ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.047.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 47

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
22 ta' Frar 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 157/2011 tal-21 ta’ Frar 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 fir-rigward tal-finanzjament tan-nefqa tal-intervent li saret fil-kuntest tal-operazzjonijet tal-ħżin pubbliku

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 158/2011 tal-21 ta' Frar 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Špekáčky/Špekačky (STG)]

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 159/2011 tal-21 ta’ Frar 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Spišské párky (STG)]

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 160/2011 tal-21 ta' Frar 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Lovecký salám/Lovecká saláma (STG)]

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 161/2011 tal-21 ta’ Frar 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Liptovská saláma/Liptovský salám (STG)]

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 162/2011 tal-21 ta' Frar 2011 li jiddetermina ċ-ċentri tal-intervent għar-ross

11

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 163/2011 tal-21 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

14

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 164/2011 tal-21 ta’ Frar 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

16

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/119/PESK tal-21 ta’ Frar 2011 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo

18

 

 

2011/120/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Frar 2011 dwar in-noninklużjoni tal-bromur tal-metil fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata bid-dokument numru C(2011) 950)  ( 1 )

19

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

22.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 157/2011

tal-21 ta’ Frar 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 fir-rigward tal-finanzjament tan-nefqa tal-intervent li saret fil-kuntest tal-operazzjonijet tal-ħżin pubbliku

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 (2) jipprovdi li l-infiq fuq l-operazzjonijiet fiżiċi marbuta max-xiri, il-bejgħ jew forom oħra ta’ trasferiment tal-prodotti huwa ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) ibbażat fuq ammonti standard u uniformi. Barra minn hekk, l-Artikolu 4(1)(c) ta’ dak ir-Regolament jipprovdi li l-infiq fuq l-operazzjonijiet fiżiċi li mhumiex neċessarjament marbuta max-xiri, il-bejgħ jew forom oħra ta’ trasferiment tal-prodotti huwa ffinanzjat mill-FAEG ibbażat fuq ammonti standard jew ammonti li mhumiex standard.

(2)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jkun xieraq li fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 884/2006 jiġi speċifikat li l-infiq iffinanzjat mill-FAEG jista’ jinkludi spejjeż li jkunu ġejjin minn trasport fl-Istat Membru jew ’il barra minnu jew minn esportazzjoni taħt ċerti kondizzjonijiet. Il-finanzjament ta’ din in-nefqa għandu jkun soġġett għal approvazzjoni skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (3).

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 884/2006 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 884/2006, il-punt sussegwenti (ca) huwa mdaħħal wara l-punt (c):

“(ca)

L-infiq li jirriżulta mit-trasport fit-territorju tal-Istat Membru jew ’il barra minnu jew minn esportazzjoni, abbażi tal-ammonti standard jew ammonti li mhumiex standard, li għandu jiġi approvati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35.

(3)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.


22.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 158/2011

tal-21 ta' Frar 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [“Špekáčky”/“Špekačky” (STG)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, it-talba konġunta tar-Repubblika Ċeka u tas-Slovakkja biex id-denominazzjoni “Špekáčky”/“Špekačky” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata.

(3)

Ma ntalbitx il-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 94, 14.4.2010, p. 18.


ANNESS

Prodotti tal-Anness I għat-Trattat maħsuba għall-konsum mill-bniedem:

Klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Špekáčky (STG)

IS-SLOVAKKJA

Špekačky (STG)


22.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 159/2011

tal-21 ta’ Frar 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Spišské párky (STG)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 19(3) tar-Regolament imsemmi, it-talba tar-Repubblika Ċeka u tas-Slovakkja biex id-denominazzjoni “Spišské párky” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata.

(3)

Fit-talba ntalab ukoll li tiġi applikata l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006. Din il-protezzjoni għandha tingħata lid-denominazzjoni “Spišské párky” fis-sens li, ladarba ma kienx hemm oġġezzjoni, ma setax jintwera li l-isem kien użat b’mod legali, magħruf u ekonomikament sinifikanti għal prodotti agrikoli jew għal oġġetti tal-ikel simili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Għandha tapplika l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 95, 15.4.2010, p. 34.


ANNESS

Prodotti tal-Anness I għat-Trattat maħsuba għall-konsum mill-bniedem

Klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

IR-REPUBBLIKA ĊEKA U S-SLOVAKKJA

Spišské párky (STG)

L-użu tad-denominazzjoni huwa riżervat.


22.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 160/2011

tal-21 ta' Frar 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [“Lovecký salám”/“Lovecká saláma” (STG)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, it-talba konġunta tar-Repubblika Ċeka u tas-Slovakkja biex id-denominazzjoni “Lovecký salám”/“Lovecká saláma” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata.

(3)

Ma ntalbitx il-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 96, 16.4.2010, p. 18.


ANNESS

Prodotti tal-Anness I għat-Trattat maħsuba għall-konsum mill-bniedem:

Klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Lovecký salám (STG)

IS-SLOVAKKJA

Lovecká saláma (STG)


22.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 161/2011

tal-21 ta’ Frar 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [“Liptovská saláma”/“Liptovský salám” (STG)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, it-talba tar-Repubblika Ċeka u tas-Slovakkja biex id-denominazzjoni “Liptovská saláma”/“Liptovský salám” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata.

(3)

Fit-talba ntalab ukoll li tiġi applikata l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006. Din il-protezzjoni għandha tingħata lid-denominazzjoni “Liptovská saláma”/“Liptovský salám” fis-sens li, ladarba ma kienx hemm oġġezzjoni, ma setax jintwera li l-isem kien użat b’mod legali, magħruf u ekonomikament sinifikanti għal prodotti agrikoli jew għal oġġetti tal-ikel simili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Għandha tapplika l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 103, 22.4.2010, p. 14.


ANNESS

Prodotti tal-Anness I għat-Trattat maħsuba għall-konsum mill-bniedem:

Klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Liptovský salám (STG)

IS-SLOVAKKJA

Liptovská saláma (STG)

L-użu tad-denominazzjoni huwa riżervat.


22.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 162/2011

tal-21 ta' Frar 2011

li jiddetermina ċ-ċentri tal-intervent għar-ross

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1173/2009 tal-Kummissjoni (2), jelenka fl-Anness B tiegħu, iċ-ċentri tal-intervent għar-ross, imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 670/2009 tal-Kummissjoni (3). L-Anness A tal-imsemmi Regolament, li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għall-qamħ durum, tħassar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1125/2010 tat-3 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1173/2009 (4).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (5), jistipula, mis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni [sena tas-suq] 2010/11, il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu osservati għall-għażla u l-approvazzjoni taċ-ċentri tal-intervent għar-ross u tal-postijiet tal-ħżin tagħhom.

(3)

Mill-1 ta' Settembru 2010, ir-Regolament (UE) Nru 1272/2009 jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 670/2009 f'dak li jirrigwarda r-ross.

(4)

Mill-1 ta' Settembru 2010, iċ-ċentri tal-intervent għar-ross magħżula b'applikazzjoni tal-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti bl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009. Ir-Regolament (KE) Nru 1173/2009 għandu għalhekk ikun irrevokat.

(5)

Skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2009, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lis-servizzi tal-Kummissjoni dwar, il-lista taċ-ċentri tal-intervent għar-ross għan-nominazzjoni effettiva tagħhom kif ukoll il-lista tal-postijiet tal-ħżin ta' dawn iċ-ċentri li huma jqisu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet minimi mitluba mir-Regolament tal-Unjoni. F'każijiet fejn il-livell tal-produzzjoni tar-ross huwa baxx u meta l-estimi ma jindikawx dawk iż-żoni li fihom jiġi prodott ir-ross f'ammonti żejda u l-intervent ma ntużax għal perjodu sinifikanti, ċerti Stati Membri ma rrappurtaw ebda ċentru tal-intervent għar-ross.

(6)

Sabiex ikun assigurat il-funzjonament tajjeb tal-iskema ta' intervent pubbliku, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi ċentri tal-intervent skont il-pożizzjoni ġeografika tagħhom u għandha tippubblika lista tal-postijiet tal-ħżin tagħhom bit-tagħrif kollu neċessarju għall-operaturi kkonċernati mill-intervent pubbliku.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Iċ-ċentri tal-intervent għar-ross imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2009 huma elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

L-indirizzi tal-postijiet tal-ħżin relatati ma' kull ċentru tal-intervent u l-informazzjoni ddettaljata dwar dawn il-postijiet u maċ-ċentri tal-intervent, huma ppubblikati fuq l-internet (6).

Artikolu 2

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1173/2009 għandu jiġi rrevokat.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 48.

(3)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 22.

(4)  ĠU L 318, 4.12.2010, p. 10.

(5)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.

(6)  L-indirizzi tal-postijiet tal-ħżin taċ-ċentri tal-intervent huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea CIRCA (http://circa.europa.eu/Public/irc/agri/cereals/library?l=/publicsdomain/cereals/intervention_agencies&vm=detailed&sb=Title)


ANNESS

Ċentri ta' intervent għar-ross

IL-BULGARIJA

Пловдив

SPANJA

 

CADIZ

 

CORDOBA

 

SEVILLA

 

ZARAGOZA

 

ALBACETE

 

CIUDAD REAL

 

CUENCA

 

LÉRIDA

 

BADAJOZ

 

CACERES

 

NAVARRA

FRANZA

 

BOUCHES-DU-RHONE

 

GARD

IL-GREĊJA

 

ΘΕΣΣΑΛΟΝΙΚΗ

 

ΓΙΑΝΝΙΤΣΑ

 

ΒΟΛΟΣ

 

ΛΑΜΙΑ

L-UNGERIJA

 

Jász-Nagykun-Szolnok

 

Békés

 

Szabolcs-Szatmár-Bereg

L-ITALJA

Piemonte

IL-PORTUGALL

 

Silo de Évora

 

Silo de Cuba

IR-RUMANIJA

 

IANCA

 

BRAILA

 

FAUREI

 

BARAGANUL

 

PALAS

 

COGEALAC

 

MOVILA

 

FETESTI

 

TANDAREI

 

BUCU

 

ALEXANDRIA

 

CORABIA

 

CARPINIS


22.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 163/2011

tal-21 ta’ Frar 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Frar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

120,5

MA

78,2

TN

102,0

TR

109,9

ZZ

102,7

0707 00 05

JO

204,2

MK

140,7

TR

177,0

ZZ

174,0

0709 90 70

MA

46,5

TR

117,7

ZZ

82,1

0805 10 20

EG

58,1

IL

56,5

MA

56,3

TN

45,0

TR

70,2

ZZ

57,2

0805 20 10

IL

163,3

MA

88,8

TR

79,6

US

107,8

ZZ

109,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

70,2

IL

108,3

JM

73,5

MA

113,6

TR

64,8

ZZ

86,1

0805 50 10

EG

62,1

MA

49,3

TR

51,5

ZZ

54,3

0808 10 80

CA

91,7

CM

53,6

CN

107,2

MK

55,8

US

131,3

ZZ

87,9

0808 20 50

AR

120,7

CL

140,0

CN

60,2

US

122,3

ZA

107,9

ZZ

110,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


22.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 164/2011

tal-21 ta’ Frar 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 154/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Frar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 46, 19.2.2011, p. 25.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-22 ta’ Frar 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

56,59

0,00

1701 11 90  (1)

56,59

0,00

1701 12 10  (1)

56,59

0,00

1701 12 90  (1)

56,59

0,00

1701 91 00  (2)

53,60

1,39

1701 99 10  (2)

53,60

0,00

1701 99 90  (2)

53,60

0,00

1702 90 95  (3)

0,54

0,20


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

22.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/119/PESK

tal-21 ta’ Frar 2011

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (1)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28, 31(2) u 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-4 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (2) u l-Azzjoni Konġunta 2008/123/PESK (3) li taħtar lis-Sur Pieter FEITH bħala Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Kosovo.

(2)

Fil-11 ta’ Awwissu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/446/PESK (4) li testendi l-mandat tar-RSUE sat-28 ta’ Frar 2011.

(3)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż sat-30 ta’ April 2011.

(4)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif imniżżel fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/446/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Pieter FEITH bħala r-RSUE fil-Kosovo huwa b’dan estiż sat-30 ta’ April 2011.”.

(2)

L-Artikolu 5(1) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2010 sat-30 ta’ April 2011 għandu jkun ta’ EUR 1 230 000.”.

(3)

L-Artikolu 6 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Kostituzzjoni u kompożizzjoni tat-tim

1.   Għandu jiġi assenjat persunal iddedikat biex jassisti lir-RSUE jimplimenta l-mandat tiegħu u biex jikkontribwixxi għall-koerenza, il-viżibbiltà u l-effettività tal-azzjoni globali tal-Unjoni fil-Kosovo. Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-kostituzzjoni tat-tim tiegħu. It-tim għandu jinkludi t-tagħrif espert dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tat-tim tiegħu.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru, l-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni jew is-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew is-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru li jibgħatu, l-istituzzjoni tal-Unjoni jew is-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Skont ir-Riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(2)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

(3)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 88.

(4)  ĠU L 211, 12.8.2010, p. 36.


22.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Frar 2011

dwar in-noninklużjoni tal-bromur tal-metil fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 950)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/120/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni u tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista kienet tinkludi l-bromur tal-metil.

(2)

Skont l-Artikolu 11f tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 u l-Artikolu 12(1)(a) u l-Artikolu 12(2)(b) ta’ dak ir-Regolament, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/753/KE tat-18 ta’ Settembru 2008 dwar in-non inklużjoni tal-bromur tal-metil fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (4) ġiet adottata.

(3)

Bi qbil man-notifikant oriġinali, persuna oħra (minn hawn ‘il quddiem “l-applikant”) ressqet applikazzjoni ġdida skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata, kif prevista fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5).

(4)

L-applikazzjoni tressqet lir-Renju Unit, li kien maħtur bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rrispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess kif kien is-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/753/KE. Dik l-applikazzjoni tikkonforma wkoll mall-bqija tar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

Ir-Renju Unit ivvaluta d-dejta addizzjonali sottomessa mill-applikant u pprepara rapport addizzjonali. Huwa bagħat dan ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fis-26 ta’ Novembru 2009. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali għall-kummenti lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant u bagħtet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar il-bromur tal-metil lill-Kummissjoni fit-3 ta’ Novembru 2010 (6). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzati fit-28 ta’ Jannar 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-bromur tal-metil.

(6)

Ir-rapport addizzjonali mill-Istat Membru relatur u l-konklużjoni mill-Awtorità jikkonċentraw fuq it-tħassib li jwassal għan-noninklużjoni. Dak it-tħassib kien dwar l-effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem partikolarment fuq persuni li jkunu fil-qrib, minħabba li l-espożizzjoni kienet ikbar minn 100 % tal-AOEL, u fuq il-konsumaturi, minħabba li l-espożizzjoni kienet ikbar minn 100 % tal-ADI u tal-ARfd. Kien identifikat iktar tħassib fir-rapport ta’ valutazzjoni għall-bromur tal-metil.

(7)

Ġiet ippreżentata informazzjoni addizzjonali mill-applikant, partikolarment dwar it-tnaqqis fl-espożizzjoni permezz tal-applikazzjoni ta’ teknoloġija ta’ rkuprar. Biex jitnaqqas ir-riskju għall-konsumaturi u speċi li mhumiex fil-mira, l-applikant illimita l-appoġġ tiegħu għall-użi fuq materjal tal-ippakkjar tal-injam fil-kontejners.

(8)

Madankollu, l-informazzjoni addizzjonali ppreżentata mill-applikant ma ppermettietx l-eliminazzjoni tat-tħassib speċifiku kollu dwar il-bromju tal-metil.

(9)

Partikolarment, l-informazzjoni disponibbli ma kinitx biżżejjed biex issir valutazzjoni tal-espożizzjoni kwantitattiva għall-persuni li jkunu fil-qrib. Barra minn hekk, l-informazzjoni disponibbli ma kinitx biżżejjed biex tagħti stima tal-konċentrazzjoni possibbli tal-bromur tal-metil fl-arja madwar il-kontejners b’materjal ta’ ppakkjar tal-injam li fuqu ntuża l-bromur tal-metil u biex tkun iffinalizzata l-valutazzjoni tar-riskju għal orġaniżmi li mhumiex fil-mira. Barra minn dan, ma kienx hemm dejta disponibbli biex tindirizza r-riskju ta’ espożizzjoni indiretta fil-ħamrija, fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta’ taħt l-art.

(10)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008, il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq kummenti dwar l-abbozz tar-rapport ta’ reviżjoni. L-applikant ippreżenta l-kummenti tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa.

(11)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib identifikat ma setax jitneħħa, u l-evalwazzjonijiet li saru fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata u vvalutata matul il-laqgħat tal-esperti tal-Awtorità ma wrewx li wieħed jista’ jistenna li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-bromur tal-metil jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(12)

Il-bromur tal-metil għalhekk ma għandux ikun inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(13)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2008/753/KE għandha tiġi revokata.

(14)

Din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għat-tressiq ta’ applikazzjoni ulterjuri għall-bromur tal-metil skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(15)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-bromur tal-metil ma għandux ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2008/753/KE hija rrevokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  ĠU L 258, 26.9.2008, p. 68.

(5)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Konklużjoni dwar ir-reviżjoni tal-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi għas-sustanza attiva bromur tal-metil. EFSA Journal 2011;9(1):1893. [32 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2011.1893. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.