ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.046.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 46

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
19 ta' Frar 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2011 tat-18 ta’ Frar 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward Titjib fl-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRSs) ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 150/2011 tat-18 ta' Frar 2011 li jemenda u jadatta l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kaċċa mrobbija u selvaġġa u l-laħam tal-kaċċa mrobbija u selvaġġa ( 1 )

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2011 tat-18 ta’ Frar 2011 li jemenda l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tjur imrobbija fl-irziezet ( 1 )

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 152/2011 tat-18 ta’ Frar 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Chosco de Tineo (IĠP)]

21

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2011 tat-18 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

23

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 154/2011 tat-18 ta’ Frar 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

25

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 155/2011 tat-18 ta’ Frar 2011 dwar il-kwistjoni tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet li tressqu fl-ewwel 7 ijiem ta' Frar 2011 skont il-kwota tariffarja għaċ-ċanga ta' kwalità għolja amministrata mir-Regolament (KE) Nru 620/2009

27

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/110/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2010 dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Italja għandha l-intenzjoni li timplimenta favur Fri-El Acerra S.r.l. C 8/09 (ex N 357/08) (notifikata bid-dokument numru C(2010) 6159)  ( 1 )

28

 

 

2011/111/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2011 li tawtorizza lil Franza, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE, biex tittrasporta flieles ta’ jum u għawwietaq tal-ftuħ lest biex ibid ’l barra miż-żona ta’ protezzjoni stabbilita minħabba tifqigħa tal-marda Newcastle fid-dipartiment ta’ Côtes d’Armor (notifikata bid-dokument numru C(2011) 869)  ( 1 )

44

 

 

2011/112/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Frar 2011 li jemenda d-Deċiżjoni 2008/620/KE li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni marbut mal-istokkijiet tal-merluzz fil-Kattegat, il-Baħar tat-Tramuntana, l-Iskagerrak, il-Lvant tal-Kanal, l-ibħra fil-punent tal-Iskozja u fil-Baħar Irlandiż (notifikata bid-dokument numru C(2011) 899)

46

 

 

2011/113/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2011 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ aġenzija tal-pagamenti fl-Italja li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (FAEGG), Taqsima tal-Garanziji, għas-sena finanzjarja 2006 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 911)

47

 

 

2011/114/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Frar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2008/589/KE li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni marbut mal-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku (notifikata bid-dokument numru C(2011) 938)

50

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/115/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kumitat stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar ir-rikonoxximent reċiproku fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konformità tat-18 ta' Ottubru 2010 dwar l-emenda tal-Kapitolu 12 dwar Vetturi bil-Mutur fl-Anness 1 u dwar l-inklużjoni fl-Anness 1 ta' Kapitolu 18 ġdid dwar Prodotti Bijoċidali

51

 

 

IV   Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA Nru 235/09/COL tal-20 ta' Mejju 2009 Dwar l-Iskema Temporanja ta' Għajnuna għal Ammonti Żgħar (in-Norveġja)

59

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ekodisinn għal muturi tal-elettriku ( ĠU L 191, 23.7.2009 )

63

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

19.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 149/2011

tat-18 ta’ Frar 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward Titjib fl-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRSs)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ġew adottati ċerti standards u interpretazzjonijiet internazzjonali li kienu jeżistu fil-15 ta' Ottubru 2008.

(2)

Fl-10 ta' Mejju 2010, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika Titjib fl-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju, minn hawn ’il quddiem “it-Titjib”, fil-qafas tal-proċess annwali tiegħu ta' titjib li għandu l-għan li jissemplifika u jiċċara l-istandards internazzjonali tal-kontabilità. Il-biċċa l-kbira tal-emendi huma kjarifiki jew korrezzjonijiet tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) eżistenti jew emendi b'konsegwenza ta' tibdiliet li saru qabel fl-IFRS. Tliet emendi (tnejn fl-IFRS 1 u waħda fl-IAS 34) jinvolvu tibdiliet fir-rekwiżiti eżistenti jew gwida addizzjonali għall-implimentazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp Tekniku ta' Esperti (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li t-Titjib jissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. Skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja [għar-Rappurtar Finanzjarju] (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-approvazzjoni u għarraf lill-Kummissjoni li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(2)

L-IFRS 7 għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(3)

L-IFRS 3 għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(4)

L-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 1 għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(5)

L-IAS 34 għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(6)

L-Interpretazzjoni 13 tal-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) għandha tiġi emendata kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(7)

L-IFRS 7, l-IAS 32 u l-IAS 39 għandhom jiġu emendati skont l-emendi għall-IFRS 3 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(8)

L-IAS 21, l-IAS 28 u l-IAS 31 għandhom jiġu emendati skont l-IAS 27 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fil-punti (3), (7) u (8) tal-Artikolu 1, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda wara t-30 ta' Ġunju 2010.

Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fil-punti (1), (2), (4), (5) u (6) tal-Artikolu 1, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda wara l-31 ta' Diċembru 2010.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

Titjib fl-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju

Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra miż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' riproduzzjoni għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta' kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq www.iasb.org

Titjib għall-IFRSs

Emendi fl-IFRS 1 L-Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju

Il-paragrafi 27 u 32 ġew emendati. Żdiedu l-paragrafu 27A, intestatura u l-paragrafi 31B u 39E.

PREŻENTAZZJONI U DIVUGAR

27

L-IAS 8 ma japplikax għall-bidliet fil-politiki tal-kontabilità li entità tagħmel meta tadotta l-IFRSs jew għall-bidliet f'dawk il-politiki qabel ma tippreżenta l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha skont l-IFRS. Għalhekk, ir-rekwiżiti tal-IAS 8 dwar il-bidliet fil-politiki tal-kontabilità ma japplikawx fl-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRS ta' entità.

27A

Jekk matul il-perjodu kopert bl-ewwel rapporti finanzjarji tal-IFRS tagħha, entità tbiddel il-politiki tagħha tal-kontabilità jew l-użu li tagħmel mill-eżenzjonijiet li hemm f'dan l-IFRS, hija għandha tispjega l-bidliet bejn l-ewwel rapport finanzjarju interim tagħha skont l-IFRS u l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha skont l-IFRS, u għandha taġġorna r-rikonċiljazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 24(a) u (b).

Użu tal-kost preżunt għal operazzjonijiet soġġetti għar-regolazzjoni tar-rata

31B

Jekk entità tuża l-eżenzjoni fil-paragrafu D8B għal operazzjonijiet soġġetti għar-regolazzjoni tar-rata, hija għandha tiddivulga dak il-fatt u l-bażi li fuqha ġew stabiliti l-ammonti miżmuma fil-kotba skont il-GAPP preċedenti.

Rapporti finanzjarji interim

32

Sabiex tikkonforma mal-paragrafu 23, jekk entità tippreżenta rapport finanzjarju interim skont l-IAS 34 għal parti mill-perjodu kopert bl-ewwel rapporti finanzjarji IFRS tagħha, l-entità għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin flimkien mar-rekwiżiti tal-IAS 34:

(a)

Kull rapport finanzjarju interim bħal dan għandu, jekk l-entità tkun ippreżentat rapport finanzjarju interim għall-perjodu interim komparabbli tas-sena finanzjarja ta' qabel, jinkludi:

(i)

rikonċiljazzjoni tal-ekwità tagħha skont il-GAAP preċedenti fit-tmiem ta' dak il-perjodu interim paragunabbli mal-ekwità tagħha taħt l-IFRSs f'dik id-data; u

(ii)

rikonċiljazzjoni mal-introjtu totali komprensiv tagħha skont l-IFRSs għal dak il-perjodu interim paragunabbli (kurrenti u tas-sena sa dik id-data). Il-punt tat-tluq għal dik ir-rikonċiljazzjoni għandu jkun l-introjtu totali komprensiv skont il-GAAP preċedenti għal dak il-perjodu jew, jekk entità ma tkunx irrapportat tali total, il-profitt jew telf skont il-GAAP preċedenti.

(b)

Minbarra r-rikonċiljazzjonijiet mitluba minn (a), l-ewwel rapport finanzjarju interim ta' entità skont l-IAS 34 għal parti mill-perjodu kopert mill-ewwel rapporti finanzjarji IFRS tagħha, għandu jinkludi r-rikonċiljazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 24(a) u (b) (supplimentati bid-dettalji meħtieġa mill-paragrafi 25 u 26) jew referenza għal dokument ippubblikat ieħor li jinkludi dawn ir-rikonċiljazzjonijiet.

(c)

Jekk entità tbiddel il-politiki kontabilistiċi tagħha jew l-użu li tagħmel mill-eżenzjonijiet kontenuti f'dan l-IFRS, hija għandha tispjega l-bidliet f'kull rapport finanzjarju interim minn dawn skont il-paragrafu 23 u għandha taġġorna r-rikonċiljazzjonijiet meħtieġa minn (a) u (b).

DATA EFFETTIVA

39E

It-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f'Mejju 2010 żied il-paragrafi 27A, 31B u D8B u emenda l-paragrafi 27, 32, D1(c) u D8. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal rapporti annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2011 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar kmieni, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. L-entitajiet li adottaw IFRSs f'perjodi qabel id-data effettiva tal-IFRS1 jew applikaw l-IFRS 1 f'perjodu preċedenti huma permessi li japplikaw l-emenda għall-paragrafu D8 b'mod retrospettiv fl-ewwel perjodu annwali wara li l-emenda ssir effettiva. Entità li tapplika l-paragrafu D8 b'mod retrospettiv għandha tiddivulga dak il-fatt.

Emenda fl-Appendiċi D ta' IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju

Ġew emendati l-paragrafi D1(c) u D8 u żdied il-paragrafu D8B.

D1

Entità tista' tagħżel li tuża waħda jew iktar mill-eżenzjonijiet li ġejjin:

(c)

il-kost preżunt (il-paragrafi D5–D8 B);

Il-kost preżunt

D8

Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista' jkun stabilixxa kost preżunt skont il-GAAP preċedenti għal xi assi u obbligazzjonijiet jew għall-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tiegħu billi jkun stmahom skont il-valur ġust tagħhom f'data waħda partikolari minħabba xi avveniment bħal privatizzazzjoni jew offerta pubblika inizjali. It

(a)

Jekk id-data tal-kejl tkun fi jew qabel id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, l-entità tista' tuża dawn l-istimi ta' valur ġust misjuqa minn avvenimenti bħala l-kost preżunt għall-IFRSs fid-data ta' dak il-kejl.

(b)

Jekk id-data tal-kejl tkun wara d-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, iżda matul il-perjodu kopert mill-ewwel rapporti finanzjarji IFRS, il-valutazzjonijiet tal-valur ġust misjuqa mill-avvenimenti jistgħu jintużaw bħala l-kost preżunt meta jseħħ l-avveniment. Entità għandha tirrikonoxxi l-aġġustamenti li jirriżultaw b'mod dirett fil-qligħ imfaddal (jew, jekk xieraq, xi kategorija oħra ta' ekwità) fid-data tal-kejl. Fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRS, l-entità għandha jew tistabilixxi l-kost preżunt billi tapplika l-kriterji fil-paragrafi D5–D7 jew tistma l-assi u l-obbligazzjonijiet skont ir-rekwiżiti l-oħra f'dan l-IFRS.

D8B

Xi entitajiet ikollhom oġġetti ta' proprjetà, impjanti u tagħmir jew assi intanġibbli li jintużaw, jew kienu jintużaw qabel, f'operazzjonijiet soġġetti għar-regolazzjoni tar-rata. L-ammont miżmum fil-kotba ta' tali oġġetti jista' jinkludi ammonti li kienu ġew stabiliti taħt GAAP preċedenti iżda li ma jikkwalifikawx għal kapitalizzazzjoni skont l-IFRSs. Jekk dan ikun il-każ, min jadotta l-istandard għall-ewwel darba jista' jagħżel li juża l-ammont miżmum fil-kotba skont il-GAAP preċedenti ta' dak it-tip ta' oġġett fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs bħala kost preżunt. Jekk entità tapplika din l-eżenzjoni għal oġġett, hija m'għandhiex għalfejn tapplika għall-oġġetti kollha. Fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, entità għandha tittestja għal xi indeboliment skont l-IAS 36 kull oġġett li għalih tintuża din l-eżenzjoni. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-operazzjonijiet huma soġġetti għar-regolazzjoni tar-rata jekk huma jipprovdu prodotti jew servizzi lill-konsumaturi bi prezzijiet (jiġifieri rati) stabiliti minn korp awtorizzat li jkollu s-setgħa li jistabilixxi rati li jorbtu lill-konsumaturi u li jkunu mfassla sabiex jirkupraw l-ispejjeż speċifiċi li tagħmel l-entità sabiex tipprovdi l-oġġetti jew is-servizzi regolati u biex tagħmel redditu speċifikat. Ir-redditu speċifikat jista' jkun minimu jew medda u m'hemmx għalfejn ikun redditu fiss jew garantit.

Emendi għall-IFRS 3 Kombinamenti ta' negozju

Il-paragrafu 19, kemm l-intestatura ta' qabel il-paragrafu 30 u kif ukoll l-intestatura ta’ qabel il-paragrafu 30 ġew emendati. Żdiedu l-paragrafi 64B, 64C u 65A–65E.

IL-METODU TAL-AKKWIŻIZZJONI

Prinċipju tal-kejl

19

Għal kull kombinament ta’ negozju, l-akkwirent għandu jkejjel fid-data tal-akkwiżizzjoni, komponenti ta’ interessi bla dritt ta’ kontroll fit-trasferent li jkunu interessi ta’ sjieda preżenti u li jintitolaw lid-detenturi tagħhom għal sehem proporzjonat mill-assi netti tal-entità f’każ ta’ likwidazzjoni bħala jew:

(a)

valur ġust; jew

(b)

is-sehem proporzjonat tal-istrumenti tas-sjieda preżenti fl-ammonti rikonoxxuti tal-assi netti identifikabbli tat-trasferitur.

Il-komponenti l-oħrajn kollha tal-interessi bla dritt ta’ kontroll għandhom jitkejlu fil-valuri ġusti tad-data tal-akkwiżizzjoni tagħhom, sakemm ma tkunx meħtieġa bażi ta’ valutazzjoni oħra mill-IFRSs.

Eċċezzjonijiet għall-prinċipji tar-rikonoxximent jew tal-kejl

Eċċezzjonijiet għall-prinċipju tal-kejl

Tranżazzjonijiet ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma

30

L-akkwirent għandu jkejjel strument ta’ obbligazzjoni jew ta’ ekwità relatat mat-tranżazzjonijiet ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma tat-trasferitur jew is-sostituzzjoni tat-tranżazzjonijiet ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma ta’ trasferitur ma’ tranżazzjonijiet ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma tal-akkwirent skont il-metodu fl-IFRS 2 Pagament ibbażat fuq l-ishma fid-data tal-akkwiżizzjoni. (Dan l-IFRS jirreferi għar-riżultat ta’ dak il-metodu bħala l-“kejl ibbażat fuq is-suq” tat-tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma.)

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

Data effettiva

64B

It-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010 emenda l-paragrafi 19, 30 u B56 u żied il-paragrafi B62A u B62B. Entità għandha tapplika dawn l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. L-applikazzjoni għandha tkun prospettiva mid-data li fiha l-entità tapplika għall-ewwel darba dan l-IFRS.

64C

Il-paragrafi 65A–65E ġew miżjuda mat-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk xi entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dan il-fatt. L-emendi għandhom jiġu applikati għal bilanċi għal korrispettiv kontinġenti li jirriżultaw minn kombinamenti ta’ negozju b’data tal-akkwiżizzjoni li kienet qabel l-applikazzjoni ta’ dan l-IFRS, kif maħruġ fl-2008.

Tranżizzjoni

65A

Il-bilanċi għal korrispettiv kontinġenti li jirriżultaw minn kombinamenti ta’ negozju li d-dati tal-akkwiżizzjoni tagħhom kienu qabel id-data li fiha entità applikat għall-ewwel darba dan l-IFRS kif maħruġ fl-2008 m’għandhomx jiġu aġġustati mal-ewwel applikazzjoni ta’ dan l-IFRS. Il-paragrafi 65B–65E għandhom jiġu applikati fil-kontabilità suċċessiva għal dawk il-bilanċi. Il-paragrafi 65B–65E m’għandhomx japplikaw għall-kontabilità għall-bilanċi ta’ korrispettiv kontinġenti li jirriżultaw minn kombinamenti ta’ negozju bid-dati tal-akkwiżizzjoni fi jew wara d-data li fiha l-entità tkun applikat għall-ewwel darba dan l-IFRS kif maħruġ fl-2008. Fil-paragrafi 65B–65E, kombinament ta’ negozju tirreferi esklussivament għal kombinamenti ta’ negozju li d-data tal-akkwiżizzjoni tagħhom ġiet qabel l-applikazzjoni ta’ dan l-IFRS kif maħruġ fl-2008.

65B

Jekk xi ftehim dwar kombinament ta’ negozju jipprovdi għal aġġustament fil-kost tal-kombinament li jkun kontinġenti fuq avvenimenti futuri, l-akkwirent għandu jinkludi l-ammont ta’ dak l-aġġustament fil-kost tal-kombinament fid-data tal-akkwiżizzjoni jekk l-aġġustament ikun probabbli u jkun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli.

65C

Ftehim dwar kombinament ta’ negozju jista’ jaħseb għal aġġustamenti għall-kost tal-kombinament li jkunu kontinġenti fuq avveniment wieħed jew aktar futuri. L-aġġustament jista’, pereżempju, jkun kontinġenti fuq li f’perjodi futuri jinżamm jew jinkiseb livell speċifikat ta’ profitt, jew fuq li jinżamm il-prezz tas-suq tal-istrumenti maħruġa. Ġeneralment huwa possibbli li wieħed jistma l-ammont ta’ kwalunkwe aġġustament bħal dan fiż-żmien tal-kontabilità inizjali għall-kombinament mingħajr ma tiddgħajjef l-affidabilità tal-informazzjoni, anki jekk tkun teżisti xi inċertezza. Jekk l-avvenimenti futuri ma jseħħux jew jekk tkun trid tiġi riveduta l-istima, il-kost tal-kombinament ta’ negozju għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ.

65D

Madankollu, meta ftehim dwar kombinament ta’ negozju jipprovdi għal tali aġġustament, dak l-aġġustament ma jiġix inkluż fil-kost tal-kombinament fil-ħin tal-kontabilità inizjali għall-kombinament jekk dan ma jkunx probabbli jew ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli. Jekk suċċessivament, dak l-aġġustament isir probabbli u jkun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli, il-korrispettiv addizzjonali għandu jiġi ttrattat bħala aġġustament fil-kost tal-kombinament.

65E

F’ċerti ċirkostanzi, l-akkwirent jista’ jkun meħtieġ li jagħmel ħlas sussegwenti lill-bejjiegħ bħala kumpens għal tnaqqis fil-valur tal-assi mogħtija, l-istrumenti azzjonarji maħruġa jew l-obbligazzjonijiet magħmula jew assunti mill-akkwirent bi skambju għall-kontroll tat-trasferitur. Dan huwa l-każ, pereżempju, meta l-akkwirent jiggarantixxi l-prezz tas-suq tal-ekwità jew l-istrumenti tad-dejn maħruġa bħala parti mill-kost tal-kombinament ta’ negozju u jkun meħtieġ li joħroġ ekwità jew strumenti ta’ dejn addizzjonali sabiex ireġġa’ lura l-kost stabilit oriġinarjament. F’każijiet bħal dawn, ma tiġi rikonoxxuta l-ebda żieda fil-kost tal-kombinament ta’ negozju. Fil-każ tal-istrumenti azzjonarji, il-valur ġust tal-pagament addizzjonali huwa bbilanċjat minn tnaqqis ugwali fil-valur attribwit lill-istrumenti maħruġa fil-bidu. Fil-każ tal-istrumenti tad-dejn, il-ħlas addizzjonali jitqies bħala tnaqqis fil-primjum jew żieda fl-iskont fuq il-ħarġa inizjali.

Gwida għall-applikazzjoni

Fl-Appendiċi B, il-paragrafu B56 ġie emendat u ġew miżjuda nota ta’ qiegħ il-paġna għall-paragrafu B56, intestatura wara l-paragrafu B62 u l-paragrafi B62A u B62B.

STABILIMENT TA’ X’INHI PARTI MIT-TRANŻAZZJONI TAL-KOMBINAMENT TA’ NEGOZJU (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFU 51 U 52)

Għotjiet ta’ ħlas ibbażati fuq l-ishma tal-akkwirent skambjati ma’ għotjiet miżmuma mill-impjegati tat-trasferitur (applikazzjoni tal-paragrafu 52(b))

B56

Akkwirent jista’ jiskambja l-għotjiet ta’ pagament tiegħu bbażati fuq l-ishma (1) (għotjiet ta’ sostituzzjoni) ma’ għotjiet miżmuma mill-impjegati tat-trasferitur. Skambji ta’ opzjonijiet tal-ishma jew għotjiet oħra ta’ ħlas ibbażati fuq l-ishma flimkien ma’ kombinament ta’ negozju huma ġġustifikati bħala modifiki ta’ għotjiet ta’ ħlas ibbażati fuq l-ishma skont l-IFRS 2 Pagament ibbażat fuq l-ishma. Jekk l-akkwirent jissostitwixxi l-għotjiet tat-trasferitur, jew il-kejl kollu bbażat fuq is-suq tal-għotjiet ta’ sostituzzjoni tal-akkwirent jew parti minnu għandu jiġi inkluż fil-kejl tal-korrispettiv trasferit fil-kombinament ta’ negozju. Il-paragrafi B57–B62 jipprovdu gwida dwar kif għandu jiġi allokat il-kejl ibbażat fuq is-suq.

Madankollu, f’sitwazzjonijiet, li fihom l-għotjiet tat-trasferitur jiskadu bħala konsegwenza ta’ kombinament ta’ negozju jew jekk l-akkwirent jibdel dawk l-għotjiet meta ma jkunx obbligat li jagħmel dan, il-kejl kollu bbażat fuq is-suq tal-għotjiet ta’ sostituzzjoni għandu jiġi rikonoxxut bħala prezz tal-ħlas fid-rapporti finanzjarji ta’ wara l-kombinament skont l-IFRS 2. Jiġifieri, xejn mill-kejl ibbażat fuq is-suq ta’ dawk l-għotjiet m’għandu jiġi inkluż fil-kejl tal-kunsiderazzjoni trasferita fil-kombinament ta’ negozju. L-akkwirent huwa obbligat li jibdel l-għotjiet tat-trasferitur jekk it-trasferitur jew l-impjegati tiegħu jkollhom il-kapaċità li jinfurzaw il-bdil. Pereżempju, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din il-gwida, l-akkwirent ikun obbligat li jibdel l-għotjiet tat-trasferitur jekk il-bdil ikun meħtieġ minn:

(a)

il-patti tal-ftehim ta’ akkwiżizzjoni;

(b)

il-patti tal-għotjiet tat-trasferitur; jew

(c)

il-liġijiet jew ir-regolamenti applikabbli.

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas ibbażati fuq l-ishma bl-ekwità saldata tat-trasferitur

B62A

It-trasferitur jista’ jkollu tranżazzjonijiet ta’ ħlas pendenti bbażati fuq l-ishma li l-akkwirent ma jibdilx mat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas tiegħu bbażati fuq l-ishma. Jekk vestiti, dawk it-tranżazzjonijiet ta’ ħlas ibbażati fuq l-ishma tat-trasferitur ikunu parti mill-interess bla dritt ta’ kontroll fit-trasferitur u jitkejlu bil-kejl tagħhom ibbażat fuq is-suq. Jekk ma jkunux vestiti, huma jitkejlu fil-kejl tagħhom ibbażat fuq is-suq bħal li kieku d-data tal-akkwiżizzjoni kienet id-data tal-għoti skont il-paragrafi 19 u 30.

B62B

Il-kejl ibbażat fuq is-suq tat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas ibbażati fuq l-ishma mhux vestiti huwa allokat għall-interess bla dritt ta’ kontroll fuq il-bażi tal-proporzjon tal-parti tal-perjodu ta’ vestiment kompletata sal-parti l-kbira tal-perjodu ta’ vestiment totali jew il-perjodu ta’ vestiment oriġinali tat-tranżazzjoni ta’ ħlas ibbażata fuq l-ishma. Il-bilanċ huwa allokat għas-servizz ta’ wara l-kombinament.

Appendiċi għall-emendi fl-IFRS 3

Emendi f’IFRSs oħra

IFRS 7    Strumenti Finanzjarji: Divugar

Il-paragrafu 44B huwa emendat u żdied il-paragrafu 44K.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

44B

L-IFRS 3 (kif rivedut fl-2008) neħħa l-paragrafu 3(c). Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk xi entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata wkoll għal dak il-perjodu aktar bikri. Madankollu, l-emenda ma tapplikax għal korrispettiv kontinġenti li tkun inħolqot minn kombinament ta’ negozju li d-data tal-akkwiżizzjoni għalih tkun ġiet qabel l-applikazzjoni tal-IFRS 3 (rivedut fl-2008). Minflok, entità għandha tiġġustifika tali korrispettiv skont il-paragrafi 65A–65E tal-IFRS 3 (kif emendat fl-2010).

44K

Il-paragrafu 44B ġie emendat bit-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa.

IAS 32    Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni

Il-paragrafu 97B huwa emendat u żdied il-paragrafu 97G.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

97B

L-IFRS 3 (kif rivedut fl-2008) neħħa l-paragrafu 4(c). Entità għandha tapplika dik l-emenda għal rapporti annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk xi entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata wkoll għal dak il-perjodu aktar bikri. Madankollu, l-emenda ma tapplikax għal korrispettiv kontinġenti li jkun inħoloq minn kombinament ta’ negozju li d-data tal-akkwiżizzjoni tiegħu tkun ġiet qabel l-applikazzjoni tal-IFRS (rivedut fl-2008). Minflok, entità għandha tiġġustifika tali korrispettiv skont il-paragrafi 65A–65E tal-IFRS 3 (kif emendat fl-2010).

97G

Il-paragrafu 97B ġie emendat bit-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa.

IAS 39    Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl

Il-paragrafu 103D huwa emendat u żdied il-paragrafu 103N.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

103D

L-IFRS 3 (kif rivedut fl-2008) neħħa l-paragrafu 2(f). Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk xi entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata wkoll għal dak il-perjodu aktar bikri. Madankollu, l-emenda ma tapplikax għal korrispettiv kontinġenti li jkun inħoloq minn kombinament ta’ negozju li d-data tal-akkwiżizzjoni tiegħu tkun ġiet qabel l-applikazzjoni tal-IFRS 3 (rivedut fl-2008). Minflok, entità għandha tiġġustifika tali korrispettiv skont il-paragrafi 65A–65E tal-IFRS 3 (kif emendat fl-2010).

103N

Il-paragrafu 103D ġie emendat bit-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa.

Emendi għall- IFRS 7    Strumenti Finanzjarji: Żvelar

Żdied il-paragrafu 32A. Ġew emendati l-paragrafi 34 u 36–38. Żdied il-paragrafu 44L.

IN-NATURA U L-LIVELL TAR-RISKJI LI JIRRIŻULTAW MILL-ISTRUMENTI FINANZJARJI

32A

Li jiġu provduti divulgazzjonijiet kwalitattivi fil-kuntest ta’ divulgazzjonijiet kwantitattivi jippermetti lill-utenti li jikkollegaw divulgazzjonijiet relatati u għalhekk jiffurmaw stampa globali tan-natura u l-livell tar-riskji li jirriżultaw mill-istrumenti finanzjarji. L-interazzjoni bejn id-divulgazzjonijiet kwalitattivi u d-divulgazzjonijiet kwantitattivi tikkontribwixxi għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni b’mod li jippermetti lill-utenti jevalwaw aħjar l-iskopertura ta’ entità għar-riskji.

Divulgazzjonijiet kwantitattivi

34

Għal kull tip ta’ riskju li jirriżulta mill-istrumenti finanzjarji, entità għandha tiddivulga:

(a)

informazzjoni kwantitattiva fil-qosor dwar l-iskopertura tagħha għal dak ir-riskju fit-tmiem tal-perjodu ta’ rappurtar. Din id-divulgazzjoni għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta internament lill-persunal maniġerjali prinċipali tal-entità (kif definit fl-IAS 24 Żvelar lil Partijiet Relatati), pereżempju l-bord tad-diretturi jew l-uffiċjali eżekuttiv ewlieni tal-entità.

(b)

id-divulgazzjonijiet mitluba mill-paragrafi 36–42, safejn mhux ipprovdut skont (a).

(c)

il-konċentrazzjonijiet tar-riskju jekk ma jkunux evidenti mid-divulgazzjonijiet magħmula skont (a) u (b).

Riskju ta’ kreditu

36

Entità għandha tiddivulga skont il-klassi tal-istrument finanzjarju:

(a)

l-ammont li jirrappreżenta l-aħjar l-esponiment massimu tagħha għar-riskju ta’ kreditu fit-tmiem tal-perjodu ta’ rappurtar mingħajr ma titqies xi kollateral miżmum jew titjib ieħor tal-kreditu (eż. ftehimiet ta’ kalkolu tal-valur nett li ma jikkwalifikawx għal tpaċija skont l-IAS 32); din id-divulgazzjoni mhijiex meħtieġa għal strumenti finanzjarji li l-ammont miżmum fil-kotba tagħhom jirrappreżenta l-aħjar l-skopertura massima għar-riskju ta’ kreditu.;

(b)

deskrizzjoni tal-kollateral miżmuma bħala sigurtà u ta’ titjib ieħor tal-kreditu, u l-effett finanzjarju tagħhom (eż. kwantifikazzjoni ta’ kemm il-kollateral u titjib ieħor tal-kreditu jimmitigaw ir-riskju ta’ kreditu) fir-rigward tal-ammont li l-aħjar li jirrappreżenta l-iskopertura massima għar-riskju ta’ kreditu (sew jekk divugat skont (a) jew rappreżentat mill-ammont miżmum fil-kotba ta’ strument finanzjarju).;

(c)

informazzjoni dwar il-kwalità tal-kreditu ta’ assi finanzjarji li la jkunu skadew u lanqas indeboliti.

(d)

[imħassar]

Assi finanzjarji li la jkunu skaduew u lanqas indeboliti

37

Entità għandha tiddivulga skont il-klassi tal-assi finanzjarju:

(a)

analiżi tal-età tal-assi finanzjarji li jkunu skadew fit-tmiem tal-perjodu ta’ rappurtar iżda li ma jkunux indeboliti; u

(b)

analiżi tal-assi finanzjarji stabiliti individwalment bħala indeboliti fit-tmiem tal-perjodu ta’ rappurtar, inklużi l-fatturi li l-entità kkunsidrat meta stabiliet li huma indeboliti.

(c)

[imħassar]

Kollateral u titjibiet tal-kreditu oħra miksuba

38

Meta entità tikseb assi finanzjarji jew mhux finanzjarji matul il-perjodu billi tieħu l-pussess ta’ kollateral li jkollha bħala titolu jew titlob titjibiet tal-kreditu oħra (eż. garanziji), u dawn l-assi jissodisfaw il-kriterji ta’ rikonoxximent f’IFRSs oħra, entità għandha tiddivulga għal dawn l-assi miżmuma fid-data tar-rappurtar:

(a)

in-natura u l-ammont miżmum fil-kotba, tal-assi; u

(b)

meta l-assi ma jkunux faċilment konvertibbli fi flus, il-linji politiċi tagħha biex teħles minn dawk l-assi jew biex tużahom fl-operazzjonijiet tagħha.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

44L

It-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010 żied il-paragrafu 32A u emenda l-paragrafi 34 u 36–38. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk xi entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt.

Emendi għal IAS 1    Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji

Qabel il-paragrafu 106 ġiet miżjuda intestatura. Il-paragrafu 106 ġie emendat. Wara l-paragrafu 106 żdiedu intestatura u l-paragrafu 106A. Il-paragrafu 107 ġie emendat. Żdied il-paragrafu 139F.

STRUTTURA U KONTENUT

Dikjarazzjoni tal-bidliet fl-ekwità

Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata fid-dikjarazzjoni tal-bidliet fl-ekwità

106

Entità għandha tippreżenta dikjarazzjoni tal-bidliet fl-ekwità kif mitlub mill-paragrafu. Id-dikjarazzjoni tal-bidliet fl-ekwità tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-introjtu totali komprensiv għall-perjodu, li juri separatament l-ammonti totali attribwibbli lis-sidien tal-kumpanija prinċipali u lill-interessi bla dritt ta’ kontroll;

(b)

għal kull komponent tal-ekwità, l-effetti ta’ applikazzjoni retrospettiva jew ridikjarazzjoni retrospettiva rikonoxxuta skont l-IAS 8; u

(c)

[imħassar]

(d)

għal kull komponent tal-ekwità, rikonċiljazzjoni bejn l-ammont miżmum fil-kotba fil-bidu u t-tmiem tal-perjodu, li tiddivulga bidliet li jirriżultaw minn:

(i)

profitt jew telf;

(ii)

introjtu komprensiv ieħor; u

(iii)

tranżazzjonijiet mas-sidien fil-kapaċità tagħhom bħala sidien, li juru separatament il-kontribuzzjonijiet minn u d-distribuzzjonijiet lis-sidien u bidliet fl-interessi tas-sjieda li ma jwasslux għal telf tal-kontroll.

Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata fid-dikjarazzjoni tal-bidliet fl-ekwità jew fin-noti

106A

Fid-dikjarazzjoni tal-bidliet fl-ekwità jew fin-noti, entità għandha tippreżenta, għal kull komponent tal-ekwità, analiżi ta’ introjtu komprensiv ieħor skont l-oġġett (ara l-paragrafu 106(d)(ii)).

107

Entità għandha tippreżenta, jew fid-dikjarazzjoni tal-bidliet fl-ekwità jew fin-noti, l-ammonti ta’ dividendi rikonoxxuti bħala distribuzzjonijiet lis-sidien matul il-perjodu, u l-ammont relatat ta’ dividend għal kull sehem.

TRANŻIZZJONI U DATA EFFETTIVA

139F

Il-paragrafi 106 u 107 ġew emendati u l-paragrafu 106A ġie miżjud mit-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa.

Rekwiżiti tat-tranżizzjoni għall-emendi li jinħolqu b’riżultat tal-IAS 27    Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati

Emendi fl-IFRSs

IAS 21    Effetti tat-Tibdiliet fir-Rati tal-Kambju

Il-paragrafu 60B huwa emendat u żdied il-paragrafu 60D.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

60B

L-IAS 27 (kif emendat fl-2008) żied il-paragrafi 48A–48D u emenda l-paragrafu 49. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk xi entità tapplika l-IAS 27 (emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

60D

Il-paragrafu 60B ġie emendat mit-Titjib fl-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa.

IAS 28    Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati

Il-paragrafu 41B huwa emendat u żdied il-paragrafu 41E.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

41B

L-IAS 27 (kif emendat fl-2008) emenda l-paragrafi 18, 19 u 35 u żied il-paragrafu 19A. Entità għandha tapplika l-emenda għall-paragrafu 35 b’mod retrospettiv u l-emendi għall-paragrafi 18 u 19 u l-paragrafu 19A b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk xi entità tapplika l-IAS 27 (emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

41E

Il-paragrafu 41B ġie emendat bit-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk xi entità tapplika l-emenda qabel l-1 ta’ Lulju 2010, hija għandha tiddivulga dan il-fatt.

IAS 31    Interessi f’Impriżi Konġunti

Il-paragrafu 58A huwa emendat u żdied il-paragrafu 58D.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

58A

L-IAS 27 (kif emendat fl-2008) emenda l-paragrafi 45 u 46 u żied il-paragrafi 45A u 45B. Entità għandha tapplika l-emenda għall-paragrafu 46 b’mod retrospettiv u l-emendi għall-paragrafu 45 u l-paragrafi 45A u 45B b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk xi entità tapplika l-IAS 27 (emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

58D

Il-paragrafu 58A ġie emendat bit-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk xi entità tapplika l-emenda qabel l-1 ta’ Lulju 2010, hija għandha tiddivulga dan il-fatt.

Emendi għal IAS 34    Rappurtar Finanzjarju Interim

KONTENUT TA’ RAPPORT FINANZJARJU INTERIM

Avvenimenti u tranżazzjonijiet sinifikanti

15

Fir-rapport finanzjarju interim tagħha, entità għandha tinkludi spjegazzjoni tal-avvenimenti u t-tranżazzjonijiet li jkunu sinifikanti biex wieħed jifhem il-bidliet il-pożizzjoni finanzjarja u l-prestazzjoni tal-entità mit-tmiem tal-aħħar perjodu ta’ rappurtar annwali. L-informazzjoni divugata b’rabta ma’ dawk l-avvenimenti għandha taġġorna l-informazzjoni rilevanti ppreżentata fl-aktar rapport finanzjarju annwali riċenti.

15A

Utent tar-rapport finanzjarju interim ta’ entità sejjer ikollu aċċess għall-iżjed rapport finanzjarju annwali riċenti ta’ dik l-entità. Għalhekk, in-noti ta’ rapport finanzjarju interim m’għandhomx għalfejn jipprovdu aġġornamenti relattivament insinifikanti għall-informazzjoni li tkun ġiet irrapportata fl-aktar rapport finanzjarju annwali riċenti.

15B

Din li ġejja hija lista ta’ avvenimenti u tranżazzjonijiet li jeħtieġu divulgazzjonijiet jekk ikunu sinifikanti: il-lista mhijiex eżawrjenti.

(a)

it-tnaqqis fil-valur imdaħħal tal-inventarji għall-valur nett realizzabbli u r-riversjar ta’ dan it-tnaqqis fil-valur imdaħħal;

(b)

ir-rikonoxximent ta’ telf mill-indeboliment ta’ assi finanzjarji, proprjetà, impjant u tagħmir, assi intanġibbli, jew assi oħra, u r-riversjar ta’ telf bħal dan minn indeboliment;

(c)

ir-riversjar ta’ kwalunkwe dispożizzjoni għall-kostijiet tar-ristrutturazzjoni;

(d)

l-akkwiżizzjonijiet u d-disponiment ta’ oġġetti ta’ proprjetà, impjant u tagħmir;

(e)

impenji għall-akkwist ta’ proprjetà, impjant u tagħmir;

(f)

is-soluzzjoni ta’ tilwimiet;

(g)

korrezzjonijiet ta’ żbalji f’perjodi preċedenti;

(h)

bidliet fiċ-ċirkustanzi tan-negozju jew ekonomiċi li jaffettwaw il-valur ġust tal-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji tal-entità, kemm jekk dawk l-assi jew obbligazzjonijiet ikunu rikonoxxuti f’valur ġust jew kost amortizzat;

(i)

kwalunkwe inadempjenza ta’ self jew ksur ta’ ftehim dwar self li ma jkunx ġie rimedjat fit-tmiem tal-perjodu ta’ rappurtar jew qabel; u

(j)

tranżazzjonijiet ta’ partijiet relatati.;

(k)

trasferimenti bejn il-livelli tal-ġerarkija tal-valur ġust użati fil-kejl tal-valur ġust tal-istrumenti finanzjarji;

(l)

bidliet fil-klassifikazzjoni tal-assi finanzjarji b’riżultat ta’ bidla fl-iskop jew fl-użu ta’ dawk l-assi; u

(m)

bidliet fl-obbligazzjonijiet kontinġenti jew fl-assi kontinġenti.

15C

IFRSs individwali jipprovdu gwida dwar ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni għal bosta mill-affarijiet elenkati fil-paragrafu 15B. Fejn xi avveniment jew tranżazzjoni jkun/tkun sinifikanti biex wieħed jifhem il-bidliet fil-pożizzjoni jew il-prestazzjoni finanzjarja ta’ entità mill-aħħar perjodu ta’ rappurtar annwali, ir-rapport finanzjarju interim tagħha għandu jipprovdi spjegazzjoni u aġġornament tal-informazzjoni rilevanti inkluża fid-rapporti finanzjarji tal-aħħar perjodu ta’ rappurtar annwali.

16–18

[Imħassra]

Divulgazzjonijiet oħra

16A

Minbarra d-divulgazzjoni ta’ avvenimenti u tranżazzjonijiet sinifikanti skont il-paragrafi 15–15C, entità għandha tinkludi l-informazzjoni segwenti, fin-noti dwar id-rapporti finanzjarji interim tagħha, jekk ma tkunx divulgata xi mkien ieħor fir-rapport finanzjarju interim. L-informazzjoni normalment għandha tiġi rrapportata fuq bażi tas-sena finanzjarja sa dik id-data.

(a)

dikjarazzjoni li fid-rapporti finanzjarji interim ikunu segwiti l-istess politiki kontabilistiċi u metodi ta’ komputazzjoni kif imqabbla mal-iżjed rapporti finanzjarji annwali riċenti jew, jekk dawk il-politiki jew metodi jkunu nbidlu, deskrizzjoni tan-natura u l-effett tal-bidla.

(b)

kummenti ta’ spjegazzjoni dwar l-istaġunalità jew in-natura ċiklika tal-operazzjonijiet interim.

(c)

in-natura u l-ammont ta’ affarijiet li jaffettwaw l-assi, l-obbligazzjonijiet, l-ekwità, l-introjtu nett jew il-flussi tal-flus li jkunu insoliti minħabba n-natura, id-daqs jew l-inċidenza tagħhom.

(d)

in-natura u l-ammont ta’ bidliet fl-istimi tal-ammonti rrappurtati f’perjodi interim preċedenti tas-sena finanzjarja kurrenti jew bidliet fl-istimi tal-ammonti rrappurtati fi snin finanzjarji preċedenti.

(e)

ħruġ, riakkwist u rimborżi ta’ titoli ta’ dejn u ta’ ekwità.

(f)

id-dividendi mħallsa (totali jew għal kull sehem) separatament għall-ishma ordinarji u ishma oħra.

(g)

l-informazzjoni segmentali li ġejja (id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni segmentali huwa meħtieġ fir-rapport finanzjarju interim ta’ entità biss jekk l-IFRS 8 Segmenti Operattivi jitlob lil dik l-entità sabiex tiddivulga informazzjoni segmentali fid-rapporti finanzjarji annwali tagħha):

(i)

id-dħulijiet mingħand klijenti esterni, jekk ikun inkluż fil-kejl tal-profitt jew it-telf segmentali rivedut mill-kap operatorju li jieħu d-deċiżjonijiet jew ipprovdut mod ieħor b’mod regolari lill-kap operatorju li jieħu d-deċiżjonijiet.

(ii)

id-dħulijiet intersegmentali, jekk ikun inkluż fil-kejl tal-profitt jew it-telf segmentali rivedut mill-kap operatorju li jieħu d-deċiżjonijiet jew ipprovdut mod ieħor b’mod regolari lill-kap operatorju li jieħu d-deċiżjonijiet.

(iii)

kejl tal-profitt jew it-telf segmentali.

(iv)

l-assi totali li għalihom kien hemm bidla materjali mill-ammont divugat fl-aħħar rapporti finanzjarji annwali.

(v)

deskrizzjoni tad-differenzi mill-aħħar rapporti finanzjarji annwali fil-bażi tas-segmentazzjoni jew fil-bażi tal-kejl tal-profitt jew it-telf segmentali.

(vi)

rikonċiljazzjoni tat-total tal-kalkoli tal-profitt jew telf tas-segmenti rapportabbli fil-profitt jew telf tal-entità qabel l-ispiża tat-taxxa (dħul mit-taxxa) u l-operazzjonijiet li ma jitkomplewx. Madankollu, jekk entità talloka lis-segmenti rapportabbli elementi bħall-ispiża tat-taxxa (dħul mit-taxxa), l-entità tista’ tirrikonċilja t-total tal-kalkoli tal-profitt jew telf tas-segmenti mal-profitt jew telf wara dawk l-elementi. L-elementi sostanzjali ta’ rikonċiljazzjoni għandhom ikunu identifikati u deskritti separatament f’dik ir-rikonċiljazzjoni.

(h)

avvenimenti wara l-perjodu interim li ma kinux ġew riflessi fid-rapporti finanzjarji għal-perjodu interim.

(i)

l-effett ta’ bidliet fil-kompożizzjoni tal-entità matul il-perjodu interim, fosthom kombinamenti ta’ negozju, il-kisba jew telf tal-kontroll ta sussidjarji u investimenti fit-tul, ristrutturazzjonijiet, u operazzjonijiet imwaqqfa. Fil-każ tal-kombinamenti ta’ negozju, l-entità għandha tiddivulga l-informazzjoni mitluba mill-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozju.

(j)

[Imħassar]

DATA EFFETTIVA

49

Il-paragrafu 15 ġie emendat, żdiedu l-paragrafi 15A–15C u 16A u l-paragrafi 16–18 ġew revokati bit-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk xi entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt.

Emenda għal IFRIC 13    Programmi ta’ Lealtà tal-Klijenti

Żdied il-paragrafu 10A.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

10A

Il-paragrafu AG2 ġie emendat bit-Titjib fl-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk xi entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt.

Appendiċi

Gwida għall-applikazzjoni

Il-paragrafu AG2 huwa emendat.

AG2

Entità tista' tistma l-valur ġust tal-krediti ta' għotja billi tirreferi għall-valur ġust tal-għotjiet li għalih jistgħu jinfdew. Il-valur ġust tal-krediti ta' għotja jqis, kif xieraq:

(a)

l-ammont tal-iskontijiet jew inċentivi li altrimenti kienu jiġu offruti lill-klijenti ma jkunux kisbu krediti ta' għotja minn bejgħ inizjali; u

(b)

il-proporzjon ta' krediti ta' premju li ma jkunux mistennija li jinfdew mill-klijenti.

Jekk il-klijenti jistgħu jagħżu minn firxa ta' għotjiet differenti, il-valur ġust tal-krediti ta' għotja se jirrifletti l-valuri ġusti tal-firxa ta' għotjiet disponibbli, peżati proporzjonalment mal-frekwenza li biha jkun mistenni li tintgħażel kull għotja.


(1)  Fil-paragrafi B56–B62, it-terminu “għotjiet ta’ pagament ibbażati fuq l-ishma” jirreferi għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas vestiti jew mhux vestiti bbażati fuq l-ishma.


19.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 150/2011

tat-18 ta' Frar 2011

li jemenda u jadatta l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kaċċa mrobbija u selvaġġa u l-laħam tal-kaċċa mrobbija u selvaġġa

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistipula regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali. Jipprevedi, fost l-oħrajn ir-rekwiżiti għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-laħam tal-kaċċa mrobbi fl-irziezet u selvaġġ. Operaturi tan-negozju tal-ikel għandhom jassiguraw li laħam bħal dan jitqiegħed fis-suq biss jekk huwa ppreżentat f'konformità mat-Taqsimiet III u IV ta' Anness III għal dak ir-Regolament.

(2)

It-Taqsima III ta' Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tipprevedi li operaturi tan-negozju tal-ikel jistgħu joqtlu ratiti mrobbija u ċerti ungulati mrobbija fuq il-post tal-oriġini bl-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet. B'mod partikolari, dawn il-kundizzjonijiet jinkludu li l-annimali maqtula għandhom jintbagħtu l-biċċerija b'dikjarazzjoni mill-operatur tan-negozju tal-ikel li jkun rabba l-annimali u b'ċertifikat maħruġ u ffirmat mill-veterinarju uffiċjali jew approvat.

(3)

Iċ-ċertifikat maħruġ u ffirmat mill-veterinarju uffiċjali jew approvat jinħareġ biex jiċċertifika riżultat favorevoli tal-ispezzjoni ante-mortem, il-qatla u l-iżvinar korretti u d-data u l-ħin tal-qatla.

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta' Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (2) jistabbilixxi regoli għall-qtil ta' annimali mrobbija jew miżmuma għall-produzzjoni ta' ikel, suf, ġilda, fer jew prodotti oħra. Dan ir-Regolament jipprevedi li l-operaturi tan-negozju għandhom jiżguraw li ċerti operazzjonijiet tal-qatla jitwettqu biss minn persuni li għandhom ċertifikat ta' kompetenza għal operazzjonijiet bħal dawn, li juri l-kapaċità tagħhom biex iwettquhom skont ir-regoli stabbiliti f'dak ir-Regolament.

(5)

Il-preżenza tal-veterinarju uffiċjali jew tal-veterinarju approvat fil-ħinijiet kollha matul il-qatla u l-iżvinar fir-razzett tista' titqies mhux meħtieġa jekk l-operaturi tan-negozju tal-ikel li jwettqu operazzjonijiet tal-qatla jkollhom il-livell xieraq ta' kompetenza u jkollhom ċertifikat ta' kompetenza għal operazzjonijiet bħal dawn, skont ir-Regolament (KE) Nru 1099/2009. F'każijiet bħal dawn, għandu jkun permess li l-attestazzjoni tal-qatla u l-iżvinar korretti, kif ukoll id-data u l-ħin tal-qatla, isiru mill-operaturi tan-negozju tal-ikel minflok mill-veterinarju uffiċjali jew approvat.

(6)

Barra minn hekk, il-Kapitolu II tat-Taqsima IV tal-Anness III għal Regolament (KE) Nru 853/2004 jipprevedi li, kemm jista' jkun malajr wara l-qatla ta' kaċċa kbira, il-persuna mħarrġa trid tagħmel eżami tal-karkassa, u ta' kull vixxri mneħħi, biex tidentifika kwalunkwe karatteristiċi li jistgħu jindikaw li l-laħam jippreżenta xi riskju għas-saħħa. Jekk matul dak l-eżami ebda karatteristiċi anormali ma jinstabu li jistgħu jindikaw li l-laħam jippreżenta xi riskju għas-saħħa, l-ebda mġiba anormali ma ġiet osservata qabel il-qatla u m'hemm l-ebda suspett ta' kontaminazzjoni ambjentali, il-persuna mħarrġa trid twaħħal mal-ġisem tal-annimal dikjarazzjoni bin-numru biex turi dan.

(7)

L-esperjenza fl-applikazzjoni ta' dawk ir-regoli turi li huwa raġonevoli li tiġi prevista l-possibbiltà li ma titwaħħalx id-dikjarazzjoni mal-karkassa kif ukoll li dik id-dikjarazzjoni tkopri ġisem ta' aktar minn annimal wieħed, sakemm ir-rabta ċara bejn il-karkassi u d-dikjarazzjoni li tkoprihom tkun ġiet stabbilita u garantita.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2002, li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (3) jistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali u dik pubblika għall-ġbir, it-trasport, il-ħażna, l-immaneġġjar, l-ipproċessar, u l-użu jew ir-rimi tal-prodotti sekondarji tal-annimali, sabiex jiġi evitat li dawn il-prodotti jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-annimali jew dik pubblika. Il-Kapitolu VII tal-Anness VIII ta' dak ir-Regolament jistipula r-rekwiżiti għall-produzzjoni ta' trofej tal-kaċċa.

(9)

Barra minn hekk, skont dak ir-Regolament, impjanti tekniċi għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, sakemm jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet. Dawn il-kundizzjonijiet jinkludu fost l-oħrajn l-obbligu tal-impjant tekniku li jikkonforma mar-rekwiżitispeċifiċi tal-produzzjoni stabbiliti f'dak ir-Regolament.

(10)

IL-Kapitolu II tat-Taqsima IV ta' Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jipprovdi li, fil-każ ta' kaċċa kbira selvaġġa, ir-ras u l-vixxri m'għandhomx għalfejn jakkumpanjaw il-karkassa fl-istabbiliment fejn jimmaniġjaw il-kaċċa, ħlief fil-każ ta' speċi suxxettibbli għat-Trikinożi. F'dan il-każ, ir-ras (minbarra għan-nejbiet) u d-dijaframma jridu jakkumpanjaw il-karkassa.

(11)

F’xi Stati Membri, fejn hemm tradizzjoni twila tal-kaċċa, is-soltu jintużaw l-irjus sħaħ ta' annimali, inkluż ta' dawk suxxettibbli għall-infestazzjoni tat-Trichinella, bħala trofew tal-kaċċa. Ir-rekwiżit fil-Kapitolu II tat-Taqsima IV ta' Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 joħloq diffikultajiet għall-kaċċaturi u impjanti tekniċi fir-rigward tal-produzzjoni ta' trofej tal-kaċċa fil-każ ta' speċi suxxettibbli għall-infestazzjoni tat-Trichinella.

(12)

Għalhekk għandha tingħata l-possibbiltà lill-awtorità kompetenti biex tawtorizza li jintbagħtu l-irjus ta' annimali suxxettibbli għall infestazzjoni tat-Trichinella lil impjant tekniku approvat għall-produzzjoni ta' trofej tal-kaċċa, anke qabel ma joħroġ ir-riżultat tat-test għat-Trichinella. Fil-każijiet kollha bħal dawn, għandu jkun hemm garanziji suffiċjenti ta' traċċabbiltà.

(13)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)  ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.


ANNESS

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Kapitolu III, il-punt 3a li ġej huwa mdaħħal:

“3a.

Permezz ta' deroga mill-punt 3(j), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza li l-attestazzjoni tal-qatla u l-iżvinar korretti u tad-data u l-ħin tat-tbiċċir ikunu inklużi biss fil-dikjarazzjoni mill-operatur tan-negozju tal-ikel imsemmi fil-punt 3(i), sakemm:

(a)

l-azjenda tkun tinsab fi Stat Membru jew reġjun, kif definit fl-Artikolu 2(2) (p) tad-Direttiva 64/432/KEE li ma jkunx taħt restrizzjonijiet tas-saħħa skont il-liġi tal-Unjoni jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali,

(b)

l-operatur ikun wera l-livell xieraq ta' kompetenza għall-qatla tal-annimali mingħajr ma jikkawża lill-annimali l-ebda uġigħ, dwejjaq jew sofferenza li tista’ tiġi evitata skont l-Artikolu 7 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament.”

(2)

Fit-Taqsima II, il-Kapitolu IV, il-punt 4(a) jinbidel b’dan li ġej:

“4.

(a)

Jekk l-ebda karatteristika anormali ma nstabet waqt l-eżami msemmi fil-punt 2, l-ebda mġiba anormali ma ġiet osservata qabel il-qatla, u ma hemm l-ebda suspett ta' kontaminazzjoni ambjentali, il-persuna mħarrġa, mal-karkassa trid twaħħal dikjarazzjoni nnumerata li tiddikjara dan. Din id-dikjarazzjoni trid tindika wkoll id-data, il-ħin u l-post tal-qatla.

M’hemmx għalfejn li d-dikjarazzjoni titwaħħal mal-karkassa u tista’ tkopri aktar minn karkassa waħda, sakemm kull karkassa tkun identifika b’mod xieraq u d-dikjarazzjoni ikollha indikazzjoni tan-numru ta' identifikazzjoni ta' kull karkassa koperta minnha, mad-data, il-ħin u l-post tal-qatla korrispondenti. Il-karkassi kollha tal-annimali koperti minn dikjarazzjoni waħda jistgħu jintbagħtu biss lil stabbiliment wieħed li jimmaniġja l-kaċċa.

F’dan il-każ, ir-ras u l-vixxri m’hemmx għalfejn jakkumpanjaw il-karkassa, ġewwa l-istabbiliment li jimmaniġja l-kaċċa, ħlief fil-każ ta' speċi suxxettibli għat-Trikinożi (annimali porċini, solipedi u oħrajn), li l-irjus (ħlief għan-nejbiet) u d-dijaframma tagħhom iridu jakkumpanjaw il-karkassa.

Madankollu, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza li l-irjus ta' annimali suxxettibbli għall-infestazzjoni tat-Trichinella jintbagħtu lil impjant tekniku għall-produzzjoni ta' trofej tal-kaċċa, li jkun ġie approvat skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. L-impjant tekniku għandu jkun indikat fid-dikjarazzjoni tal-persuna mħarrġa. Għandha tintbagħat kopja tad-dikjarazzjoni lill-impjant tekniku. Meta r-riżultati tal-eżami tat-Trichinella tal-karkassa jkunu pożittivi, l-awtorità kompetenti għandha twettaq kontrolli uffiċjali sabiex tivverifika l-immaniġjar xieraq tar-ras fl-impjant tekniku.

Madankollu l-kaċċaturi jridu jissodisfaw kull rekwiżit addizzjonali impost fl-Istat Membru fejn issir il-kaċċa, b’mod partikolari għall-permess tas-sorveljanza ta' ċerti residwi u sustanzi skont id-Direttiva 96/23/KE.”


19.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 151/2011

tat-18 ta’ Frar 2011

li jemenda l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tjur imrobbija fl-irziezet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (1), u partikolarment l-Artikolu 17(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman.

(2)

Il-Kapitolu VII tat-Taqsima IV tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi għall-kontrolli uffiċjali fuq tjur imrobbija fl-irziezet u fuq laħam tat-tjur imrobbija fl-irziezet. Wieħed minn dawk ir-rekwiżiti huwa li t-tjur imrobbija fl-irziezet jew il-laħam tat-tjur imrobbija fl-irziezet li jiġi spezzjonat ikun akkumpanjat minn ċertifikat li jikkonforma ma’ wieħed mill-kampjuni inklużi fil-Kapitolu X ta’ dik it-Taqsima.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2) jistipula li l-operaturi tan-negozji tal-ikel jistgħu joqtlu għasafar li ma jtirux imrobbija fl-irziezet u ċerti mammali tad-dwiefer mgħawġa mrobbija fl-irziezet fil-post tal oriġini bl-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti, suġġetti għal ċerti kundizzjonijiet. B’mod partikolari, dawk il-kundizzjonijiet jinkludi li l-annimali li jinqatlu għandhom ikunu akkumpanjati fil-biċċerija minn dikjarazzjoni mill-operatur tan-negozju tal-ikel li jkun rabba l-annimali u minn ċertifikat maħruġ u ffirmat mill-veterinarju uffiċjali jew approvat. Iċ-ċertifikat li jinħareġ u jiġi ffirmat mill-veterinarju uffiċjali jew approvat huwa biex jafferma, inter alia, li l-qtil u l-iżvinar tal-annimal ikun sar b’mod xieraq u l-ħin u d-data tal-qtil.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 150/2011 (3) jippermetti li f’ċerti każijiet, l-affermazzjoni tal-qtil u l-iżvinar xieraq tal-annimal u l-ħin u data tal-qtil jiġu inklużi fid-dikjarazzjoni mill-operatur tan-negozju tal-ikel.

(5)

F’tali każijiet, huwa xieraq li jiġi stipulat li l-veterinarju uffiċjali jew approvat iwettaq kontrolli regolari fuq il-prestazzjoni tal-persuni li joqtlu u jiżvinaw l-annimali. Il-Kapitolu VII tat-Taqsima IV tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(6)

Barra minn hekk, kampjun ta’ ċertifikat tas-saħħa għall-annimali li jinqatlu fl-azjenda huwa inkluż fil-Parti B tal-Kapitolu X tat-Taqsima IV tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004. Dak il-kampjun ta’ ċertifikat tas-saħħa jinkludi wkoll annotazzjonijiet li jiċċertifikaw li l-qtil u l-iżvinar ikun sar b’mod xieraq. Għal każijiet, fejn issir tali ċertifikazzjoni fid-dikjarazzjoni mill-operatur tan-negozju tal-ikel għandu jiġi provdut kampjun ġdid ta’ ċertifikat tas-saħħa.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(8)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004 huwa emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  OJ L 139, 30.4.2004, p. 206.

(2)  OJ L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)  Ara paġna 14 ta’ dan Il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

It-Taqsima IV tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004 hija emendata kif ġej:

(1)

Il-Parti A tal-Kapitolu VII hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt 4 jeħodlu post dan li ġej:

“4.

Ċertifikat li jikkonforma mal-kampjun fil-Kapitolu X, Parti A, għandu jakkumpanja l-annimali ħajjin li jiġu spezzjonati fl-azjenda. Ċertifikat li jikkonforma mal-kampjun fil-Kapitolu X, Parti B, għandu jakkumpanja l-annimali li jiġu spezzjonati u maqtulin fl-azjenda. Ċertifikat li jikkonforma mal-kampjun fil-Kapitolu X, Parti C, għandu jakkumpanja l-annimali spezzjonati u maqtulin fl-azjenda, skont il-punt 3a tat-Taqsima III tal-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 853/2004.”

(b)

jiżdied il-punt 5 li ġej:

“5.

Meta l-awtorità kompetenti tawtorizza li l-operatur tan-negozju tal-ikel jista' jafferma l-qtil u l-iżvinar xieraq tal-annimali, il-veterinarju uffiċjali jew approvat għandu jwettaq kontrolli regolari fuq il-prestazzjoni tal-persuna li twettaq il-qtil u l-iżvinar.”

(2)

Fil-Kapitolu X, tiżdied il-Parti C li ġejja:

“C.   KAMPJUN TA' ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦAL TJUR IMROBBIJA FL-IRZIEZET LI JINQATLU FL-AZJENDA skont il-punt 3a tat-Taqsima III tal-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Image Test ta 'immaġni

19.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 152/2011

tat-18 ta’ Frar 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Chosco de Tineo (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba minn Spanja biex id-denominazzjoni “Chosco de Tineo” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 166, 25.6.2010, p. 8.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Il-klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

SPANJA

Chosco de Tineo (IĠP)


19.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 153/2011

tat-18 ta’ Frar 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Frar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

120,5

MA

77,4

TN

102,0

TR

99,5

ZZ

99,9

0707 00 05

JO

204,2

MK

140,7

TR

157,1

ZZ

167,3

0709 90 70

MA

45,3

TR

92,0

ZZ

68,7

0805 10 20

EG

58,4

IL

65,0

MA

55,0

TN

52,7

TR

69,7

ZZ

60,2

0805 20 10

IL

144,3

MA

102,6

TR

79,6

US

107,8

ZZ

108,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

70,4

IL

81,1

JM

80,9

MA

111,9

TR

51,9

ZZ

79,2

0805 50 10

EG

62,1

MA

49,3

TR

39,7

ZZ

50,4

0808 10 80

CA

112,7

CM

53,6

CN

104,3

MK

55,8

US

123,6

ZZ

90,0

0808 20 50

AR

120,7

CL

61,3

CN

61,8

US

113,5

ZA

105,1

ZZ

92,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


19.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 154/2011

tat-18 ta’ Frar 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 148/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Frar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 44, 18.2.2011, p. 26.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mid-19 ta’ Frar 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

57,94

0,00

1701 11 90  (1)

57,94

0,00

1701 12 10  (1)

57,94

0,00

1701 12 90  (1)

57,94

0,00

1701 91 00  (2)

53,60

1,39

1701 99 10  (2)

53,60

0,00

1701 99 90  (2)

53,60

0,00

1702 90 95  (3)

0,54

0,20


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


19.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 155/2011

tat-18 ta’ Frar 2011

dwar il-kwistjoni tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet li tressqu fl-ewwel 7 ijiem ta' Frar 2011 skont il-kwota tariffarja għaċ-ċanga ta' kwalità għolja amministrata mir-Regolament (KE) Nru 620/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 620/2009 tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2009 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja tal-importazzjoni għaċ-ċanga ta' kwalità għolja (3) jistipula regoli dettaljati għat-tressiq u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni.

(2)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jipprovdi li, f'każijiet fejn il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu tal-kwota, il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni għandhom ikunu ffissati għall-kwantitajiet koperti minn kull applikazzjoni għal-liċenzja. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni li tressqu skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 620/2009 bejn l-1 u s-7 ta’ Frar 2011 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, għandhom ikunu deċiżi l-estent li bih jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni u l-koeffiċjent tal-allokazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni koperti mill-kwota li ġġib in-numru tas-serje 09.4449 u li tressqu bejn l-1 u s-7 ta’ Frar 2011 skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 620/2009, għandhom jiġu mmultiplikati b'koeffiċjent tal-allokazzjoni ta’ 76,386457 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 182, 15.7.2009, p. 25.


DEĊIŻJONIJIET

19.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' Settembru 2010

dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Italja għandha l-intenzjoni li timplimenta favur Fri-El Acerra S.r.l. C 8/09 (ex N 357/08)

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 6159)

(It-test bit-Taljan biss hu awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/110/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 108, paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu,

Wara li kkunsidrat il-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 62, paragrafu 1, punt a),

Wara li stiednet lil dawk kollha interessati biex iressqu l-osservazzjonijiet tagħhom b’konformità mal-artikoli msemmija (1) u wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet li rċeviet,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

It-22 ta’ Mejju 2008 saret laqgħa ta’ notifika minn qabel bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet Taljani.

(2)

Permezz ta’ komunikazzjoni elettronika tas-16 ta’ Lulju 2008, reġistrata lill-Kummissjoni fl-istess jum, l-awtoritajiet Taljani għarrfu lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 108, paragrafu 3 tat-TFUE, l-intenzjoni li jagħtu għajnuna ad hoc lil Fri-El Acerra S.r.l.

(3)

B’ittri tat-2 ta’ Settembru 2008 (D/53398) u tat-12 ta’ Diċembru 2008 (D/54895), il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni, li l-awtoritajiet Taljani taw b’ittri tal-1 ta’ Ottubru 2008 (A/20101), tat-22 ta’ Ottubru 2008 (A/22018) u tad-19 ta’ Jannar 2009, din tal-aħħar reġistrata lill-Kummissjoni fil-21 ta’ Jannar 2009 (A/1460).

(4)

Fl-10 ta’ Marzu 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħti bidu għall-proċedura skont l-Artikolu 108, paragrafu 2 tat-TFUE dwar l-għajnuna msemmija. Id-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura kienet ippubblikata fl-24 ta’ April 2009 fil-Ġurnal Uffiċjali (2). Il-Kummissjoni stiednet lil dawk kollha interessati biex iressqu l-osservazzjonijiet tagħhom rigward il-każ.

(5)

Fil-15 ta’ Mejju 2009, il-benefiċjarju tal-għajnuna Fri-El Acerra S.r.l., ressaq l-osservazzjonijiet tiegħu rigward id-deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċedura (A/11823). Fid-9 ta’ Ġunju2009 dawn l-osservazzjonijiet intbagħtu lill-Italja biex tkun tista’ tikkummenta dwarhom (D/52516). Fis-7 ta’ Lulju 2009 l-awtoritajiet Taljani talbu estensjoni ta’ tliet xhur biex iressqu l-osservazzjonijiet tagħhom (A/16162). Fl-20 ta’ Awwissu 2009, is-servizzi tal-Kummissjoni rrispondew (D/53581) billi ffissaw skadenza ġdida ta’ xahar. Fl-10 ta’ Settembru 2009 l-awtoritajiet Taljani talbu (A/19513) laqgħa urġenti mas-servizzi tal-Kummissjoni biex jiddiskutu l-każ; fit-18 ta’ Settembru 2009 ressqu l-osservazzjonijiet tagħhom (A/20172) biex ikunu diskussi fil-laqgħa, li saret fi Brussell fl-24 ta’ Settembru 2009 fil-preżenza tal-avukati li jirrappreżentaw il-konċessjonant (ir-Reġjun tal-Campania) u l-benefiċjarju (Fri-El Acerra S.r.l.).

(6)

B’ittra tal-21 ta’ Ottubru 2009 (D/54421) is-servizzi tal-Kummissjoni ħeġġew lill-awtoritajiet Taljani biex iressqu l-informazzjoni u d-dokumenti supplimentari miftehmin fil-laqgħa. Fit-2 ta’ Novembru 2009 l-awtoritajiet Taljani sa fl-aħħar ressqu dawn id-dokumenti u l-informazzjoni, reġistrati lill-Kummissjoni fl-istess jum (A/23266). B’ittra tat-23 ta’ Diċembru 2009 (D/55541) is-servizzi tal-Kummissjoni talbu lill-awtoritajiet Taljani biex jippreżentaw, jekk kemm il-darba kienu disponibbli, dokumenti oħra. B’ittra tal-1 ta’ Frar 2010 (A/1892) l-awtoritajiet Taljani ppreżentaw diversi dokumenti, l-aktar tal-benefiċjarju tal-għajnuna. L-Italja fl-aħħar nett tat kjarifiki oħra b’messaġġ mibgħut bil-posta elettronika fil-5 ta’ Mejju 2010.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA TAL-GĦAJNUNA

(7)

L-awtoritajiet Taljani nnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jagħtu, fl-ambitu tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b’għan reġjonali għall-2007-2013 (3) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-linji gwida tal-2007”), għajnuna reġjonali ad hoc favur Fri-El Acerra S.r.l. għal xogħol ta’ tiġdid u tibdil ta’ impjant tal-enerġija termoelettrika li ma baqax jintuża f’impjant tal-enerġija elettrika li jaħdem biż-żejt veġetali (bijolikwidi) f’Acerra (il-Campania). Il-Campania huwa reġjun li jikkwalifika għall-għajnuna b’għan reġjonali (NUTS II) skont l-Artikolu 107, paragrafu 3, punt a) tat-TFUE, b’livell massimu ta’ għajnuna reġjonali għal kumpaniji kbar ta’ 30 % tas-sussidju gross ekwivalenti (SGE) konformi mal-Mappa tal-għajnuna mill-Istat b’għan reġjonali għall-Italja 2007-2013 (4). Permezz tal-għajnuna, l-awtoritajiet Taljani kellhom il-ħsieb li jippromwovu l-iżvilupp reġjonali.

2.1.   Il-benefiċjarju tal-għajnuna

(8)

Il-kumpanija Fri-El Acerra S.r.l (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “Friel Acerra”) hija l-benefiċjarju tal-għajnuna. Friel Acerra twaqqfet bħala kumpanija b’responsabbiltà limitata fl-20 ta’ Diċembru 2005, 95 % minnha kkontrollata minn Fri-El Acerra Holding S.r.l. u 5 % minn NGP S.p.A. (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “NGP”), is-sid tal-impjant tal-enerġija termoelettrika li ma baqax jintuża. Fid-9 ta’ Frar 2006, il-kumpanija NGP żiedet temporanjament is-sehem tagħha fi Friel Acerra minn 5 % għal 90,5 %, minflok l-għoti lil Friel Acerra tal-fergħa tal-impjant tal-enerġija elettrika. Ftit jiem wara, fl-20 ta’ Frar 2006, is-sehem ta’ NGP tnaqqas għal 49 % u ftit xhur wara, fl-10 ta’ Ottubru 2006, reġa’ niżel għal 5 %.

(9)

Meta saret in-notifika dwar il-miżura, 95 % ta’ Friel Acerra kien ikkontrollat minn Fri-El Acerra Holding S.r.l., waqt li l-5 % l-ieħor kien ikkontrollat minn NGP. F’Jannar 2009 l-awtoritajiet Taljani infurmaw lill-Kummissjoni li, fil-11 ta’ Diċembru 2008, NGP kienet iddeċidiet li tirtira s-sehem tagħha fi Friel Acerra. Għalhekk, Friel Acerra bħalissa hija kkontrollata 100 % minn Fri-El Acerra Holding S.r.l., kumpanija kkontrollata mill-grupp Fri-El Green Power S.p.A.

(10)

Il-grupp Fri-El Green Power S.p.A. (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-grupp Friel”) twaqqaf fl-1994 fil-provinċja ta’ Bolzano mit-tliet aħwa Gostner u jopera fil-qasam tal-produzzjoni u l-bejgħ ta’ elettriku minn sorsi rinnovabbli. Iktar preċiżament, il-grupp Friel jopera fil-qasam tal-produzzjoni tal-enerġija mir-riħ u jipproduċi enerġija elettrika fi 19-il impjant għall-produzzjoni tal-enerġija mir-riħ fl-Italja. Il-proġett ta’ investiment ta’ Acerra huwa l-ewwel wieħed li bħala parti minnu l-grupp li jinkludi lill-benefiċjarju jipproduċi enerġija minn bijomassa likwida, waqt li impjanti oħra tal-enerġija elettrika li jaħdmu bil-bijomassa u l-bijogass għadhom fil-fażi ta’ żvilupp (5).

(11)

NGP twaqqfet fl-2003 wara li Montefibre, kumpanija li tipproduċi akriliku u fibri tal-polijester, waqqfet il-produzzjoni tagħha ta’ polimeri tal-polijester f’Acerra. NGP għaddiet minn diffikultajiet finanzjarji u bbenefikat minn għajnuna għar-ristrutturazzjoni, notifikata lill-Kummissjoni (NN15/2007, C14/2007), b’ammont totali ta’ EUR 20,87 miljun. Il-Kummissjoni approvat l-għajnuna lil NGP fis-16 ta’ Lulju 2008 (6). Il-bejgħ tal-impjant tal-enerġija termoelettrika li ma baqax jintuża kien wieħed mill-elementi tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni li ġie ppreżentat mill-awtoritajiet Taljani.

(12)

Fl-2006, l-awtoritajiet Taljani pprovdew dejta li tikkonferma li l-benefiċjarju tal-għajnuna u l-grupp Friel ikkwalifikaw bħala SMEs.

(13)

Waqt li kienet qed issir il-valutazzjoni, l-awtoritajiet Taljani pprovdew informazzjoni dwar l-iżviluppi tas-sehem fil-proprjetà tal-benefiċjarju tal-għajnuna, li minnha jirriżulta li meta ġiet trasferita l-proprjetà tal-impjant tal-enerġija elettrika li ma baqax jintuża, (Frar 2006), NGP, li kienet il-proprjetarja preċedenti tal-assi, kellha sehem ta’ 90,5 % ta’ Friel Acerra. Wara, matul l-2006, is-sehem ta’ NGP fi Friel Acerra niżel għal 5 %.

2.2.   Il-proġett ta’ investiment

(14)

Il-proġett ta’ investiment notifikat ġie implimentat fir-Reġjun tal-Campania, fiż-żona industrijali ta’ Acerra. Il-proġett jirrigwarda x-xiri tal-impjant tal-enerġija termoelettrika li ma baqax jintuża li huwa proprjetà ta’ NGP u t-tibdil tiegħu f’impjant tal-enerġija elettrika li jaħdem b’żejt veġetali, l-aktar żejt tal-palm.

(15)

L-impjant il-ġdid tal-enerġija elettrika huwa magħmul minn erba’ magni Wärtsilä tat-tip 18V46 li jaħdmu bil-kombustjoni, ta’ qawwa unitarja ta’ 17,2 MW u minn turbina tal-fwar ta’ 6 MW. Il-produzzjoni totali tal-impjant, f’dak li huma enerġija elettrika u sħana, tlaħħaq 74,8 MW.

(16)

L-awtoritajiet Taljani ddikjaraw li l-proġett beda jitwettaq f’Lulju 2007 u li kellu jitlesta fl-2009. Madankollu, il-proċeduri għax-xiri tal-impjant il-qadim tal-enerġija elettrika nbdew fi Frar 2006. Skont informazzjoni li ġiet ippubblikata, l-impjant tal-enerġija elettrika li jaħdem bil-bijokarburant ilu jitħaddem mill-2009 (7).

(17)

Ġie nnutat li l-awtoritajiet Taljani għaddew l-awtorizzazzjonijiet u l-liċenzji dwar il-konformità tal-proġett ta’ investiment mar-regoli ambjentali nazzjonali u Ewropej lill-Kummissjoni.

2.3.   Kostijiet ammissibbli tal-proġett

(18)

Il-kostijiet totali ammissibbli tal-investiment relatati mal-proġett jammontaw għal valur nominali (8) ta’ EUR 80,635 miljun, li minnhom EUR 3,3 miljun ntefqu għall-iddisinjar u fi studji ta’ fattibbiltà, EUR 60,920 miljun ntefqu f’makkinarju u fi stallazzjonijiet ġodda (l-impjant il-ġdid tal-enerġija elettrika li jitħaddem bil-bijokarburant), waqt li d-differenza ntużat biex tinxtara l-infrastruttura eżistenti u biex isiru xogħlijiet ta’ bini u xogħlijiet simili oħra. Il-kostijiet għax-xiri tal-infrastruttura eżistenti jinkludu l-kostijiet għax-xiri tal-impjant tal-enerġija termoelettrika li ma baqax jintuża (EUR 8,296 miljun) u tat-tankijiet tal-azzar (EUR 4,2 miljun) li qabel kienu proprjetà ta’ NGP.

(19)

L-Italja għaddiet lill-Kummissjoni d-dettalji tax-xiri minn Friel Acerra tal-impjant tal-enerġija elettrika li NGP ma baqax juża, u spjegat li NGP, fil-kuntest ta’ sottoskrizzjoni għal żieda fil-kapital ta’ Friel Acerra, għadditilha l-fergħa tagħha tal-kumpanija relatata mal-impjant tal-enerġija elettrika b’valur totali ta’ EUR 8 296 520, li minnhom EUR 3 771 043 f’dejn ma’ partijiet terzi, u d-differenza (imqarrba għal EUR 4,525 miljun) attribwita għal riservi kapitali. L-awtoritajiet Taljani pprovdew rapport estern magħmul minn esperti biex jiġi kkonfermat il-valur tal-impjant tal-enerġija elettrika.

(20)

L-Italja pprovdiet ukoll kopja tal-ftehim dwar il-bejgħ tat-tankijiet, li ġie ffirmat minn Friel Acerra u NGP, għall-prezz miftiehem ta’ EUR 4,2 miljun. Minkejja t-talba tal-Kummissjoni, waqt il-fażi tal-valutazzjoni preliminari l-awtoritajiet Taljani ma pprovdewx valutazzjoni esterna li tikkonferma l-valur imsemmi.

(21)

L-awtoritajiet Taljani jiddikjaraw li l-ispejjeż li ħallas il-benefiċjarju tal-għajnuna kienu ta’ EUR 35 miljun fl-2007 u ta’ EUR 45,635 miljun fl-2008.

2.4.   Finanzjament tal-investiment

(22)

L-awtoritajiet Taljani nnotifikaw li EUR 21 miljun, li jikkorrispondu għal 25 % tal-ammont totali tal-kostijiet tal-investiment, jiġifieri EUR 80,635 miljun (valur nominali), kienu ġew finanzjati minn riżorsi ta’ Friel Acerra stess; EUR 19,5 miljun kienu jikkorrispondu għall-ammont tal-għajnuna, waqt li l-bqija kienu koperti minn self bankarju fuq medda ta’ żmien qasir u medju/fit-tul.

2.5.   Bażi ġuridika tal-għajnuna ad hoc

(23)

L-awtoritajiet Taljani ddikjaraw li Friel Acerra bdiet il-proġett ta’ investiment għat-tiġdid u t-tibdil tal-impjant tal-enerġija elettrika ta’ Acerra fl-2006 (meta nxtara l-impjant tal-enerġija elettrika li ma baqax jintuża), skont impenn li sar bħala parti mill-Ftehim dwar il-pjan (Ftehim dwar il-pjan għall-implimentazzjoni koordinata tal-intervent fiż-żona ta’ kriżi industrijali ta’ NGP Spa ta’ Acerra). Skont l-awtoritajiet Taljani, l-effett tal-inċentivazzjoni għandu jitfassal skont il-Ftehim dwar pjan, meta jitqies il-valur ġuridiku vinkolanti tiegħu.

(24)

Il-Ftehim dwar il-pjan ġie ffirmat fil-15 ta’ Lulju 2005 mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali ma’ NGP, Montefibre u Edison S.p.A. u jirrigwarda t-twaqqif ta’ NGP, kif ukoll attivitajiet oħra fiż-żona ta’ Acerra. Madankollu, il-Ftehim ma jsemmix l-għajnuna għax-xogħol ta’ tiġdid u tibdil tal-impjant tal-enerġija elettrika li ma baqax jintuża, iżda fiħ lista tal-investimenti u l-miżuri li għandhom isiru għar-ristrutturar ta’ NGP. Il-kumpanija tal-enerġija Edison S.p.A. (li m’għandhiex rabtiet ma’ Friel Acerra) dak iż-żmien dehret li kienet beħsiebha tinvesti fl-impjant eżistenti tal-enerġija elettrika, iżda fl-aħħar iddeċidiet li tirtira mill-operazzjoni. Il-Ftehim dwar il-pjan wara nbidel bi protokoll fis-6 ta’ April 2006 (9) u bi protokoll fit-8 ta’ April 2008.

(25)

Id-deċiżjoni tar-Reġjun tal-Campania li tikkonferma l-għoti ta’ għajnuna reġjonali ad hoc lil Friel Acerra għax-xoghol ta’ tiġdid u tibdil tal-impjant tal-enerġija elettrika ta’ Acerra ttieħdet fis-26 ta’ Ottubru 2007.

(26)

Fin-notifika inizjali, l-awtoritajiet Taljani pprovdew lista kronoloġika tal-ġrajjiet u infurmaw li d-dokumenti li ġejjin kellhom jiġu kkunsidrati bħala l-bażi ġuridika tal-għajnuna, b’mod partikolari:

Il-Protokoll tat-8 ta’ April 2008 li jibdel il-Ftehim dwar il-pjan, u

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Reġjonali tar-Reġjun tal-Campania Nru 1857 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (10).

2.6.   L-għajnuna

(27)

Il-miżura notifikat huwa dwar għajnuna biex issir stima, u biex isir tiġdid u tibdil, ta’ impjant eżistenti li kien ingħalaq. Dan jikkonsisti f’sussidju dirett ta’ ammont totali ta’ EUR 19,5 miljun, bħala valur nominali.

3.   IR-RAĠUNIJIET GĦALIEX INBEDA L-PROĊEDIMENT TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI

(28)

Wara valutazzjoni preliminari tal-miżura, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna notifikata mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107, paragrafu 3, punt c) tat-TFUE fid-dawl tal-linji gwida tal-2007, u ddeċidiet li tagħti bidu għall-proċediment imsemmi fl-Artikolu 108, paragrafu 2 tat-TFUE. Fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji li ġejjin.

Effett tal-inċentivazzjoni

(29)

Il-Kummissjoni tiddubita li l-kundizzjoni dwar l-effett ta’ inċentivazzjoni mfissra fil-punt 38 tal-linji gwida tal-2007 ġiet issodisfata: “Fil-każ ta’ għajnuna ad hoc, l-awtorità kompetenti għandha tkun ħarġet dikjarazzjoni dwar l-intenzjonijiet tagħha rigward l-għoti tal-għajnuniet qabel jinbdew ix-xogħlijiet fuq il-proġett, bil-kundizzjoni li l-miżura tkun ġiet approvata mill-Kummissjoni”. Id-dokument imsemmi mill-awtoritajiet Taljani bħala dikjarazzjoni ta’ intenzjoni (il-Ftehim dwar il-pjan tal-15 ta’ Lulju 2005) ma deherx li ssodisfa dawn il-kundizzjonijiet, minħabba li ma jipprovdix għajnuna għall-proġett u ma jsemmix lill-benefiċjarju tal-għajnuna, il-proġett u l-ammont totali tal-għajnuna. Il-benefiċjarju tal-għajnuna ġie stabbilit b’mod formali aktar tard, fl-20 ta’ Diċembru 2005. Skont l-informazzjoni li kellha l-Kummissjoni, il-proġett ġie kkomunikat fi Frar 2006 meta nxtara l-impjant tal-enerġija termoelettrika li ma baqax jintuża (l-ewwel kostijiet ammissibbli fl-ambitu tal-għajnuniet notifikati), waqt li d-dokument li jista’ jitqies bħala dikjarazzjoni ta’ intenzjoni skont il-punt 38 tal-linji gwida tal-2007 inħareġ mir-Reġjun tal-Campania ħafna aktar tard, fis-26 ta’ Ottubru 2007.

Kositjiet ammissibbli

(30)

Il-Kummissjoni tiddubita wkoll li parti mill-assi eżistenti (l-impjant tal-enerġija termoelettrika li ma baqax jintuża) inxtrat minn investitur indipendenti skont il-punti 34 u 35 tal-linji gwida tal-2007, li jindikaw: “F’każ ta’ xiri ta’ stabbiliment, għandhom jitqiesu esklussivament il-kostijiet għax-xiri tal-assi minn partijiet terzi”, u “Anki x-xiri tal-assi relatati b’mod dirett ma’ impjant jista’ jitqies bħala li hu investiment inizjali bil-kundizzjoni li l-impjant […] jinxtara minn investitur indipendenti”. Meta kienet għadha qed topera, Friel Acerra, il-benefiċjarja tal-għajnuna, kienet ikkontrollata minn NGP, li kienet propjretarja tal-assi. B’mod iktar preċiż, NGP kellha sehem ta’ 90,5 % ta’ Friel meta sar it-trasferiment tal-assi: fid-9 ta’ Frar 2006, il-kapital ta’ Friel Acerra żdied minn EUR 10 000 għal EUR 100 000, u din iż-żieda ta’ kapital ġiet sottoskritta esklussivament minn NGP. B’hekk, NGP żiedet temporanjament is-sehem tagħha fi Friel Acerra minn 5 % għal 90,5 %. Wara t-trasferiment li sar fid-9 ta’ Frar 2006, il-proċess li wassal għall-irtirar ta’ NGP bħala azzjonista b’maġġoranza fi Friel Acerra sar kważi b’mod immedjat. Kif diġà ġie spjegat fil-punt 8, ftit jiem wara (fl-20 ta’ Frar 2006), is-sehem ta’ NGP tnaqqas għal 49 %, u ftit xhur wara (fl-10 ta’ Ottubru 2006) għal 5 %.

(31)

Mhuwiex ċar jekk ix-xiri ta’ aktar assi eżistenti (tankijiet) li sar wara minn NGP seħħx “skont il-kundizzjonijiet tas-suq”, kif stabbilit fil-punti 34 u 52 tal-linji gwida tal-2007. L-awtoritajiet Taljani ma pprovdew l-ebda rapport minn espert indipendenti, li jistabbilixxi b’mod ċar il-prezz tas-suq tat-tankijiet.

Kontribut għall-iżvilupp reġjonali

(32)

Il-kontribut f’livell reġjonali tal-għajnuna ad hoc favur Friel Acerra ma ġiex ippruvat kif stabbilit fil-punt 10 tal-linji gwida tal-2007: “Meta jkun previst, skont ċirkostanzi eċċezzjonali, li tingħata għajnuna individwali ad hoc lil impriża waħda […], huwa l-Istat Membru li għandu juri li l-proġett jikkontribwixxi għal strateġija għall-iżvilupp reġjonali koerenti”. Il-ħolqien ta’ (jew li jinżamm) 25 post tax-xogħol, meta titqies l-għajnuna ta’ EUR 19,5 miljun, u l-kontribut tal-impjant tal-enerġija elettrika li jaħdem bil-bijokarburant u li għandha kapaċità ta’ 75 MW għas-soluzzjoni tad-defiċit enerġetiku tar-reġjun ta’ 2 489 MW jidhru li mhumiex biżżejjed, u l-għajnuna mhijiex proporzjonali mal-impatt tal-proġett. Lanqas ma ġie ppruvat b’mod ċar il-kontribut tal-proġett biex terġa’ tingħata l-ħajja liż-żona industrijali ta’ Acerra.

(33)

Il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Taljani u lil partijiet terzi biex jikkummentaw dwar il-kwistjoni tal-kontribut effettiv tal-impjant il-ġdid tal-enerġija elettrika li jaħdem biż-żejt tal-palma għall-iżvilupp taż-żona ta’ Acerra u tar-Reġjun tal-Campania.

Rispett għar-regoli ambjentali

(34)

Fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni talbet ukoll lill-awtoritajiet Taljani biex jikkummentaw dwar id-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida Komunitarji rigward l-Għajnuna mill-Istat għall-Ħarsien tal-Ambjent (11) (il-Linji Gwida dwar l-Ambjent tal-2008).

4.   OSSERVAZZJONIJIET LI ĠEW IPPREŻENTATI MINN PARTIJIET TERZI U OSSERVAZZJONIJIET TAL-ISTAT MEMBRU

(35)

Kif issemma hawn fuq, il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet mill-benefiċjarju tal-għajnuna, Friel Acerra, fil-15 ta’ Mejju 2009. L-awtoritajiet Taljani kkummentaw dwar dawn l-osservazzjonijiet b’ittri tat-18 ta’ Settembru 2009 u tat-2 ta’ Novembru 2009. Wara talba oħra min-naħa tal-Kummissjoni, fl-1 ta’ Frar 2010 l-awtoritajiet Taljani għaddew id-dokumenti tal-benefiċjarju tal-għajnuna lill-Kummissjoni.

4.1.   Sinteżi tal-osservazzjonijiet tal-benefiċjarju Friel Acerra

Effett tal-inċentivazzjoni

(36)

Dwar l-effett tal-inċentivazzjoni, Friel Acerra tirreferi għad-diversi dokumenti li ġew iffirmati mill-awtoritajiet Taljani bejn l-2004 u l-2008 biex terġa’ tingħata l-ħajja liż-żona industrijali ta’ Acerra. B’mod aktar speċifiku, Friel Acerra ssemmi l-Memorandum ta’ Ftehim tat-12 ta’ Mejju 2004 (12), il-Ftehim dwar il-pjan tal-15 ta’ Lulju 2005 (13), il-Ftehim Addizzjonali tal-Ftehim dwar il-pjan tas-6 ta’ April 2006 (14), kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill Reġjonali tar-Reġjun tal-Campania Nru 1857 (15) u l-Ftehim Addizzjonali tal-Ftehim dwar il-pjan tat-8 ta’ April 2008 (16). L-argument ewlieni ta’ Friel Acerra huwa li d-dubji murija mill-Kummissjoni għad-deċiżjoni biex jinbeda l-proċediment ma jqisux għal kollox dawn id-dokumenti, u b’mod partikolari l-Ftehim dwar il-pjan iffirmat fil-15 ta’ Lulju 2005, li skont Friel Acerra huwa att li jorbot f’livell ġuridiku fir-rigward tal-għajnuna li tingħata għall-interventi kollha suċċessivi tagħha.

(37)

Fit-tieni laqgħa mit-tnejn li saru tal-kumitat inkarigat mill-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-pjan, li saru rispettivament fid-29 ta’ Settembru u fis-6 ta’ Ottubru 2005 (u li fihom l-Italja għaddiet il-minuti lill-Kummissjoni), il-grupp Friel issemma mir-rappreżentant tal-NGP bħala investitur potenzjali, li huwa interessat li jixtri l-impjant il-qadim tal-enerġija elettrika bil-kundizzjoni li l-proġett ta’ investiment jingħata għajnuna reġjonali.

(38)

Friel Acerra jidhrilha li l-istennija leġittima kienet issaħħet permezz tal-ewwel modifika tal-Ftehim dwar il-pjan, li ġiet iffirmata fis-6 ta’ April 2006 mill-awtoritajiet Taljani u li fl-Artikolu 3 tagħha jiġi stabbilit, b’mod ċar, l-obbligu tar-Reġjun tal-Campania li jagħti appoġġ finanzjarju lill-proġett tal-impjant il-ġdid tal-enerġija elettrika li jaħdem bil-bijokarburant. Għalhekk, Friel Acerra jidhrilha li r-Reġjun tal-Campania kien ġurdikament marbut li jappoġġja l-investiment tiegħu ferm qabel is-7 ta’ Ġunju 2006, meta l-kumpanija ppreżentat l-ewwel talba formali tagħha għall-għajnuna. L-atti suċċessivi tar-Reġjun tal-Campania tas-26 ta’ Ottubru 2007 u tat-8 ta’ April 2008 kkonfermaw dan l-obbligu.

Kostijiet ammissibbli

(39)

Għal dak li jirrigwarda mal-kostijiet ammissibbli, Friel Acerra taqbel mal-Kummissjoni dwar il-fatt li meta sar it-trasferiment tal-assi (l-impjant tal-enerġija elettrika li ma baqax jintuża) iż-żewġ kumpaniji NGP u Friel Acerra ma kinux indipendenti, minħabba li NGP kienet tikkontrolla 90,5 % ta’ Friel Acerra. Madankollu, Friel Acerra ssostni li t-tranżazzjoni saret bil-kundizzjonijiet tas-suq, meta jitqies li l-prezz tal-bejgħ kien ġie ffissat għall-valur stabbilit minn espert indipendenti. Friel Acerra żżid tgħid li l-parteċipazzjoni ta’ NGP fil-kumpanija kienet niżlet għal 5 % matul l-2006 biss. Biex jiġu eliminati d-dubji kollha rigward vantaġġ possibbli għal NGP, fil-11 ta’ Diċembru 2008 l-grupp Friel xtara anki l-5 % li kien baqa’ mingħand NGP. Il-kumpanija għalhekk jidhrilha li l-kontroll temporanju ta’ NGP ma jirriflettix loġika ekonomika għal tul ta’ żmien medju u twil, iżda huwa r-riżultat ta’ proċedura speċifika magħżula għat-trasferiment tal-assi (l-impjant tal-enerġija elettrika li ma baqax jintuża).

(40)

Rigward il-prezz imħallas għall-assi l-oħra li Friel Acerra xtrat minn NGP (it-tankijiet), kif stabbilit fil-kuntratt preliminari tax-xiri tat-8 ta’ Marzu 2006, il benefiċjarju tal-għajnuna kkonferma li dan jirrifletti l-valur tas-suq tal-assi. Biex juri dan, il-benefiċjarju tal-għajnuna ppreżenta dokument ieħor bl-istima tal-valur tat-tankijiet, imħejji minn espert indipendenti li għamel stima tal-valur tal-impjant tal-enerġija elettrika li ma baqax jintuża. Din l-istima l-ġdida, imħejjija qabel l-2009 fil-fażi tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, tagħmel referenza espliċita għall-prezzijiet tas-suq ta’ dawn l-assi użati kif stabbiliti f’Novembru 2008 u tikkonferma l-prezz imħallas lil NGP mill-benefiċjarju tal-għajnuna.

Kontribut għall-iżvilupp reġjonali

(41)

Rigward il-kontribut tal-proġett għall-iżvilupp reġjonali, Friel Acerra ssemmi l-ewwel nett il-25 post tax-xogħol ġdid li nħoloq. Il-kumpanija tenfasizza wkoll li l-impjant tal-enerġija elettrika li jaħdem bil-bijorkarburant jagħmel parti mill-istrateġija l-ġdida ta’ żvilupp taż-żona industrijali ta’ Acerra. Din l-istrateġija ta’ żvilupp tqis il-ħtieġa ta’ investimenti ġodda b’impatt baxx fuq l-ambjent (bħal pereżempju l-impjant tal-enerġija elettrika ta’ Friel Acerra li jaħdem bil-bijorkarburant). Barra minn hekk, minbarra ż-żona eks Montefibre, il-Konsorzju għaż-Żona ta’ Żvilupp Industrijali tal-Provinċja ta’ Napli (17) beħsiebu jbiddel iż-żona f’waħda ta’ innovazzjoni għall-industrija tal-ajrunawtika. Dan kollu jkollu impatt sinifikattiv fl-ambitu tal-impjiegi u l-ambjent u fuq il-kundizzjonijiet soċjali u ekonomiċi tar-reġjun, u l-impjant tal-enerġija elettrika ta’ Friel Acerra li jaħdem bil-bijorkarburant jikkontribwixxi b’mod pożittiv għal din l-istrateġija.

Rispett għar-regoli ambjentali

(42)

Fl-aħħar nett, rigward l-aspetti ambjentali, Friel Acerra tirreferi għall-istess dokumenti għall-pjanijiet tar-Reġjun tal-Campania msemmija qabel mill-awtoritajiet Taljani: il-linji gwida rigward l-iżvilupp sostenibbli fis-settur tal-enerġija tal-2002, li jistabbilixxu l-għanijiet tal-politika tar-Reġjun rigward l-enerġija, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-iżvilupp ekonomiku reġjonali tal-2006 u l-pjan ambjentali dwar l-enerġija tal-2008. Il-kumpanija jidhrilha li dawn id-dokumenti kollha jindikaw b’mod ċar il-ħtieġa għal impjant tal-enerġija elettrika li jaħdem b’sorsi rinnovabbli fir-Reġjun tal-Campania.

4.2.   Sinteżi tal-kummenti tal-Istat Membru

Effett tal-inċentivazzjoni

(43)

B’ittra tat-18 ta’ Settembru 2009, l-awtoritajiet Taljani ppreżentaw argument dettaljat dwar ir-rekwiżit tal-effett ta’ inċentivazzjoni stipulat fil-punt 38 tal-linji gwida tal-2007. B’mod partikolari, l-awtoritajiet Taljani jidhrilhom li l-linji gwida tal-2007 ma jispeċifikawx b’mod ċar il-forma tad-dikjarazzjoni ta’ intenzjoni.

(44)

L-awtoritajiet Taljani jenfasizzaw kemm jorbot il-Ftehim dwar il-pjan li ġie ffirmat fil-15 ta’ Lulju 2005, u jtennu li l-bidu tal-proċediment amministrattiv għandu jmur lura mill-inqas għall-Memorandum ta’ Ftehim tal-2004, li kien jinkludi l-impenn, min-naħa tal-istituzzjonijiet, li jingħataw inċentivi biex tingħata l-ħajja mill-ġdid liż-żona industrijali ta’ Acerra. Huma jinnutaw ukoll li l-ewwel Protokoll tas-6 ta’ April 2006, li jimmodifika l-Ftehim dwar il-Pjan, fih referenza impliċita għal Friel Acerra u jiddikjara li r-Reġjun tal-Campania għandu l-intenzjoni li jagħti inċentivi għall-investiment fl-impjant il-ġdid.

(45)

L-awtoritajiet Taljani jiddikjaraw ukoll li l-identità tal-partijiet privati individwati bħala “implimentaturi” tieħu rilevanza għalkollox marġinali, fl-ambitu li fih il-proġett qed jiġi implimentat skont il-ftehim li sar u fil-kuntest tal-għanijiet soċjo-ekonomiċi u industrijali tiegħu. Huma jenfasizzaw fl-aħħar nett li, fin-nuqqas ta’ dawn l-inċentivi, l-investitur mhuwiex se jwaqqaf l-attività tiegħu f’din iż-żona, kif jidher fil-minuti tal-laqgħa tal-kumitat inkarigat mill-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-pjan, li saret fis-6 ta’ Ottubru 2005.

Kostijiet ammissibbli

(46)

Rigward l-indipendenza ta’ Friel Acerra u NGP minn xulxin, l-awtoritajiet Taljani kkonfermaw il-pożizzjoni ta’ Friel Acerra u l-fatt li d-detentriċi tal-proġett u benefiċjarja tal-għajnuna notifikata hija biss u esklussivament din il-kumpanija – parti li hija għal kollox indipendenti minn NGP. L-awtoritajiet Taljani jindikaw li l-preżenza temporanja ta’ NGP fl-assi soċjali ta’ Friel Acerra damet biss għal żmien qasir (18) minħabba l-metodu magħżul mill-partijiet għat-trasferiment tal-impjant. Fl-ittra tat-2 ta’ Novembru 2009, l-awtoritajiet Taljani jispjegaw li l-metodu li ntuża għat-trasferiment tal-impjant tal-enerġija elettrika minn NGP għal Friel Acerra, fl-ewwel fażi bl-għoti ta’ fergħa tal-kumpanija lil Friel Acerra u wara, bl-għoti tal-ishma ta’ NGP (lill-grupp Friel), minflok tpartit tal-assi inkwistjoni, essenzjalment intuża minħabba a) raġunijiet relatati mat-taxxi; b) it-tqassim tal-ħlas f’pagamenti separati; c) raġunijiet ta’ awtorizzazzjoni.

(47)

B’referenza għall-iffissar tal-valur tal-assi, l-awtoritajiet Taljani osservaw li għall-impjant tal-enerġija elettrika li ma baqax jintuża Friel Acerra ħallset l-ekwivalenti tal-valur stipulat mill-istima ta’ espert indipendenti u li, għalhekk, ma seta’ jkun hemm l-ebda dubju, min-naħa, mill-fatt li t-trasferiment tal-impjant seħħ bejn partijiet indipendenti, u min-naħa l-oħra, u fi kwalunkwe każ, li l-operazzjoni saret skont il-kundizzjonijiet tas-suq.

(48)

Anki rigward ix-xiri tat-tankijiet, jgħodd, naturalment, dak li diġà ġie enfasizzat rigward l-indipendenza ta’ NGP u Friel Acerra minn xulxin. Minn dan jirriżulta wkoll li l-bejgħ tat-tankijiet sar “bejn partijiet indipendenti”. Barra minn hekk, anki fil-każ tax-xiri tat-tankijiet, il-partijiet qablu li jżommu strettament mal-valuri tas-suq biex jiġi determinat il-valur li għandu jiġi attribwit għall-assi, billi jiġu applikati l-istess kriterji u parametri li ntużaw mill-espert indipendenti rigward l-istima li saret rigward l-impjant.

Kontribut għall-iżvilupp reġjonali

(49)

Rigward il-kontribut reġjonali, l-awtoritajiet Taljani, fl-osservazzjonijiet li għamlu, tennew li l-proġett ta’ investiment:

għandu jżid l-impjiegi, bil-25 post tax-xogħol li jinħoloq direttemant;

għandu jkollu effett moltiplikattiv, minħabba l-konċentrament ta’ inizjattivi industrijali rilevanti fiż-żona ta’ Acerra, b’mill-inqas 10 postijiet tax-xogħol oħra konnessi mal-attivitajiet ta’ provvista u ħażna taż-żejt tal-palm u l-assistenza fit-trasport tiegħu;

għandu jkun rilevanti fl-istrateġija ta’ żvilupp taż-żona industrijali ta’ Acerra, bir-rilanċ industrijali, tal-impjiegi u soċjali taż-żona industrijali ta’ Acerra, min-naħa, u l-iżvilupp fl-istess żona, ta’ impjant tal-enerġija termoelettrika b’impatt ambjentali baxx;

għandu jikkontribwixxi biex jingħeleb id-defiċit enerġetiku fir-reġjun f’dik li hija kwalità tal-enerġija, maħluqa minn sorsi rinnovabbli (bijolikwidi). F’din il-perspettiva, l-impjant, b’qawwa ta’ 75 MW, se jkollu r-rwol importanti li jilħaq l-għan reġjonali ta’ 200 MW fl-2013 għall-bijomassa. Dan l-għan huwa msemmi fil-Pjan ta’ Enerġija Ambjentali Reġjonali (PEAR) tal-2008.

(50)

Mal-ittra tagħhom tat-2 ta’ Novembru 2009, l-awtoritajiet Taljani hemżu nota tal-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku tal-21 ta’ Ottubru 2009, bil-għan li jiġi kkonfermat il-kontribut tal-proġett għall-iżvilupp reġjonali. F’din in-nota, il-Ministeru jikkonferma li:

il-Ftehim dwar il-pjan tal-15 ta’ Lulju 2005 kien dwar: “il-ħolqien ta’ investimenti għad-diversifikazzjoni tal-attivitajiet industrijali lokalizzati […]; l-immodernizzar tal-infrastrutturi ewlenin ta’ appoġġ (impjant tal-enerġija elettrika u impjant ta’ purifikazzjoni), anki għal għanijiet ta’ impjegar mill-ġdid tal-ħaddiema, il-ġbir flimkien tar-riżorsi tal-Gvern Ċentrali u tar-Reġjun tal-Campania għall-finanzjament tal-inċentivazzjonijiet meħtieġa għall-investimenti l-ġodda”;

għandhom jintlaħqu tliet għanijiet relatati mal-ekonomija u l-produzzjoni: a) li jiġi evitat li tingħalaq l-aktar parti ġdida tal-kumpanija SIMPE (eks NGP); b) li jinbeda proċess ta’ diversifikazzjoni tal-attivitajiet industrijali f’żona li fil-passat kienet karatterizzata mill-preżenza ta’ grupp wieħed imprenditorjali kbir, bil-konsegwenza ta’ tnaqqis ta’ riskji ta’ kriżi rikorrenti; c) li ssir valorizzazzjoni ta’ żona industrijali, bħal dik ta’ Acerra, li tinsab partikolarment milquta minn problemi ta’ qgħad u minn problemi soċjali;

l-attività biex tippromwovi l-investimenti ġodda biex jissawwar “il-park industrijali” ta’ Acerra li r-Reġjun tal-Campania ppropona fil-Ftehim dwar il-pjan kienet ta’ impenn wiesa’.

Rispett għar-regoli ambjentali

(51)

Fl-ittra tat-2 ta’ Novembru 2009 l-awtoritajiet Taljani taw l-osservazzjonijiet tagħhom rigward il-konformità tal-impjant mar-regoli dwar is-sorsi rinnovabbli u l-karuburant biex jitħaddem, u b’hekk urew li, minbarra ż-żejt tal-palm, it-tħaddim tal-impjant tal-enerġija elettrika, minħabba l-karatteristiċi tat-teknoloġija li ntużat, jista’ jiġi assigurat, mingħajr preġudizzju għat-tħaddim regolari tiegħu jew għall-produttività, anki biż-żejt tal-ġewż tal-Indi, żjut oħra bħal żejt tal-kopra u tal-kolza, jew bijokarburanti veġetali li jistgħu jiġu assimilati.

4.3.   Dokumenti oħra tal-benefiċjarju li ngħataw mill-Istat Membru

Effett ta’ inċentivazzjoni

(52)

Fit-23 ta’ Diċembru 2009, bil-għan li jkun hemm għarfien sħiħ tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, is-servizzi tal-Kummissjoni talbu lill-awtoritajiet Taljani biex jipprovdu (jekk disponibbli) aktar dokumentazzjoni minn qabel id-data ta’ meta nbeda l-proġett ta’ investiment minn Friel Acerra, li tiġġustifika l-istess deċiżjoni li jsir l-investiment.

(53)

L-awtoritajiet Taljani wieġbu fl-1 ta’ Frar 2010, u insistew dwar il-fatt li l-minuti tal-laqgħa tas-6 ta’ Ottubru 2005 identifikat b’mod ċar il-grupp Friel bħala investitur alternattiv wara li rtirat il-kumpanija Edison. F’dawn il-minuti, l-istennija (tal-grupp) Friel għall-appoġġ reġjonali ġiet affermata mill-persuna li tirrappreżenta lil NGP.

(54)

Flimkien mar-risposta, l-awtoritajiet Taljani bagħtu ittra oħra tal-benefiċjarju tal-għajnuna, b’dokumenti interni tal-grupp Friel: nota ta’ konsulent li jsemmi li teżisti opportunità li jinxtara l-impjant ta’ NGP f’Acerra wara l-irtirar ta’ Edison, żewġ kuntratti suċċessivi mal-istess konsulent u rapport intern tas-26 ta’ Jannar 2006 li jeżamina l-fattibbiltà finanzjarja tal-proġett fil-preżenza u fin-nuqqas tal-għajnuna reġjonali.

5.   VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

5.1.   Konfigurazzjoni tal-għajnuna mill-Istat

(55)

Skont l-Artikolu 107, paragrafu 1 tat-TFUE, ħlief għal derogi maħsuba fit-trattati, skont l-effett li jkollhom fuq skambji bejn Stati Membri, l-għajnuniet mogħtija mill-Istati, jiġifieri minn riżorsi tal-Istat, mhumiex kompatibbli mas-suq intern fl-ebda forma li tista’ tiffavorixxi xi kumpaniji jew tipi ta’ produzzjoni, bir-riżultat li jfixklu jew jheddu li jfixklu l-kompetizzjoni.

(56)

L-għajnuna tingħata mill-awtoritajiet Taljani f’forma ta’ sussdju dirett. Għalhekk jista’ jitqies li għajnuna bħal din tingħata minn Stat Membru u permezz ta’ riżorsi tal-Istat skont l-Artikolu 107, paragrafu 1 tat-TFUE.

(57)

L-għajnuna hija destinata għal kumpanija waħda, Friel Acerra, u għalhekk hija selettiva.

(58)

L-għajnuna tingħata għal investiment relatat mal-produzzjoni tal-enerġija elettrika. Is-suq tal-elettriku nfetaħ għall-kompetittività b’mod gradwali, b’mod partikolari bid-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1996, dwar regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (ĠU L 27 tal-1997, paġ. 20), proċess li wassal għal-liberalizzazzjoni sħiħa tas-settur fl-1 ta’ Lulju 2007 (19). Barra minn hekk, anki qabel l-intervent tal-leġiżlatur komunitarju, fl-Italja kien hemm ċerta kompetizzjoni fis-settur (20). Minħabba li l-elettriku jsir kummerċ bih bejn l-Istati Membri, il-miżura hija ta’ natura tali li jkollha effett fuq l-iskambji bejn Stati Membri.

(59)

L-għajnuna lil Friel Acerra għadha tnaqqas il-piżijiet tal-kumpanija fir-rigward tal-ispejjeż li normalment kien ikollha li kieku kellha tinstalla impjant ta’ dan it-tip, li jfisser li l-kumpanija tibbenefika minn vantaġġ ekonomiku fuq il-konkorrenti tagħha.

(60)

Li Friel Acerra u l-produzzjoni tagħha jingħataw preferenza fuq il-konkorrenti jfisser li l-kompetizzjoni tkun ġiet imfixkla, jew li tkun qed tinħoloq theddida għall-kompetizzjoni.

(61)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura notifikata tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107, paragrafu 1 tat-TFUE.

(62)

Hekk kif ġie stabbilit li l-miżura notifikata tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107, paragrafu 1 tat-TFUE, jenħtieġ li jiġi eżaminat jekk din tistax titqies bħala li hi kompatibbli mas-suq intern.

5.2.   Il-legittimità tal-miżura tal-għajnuna

(63)

Billi nnotifikat l-għajnuna li kienet se tingħata lil Friel Acerra qabel ma din ġiet implimentata, l-Italja rrispettat ir-rekwiżit fir-rigward tan-notifika individwali msemmi fl-Artikolu 108, paragrafu 3 tat-TFUE.

5.3.   Bażi ġuridika għall-valutazzjoni

(64)

Hekk kif ġie stabbilit li l-miżura msemmija tfisser għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107, paragrafu 1 tat-TFUE, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk għandhiex tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq intern fid-dawl tad-derogi previsti fl-Artikolu 107, paragrafi 2 u 3 tat-TFUE.

5.3.1.   Artikolu 107, paragrafu 2 tat-TFUE

(65)

Id-derogi msemmija fl-Artikolu 107, paragrafu 2 tat-TFUE – li jirrigwardaw l-għajnuniet soċjali li jingħataw lil konsumaturi individwali, għajnuniet għat-tiswija ta’ ħsarat ikkawżati minn diżastri naturali jew minn avvenimenti oħra ta’ tip eċċezzjonali, u l-għajnuniet li ngħataw lil ċerti reġjuni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja – ma japplikawx f’dan il-każ.

5.3.2.   Artikolu 107, paragrafu 3, punt a) tat-TFUE

(66)

L-Artikolu 107, paragrafu 3, punt a) tat-TFUE jipprevedi li jkunu awtorizzati l-għajnuniet li jiffavorixxu l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni fejn il-livell tal-għejxien huwa baxx aktar min-normal jew fejn jeżisti livell għoli ta’ qgħad. Kif ġie spjegat fit-Taqsima 2 ta’ din id-Deċiżjoni, ir-Reġjun tal-Campania huwa eliġibbli għall-għajnuna fis-sens ta’ din id-deroga.

(67)

Il-Kummissjoni tinnota li l-għan iddikjarat tal-għajnuna huwa l-promozzjoni tal-iżvilupp reġjonali, u l-miżura tirrigwarda proġett ta’ għajnuna reġjonali ad hoc għall-investiment. Hija tinnota li l-proġett ta’ investiment li l-awtoritajiet Taljani beħsiebhom jappoġġjaw inbeda fl-2006. Għalhekk jenħtieġ li jiġi ċċarat jekk ir-regola għandhiex titqies fid-dawl tal-linji gwida rigward l-għajnuna mill-Istat b’għan reġjonali għall-perjodu 2000-2006 (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “linji gwida tal-1998”) (21) jew tal-linji gwida tal-2007.

(68)

Il-punt 105 tal-linji gwida tal-2007 jistabbilixxi r-regoli rigward l-applikazzjoni tat-testi rispettivi fuq tul ta’ żmien. Dan jistabbilixxi li l-linji gwida tal-2007 għandhom jiġu applikati għall-għajnuniet reġjonali kollha li jingħataw wara l-31 ta’ Diċembru 2006, filwaqt li l-linji gwida tal-1998 japplikaw għall-għajnuniet reġjonali kollha li ngħataw jew li kellhom jingħataw qabel l-2007. F’dan il-każ, l-għajnuna ma ngħatatx qabel l-2007, għalkemm il-proġett inbeda fl-2006. L-ewwel att li jista’ jitqies bħala konċessjoni ta’ għajnuna lill-benefiċjarju hija d-deċiżjoni tar-Reġjun tal-Campania tas-26 ta’ Ottubru 2007 (Ara t-Taqsima 5.4.1.5) (22). Għalhekk il-bażi tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern skont l-Artikolu 107, paragrafu 3, punt a) tat-TFUE hija kkostitwita mil-linji gwida tal-2007.

5.3.3.   Artikolu 107, paragrafu 3, punti b), c) u d) tat-TFUE

(69)

Il-miżura m’għandhiex titqies bħala proġett importanti ta’ interess komuni Ewropew jew għajnuna li se tirranġa taqlib serju fl-ekonomija, kif previst fl-Artikolu 107, paragrafu 3, punt b) tat-TFUE. Din m’għandhiex bħala għan il-promozzjoni tal-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju, kif previst fl-Artikolu 107, paragrafu 3, punt d) tat-TFUE.

(70)

Rigward id-deroga skont l-Artikolu 107, paragrafu 3, punt c) tat-TFUE, li jipprovdi għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna li ġġib ‘il quddiem l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, dejjem sakemm ma jbiddlux il-kundizzjonijiet tal-iskambji b’mod li jmorru kontra l-interess komuni, il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna għall-ħarsien ambjentali tista’ tiġi ddikjarata bħala li hi kompatibbli fuq bażi bħal din, bil-kundizzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fil-Linji Gwida Komunitarji rigward l-Għajnuna mill-Istat għall-Ħarsien tal-Ambjent (23) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Linji Gwida dwar l-Ambjent tal-2008”).

(71)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Taljani ma ressqux argumenti oħra li jissuġġerixxu li l-għajnuna inkwistjoni tista’ tkun kompatibbli ma’ dispożizzjonijiet oħra tat-trattat, ma’ regoli oħra dwar l-għajnuna mill-Istat jew ma’ linji gwida.

5.4.   Kompatibbiltà skont l-Artikolu 107, paragrafu 3, punt a) tat-TFUE fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-linji gwida tal-2007

(72)

Il-linji gwida tal-2007, fil-kapitoli 2 (kamp ta’ applikazzjoni) u 4 (għajnuna reġjonali għall-investimenti), jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-approvazzjonu tal-għajnuniet reġjonali għall-investimenti. F’dan il-każ, għandhom jiġu rispettati l-punt 10 (kontribut ta’ reġjuni ad hoc għal strateġija ta’ żvilupp reġjonali) u l-partijiet 4.1 (tip u limiti tal-għajnuniet) u 4.2 (kostijiet ammissibbli), li jistabbilixxu r-rekwiżiti li ġejjin:

—   Effett ta’ inċentivazzjoni: biex jiġi garantit li l-għajnuniet reġjonali jwasslu għall-effett reali ta’ inċentivazzjoni biex isiru investimenti li kieku ma kinux jistgħu jsiru fiż-żoni assistiti, il-punt 38 tal-linji gwida tal-2007 jistabbilixxi li: “F’każ ta’ għajnuna ad hoc, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel dikjarazzjoni ta’ intenzjoni dwar il-konċessjoni tal-għajnuna qabel ma jinbdew ix-xogħlijiet tal-proġett, dejjem wara li l-miżura tkun ġiet approvata mill-Kummissjoni”.

—   Kontribut għal strateġija ta’ żvilupp reġjonali koerenti: fil-punt 10 tal-linji gwida tal-2007 jingħad: “Meta jkun previst, b’mod eċċezzjonali, li jingħataw għajnuniet individwali ad hoc lil kumpanija waħda […], għandu jkun l-Istat Membru li juri li l-proġett jikkontribwixxi għal strateġija ta’ żvilupp reġjonali koerenti…”.

—   Kostijiet ammissibbli: id-definizzjoni preċiża tal-kostijiet ammissibbli tidher fil-punti 34, 35 u 36 u 50-56 tal-linji gwida tal-2007.

—   Kontribut proprju: il-punt 39 tal-linji gwida tal-2007 jeħtieġ kontribut proprju ta’ 25 %.

—   Żamma tal-investiment fir-reġjun: il-punt 40 tal-linji gwida tal-2007 jipprevedi li l-investiment jiġi sostnut mir-reġjun ikkonċernat għal perjodu ta’ ħames snin (3 snin fil-każ tal-SMEs).

—   Limiti tal-għajnuniet: il-punti 42-49 tal-linji gwida tal-2007 jistabbilixxu l-limiti tal-għajnuniet.

(73)

Il-Kummissjoni kienet diġà vvalutat il-konformità tal-miżura tal-għajnuna proposta fil-punt 34 tat-Taqsima 3.3 tad-deċiżjoni biex jinbeda l-proċediment ta’ investigazzjoni formali (24). B’mod aktar preċiż, kif diġà ġie spjegat fil-punt 34 i) tad-deċiżjoni, il-miżura ta’ għajnuna tirrigwarda proġett ta’ investiment inizjali, jiġifieri l-ħolqien ta’ impjant ġdid. Anki x-xiri tal-assi konnessi b’mod dirett mal-impjant, f’dan il-każ mal-impjant tal-enerġija termoelettrika li ma baqax jintuża u t-tankijiet użati, jista’ jitqies bħala investiment inizjali, sakemm l-assi jinxtraw minn investitur indipendenti (ara l-punti 34 u 35 tal-linji gwida 2007): dan l-element se jiġi vvalutat fit-Taqsima 5.4.3 aktar ‘l quddiem; fil-punt vi) jiġi ddikjarat li l-benefiċjarju tal-għajnuna jingħata kontribut finanzjarju ta’ mill-inqas 25 % tal-kostijiet ammissibbli f’forma nieqsa minn kwalunkwe appoġġ pubbliku (ara l-punt 39 tal-linji gwida tal-2007); fil-punt vii) li l-għajnuna tingħata bil-kundizzjoni li l-investiment jiġi sostnut għal perjodu minimu ta’ ħames snin wara li jitlesta (ara l-punt 40 tal-linji gwida tal-2007); fil-punti ii) u iii) li l-grad tal-għajnuna notifikata (ara l-punti 42-49 tal-linji gwida tal-2007) jkun inqas mil-limitu ta’ għajnuna reġjonali applikabbli ta’ 30 % ESL, ikkoreġut skont kif stabbilit fil-punt 67 tal-linji gwida tal-2007; fil-punt iv) jingħad li l-għajnuniet għall-ispejjeż tal-istudji ta’ tħejjija u ta’ konsulenza huma inqas mil-limitu ta’ 50 % awtorizzat għal SMEs (ara l-punt 51 tal-linji gwida tal-2007).

(74)

Fit-taqsimiet li ġejjin, il-Kummissjoni se tivvaluta sa liema punt ġew rispettati l-kundizzjonijiet dwar l-effett ta’ inċentivazzjoni, il-kontribut għall-iżvilupp reġjonali u l-kostijiet ta’ investiment ammissibbli.

5.4.1.   Effett tal-inċentivazzjoni (punt 38 tal-linji gwida tal-2007)

(75)

Il-punt 38 tal-linji gwida jipprevedi dan li ġej.

Huwa importanti li jiġi garantit li l-għajnuna reġjonali jkollha effett reali ta’ inċentivazzjoni biex isiru investimenti li kieku ma kinux isiru fiż-żoni li qed tingħatalhom l-għajnuna. L-għajnuna tista’ għalhekk tingħata fl-ambitu ta’ pjanijiet ta’ għajnuna, basta l-benefiċjarju jkun talabha u l-awtorità inkarigata bil-ġestjoni tal-pjan tkun ikkonfermat bil-miktub li l-proġett, wara li jkun ġie soġġett għal verifika dettaljata, jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà stabbiliti fil-pjan qabel ma jkunu nbdew ix-xogħlijiet tal-proġett. Referenza espliċita għal dawn iż-żewġ kundizzjonijiet għandha tiġi inkluża fil-pjanijiet kollha ta’ għajnuna. F’każ ta’ għajnuna ad hoc, l-awtorità kompetenti trid tagħmel dikjarazzjoni ta’ intenzjoni dwar il-konċessjoni tal-għajnuniet qabel jinbdew ix-xogħlijiet tal-proġett, dejjem wara li din il-miżura tkun ġiet approvata mill-Kummissjoni. Jekk ix-xogħlijiet jibdew qabel ma jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-punt, il-proġett kollu ma jkunx eliġibbli għal għajnuniet.

In-nota 39 tistabbilixxi li: “F’każ ta’ għajnuna soġġetta għan-notifika individwali u għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-konferma tal-ammissibbiltà trid tistenna d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-għajnuna min-naħa tal-Kummissjoni.”

In-nota 40 tistabbilixxi li: “‘jinbdew ix-xogħlijiet’ tfisser il-bidu tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew l-ewwel impenn deċiż biex jigi ordnat it-tagħmir, bl-esklużjoni tal-istudji preliminari rigward il-fattibbiltà.”

In-nota 41 tistabbilixxi li: “L-unika eċċezzjoni għal dawn ir-regoli huwa l-każ ta’ pjanijiet ta’ għajnuna fiskali approvati li fihom ikunu ġew konċessi b’mod awtomatiku eżenzjoni jew tnaqqis fiskali għall-kostijiet ammissibbli mingħajr setgħa diskrezzjonali min-naħa tal-awtorità.”

(76)

B’mod konformi mal-każistika:

“…jenħtieġ li jiġi nnutat li l-Kummissjoni tista’ tiddikjara għajnuna kompatibbli mal-Artikolu 87, Nru 3, tal-KE biss jekk tista’ tiddikjara li din l-għajnuna tikkontribwixxi għat-twettiq ta’ wieħed mill-għanijiet imsemmija, għanijiet li l-kumpanija benefiċjarja ma tistax twettaq permezz tal-mezzi tagħha biss f’kundizzjonijiet normali tas-suq. Dan ifisser li għajnuna, biex tkun tista’ tibbenefika minn waħda mid-derogi previsti fl-Artikolu 87, Nru 3, KE, mhux biss trid tkun konformi ma’ wieħed mill-għanijiet previsti fl-Artikolu 87, Nru 3, punt a), b), c) jew d), KE, iżda trid tkun ukoll meħtieġa biex jintlaħqu dawn l-għanijiet (sentenza tal-Qorti tas-7 ta’ Ġunju 2001, kawża T-187/99, Agrana Zucker und Stärke/il-Kummissjoni, Ġabra p. II-1587, punt 74).

Fil-fatt, għajnuna li twassal għal titjib tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija benefiċjarja mingħajr ma’ din tkun meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet previsti fl-Artikolu 87, Nru 3, KE ma tistax titqies bħala li hi kompatibbli mas-suq komuni (sentenza tal-Qorti tal-15 ta’ April 2008, kawża C-390/06, Nuova Agricast, Ġabra p. I-2577, punt 68; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-24 ta’ Frar 1987, kawża 310/85, Deufil/il-Kummissjoni, Ġabra p. 901, punt 18, u tal-5 ta’ Ottubru 1994, kawża C-400/92, Il-Ġermanja/il-Kummissjoni, Ġabra p. I-4701, punti 12, 20 u 21).” (25)

Il-Qorti tal-Prim’ Istanza adottat din il-linja anki f’kawża (26) li kienet tirrikjedi miżura ad hoc skont il-linji gwida preċedenti fil-kuntest tal-għajnuniet mill-Istat b’għan reġjonali (27), u ddikjarat li d-dispożizzjonijiet rigward l-effetti ta’ inċentivazzjoni japplikaw anki għal miżuri ad hoc. Il-Qorti tikkonferma wkoll li l-Kummissjoni tista’ tibbaża l-valutazzjoni tagħha tal-effett tal-inċentivazzjoni b’referenza għal ċirkostanza ta’ ordni kronoloġika (28).

(77)

Fil-prattika deċiżjonali kostanti tagħha rigward il-miżuri ta’ għajnuna ad hoc  (29), approvati skont il-linji gwida tal-2007, il-Kummissjoni jidhrilha li biex titqies bħala prova tal-effett tal-inċentivazzjoni skont punt 38 tal-linji gwida tal-2007, il-konferma bil-miktub tal-awtorità kompetenti jrid ikun fiha għadd minimu ta’ elementi li jidentifikaw għall-inqas il-proġett ta’ investiment li jeħtieġ l-għajnuna, l-ammont totali tal-ispejjeż ammissibbli, l-ammont totali tal-għajnuna u l-klawżola ta’ kondizzjonalità.

(78)

L-awtoritajiet Taljani u l-benefiċjarju pprovdew xi dokumenti li jidhrilhom li jistgħu jservu ta’ konferma bil-miktub skont il-punt 38 tal-linji gwida tal-2007. Il-Kummissjoni se teżaminahom kollha biex tivverifika jekk jissodisfawx il-kundizzjonijiet skont il-punt 38 tal-linji gwida tal-2007. Qabel ma tipproċedi b’din il-verifika, il-Kummissjoni trid tistabbilixxi d-data li fiha beda jitwettaq il-proġett.

5.4.1.1.   Id-data li fiha beda jitwettaq il-proġett

(79)

L-awtoritajiet Taljani ddikjaraw li l-proġett beda jitwettaq f’Lulju 2007. Madankollu, l-Kummissjoni osservat li l-operazzjoni tax-xiri tal-impjant tal-enerġija termoelettrika li ma baqax jintuża nbdiet fid-9 ta’ Frar 2006 bit-trasferiment lil Friel Acerra tal-fergħa tal-kumpanija tal-NGP relatat mal-impjant tal-enerġija elettrika. Minħabba li dan ix-xiri ta’ assi relatati b’mod dirett ma’ impjant (l-impjant li ma baqax jintuża) jitqies bħala investiment inizjali, id-data tax-xiri tal-impjant tal-enerġija termoelettrika li ma baqax jintuża hija d-data li fiha beda jitwettaq il-proġett. Għalhekk il-Kummissjoni jidhrilha li d-data tal-bidu tat-twettiq hija d-9 ta’ Frar 2006. Hija tosserva madankollu li l-konklużjonijiet tagħha dwar l-effett ta’ inċentivazzjoni jibqgħu mhux mittiefsa jekk wieħed iqis bħala d-data pertinenti l-4 ta’ Awwissu 2006, il-jum li fih Friel Acerra għaddiet l-ordni għall-forniment tal-impjant tal-enerġija elettrika lil Wärtsilä, jew saħansitra l-jiem tat-23 sat-30 ta’ Lulju 2007, meta Friel Acerra bdiet ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tal-impjant il-ġdid li jaħdem bil-bijorkarburant.

5.4.1.2.   Il-Ftehim dwar il-pjan tal-15 ta’ Lulju 2005

(80)

Il-Kummissjoni jidhrilha li dan id-dokument, deskritt fil-premessi 23 u 24, ma jistax jitqies bħala konferma bil-miktub skont it-tifsira tal-punt 38 tal-linji gwida tal-2007, għaliex jirreferi l-aktar għall-pjan ta’ salvataġġ u ta’ ristrutturazzjoni ta’ NGP (30). Il-kostruzzjoni ta’ impjant ġdid tal-enerġija elettrika fil-fatt tissemma’, iżda tirrigwarda kumpanija oħra (Edison) għal proġett ieħor (impjant ġdid tal-enerġija termoelettrika ta’ 400 MW), u ma ssemmi l-ebda għoti ta’ għajnuna għal dan il-proġett. Il-Ftehim dwar il-pjan iffirmat fil-15 ta’ Lulju 2005 jindika biss li NGP, Edison u l-awtoritjiet Taljani kellhom jikkonkludu ftehim ieħor fi żmien 60 jum (ħaġa li ma seħħitx). Kif diġà ġie msemmi fil-premessa 24, il-kumpanija Edison m’għandha l-ebda rabta ma’ Friel Acerra.

(81)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-argument tal-awtoritajiet Taljani li l-linji gwida tal-2007 ma jispeċifikawx il-forma preċiża tal-konferma bil-miktub, mhuwiex biżżejjed biex kwalunkwe dokument li b’xi mod vag jagħmel referenza għal xi proġett possibbli ta’ għajnuna jitqies bħala li hu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 38 tal-linji gwida tal-2007. Għalhekk, il-Kummissjoni tosserva li l-Ftehim dwar il-pjan iffirmat fil-15 ta’ Lulju 2005 ma jsemmi la l-proġett ta’ investiment li għandu jsir (impjant tal-enerġija elettrika li jaħdem bil-bijokarburant), la l-ammont totali tal-kostijiet ammissibbli u lanqas l-ammont totali tal-għajnuna. Lanqas ma jindika li biex isir it-tiġdid u t-tibdil tal-impjant tal-enerġija elettrika li ma baqax jintuża hija prevista xi għajnuna. Il-kundizzjonijiet rigward il-prova tal-effett ta’ inċentivazzjoni msemmija fil-punt 38 tal-linji gwida al-2007 jirreferu b’mod ċar għal proġett ta’ investiment, għal għajnuna, għal benefiċjarju u għall-approvazzjoni neċessarja tal-għajnuna mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, dokument li jiġġustifika dan l-effett ta’ inċentivazzjoni għandu jinkludi dawn l-elementi kollha.

(82)

Il-Kummissjoni lanqas ma tista’ taċċetta l-argument tal-awtoritajiet Taljani li l-Ftehim dwar il-pjan tal-15 ta’ Lulju 2005 ħoloq stennija leġittima rigward sussidju għal kwalunkwe proġett fiż-żona industrijali ta’ Acerra rigward il-produzzjoni tal-elettriku, minħabba li dan ma jaffermax li s-sussidju għandu jingħata għal dan il-għan.

(83)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-Ftehim dwar il-pjan tal-15 ta’ Lulju 2005 ma jissodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 38 tal-linji gwida tal-2007.

5.4.1.3.   Il-modifika tal-Ftehim dwar il-pjan tas-6 ta’ April 2006

(84)

Il-Ftehim dwar il-pjan ġie modifikat fis-6 ta’ April 2006 mir-Reġjun tal-Campania u NGP (ara l-premessa 36). Il-Kummissjoni tosserva li din il-modifika tinkludi referenza għal pjan alternattiv għall-impjant tal-enerġija elettrika jew aħjar għat-tibdil tiegħu f’impjant tal-enerġija elettrika li jaħdem bil-bijokarburant, u jipprovdi għall-għoti ta’ għajnuna għall-proġett skont il-pjan ta’ eżenzjoni skont il-kategorija, jiġifieri l-miżura 1.12 tal-programm operattiv għar-Reġjun tal-Campania (31).

(85)

Il-Kummissjoni madankollu tosserva li din il-miżura ma setgħetx tkopri l-ammont kollu tal-għajnuna mill-Istat previst għall-proġett Friel Acerra, minħabba li kien jeskludi għajnuniet ta’ ammonti kbar, jiġifieri proġetti bi spejjeż ammissibbli ta’ aktar minn EUR 25 miljun u ta’ grad ta’ għajnuna ta’ iktar minn 17,5 % (NGE), u proġetti li għalihom l-ammont totali tal-għajnuna kien ta’ aktar minn EUR 15-il miljun. Din is-sistema eżentata kienet teskludi mill-ispejjeż ammissibbli anki x-xiri ta’ impjanti u ta’ makkinarju użat (32).

(86)

Il-Kummissjoni għalhekk tosserva li anki kieku riedet tikkunsidra, b’mod assurd, il-modifika tas-6 ta’ April 2006 bħala ittra bil-għan li tingħata l-għajnuna, dan madankollu ma jiġġustifikax il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 38 tal-linji gwida tal-2007: l-ewwel nett, modifika bħal din saret wara d-data li fiha nbdew ix-xogħlijiet (9 ta’ Frar 2006); it-tieni nett il-modifika, bħall-Ftehim dwar il-pjan, ma tinkludix l-elementi kollha meħtieġa biex tiġi kkunsidrata bħala dikjarazzjoni ta’ intenzjoni, b’mod partikolari ma tindikax l-ammont totali tal-kostijiet ammissibbli u l-ammont totali tal-għajnuna li għandha tingħata, u lanqas ma tinkludi klawżola ta’ kondizzjonalità; it-tielet, din l-ittra ta’ konċessjoni ta’ għajnuna tagħmel referenza għal provvediment reġjonali li ntemm fil-31 ta’ Diċembru 2006 (33). Il-Kummissjoni diġà ddeċidiet li l-effett tal-inċentivazzjoni ma jistax jiġi trasferit minn programm ta’ għajnuna għal ieħor, minħabba li kull programm huwa indipendenti u għandu l-kundizzjonijiet tiegħu ta’ ammissibbiltà (34), iktar u iktar meta l-awtoritajiet nazzjonali għamlu referenza għall-possibbiltà li tingħata għajnuna fl-ambitu ta’ sistema partikolari li ma tippermettix l-għoti ta’ għajnuna għal ammont u għal proġett ta’ kobor simili ta’ dawk previsti f’dan il-każ.

(87)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li anki l-modifika li saret fis-6 ta’ April 2006 fil-Ftehim dwar il-pjan tal-15 ta’ Lulju 2005 ma tissodisfax il-kundizzjonijiet skont il-punt 38 tal-linji gwida tal-2007 u, fi kwalunkwe każ, id-data tagħha hija wara d-data li fiha beda jitwettaq il-proġett.

(88)

Matul l-2006 (qabel l-iskadenza tal-programmi ta’ għajnuna eżistenti) Friel Acerra talbet għajnuna mill-Istat f’żewġ okkażjonijiet: fis-7 ta’ Ġunju 2006 talbet EUR 30 miljun skont il-miżura 1.12 tal-Programm operattiv għar-Reġjun tal-Campania 2000-2006; fit-18 ta’ Diċembru 2006 talbet EUR 43 396 000 skont il-programm nazzjonali Nru 488/1992, li ġie modifikat u approvat bħala miżura ta’ għajnuna mill-Istat N 715/99 (35). Il-Kummissjoni ma ġiet infurmata bl-ebda reazzjoni pożittiva min-naħa tal-awtoritajiet Taljani għal dawn it-talbiet. Friel Acerra, madankollu, kienet diġà bdiet ix-xogħlijiet meta ħadet l-assi ta’ NGP fi Frar 2006 u kienet għaddiet l-ordni għall-forniment tal-impjant il-ġdid tal-enerġija elettrika lil Wärtsilä fl-4 ta’ Awwissu 2006. Il-kumpanija, fl-aħħar nett, bdiet ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tal-impjant il-ġdid tal-enerġija elettrika li jaħdem bil-bijorkarburant fil-perjodu 23-30 ta’ Lulju 2007. Għalhekk, anki talbiet bħal dawn ma jistgħux jitqiesu bħala dikjarazzjoni ta’ intenzjoni skont il-punt 38 tal-linji gwida tal-2007 u ma jistgħux juru li l-għajnuna tħalli effett ta’ inċentivazzjoni.

5.4.1.4.   L-awtorizzazzjoni tar-Reġjun tal-Campania tad-9 ta’ Ottubru 2006

(89)

Rigward dokument ieħor imsemmi mill-awtoritajiet Taljani fl-osservazzjonijiet tagħhom, l-awtorizzazzjoni tad-9 ta’ Ottubru 2006 tar-Reġjun tal-Campania (36), dan huwa dwar l-awtorizzazzjonijiet amministrattivi għat-trasformazzjoni teknika tal-impjant eżistenti tal-enerġija elettrika, u mhux dwar l-għajnuna li l-awtoritajiet reġjonali kellhom jagħtu għal dan il-għan. Għalhekk ma jistax jitqies bħala dikjarazzjoni ta’ intenzjoni skont punt 38 tal-linji gwida tal-2007 u d-data tiegħu hija wara d-data tal-bidu tat-twettiq tal-proġett.

5.4.1.5.   Id-Deċiżjoni tar-Reġjun tal-Campania tas-26 ta’ Ottubru 2007

(90)

Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li d-Deċiżjoni tal-Kunsill Reġjonali tar-Reġjun tal-Campania Nru 1857 tas-26 ta’ Ottubru 2007, diġà msemmija fil-premessi 25, 26, 29 u 68, hija l-ewwel dokument maħruġ mill-awtoritajiet Taljani skont il-punt 38 tal-linji gwida tal-2007 u hija ġurdikament vinkolanti għall-għoti tal-għajnuna lil Friel Acerra. Id-dokument jidentifika b’mod ċar il-proġett ta’ investiment (l-impjant tal-enerġija elettrika li jaħdem bil-bijorkarburant) u l-ammont totali tal-għajnuna (mhux aktar minn EUR 19,5 miljun) u jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Kummissjoni permezz ta’ notifika.

(91)

Minħabba li x-xogħlijiet tal-proġett bdew fi Frar 2006, jiġifieri sena u nofs qabel l-adozzjoni ta’ dan id-dokument, il-Kummissjoni jidhrilha li l-proġett notifikat ma jirrispettax il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 38 tal-linji gwida tal-2007 (37) u li ma jurix l-effett tal-inċentivazzjoni tal-għajnuna. In-notifika saret, biss, madankollu, fis-16 ta’ Lulju 2008. Id-deċiżjoni tar-Reġjun ta’ Ottubru 2007 b’impenn kondizzjonali għall-għoti ta’ għajnuniet ma tistax titqies determinanti biex Friel Acerra tingħata inċentiv biex twettaq proġett ta’ investiment li fil-fatt beda fi Frar 2006 bix-xiri tal-impjant tal-enerġija elettrika. Id-deċiżjoni reġjonali ta’ Ottubru 2007 ma tistax titiqes bħala li hija biżżejjed biex turi l-effett tal-inċentivazzjoni tal-għajnuna, anki jekk tiġi kkunsidrata d-data meta bdew ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni li saru minn Friel Acerra f’Lulju 2007, minħabba li anki dawn ix-xogħlijiet bdew qabel din id-deċiżjoni.

5.4.1.6.   Minuti tal-laqgħa, li saret fis-6 ta’ Ottubru 2005, tal-kumitat inkarigat mill-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-pjan

(92)

L-awtoritajiet Taljani jagħmlu wkoll referenza għall-minuti tal-laqgħa, li saret fis-6 ta’ Ottubru 2005, tal-kumitat inkarigat mill-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-pjan, bħala prova tal-effett tal-inċentivazzjoni tal-proġett ta’ investiment ta’ Friel Acerra. Skont il-minuti, f’din il-laqgħa, il-grupp Friel issemma għall-ewwel darba mir-rappreżentant tal-NGP bħala investitur potenzjali li wera interess fix-xiri tal-impjant tal-enerġija elettrika li ma baqax jintuża. Dan l-interess kien motivat mid-disponibbiltà tal-għajnuna reġjonali għas-settur li setgħet tnaqqas l-ispejjeż finanzjarji taż-żona, li dak iż-żmien ma kinitx daqstant kompetittiva.

(93)

Il-Kummissjoni jidhrilha li l-preżenza ta’ din id-dikjarazzjoni fil-minuti mhijiex sinjal ta’ intenzjoni deċiża u li torbot min-naħa tal-awtoritajiet Taljani li jagħtu għajnuna lill-proġett ta’ investiment, bil-kundizzjoni li tingħata l-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Id-dikjarazzjoni hija tal-persuna li tirrappreżenta lil NGP, il-kumpanija li tinsab f’diffikultà u li kienet qed tipprova ssib xerrej għall-impjant tagħha tal-enerġija elettrika li ma baqax jintuża. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-minuti ma jinkludu l-ebda dikjarazzjoni mill-awtoritajiet Taljani li tikkonferma li l-aspettattivi tal-grupp Friel dwar l-għajnuna għall-investiment reġjonali kienu se jiġu implimentati.

(94)

Il-Kummissjoni tenfasizza l-fatt li dikjarazzjoni ta’ intenzjoni trid tkun, b’mod ċar, dokument bil-miktub mill-awtorità kompetenti biex tingħata l-għajnuna u mhux mir-rappreżentant ta’ kumpanija li mhijiex il-benefiċjarja tal-għajnuna u li hija interessata fix-xiri tal-assi inkwistjoni (l-impjant tal-enerġija termoelettrika). Barra minn hekk, il-minuti msemmija ma jissodisfawx ir-rekwiżiti minimi rigward il-kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ intenzjoni, imsemmija fil-punt 38 tal-linji gwida tal-2007.

5.4.1.7.   Dokumenti interni tal-kumpanija

(95)

Fl-aħħar nett, rigward dokumenti oħra mogħtija mill-awtoritajiet Taljani (ara l-punt 54), il-Kummissjoni jidhrilha li, meta titqies kemm hija ċara l-aħħar frażi tal-punt 38 tal-linji gwida tal-2007 u meta jitqies il-fatt li d-dikjarazzjoni ta’ intenzjoni trid tasal mill-awtorità kompetenti li tagħti l-għajnuna, id-dokumenti interni tal-kumpanija ma jistgħux jitqabblu ma’ dikjarazzjoni ta’ intenzjoni min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi li jagħtu għajnuna għal proġett ta’ investiment reġjonali.

(96)

Fi kwalunkwe każ, dawn id-dokumenti pjuttost jikkonfermaw li d-deċiżjoni li jsir investiment ittieħdet mingħajr ma l-awtoritajiet Taljani kienu esprimew impenn deċiż u li jorbot biex tingħata l-għajnuna. B’mod partikolari, fir-rapport intern tas-26 ta’ Jannar 2006 ġiet ivvalutata l-fattibbiltà finanzjarja tal-proġett kemm bl-għajnuna reġjonali kif ukoll mingħajrha. Dan juri li kienu tqiesu ż-żewġ possibbiltajiet. Ir-rapport jikkonkludi li kieku Friel Acerra ma rċevitx l-għajnuna għall-investimenti reġjonali, il-proġett kien jirriżulta f’inqas profitt u kien ikun aktar riskjuż. Madankollu, mhux iktar minn ġimagħtejn wara, fid-9 ta’ Frar 2006, Friel Acerra tat bidu għall-investiment bix-xiri tal-impjant tal-enerġija elettrika li ma baqax jintuża tal-NGP. La l-awtoritajiet Taljani u lanqas il-benefiċjarju ma ddikjaraw li bejn is-26 ta’ Jannar 2006 u d-9 ta’ Frar 2006 kien seħħ fatt li stabbilixxa u kkonferma l-intenzjoni tal-awtoritajiet Taljani biex jagħtu l-għajnuna.

5.4.1.8.   Konklużjoni: l-ebda effett ta’ inċentivazzjoni

(97)

Il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-proġett notifikat ma jirrispettax il-kundizzjoni msemmija fil-punt 38 tal-linji gwida tal-2007 dwar l-effett ta’ inċentivazzjoni tal-għajnuna ad hoc, li jistabbilixxi li, qabel jingħata bidu għax-xogħlijiet tal-proġett, dan l-effett ta’ inċentivazzjoni għandu jintwera permezz ta’ dikjarazzjoni ta’ intenzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, li fih jiġi ddikjarat li l-proġett ta’ investiment inkwistjoni huwa, fil-prinċipju, eliġibbli għall-għajnuna (bil-kundizzjoni li tingħata l-approvazzjoni tal-Kummissjoni).

5.4.2.   Kontribut għal strateġija għall-iżvilupp reġjonali koerenti (punt 10 tal-linji gwida tal-2007)

(98)

Il-Kummissjoni l-ewwel nett tfakkar li, skont il-punt 10 tal-linji gwida tal-2007, l-għajnuna ad hoc reġjonali hija kkunsidrata ammissibbli biss b’mod eċċezzjonali. Huwa fil-fatt l-Istat Membru li għandu juri li l-għajnuna reġjonali ad hoc tikkontribwixxi għall-iżvilupp reġjonali permezz ta’ effetti pożittivi, bħal pereżempju l-ħolqien ta’ xogħol (impjiegi diretti jew indiretti maħluqa mill-investiment), il-formazzjoni u t-trasferiment ta’ teknoloġija b’effett ta’ spillover u li jkattar aktar investimenti min-naħa ta’ servizzi u produtturi relatati, waqt li fl-istess ħin jiġi mrażżan it-tfixkil għall-kompetittività.

(99)

Il-Kummissjoni tqis l-ewwel nett il-fatt li l-ħolqien (jew iż-żamma) ta’ 25 post tax-xogħol dirett u l-ħolqien ta’ 10 postijiet tax-xogħol indiretti jirrappreżentaw effettivament kontribut għall-iżvilupp reġjonali. Madankollu jidhirilha li l-għadd ta’ impjiegi maħluqa u l-ammont totali tal-għajnuna (EUR 19,5 miljun, bl-għajnuna diretta ad hoc għall-postijiet tax-xogħol ta’ EUR 780 000) evidentement mhumiex proporzjonali, speċjalment jekk isir paragun ma’ għajnuniet reġjonali ad hoc approvati mill-Kummissjoni tul dawn l-aħħar snin (38), li għalihom l-għajnuna medja għal kull post tax-xogħol (maħluq jew miżmum) kienet ta’ inqas minn EUR 70 000. Din il-konklużjoni tirriżulta valida anki jekk ma jitqiesx il-fatt li l-prezz għall-ħolqien u għaż-żamma tal-impjiegi jista’ jvarja bejn Stat Membru u ieħor.

(100)

Il-Kummissjoni jidhrilha, it-tieni nett, li l-kundizzjonijiet formali stabbiliti fid-diversi dokumenti ta’ programmazzjoni u ppjanar tal-iżvilupp reġjonali rigward il-produzzjoni tal-enerġija (39), b’mod partikolari l-għan li tintlaħaq kapaċità għall-ġenerazzjoni ta’ 200 MW ta’ elettriku bil-bijomassa sal-2013 stabbilit fil-pjan reġjonali ambjentali dwar l-enerġija tal-2008, mhumiex raġuni sostanzjali u sinifikattiva għal din il-miżura ta’ għajnuna ad hoc. Il-kontribut tal-impjant ta’ Friel Acerra (bil-kapaċità tiegħu ta’ 74,8 MW), jiġifieri 600 GWh fis-sena, huwa marġinali meta jitqabbel mad-defiċit enerġetiku reġjonali komplessiv, li jikkorrispondi għal 15 000 GWh fis-sena. Il-Kummissjoni jidhrilha li l-eżistenza ta’ suq tal-enerġija li jaħdem ma tiġġustifikax il-ħtieġa ta’ dan l-investiment speċifiku. Rigward l-għanijiet formali l-oħra ffissati fid-diversi dokumenti ta’ programmazzjoni reġjonali, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-proġett ta’ investiment jista’ jikkontribwixxi biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, iżda jidhrilha li l-kontribut fil-kuntest ta’ enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli bilkemm jipprovdi ġustifikazzjoni xierqa għal għajnuna reġjonali ad hoc lil kumpanija waħda.

(101)

Raġuni oħra li l-awtoritajiet Taljani tennew aktar minn darba fil-fażi ta’ notifikazzjoni kienet li l-impjant tal-enerġija elettrika kieku kien jipproduċi l-enerġija għaż-żona industrijali ta’ Acerra, u jipprevjeni r-riskji ta’ qtugħ ta’ dawl għall-impriżi li jistabbilixxu ruħhom f’dan il-park industrijali. Din il-ġustifikazzjoni ġiet abbandunata waqt il-fażi ta’ investigazzjoni formali, minħabba li l-Italja kkonfermat li Friel Acerra trid tbigħ il-produzzjoni tagħha fis-suq tal-enerġija billi tingħaqad max-xibka nazzjonali (40). Il-Kummissjoni għalhekk tosserva li waħda mill-ġustifikazzjonijiet ewlenin li jirriżultaw min-notifika, hija nieqsa, minħabba li l-enerġija prodotta minn Friel Acerra tinbiegħ lis-suq nazzjonali tal-enerġija u l-impjant il-ġdid tal-enerġija elettrika li jaħdem bil-bijolikwidi hija mqabbda direttament max-xibka nazzjonali.

(102)

Fid-dawl tal-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Taljani fil-fażi ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni nnutat l-argument li l-iżvilupp tas-sit industrijali ta’ Acerra jista’ jiġi mfixkel jekk il-proġett ta’ investiment ta’ Friel Acerra jkun interrott, minħabba li dan jagħti sinjal negattiv ieħor lill-investituri potenzjali f’din iż-żona, li diġà hija milquta sew minn problemi soċjali u ekonomiċi. L-intrapriżi l-oħra li wrew interess li jistabbilixxu ruħhom f’din iż-żona jistgħu jirtiraw, b’effett aktar negattiv fuq din iż-żona urbana degradata li diġà tinsab fi kriżi. Ta’ min jenfasizza li jekk il-Kummissjoni tiddikjara għajnuna li m’għandha ebda effett fuq l-inċentivazzjoni ex ante bħala mhux kompatibbli, dan ma jistax ikollu l-effett li jimpedixxi investituri oħra milli jistabbilixxu l-operat tagħhom fl-istess żona indusrijali jew li jiġu miċħuda miżuri oħra ta’ għajnuna tal-effetti rispettivi tal-inċentivazzjoni.

(103)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tosserva li l-awtoritajiet Taljani ma pprovdewx statistika konkreta rigward ebda azzjoni ta’ formazzjoni jew ta’ trasferiment ta’ informazzjoni u l-ebda effett ta’ spillover jew li jista’ jkattar l-investiment, kif kien ġara fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ta’ għajnuna reġjonali ad hoc li ġew approvati mill-Kummissjoni tul dawn l-aħħar snin (41).

(104)

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq u jekk jitqiesu l-prattiki segwiti fil-passat u l-elementi kollha possibbli (numru limitat ta’ impjiegi diretti u indiretti maħluqa mill-proġett, kontribut negliġibbli għall-politika enerġetika reġjonali, nuqqas ta’ sostenn enerġetiku dirett fiż-żona industrijali, nuqqas ta’ effetti ta’ spillover u fuq kollox l-ammont tal-għajnuna li huwa eċċessiv meta jitqabbel mal-għadd ta’ impjiegi maħluqa u miżmuma), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-investiment ma jikkontribwixxi għal ebda strateġija ta’ żvilupp reġjonali koerenti, kif jitlob il-punt 10 tal-linji gwida tal-2007.

5.4.3.   Kostijiet ammissibbli (punti 34, 35 u 36 u minn 50 sa 56 tal-linji gwida tal-2007)

(105)

Minkejja l-ġustifikazzjoni ekonomika li qajmu l-awtoritajiet Taljani, it-trasferiment tal-assi (l-impjant tal-enerġija elettrika) mingħand NGP għal Friel Acerra ma seħħx b’osservanza totali tar-regolamenti. L-istess Friel Acerra, ix-xerrejja, ikkonfermat li meta sar it-trasferiment 90,5 % minnha kien ikkontrollat minn NGP.

(106)

Madankollu, il-preżenza temporanja ta’ NGP fi Friel Acerra jidher li hija marbuta mal-metodu magħżul (l-għoti tal-fergħa tal-kumpanija) għat-trasferiment tal-impjant eżistenti bejn zewġ partijiet formalment indipendenti minn xulxin. Fi tmiem l-operazzjoni (l-għoti tal-fergħa tal-kumpanija minn NGP lill-kumpanija komuni u l-għoti tal-kwoti lill-grupp Friel), iż-żewġ ażjendi reġgħu saru indipendenti minn xulxin. Barra minn hekk, ir-rekwiżit ta’ valutazzjoni tal-prezz tal-impjant tal-enerġija termoelettrika li ma baqax jintuża minn espert indipendenti ġie rrispettat, skont il-prinċipji u l-għanijiet tal-punt 35 tal-linji gwida tal-2007.

(107)

Rigward it-trasferiment tal-impjant tal-enerġija termoelettrika li ma baqax jintuża, il-Kummissjoni għaldaqstant tikkonkludi li minkejja dak li jingħad fil-punt 35 tal-linji gwida tal-2007 – li jipprevedi li stabbiliment għandu jkun “jinxtara minn investitur indipendenti” – dan ma ġiex rispettat bis-sħiħ fil-kuntest formali, u lanqas ma ġiet irrispettata s-sustanza tiegħu. Fil-fatt, il-prezz imħallas minn Friel Acerra għall-impjant tal-enerġija termoelettrika li ma baqax jintuża jikkorrispondi għall-valur ikkonfermat mill-espert indipendenti, u ftit wara t-trasferiment tal-assi l-kumpanija xerrejja saret indipendenti mill-kumpanija bejjiegħa (NGP).

(108)

Rigward assi oħra użati inklużi mal-kostijiet ammissibbli, il-Kummissjoni taċċetta l-argument imressaq mill-awtoritajiet Taljani u minn Friel Acerra, li t-trasferiment tat-tankijiet użati seħħ bejn żewġ partijiet indipendenti bil-kundizzjonijiet tas-suq, anki mingħajr stħarriġ formali ex ante minn espert indipendenti. Il-prezz imħallas għal dawn l-assi jikkorrispondi għall-prezz tas-suq, kif jikkonferma d-dokument il-ġdid imħejji mill-istess espert indipendenti li kien diġà għamel stima tal-valur tal-impjant tal-enerġija elettrika li ma baqax jintuża.

(109)

Għalhekk, l-akkwist ta’ dawn l-assi marbuta b’mod dirett mal-impjant, jiġifieri l-impjant tal-enerġija termoelettrika li ma baqax jntuża u t-tankijiet użati, jista’ jitqies bħala investiment inizjali skont it-tifsira tal-punt 35 tal-linji gwida tal-2007.

5.4.4.   Konklużjoni dwar il-kompatibbiltà mal-linji gwida tal-2007

(110)

Għalhekk, anki jekk xi rekwiżiti dwar l-għajnuna reġjonali għall-investiment skont il-linji gwida tal-2007 jidhru li ġew irrispettati, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma ġewx rispettati l-obbligi msemmija hawn fuq (rigward l-effett tal-inċentivazzjoni u l-kontribut reġjonali) għall-għajnuna reġjonali ad hoc għall-proġetti ta’ investiment. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-miżura msemmija ma tistax tkun iddikjarata bħala kompatibbli, skont l-Artikolu 107, paragrafu 3, punt a) tat-TFUE u tal-linji gwida tal-2007.

5.5.   Kompatibbiltà mad-dispożizzjonijiet tal-linji gwida ambjentali tal-2008

(111)

L-awtoritajiet Taljani ma kellhom l-ebda reazzjoni għall-kumment tal-Kummissjoni, la waqt il-fażi tal-valutazzjoni preliminari, u lanqas waqt il-fażi tal-investigazzjoni formali, li skont il-linji gwida ambjentali tal-2008 tidher li hi aktar pertinenti għall-valutazzjoni ta’ miżuri ta’ dan it-tip, li huma kkaratterizzati minn għanijiet fil-kuntest tal-enerġija/tal-ambjent u minn investimenti ta’ dan it-tip (impjant li jaħdem bil-bijorkarburant).

(112)

Il-Kummissjoni tinnota li d-dixxiplina ambjentali tal-2008 titlob, fil-punt 1.3.4, il-preżenza ta’ effett ta’ inċentivazzjoni. Il-punt 27 jipprevedi li għandu jsir kontroll dwar jekk l-investiment inkwistjoni kienx isir jew le mingħajr għajnuna mill-Istat.

(113)

Il-Kummissjoni jidhrilha li, għar-raġunijiet li diġà ġew spjegati fit-Taqsima 5.4.1, l-investiment sar qabel ma l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-għajnuna kienet esprimiet l-intenzjoni deċiża tagħha li tagħti b’mod effettiv l-għajnuna għall-proġett. L-għajnuna notifikata għalhekk ma jista’ jkollha l-ebda effett ta’ inċentivazzjoni; jekk mhux għal din ir-raġuni biss, il-kundizzjonjijiet stipulati mil-linji gwida ambjentali tal-2008 ma ġewx issodisfati.

(114)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-Italja, minkejja l-istedina ċara li saritilha, ma pprovdietx l-informazzjoni meħtieġa biex turi l-osservanza tagħha tal-kundizzjonijiet previsti mil-linji gwida ambjentali tal-2008 rigward għajnuna għall-investimenti fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli (punti minn 102 sa 106 tad-dixxiplina ambjentali tal-2008).

(115)

Il-Kummissjoni tinnota li għandu jkun l-Istat Membru li juri li l-għajnuna hija kompatibbli (42). Minħabba li l-Italja ma pprovdietx l-informazzjoni meħtieġa f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni m’għandhiex biżżejjed informazzjoni biex tilħaq konklużjoni dwar il-kriterji l-oħra previsti mil-linji gwida ambjentali.

(116)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-miżura ta’ għajnuna msemmija ma tistax tiġi ddikjarata bħala li hi kompatibbli mas-suq intern, lanqas skont l-Artikolu 107, paragrafu 3, punt c) tat-TFUE, lanqas mal-linji gwida ambjentali tal-2008, u lanqas ma’ deroga oħra msemmija fit-TFUE. Għaldaqstant għandha tiġi pprojbita.

6.   KONKLUŻJONIJIET

(117)

Fid-deċiżjoni li jingħata bidu għal proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni spjegat ir-raġunijiet, li jidhru fil-qosor fit-Taqsima 3 ta’ din id-Deċiżjoni, li minħabba fihom iddubitat jekk il-miżura li kienet qed tiġi eżaminata setgħetx taqa’ fl-ambitu tal-applikazzjoni tad-deroga msemmija fl-Artikolu 107, paragrafu 3, punt a) tat-TFUE. Dawn id-dubji ma tħassrux kompletament permezz tal-informazzjoni u l-argumenti li jinsabu fil-kummenti tal-awtoritajiet Taljani u tal-benefiċjarju tal-għajnuna.

(118)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-għajnuna reġjonali ad hoc notifikata lill-awtoritajiet Taljani favur Friel Acerra, li ġiet spjegata fit-Taqsima 2 ta’ din id-Deċiżjoni, ma tirrispettax il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-linji gwida tal-2007 biex tiġi kkunsidrata kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107, paragrafu 3, punt a) tat-TFUE, u lanqas ma tirrispetta l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-linji gwida ambjentali tal-2008 biex tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107, paragrafu 3, punt c) tat-TFUE. Ma ġiet applikata l-ebda motivazzjoni oħra dwar il-kompatibbiltà.

(119)

Minħabba li mhi kompatibbli ma’ ebda deroga oħra li tidher fit-TFUE, l-għajnuna ma tistax tingħata. Skont l-awtoritajiet Taljani, l-għajnuna għadha ma tħallsitx u għalhekk m’hemm ebda ħtieġa li tingħata lura.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika Taljana għandha l-intenzjoni li tagħti lil Fri-El Acerra S.r.l., b’ammont totali ta’ EUR 19,5 miljun, mhijiex kompatibbli mas-suq intern.

Għalhekk din l-għajnuna ma tistax tingħata.

Artikolu 2

Fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, ir-Repubblika Taljana għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri li ttieħdu biex tikkonforma magħha.

Artikolu 3

Ir-Repubblika Taljana hija d-destinatarja ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell il-15 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi-President


(1)  ĠU C 95 tal-24.4.2009, paġ. 20.

(2)  ĠU C 95 tal-24.4.2009, paġ. 20.

(3)  ĠU C 54 tal-4.3.2006, paġ. 13.

(4)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat N 324/2007 – Mappa tal-għajnuna mill-Istat b’għan reġjonali għall-Italja 2007-2013 - C(2007)5618 def. cor. (ĠU C 90 tal-11.4.2008, paġ. 4).

(5)  Informazzjoni meħuda mill-websajt tal-grupp Friel: www.fri-el.it

(6)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 14/07 (ex NN 15/07) mogħtija mill-Italja lil NGP/SIMPE (ĠU L 301 tat-12.11.2008, paġ. 14).

(7)  Informazzjoni meħuda mill-websajt tal-grupp Friel: www.fri-el.it

(8)  Il-valuri kollha huma nominali, ħlief fejn jiġi indikat mod ieħor.

(9)  Ta’ min jinnota li l-protokoll għandu d-data tas-6 ta’ April 2006, iżda l-annessi tiegħu ġew iffirmati fl-4 ta’ April 2006.

(10)  Ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Reġjun tal-Campania (BURC), Nru 63 tat-3 ta’ Diċembru 2007.

(11)  ĠU C 82 tal-1.4.2008, paġ.1.

(12)  Il-Memorandum ta’ Ftehim ġie ffirmat fit-12 ta’ Mejju 2004 minn, fost oħrajn, awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, Sviluppo Italia, Montefibre Spa, NGP S.p.A, Edison S.p.A u l-junjins biex tinstab soluzzjoni għall-kriżi industrijali ta’ NGP.

(13)  Ftehim dwar il-pjan tal-15 ta’ Lulju 2005, li ssemma qabel.

(14)  L-ewwel modifika tal-Ftehim dwar il-pjan (Ftehim Addizzjonali għall-ftehim tal-programm) ġiet iffirmata fis-6 ta’ April 2006, fost oħrajn minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, Sviluppo Italia, Konsorzju ASI ta’ Napli, Exide Italja S.r.l., ILMAS S.p.A. u l-junjins, biex tinstab soluzzjoni għall-kriżi industrijali ta’ ILMAS.

(15)  Deċiżjoni tal-Kunsill Reġjonali tar-Reġjun tal-Campania Nru 1857 tas-26 ta’ Ottubru 2007, li ssemmiet qabel.

(16)  It-tieni modifika tal-Ftehim dwar il-pjan (Ftehim Addizzjonali tal-Ftehim dwar il-pjan) ġiet iffirmata fit-8 ta’ April 2008 minn, fost oħrajn, l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, NGP, Friel Acerra u partijiet oħra.

(17)  Konsorzju għaż-Żona ta’ Żvilupp Industrijali tal-Provinċja ta’ Napli.

(18)  Il-Kummissjoni tinnota li NGP żammet ishma mill-kapital ta’ Friel Acerra minn meta twaqqfet fl-20 ta’ Diċembru 2005, sal-11 ta’ Diċembru 2008.

(19)  Is-suq tal-elettriku nfetaħ bis-sħiħ fl-1 ta’ Lulju 2007, bid-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku, (it-tieni Direttiva tal-UE dwar l-elettriku), ĠU L 17 tal-15.7.2003, paġ. 37.

(20)  Ara s-sentenzi tal-Qorti tal-Prim’ Istanza għall-kawżi T-297/02 ACEA/il-Kummissjoni, Ġabra (2009), p. II-1683, punt 90 u T-301/02 AEM/il-Kummissjoni, Ġabra (2009), p. II-1757, punt 95.

(21)  ĠU C 74 tal-10.3.1998, paġ. 9.

(22)  Skont il-Qorti tal-Prim’ Istanza, il-kriterju biex jiġi stabbilit meta ngħatat l-għajnuna huwa dak tal-“att ġuridikament vinkolanti li bih l-awtoritajiet [nazzjonali] kompetenti jimpenjaw ruħhom li jagħtu l-għajnuna”: ara l-kawża T-109/01 Fleuren Compost kontra l-Kummissjoni, Ġabra (2004), p. II-127, punt 74 u ż-żewġ kawżi T-362/05 u T-363/05 Nuova Agricast kontra l-Kummissjoni, Ġabra (2008), p. II-00297*, punt 80. Ara wkoll is-sentenza riċenti tal-1 ta’ Lulju 2010, kawża T-62/08, Thyssenkrupp Acciai Speciali Terni kontra l-Kummissjoni, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punti 234-236.

(23)  ĠU C 82 tal-1.4.2008, paġ. 1.

(24)  Deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat N 357/08, ippubblikata fil-ĠU C 95 tal-24.4.2009, paġ. 20.

(25)  Sentenza tal-Qorti tat-8 ta’ Lulju 2010, kawża T-396/08, Freistaat Sachsen kontra l-Kummissjoni, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punti 46 u 47.

(26)  Sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza tal-14 ta’ Jannar 2009, kawża T-162/06 Kronoply kontra l-Kummissjoni, Ġabra (2009), p. II-1, punti 80 u 81.

(27)  ĠU C 74 tal-10.3.1998, paġ. 9.

(28)  Sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza tal-14 ta’ Jannar 2009, kawża T-162/06, Kronoply kontra l-Kummissjoni, punt 80.

(29)  Dawn il-kundizzjonijiet ġew rispettati, pereżempju, b’dikjarazzjoni ta’ intenzjoni (permezz ta’ dokument miktub u ffirmat mill-benefiċjarju u mir-Reġjun tal-Piemonte) f’każ ieħor riċenti Taljan ta’ għajnuna ad hoc b’għan reġjonali, N 381/2008, Pirelli Industrie Pneumatici S.r.l. (ĠU C 284 tal-25.11.2009), imma anki f’lista twila ta’ għajnuniet reġjonali ad hoc Pollakki: N 468/2009 Roche Polska Sp. z o.o. (ĠU C 53 tal-5.3.2010); N 448/2009 Crisil Irevna Poland Sp. z o.o. (ĠU C 147 tal-5.6.2010); N 447/2009 TietoEnator Sp. z o.o. (ĠU C 25 tat-2.2.2010); N 338/2009 Unicredit Processes &Administration SA (ĠU C 93 tat-13.4.2010); N 293/2009 Samsung Electronics Polska Sp. z o.o. (ĠU C 94 tal-14.4.2010); N 433/2008 Għajnuna reġjonali ad hoc lil UPS Polska Sp. z o.o. (ĠU C 1 tal-5.1.2010); N 67/2008 Google Poland Sp. z o.o. (ĠU C 217 tas-26.8.2008).

(30)  Deċiżjoni tas-16.7.2008 dwar l-għajnuna mill-Istat C 14/07 (ex-NN 15/07), op. cit.

(31)  Dispożizzjoni koperta mill-pjan SME XS 67/05, ippubblikat fil-ĠU C 19 tas-26.1.2006, paġ. 4. Dan il-pjan eżentat skont it-tifsira tar-Regolament Nru 70/2001 (ĠU L 10 tat-13.1.2001, paġ. 33) skada fil-31.12.2006.

(32)  Deċiżjoni tal-Kunsill Reġjonali tar-Reġjun tal-Campania Nru 168 tal-15 ta Frar 2005, ippubblikata fil- Bollettino ufficiale tar-Reġjun tal-Campania (BURC), Nru 20 tal-11 ta’ April 2005.

(33)  Pjan SME XS 67/05, op. cit.

(34)  Bħad-deċiżjoni C(2008) 2997 finali tat-2.7.2008 dwar l-għajnuna mill-Istat C 1/04 (eks NN 158/03 u CP 15/03), li dwarha l-Kummissjoni ħadet deċiżjoni fin-negattiv, b’ordni ta’ rkupru, rigward l-applikazzjoni abbużiva tal-pjan ta’ għajnuniet reġjonali N 272/98. Il-loġika prinċipali ta’ din id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata mill-Qorti tal-Prim’ Istanza, li ddikjarat li “l-prinċipju ġenerali stabbilit fl-Artikolu 87, Nru 1, tal-KE huwa dak tal-waqfien tal-għajnuna mill-Istat. Skont il-liġi, id-derogi li jikkonċernaw dan il-prinċipju jridu jkunu interpretati restrittivament. … Għalhekk deċiżjoni li ma jkunx hemm oġġezzjonijiet għal dan il-pjan ta’ għajnuna tirrigwarda biss il-konċessjoni effettiva tal-għajnuniet relatati ma’ dan il-pjan, bl-awtoritajiet nazzjonali jimpenjaw ruħhom li jagħtu l-għajnuna qabel l-iskadenza ta’ din id-deċiżjoni.” (il-kawżi T-362/05 u T-363/05 Nuova Agricast kontra l-Kummissjoni, Ġabra (2008), p. II-00297*, punt 80). Għalhekk, il-fatt li kumpanija tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà ta’ pjan ta’ għajnuna ma jawtorizzahiex li tingħata l-għajnuna fl-ambitu ta’ pjan ieħor jew ta’ miżura oħra ta’ għajnuna.

(35)  Deċiżjoni D/105754 tal-Kummissjoni tat-2.8.2000.

(36)  Digriet Amministrattiv Nru 416 tad-9 ta’ Ottubru 2006, ippubblikat f’BURC Nru 62 tas-26.11.2007.

(37)  Il-linji gwida tal-2007 ġew ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-4.3.2006, iżda l-Istati Membri ġew infurmati qabel dwar dan. L-istqarrija lill-istampa IP/05/1653 (Għajnuna mill-Istat: il-Kummissjoni tadotta linji gwida ġodda dwar l-għajnuna reġjonali għall-2007-2013’) inħarġet fil-21.12.2005.

(38)  Pereżempju l-każi ta’ għajnuna mill-Istat għall-Italja: N 381/2008 (op. cit.); għall-Polonja: N 468/2009 (op. cit.); N 447/2009 (op. cit.); N 649/2008 SWS Business Process Outsourcing Poland Sp. z o.o. (ĠU C 122 tad-29.5.2009); N 522/2008 Franklin Templeton Investments Poland Sp z o.o. (ĠU C 186 tat-8.8.2009); N 406/2008 Robert Bosch Sp. z o.o. (ĠU C 122 tad-29.5.2009); N 360/2008 State Street Services (Poland) Limited Sp. z o.o. (ĠU C 328 tal-31.12.2008); N 67/2008 (op. cit.); C 46/2008 Dell Poland (ĠU L 22 tat-2.2.2010); N 299/2007 Sharp Manufacturing Poland Sp. z o.o. (ĠU C 20 tas-27.1.2009); NN 4/2007 Delitissue Sp. z o.o. (ĠU C 107 tal-11.5.2007); N 904/2006 Funai Electric (Polska) Sp. z. o. o. (ĠU C 41 tal-15.2.2008); N 828/2006 Bridgestone Stargard Sp. z o. o. (ĠU C 278 tal-21.11.2007); N 535/2006 Shell Polska Sp. z o.o. (ĠU C 200 tat-28.8.2007); N 256/2006 LG Electronics Wroclaw Sp. z o.o. (ĠU C 276 tas-17.11.2007); N 251/2006 LG Innotek Poland Sp. z o.o. (ĠU C 270 tat-13.11.2007); N 247/2006 Lucky SMT Sp. z o.o. (ĠU C 282 tal-24.11.2007); N 630/2005 MAN Trucks Sp z o.o. (ĠU C 126 tat-30.5.2006); għar-Rumanija: N 767/2007 Ford Craiova (ĠU C 238 tas-17.9.2008); għal-Latvja: N 730/2007 SIA Ekobriketes Karsava (ĠU C 210 tad-19.8.2008); N 729/2007 SIA Eko Osta Riga (ĠU C 80 tat-3.4.2009); għas-Slovakkja: N 847/2006 Samsung Electronics Co. Ltd. (ĠU C 195 tad-19.8.2009); N 857/2006 Kia Motors Slovakia (ĠU C 214 tat-13.9.2007); N 651/2005 INA Kysuce a.s. (ĠU C 205 tal-5.9.2007); għar-Repubblika Ċeka N 661/2006 Hyundai Motor Manufacturing Czech s.r.o. (ĠU C 262 tal-1.11.2007).

(39)  Aġġornament annwali tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Iżvilupp Reġjonali (PASER) skont l-Artikolu 27, paragrafu 1, tal-Liġi Reġjonali Nru 1 tad-19 ta’ Jannar 2007, approvat mill-Kunsill Reġjonali tar-Reġjun tal-Campania fit-30.5.2008, u l-Pjan Reġjonali Ambjentali dwar L-Enerġija għar-Reġjun tal-Campania (PEAR) 2008.

(40)  Dan huwa kkonfermat mill-preżenza ta’ Friel Acerra fil-lista ta’ operaturi fil-qasam tal-enerġija ppubblikata mill-Amministratur tas-Suq tal-Enerġija fuq l-indirizz: http://www.mercatoelettrico.org/

(41)  Ara n-nota 38.

(42)  Wieħed jara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-istess kawżi minn C-278/92 sa C-280/92 Spanja kontra l-Kummissjoni, Ġabra (1994) p. 4103, punt 49 u sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza fil-kawża T-176/01 Ferriere Nord kontra l-Kummissjoni, Ġabra (2004), p. II-3931, punt 94.


19.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Frar 2011

li tawtorizza lil Franza, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE, biex tittrasporta flieles ta’ jum u għawwietaq tal-ftuħ lest biex ibid ’l barra miż-żona ta’ protezzjoni stabbilita minħabba tifqigħa tal-marda Newcastle fid-dipartiment ta’ Côtes d’Armor

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 869)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(2011/111/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE tal-14 ta’ Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda Newcastle (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2)(f)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 92/66/KEE tiddefinixxi l-miżuri ta’ kontroll tal-Unjoni biex jiġu applikati fil-każ ta’ tifqigħa tal-marda Newcastle fit-tjur jew fil-ħamiem tat-tlielaq u għasafar oħra li jinżammu maqfulin. Skont dik id-Direttiva, ladarba d-dijanjożi tal-marda Newcastle tkun ġiet uffiċjalment ikkonfermata fit-tjur, l-Istat Membru kkonċernat għandu jassigura li l-awtorità kompetenti tistabbilixxi madwar ir-razzett infettat żona ta’ protezzjoni bbażata fuq raġġ minimu ta’ tliet kilometri, li tinżamm f’żona ta’ sorveljanza bbażata fuq raġġ minimu ta’ għaxar kilometri.

(2)

Il-miżuri applikati fiż-żona ta’ protezzjoni għandhom jinkludu projbizzjoni biex jitneħħew it-tjur u l-bajd tat-tifqis mir-razzett li fih ikunu jinżammu, sakemm l-awtorità kompetenti tkun awtorizzat it-trasport skont ċerti kondizzjonijiet.

(3)

B’mod partikolari, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-trasport ta’ flieles ta’ jum jew ta’ għawwietaq tal-ftuħ lest biex ibid biss għal razzett fi ħdan ż-żona ta’ sorveljanza fejn ma jkun hemm l-ebda tjur ieħor. Madankollu, l-Istati Membri li fihom mhuwiex possibbli it-trasport ta’ dan it-tip ta’ flieles u għawwietaq tal-ftuħ għal razzett li jinsab ġewwa ż-żona ta’ sorveljanza, għandhom ikunu awtorizzati, skont il-proċedura stabbilita fid-Direttiva 92/66/KEE, biex il-flieles u l-għawwietaq tal-ftuħ jiġu trasportati għal razzett barra ż-żona ta’ sorveljanza.

(4)

Fit-3 ta’ Jannar 2011, Franza kkonfermat tifqigħa tal-marda Newcastle f’razzett tal-ħamiem tal-laħam fil-muniċipalità ta’ Langoat, fid-dipartiment ta’ Côtes d’Armor. Żona ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza kienet diġà stabbilita madwar dak ir-razzett fit-30 ta’ Diċembru 2010.

(5)

Fl-4 ta’ Jannar 2011 Franza nfurmat lill-Kummissjoni dwar il-konferma tat-tifqigħa u l-miżuri ta’ kontroll adottati, inkluża l-projbizzjoni tal-moviment u tat-trasport tat-tjur ’l barra miż-żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza stabbiliti, kif stipulat fid-Direttiva 92/66/KEE.

(6)

Iż-żona ta’ protezzjoni li stabbiliet Franza tinkludi rziezet bi produzzjoni konsiderevoli ta’ flieles ta’ jum u għawwietaq tal-ftuħ lest biex ibid u l-irziezet li jinsabu fiż-żona ta’ sorveljanza m’għandhomx biżżejjed kapaċità biex jilqgħu dak il-volum tal-produzzjoni. Franza għalhekk infurmat lill-Kummissjoni li t-trasport tal-flieles ta’ jum jew tal-għawwietaq tal-ftuħ lest biex ibid għal razzett li jinsab ġewwa ż-żona ta’ sorveljanza mhuwiex possibbli.

(7)

B’konsegwenza, Franza talbet awtorizzazzjoni biex tittrasporta flieles u għawwietaq tal-ftuħ bħal ta’ dan it-tip għal irziezet li jinsabu ’l barra miż-żona tas-sorveljanza. Flieles ta’ jum u għawwietaq tal-ftuħ lest biex ibid li joriġinaw mill-irziezet li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni għandhom jibqgħu fi Franza.

(8)

Huwa xieraq li tkun prevista l-awtorizzazzjoni mitluba sakemm Franza timplimenta miżuri stretti ta’ kontroll u ta’ prekawzjoni skont id-Direttiva 92/66/KEE, li jiggarantixxu li li ma jkunx hemm riskju ta’ tixrid tal-marda Newcastle.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Franza tista’ tawtorizza t-trasport ta’ flieles ta’ jum u għawwietaq tal-ftuħ lest biex ibid ġejjin minn irziezet fiż-żona ta’ protezzjoni stabbiliti fit-30 ta’ Diċembru 2010 madwar razzett tal-ħamiem tal-laħam li jinsab fil-muniċipalità ta’ Langoat, fid-dipartiment ta’ Côtes d’Armor, għal irziezet oħrajn tat-tjur li jinsabu fit-territorju tagħha, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-dispaċċ ta’ flieles ta’ jum u ta’ għawwietaq tal-ftuħ lest biex ibid għandu jiġi notifikat minn tal-anqas 24 siegħa bil-quddiem mill-awtorità kompetenti responsabbli għar-razzett ta’ oriġini lill-awtorità kompetenti tar-razzett ta’ destinazzjoni;

(b)

vetturi li jkunu qed jittrasportaw il-flieles ta’ jum jew l-għawwietaq tal-ftuħ lest biex ibid għandhom ikunu ssiġillati mill-awtorità kompetenti qabel it-tluq;

(c)

fil-ħin tas-siġill tal-vetturi kif imsemmi fil-punt (b), l-awtorità kompetenti trid tirreġistra n-numru tal-vettura u n-numru tal-flieles ta’ jum jew tal-għawwietaq tal-ftuħ li jkunu qed jiġu trasportati;

(d)

mal-wasla fir-razzett ta’ destinazzjoni, l-awtorità kompetenti trid:

(i)

tispezzjona u tneħħi s-siġill ta’ fuq il-vettura,

(ii)

tkun preżenti waqt li jinħattu il-flieles ta’ jum jew tal-għawwietaq tal-ftuħ lest biex ibid,

(iii)

tirreġistra n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura u n-numru tal-flieles ta’ jum jew l-għawwietaq tal-ftuħ lest biex ibid trasportati;

(e)

kwalunkwe vettura li titrasporta l-flieles ta’ jum jew għawwietaq tal-ftuħ lest biex ibid għandha, immedjatament wara li tinħatt, titnaddaf u tiġi diżinfettata taħt kontroll uffiċjali u skont l-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti;

(f)

ir-razzett ta’ destinazzjoni għandu jkun taħt kontroll uffiċjali għal tal-anqas 21 jum.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1.


19.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta' Frar 2011

li jemenda d-Deċiżjoni 2008/620/KE li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni marbut mal-istokkijiet tal-merluzz fil-Kattegat, il-Baħar tat-Tramuntana, l-Iskagerrak, il-Lvant tal-Kanal, l-ibħra fil-punent tal-Iskozja u fil-Baħar Irlandiż

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 899)

(2011/112/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94, (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/620/KE (2) tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni applikabbli għal perjodu ta' tliet snin, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni armonizzata tal-miżuri stabbiliti għall-irkupru tal-istokkijiet tal-merluzz fil-Kattegat, il-Baħar tat-Tramuntana, l-Iskagerrak, il-Lvant tal-Kanal, l-ibħra fil-punent tal-Iskozja u fil-Baħar Irlandiż.

(2)

Il-programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni huwa meħtieġ għall-organizzazzjoni tal-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri kkonċernati u biex jippermetti lill-Aġenżija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd biex torganizza l-pjanijiet għat-tħaddim konġunt skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 (3).

(3)

Biex tiġi żgurata il-kontinwazzjoni tal-implimentazzjoni armonizzata tal-miżuri stabbiliti għall-irkupru tal-istokkijiet tal-merluzz, il-programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għandu jiġi estiż għal perjodu ta' sena.

(4)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2008/620/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/620/KE, il-frażi introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Il-programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni msemmi fl-Artikolu 1 għandu japplika għal erba' snin u għandu jkopri:”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 198, 26.7.2008, p. 66.

(3)  ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.


19.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Frar 2011

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ aġenzija tal-pagamenti fl-Italja li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (FAEGG), Taqsima tal-Garanziji, għas-sena finanzjarja 2006

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 911)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(2011/113/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-Politika Komuni Agrikola (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 30 u 32(8) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2007/327/KE (3), 2008/394/KE (4) u 2010/61/UE (5) approvaw, għas-sena finanzjarja 2006, il-kontijiet tal-aġenziji kollha tal-pagamenti ħlief għall-aġenzija tal-pagamenti Taljana “ARBEA”.

(2)

Wara t-trażmissjoni ta’ tagħrif ġdid u wara verifiki addizzjonali, il-Kummissjoni issa tista’ tieħu deċiżjoni dwar l-integralità, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet sottomessi mill-aġenzija tal-pagamenti Taljana “ARBEA”.

(3)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1663/95 tas-7 ta’ Lulju 1995 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 li jirrigwarda l-proċedura għall-verifikar tal-Kontijiet tat-Taqsima Garanziji tal-FAEGG (6) jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand, jew imħallsa lil kull Stat Membru, skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqsu l-avvanzi mħallsa matul is-sena finanzjarja kkonċernata, jiġifieri l-2006, min-nefqa rikonoxxuta għal dik is-sena skont l-ewwel subparagrafu. Dawn l-ammonti għandhom jitnaqqsu minn, jew jiżdiedu mal-avvanzi skont in-nefqa mit-tieni xahar wara dak li fih tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet.

(4)

Skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet għandu jagħmel tajjeb għalihom l-Istat Membru kkonċernat u 50 % jitħallsu mill-baġit tal-UE, jekk l-irkupru ta’ dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni primarja amministrattiva jew ġudizzjarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 32(3) tar-Regolament imsemmi jobbliga lill-Istati Membri biex jibagħtu lill-Kummissjoni, rapport fil-qosor dwar il-proċeduri tal-irkupru li ttieħdu b’reazzjoni għall-irregolaritajiet, flimkien mal-kontijiet annwali. Ir-regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-obbligazzjoni li għandhom l-Istati Membri li jirraportaw l-ammonti li għandhom ikunu rkuprati huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas [pagamenti] u korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (7). L-Anness III għall-imsemmi Regolament jipprovdi mudelli tat-tabelli 1 u 2 li għandhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri fl-2007. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq il-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru ta’ irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba’ snin jew tmien snin, rispettivament. Din id-deċiżjoni hija bla ħsara għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(5)

Skont l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru. Deċiżjoni bħal din tista’ tittieħed biss jekk l-infiq li sar diġà u dak li aktarx isir flimkien jeċċedu l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk l-irkupru jirriżulta impossibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni primarja amministrattiva jew ġudizzjarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji li joħorġu min-nuqqas tal-irkupru għandhom jitħallsu mill-baġit tal-UE. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li għalihom l-Istat Membru iddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. Dawn l-ammonti ma għandhomx ikunu ddebitati lill-Istati Membri kkonċernati u għalhekk għandhom jitħallsu mill-baġit tal-UE. Din id-deċiżjoni hija bla ħsara għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament imsemmi.

(6)

Billi tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti kkonċernati, il-Kummissjoni jeħtiġilha tikkunsidra l-ammonti li diġà huma miżmuma mill-Istati Membri kkonċernati abbażi tad-Deċiżjoni 2007/327/KE, 2008/394/KE u 2010/61/UE.

(7)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1663/95, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentament mill-Kummissjoni li jeskludu mill-iffinanzjar tal-Unjoni nfiq li ma jsirx skont ir-regoli tal-UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti Taljana “ARBEA” dwar in-nefqa ffinanzjata mit-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Ewropew Agrikolu ta’ Gwida u Garanzija (EAGGF), għas-sena finanzjarja 2006 huma b’hekk approvati.

L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew li għandhom jitħallsu lil, kull Stat Membru kkonċernat skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Ir-Repubblika Taljana hija destinatarja ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 122, 11.5.2007, p. 51.

(4)  ĠU L 139, 29.5.2008, p. 22.

(5)  ĠU L 34, 5.2.2010, p. 33.

(6)  ĠU L 158, 8.7.1995, p. 6.

(7)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.


ANNESS

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI

SENA FINANZJARJA 2006

Ammont li għandu jiġi rkuprat mill-Istat Membru jew imħallas lilu

SM

 

2006 – Nefqa/Dħul Assenjat lill-Aġenziji tal-Pagamenti li għalihom il-kontijiet huma

Total a + b

Tnaqqis u sospensjonijiet għas-sena finanzjarja kollha (1)

Tnaqqis skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005

Total li jinkludi t-tnaqqis u s-sospensjonijiet

Pagamenti li saru mill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

Ammont li għandu jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas (+) lill-Istat Membru (2)

Ammont irkuprat minn (–) jew imħallas (+) lill-Istat membru skont id-Deċiżjoni 2007/327/KE

Ammont irkuprat minn (–) jew imħallas (+) lill-Istat Membru dkont id-Deċiżjoni 2008/394/KE

Ammont irkuprat minn (–) jew imħallas (+) lill-istat Membru skont id-Deċiżjoni 2010/61/UE

Ammont irkuprat minn (–) jew imħallas (+) lill-Istat Membru skont din id-Deċiżjoni

approvati

mhux approvati

= nefqa/dħul assenjat iddikjarati fid-dikjarazzjoni annwali

= total tan-nefqa/dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar

 

 

a

b

c = a + b

d

e

f = c + d + e

g

h = f – g

i

I’

I'

j = h – I – I' – I'

IT

EUR

5 471 096 343,07

0,00

5 471 096 343,07

–50 445 262,13

– 124 588 830,86

5 296 062 250,08

5 460 957 034,26

– 164 894 784,18

–24 758 663,41

– 140 136 120,77

0,00

0,00


SM

 

Nefqa (3)

Dħul assenjat (3)

Fond taz-Zokkor

Artikolu 32 (= e)

Total (= j)

Nefqa (4)

Dħul assenjat (4)

05 07 01 06

6701

05 02 16 02

6803

6702

k

l

m

n

o

p = k + l + m + n + o

IT

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00


(1)  It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk ikkunsidrati fis-sistema ta' pagamenti li għalihom, b'mod partikolari huma miżjuda l-korrezzjonijiet għan-nuqqas ta' osservanza għall-iskadenzi tal-pagamenti stabbiliti f'Awwissu, Settembru u Ottubru 2006.

(2)  Għall-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat mill-Istat Membru jew imħallas lilu, l-ammont li għandu jkun ikkunsidrat hu t-total tad-dikjarazzjoni annwali għan-nefqa approvata (kolonna a) jew, it-total tad-dikjarazzjonijiet annwali għan-nefqa mhux approvata (kolonna b).

(3)  Jekk il-parti tad-dħul Assenjat tkun ta' vantaġġ għall-Istat Membru, din għandha tiġi ddikjarata taħt 05 07 01 06.

(4)  Jekk il-parti tad-dħul Assenjat għall-Fond taz-Zokkor, tkun ta' vantaġġ għall-Istat Membru, dik għandha tiġi ddikjarata taħt 05 02 16 02.

NB: Nomenklatura 2011: 05 07 01 06, 05 02 16 02, 6701, 6702, 6803


19.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta' Frar 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2008/589/KE li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni marbut mal-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 938)

(2011/114/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/589/KE (2) tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni applikabbli għal perjodu ta' tliet snin sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni armonizzata tal-pjan ta' rkupru multiannwali stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (3) għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet.

(2)

Il-programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni huwa meħtieġ għall-organizzazzjoni tal-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri kkonċernati u biex jippermetti lill-Aġenżija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd biex torganizza l-pjanijiet tat-tħaddim konġunt skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 (4).

(3)

Biex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tal-implimentazzjoni armonizzata tal-pjan ta' rkupru multiannwali stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1098/2007, il-programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għandu jiġi estiż għal perjodu ta' sena.

(4)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2008/589/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/589/KE, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Il-programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għandu japplika għal erba' snin.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 190, 18.7.2008, p. 11.

(3)  ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.

(4)  ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

19.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/51


DEĊIŻJONI Nru 1/2010 TAL-KUMITAT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA DWAR IR-RIKONOXXIMENT REĊIPROKU FIR-RIGWARD TAL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

tat-18 ta' Ottubru 2010

dwar l-emenda tal-Kapitolu 12 dwar Vetturi bil-Mutur fl-Anness 1 u dwar l-inklużjoni fl-Anness 1 ta' Kapitolu 18 ġdid dwar Prodotti Bijoċidali

(2011/115/UE)

IL-KUMITAT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar ir-rikonoxximent reċiproku fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-konformità (“il-Ftehim”) u b'mod partikolari l-Artikoli 10(4), 10(5) u 18(2) tiegħu;

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea adottat direttiva ġdida ta' qafas dwar l-approvazzjoni tal-vettura skont it-tip (1) u l-Isvizzera emendat id-dispożizzonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amminisrattivi tagħha li jitqiesu ekwivalenti skont l-Artikolu 1(2) tal-Ftehim għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea msemmija hawn fuq;

(2)

Il-Kapitolu 12, Vetturi bil-mutur, tal-Anness 1 għandu jiġi emendat biex jirrifletti dawn l-iżviluppi;

(3)

L-Artikolu 10(5) tal-Ftehim jistipula li l-Kumitat jista', fuq proposta minn waħda mill-Partijiet, ibiddel l-Annessi għall-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

1.

Il-Kapitolu 12, Vetturi bil-Mutur tal-Anness 1 għall-Ftehim huwa emendat bi qbil mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Hemża A annessa ma' din id-Deċiżjoni.

2.

L-Anness 1 dwar is-Setturi tal-Prodotti għall-Ftehim hu emendat biex jiġi inkluż Kapitolu 18 ġdid dwar Prodotti Bijoċidali skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Hemża B annessa ma' din id-Deċiżjoni.

3.

Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentanti tal-Kumitat li huma awtorizzati biex jaġixxu f'isem il-Partijiet. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ minn dakinhar li ssir l-aħħar firma.

Iffirmata f'Bern, fit-18 ta’ Ottubru 2010.

F'isem il-Konfederazzjoni Svizzera

Heinz HERTIG

Iffirmata fi Brussell, fit-12 ta’ Ottubru 2010.

F'isem l-Unjoni Ewropea

Fernando PERREAU DE PINNINCK


(1)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).


HEMŻA A

Fl-Anness 1, Setturi tal-Prodotti, Kapitolu 12, Vetturi bil-mutur, it-test għandu jitħassar u jinbidel b'dan li ġej:

“KAPITOLU 12

VETTURI BIL-MUTUR

TAQSIMA I

Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi

Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2)

l-Unjoni Ewropea

1.

Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (id-Direttiva Qafas) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1), kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1), u li tqis l-atti mniżżla fl-Anness IV tad-Direttiva 2007/46/KE, kif emendata sal-14 ta' Ottubru 2009 u l-emendi għall-Anness imsemmi hawn fuq rispettivament għall-atti mniżżla fih, aċċettati skont il-proċedura deskritta fit-Taqsima V, il-paragrafu 1 (minn issa 'l quddiem flimkien imsejħa d-Direttiva Qafas 2007/46/KE)

l-Isvizzera

100.

L-Ordinanza tad-19 ta' Ġunju 1995 relatata mar-rekwiżiti tekniċi għal vetturi ta' trasport bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (RO 1995 4145), kif emendata sal-14 ta' Ottubru 2009 (RO 2009 5705) u li tqis l-emendi aċċettati skont il-proċedura deskritta fit-Taqsima V, il-paragrafu 1

101.

L-Ordinanza tad-19 ta' Ġunju 1995 relatata mal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi tat-triq (RO 1995 3997), kif emendata sal-14 ta' Ottubru 2009 (RO 2009 5805) u li tqis l-emendi aċċettati skont il-proċedura deskritta fit-Taqsima V, il-paragrafu 1

TAQSIMA II

Entitajiet li jevalwaw il-konformità

Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jfassal u jaġġorna, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-entitaijiet li jevalwaw il-konformità.

TAQSIMA III

Awtoritajiet li jaħtru

Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jfassal u jaġġorna lista tal-awtoritajiet li jaħtru nnotifikati mill-Partijiet.

TAQSIMA IV

Regoli speċjali relatati mal-ħatra tal-entitajiet li jevalwaw il-konformità

Għall-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet tal-ħatra għandhom jirreferu għad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi rispettivi tagħhom kif elenkati fit-Taqsima I.

TAQSIMA V

Dispożizzjonijiet supplimentari

Id-dispożizzjonijiet ta' din it-taqsima għandhom japplikaw esklużivament għar-relazzjonijiet bejn l-Isvizzera u l-Unjoni Ewropea.

1.   Emendi għall-Anness IV rispettivament għall-atti mniżżla fl-Anness IV tad-Direttiva 2007/46/KE

Il-leġiżlazzjoni adottata fl-Unjoni Ewropea u mniżżla fl-Anness IV tad-Direttiva 2007/46/KE wara l-14 ta' Ottubru 2009 għandha titqies bħala parti mid-dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1(2) ta' dan il-Ftehim wara li titwettaq il-proċedura li ġejja:

(a)

Bla ħsara għall-Artikolu 12(2) ta' dan il-Ftehim, l-Unjoni Ewropea għandha tinnotifika lill-Isvizzera bil-bidliet fl-Anness IV tad-Direttiva 2007/46/KE rispettivament għall-atti mniżżla fih mingħajr dewmien wara l-pubblikazzjoni tagħhom f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(b)

L-Isvizzera għandha tinnotifika lill-Unjoni Ewropea bl-aċċettazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġodda u bl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni korrispondenti Svizzera qabel dawn il-bidliet jibdew japplikaw fl-Unjoni Ewropea.

(c)

Il-bidliet fid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi għandhom jitqiesu bħala inklużi fit-Taqsima I dakinhar tan-notifika mill-Isvizzera.

Il-Kumitat Konġunt għandu jieħu nota regolari tal-bidliet imsemmijin hawn fuq. L-introduzzjoni ta' dawn il-bidliet se titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

2.   Skambju tal-informazzjoni

L-awtoritajiet kompetenti tal-approvazzjoni tat-tip fl-Isvizzera u l-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jiskambjaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(5) sa (8) tad-Direttiva Qafas 2007/46/KE.

Fil-każ ta' rifjut mill-Isvizzera jew minn Stat Membru għall-għoti ta' approvazzjoni tat-tip skont l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva Qafas 2007/46/KE, l-Istat ikkonċernat għandu jibgħat minnufih lill-Istati Membri l-oħra, lill-Isvizzera u lill-Kummissjoni fajl dettaljat li jispjega r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u li jagħti l-evidenza tal-fatti misjuba.

3.   Rikonoxximent tal-approvazzjoni tat-tip ta' vettura

L-Isvizzera għandha wkoll tirrikonoxxi l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970, (ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/37/KE, tal-21 ta' Ġunju 2007 (ĠU L 161, 22.6.2007, p. 60), mill-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip meta dik l-approvazzjoni tkun għadha valida fl-Unjoni Ewropea.

L-Unjoni Ewropea għandha tirrikonoxxi l-approvazzjoni tat-tip Svizzera meta r-rekwiżiti Svizzeri jkunu meqjusa bħala ekwivalenti għal dawk tad-Direttiva Qafas 2007/46/KE.

Ir-rikonoxximent tal-approvazzjoni tat-tip maħruġa mill-Isvizzera għandu jkun sospiż jekk l-Isvizzera tonqos milli tadatta l-leġiżlazzjoni tagħha għal-leġiżlazzjoni kollha tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni Ewropea li tkun fis-seħħ.

4.   Klawsoli ta' salvagwardja

1.   Vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli

1.

Jekk Stat Membru jew l-Isvizzera jsib/issib li vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati ġodda, għalkemm konformi mal-ħtiġijiet applikabbli jew immarkati kif suppost, jippreżentaw riskju serju għas-sikurezza tat-toroq, jew huma ta' dannu gravi għall-ambjent jew għas-saħħa pubblika, dak l-Istat jista', għal perjodu massimu ta' sitt xhur, jiċħad ir-reġistrazzjoni ta' tali vetturi jew il-permess għall-bejgħ jew id-dħul fis-servizz fit-territorju tiegħu ta' tali vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati.

F'dawn il-każijiet, l-Istat Membru konċernat jew l-Isvizzera għandu/għandha minnufih jinnotifika/tinnotifika lill-manifattur, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Isvizzera u lill-Kummissjoni kif xieraq, u jiddikjara/tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tiegħu/tagħha.

2.

Il-Kummissjoni u l-Isvizzera għandhom jikkonsultaw lill-Partijiet ikkonċernati malajr kemm jista' jkun u, b'mod partikolari, lill-awtoritajiet ta' approvazzjoni rispettivi tagħhom li jkunu taw l-approvazzjoni tat-tip. Il-Kumitat għandu jinżamm infurmat u, fejn meħtieġ, għandu jkollu konsultazzjonijiet xierqa bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni.

2.   Vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati mhux konformi mat-tip approvat

1.

Jekk l-Isvizzera jew xi Stat Membru li jkun ħareġ approvazzjoni tat-tip isibu li xi vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati ġodda akkumpanjati b'ċertifikat ta' konformità jew li għandhom fuqhom marka ta' approvazzjoni ma jikkonformawx mat-tip li jkun approvat, dawn għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, inkluż, meta meħtieġ, l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip, biex jiżguraw li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati tal-produzzjoni, skont il-każ, jinġiebu f'konformità mat-tip approvat. L-awtorità tal-approvazzjoni ta' dak l-Istat Membru jew tal-Isvizzera għandha tavża lill-awtoritajiet ta' approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra u/jew tal-Isvizzera dwar il-miżuri meħuda.

2.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, devjazzjonijiet mid-dettalji fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip jew fil-pakkett ta' informazzjoni għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu nuqqas ta' konformità mat-tip approvat.

Vettura ma għandhiex titqies li tiddevja mit-tip approvat jekk l-atti regolatorji rilevanti jippermettu t-tolleranzi u dawk it-tolleranzi huma rispettati.

3.

Jekk Stat Membru jew l-Isvizzera juru li vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati ġodda akkumpanjati b'ċertifikat ta' konformità jew li għandhom marka ta' approvazzjoni mhumiex konformi mat-tip approvat, dawn jistgħu jitolbu lill-Istat Membru li ta l-approvazzjoni tat-tip biex jivverifika li vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati fil-produzzjoni jibqgħu jikkonformaw mat-tip approvat. Mal-wasla ta' tali talba, l-Istat Membru kkonċernat jew l-Isvizzera għandhom jieħdu l-azzjoni mitluba malajr kemm jista' jkun u fi kwalunkwe każ fi żmien sitt xhur mid-data tat-talba.

4.

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha titlob lill-Istat Membru jew lill-Isvizzera li jkunu lis-sistema, lill-komponent, lill-unità teknika separata jew lill-vettura mhux kompluta l-approvazzjoni tat-tip biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa biex jiżguraw li l-vetturi fi produzzjoni jinġiebu mill-ġdid f'konformità mat-tip approvat fil-każijiet li ġejjin:

(a)

f'każ ta' approvazzjoni tat-tip ta' vettura, fejn in-nuqqas ta' konformità ta' vettura hi attribwibbli esklużivament għan-nuqqas ta' konformità ta' sistema, komponent jew unità teknika separata;

(b)

f'każ ta' approvazzjoni tat-tip ta' diversi stadji, fejn in-nuqqas ta' konformità ta' vettura kompluta huwa attribwibbli esklużivament għan-nuqqas ta' konformità ta' sistema, komponent jew unità teknika separata li tkun parti mill-vettura mhux kompluta, jew mill-vettura mhux kompluta fiha nnifisha.

Mal-wasla ta' tali talba, l-Istat Membru konċernat jew l-Isvizzera għandhom jieħdu l-azzjoni meħtieġa, jekk hemm bżonn flimkien mal-Istat Membru li jagħmel it-talba jew mal-Isvizzera, malajr kemm jista' jkun u fi kwalunkwe każ fi żmien sitt xhur mid-data tat-talba. Fejn jiġi stabbilit nuqqas ta' konformità, l-awtorità tal-approvazzjoni tal-Istat Membru jew tal-Isvizzera li tkun tat is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata approvazzjoni tat-tip jew l-approvazzjoni ta' vettura mhux kompluta għandha tieħu l-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 1.

5.

L-awtoritajiet ta' approvazzjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien 20 jum ta' xogħol bi kwalunkwe rtirar ta' approvazzjoni tat-tip u bir-raġunijiet għal dan.

6.

Jekk l-Istat Membru jew l-Isvizzera li jkunu tawt l-approvazzjoni tat-tip jikkuntestaw in-nuqqas ta' konformità kif innotifikat lilhom, l-Istati Membri kkonċernati u l-Isvizzera għandhom jagħmlu sforz biex isolvu din il-kwistjoni. Il-Kumitat għandu jinżamm infurmat u, fejn meħtieġ, għandu jżomm konsultazzjonijiet xierqa bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni.”


HEMŻA B

Fl-Anness 1, Setturi tal-Prodotti, għandu jiġi introdott il-Kapitolu 18 li ġej dwar il-Prodotti Bijoċidali:

“KAPITOLU 18

IL-PRODOTTI BIJOĊIDALI

AMBITU U KOPERTURA

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu Settorjali japplikaw għall-prodotti bijoċidali kif definit fid-Direttiva 98/8/KE, bl-eżenzjoni ta’:

prodotti bijoċidali li huma jew li fihom mikroorganiżmi ġenetikament modifikati jew patoġeniċi, u

aviċidi, pexxiċidi u bijoċidi għall-kontroll ta’ vertebrati oħra.

Id-Direttivi tal-Kummissjoni li għandhom jinkludu s-sustanzi attivi fl-Annessi I, IA jew IB jagħmlu parti minn dan il-Kapitolu.

L-Isvizzera hija ħielsa li tillimita l-aċċess għas-suq tagħha skont il-ħtiġijiet tal-leġislazzjoni eżistenti tagħha fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Kapitolu, li jikkonċerna:

il-prodotti bijoċidali li fihom l-oktilfenol jew l-etossilati tiegħu, u

dispensuri tal-ajrusols li fihom sustanzi stabbli fl-ajra.

Il-Partijiet għandhom jirrevedu b’mod konġunt is-sitwazzjoni matul l-2013.

TAQSIMA I

Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi

Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2)

l-Unjoni Ewropea

1.

Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali, (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1) kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2009/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 262, 6.10.2009, p. 40), minn issa ‘l quddiem imsejħa d-Direttiva 98/8/KE

2.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1896/2000 tas-7 ta’ Settembru 2000 dwar l-ewwel fażi tal-programm rigward prodotti bijoċidali msemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prodotti bijoċidali (ĠU L 228, 8.9.2000, p. 6).

3.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1687/2002 tal-25 ta’ Settembru 2002 li jittratta dwar perjodu addizzjonali ta’ notifika ta’ ċerti sustanzi attivi li jinsabu digà fis-suq għal użu bioċida kif stabbilit fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1896/2000 (ĠU L 258, 26.9.2002, p. 15)

4.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3)

l-Isvizzera

100.

Il-Liġi Federali tal-15 ta’ Diċembru 2000 għall-Ħarsien minn Sustanzi u Preparazzjonijiet Perikolużi (RO 2004 4763), kif emendata l-aħħar fis-17 ta’ Ġunju 2005 (RO 2006 2197)

101.

Il-Liġi Federali tas-7 ta’ Ottubru 1983 relatata mal-Ħarsien tal-Ambjent (RO 1984 1122), kif emendata l-aħħar fl-20 ta’ Marzu 2008 (RO 2008 3437)

102.

L-Ordinanza tat-18 ta’ Mejju 2005 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti bijoċidali (l-Ordinanza dwar il-Prodotti Bijoċidali) (RO 2005 2821), kif emendata l-aħħar fit-2 ta’ Novembru 2009 (RO 2009 5401)

TAQSIMA II

Entitajiet li jevalwaw il-konformità

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, ‘l-Entitajiet li Jevalwaw il-Konformità’ tfisser l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għat-tqegħid ta’ prodotti bijoċidali fis-suq.

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u tal-Isvizzera jistgħu jinstabu fil-websajts indikati hawn taħt.

Stati Membri

Bijoċidi: ‘Competent Authorities and other Contact Points’ http://ec.europa.eu/environment/biocides/pdf/ca_contact.pdf

l-Isvizzera

L-Uffiċċju Federali għas-Saħħa Pubblika, l-Awtorità ta’ Notifika għall-Kimiki www.bag.admin.ch/biocide

TAQSIMA III

Dispożizzjonijiet supplimentari

Għall-finijiet tal-paragrafi 2-5 ta’ din it-Taqsima, kwalunkwe referenza għad-Direttiva 98/8/KE għandha, safejn hija kkonċernata l-Isvizzera, tinftiehem li tirreferi ugwalment għad-dispożizzjonijiet ekwivalenti Svizzeri.

1.   L-inklużjoni ta’ sustanzi attivi fl-Anness I, IA jew IB

L-Artikolu 11 tad-Direttiva 98/8/KE għandu japplika bejn il-Partijiet bl-adattazzjonijiet li ġejjin:

L-inklużjoni jew il-bidliet li jiġu wara l-inklużjoni, ta’ sustanza attiva fl-Anness I, IA jew IB għandhom jiġu kkunsidrati wkoll meta applikant ikun bagħat il-fajl meħtieġ lill-awtorità kompetenti tal-Isvizzera, u fejn l-awtorità kompetenti li tirċievi tkun bagħtet il-valutazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni.

2.   Ir-rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Isvizzera

1.

Bla ħsara għall-Artikolu 12 tad-Direttiva 98/8/KE, prodott bijoċidali li jkun diġà awtorizzat jew irreġistrat f’wieħed mill-Istati Membri jew fl-Isvizzera għandu jkun awtorizzat jew irreġistrat fi Stat Membru ieħor jew fl-Isvizzera fi żmien 120 jum, jew 60 jum rispettivament, minn applikazzjoni li tkun waslet għand l-Istat Membru l-ieħor jew għand l-Isvizzera, sakemm is-sustanza attiva tal-prodott bijoċidali tkun inkluża fl-Anness I jew IA tad-Direttiva 98/8/KE u tikkonforma mal-ħtiġijiet tagħhom. Rigward ir-rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjonijiet, l-applikazzjoni għandha tinkludi sommarju tal-fajl kif meħtieġ fl-Artikolu 8(2)(a) u t-Taqsima X tal-Anness IIB tad-Direttiva 98/8/KE u kopja ċertifikata tal-ewwel awtorizzazzjoni mogħtija. Għar-riknoxximent reċiproku tar-reġistrazzjoni ta’ prodotti bijoċidali ta’ riskju baxx, l-applikazzjoni għandha tinkludi l-ħtiġijiet tad-dejta tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 98/8/KE, għajr id-dejta dwar l-effikaċja li għaliha sommarju għandu jkun bizzejjed.

L-awtorizzazzjoni tista’ tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ miżuri oħra skont il-liġi tal-Partijiet, li għandha x’taqsam mal-kondizzjonijiet tad-distribuzzjoni u l-użu tal-prodotti bijoċidali maħsuba biex jipproteġu s-saħħa tad-distributuri, l-utenti u l-ħaddiema interessati.

Il-proċedura ta’ rikonoxximent reċiproku għandha tkun bla ħsara għall-miżuri meħuda mill-Istati Membri u mill-Isvizzera skont il-liġi tal-Partijiet, maħsuba biex tħares is-saħħa tal-ħaddiema.

2.

Jekk, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, xi Stat Membru jew l-Isvizzera jistabbilixxu li:

(a)

l-ispeċi fil-mira ma tkunx preżenti fi kwantitajiet li jagħmlu ħsara,

(b)

tintwera tolleranza jew reżistenza mhux aċċettabbli fl-organiżmu fil-mira għall-prodott bijoċidali, jew

(c)

iċ-ċirkostanzi rilevanti tal-użu, bħalma huma l-klima jew il-perjodu taż-żmien tat-tnissil tal-ispeċe fil-mira, ivarjaw b’mod sinifikanti minn dawk tal-Istat Membru fejn il-prodott bijoċidali kien awtorizzat l-ewwel darba jew fl-Isvizzera, u awtorizzazzjoni mhux mibdula tista’ għalhekk tippreżenta riskji mhux aċċettabbli għall-bniedem jew għall-ambjent,

l-Istat Membru jew l-Isvizzera jistgħu jitolbu li ċerti kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 20(3)(e), (f), (h), (j) u (l) tad-Direttiva 98/8/KE jiġu aġġustati għaċ-ċirkostanzi differenti, sabiex jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni stabbilita fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE.

3.

Meta Stat Membru jew l-Isvizzera jemmnu li prodott bijoċidali b’riskju baxx li ġie reġistrat minn Stat Membru ieħor jew mill-Isvizzera ma jħarisx id-definizzjoni pprovduta fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 98/8/KE, dawn jistgħu jirrifjutaw, b’mod provviżorju, ir-reġistrazzjoni ta’ dan il-prodott u għandhom jikkomunikaw minnufih it-tħassib tagħhom lill-awtorità kompetenti responsabbli mill-verifika tal-fajl.

Jekk, f’perjodu massimu ta’ żmien ta’ 90 jum, ma jintlaħaqx ftehim bejn l-awtoritajiet ikkonċernati, il-kwistjoni għandha titressaq quddiem il-Kummissjoni għal deċiżjoni skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4.

4.

Minkejja l-paragrafi 2 u 3, meta Stat Membru jew l-Isvizzera jemmnu li prodott bijoċidali awtorizzat minn Stat Membru ieħor jew mill-Isvizzera ma jistax jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 98/8/KE u b’konsegwenza ta’ dan jipproponu li jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni jew li jirrestrinġu l-awtorizzazzjoni fuq ċerti kondizzjonijiet, dawn għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Isvizzera u lill-applikant u għandhom jipprovdulhom dokument ta’ spjega li jkun fih l-isem tal-prodott u l-ispeċifikazzjoni tiegħu u li jiddikjara r-raġunijiet għalfejn jipproponu li jirrifjutaw jew jirrestrinġu l-awtorizzazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tħejji proposta dwar dawn il-kwistjonijiet skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 98/8/KE għal deċiżjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 98/8/KE.

5.

Jekk il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4 twassal għall-konferma tar-rifjut tat-tieni reġistrazzjoni jew ta’ reġistrazzjoni sossegwenti minn Stat Membru jew mill-Isvizzera, l-Istat Membru li jkun qabel irreġistra l-prodott bijoċidali ta’ riskju baxx jew l-Isvizzera għandhom, meta meqjus xieraq mill-Kumitat Permanenti, iqisu dan ir-rifjut u jirrevedu din ir-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 98/8/KE.

Jekk din il-proċedura tikkonferma r-reġistrazzjoni inizjali, l-Istat Membru li jkun ressaq il-proċedura jew l-Isvizzera għandhom jirreġistraw il-prodott bijoċidali ta’ riskju baxx ikkonċernat.

6.

B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jew l-Isvizzera jistgħu jirrifjutaw ir-rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija għat-tipi tal-prodotti 15, 17 u 23 tal-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE sakemm din il-limitazzjoni tista’ tiġi ġġustifikata u ma tqegħidx fil-periklu l-għan ta’ dan il-Kapitolu.

L-Istati Membri u l-Isvizzera jridu jgħarrfu wieħed lill-ieħor u lill-Kummissjoni b’kull deċiżjoni meħuda f’dan ir-rigward u jindikaw ir-raġunijiet għalihom.

3.   L-aċċess għas-suq

L-applikant għandu jindika ismu jew isem id-ditta u l-indirizz fuq it-tabella tal-prodotti bijoċidali. Ikun biżżejjed, għall-finijiet tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/8/KE, jekk l-applikant għal awtorizzazzjoni jkollu uffiċċju permanenti jew fl-Unjoni Ewropea jew fl-Isvizzera. Il-Partijiet jaqblu li l-awtorizzazzjoniiet u deċiżjonijiet oħra relatati mal-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu jistgħu jiġu nnotifikati mill-awtoritajiet kompetenti direttament lil-applikant fit-territorju tal-Parti l-oħra.

4.   Skambju ta’ informazzjoni

Skont l-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom b’mod partikolari jiskambjaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 98/8/KE. Informazzjoni konfidenzjali għandha tiġi definita u trattata skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 98/8/KE.

5.   Klawżola ta’ salvagwardja

Meta Stat Membru jew l-Isvizzera jkollhom raġunijiet validi sabiex iqisu li prodott bijoċidali li jkunu awtorizzaw, irreġistraw jew li huma obbligati li jawtorizzaw jew jirreġistraw skont l-Artikoli 3 jew 4 tad-Direttiva 98/8/KE, jikkostitwixxi riskju mhux aċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew tal-ambjent, dawn jistgħu jirrestrinġu proviżorjament l-użu jew il-bejgħ ta’ dak il-prodott fit-territorju tagħhom, jew jipprojbixxuh għal kollox. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra u lill-Isvizzera minnufih b’din l-azzjoni u għandhom jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom. Għandha tittieħed deċiżjoni dwar il-kwistjoni fi żmien 90 jum skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 28(3). Jekk l-Isvizzera ma taqbilx mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, il-każ jintbagħat lil Kumitat Konġunt, li jiddeċiedi dwar kors adattat ta’ azzjoni, inkluża l-possibbiltà li tissejjaħ laqgħa mal-esperti. Jekk ma jintlaħaqx qbil fi żmien 90 jum, kull parti tista’ tissospendi l-kapitolu dwar il-prodotti bijoloġiċi kollu jew parti minnu.

Ir-rikors għal din il-klawżola ta’ salwagwardja għandu jkun eċċezzjoni.

6.   Perijodu tranżizzjonali

L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 98/8/KE għandu japplika bejn il-Partijiet, bil-perjodu ta’ tranżizzjoni jkun sal-14 ta’ Mejju 2014 għall-Isvizzera.”


DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI EWROPEA

Biex tiżgura l-applikazzjoni u l-implementazzjoni effettivi tal-kapitolu dwar il-prodotti Bijoċidali li għandu jiġi inkluż fl-Anness 1 tal-Ftehim u sakemm l-Isvizzera tkun adottat l-acquis communautaire rilevanti jew il-miżuri ekwivalenti skont il-Kapitolu dwar il-prodotti bijoċidali, il-Kummissjoni, skont id-Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar l-attendenza Svizzera għall-kumitati (1) u l-Artikolu 100 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ewropea Ekonomika, għandha tikkonsulta esperti Svizzeri fl-istadji ta' tħejjija tal-abbozz tal-miżuri li għandu jitressaq sussegwentement lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 28 tad-Direttiva 98/8/KE li għandu jgħin lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat eżekuttivi tagħha.

Barra minn dan, il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni li l-esperti Svizzeri huma mistiedna jeħdu sehem fil-grupp tal-esperti tal-Awtoritajiet Kompetenti għall-Prodotti Bijoċidali, li jipprovdi l-għajnuna lill-Kummissjoni bl-implimentazzjoni armonizzata tad-Direttiva 98/8/KE. Il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni wkoll lejn il-fatt li l-President tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 98/8/KE jista' jiddeċiedi li jistieden esperti Svizzeri biex jitħaddtu dwar kwistjonijet partikolari, fuq talba minn membru jew fuq l-inizjattiva tiegħu jew tagħha, b'mod partikolari f'dawk il-każijiet fejn id-diskussjonijet dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 4 u 11 tad-Direttiva 98/8/KE huma ta' rilevanza diretta għall-Isvizzera.


(1)  Id-dikjarazzjoni dwar l-attendenza Svizzera għall-kumitati (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 429).


IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

19.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/59


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 235/09/COL

tal-20 ta' Mejju 2009

Dwar l-Iskema Temporanja ta' Għajnuna għal Ammonti Żgħar

(in-Norveġja)

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA (1)

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 61 u 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (3), b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT l-Artikolu 1(3) tal-Parti I u l-Artikolu 4(3) tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim ta' Sorveljanza u l-Qorti (4),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Linji gwida tal-Awtorità dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ZEE (5) u b'mod partikolari l-Parti VII – Regoli Temporanji dwar il-kriżi finanzjarja – Qafas Temporanju għall-miżuri tal-għajnuna mill-Istat għall-appoġġ tal-aċċess għall-finanzjament fil-kriżi attwali finanzjarja u ekonomika (6), emendati mid-Deċiżjoni tal-Awtorità 190/09/COL tat-22 ta' April 2009 (7),

WARA LI KKUNSIDRAT id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta' Lulju 2004 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 27 tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim ta' Sorveljanza u l-Qorti (8),

Billi:

I.   FATTI

1.   Proċedura

L-awtoritajiet Norveġiżi nnotifikaw l-Iskema Temporanja ta' Għajnuna għal Ammonti Żgħar, skont l-Artikolu 1(3) tal-Part I tal-Protokoll 3, bl-ittra tat-2 ta' April 2009 (Każ Nru 514308).

2.   Deskrizzjoni tal-miżuri proposti

2.1.   L-għan tal-miżura ta' għajnuna

L-awtoritajiet Norveġiżi indikaw li l-kriżi finanzjarja bdiet taffettwa l-ekonomija reali. Il-miżura notifikata hija parti mill-pakkett iktar wiesa' ta' miżuri (9) maħsuba biex isolvu tfixkil serju fl-ekonomija Norveġiża. L-iskema notifikata tipprovdi għall-possibbiltà li tagħti ammonti żgħar ta' għajnuna lill-kumpaniji li jinsabu f'nuqqas f'daqqa, jew nuqqas ta' disponibbiltà ta' kreditu, b'hekk tikkontribwixxi għas-soluzzjoni tat-tfixkil serju fl-ekonomija Norveġiża.

Din l-iskema hi bbażata b'mod espliċitu fuq l-Artikolu 61(3)(b) ŻEE, u toqgħod fuq is-sezzjoni 4.2 “Ammont limitat ta' għajnuna kompatibbli” tal-Qafas Temporanju.

2.2.   In-natura u l-forma tal-għajnuna

L-għajnuna se tkun pprovduta fil-forma ta' forom trasparenti ta' għajnuna, kif definit mir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (10) Artikolu 5, u b'mod partikolari fil-forma ta' għotjiet diretti, għotjiet rimborsabbli, sussidji tar-rati ta' mgħax u self pubbliku sussidjat b'element ta' għajnuna li hu kkalkulat fuq il-bażi tar-rata ta' referenza tal-Awtorità (11) applikabbli fid-data tal-għotja tal-għajnuna, u garanziji pubbliċi.

L-iskema ta' garanzija amministrata minn Innovation Norway hi normalment użata skont l-Att imsemmi fl-Anness XV mal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-għajnuna de minimis  (12). Dan jimplika i.a li għajnuna individwali mogħtija lill-impriżi li mhumiex impriżi f'diffikultà għandha titqies għajnuna de minimis trasparenti meta parti mis-self tal-garanzija pprovduta fi skema bħal din ma taqbiżx EUR 1 500 000 għal kull impriża (EUR 750 000 fis-settur tat-trasport). Sabiex jiġi kkalkulat l-element ta' għajnuna tal-garanziji pubbliċi għas-self li jaqbeż l-EUR 1 500 000 u b'konformità mal-possibbiltà prevista mill-aħħar sentenza tan-nota f'qiegħ il-paġna tal-punt 4.3.2 (a) tal-Qafas Temporanju, l-awtoritajiet Norveġiżi se jużaw bħala punt ta' riferiment il-primjums fil-limitu ta' eżenzjoni stabbiliti fl-Anness tal-Qafas Temporanju. Irrispettivament minn jekk il-garanziji humiex maħruġa għall-benefiċċju tal-SMEs jew kumpaniji kbar, l-element tal-għajnuna annwali li jirriżulta mill-garanzija se jkun ikkalkulat bħala d-differenza bejn ir-rati tal-primjums fil-limiti ta' eżenzjoni stabbiliti fl-Anness tal-Qafas Temporanju emendat u l-primjums annwali applikati mill-awtoritajiet Norveġiżi.

2.3.   Bażi legali nazzjonali għall-miżura tal-għajnuna

Il-bażi legali għall-iskema hi St.prp.nr. 1 (2008-2009) għall-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija, u ittra mill-Ministeru lil Innovation Norway (“Oppdragsbrev Innovasjon Norge”).

L-iskema se tidħol fis-seħħ mal-approvazzjoni tal-Awtorità.

2.4.   L-amministrazzjoni tal-Iskema

L-iskema notifikata se tkun amministrata minn Innovation Norway.

2.5.   Baġit u tul ta' żmien

L-awtoritajiet norveġiżi indikaw li f'dan l-istadju mhux possibbli li jipprovdu baġit annwali għall-miżura notifikata peress li l-baġit ġenerali għal Innovation Norway żdied mingħajr identifikazzjoni tal-approprjazzjoni allokata għall-iskema notifikata.

L-għajnuna taħt din l-iskema tista' tingħata sal-31 ta' Diċembru 2010.

2.6.   Id-destinatarju

L-iskema tapplika għall-SMEs u kumpaniji kbar u tkopri t-territorju kollu tan-Norveġja.

L-awtoritajiet Norveġiżi kkonfermaw li l-ebda għajnuna taħt din l-iskema mhi se tingħata lill-kumpaniji kbar li, fl-1 ta' Lulju 2008, kienu kumpaniji f'diffikultà skont it-tifsira tal-punt 2.1 tal-Linji gwida tal-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità dwar is-Salvataġġ u r-ristutturar ta' kumpaniji f'diffikultà, lanqas lill-SMEs li f'dik id-data kienu kumpaniji f'diffikultà skont it-tifsira tal-Artikolu 1(7) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa.

l-iskema tista' tapplika għal impriżi li ma kinux f'diffikultà fl-1 ta' Lulju 2008, iżda li ltaqgħu mad-diffikultà wara b'riżultat tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

2.7.   Ambitu settorjali, esklużjoni tal-għajnuna għall-esportazzjoni u għajnuna li tiffavorixxi prodotti domestiċi minn dawk importati.

L-Għajnuna Temporanja ta' Għajnuna għal Ammonti Żgħar tapplika għas-setturi kollha, bl-esklużjonijiet settorjali stabbiliti fis-sezzjoni 4.2.2, punt 38 (g) tal-Qafas Temporanju. L-għajnuna għall-esportazzjoni u għajnuna li tiffavorixxi oġġetti u servizzi domestiċi milli dawk importati huma esklużi (sezzjoni 4.2.2(d) tal-Qafas Temporanju).

2.8.   Elementi bażiċi tal-Iskema

L-awtoritajiet Norveġiżi kkonfermaw li l-iskema l-ġdida se tissodisfa l-kundizzjonijiet tas-sezzjoni 4.2.2 tal-Qafas Temporanju għall-għoti ta' ammonti żgħar tal-għanjuna kompatibbli. B'mod partikulari:

l-għajnuna mhux se taqbeż l-EUR 500 000 grossi (qabel kull tnaqqis ta' taxxa jew spiża oħra) għal kull impriża. Meta tingħata l-għajnuna f'forma għajr għotja, l-ammont tal-għajnuna għandu jkun l-għotja grossa ekwivalenti għall-għajnuna;

Qabel ma tingħata l-għajnuna, Innovation Norway trid tikseb dikjarazzjoni mill-impriżi kkonċernati, f'forma miktuba jew elettronika, dwar kull għajnuna de minimis oħra u għajnuna skont din il-miżura rċevuta matul is-sena fiskali kurrenti. Innovation Norway se tiċċekkja li l-għajnuna mhux se żżid l-ammont totali tal-għajnuna rċevuta minn impriżi matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2008 u l-31 ta' Diċembru 2010 għal ammont li hu iktar minn EUR 500 000;

l-għajnuna tista' tingħata mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010;

għajnuna għall-esportazzjoni u għajnuna li tiffavorixxi oġġetti u servizzi domestiċi milli dawk importati mhux se tingħata taħt din l-iskema;

fejn l-għajnuna taħt din il-miżura għandha tiġi magħquda ma' għajnuna oħra kumpatibbli, l-intensitajiet tal-għajnuna massima indikati fil-Linji gwida relevanti jew Regolamenti, se jkunu rispettati;

L-awtoritajiet Norveġiżi kkonfermaw li l-ebda għajnuna taħt din l-iskema mhi se tingħata lill-kumpaniji kbar li, fl-1 ta' Lulju 2008, kienu kumpaniji f'diffikultà skont it-tifsira tal-punt 2.1 tal-Linji gwida tal-għajnuna mill-Istat tal-Awtorità dwar is-Salvataġġ u r-ristutturar ta' kumpaniji f'diffikultà, lanqas lill-SMEs li f'dik id-data kienu kumpaniji f'diffikultà skont it-tifsira tal-Artikolu 1(7) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa.

2.9.   Monitoraġġ u rappurtar

L-awtoritajiet Norveġiżi kkonfermaw li r-regoli tal-monitoraġġ u r-rappurtar stabbiliti fil-Qafas Temporanju se jkunu sodisfatti.

II.   VALUTAZZJONI

1.   Il-preżenza tal-għajnuna mill-Istat

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jaqra kif ġej:

“1.   Għajr kif ipprovdut mod ieħor f'dan il-Ftehim, kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stati Membri tal-KE, minn Stati EFTA jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti, sakemm taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, għandha tkun inkompatibbli mat-tħaddim ta' dan il-Ftehim.”

Ir-riżorsi tal-Istat huma involuti peress li l-iskema notifikata hi ffinanzjata permezz tal-Baġit tal-Istat tan-Norveġja. Il-miżura hi selettiva peress li se tinagħata lil ċerti impriżi biss. Billi jsiru disponibbli ammonti limitati ta' għajnuna li mhux ha jkunu disponibbli lill-benefiċjarji mingħajr il-miżura, il-miżura tinvolvi l-għoti ta' vantaġġ lill-benefiċjarji. Il-miżura taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE peress li l-iskema mhix limitata għall-benefiċjarji attivi fis-setturi fejn ma jeżisti l-ebda kummerċ intra-ŻEE.

Fid-dawl ta' li ntqal hawn fuq, l-Awtorità waslet għall-konklużjoni li l-iskema tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) taż-ŻEE.

2.   Rekwiżiti Proċedurali

Skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3, “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tiġi infurmata, fi żmien suffiċjenti sabiex tkun tista' tissottometti l-kummenti tagħha, dwar kwalunkwe pjan ta' għoti jew ta' tibdil fl-għajnuna (…). L-Istat kkonċernat m'għandux idaħħal fis-seħħ il-miżuri proposti tiegħu sakemm il-proċedura rriżultat f'deċiżjoni finali”.

Billi ssottomettu n-notifika tal-Iskema Temporanja ta' Għajnuna għal Ammonti Żgħar b'ittra tat-2 ta' April 2009 (Każ Nru 514308), l-awtoritajiet Norveġiżi ssodisfaw ir-rekwiżit tan-notifika. Barra minn hekk, huma indikaw li mhux se jimplimentaw l-iskema sakemm din tkun approvata mill-Awtorità, b'hekk jissodisfaw l-obbligu ta' stennija.

B'hekk l-Awtorità tista' tikkonkludi li l-awtoritajiet Norveġiżi rrispettaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3..

3.   Kumpatibbiltà tal-għajnuna

L-Awtorità vvalutat l-kumpatibbiltà tal-miżura notifikata mal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE flimkien mal-Qafas Temporanju.

Billi adottat il-Qafas Temporanju, l-Awtorità rrikonoxxiet (sezzjoni 4.1 (33)) li “Fid-dawl tas-serjetà tal-kriżi finanzjarja attwali u l-impatt tagħha fuq l-ekonomija globali tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità tqis li xi kategoriji ta' għajnuna mill-Istat huma ġġustifikati, għal perjodu limitat, biex dawn id-diffikultajiet jiġu solvuti u li dawn jistgħu jiġu ddikjarati kompatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE fuq il-bażi tal-Artikolu 61(3)(b) tiegħu”.

L-għan tal-miżura notifikata hu li tikkontribwixxi għal soluzzjoni tat-tfixkil serju fl-ekonomija tal-Istat tal-EFTA u hi maħsuba biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-kategorija addizzjonali tal-għajnuna (“Ammont limitat kumpatibbli tal-għajnuna”) deskritti fis-sezzjoni 4.2.2 tal-Qafas Temporanju.

L-Awtorità tikkunsidra li l-miżura notifikata tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha tal-Qafas Temporanju. B'mod partikolari:

L-ammont massimu tal-għajnuna mhux se jaqbeż l-ekwivalenti fi flus ta' EUR 500 000 għal kull impriża (b'konformità mal-punt 4.2.2 (a) u (f) tal-Qafas Temporanju).

L-għajnuna tingħata fil-forma ta' skema (b'konformità mal-punt 4.2.2 (b) tal-Qafas Temporanju).

l-għajnuna tingħata biss lil impriżi li ma kinux f'diffikultà (13) fl-1 ta' Lulju 2008; tista' tingħata għal impriżi li ma kinux f'diffikultà f'dik id-data iżda li ltaqgħu mad-diffikultà wara b'riżultat tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika (b'konformità mal-punt 4.2.2 (c) tal-Qafas Temporanju).

L-għajnuna għall-esportazzjoni u għajnuna li tiffavorixxi oġġetti u servizzi domestiċi fuq dawk importati huma esklużi (b'konformità mal-punt 4.2.2(d) tal-Qafas Temporanju).

L-għajnuna tista' tingħata sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010 (punt 4.2.2(e) tal-Qafas Temporanju).

Ir-regoli ta' monitoraġġ u rappurtar stabbiliti fil-Qafas Temporanju se jkunu rispettati (sezzjoni 4.7(59) tal-Qafas Temporanju).

Għalhekk l-Awtorità tikkunsidra li l-miżura notifikata hi meħtieġa, xierqa u proporzjonali sabiex issolvi tfixkil serju fl-ekonomija ta' Stat tal-EFTA, kif definit fil-punt 4.1 tal-Qafas Temporanju.

4.   Konklużjoni

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni għadejja, l-Awtorità tikkunsidra li l-Iskema Temporanja ta' Għajnuna għal Ammonti Żgħar li l-awtoritajiet Norveġiżi qegħdin jippjanaw biex jimplimentaw hija konformi tal-Qafas Temporanju u hi kumpatibbli mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE skont it-tifsira tal-Artikolu 61 taż-ŻEE.

L-awtoritajiet Norveġiżi huma mfakkra dwar l-obbligati li jirriżultaw mill-Artikolu 21 tal-Parti II tal-Protokoll 3 flimkien mal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 195/04/COL biex jipprovdu rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-iskema.

L-awtoritajiet Norveġiżi huma mfakkra wkoll li kwalunkwe pjan għal tibdil f'din l-iskema jrid jiġi nnotifikat lill-Awtorità.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA ddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet għall-Iskema Temporanja ta' Għajnuna għal Ammonti Żgħar fuq il-bażi tal-Artikolu 61 (3)(b)f tal-Ftehim taż-ŻEE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.

Artikolu 3

Il-verżjoni Ingliża biss hija awtentika.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2009.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Per SANDERUD

President

Kurt JÄGER

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Awtorità.

(2)  Minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE.

(3)  Minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

(4)  Minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Protokoll 3.

(5)  Il-Linji Gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, adottati u maħruġa mill-Awtorità fid-19 ta' Jannar 1994, ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 231 3.9.1994 p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 32 3.9.1994 p. 1 minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Linji gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat. IL-verżjoni aġġornata tal-Linji gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tinsab fuq il-websjat tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/

(6)  Minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Qafas Temporanju..

(7)  ĠU L 15, 20.1.2011, p. 26, u s-suppliment taż-ŻEE Nru 3, 20.1.2011, p. 31,

(8)  ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37, u s-suppliment taż-ŻEE Nru 26, 25.5.2006, p. 1, kif emendat mid-Deċiżjoni Nru 319/05/COL tal-14 ta' Diċembru 2005 (ĠU L 113, 27.4.2006, p. 24, u s-suppliment Nru 21, 27.4.2006, p. 46).

(9)  Fl-indirizzar tal-problemi emerġenti fis-suq tax-xogħol Norveġiż, il-Ġvern Norveġiż emenda l-Baġit Fiskali għall-2009 b'St.prp. nru. 37 (2008-2009) (white paper). Minkejja li l-Iskema Temporanja ta' Għajnuna għal Ammonti Żgħar mhijiex espliċitament parti minn St.prp. nru. 37 (2008-2009), hi se tkun iffinanzjata fi ħdan iż-żieda fil-baġit għall-Innovation Norway mogħtija f'din l-emenda.

(10)  Inkorporat fl-Anness XV (Għajnuna mill-Istat) mal-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2008 (ĠU L 339, 18.12 2008, p. 111 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 79, 18.12.2008, p. 20).

(11)  Ir-rata ta' referenza hi kkalkulata fuq il-bażi tal-Kapitolu dwar il-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta' Referenza u ta' Skont tal-Linji gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat kif emendati mid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 788/08/COL tas-17 ta' Diċembru 2008. Sabiex tinkiseb r-rata ta' referenza applikabbli jridu jiżdiedu marġini mar-rata ta' bażi. Ir-rati ta' bażi fis-seħħ huma pubblikati fis-sit elettroniku tal-Awtorità.

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat gall-Għajnuna de minimis (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5) inkorporat fl-Anness XV (Għajnuna mill-Istat) tal-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 29/2007 (ĠU L 209, 9.8.2007, p. 52, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 38, 9.8.2007, p. 34).

(13)  Għall-kumpaniji kbar, ara punt 2.1 tal-Linji gwida dwar l-għajnuna għall-istrutturar tal-impriżi f'diffikultà. Għall-SMEs, ara l-Artikolu 1(7) dwar id-definizzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa.


Rettifika

19.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/63


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ekodisinn għal muturi tal-elettriku

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 191 tat-23 ta’ Lulju 2009 )

F’paġna 27, l-Artikolu 1, Suġġett u ambitu, il-punt 2 (c) (iv):

Minflok:

“fejn it-temperaturi tal-arja ambjentali huma ta’ inqas minn - 15 °C għal kwalunkwe mutur jew ta’ inqas minn 0 °C għal mutur bit-tkessiħ tal-arja”

Aqra:

“fejn it-temperaturi tal-arja ambjentali huma inqas minn - 15 °C għal kwalunkwe mutur jew inqas minn 0 °C għal mutur bit-tkessiħ tal-ilma”