-SFM u t-trażbord;

c)

jew għall-perjodu bejn id-dħul fiż-ŻEE tal-SFM u l-ħatt l-art fil-port tal-SFM.

2.

Il-bastimenti kollha tal-Unjoni Ewropea awtorizzati jistadu fiż-ŻEE tal-SFM skont il-Ftehim għandhom jikkomunikaw il-qabdiet tagħhom fiż-ŻEE tal-SFM lid-Direttur Eżekuttiv bil-mod li ġej:

a)

Il-formoli kollha ffirmati tal-ġurnal ta’ abbord għandhom jintbagħtu permezz taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istati Membri tal-Bandiera liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tal-SFM u lill-Kummissjoni Ewropea b’mezzi elettroniċi, fi żmien 5 ijiem wara kull operazzjoni ta’ ħatt l-art jew trażbord;

b)

Il-kaptan ta’ bastiment għandu jibgħat kull ġimgħa rapport tal-qbid bl-informazzjoni elenkata fl-Appendiċi 3, il-Parti 3 lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Kummissjoni Ewropea. Il-pożizzjonijiet ta’ kull ġimgħa u r-rapporti tal-qbid għandhom jinżammu abbord sakemm jintemmu l-operazzjonijiet ta’ ħatt l-art jew trażbord.

3.

Dħul fiż-żona u l-ħruġ minnha:

a)

Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jinnotifikaw lid-Direttur Eżekuttiv mill-anqas 24 siegħa minn qabel dwar l-intenzjoni tagħhom li jidħlu fiż-ŻEE tal-SFM, u minnufih wara li joħorġu minnha. Malli l-bastimenti jidħlu fiż-ŻEE tal-SFM, huma għandhom jgħarrfu lid-Direttur Eżekuttiv bil-fax jew bil-posta elettronika skont il-kampjun ipprovdut fl-Appendiċi 3 jew bir-radju.

b)

Meta javżaw dwar il-ħruġ, il-bastimenti għandhom ukoll jikkomunikaw il-pożizzjoni tagħhom u l-volum u l-ispeċijiet tal-qabdiet miżmuma abbord skont il-kampjun ipprovdut fl-Appendiċi 3. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom isiru preferibbilment bil-fax, iżda jekk dan ma jsirx, fil-każ ta’ bastimenti mingħajr fax, bil-posta elettronika jew bir-radju.

4.

Il-bastimenti li jinstabu jistadu mingħajr ma jkunu għarrfu lid-Direttur Eżekuttiv għandhom jitqiesu bħala bastimenti mingħajr awtorizzazzjoni tas-sajd.

5.

Il-bastimenti jkunu mgħarrfa wkoll bin-numri tal-feks u t-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika tan-NORMA tal-SFM meta tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd.

6.

Kull bastiment tal-Unjoni Ewropea għandu jħalli minnufih il-ġurnali ta’ abbord u r-Rapporti tal-Qbid disponibbli għall-ispezzjoni minn uffiċjali tal-infurzar u minn individwi u entitajiet oħra awtorizzati min-NORMA tal-SFM.

TAQSIMA 3

Sistema ta’ monitoraġġ ta’ bastimenti

1.

Kull bastiment tal-Unjoni Ewropea jeħtieġlu jkun konformi mas-Sistema ta’ Monitoraġġ ta’ Bastimenti tal-FFA (FFA VMS) li attwalment tapplika fiż-ŻEE tal-SFM meta jkun qed jopera fiż-ŻEE tal-SFM. Kull bastiment tal-Unjoni Ewropea għandha titwaħħallu abbord unità ċellulari ta’ trażmissjoni (MTU) approvata mill-FFA, li għandha tinżamm u tkun għalkollox operattiva kull ħin. Il-bastiment u l-operatur jaqblu li ma jmissux, ma jneħħux jew jaraw li ma titneħħiex kwalunkwe MTU mill-bastiment wara li titwaħħal, ħlief għal finijiet ta’ manutenzjoni u tiswija kif meħtieġ. L-operatur u kull bastiment għandhom ikunu responsabbli għall-ispejjeż tax-xiri, il-manutenzjoni u t-tħaddim tal-MTU, u għandhom jikkooperaw bis-sħiħ man-NORMA tal-SFM fl-użu tagħha.

2.

Il-Paragrafu 1 hawn fuq ma jżommx lill-Partijiet milli jqisu għażliet alternattivi ta’ VMS kompatibbli mal-VMS tad-WCPFC.

TAQSIMA 4

Il-ħatt l-art

1.

Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jkunu jixtiequ jħottu l-art qabdiet fil-portijiet tal-SFM għandhom jagħmlu dan fil-portijiet indikati tal-SFM. Lista ta’ dawn il-portijiet indikati tidher fl-Appendiċi 4.

2.

Is-sidien ta’ bastimenti bħal dawn għandhom jinnotifkaw l-informazzjoni li ġejja lid-Direttur Eżekuttiv u lill-FMC tal-Istat Membru tal-Bandiera mill-anqas 48 siegħa minn qabel skont il-kampjun ipprovdut fl-Appendiċi 3, il-Parti 4. Jekk isir ħatt l-art f’port barra miż-ŻEE tal-SFM, għandha ssir notifika bl-istess kondizzjonijiet imsemmijin qabel, lill-Istat tal-port fejn ikun se jsir il-ħatt l-art u lill-FMC tal-Istat Membru tal-Bandiera.

3.

Il-kaptani tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jħottu l-art f’port tal-SFM għandhom iħallu li ssir u jiffaċilitaw l-ispezzjoni ta’ ħatt l-art bħal dan minn spetturi tal-SFM. Malli l-ispezzjoni titlesta, għandu jinħareġ ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment.

4.

Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea m’għandhomx jarmu ħut jew qbid inċidentali f’port, ikun liema jkun, jew jagħtu b’xejn ħut jew qbid inċidentali lil persuni jew entitajiet, ikunu liema jkunu, qabel awtorizzazzjoni bil-miktub mill-awtorità xierqa fl-Istat milqut tal-SFM u approvazzjoni minn qabel bil-miktub min-NORMA tal-SFM.

TAQSIMA 5

It-trażbord

1.

Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jkunu jixtiequ jwettqu trażbord ta’ qabdiet fl-ilmijiet tal-SFM għandhom jagħmlu hekk f’portijiet indikati tal-SFM. Lista ta’ dawn il-portijiet indikati tidher fl-Appendiċi 4.

2.

Is-sidien ta’ vapuri bħal dawn għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja lid-Direttur Eżekuttiv mill-anqas 48 siegħa minn qabel.

3.

It-trażbord għandu jitqies bħala t-tmiem ta’ vjaġġ. Il-bastimenti, għalhekk, għandhom jibagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-qbid tagħhom lid-Direttur Eżekuttiv u jgħidu jekk ikunux biħsiebhom jissoktaw jistadu jew jitilqu miż-ŻEE tal-SFM.

4.

Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jistadu fiż-ŻEE tal-SFM m’għandhomx, fl-ebda ċirkostanza, iwettqu trażbord minn fuq il-baħar tal-qabda tagħhom.

5.

Kull trażbord ta’ qabdiet mhux koperti minn dak li jingħad hawn fuq għandu jkun ipprojbit fiż-ŻEE tal-SFM. Kull persuna li tikser din id-dispożizzjoni tista’ teħel il-pieni skont il-Liġijiet u r-Regolamenti tal-SFM.

6.

Il-kaptani ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jwettqu operazzjonijiet tat-trażbord f’port tal-SFM għandhom iħallu li ssir u jiffaċilitaw l-ispezzjoni ta’ operazzjonijiet bħal dawn minn spetturi tal-SFM. Malli l-ispezzjoni titlesta, għandu jinħareġ ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment.

7.

Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea m’għandhomx jarmu ħut jew qbid inċidentali f’port, ikun liema jkun, jew jagħtu b’xejn ħut jew qbid inċidentali lil persuni jew entitajiet, ikunu liema jkunu, qabel awtorizzazzjoni bil-miktub mill-awtorità xierqa fl-Istat milqut tal-SFM u approvazzjoni minn qabel bil-miktub min-NORMA tal-SFM.

KAPITOLU IV

OSSERVATURI

1.

Meta jippreżentaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd, kull bastiment ikkonċernat tal-Unjoni Ewropea għandu jħallas tariffa għall-allokazzjoni ta’ osservatur, kif speċifikat fil-Kapitolu I, it-Taqsima 1, il-Paragrafu 7(h), fil-Kont imsemmi fil-Kapitolu I, it-Taqsima 1, il-Paragrafu 8, ta’ dan l-Anness, speċifikatament għall-programm tal-osservaturi.

2.

Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea awtorizzati jistadu fiż-ŻEE tal-SFM skont il-Ftehim għandhom itellgħu abbord osservaturi bil-kondizzjonijiet stabbiliti hawn taħt:

A.

Għall-bastimenti tas-sajd bil-purse seine:

Il-bastimenti tas-sajd bil-purse seine tal-Unjoni Ewropea għandhom dejjem ikollhom abbord osservatur maħtur jew mill-Programm ta’ Osservazzjoni tas-Sajd tal-SFM jew mill-Programm ta’ Osservazzjoni Reġjonali tad-WCPFC (WCPFC POR) waqt li jkunu joperaw fiż-ŻEE tal-SFM.

B.

Għall-bastimenti tas-sajd bil-konz:

a)

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddeċiedi kull sena l-ambitu tal-programm ta’ osservazzjoni abbord abbażi tal-għadd ta’ bastimenti awtorizzati jistadu fiż-ŻEE tal-SFM tal-istat tar-riżorsi fil-mira ta’ dan il-bastimenti. Huwa/hija għandu/ha jiddeċiedi/tiddeċiedi skont l-għadd jew il-perċentwali ta’ bastimenti li jkunu jeħtieġu itellgħu osservatur abbord.

b)

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħmel lista ta’ bastimenti indikati li jtellgħu osservatur abbord u lista ta’ osservaturi maħturin. Dawn il-listi għandhom jinżammu aġġornati. Dawn għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif isiru u kull tliet xhur wara meta jkunu aġġornati.

c)

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jgħarraf lis-sidien tal-bastimenti kkonċernati, jew lill-aġenti tagħhom, dwar l-intenzjonijiet tiegħu li jtellgħu osservatur maħtur abbord il-bastimenti tagħhom fiż-żmien meta tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, jew mhux aktar tard minn ħmistax (15)-il jum qabel ma l-osservatur jimbarka u li ismu għandu jkun innotifikat malajr kemm jista’ jkun.

d)

Iż-żmien li l-osservaturi jqattgħu abbord għandu jkun iffissat mid-Direttur Eżekuttiv, iżda bħala regola ġenerali, dan iż-żmien m’għandux ikun aktar minn dak meħtieġ biex dawn jaqdu d-dmirijiet tagħhom. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jgħarraf lis-sidien tal-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom dwar dan meta jinnotifikahom bl-isem tal-osservatur maħtur biex joqgħod abbord il-bastiment ikkonċernat.

3.

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-Paragrafu 2A, is-sidien tal-bastimenti ikkonċernati għandhom jgħarrfu f’liema portijiet tal-SFM u f’liema dati huma jkunu biħsiebhom itellgħu abbord l-osservaturi 10 ijiem qabel id-data ppjanata li jittella’ osservatur mal-bidu ta’ vjaġġ.

4.

Fejn osservaturi jittellgħu abbord f’port barrani, l-ispejjeż tagħhom tal-ivvjaġġar għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment. Jekk bastiment b’osservatur abbord mill-SFM joħroġ miż-ŻEE tal-SFM, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha biex ikun żgurat li l-osservatur imur lura fl-SFM malajr kemm jista’ jkun bl-ispejjeż imħallsa minn sid il-bastiment.

5.

Jekk l-osservatur ma jkunx preżenti fil-ħin u l-post miftiehma, u tul is-sitt (6) sigħat wara l-ħin miftiehem, is-sidien tal-bastimenti jinħallu awtomatikament mill-obbligu li jtellgħu l-osservatur abbord.

6.

L-osservaturi għandhom ikunu ttrattati bħala uffiċjali. Huma għandhom jagħmlu x-xogħol li ġej:

a)

josservaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti;

b)

jivverifikaw il-pożizzjoni ta’ bastimenti li jwettqu operazzjonijiet tas-sajd;

c)

jieħdu kampjuni bijoloġiċi fil-kuntest ta’ programmi xjentifiċi;

d)

jinnutaw l-irkaptu tas-sajd użat;

e)

jivverifikaw id-dejta tas-sajd għaż-ŻEE tal-SFM irreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord;

f)

jivverifikaw il-perċentwali ta’ qabdiet inċidentali u jagħmlu stima tal-kwantità ta’ rimi ta’ speċijiet ta’ ħut bil-pinen, krustaċej, ċefalopodi u mammiferi tal-baħar li jistgħu jitqiegħdu fis-suq;

g)

jirrapportaw dwar dejta tas-sajd darba fil-ġimgħa permezz tar-radju, inkluża l-kwantità ta’ qabdiet u qabdiet inċidentali abbord.

7.

Il-kaptani għandhom iħallu osservaturi awtorizzati jitilgħu abbord bastimenti awtorizzati joperaw fiż-ŻEE tal-SFM u għandhom jagħmlu kulma jistgħu biex jiżguraw li l-osservaturi jaqdu d-dmirijiet tagħhom b’mod sikur u bla ħsara:

a)

Il-kaptan għandu jħalli u jgħin lil osservatur awtorizzat bħal dak jitla’ abbord il-bastiment għal funzjonijiet xjentifiċi, monitoraġġ u funzjonijiet oħra;

b)

Il-kaptan għandu jgħin lill-osservatur ikollu aċċess sħiħ għall-użu tal-faċilitajiet u t-tagħmir abbord il-bastiment, li l-osservatur awtorizzat jista’ jqis li jkunu meħtieġa għall-qadi tad-dmirijiet tal-osservatur;

c)

L-osservaturi għandu jkollhom aċċess għall-pont, għall-ħut abbord u għat-taqsimiet li jistgħu jintużaw biex iżommu, jipproċessaw, jiżnu u jaħżnu l-ħut;

d)

L-osservaturi jistgħu jieħdu għadd raġjonevoli ta’ kampjuni u għandu jkollhom aċċess sħiħ għar-reġistri tal-bastiment, inklużi l-ġurnali tiegħu, ir-rapporti tal-qbid u d-dokumentazzjoni għall-fini ta’ spezzjoni u kkuppjar; u

e)

L-osservaturi għandhom jitħallew jiġbru kull informazzjoni oħra b’rabta mas-sajd fiż-ŻEE tal-SFM.

8.

Waqt li jkunu abbord, l-osservaturi għandhom:

a)

jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li l-preżenza tagħhom ma tfixkilx l-operat normali tal-bastiment; u

b)

iħarsu l-materjal u t-tagħmir li jkun abbord, u l-kunfidenzjalità tad-dokumenti kollha li jkunu tal-bastiment.

9.

Fi tmiem il-perjodu ta’ osservazzjoni u wara stħarriġ b’mistoqsijiet dwar x’ikun seħħ, isir rapport tal-attivitajiet, li jkun iffirmat fil-preżenza tal-kaptan li jista’ jagħmel kummenti addizzjonali li jkunu rilevanti, u wara jiffirmah. Kopji tar-rapport għandhom jingħataw lill-kaptan meta l-osservatur jinżel l-art, u lid-Delegazzjoni.

10.

Is-sidien tal-bastimenti għandhom iħallsu l-ispiża għall-akkomodazzjoni tal-osservaturi bl-istess kondizzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-bastiment.

11.

Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur għandhom jitħallsu minn-NORMA tal-SFM meta l-bastiment ikun qed jopera fiż-ŻEE tal-SFM.

KAPITOLU V

KONTROLL U INFURZAR

TAQSIMA 1

L-identifikazzjoni tal-bastimenti

1.

Għal finijiet tas-sikurezza fis-sajd u fuq il-baħar, kull bastiment għandu jkun immarkat u identifikat skont l-ispeċifikazzjoni standard approvata tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Biedja (FAO) għall-immarkar u l-identifikazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd.

2.

L-ittra/ittri tal-port jew tad-distrett fejn il-bastiment ikun irreġistrat u n-numru/numri li bihom ikun irreġistrat għandhom ikunu miżbugħin jew murija fuq iż-żewġ naħat tal-pruwa, ’il fuq mill-ilma kemm jista’ jkun biex ikunu jidhru b’mod ċar mill-baħar u mill-ajru, b’kulur li jikkontrasta mal-isfond li fuqu jkunu miżbugħin. L-isem tal-bastiment u l-port ta’ reġistrazzjoni tiegħu għandhom jinżebgħu ukoll fuq il-pruwa u l-poppa tal-bastiment.

3.

L-SFM u l-Unjoni Ewropea jistgħu jeżiġu, jekk ikun meħtieġ, li l-kodiċi internazzjonali tar-radju (IRCS), in-numru tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), jew l-ittri u n-numri tar-reġistrazzjoni esterna, jinżebgħu fuq nett tal-kabina tat-tmunier, biex ikunu jidhru b’mod ċar mill-ajru, b’kulur li jikkontrasta mal-isfond li fuqu jkunu miżbugħin;

a)

Il-kuluri kontrastanti għandhom ikunu l-abjad u l-iswed; u

b)

L-ittri u n-numri ta’ registrazzjoni esterni miżbugħin jew murijin fuq il-buq tal-bastiment m’għandhomx ikunu jistgħu jitneħħew, jitħassru, jinbidlu jew ikunu illeġibbli, mgħottijin jew moħbijin.

4.

Kull bastiment li ma jurix ismu u l-kodiċi tar-radju jew l-ittri tal-kodiċi bil-mod preskritt jista’ jittieħed bi skorta lejn port tal-SFM għal aktar stħarriġ.

5.

L-operatur tal-bastiment għandu jiżgura l-monitoraġġ kontinwu tal-frekwenza internazzjonali għas-sejħiet u tas-sitwazzjonijiet perikolużi (2 182) kHz (HF), u/jew il-frekwenza internazzjonali ta’ sikurezza u sejħa (156.8) MHz (Kanal 16, VHF-FM) biex titħaffef il-komunikazzjoni mal-awtoritajiet tal-ġestjoni, is-sorveljanza u l-infurzar tas-sajd tal-Gvern tal-SFM.

6.

L-operatur tal-bastiment għandu jiżgura li kopja reċenti u aġġornata tal-Kodiċi Internazzjonali tas-Sinjali (INTERCO) tkun abbord u aċċessibbli f’kull ħin.

SEZZJONI 2

Il-komunikazzjoni mal-bastimenti tal-għassa tal-istati federali tal-mikroneżja

1.

Il-komunikazzjoni bejn il-bastimenti bil-permess u l-bastimenti tal-għassa tal-Gvern għandha ssir b’kodiċijiet ta’ sinjali internazzjonali kif ġej:

Kodiċi ta’ Sinjal Internazzjonali – Tifsir:

L

Ieqaf minnufih

SQ3

Ieqaf jew naqqas il-veloċità, nixtieq nitla’ abbord il-bastiment tiegħek

QN

Qiegħed il-bastiment tiegħek fuq in-naħa tal-lemin tal-bastiment tagħna

QN1

Qiegħed il-bastiment tiegħek fuq in-naħa tal-bastiment tagħna

TD2

Il-bastiment tiegħek huwa bastiment tas-sajd?

C

Iva

N

Le

QR

Ma nistgħux inqiegħdu l-bastiment tagħna maġenb il-bastiment tiegħek

QP

Se nqiegħdu l-bastiment tagħna maġenb il-bastiment tiegħek

2.

L-SFM għandhom jagħtu lill-Kummissjoni Ewropea lista tal-Bastimenti tal-Għassa kollha li għandhom jintużaw għall-finijiet tal-kontroll tas-sajd. Din il-lista għandha tinkludi d-dettalji kollha relatati ma’ dawk il-bastimenti, jiġifieri: Isem, Bandiera, Tip, ritratt, marki ta’ identifikazzjoni esterna, IRCS u kapaċità ta’ komunikazzjoni.

3.

Il-Bastimenti tal-Għassa għandhom ikunu mmarkati u identifikabbli b’mod ċar bħala li jkunu fl-użu/fis-servizz tal-gvern.

TAQSIMA 3

Il-lista ta’ bastimenti

Il-Kummissjoni Ewropea għandha żżomm lista aġġornata tal-bastimenti li lilhom tkun inħarġitilhom awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll. Din il-lista għandha tkun innotifikata lill-awtoritajiet tal-SFM responsabbli mill-ispezzjoni tas-sajd malli titlesta u kull darba li tkun aġġornata.

TAQSIMA 4

Il-liġijiet u regolamenti applikabbli

Il-bastiment u l-operaturi tiegħu għandhom iħarsu strettament dan l-Anness u l-liġijiet u r-regolamenti tal-SFM u tal-Istati tagħhom. Huma għandhom iħarsu wkoll it-trattati, il-konvenzjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali tal-ġestjoni tas-sajd li tagħhom kemm l-SFM kif ukoll l-Unjoni Ewropea huma partijiet. In-nuqqas ta’ ħarsien strett ta’ dan l-Anness u tal-liġijiet u r-regolamenti tal-SFM u l-Istati tagħhom jista’ jġib miegħu multi sostanzjali u pieni ċivili u kriminali oħra.

TAQSIMA 5

Il-proċeduri ta’ kontroll

1.

Il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE tal-SFM għandhom jippermettu u jiffaċilitaw it-tlugħ abbord u l-qadi tad-dmirijiet minn kull uffiċjal awtorizzat tal-infurzar tal-SFM responsabbli mill-ispezzjoni u l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd kull ħin fiż-ŻEE tal-SFM jew fl-Ilmijiet Territorjali jew fl-ilmijiet interni ta’ kull Stat tal-SFM.

2.

Sabiex jiġu ffaċilitati proċeduri ta’ spezzjoni aktar sikuri, it-tlugħ abbord jista’ jsir b’avviż minn qabel mibgħut lill-bastiment, inklużi l-identità tal-pjattaforma ta’ spezzjoni u l-isem tal-ispettur.

3.

L-uffiċjali ta’ infurzar għandu jkollhom aċċess sħiħ għar-reġistrazzjonijiet tal-bastiment, inklużi l-ġurnali ta’ abbord, ir-Rapporti tal-Qbid, id-dokumentazzjoni u kull tagħmir elettroniku użat għar-reġistrazzjoni jew il-ħżin ta’ dejta, u l-kaptan tal-bastiment għandu jippermetti lil uffiċjali awtorizzati bħal dawn jieħdu notazzjoni ta’ kull permess maħruġ min-NORMA tal-SFM jew ta’ dokumentazzjoni oħra meħtieġa skont il-Ftehim.

4.

Il-kaptan għandu jikkonforma minnufih ma’ kull struzzjoni raġonevoli mogħtija mill-uffiċjali awtorizzati, u għandu jiffaċilita t-tlugħ abbord sikur, u jiffaċilita l-ispezzjoni tal-bastiment, l-irkaptu, it-tagħmir, ir-reġistrazzjonijiet, il-ħut u l-prodotti tal-ħut.

5.

Il-kaptan tal-bastiment jew l-ekwipaġġ m’għandhomx jattakkaw, ifixklu, jirreżistu, idewmu, jirrifjutaw it-tlugħ abbord, jintimidaw uffiċjal awtorizzat jew jindaħlulu fil-qadi ta’ dmirijietu.

6.

Dawn l-uffiċjali m’għandhomx jibqgħu abbord aktar milli meħtieġ għall-qadi ta’ dmirijiethom.

7.

Fejn ma jkunx hemm konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu, l-SFM jirriżervaw id-dritt li jissospendu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment li jwettaq l-offiża sakemm jitlestew il-formalitajiet u jkunu applikati l-penalitajiet stabbiliti fil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tal-SFM. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun mgħarrfa b’dan.

8.

Malli titlesta l-ispezzjoni, għandu jinħareġ ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment.

9.

L-SFM għandhom jiżguraw li l-persunal kollu involut direttament fl-ispezzjoni tal-bastimenti tas-sajd koperti minn dan il-Ftehim ikollu l-ħiliet kollha meħtieġa biex imexxi spezzjoni tas-sajd u jkun familjari mas-sajd ikkonċernat. Matul l-ispezzjoni abbord il-bastimenti tas-sajd koperti minn dan il-Ftehim, l-ispetturi tas-sajd tal-SFM għandhom jiżguraw li l-ekwipaġġ, il-bastiment u t-tagħbija tagħhom ikunu ttrattati bir-rispett sħiħ li jixraq skont dispożizzjonijiet internazzjonali previsti fil-Proċeduri tad-WCPFC dwar Tlugħ Abbord u Spezzjoni.

TAQSIMA 6

Il-proċedura tal-arrest

1.   L-arrest tal-bastimenti tas-sajd

a)

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jgħarraf lid-Delegazzjoni, fi żmien 24 siegħa, dwar kull arrest u piena imposta fuq bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-ŻEE tal-SFM.

b)

Id-Delegazzjoni għandha fl-istess waqt tirċievi rapport qasir dwar iċ-ċirkustanzi u r-raġunijiet li wasslu għall-arrest.

2.   Id-dikjarazzjoni tal-arrest

a)

Wara li l-uffiċjal tal-ispezzjoni jkun fassal id-dikjarazzjoni, il-kaptan tal-bastiment għandu jiffirmaha.

b)

Din il-firma għandha tkun bla ħsara għad-drittijiet tal-kaptan jew għal kull difiża li huwa jista’ jagħmel dwar l-allegat ksur.

c)

Il-kaptan għandu jieħu l-bastiment f’port indikat mill-uffiċjal tal-ispezzjoni. Fil-każ ta’ ksur żgħir, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jawtorizza lill-bastiment li jkun sar tlugħ fuqu biex jissokta bl-attivitajiet tiegħu tas-sajd.

3.   Il-laqgħa ta’ konsultazzjoni f’każ ta’ arrest

a)

Qabel ma jitqiesu xi miżuri fir-rigward tal-kaptan jew l-ekwipaġġ tal-bastiment jew xi azzjoni fir-rigward tat-tagħbija u t-tagħmir tal-bastiment, minbarra dawk li jissalvagwardjaw xhieda b’rabta mal-allegat ksur, għandha tinżamm laqgħa ta’ konsultazzjoni, fi żmien jum tax-xogħol mill-wasla tal-informazzjoni msemmija hawn fuq, bejn id-Delegazzjoni u d-Direttur Eżekuttiv, li għaliha jista’ jattendi rappreżentant tal-Istati Membri tal-Bandiera kkonċernati.

b)

Fil-laqgħa, il-Partijiet għandhom jagħtu lil xulxin kull dokumentazzjoni jew informazzjoni rilevanti li tgħin biex jiġu ċċarati ċ-ċirkustanzi tal-fatti stabbiliti. Sid-il-vapur jew l-aġent tiegħu għandu jkun mgħarraf bir-riżultat tal-laqgħa u b’kull miżura b’riżultat tal-arrest.

4.   Is-soluzzjoni tal-arrest

a)

Qabel kull proċedura ġudizzjarja, għandu jsir attentat biex tinstab soluzzjoni għall-allegat ksur permezz ta’ proċedura ta’ kompromess. Din il-proċedura għandha tintemm mhux aktar tard minn erbat (4) ijiem ta’ xogħol wara l-arrest.

b)

Fil-każ ta’ soluzzjoni bonarja, l-ammont tal-multa għandu jkun stabbilit skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-SFM.

c)

Jekk il-każ ma jkunx jista’ jissolva bi proċedura bonarja u jkollu jinġieb quddiem korp ġudizzjarju kompetenti, ikollha titħallas garanzija bankarja minn sid il-bastiment immirata sabiex jitqiesu l-ispejjeż tal-arrest u l-multi u l-kumpens pagabbli mill-partijiet responsabbli għall-ksur, fil-Kont imsemmi fil-Kapitolu I, it-Taqsima 1, il-Paragrafu 8, ta’ dan l-Anness.

d)

Il-garanzija bankarja għandha tkun irrevokabbli sakemm jintemmu l-proċedimenti legali. Għandha tinħeles malli l-proċedimenti legali jintemmu mingħajr kundanna. B’mod simili, fil-każ ta’ kundanna li twassal għal multa ta’ anqas mill-garanzija depożitata, il-bilanċ għandu jinħeles mill-korp ġudizzjarju kompetenti responsabbli mill-proċedimenti legali.

e)

Il-bastiment għandu jinħeles u l-ekwipaġġ tiegħu għandu jkun awtorizzat iħalli l-port:

(1)

malli l-obbligi li joħorġu mis-soluzzjoni bonarja jkunu tħarsu; jew

(2)

meta l-garanzija bankarja msemmija fil-Paragrafu 4(c) tkun ġiet iddepożitata u aċċettata mill-korp ġudizzjarju kompetenti, sakemm jitlestew il-proċedimenti legali.

KAPITOLU VI

RESPONSABBILTÀ AMBJENTALI

1.

Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxu l-ħtieġa li jkunu ppreservati l-kondizzjonijiet ambjentali fraġli (tal-baħar) tal-laguni u l-atollijiet tal-SFM u li l-bastimenti tal-Unjoni Ewropea m’għandhomx jarmu sustanzi li x’aktarx joħolqu ħsara jew taħsir fil-kwalità tar-riżorsi tal-baħar.

2.

Fejn isir bunkering, jew kull trasferiment ieħor ta’ kull prodott inkluż fil-Kodiċi Internazzjonali tal-Oġġetti Marittimi Perikolużi (IMDG) tan-Nazzjonijiet Uniti matul vjaġġ tas-sajd fiż-ŻEE tal-SFM, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jirrapportaw attività bħal din skont il-kampjun mogħti fl-Appendiċi 3, il-Parti 5.

KAPITOLU VII

IMBARKAZZJONI TA’ BAĦRIN

1.

Kull bastiment tal-Unjoni Ewropea li jistad skont il-Ftehim għandu jaċċetta li jimpjega mill-anqas baħri wieħed (1) tal-SFM bħala membru tal-ekwipaġġ.

2.

Is-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu ħielsa li jagħżlu huma l-baħrin li jtellgħu abbord il-bastimenti tagħhom minn fost l-ismijiet f’lista mibgħuta mid-Direttur Eżekuttiv.

3.

Sid il-bastiment jew l-aġent għandu jgħarraf lid-Direttur Eżekuttiv bl-ismijiet tal-baħrin tal-SFM li jittellgħu abbord il-bastiment ikkonċernat, billi jsemmi l-pożizzjoni tagħhom fl-ekwipaġġ.

4.

Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar Prinċipji u Drittijiet Fundamentali tax-Xogħol għandha tapplika bi dritt għall-baħrin ingaġġati fuq bastimenti tal-Unjoni Ewropea. Dan għandu x’jaqsam b’mod partikolari mal-libertà ta’ assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effikaċi tad-dritt għal negozjar kollettiv, u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjiegi u x-xogħol.

5.

Il-kuntratti tal-impjieg ta’ baħrin tal-SFM, li kopja tagħhom għandha tingħata lill-firmatarji, għandhom isiru bejn l-aġent/i tas-sidien tal-bastimenti u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom b’konsultazzjoni mad-Direttur Eżekuttiv. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu li l-baħrin ikunu koperti minn sigurtà soċjali applikabbli għalihom, inkluża assigurazzjoni fuq il-ħajja u l-mard u assigurazzjoni għall-aċċidenti.

6.

Il-pagi tal-baħrin tal-SFM għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti. Il-pagi għandhom ikunu fissi, qabel ma jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, bi ftehim reċiproku bejn is-sidien tal-bastimenti jew l-aġenti tagħhom u d-Direttur Eżekuttiv. Madankollu, il-kondizzjonijiet dwar il-pagi mogħtija lill-baħrin tal-SFM m’għandhomx ikunu anqas minn dawk il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-ekwipaġġi tal-SFM, u fl-ebda ċirkostanza m’għandhom ikunu anqas mill-istandards tal-ILO.

7.

Il-baħrin kollha impjegati abbord il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jirrapportaw lill-kaptan tal-bastiment indikat fil-jum qabel id-data proposta għall-imbarkazzjoni tagħhom. Jekk baħri jonqos li jirrapporta fid-data u l-ħin miftiehma għall-imbarkazzjoni, is-sidien tal-bastimenti għandhom jinħelsu awtomatikament mill-obbligu tagħhom li jieħdu l-baħri abbord.

KAPITOLU VIII

RESPONSABBILTÀ TAL-OPERATUR

1.

L-operatur għandu jiżgura li l-bastimenti tiegħu jkunu tajbin biex ibaħħru u li jkollhom tagħmir adegwat għas-sikurezza tal-ħajja u apparat ta’ sopravvivenza għal kull passiġġier u membru tal-ekwipaġġ.

2.

Għall-protezzjoni tal-SFM, l-Istati tagħhom u ċ-ċittadini u r-residenti tagħhom, l-operatur għandu jżomm kopertura adegwata u sħiħa ta’ assigurazzjoni għall-bastiment tiegħu permezz ta’ assiguratur rikonoxxut fuq livell internazzjonali u aċċettabbli min-NORMA tal-SFM għaż-ŻEE tal-SFM, inklużi żoni f’laguni u atollijiet, il-Baħar Territorjali u s-sikek taħt l-ilma, kif ikun jixhed iċ-Ċertifikat ta’ Assigurazzjoni msemmi fil-Kapitolu I, it-Taqsima 1, il-Paragrafu 7(f), ta’ dan l-Anness.

3.

Fil-każ li bastiment tal-Unjoni Ewropea jkun involut f’aċċident jew inċident marittimu fiż-ŻEE tal-SFM (inklużi l-ilmijiet interni u l-Baħar Territorjali), li jagħmlu ħsara ta’ kull xorta lill-ambjent, lill-proprjetà jew lil kwalunkwe persuna, il-bastiment u l-operatur għandhom jinnotifikaw b’dan lin-NORMA tal-SFM u lis-Segretarju tad-Dipartiment tat-Trasport, il-Komunikazzjoni u l-Infrastruttura tal-SFM.

Appendiċi

1.

Formoli ta' Applikazzjoni għal Awtorizzazzjoni tas-Sajd

a.

Applikazzjoni u Reġistrazzjoni għal Permess tas-Sajd

b.

Applikazzjoni għal Tiġdid ta' Permess

2.

Formoli ta' Rapporti tal-Qbid

a.

Ġurnal ta' abbord għas-sajd bil-purse seine

b.

Ġurnal ta' abbord għas-sajd bil-konz

3.

Dettalji ta' Rapporti

4.

Lista ta' Portijiet Indikati fl-SFM

Appendiċi 1a

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 1b

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 2a

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 2b

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 3

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 4

PORTIJIET INDIKATI

1.

Il-Port ta' Tomil Harbor fl-Istat ta' Yap

2.

Weno Anchorage fl-Istat ta' Chuuk

3.

Il-Port ta' Mesenieng fl-Istat ta' Pohnpei

4.

Il-Port ta' Okat fl-Istat ta' Kosrae


25.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/33


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Jannar 2011

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi

(2011/117/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(a), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/706/UE (1), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) ġie ffirmat, f'isem l-Unjoni Ewropea, fis-17 ta' Ġunju 2010, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(2)

Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt li għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura. Jinħtieġ li jsir provvediment għal proċedura simplifikata għall-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni f’dan il-każ.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (2); għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhuwiex marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3); għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-adozzjoni tagħha.

(6)

Għalhekk, il-Ftehim għandu jkun konkluż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat,

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna awtorizzata biex tipproċedi, f’isem l-Unjoni, bin-notifika prevista fl-Artikolu 14(1) tal-Ftehim, sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Ftehim (4).

Artikolu 3

Il-Kummissjoni, megħjuna minn esperti mill-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Artikolu 12 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu kif meħtieġa mill-Artikolu 12(4) tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MATOLCSY Gy.


(1)  ĠU L 308, 24.11.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43 (MT: Edizzjoni Speċjali, Kap 19, Vol 1, p. 178).

(3)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,

u

IL-ĠEORĠJA,

minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-Partijiet”,

FILWAQT LI JIXTIEQU jiffaċilitaw il-kuntatti bejn in-nies bħala kondizzjoni importanti għal żvilupp sod ta’ rabtiet ekonomiċi, umanitarji, kulturali, xjentifiċi u oħrajn, permezz tal-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi għaċ-ċittadini tal-Ġeorġja;

FILWAQT LI JIRRIJAFFERMAW l-intenzjoni li jistabbilixxu sistema ta’ vjaġġar mingħajr viżi għaċ-ċittadini tagħhom bħala għan fit-tul, bil-kondizzjoni li jitwettqu l-kondizzjonijiet kollha għal mobbiltà ġestita tajjeb, u li tkun mingħajr perikli;

FILWAQT LI JQISU li, mill-1 ta’ Ġunju 2006, iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni huma eżenti mir-rekwiżit tal-viża meta jivvjaġġaw lejn il-Ġeorġja għal perijodu ta’ żmien li ma jaqbiżx id-90 jum jew meta jkunu fi transitu mit-territorju tal-Ġeorġja;

FILWAQT LI JAGĦRFU li jekk il-Ġeorġja ddaħħal mill-ġdid ir-rekwiżiti tal-viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni jew għal xi kategoriji minnhom, l-istess faċilitazzjonijiet mogħtija taħt dan il-Ftehim liċ-ċittadini tal-Ġeorġja jkunu awtomatikament, fuq bażi ta’ reċiproċità, japplikaw għaċ-ċittadini konċernati tal-Unjoni;

FILWAQT LI JQISU li dawn ir-rekwiżiti tal-viża jistgħu jerġgħu jiddaħħlu biss għaċ-ċittadini kollha tal-UE jew għal ċerti kategoriji ta’ ċittadini tal-Unjoni;

FILWAQT LI JAGĦRFU li l-faċilitazzjoni tal-viża m’għandhiex twassal għal migrazzjoni illegali u filwaqt li jagħtu attenzjoni speċjali lis-sigurtà u r-rijammissjoni;

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u l-Protokoll dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat ta’ Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u filwaqt li jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma japplikawx għar-Renju Unit u l-Irlanda;

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u filwaqt li jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma japplikawx għar-Renju tad-Danimarka,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għan u kamp ta’ applikazzjoni

1.   L-għan ta’ dan il-Ftehim huwa li jiffaċilita l-ħruġ ta’ viżi għal soġġorn intenzjonat ta’ mhux aktar minn 90 jum f’kull perijodu ta’ 180 jum għaċ-ċittadini tal-Ġeorġja.

2.   Jekk il-Ġeorġja terġa’ ddaħħal ir-rekwiżit tal-viża għaċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha jew għal xi kategoriji ta’ ċittadini tal-Istati Membri kollha, l-istess faċilitazzjoni mogħtija taħt dan il-Ftehim liċ-ċittadini tal-Ġeorġja jkun awtomatikament, fuq bażi ta’ reċiproċità, japplika għaċ-ċittadini konċernati tal-Unjoni.

Artikolu 2

Klawsola Ġenerali

1.   Il-faċilitazzjonijiet tal-viża previsti f’dan il-Ftehim għandhom japplikaw għaċ-ċittadini tal-Ġeorġja biss safejn ma jkunux eżenti mir-rekwiżit tal-viża bil-liġijiet u r-regolamenti tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, b’dan il-Ftehim jew bi ftehimiet internazzjonali oħra.

2.   Il-liġi nazzjonali tal-Ġeorġja jew tal-Istati Membri jew il-liġi tal-Unjoni għandha tapplika fi kwistjonijiet li mhumiex koperti minn dan il-Ftehim, bħar-rifjut li tinħareġ viża, ir-rikonoxximent ta’ dokumenti ta’ vvjaġġar, evidenza ta’ mezzi ta’ għajxien suffiċjenti u r-rifjut tad-dħul u miżuri ta’ espulsjoni.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

(a)

“Stat Membru” għandha tfisser kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tar-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda, u r-Renju Unit;

(b)

“ċittadin tal-Unjoni Ewropea” għandha tfisser ċittadin ta’ Stat Membru kif deskritt fil-paragrafu (a);

(c)

“ċittadin tal-Ġeorġja” għandha tfisser persuna li jkollha ċ-ċittadinanza tal-Ġeorġja skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħha;

(d)

“viża” għandha tfisser awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru bil-ħsieb ta’ transitu mit-territorju ta’ Stati Membri jew soġġorn intenzjonat fih għal mhux aktar minn 90 jum f’kull perijodu ta’ 180 jum mid-data tal-ewwel dħul fit-territorju tal-Istati Membri;

(e)

“persuna legalment residenti” għandha tfisser ċittadin tal-Ġeorġja li jkun awtorizzat jew intitolat joqgħod għal aktar minn 90 jum fit-territorju ta’ Stat Membru, fuq il-bażi ta’ leġislazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali.

Artikolu 4

Provi dokumentati dwar l-għan tal-vjaġġ

1.   Għall-kategoriji li ġejjin ta’ ċittadini tal-Ġeorġja, id-dokumenti li ġejjin huma biżżejjed sabiex jiġġustifikaw l-għan tal-vjaġġ lejn il-Parti l-oħra:

(a)

għal qraba mill-viċin – konjuġi, ulied (inklużi dawk adottati), ġenituri (inklużi kustodji), nanniet u neputijiet, li jkunu qed iżuru ċittadini tal-Ġeorġja legalment residenti fit-territorju tal-Istati Membri:

talba bil-miktub mill-persuna ospitanti;

(b)

għal membri ta’ delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali fil-Ġeorġja, għandhom jipparteċipaw f’laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta’ skambju, kif ukoll f’avvenimenti li jsiru fit-territorju tal-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi:

ittra maħruġa minn awtorità tal-Ġeorġja li tikkonferma li l-applikant huwa membru ta’ din id-delegazzjoni li qed jivvjaġġa lejn it-territorju tal-Istati Membri biex jipparteċipa f’dawn l-avvenimenti msemmija, flimkien ma’ kopja tal-istedina uffiċjali;

(c)

għal tfal tal-iskola, studenti, persuni gradwati u għalliema li jakkumpanjawhom li jivvjaġġaw għall-iskop ta’ studju jew taħriġ edukattiv, inkluż fil-qafas ta’ programmi ta’ skambju kif ukoll attivitajiet oħra marbuta mal-iskola:

talba bil-miktub jew ċertifikat ta’ reġistrazzjoni mill-università, kulleġġ jew skola ospitanti, jew karti tal-istudenti jew ċertifikati tal-korsijiet li ser jattendu għalihom;

(d)

għal persuni li jkunu qed jivvjaġġaw għal raġunijiet mediċi u l-persuni li jkun jeħtieġ li jakkumpanjawhom:

dokument uffiċjali mingħand l-istituzzjoni medika li jikkonferma n-neċessità ta’ kura medika f’dik l-istituzzjoni, in-neċessità li wieħed ikun akkumpanjat, u prova ta’ mezzi finanzjarji suffiċjenti biex jitħallas it-trattament mediku;

(e)

għal ġurnalisti u persuni akkreditati li jkunu qed jakkumpanjawhom f’kapaċità professjonali:

ċertifikat jew dokument ieħor maħruġ minn organizzazzjoni professjonali li jagħti prova li l-persuna kkonċernata hija ġurnalist(a) kwalifikat(a) jew persuna li qed takkumpanjah(a) f’kapaċità professjonali u dokument maħruġ minn min iħaddmu/iħaddimha li jiddikjara li l-għan tal-vjaġġ huwa li j/twettaq xogħol ġurnalistiku, jew li j/tgħin f’xogħol bħal dak;

(f)

għal parteċipanti f’avvenimenti internazzjonali tal-isport u l-persuni li jakkumpanjawhom f’kapaċità professjonali:

talba bil-miktub mill-organizzazzjoni ospitanti, mill-awtoritajiet kompetenti, mill-Federazzjonijiet sportivi nazzjonali jew mill-Kumitati Olimpiċi nazzjonali tal-Istati Membri;

(g)

għal nies tan-negozju jew rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tan-negozju:

talba bil-miktub mill-persuna ġuridika jew kumpanija, organizzazzjoni jew uffiċċju jew fergħa ospitanti ta’ tali persuna ġuridika, jew kumpanija jew awtoritajiet statali jew lokali tal-Istati Membri jew kumitati organizzattivi jew wirjiet ta’ kummerċ u industrija, konferenzi u simposji li jsiru fit-territorji tal-Istati Membri, approvata uffiċjalment mill-Kamra Statali ta’ Reġistrazzjonijiet tal-Ġeorġja;

(h)

għal membri tal-professjonijiet li jipparteċipaw f’wirjiet internazzjonali, konferenzi, simposji, seminars jew attivitajiet simili oħra li jsiru fit-territorju tal-Istati Membri:

talba bil-miktub mill-organizzazzjoni ospitanti li l-persuna kkonċernata tkun qed tipparteċipa fl-attività;

(i)

għar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili meta jivvjaġġaw għal raġunijiet ta’ taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inkluż fil-qafas ta’ programmi ta’ skambju:

talba mill-miktub maħruġa mill-organizzazzjoni ospitanti, konferma li l-persuna qiegħda tirrappreżenta lill-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili u ċ-ċertifikat dwar l-istabbiliment ta’ tali organizzazzjoni mir-reġistru rilevanti maħruġ minn awtorità statali skont il-leġislazzjoni nazzjonali;

(j)

għal persuni li jkunu qed jipparteċipaw f’attivitajiet xjentifiċi, kulturali u artistiċi, inklużi programmi universitarji u programmi oħra ta’ skambju:

talba bil-miktub mill-organizzazzjoni ospitanti biex jieħdu sehem f’dawk l-attivitajiet;

(k)

għal xufiera li jwasslu merkanzija internazzjonali u servizzi ta’ trasport ta’ passiġġieri lejn it-territorji tal-Istati Membri f’vetturi reġistrati fil-Ġeorġja:

talba bil-miktub mill-kumpannija jew assoċjazzjoni nazzjonali ta’ kumpanniji tat-trasport tal-Ġeorġja li tipprovdi għal trasport internazzjonali bit-triq, li tiddikjara l-għan, it-tul u l-frekwenza tal-vjaġġi;

(l)

għal parteċipanti fi programmi uffiċjali tal-iskambju organizzati minn bliet ġemellati:

talba bil-miktub mill-Kap tal-Amministrazzjoni/mis-Sindku ta’ dawn l-ibliet jew awtoritajiet muniċipali;

(m)

għal żjarat f’ċimiterji militari u ċivili:

dokument uffiċjali li jikkonferma l-eżistenza u l-preservazzjoni tal-qabar kif ukoll ir-relazzjoni familjari jew oħra bejn l-applikant u l-persuna midfuna.

2.   It-talba bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkollha l-elementi li ġejjin:

(a)

għall-persuna mistiedna: isem u kunjom, data tat-twelid, sess, ċittadinanza, numru tal-passaport, ħin u għan tal-vjaġġ, numru ta’ daħliet u fejn rilevanti l-isem tal-konjuġi u tat-tfal li qed jakkumpanjaw lill-persuna mistiedna;

(b)

għall-persuna li tistieden: isem, kunjom u indirizz;

(c)

għall-persuna, kumpannija jew organizzazzjoni legali li tistieden: l-isem u l-indirizz sħaħ u

jekk it-talba ssir minn organizzazzjoni jew awtorità, l-isem u l-pożizzjoni tal-persuna li tiffirma t-talba;

jekk il-persuna li tistieden hija persuna ġuridika jew kumpannija jew uffiċċju jew fergħa ta’ tali persuna ġuridika jew kumpannija stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru, in-numru tar-reġistrazzjoni kif mitlub mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

3.   Għall-kategoriji ta’ persuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-kategoriji kollha tal-viżi jinħarġu skont il-proċedura simplifikata mingħajr ma tkun tinħtieġ aktar ġustifikazzjoni, stedina jew validazzjoni dwar l-għan tal-vjaġġ, kif previst mil-leġislazzjoni tal-Istati Membri.

Artikolu 5

Il-ħruġ ta’ viżi ta’ dħul ta’ aktar minn darba

1.   Missjonijiet diplomatiċi u servizzi konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu viżi għal dħul ta’ aktar minn darba b’perijodu ta’ validità sa massimu ta’ ħames snin għal dawn il-kategoriji ta’ ċittadini:

(a)

konjuġi, ulied (inklużi adottati) ta’ taħt il-21 sena jew li huma dipendenti, ġenituri li jżuru liċ-ċittadini tal-Ġeorġja li jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri b’perjodu ta’ validità limitat għat-terminu tal-validità tal-awtorizzazzjoni tagħhom għar-residenza legali;

(b)

membri ta’ gvernijiet nazzjonali u reġjonali u ta’ qrati Kostituzzjonali u Supremi jekk ma jkunux eżentati mir-rekwiżit tal-viża permezz ta’ dan il-ftehim, fil-qadi ta’ dmirijiethom, b’perijodu ta’ validità limitat għall-mandat tagħhom jekk dan ikun ta’ inqas minn ħames snin;

(c)

membri permanenti ta’ delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Ġeorġja, għandhom jipparteċipaw regolarment f’laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta’ skambju, kif ukoll f’avvenimenti organizzati fit-territorju tal-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi.

2.   Missjonijiet diplomatiċi u servizzi konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu viżi ta’ dħul ta’ aktar minn darba bil-perijodu ta’ validità sa massimu ta’ sena għal dawn il-kategoriji ta’ ċittadini, bil-kondizzjoni li matul is-sena ta’ qabel ikunu kisbu mill-inqas viża waħda, ikunu użawha skont il-liġijiet ta’ dħul u soġġorn fit-territorju tal-Istat Membru li żaru u li jkun hemm raġunijiet għall-ħtieġa ta’ viża ta’ dħul ta’ aktar minn darba:

(a)

membri ta’ delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali, għandhom jipparteċipaw b’mod regolari f’laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta’ skambju, kif ukoll f’avvenimenti li jsiru fit-territorju tal-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi;

(b)

rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jivvjaġġaw b’mod regolari lejn l-Istati Membri għall-għanijiet ta’ taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inkluż fil-qafas ta’ programmi ta’ skambju;

(c)

membri tal-professjonijiet li jipparteċipaw f’wirjiet internazzjonali, konferenzi, simposji, seminars jew avvenimenti oħrajn simili li jivvjaġġaw b’mod regolari lejn l-Istati Membri;

(d)

persuni li jieħdu sehem f’attivitajiet xjentifiċi, kulturali u artistiċi, inklużi programmi tal-università u programmi oħrajn ta’ skambju li jivvjaġġaw b’mod regolari lejn l-Istati Membri;

(e)

studenti u persuni gradwati li jivvjaġġaw regolarment għall-iskop ta’ studju jew taħriġ edukattiv, inkluż fil-qafas ta’ programmi ta’ skambju;

(f)

parteċipanti fi programmi uffiċjali ta’ skambju organizzati minn bliet ġemellati jew awtoritajiet muniċipali;

(g)

persuni li jeħtieġu li jżuru regolarment għal raġunijiet mediċi u l-persuni meħtieġa li jakkumpanjawhom;

(h)

ġurnalisti u persuni akkreditati li jkunu qed jakkumpanjawhom f’kapaċità professjonali;

(i)

persuni fin-negozju u rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ negozju li jivvjaġġaw regolarment lejn Stati Membri;

(j)

parteċipanti f’avvenimenti internazzjonali tal-isport u l-persuni li jakkumpanjawhom f’kapaċità professjonali;

(k)

xufiera li jwasslu merkanzija internazzjonali u servizzi ta’ trasport ta’ passiġġieri lejn it-territorji tal-Istati Membri f’vetturi reġistrati fil-Ġeorġja.

3.   Il-missjonijiet diplomatiċi u s-servizzi konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu viżi għal dħul ta’ aktar minn darba bit-terminu ta’ validità ta’ minimu ta’ sentejn u massimu ta’ ħames snin għall-kategoriji ta’ persuni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, bil-kondizzjoni li fis-sentejn ta’ qabel ikunu użaw il-viżi ta’ dħul ta’ aktar minn darba skont il-liġijiet dwar id-dħul u s-soġġorn fit-territorju tal-Istat Membru li żaru u li r-raġunijiet għall-ħtieġa ta’ viża għal dħul ta’ aktar minn darba jkunu għadhom validi.

4.   Il-perjodu totali tas-soġġorn tal-persuni msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-Artikolu m’għandux ikun itwal minn 90 jum ghal kull perijodu ta’ 180 jum fit-territorju tal-Istati Membri.

Artikolu 6

Ħlas għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal viża

1.   It-tariffa għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet ta’ ċittadini tal-Ġeorġja jammontaw għal EUR 35.

Dan l-ammont jista’ jiġi rivedut skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 14(4).

Jekk il-Ġeorġja terġa’ ddaħħal ir-rekwiżit tal-viża għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, il-ħlas tal-viża mitlub mill-Ġeorġja m’għandux jaqbeż EUR 35 jew l-ammont miftiehem jekk it-tariffa tkun riveduta skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 14(4).

2.   Meta l-Istati Membri jikkooperaw ma’ fornitur estern ta’ servizz, jista’ jintalab ħlas għas-servizz addizzjonali. Il-ħlas għas-servizz għandu jkun proporzjonat mal-ispejjeż li jeħel il-fornitur estern ta’ servizz meta jkun qed iwettaq il-kompiti tiegħu u m’għandux jaqbeż EUR 30. L-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernat/i għandu/għandhom iżommu l-possibbiltà għall-applikanti kollha li jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom direttament fil-konsulati tiegħu/tagħhom.

3.   It-tariffi għall-ipproċessar tal-applikazzjoni għall-viża jitneħħew għal dawn il-kategoriji ta’ ċittadini:

(a)

pensjonanti;

(b)

tfal taħt l-età ta’ 12-il sena;

(c)

membri ta’ gvernijiet nazzjonali u reġjonali, Qorti Kostituzzjonali u Qorti Suprema, jekk ma jkunux eżentati mir-rekwiżit tal-viża b’dan il-Ftehim;

(d)

persuni b’diżabbiltà u l-persuni li jakkumpanjawhom, jekk meħtieġ;

(e)

qraba mill-viċin – konjuġi, ulied (inklużi dawk adottati), ġenituri (inklużi kustodji), nanniet, neputijiet li jkunu qed iżuru ċittadini tal-Ġeorġja legalment residenti fit-territorju ta’ Stat Membru;

(f)

membri ta’ delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Ġeorġja, għandhom jipparteċipaw f’laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta’ skambju, kif ukoll f’avvenimenti organizzati fit-territorju tal-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi;

(g)

tfal tal-iskola, studenti, studenti gradwati u għalliema li jakkumpanjawhom li jivvjaġġaw għall-iskop ta’ studju jew taħriġ edukattiv, inklużi programmi ta’ skambju kif ukoll attivitajiet oħra marbuta mal-iskola;

(h)

ġurnalisti u persuni akkreditati li jkunu qed jakkumpanjawhom f’kapaċità professjonali;

(i)

parteċipanti f’avvenimenti internazzjonali tal-isport u l-persuni li jakkumpanjawhom f’kapaċità professjonali;

(j)

rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili meta jagħmlu vjaġġi għall-iskopijiet ta’ taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inklużi fil-qafas ta’ programmi ta’ skambju:

(k)

persuni li jkunu qed jipparteċipaw f’attivitajiet xjentifiċi, kulturali u artistiċi, inklużi programmi universitarji u programmi oħra ta’ skambju;

(l)

persuni li jippreżentaw dokumenti li jippruvaw il-ħtieġa li jivvjaġġaw għal raġunijiet umanitarji, inkluż biex jirċievu trattament mediku urġenti, u l-persuna li takkumpanjahom, jew biex jattendu funeral ta’ qarib jew biex iżuru qarib li għandu mard serju.

Artikolu 7

It-tul tal-proċedura tal-applikazzjoni għal viża

1.   Missjonijiet diplomatiċi u servizzi konsulari tal-Istati Membri għandhom jieħdu deċiżjoni fuq it-talba li tinħareġ viża fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data ta’ meta tasal l-applikazzjoni u d-dokumenti meħtieġa għall-ħruġ tal-viża.

2.   Il-perijodu ta’ żmien għat-teħid ta’ deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-viża jista’ jkun estiż sa 30 jum kalendarju f’każijiet individwali, notevolment meta jkun jinħtieġ aktar skrutinju tal-applikazzjoni.

3.   Il-perijodu biex tittieħed deċiżjoni dwar applikazzjoni għal viża jista’ jitnaqqas għal jumejn tax-xogħol jew inqas f’każijiet urġenti.

Artikolu 8

Tluq f’każ ta’ dokumenti mitlufa jew mistruqa

Iċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-Ġeorġja li jkunu tilfu d-dokumenti ta’ identità tagħhom, jew li jkunu nsterqulhom dawn id-dokumenti waqt is-soġġorn tagħhom fit-territorju tal-Ġeorġja jew tal-Istati Membri, jistgħu jħallu dak it-territorju fuq il-bażi ta’ dokumenti ta’ identità validi li jippermettulhom il-qsim tal-fruntiera, maħruġa minn missjonijiet diplomatiċi jew postazzjonijiet konsulari tal-Istati Membri jew tal-Ġeorġja mingħajr xi viża jew awtorizzazzjoni oħra.

Artikolu 9

L-estensjoni tal-viża f’ċirkostanzi eċċezzjonali

Il-perijodu ta’ validità u/jew it-tul tas-soġġorn ta’ viża maħruġa ta’ ċittadin tal-Ġeorġja għandu jiġi estiż meta l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tqis li d-detentur tal-viża jkun ipprovda prova ta’ force majeure jew raġunijiet umanitarji li ma ħallewhx jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ validità jew tat-tul ta’ żmien tas-soġġorn awtorizzat mill-viża. Din l-estensjoni għandha tingħata mingħajr ħlas.

Artikolu 10

Passaporti diplomatiċi

1.   Iċ-ċittadini tal-Ġeorġja li huma detenturi ta’ passaporti diplomatiċi validi jistgħu jidħlu fit-territorji tal-Istati Membri, joħorġu minnhom jew jivvjaġġaw minn ġo fihom mingħajr viżi.

2.   Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu joqogħdu fit-territorji tal-Istati Membri għal perijodu li ma jaqbiżx id-90 jum f’kull perijodu ta’ 180 jum.

Artikolu 11

Validità territorjali tal-viżi

Suġġetti għar-regoli u r-regolamenti nazzjonali dwar is-sigurtà nazzjonali tal-Istati Membri u suġġetti għar-regoli tal-Unjoni dwar il-viżi b’validità territorjali limitata, iċ-ċittadini tal-Ġeorġja għandhom ikunu intitolati sabiex jivvjaġġaw fit-territorju tal-Istati Membri fuq bażi ugwali maċ-ċittadini tal-Unjoni.

Artikolu 12

Kumitat Konġunt għat-tmexxija tal-Ftehim

1.   Il-Partijiet għandhom iwaqqfu Kumitat Konġunt ta’ esperti (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”), magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u tal-Ġeorġja. L-Unjoni għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni, assistita minn esperti mill-Istati Membri.

2.   Il-Kumitat għandu, b’mod partikolari, ikollu l-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

(b)

jissuġġerixxi emendi jew żidiet għall-Ftehim attwali;

(c)

jirriżolvi tilwimiet li jqumu mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet f’dan il-Ftehim.

3.   Il-Kumitat għandu jiltaqa’ kulmeta jkun meħtieġ, fuq talba minn waħda mill-Partijiet u għall-inqas darba f’sena.

4.   Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 13

Ir-rabta ta’ dan il-ftehim ma’ ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membru u l-Ġeorġja

Mid-dħul tiegħu fis-seħħ, dan il-Ftehim għandu jieħu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta’ kwalunkwe ftehimiet bilaterali jew multilaterali jew arranġamenti konklużi bejn l-Istati Membri individwali u l-Ġeorġja, safejn id-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-ftehimiet jew arranġamenti jkopru kwistjonijiet li huma indirizzati mill-Ftehim preżenti.

Artikolu 14

Klawsoli Finali

1.   Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom u għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara t-tieni xahar wara d-data li fiha l-aħħar Parti tinnotifika lill-oħra li l-proċeduri msemmija hawn taħt ikunu tlestew.

2.   B’deroga għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ biss fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar rijammissjoni jekk din id-data tkun wara d-data prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.   Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perijodu ta’ żmien indefinit, sakemm ma jkunx terminat skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Dan il-Ftehim jista’ jkun emendat bi ftehim bil-miktub mill-Partijiet. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ wara li l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li tlestew il-proċeduri interni meħtieġa għal dan il-għan.

5.   Kull Parti tista’ tissospendi dan il-Ftehim parzjalment jew kollu kemm hu għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali u protezzjoni tas-saħħa pubblika. Id-deċiżjoni dwar is-sospensjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Parti l-oħra mhux aktar tard minn 48 siegħa qabel ma tidħol fis-seħħ. Il-Parti li tkun issospendiet l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha minnufih tgħarraf lill-Parti l-oħra malli r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jkunux għadhom japplikaw.

6.   Kull Parti tista’ tittermina dan il-Ftehim billi tavża lill-Parti l-oħra bil-miktub. Dan il-Ftehim m’għandux jibqa’ fis-seħħ 90 jum wara d-data ta’ tali notifika.

Magħmul duplikatament fi Brussell, fis-17 ta’ Ġunju 2010, bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża u Ġeorġjana, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Image

За Грузия

Por Georgia

Za Gruzii

For Georgien

Für Georgien

Gruusia nimel

Για τη Γεωργία

For Georgia

Pour la Géorgie

Per la Georgia

Gruzijas vārdā –

Gruzijos vardu

Grúzia részéről

Għall-Georġja

Voor Georgië

W imieniu Gruzji

Pela Geórgia

Pentru Georgia

Za Gruzínsko

Za Gruzijo

Georgian puolesta

För Georgien

Image

Image

ANNESS

PROTOKOLL GĦALL-FTEHIM DWAR L-ISTATI MEMBRI LI MA JAPPLIKAWX GĦAL KOLLOX L-ACQUIS TA’ SCHENGEN

Dawk l-Istati Membri li huma marbuta mill-acquis ta' Schengen iżda li għadhom ma joħorġux il-viżi ta' Schengen, filwaqt li jistennew id-deċiżjoni rilevanti tal-Kunsill f’dan is-sens, għandhom joħorġu viżi nazzjonali li l-validità tagħhom hija limitata għat-territorju tagħhom stess.

Skont id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 582/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Ġunju 2008 li tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, minn Ċipru u mir-Rumanija ta' ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għall-finijiet ta' tranżitu mit-territorji tagħhom (1) ittieħdu miżuri armonizzati sabiex jiġi ssimplifikat it-transitu ta' detenturi ta' viżi ta' Schengen u ta' permessi ta' reżidenza ta' Schengen madwar it-territorju tal-Istati Membri li għadhom ma japplikawx bis-sħiħ l-acquis ta' Schengen.


(1)  ĠU L 161, 20.6.2008, p. 30.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 10 DWAR PASSAPORTI DIPLOMATIĊI

L-Unjoni Ewropea tista’ tinvoka sospensjoni parzjali tal-ftehim u partikolarment tal-Artikolu 10, skont il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 14(5), jekk l-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tkun abbużata mill-Parti l-oħra jew twassal għal theddida għas-sigurtà pubblika.

F’każ ta' sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 10, iż-żewġ Partijiet għandhom jibdew konsultazzjonijiet fil-qafas tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bil-ħsieb li jsolvi problemi li jwasslu għas-sospensjoni.

Bħala prijorità, iż-żewġ Partijiet jiddikjaraw l-impenn tagħhom sabiex jiżguraw livell għoli ta' sigurtà għall-passaporti diplomatiċi, partikolarment billi jintegraw identifikanti bijometriċi. Għan-naħa tal-Unjoni, dan ikun żgurat b’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (1).


(1)  ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1 (MT: ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 375).

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARMONIZZAZZJONI TA’ INFORMAZZJONI DWAR PROĊEDURI GĦALL-ĦRUĠ TA’ VIŻA GĦAL SOĠĠORN QASIR U DOKUMENTI LI GĦANDHOM JITRESSQU META SSIR L-APPLIKAZZJONI GĦAL VIŻI GĦAL SOĠĠORNI QOSRA

Filwaqt li jagħrfu l-importanza tat-trasparenza għall-applikanti għall-viża, il-Partijiet fil-Ftehim preżenti jqisu l-possibbiltà li jiġu applikati l-miżuri li ġejjin:

It-tfassil ta' informazzjoni ġenerali għall-applikanti dwar il-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni għal viżi, il-viżi u dwar il-validità tal-viżi maħruġa.

L-Unjoni Ewropea ser tfassal lista ta' rekwiżiti minimi sabiex tiżgura li l-applikanti mill-Ġeorġja jingħataw informazzjoni bażika koerenti u uniformi u jkunu obbligati jissottomettu, bħala prinċipju, l-istess dokumenti ta' appoġġ.

L-informazzjoni msemmija hawn fuq għandha tiġi disseminata b’mod wiesgħa (fuq it-tabelli ta' informazzjoni ta' konsulati, f’fuljetti, fuq websites eċċ.).

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA LI TIKKONĊERNA LID-DANIMARKA

Il-Partijiet jieħdu nota li dan il-Ftehim mhux applikabbli għall-proċeduri tal-ħruġ ta' viżi mill-missjonijiet diplomatiċi u s-servizzi konsulari tar-Renju tad-Danimarka.

F’ċirkostanzi bħal dawn, ikun xieraq li l-awtoritajiet tad-Danimarka u tal-Ġeorġja jikkonkludu, mingħajr dewmien, ftehim bilaterali dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi għal soġġorni qosra f’termini simili għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IR-RENJU UNIT U L-IRLANDA

Il-Partijiet jieħdu nota li dan il-Ftehim mhux applikabbli fit-territorju tar-Renju Unit u tal-Irlanda.

F’dawn iċ-ċirkostanzi, ikun xieraq li l-awtoritajiet tar-Renju Unit, l-Irlanda u l-Ġeorġja jikkonkludu ftehimiet bilaterali dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA LI TIKKONĊERNA L-ISLANDA, IN-NORVEĠJA, L-ISVIZZERA U L-LIECHTENSTEIN

Il-Partijiet jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja, l-Islanda, l-Isvizzera u l-Liechtenstein, b’mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehimiet tat-18 ta' Mejju 1999 u tas-26 ta' Ottubru 2004 dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen.

F’dawn iċ-ċirkostanzi, huwa mixtieq li l-awtoritajiet tan-Norveġja, l-Islanda, l-Isvizzera u l-Liechtenstein u l-Ġeorġja jikkonkludu, mingħajr dewmien, ftehimiet bilaterali dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi għal soġġorni qosra f’termini simili bħall-Ftehim bejn l-Unjoni u l-Ġeorġja.

DIKJARAZZJONI TAL-UNJONI EWROPEA DWAR IL-FAĊILITAZZJONIJIET GĦALL-MEMBRI TAL-FAMILJA

L-Unjoni Ewropea ħadet nota tas-suġġeriment tal-Ġeorġja li tagħti definizzjoni usa’ tal-kunċett tal-membri tal-familja li għandhom jibbenefikaw minn faċilitazzjoni ta' viża kif ukoll dwar l-importanza li tagħti l-Ġeorġja lis-semplifikazzjoni tal-moviment ta' din il-kategorija ta' persuni.

Sabiex tiġi ffaċilitata l-mobbiltà ta' għadd estiż ta' persuni li għandhom konnessjonijiet familjarji (b’mod partikolari l-aħwa u wliedhom) ma' ċittadini tal-Ġeorġja li jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri, l-Unjoni Ewropea tistieden lill-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-possibbiltajiet eżistenti fl-“acquis” biex jiġi ffaċilitat il-ħruġ ta' viżi lil din il-kategorija ta' persuni, inkluż b’mod partikolari, is-semplifikazzjoni tal-evidenza dokumentata mitluba mill-applikanti, l-eżenzjonijiet mit-tariffi tal-ipproċessar u fejn xieraq il-ħruġ ta' viżi ta' dħul aktar minn darba.

DIKJARAZZJONI TAL-UNJONI EWROPEA DWAR IS-SOSPENSJONI TAL-FTEHIM DWAR IL-FAĊILITAZZJONI TAL-VIŻA

Fil-każ li l-Ġeorġja, bi ksur tal-Artikolu 1(2) tal-Ftehim, terġa’ ddaħħal ir-rekwiżit tal-viża għaċ-ċittadini ta' Stat Membru wieħed jew aktar tal-Unjoni Ewropea, jew għal ċerti kategoriji ta' dawn iċ-ċittadini, l-Unjoni tissospendi l-applikazzjoni tal-Ftehim.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR KOOPERAZZJONI FEJN JIDĦLU DOKUMENTI TAL-IVVJAĠĠAR

Il-Partijiet jaqblu li l-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 12 tal-Ftehim, meta jkun qed jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Ftehim, għandu jevalwa l-impatt tal-livell ta' sigurtà tad-dokumenti tal-ivvjaġġar rispettivi dwar il-funzjonament tal-Ftehim. Għal dan il-għan, il-Partijiet jaqblu li jinformaw lil xulxin b’mod regolari dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu biex jiġi evitat it-tifrix ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, billi jiġu żviluppati l-aspetti tekniċi tas-sigurtà tad-dokumenti tal-ivvjaġġar kif ukoll dwar il-proċess tal-personalizzazzjoni tal-ħruġ ta' dokumenti tal-ivvjaġġar.


25.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/45


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Jannar 2011

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

(2011/118/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 79(3), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v), tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposti tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/687/KE tat-8 ta’ Novembru 2010 (1), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (minn issa “il-Ftehim”) kien ġie ffirmat, f'isem l-Unjoni Ewropea, fis-17 ta' Ġunju 2010, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(2)

Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat.

(3)

Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt għar-Riammissjoni li jista’ jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura. Huwa xieraq li tiġi kkontemplata proċedura simplifikata għall-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni f’dan il-każ.

(4)

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(5)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u bla ħsara għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (minn issa “il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna awtorizzata biex tipproċedi, f’isem l-Unjoni, għan-notifika stabbilita fl-Artikolu 23(2) tal-Ftehim, sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni biex tintrabat bil-Ftehim (2).

Artikolu 3

Il-Kummissjoni, megħjuna minn esperti mill-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għar-Riammissjoni mwaqqaf bl-Artikolu 18 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt għar-Riammissjoni dwar l-adozzjoni tar-regoli tal-proċedura tiegħu kif meħtieġ mill-Artikolu 18(5) tal-Ftehim ser tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MATOLCSY Gy.


(1)  ĠU L 294, 12.11.2010, p. 9.

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

IL-PARTIJIET KONTRAENTI L-GĦOLJIN,

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,

u

L-ĠEORĠJA,

DETERMINATI li jsaħħu l-koperazzjoni tagħhom sabiex jikkumbattu l-immigrazzjoni illegali b’mod iktar effettiv;

JIXTIEQU li jistabbilixxu, permezz ta’ dan il-Ftehim u fuq bażi ta’ reċiproċità, proċeduri rapidi u effettivi għall-identifikazzjoni u r-ritorn sikur u ordinat ta’ persuni li ma jissodisfawx, jew li ma għadhomx jissodisfaw, il-kundizzjonijiet ta’ dħul, preżenza jew residenza fit-territorji tal-Ġeorġja jew wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u biex jiffaċilitaw it-tranżitu ta’ dawn il-persuni bi spirtu ta’ koperazzjoni;

JENFASIZZAW li dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr ħsara għad-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Unjoni, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja li jirriżultaw mil-liġi internazzjonali u, b’mod partikolari, mill-Konvenzjoni Ewropea tal-4 ta’ Novembru 1950 għall-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u l-Libertajiet Fundamentali u l-Konvenzjoni tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati kif emendata mill-Protokoll tal-31 ta’ Jannar 1967;

B’kont meħud li f’konformità mal-Protokoll Nru 21 dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda mhix ser tieħu sehem f’dan il-Ftehim sakemm ma tinnotifikax ix-xewqa tagħha għal dan l-għan f’konformità ma’ dak il-Protokoll;

JIKKUNSIDRAW li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, li jaqa’ taħt l-ambitu tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikawx għar-Renju tad-Danimarka, skont il-Protokoll fuq il-pożizzjoni tad-Danimarka Anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

(a)

“Partijiet Kontraenti” għandha tfisser il-Ġeorġja u l-Unjoni;

(b)

“Persuna b’nazzjonalità tal-Ġeorġja” għandha tfisser kwalunkwe persuna li jkollha n-nazzjonalità tar-Repubblika tal-Ġeorġja;

(c)

“Persuna b’nazzjonalità ta’ Stat Membru” għandha tfisser kull persuna li għandha n-nazzjonalità, kif definita għall-għanijiet tal-Unjoni, ta’ Stat Membru;

(d)

“Stat Membru” għandha tfisser kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea marbut b’dan il-Ftehim;

(e)

“Persuna b”nazzjonalità ta’ pajjiż terz’ għandha tfisser kwalunkwe persuna li għandha nazzjonalità li mhux tal-Ġeorġja jew ta’ wieħed mill-Istati Membri;

(f)

“Persuna mingħajr stat” għandha tfisser kwalunkwe persuna li ma għandha nazzjonalità tal-ebda stat;

(g)

“Permess ta’ residenza” għandha tfisser permess uffiċjali ta’ kwalunkwe tip maħruġ mill-Ġeorġja jew minn wieħed mill-Istati Membri li jintitola lill-persuna li toqgħod fit-territorju tagħha jew tiegħu. Dan ma jinkludix permessi temporanji biex il-persuna tibqa’ fit-territorju tal-istati msemmija in konnessjoni mal-ipproċessar ta’ applikazzjoni ta’ ażil jew applikazzjoni għall-permess ta’ residenza;

(h)

“Viża” għandha tfisser awtorizzazzjoni maħruġa jew deċiżjoni meħuda mill-Ġeorġja jew minn wieħed mill-Istati Membri li hija meħtieġa għad-dħul, jew għat-tranżitu, fit-territorju tagħha/tiegħu. Dan ma għandux jinkludi l-kategorija speċifika tal-viżi ta’ tranżitu fl-ajruport;

(i)

“Pajjiż li jagħmel it-talba” għandha tfisser l-Istat (il-Ġeorġja jew wieħed mill-Istati Membri) li ssottometta applikazzjoni għar-riammissjoni skont l-Artikolu 7 jew applikazzjoni ta’ tranżitu skont l-Artikolu 14 ta’ dan il-Ftehim;

(j)

“L-Istat Mitlub” għandha tfisser l-Istat (il-Ġeorġja jew wieħed mill-Istati Membri) indirizzat b’talba għar-riammissjoni skont l-Artikolu 7 jew talba għal tranżitu skont l-Artikolu 14 ta’ dan il-Ftehim;

(k)

“L-Awtorità Kompetenti” għandha tfisser kull awtorità nazzjonali tal-Ġeorġja jew ta’ wieħed mill-Istati Membri li għandha l-inkarigu li timplimenta dan il-Ftehim skont l-Artikolu 19(1)(a) tiegħu;

(l)

“Tranżitu” għandha tfisser il-passaġġ ta’ persuna b’nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat mit-territorju tal-Istat Mitlub meta jkun qed jivvjaġġa mill-Istat li jagħmel it-Talba għall-pajjiż tad-destinazzjoni;

(m)

“Reġjun mal-fruntiera” għandha tfisser żona li testendi sa 5 kilometri mit-territorji ta’ portijiet marittimi inkluż żoni doganali u ajruporti internazzjonali tal-Istati Membri u tal-Ġeorġja.

TAQSIMA I

OBBLIGAZZJONIJIET TA’ RIAMMISSJONI MILL-ĠEORĠJA

Artikolu 2

Riammissjoni ta’ persuni ta’ nazzjonalità proprja

1.   Il-Ġeorġja għandha tirriammetti, wara applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr formalitajiet ulterjuri minbarra dawk provduti f’dan l-Ftehim, kull persuna li ma tissodisfax jew ma għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet fis-seħħ tad-dħul, preżenza jew residenza fit-territorju tal-Istat Membru li jagħmel it-Talba sakemm huwa stabbilit jew jista’ jiġi preżunt b’mod validu fuq bażi ta’ provi prima facie li jkunu ġew provduti, li għandha n-nazzjonalità tal-Ġeorġja.

2.   Il-Ġeorġja għandha wkoll tirriammetti:

(a)

ulied minorenni mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-post tat-twelid jew tan-nazzjonalità tagħhom, kemm-il darba ma għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fl-Istat Membru li jkun għamel it-Talba jew għandhom permess ta’ residenza validu maħruġ minn Stat Membru ieħor, u

(b)

konjuġi tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, li għandhom nazzjonalità oħra, kemm-il darba għandhom id-dritt li jidħlu u joqogħdu jew li jirċievu d-dritt li jidħlu u joqgħodu fit-territorju tal-Ġeorġja, kemm-il darba ma għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fl-Istat Membru li jkun għamel it-Talba jew għandhom permess ta’ residenza validu maħruġ minn Stat Membru ieħor.

3.   Il-Ġeorġja għandha tirriammetti wkoll persuni li jkunu ġew imċaħħda, jew li jkunu tilfu d-dritt jew irrinunzjaw għan-nazzjonalità tal-Ġeorġja sa minn meta daħlu fit-territorju ta’ Stat Membru, sakemm dawn il-persuni ma jkunux ġew tal-inqas imwiegħda n-naturalizzazzjoni minn dak l-Istat Membru.

4.   Wara li l-Ġeorġja tkun tat tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta’ riammissjoni, il-missjoni diplomatika kompetenti jew l-uffiċċju konsulari tal-Ġeorġja għandhom, irrispettivament mir-rieda tal-persuna li tkun riammessa, immedjatament u fi żmien tlett ijiem lavorattivi, joħorġu d-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tal-persuna li għandha tiġi riammessa, b’validità ta’ 90 ġurnata. Jekk fi żmien tlett ijiem lavorattivi l-Ġeorġja ma tkunx ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar, hija titqies li tkun aċċettat l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-UE għall-iskopijiet ta’ tkeċċija (1).

5.   Jekk, għal xi raġunijiet ta’ dritt jew ta’ fatt, il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi trasferita fi żmien il-perjodu ta’ validità tad-dokument tal-ivvjaġġar inizjalment maħruġ, il-missjoni diplomatika kompetenti jew l-uffiċċju konsulari tal-Ġeorġja għandhom, fi żmien tlett ijiem lavorattivi, jestendi il-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar jew, fejn meħtieġ, joħorġu dokument tal-ivvjaġġar ġdid bl-istess tul ta’ żmien bħala perjodu ta’ validità. Jekk il-Ġeorġja, fi żmien tlett ijiem lavorattivi, ma tkunx ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar ġdid jew estendiet il-validità tiegħu, hija titqies li tkun aċċettat l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-UE għall-iskopijiet ta’ tkeċċija (2).

Artikolu 3

Riammissjoni ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr stat

1.   Il-Ġeorġja għandha tirriammetti, wara applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr ebda formalitajiet oħra ħlief dawk provduti f’dan il-Ftehim, il-persuni kollha ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuni mingħajr stat li ma jissodisfawx, jew ma għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju tal-Istat Membru li jagħmel it-Talba kemm-il darba huwa stabbilit jew jista’ jiġi preżunt b’mod validu fuq bażi ta’ provi prima facie li jkunu ġew provduti, li dawn il-persuni:

(a)

ikollhom, fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għar-riammissjoni, viża valida jew permess tar-residenza maħruġa mill-Ġeorġja; jew

(b)

daħlu illegalment u direttament fit-territorju ta’ Stat Membru wara li jkunu qagħdu fit-territorju tal-Ġeorġja jew għaddew minnu.

2.   L-obbligazzjoni tar-riammissjoni fil-paragrafu 1 ma għandiex tapplika jekk:

(a)

il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat kienet biss fi tranżitu bl-ajru mill-ajruport internazzjonali tal-Ġeorġja; jew

(b)

l-Istat Membru li jagħmel it-Talba jkun ħareġ lill-persuni b’nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew lill-persuna mingħajr stat viża jew permess ta’ residenza qabel jew wara d-dħul fit-territorju tiegħu sakemm:

(i)

dik il-persuna ma jkollhiex viża jew permess ta’ residenza, maħruġa mill-Ġeorġja, b’perjodu itwal ta’ validità;

(ii)

il-viża jew il-permess ta’ residenza maħruġ mill-Istat Membru li jagħmel it-talba ma jkunux inkisbu bl-użu ta’ dokumenti foloz jew falsifikati, jew permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz, jew

(iii)

dik il-persuna tonqos milli tosserva xi kundizzjoni annessa mal-viża.

(c)

l-Istat Mitlub ikun keċċa lill-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat lejn l-Istat ta’ Oriġini tagħha jew lejn Stat terz.

3.   Wara li l-Ġeorġja tkun tat risposta pożittiva għall-applikazzjoni għar-riammissjoni, hija għandha immedjatament u mhux iktar tard minn tlett ijiem lavorattivi tipprovdi lill-persuna li r-riammissjoni tagħha ġiet aċċettata dokument għall-ivvjaġġar għal skopijiet ta’ tkeċċija. Jekk il-Ġeorġja, fi żmien tlett ijiem lavorattivi, ma tkunx ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar, hija għandha titqies li tkun aċċettat l-użu tad-dokument standard tal-ivvjaġġar tal-UE għall-iskopijiet ta’ tkeċċija.

TAQSIMA II

OBBLIGAZZJONIJIET TA’ RIAMMISSJONI TAL-UNJONI

Artikolu 4

Riammissjoni ta’ persuni ta’ nazzjonalità proprja

1.   Stat Membru għandu jirriammetti, wara applikazzjoni mill-Ġeorġja u mingħajr formalitajiet ulterjuri ħlief dawk provduti f’dan l-Ftehim, kull persuna li ma tissodisfax jew ma għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet fis-seħħ tad-dħul, preżenza jew residenza fit-territorju tal-Ġeorġja sakemm ikun pruvat jew jista’ jiġi preżunt b’mod validu fuq bażi ta’ provi prima facie li jkunu ġew provduti, li għandha n-nazzjonalità ta’ dak l-Istat Membru.

2.   Stat Membru għandu wkoll jirriammetti:

(a)

ulied minorenni mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-post tat-twelid jew ta’ nazzjonalità tagħhom, kemm-il darba ma għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fil-Ġeorġja; u

(b)

konjuġi, li għandhom nazzjonalità oħra, tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, kemm-il darba għandhom id-dritt li jidħlu u joqogħdu jew li jirċievu d-dritt li jidħlu u joqgħodu fit-territorju tal-Istat Membru Mitlub, kemm-il darba ma għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fil-Ġeorġja.

3.   Stat Membru għandu jilqa’ mill-ġdid ukoll persuni li jkunu ġew imċaħħda, jew li jkunu rrinunzjaw għan-nazzjonalità ta’ Stat Membru sa minn meta jkunu daħlu fit-territorju tal-Ġeorġja, sakemm dawn il-persuni ma jkunux ġew tal-inqas imwiegħda n-naturalizzazzjoni mill-Ġeorġja.

4.   Wara li l-Istat Membru Mitlub ikun ta tweġiba pożittiva għall-aplikazzjoni ta’ riammissjoni, il-missjoni diplomatika kompetenti jew l-uffiċċju konsulari ta’ dak l-Istat Membru għandhom, irrispettivament mir-rieda tal-persuna li tkun riammessa, immedjatament u fi żmien tlett ijiem lavorattivi, joħorġu d-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tal-persuna li għandha tiġi riammessa, b’validità ta’ 90 ġurnata. Jekk fi żmien tlett ijiem lavorattivi l-Istat Membru Mitlub ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar, huwa jitqies li jkun aċċetta l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-Ġeorġja għall-iskopijiet ta’ tkeċċija.

5.   Jekk, għal xi raġunijiet ta’ dritt jew ta’ fatt, il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi trasferita fi żmien il-perjodu ta’ validità tad-dokument tal-ivvjaġġar inizjalment maħruġ, il-Missjoni Diplomatika kompetenti jew l-Uffiċċju Konsulari tal-Istat Membru Mitlub għandha/għandu, fi żmien tlett ijiem lavorattivi, jestendi il-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar jew, fejn meħtieġ, joħroġ dokument tal-ivvjaġġar ġdid bl-istess tul ta’ żmien bħala perjodu ta’ validità. Jekk fi żmien tlett ijiem lavorattivi l-Istat Membru Mitlub ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar ġdid jew estenda l-validità tiegħu, huwa jitqies li jkun aċċetta l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-Ġeorġja għall-iskopijiet ta’ tkeċċija.

Artikolu 5

Riammissjoni ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr stat

1.   Stat Membru għandu jirriammetti, wara applikazzjoni mill-Ġeorġja u mingħajr formalitajiet ulterjuri minbarra dawk provduti f’dan l-Ftehim, il-persuni kollha ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuni mingħajr stat li ma jissodisfawx, jew ma għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju tal-Ġeorġja kemm-il darba huwa stabbilit jew jista’ jiġi preżunt b’mod validu fuq bażi ta’ provi prima facie li jkunu ġew provduti, li dawn il-persuni:

(a)

ikollhom, fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għar-riammissjoni, viża valida jew permess tar-residenza maħruġa mill-Istat Membru Mitlub; jew

(b)

ikunu daħlu illegalment u direttament fit-territorju tal-Ġeorġja wara li jkunu waqfu fit-territorju tal-Istat Membru Mitlub jew għaddew minnu.

2.   L-obbligazzjoni tar-riammissjoni fil-paragrafu 1 ma għandiex tapplika jekk:

(a)

il-persuna b’nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat kien biss fi tranżitu bl-ajru minn ajruport internazzjonali tal-Istat Membru mitlub; jew

(b)

il-Ġeorġja ħarġet viża jew permess ta’ residenza lill-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat qabel jew wara d-dħul fit-territorju tagħha, sakemm:

(i)

dik il-persuna ma għandhiex fil-pussess tagħha viża jew permess ta’ residenza, maħruġa mill-Istat Membru Mitlub, li għandha perjodu itwal ta’ validità;

(ii)

il-viża jew il-permess ta’ residenza maħruġa mill-Ġeorġja ma jkunux inkisbu bl-użu ta’ dokumenti foloz jew falsifikati, jew permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz, jew

(iii)

dik il-persuna tonqos milli tosserva xi kundizzjoni annessa mal-viża.

(c)

l-Istat Membru Mitlub ikun keċċa l-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat lejn l-Istat ta’ Oriġini tagħha jew lejn Stat Terz.

3.   L-obbligu tar-riammissjoni fil-paragrafu 1 huwa għall-Istat Membru li ħareġ viża jew permess ta’ residenza. Jekk żewġ Stati Membri jew aktar ikunu ħarġu viża jew permess ta’ residenza, l-obbligu tar-riammissjoni fil-paragrafu 1 jaqa’ fuq l-Istat Membru li ħareġ id-dokument b’perjodu ta’ validità itwal jew, jekk wieħed jew bosta jkunu diġà skadew, id-dokument li għadu validu. Jekk id-dokumenti kollha jkunu diġà skadew, l-obbligu tar-riammissjoni fil-paragrafu 1 ikun fuq l-Istat Membru li jkun ħareġ id-dokument bl-iżjed data ta’ iskadenza riċenti. Jekk ma jistgħux jiġu ppreżentati dawk id-dokumenti, l-obbligu tar-riammissjoni fil-paragrafu 1 jaqa’ fuq l-Istat Membru tal-aħħar ħruġ.

4.   Wara li l-Istat Membru Mitlub jagħti risposta pożittiva għall-applikazzjoni għar-riammissjoni, huwa għandu immedjatament u mhux iktar tard minn tlett ijiem lavorattivi, jipprovdi lill-persuna li r-riammissjoni tagħha ġiet aċċettata dokument għall-ivvjaġġar għall-iskopijiet ta’ tkeċċija. Jekk fi żmien tlett ijiem lavorattivi l-Istat Membru ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar ġdid, huwa jitqies li jkun aċċetta l-użu tad-dokument standard tal-ivvjaġġar tal-Ġeorġja għall-iskopijiet ta’ tkeċċija.

TAQSIMA III

PROĊEDURA TA’ RIAMMISSJONI

Artikolu 6

Prinċipji

1.   Soġġett għall-paragrafu 2, kwalunkwe trasferiment ta’ persuna li għandha tkun riammessa fuq il-bażi ta’ wieħed mill-obbligi li jinsabu fl-Artikoli 2 sa 5 għandha teħtieġ is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għar-riammissjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Mitlub.

2.   Jek il-persuna li għandha tkun riammessa jkollha dokument għall-ivvjaġġar validu jew karta tal-identità, it-trasferment ta’ tali persuna jista’ jsir mingħajr ma l-Istat li jagħmel it-Talba jkollu jissottometti applikazzjoni għar-riammissjoni jew komunikazzjoni bil-miktub, kif imsemmi fl-Artikolu 11(1), lill-awtorità kompetenti tal-Istat Mitlub.

3.   Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, jekk persuna tinstab fir-reġjun tal-fruntiera (inklużi ajruporti) tal-Istat li jagħmel it-Talba wara li tkun qasmet illegalment il-fruntiera direttament mit-territorju tal-Istat Mitlub, l-Istat li jagħmel it-Talba jista’ jissottometti talba għar-riammissjoni fi żmien jumejn minn meta tinstab dik il-persuna (proċedura aċċellerata).

Artikolu 7

Applikazzjoni għar-riammissjoni

1.   Sa fejn hu possibbli, kull applikazzjoni għar-riammissjoni għandu jkun fiha din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-dettalji tal-persuna li għandha tiġi riammessa (pereżempju l-ismijiet, il-kunjomijiet, id-data tat-twelid u – fejn possibbli – il-post tat-twelid, u l-aħħar post ta’ residenza mogħtija) u, fejn applikabbli, id-dettalji tat-tfal minuri mhux miżżewġa u/jew tal-konjugi;

(b)

fil-każ ta’ persuni ta’ nazzjonalità proprja, indikazzjoni tal-mezzi li bihom prova jew evidenza prima facie tan-nazzjonalità ser tiġi ipprovduta;

(c)

fil-każ ta’ persuna b’nazzjonalità ta’ pajjiż terz u ta’ persuni migħajr stat, indikazzjoni tal-mezzi li bihom l-provi jew l-evidenza prima facie tal-kundizzjonijiet għar-riammissjoni ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat u d-dħul u r-residenza illegali ser tiġi pprovduta;

(d)

ritratt tal-persuna li għandha tkun riammessa;

(e)

marki tas-swaba.

2.   Sa fejn hu possibbli, l-applikazzjoni għar-riammissjoni għandu jkollha wkoll l-informazzjoni li ġejja:

(a)

dikjarazzjoni li tindika li l-persuna li għandha tkun trasferita jista’ jkollha bżonn għajnuna jew kura, sakemm il-persuna kkonċernata tkun tat il-kunsens espliċitu tagħha għal din l-istqarrija;

(b)

kull miżura oħra ta’ protezzjoni jew sigurtà, jew informazzjoni dwar is-saħħa tal-persuna, li tista’ tkun meħtieġa fil-każ individwali ta’ trasferiment.

3.   Formola komuni li għandha tintuża fl-applikazzjonijiet ta’ riammissjoni hija mehmuża bħala l-Anness 5 ta’ dan il-Ftehim.

4.   Aplikazzjoni għar-riammissjoni tista’ tkun sottomessa bi kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni, mhux esklużi mezzi elettroniċi.

Artikolu 8

Mezzi ta’ evidenza dwar in-nazzjonalità

1.   Il-prova dwar in-nazzjonalità skont l-Artikolu 2 (1) u l-Artikolu 4 (1) tista’ b’mod partikolari tiġi pprovduta b’mod partikolari permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 1 ta’ dan il-Ftehim, inkluż dokumenti li l-validità tagħhom tkun skadiet b’massimu ta’ 6 xhur. Jekk tali dokumenti jkunu ppreżentati, l-Istati Membri u l-Ġeorġja għandhom jirrikonoxxu b’mod reċiproku n-nazzjonalità mingħajr ħtieġa ta’ investigazzjoni ulterjuri. Il-prova ta’ nazzjonalità ma tistax tiġi pprovduta permezz ta’ dokumenti foloz.

2.   Prova prima facie tan-nazzjonalità skont l-Arikolu 2(1) u l-Artikolu 4(1) tista’ ssir b’mod partikolari permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 2 ta’ dan il-Ftehim, anke jekk il-perjodu ta’ validità tagħhom ikun skada. Jekk tali dokumenti jkunu ppreżentati, l-Istati Membri u l-Ġeorġja għandhom iqisu li n-nazzjonalità ġiet stabbilita, kemm-il darba ma jkunux jistgħu jippruvaw mod ieħor. Prova prima facie tan-nazzjonalità ma tistax issir permezz ta’ dokumenti foloz.

3.   Jekk l-ebda wieħed mid-dokumenti elenkati fl-Annessi 1 jew 2 ma jkun jista’ jiġi ppreżentat, jew jekk ikunu insuffiċjenti, ir-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari kompetenti tal-Istat Mitlub għandhom, fuq talba mill-Istat li jagħmel it-talba li hu inkluż fl-applikazzjoni għar-riammissjoni, jagħmlu l-arranġamenti biex jintervistaw lill-persuna li ser tkun riammessa mingħajr dewmien żejjed, u mhux aktar tard minn erbagħt ijiem lavorattivi mid-data li fiha tkun irċevuta l-applikazzjoni għar-riammissjoni, sabiex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tagħha. Il-proċedura għal dawn l-intervisti tista’ tkun stabbilita fil-Protokolli ta’ implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 19 ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 9

Mezzi ta’ provi dwar persuni b’nazzjonalità ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr stat

1.   Il-prova dwar il-kundizzjonijiet ta’ riammissjoni ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat skont l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5(1) għandha tingħata b’mod partikolari permezz tal-evidenza elenkata fl-Anness 3 ta’ dan il-Ftehim; ma tistax tiġi pprovduta permezz ta’ dokumenti foloz. Kull prova bħal din għandha tkun rikonoxxuta b’mod reċiproku mill-Istati Membri u mill-Ġeorġja mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar verifika.

2.   Il-prova prima facie dwar il-kundizzjonijiet ta’ riammissjoni ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat skont l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5(1) għandha tingħata b’mod partikolari permezz tal-evidenza elenkata fl-Anness 4 ta’ dan il-Ftehim; ma tistax tiġi pprovduta permezz ta’ dokumenti foloz. Fejn hija ppreżentata din l-evidenza prima facie, l-Istati Membri u l-Ġeorġja għandhom iqisu li l-kundizzjonijiet ġew stabbiliti, kemm-il darba ma jkunux jistgħu jipprovaw mod ieħor.

3.   L-illegalità tad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza għandha tkun stabbilita permezz ta’ dokumenti tal-vjaġġ tal-persuna kkonċernata li fihom hija nieqsal-viża neċessarja jew l-permess ta’ residenza għat-territorju tal-Istat li jagħmel it-talba. Dikjarazzjoni mill-Istat li jagħmel it-Talba li l-persuna kkonċernata nstabet mingħajr id-dokumenti tal-ivvjaġġar, il-viża jew il-permess ta’ residenza meħtieġa għandha wkoll tkun ta’ prova prima facie tad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza illegali.

Artikolu 10

Limiti ta’ żmien

1.   L-applikazzjoni għar-riammissjoni għandha tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Mitlub fi żmien massimu ta’ sitt xhur minn meta l-awtorità kompetenti tal-Istat li jagħmel it-Talba ssir taf li persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat ma tissodisfax, jew ma għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza. Fejn hemm ostakoli legali jew fattwali għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni fil-ħin, il-limitu ta’ żmien għandu, fuq talba tal-Istat li jagħmel it-talba, jiġi estiż iżda biss sakemm jieqfu jeżistu l-ostakoli.

2.   Għandha tingħata tweġiba bil-miktub għall-applikazzjoni għar-riammissjoni

(a)

fi żmien jumejn lavorattivi jekk l-applikazzjoni tkun saret taħt il-proċedura aċċellerata (l-Artikolu 6(3)); jew

(b)

fi żmien 12-il jum kalendarju fil-każijiet l-oħrajn kollha.

Dan il-limitu taż-żmien jibda jgħodd mid-data tal-irċevuta tat-talba għar-riammissjoni. Jekk ma jkunx hemm tweġiba f’dan it-terminu ta’ żmien, it-trasferiment jitqies li jkun ġie miftiehem.

3.   Ir-raġunijiet għal rifjut ta’ talba għar-riammissjoni għandhom jingħataw bil-miktub.

4.   Wara li jkun ingħata l-qbil jew, fejn xieraq, wara li jiskadi t-terminu stabbilit fil-paragrafu 2, il-persuna kkonċernata għanda tiġi ttrasferita fi żmien tliet xhur. Fuq talba tal-Istat li jagħmel it-talba, dan it-terminu jista’ jiġi estiż biż-żmien li hemm bżonn biex jiġu indirizzati l-ostakoli legali jew prattiċi.

Artikolu 11

Modalitajiet tat-trasferiment u mezzi ta’ trasport

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 6(2), qabel ma jirritornaw persuna, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat li jagħmel it-Talba għandhom javżaw lill-awtoritajiet tal-Istat Mitlub tal-inqas tlett ijiem lavorattivi minn qabel dwar id-data ta’ trasferiment, il-punt ta’ dħul, skorti possibbli u informazzjoni oħra relevanti għat-trasferiment.

2.   It-trasportazzjoni tista’ jsir bl-ajru jew bl-art. Ir-ritorn bl-ajru ma għandux ikun limitat għall-użu tat-trasportaturi bl-ajru nazzjonali tal-Ġerorġja jew l-Istati Membri u jista’ jsir bl-użu ta’ titjiriet skedati jew, fil-każ ta’ persuna li għandha n-nazzjonalità tal-Istat Mitlub, b’titjiriet mikrija. Fil-każ ta’ ritorn bl-iskorta, dawn l-iskorti ma għandhomx ikunu limitati għal persuni awtorizzati tal-Istat li jagħmel it-talba, sakemm ikunu persuni awtorizzati mill-Ġeorġja jew minn kwalunkwe Stat Membru.

Artikolu 12

Riammissjoni bi żball

L-Istat li jagħmel it-Talba għandu jieħu lura kwalunkwe persuna riammessa mill-Istat Mitlub jekk jiġi stabbilit fi żmien sitt xhur, u fil-każ ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuni mingħajr stat fi żmien12-il xahar, wara t-trasferiment tal-persuna kkonċernata, li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim ma humiex sodisfatti.

F’dawn il-każijiet id-dispożizzjonijiet proċedurali ta’ dan il-Ftehim għandhom jgħoddu mutatis mutandis u għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-identità u n-nazzjonalità attwali tal-persuna li ser tittieħed lura.

TAQSIMA IV

OPERAZZJONIJIET TA’ TRANŻITU

Artikolu 13

Prinċipji

1.   L-Istati Membri u l-Ġeorġja għandhom jillimitaw it-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat għall-każijiet fejn dawn il-persuni ma jistgħux jintbagħtu lura direttament lejn l-Istat ta’ destinazzjoni.

2.   Il-Ġeorġja għandha tippermetti t-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jekk Stat Membru jitlob dan, u Stat Membru għandu jippermetti t-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jekk il-Ġeorġja titlob dan, jekk ikunu assigurati l-vjaġġ lejn id-destinazzjoni li jgħaddi minn Stati ta’ tranżitu oħrajn possibbli u r-riammissjoni mill-Istat ta’ destinazzjoni.

3.   It-tranżitu jista’ jiġi rifjutat mill-Ġeorġja jew minn Stat Membru:

(a)

jekk il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat hija f’riskju li tkun soġġetta għat-tortura jew trattament jew kastig inuman jew degradanti jew il-piena tal-mewt jew persekuzzjoni minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija f’xi grupp soċjali partikolari jew konvinzjoni politika tagħha fl-Istat ta’ destinazzjoni jew Stat ieħor ta’ tranżitu;

(b)

jekk il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat ikunu soġġetti għal sanzjonijiet kriminali fl-Istat Mitlub jew f’xi Stat ieħor ta’ tranżitu; jew

(c)

minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika, sigurtà domestika, ordni pubblika jew interessi oħra nazzjonali tal-Istat Mitlub.

4.   Il-Ġeorġja jew Stat Membru tista’ tirrevoka kull awtorizzazzjoni maħruġa jekk iċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 3 jirriżultaw, jew jiġu fid-deher aktar tard li jkunu ta’ xkiel fl-operazzjoni ta’ tranżitu, jew jekk l-ivvjaġġar minn Stati ta’ tranżitu li jista’ jkun hemm jew ir-riammissjoni mill-Istat ta’ destinazzjoni ma jkunx/tkunx aktar assigurat/a. F’dan il-każ, l-Istat li jagħmel it-talba għandu jieħu lura lill-persuna li għandha in-nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat, kif meħtieġ u mingħajr dewmien.

Artikolu 14

Proċedura ta’ tranżitu

1.   Applikazzjoni għall-operazzjonijiet ta’ tranżitu għandha tkun sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Mitlub bil-miktub u għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

it-tip ta’ tranżitu (bl-ajru jew l-art), Stati oħra possibbli ta’ tranżitu u d-destinazzjoni finali ppjanata;

(b)

id-dettalji tal-persuna kkonċernata (pereżempju l-isem, il-kunjom, kunjom xbubitha, l-ismijiet l-oħra użati/li bihom kienet magħrufa jew psewdonimi, id-data tat-twelid is-sess u – fejn possibbli – il-post tat-twelid, in-nazzjonalità, il-lingwa, it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar);

(c)

fejn hu maħsub li ser ikun il-punt tad-dħul, il-ħin tat-trasferiment u l-użu possibbli tal-iskorti;

(d)

dikjarazzjoni li fil-fehma tal-Istat li jagħmel it-Talba, il-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 13(2) huma sodisfatti, u li ebda raġuni għal ċaħda skont l-Artikolu 13(3) ma hi magħrufa.

Formola komuni li għandha tintuża fl-applikazzjonijiet ta’ tranżitu hija mehmuża mal-Anness 6 ta’ dan il-Ftehim.

2.   Fi żmien ħamest ijiem tal-kalendarju l-Istat Mitlub għandu jinforma bil-miktub lill-Istat li jagħmel it-talba dwar l-ilqugħ, jikkonferma l-punt tad-dħul u l-ħin ippjanat tal-ilqugħ, jew jinfurmah dwar ir-rifjut tal-ilqugħ u r-raġunijiet għal dan ir-rifjut.

3.   Jekk l-operazzjoni ta’ tranżitu ssir bl-ajru, il-persuna li tkun ser tkun riammessa u l-iskorti possibbli jkunu eżentati milli jkollhom viża ta’ tranżitu tal-ajruport.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Mitlub għandhom, wara konsultazzjonijiet reċiproċi, jgħinu fl-operazzjonijiet ta’ tranżitu, b’mod partikolari permezz ta’ sorveljanza tal-persuni kkonċernati u l-għoti ta’ amenitajiet xierqa għal dak l-iskop.

5.   It-tranżitu tal-persuni għandu jsir fi żmien 30 ġurnata mill-irċevuta tal-kunsens dwar it-talba.

TAQSIMA V

SPEJJEŻ

Artikolu 15

L-ispejjeż tat-trasport u tat-tranżitu

Bla ħsara għad-dritt tal-awtoritajiet kompetenti li jiġbru lura l-ispejjeż marbuta mar-riammissjoni mingħand il-persuna li ser tiddaħħal lura jew partijiet terzi, l-ispejjeż kollha tat-trasport marbuta mar-riammissjoni u t-tranżitu sal-fruntiera tal-Istat tad-destinazzjoni finali, għandhom jitħallsu mill-Istat li jagħmel it-Talba.

TAQSIMA VI

KLAWSOLA TAL-PROTEZZJONI TAD-DATA U TAN-NUQQAS TA’ EFFETT

Artikolu 16

Protezzjoni tad-Data

Il-komunikazzjoni ta’ data personali għandha sseħħ biss jekk komunikazzjoni bħal din hija meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ġeorġja jew Stat Membru skont il-każ. L-ipproċessar u t-trattament ta’ data personali f’każ partikolari għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet domestiċi tal-Ġeorġja u, fejn il-kontrollur ikun awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, għad-dispożizzjonijet tad-Direttiva 95/46/KE u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru adottata skont dik id-Direttiva. Addizzjonalment japplikaw ukoll il-prinċipji li ġejjin:

(a)

id-data personali għandha tiġi proċessata b’mod ġust u legali;

(b)

id-data personali għandha tinġabar għall-iskop speċifikat, espliċitu u leġittimu tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u ma tiġix ipproċessata aktar mill-awtorità li tikkomunikaha jew mill-awtorità li tirċeviha b’mod mhux kompatibbli ma’ dan l-iskop;

(c)

id-data personali għandha tkun adegwata, relevanti u mhux eċċessiva b’relazzjoni mal-għan li għalih tinġabar u/jew tkun ipproċessata aktar; b’mod partikolari, id-data personali kkomunikata tista’ tkun biss dwar dan li ġej:

(i)

id-dettalji tal-persuna li ser tiġi ttrasferita (eż. ismijiet, kunjomijiet, xi ismijiet preċedenti, l-ismijiet l-oħra użati/li bihom kienet magħrufa jew psewdonimi, is-sess, l-istat ċivili, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità kurrenti u preċedenti),

(ii)

il-passaport, il-karta tal-identità jew il-liċenzja tas-sewqan (in-numru, il-perjodu ta’ validità, id-data tal-ħruġ, l-awtorità tal-ħruġ, il-post tal-ħruġ),

(iii)

il-postijiet ta’ waqfien temporanju u itinerarji,

(iv)

informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi identifikata l-persuna li tkun ser tiġi trasferita jew biex jiġu eżaminati r-rekwiżiti għar-riammissjoni skont dan il-Ftehim;

(d)

id-data personali għandha tkun eżatta u, fejn meħtieġ, tinżamm aġġornata;

(e)

id-data personali għandha tinżamm b’mod li jippermetti l-identifikazzjoni tas-soġġetti tad-dejta għal mhux iktar mill-perjodu neċessarju għall-iskop li għalih inġabret id-data jew li kompliet tiġi proċessata;

(f)

kemm l-awtorità li tikkomunika d-data personali kif ukoll l-awtorità li tirċeviha għandhom jieħdu kull pass raġonevoli biex jiżguraw kif xieraq ir-retifika, it-tħassir jew l-imblukkar tad-data personali fejn l-ipproċessar tagħha ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, b’mod partikolari għaliex dik id-data mhix adegwata, rilevanti, preċiża jew għaliex hija eċċessiva fir-rigward tal-iskop tal-ipproċessar. Dan jinkludi n-notifika ta’ kwalunkwe retifika, tħassir jew imblukkar għall-Parti l-oħra;

(g)

fuq talba, l-awtorità li tirċievi għandha tinforma lill-awtorità komunikanti dwar l-użu tad-data komunikata u r-riżultati miksuba minn dan;

(h)

id-data personali tista’ tkun komunikata biss lill-awtoritajiet kompetenti. Komunikazzjoni ulterjuri lil entitajiet oħrajn teħtieġ kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti komunikanti;

(i)

l-awtorità kompetenti komunikanti u l-awtorità kompetenti li tirċieviha huma obbligati li jirreġistraw bil-miktub il-komunikazzjoni u l-wasla tad-data personali.

Artikolu 17

Klawsola ta’ nuqqas ta’ effett

1.   Dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr ħsara għad-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Unjoni, l-Istati Membri u l-Ġeorġja li jirriżultaw mil-Liġi Internazzjonali u, b’mod partikolari:

(a)

mill-Konvenzjoni tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati kif emendata bil-Protokoll tal-31 ta’ Jannar 1967 dwar l-Istat tar-Refuġjati,

(b)

mill-konvenzjonijiet internazzjonali li jiddeterminaw l-Istat responsabbli li jeżamina l-applikazzjonijiet għall-ażil li jkunu ġew sottomessi,

(c)

mill-Konvenzjoni Ewropea tal-4 ta’ Novembru 1950 dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u l-Protokolli tagħha,

(d)

mill-Konvenzjoni tal-10 ta’ Diċembru 1984 kontra t-Tortura u t-Trattament jew Kastig ieħor Kiefer, Inuman jew Degradanti,

(e)

mill-konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-estradizzjoni u t-tranżitu,

(f)

mill-konvenzjonijiet u ftheimiet internazzjonali multilaterali li fihom ir-regoli dwar ir-riammissjoni ta’ persuni ta’ nazzjonalità barranija, bħall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali tas-7 ta’ Diċembru 1944.

2.   Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jrażżan ir-ritorn ta’ persuna taħt arranġamenti oħrajn formali jew informali.

TAQSIMA VII

IMPLIMENTAZZJONI U APPLIKAZZJONI

Artikolu 18

Kumitat konġunt għar-riammissjoni

1.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprovdu għajnuna reċiproka fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Għal dan il-għan, huma għandhom jaħtru Kumitat Konġunt għar-Riammissjoni (minn issa ‘l quddiem indikat bħala “l-Kumitat”) li ser ikollu, b’mod partikolari, il-kompiti li ġejjin:

(a)

li jissorvelja l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

(b)

li jiddeċiedi dwar l-arranġamenti neċessarji għall-applikazzjoni b’mod uniformi ta’ dan il-Ftehim;

(c)

li jkollu skambju regolari ta’ informazzjoni dwar il-Protokolli ta’ implimentazzjoni mfassla mill-Istati Membri individwali u mill-Ġeorġja skont l-Artikolu 19 ta’ dan il-Ftehim;

(d)

li jagħmel rakkomandazzjonijiet għal emendi għal dan il-Ftehim u l-annessi tiegħu.

2.   Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat għandhom jorbtu lill-Partijiet Kontraenti.

3.   Il-kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u l-Ġeorġja.

4.   Il-Kumitat għandu jiltaqa’ meta meħtieġ fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti.

5.   Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 19

Protokolli ta’ Implimentazzjoni

1.   Fuq talba ta’ Stat Membru jew tal-Ġeorġja, il-Ġeorġja u Stat Membru għandhom iħejju Protokoll ta’ implimentazzjoni li għandu, inter alia, ikopri r-regoli dwar:

(a)

il-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti, il-punti fejn tinqasam il-fruntiera u l-iskambju ta’ punti ta’ kuntatt;

(b)

il-kundizzjonijiet ta’ ritorni skortati, inkluż it-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat li jkollhom skorta magħhom;

(c)

mezzi u dokumenti minbarra dawk elenkati fl-Annessi 1 sa 4 ta’ dan il-Ftehim;

(d)

il-modalitajiet għar-riammissjoni bi proċedura aċċelerata; u

(e)

il-proċedura għall-intervisti.

2.   Il-Protokolli ta’ Implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jidħlu fis-seħħ biss wara li jiġi notifikat il-Kumitat għar-riammissjoni imsemmi fl-Artikolu 18.

3.   Il-Ġeorġja taqbel li kwalunkwe dispożizzjoni ta’ Protokoll ta’ implimentazzjoni magħmul ma’ Stat Membru partikolari għandha tiġi applikata wkoll fir-relazzjonijiet tagħha ma’ kwalunkwe Stat Membru ieħor fuq talba minn dan tal-aħħar.

Artikolu 20

Relazzjoni ma’ arranġamenti bilaterali dwar ir-riammissjoni jew arranġamenti tal-Istati Membri

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom ikollhom preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta’ kull ftehim jew arranġament bilaterali dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni li jkun ġie jew jista’ jiġi konkluż, skont l-Artikolu 19, bejn Stati Membri individwali u l-Ġeorġja, u dan safejn id-dispożizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar ikunu inkompatibbli ma’ dawk ta’ dan il-Ftehim.

TAQSIMA VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 21

Applikazzjoni territorjali

1.   Soġġett għall-paragrafu 2, dan il-ftehim għandu japplika fit-territorju li fih huma applikabbli t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-territorju tal-Ġeorġja.

2.   Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju tal-Irlanda unikament fuq notifika mill-Unjoni Ewropea lill-Ġeorġja għal dak l-għan. Dan il-Ftehim m’għandux japplika għat-territorju tar-Renju tad-Danimarka.

Artikolu 22

Emendi għall-Ftehim

Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat u supplimentat bil-kunsens reċiproku tal-Partijiet Kontraenti. L-emendi u ż-żidiet għandhom jiġu abbozzati fil-forma ta’ protokolli separati, li għandhom jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim, u jidħlu fis-seħħ skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 23 ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 23

Dħul fis-seħħ, kemm idum u terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom.

2.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data ta’ meta l-aħħar Parti Kontraenti tkunu nnotifikat lill-oħra li l-proċeduri msemmija fl-ewwel paragrafu jkunu ġew konklużi.

3.   Dan il-Ftehim għandu japplika għall-Irlanda fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tan-notifika msemmija fl-Artikolu 21(2).

4.   Dan il-Ftehim huwa konkluż għal żmien illimitat.

5.   Kull Parti Kontraenti tista’ tiddenunzja dan il-Ftehim billi tinnotifika lill-Parti Kontraenti l-oħra b’mod uffiċjali. Dan il-Ftehim ma għandux jibqa’ japplika sitt xhur wara d-data ta’ tali notifika.

Artikolu 24

Annessi

L-Annessi 1 sa 6 għandhom jifformaw parti integrali ta’ dan il-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, fit-22 ta’ Novembru 2010 b’duplikat bil-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Ispanjol, l-Isvediż, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan, l-Ungeriżu u l-Ġeorġjan, b’kull test ikun ugwalment awtentiku.

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l’Union européenne

Per l’Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Image

За Грузия

Por Georgia

Za Gruzii

For Georgien

Für Georgien

Gruusia nimel

Για τη Γεωργία

For Georgia

Pour la Géorgie

Per la Georgia

Gruzijas vārdā –

Gruzijos vardu

Grúzia részéről

Għall-Georġja

Voor Georgië

W imieniu Gruzji

Pela Geórgia

Pentru Georgia

Za Gruzínsko

Za Gruzijo

Georgian puolesta

För Georgien

Image

Image


(1)  Skont il-formola stabbilita fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-UE tat-30 ta’ Novembru 1994.

(2)  Ibid.

ANNESS 1

LISTA KOMUNI TA’ DOKUMENTI LI L-PREŻENTAZZJONI TAGĦHOM TITQIES PROVA TA’ ĊITTADINANZA

(ARTIKOLI 2 (1), 4 (1) u 8 (1))

passaporti ta’ kull tip (passaporti nazzjonali, passaporti diplomatiċi, passaporti tas-servizz, passaporti kollettivi u passaporti surrogati inklużi l-passaporti tat-tfal),

karti tal-identità (inklużi dawk temporanji u dawk provviżorji),

ċertifikati taċ-ċittadinanza u dokumenti oħrajn uffiċjali li jsemmu jew li jindikaw iċ-ċittadinanza b’mod ċar.

ANNESS 2

LISTA KOMUNI TA’ DOKUMENTI LI L-PREŻENTAZZJONI TAGĦHOM TITQIES PROVA PRIMA FACIE TA’ NAZZJONALITÀ

(ARTIKOLI 2 (1), 4 (1) U 8 (2))

Fejn l-Istat Mitlub huwa xi wieħed mill-Istati Membri jew il-Ġeorġja:

Dokumenti elenkati fl-Anness 1 li l-validità tagħhom tkun skadiet b’iktar minn 6 xhur,

fotokopji ta’ kwalunkwe dokument imniżżel fl-Anness 1 għal dan il-Ftehim,

liċenzji tas-sewqan jew fotokopji tagħhom,

ċertifikati tat-twelid jew fotokopji tagħhom,

karti tal-identità tal-kumpanniji jew fotokopji tagħhom,

dikjarazzjonijiet ta’ xhieda,

prospetti magħmula mill-persuna kkonċernata u l-lingwa mitkellma minnu jew minnha, anke permezz ta’ riżultat ta’ test uffiċjali,

kwalunkwe dokument ieħor li jista’ jgħin biex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tal-persuna kkonċernata,

kotba tas-servizzi u karti tal-identità militari,

kotba tar-reġistrazzjoni tal-baħħara u karti tas-servizz ta’ kaptani,

laisser-passer maħruġ mill-Istat Mitlub.

Fejn l-Istat Mitlub huwa l-Ġeorġja:

il-konferma tal-identità b’riżultat ta’ tfittxija magħmula fis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (1),

fil-każ ta’ Stati Membri li ma jużawx is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża, identifikazzjoni pożittiva stabbilita mir-rekords ta’ dawk l-Istati Membri dwar l-applikazzjoni għall-viża


(1)  Regolament (KE) Nru. 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal soġġorn qasir (regolament VIS), ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60;

ANNESS 3

LISTA KOMUNI TA’ DOKUMENTI LI JITQIESU PROVA TAL-KUNDIZZJONIJIET GĦAR-RIAMMISSJONI TA’ PERSUNI TA’ NAZZJONALITÀ TA’ PAJJIŻ TERZ JEW PERSUNI MINGĦAJR STAT

(ARTIKOLI 3 (1), 5 (1) U 9 (1))

viża jew permess ta’ residenza maħruġ mill-Istat Mitlub,

timbri tad-dħul/tluq jew endorsjar simili fid-dokument tal-ivvjaġġar tal-persuna kkonċernata jew evidenza oħra tad-dħul/ħruġ (eż. dik fotografika).

ANNESS 4

LISTA KOMUNI TA’ DOKUMENTI LI JITQIESU PROVA PRIMA FACIE TAL-KUNDIZZJONIJIET GĦAR-RIAMMISSJONI TA’ PERSUNI TA’ NAZZJONALITÀ TA’ PAJJIŻI TERZI JEW PERSUNI MINGĦAJR STAT

(ARTIKOLI 3 (1), 5 (1) U 9 (2))

deskrizzjoni maħruġa mill-awtoritajiet relevanti tal-Istat li jagħmel it-talba, tal-post u ċ-ċirkostanzi li l-persuna kkonċernata tkun ġiet interċettata fihom wara li tkun daħlet fit-territorju ta’ dak l-Istat;

informazzjoni dwar l-identità u/jew żjara ta’ persuna li tkun ġiet provduta minn organizzazzjoni Internazzjonali (eż. UNHCR);

rapporti/konferma ta’ informazzjoni minn membri tal-familja, sħab fil-vjaġġ, eċċ.;

dikjarazzjoni tal-persuna kkonċernata.

informazzjoni li turi li l-persuna kkonċernata użat is-servizzi ta’ messaġġier jew aġenzija tal-ivvjaġġar;

dikjarazzjonijiet uffiċjali magħmula, partikolarment, mill-impjegati tal-awtorità tal-fruntieri u xhieda oħrajn li jistgħu jixhdu li l-persuna kkonċernata qasmet il-fruntiera;

dikjarazzjoni uffiċjali tal-persuna kkonċernata fi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi;

dokumenti bl-isem, ċertifikati u kontijiet ta’ kwalunkwe tip (pereżempju kontijiet tal-lukandi, karti tal-appuntament għat-tobba/dentisti, karti ta’ dħul għal istituzzjonijiet pubbliċi/privati, ftehimiet tal-kiri tal-karozzi, irċevuti tal-karti tal-kreditu, eċċ.) li juru b’mod ċar li l-persuna kkonċernata qagħdet fit-territorju tal-Istat Mitlub,

biljetti bl-isem u/jew listi tal-passiġġiera ta’ passaġġi bl-ajru, bil-ferrovija, bil-kowċ jew bil-baħar li juru l-preżenza u l-itinerarju tal-persuna kkonċernata fit-territorju tal-Istat Mitlub.

ANNESS 5

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 6

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLI 3(1) U 5(1)

Il-Partijiet jaqblu li persuna tkun “dieħla direttament” mit-territorju tal-Ġeorġja skont it-tifsira ta' dawn id-dispożizzjonijiet jekk tali persuna waslet fit-territorju ta' Stat Membru mingħajr ma daħlet f’pajjiż terz waqt li tkun ġejja, jew, fejn l-Istat Mitlub ikun wieħed mill-Istati Membri, waslet fit-territorju tal-Ġeorġja, mingħajr ma daħlet f’pajjiż terz waqt li tkun ġejja. Waqfiet ta' tranżitu bl-ajru ma jitqisux bħala dħul.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA LI TIKKONĊERNA D-DANIMARKA

Il-Partijiet Kontraenti jinnutaw li dan il-Ftehim ma jgħoddx għat-territorju tar-Renju tad-Danimarka u lanqas għall-persuni ta’ nazzjonalità tar-Renju tad-Danimarka. F’tali ċirkostanzi huwa xieraq li l-Ġeorġja u d-Danimarka jikkonkludu ftehim ta’ riammissjoni fuq l-istess termini ta’ dan il-Ftehim.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA LI TIKKONĊERNA L-IŻLANDA U N-NORVEĠJA

Il-Partijiet Kontraenti jinnutaw ir-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja u l-Islanda, b’mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehim tat-18 ta’ Mejju 1999 dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen. F’tali ċirkostanzi hu xieraq li l-Ġeorġja tikkonkludi l-ftehim dwar ir-riammissjoni mal-Iżlanda u n-Norveġja fuq l-istess termini ta’ dan il-Ftehim.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ISVIZZERA

Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera, partikolarment bis-saħħa tal-Ftehim dwar l-assoċjazzjoni tal-Isvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2008. F’tali ċirkostanzi hu xieraq li l-Ġeorġja tikkonkludi ftehim dwar ir-riammissjoni mal-Isvizzera fuq l-istess termini ta’ dan il-Ftehim.


REGOLAMENTI

25.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/66


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 156/2011

tat-13 ta’ Diċembru 2010

dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja dwar is-sajd fl-Istati Federali tal-Mikroneżja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Protokoll ġdid (minn hawn ‘il quddiem “il-Protokoll”) għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja dwar is-sajd fl-Istati Federali tal-Mikroneżja (1) (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”) ġie inizjalat fis-7 ta’ Mejju 2010. Il-Protokoll jipprovdi lill-bastimenti tal-UE b’opportunitajiet ta’ sajd fil-ilmijiet li fuqhom l-Istati Federali tal-Mikroneżja għandha sovranità jew ġuriżdizzjoni fir-rigward tas-sajd.

(2)

Fit-13 ta’ ta’ Diċembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/116/UE (2) dwar l-iffirmar u dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll.

(3)

Il-metodu ta’ allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri għandu jiġi definit għall-perjodu ta’ ħames snin stabbilit fl-Artikolu 13 tal-Protokoll kif ukoll għall-perjodu tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu.

(4)

Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (3), jekk jidher li l-opportunitajiet ta’ sajd allokati lill-Unjoni Ewropea skont il-Protokoll mhumiex użati kompletament, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri kkonċernati. In-nuqqas ta’ tweġiba fi skadenza li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill għandha titqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat mhumiex qed jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet ta’ sajd tagħhom fil-perjodu stabbilit. Dik l-iskadenza għandha tiġi stabbilita.

(5)

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll għall-Ftehim għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:

(a)

Bastimenti bil-purse seine għat-tonn

Spanja

5 bastimenti

Franza

bastiment wieħed (1)

(b)

bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ:

Spanja

12-il bastiment

2.   Bla ħsara għall-Ftehim u l-Protokoll, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 1006/2008.

3.   Jekk l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jkoprux l-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti bil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd minn kwalunkwe Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.

L-iskadenza msemmija fl-Artikolu 10(1) ta’ dak ir-Regolament għandha tiġi stabbilita għal 10 ijiem tax-xogħol.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

K. PEETERS


(1)  ĠU L 151, 6.6.2006, p. 3.

(2)  Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.