ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.043.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 43

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
17 ta' Frar 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 137/2011 tas-16 ta’ Frar 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bl-iskop li jiġu adattati l-Annessi I u IV tiegħu għall-progress tekniku ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 138/2011 tas-16 ta’ Frar 2011 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjoni ta’ ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibra tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

9

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2011 tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

26

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 140/2011 tas-16 ta’ Frar 2011 li jirtira s-sospensjoni tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet ta’ ċerti liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta’ tariffi

28

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 141/2011 tas-16 ta’ Frar 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

29

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/106/PESK tal-15 ta’ Frar 2011 dwar l-adattament u l-estensjoni tal-perjodu ta' applikazzjoni tal-miżuri fid-Deċiżjoni 2002/148/KE li tikkonkludi l-konsultazzjonijiet maż-Żimbabwe skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE

31

 

 

2011/107/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Frar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2007/756/KE li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi (notifikata bid-dokument numru C(2011) 665)  ( 1 )

33

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

17.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 137/2011

tas-16 ta’ Frar 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bl-iskop li jiġu adattati l-Annessi I u IV tiegħu għall-progress tekniku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jistipula li fertilizzant li jagħmel parti minn tip ta’ fertilizzant elenkat fl-Anness I mehmuż miegħu u li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati f’dak ir-Regolament jista’ jissejjaħ “fertilizzant tal-KE”.

(2)

Il-formate tal-kalċju (CAS 544-17-2) huwa tip ta’ fertilizzant ta’ nutrijent sekondarju li jintuża bħala fertilizzant tal-weraq għall-kultivazzjoni tal-frott fi Stat Membru wieħed. Is-sustanza ma tagħmilx ħsara lill-ambjent u lis-saħħa tal-bniedem. Għaldaqstant, sabiex din issir aktar disponibbli għall-bdiewa fl-Unjoni, il-formate tal-kalċju għandu jiġi rikonoxxut bħala tip ta’ “fertilizzant tal-KE”.

(3)

Dispożizzjonijiet fuq kelati mikronutrijenti u taħlit tal-mikronutrijenti għandhom jiġu adattati biex jippermettu l-użu ta’ aktar minn aġent kelant wieħed, biex jintroduċu valuri komuni għall-kontenut minimu ta’ mikronutrijent li jinħall fl-ilma u biex jiġi żgurat li kull aġent kelant li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-mikronutrijent li jinħall fl-ilma u li jkun identifikat u kwantifikat mill-istandards EN ikun ittikkettat. Huwa neċessarju li jkun hemm perjodu tranżitorju suffiċjenti biex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jbiegħu l-ħażniet ta’ fertilizzanti tagħhom.

(4)

Trab tal-ossidu taż-żingu (CAS 1314-13-2) huwa fertilizzant taż-żingu elenkat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003. Meta jintuża l-ossidu taż-żingu li jkun f’għamla ta’ trab jista’ jkun ta’ periklu. L-użu tal-ossidu taż-żingu f’għamla ta’ sospensjoni stabbli fl-ilma jevita dan il-periklu. Sospensjoni tal-fertilizzant taż-żingu għandu għaldaqstant jiġi rikonoxxut bħala tip ta’ “fertilizzant tal-KE” biex jippermetti l-użu aktar sikur tal-ossidu taż-żingu. Biex ikun hemm flessibbiltà fil-formulazzjonijiet, l-użu ta’ mluħa taż-żingu u tip wieħed jew aktar ta’ kelat(i) taż-żingu għandu/għandhom ukoll ikun/u permess/i fi kwalunkwe sospensjoni li l-bażi tagħha huwa l-ilma.

(5)

L-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 fih regoli għall-kompożizzjoni u l-ittikkettjar ta’ fertilizzanti mikronutrijenti mħallta imma taħlitiet bħal dawn għadhom mhumiex elenkati fost it-tipi ta’ fertilizzanti fl-Anness I. Għaldaqstant fertilizzanti mikronutrijenti mħallta ma jistgħux jinbiegħu bħala “fertilizzanti tal-KE”. L-ispeċifikazzjonijiet tat-tip ta’ fertilizzant mikronutrijenti għandhom għalhekk jiġu introdotti fl-Anness I għal fertilizzanti solidi u fluwidi.

(6)

Aċidu iminodisuccinic (minn hawn ‘il quddiem “IDHA”) huwa aġent kelant li l-użu tiegħu huwa awtorizzat f’żewġ Stati Membri bħala bexx għall-weraq, għall-użu fil-ħamrija, fl-idrofonija u fil-fertigazzjoni. L-IDHA għandu jizdied mal-lista tal-aġenti kelanti awtorizzati fl-Anness I sabiex ikun disponibbli aktar faċilment għall-bdiewa madwar l-Unjoni kollha.

(7)

L-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jipprevedi il-kontroll tal-“fertilizzanti tal-KE” b’konformità mal-metodi ta’ analiżi li huma deskritti fih. Madankollu, ċerti metodi ma ġewx rikonoxxuti b’mod internazzjonali. L-istandards EN issa ġew żviluppati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u għandhom jissostitwixxu dawk il-metodi.

(8)

Metodi validati ppubblikati bħala standards EN normalment jinkludu test taċ-ċirku (test interlaboratorju) biex jikkontrolla r-riproduttività u r-repetizzjoni tal-metodi analitiċi bejn laboratorji differenti. Għalhekk għandha ssir distinzjoni bejn Standards EN ivvalidati u metodi mhux ivvalidati. Tali distinzjoni tgħin biex jiġu identifikati l-Istandards EN li jkun sarilhom test interlaboratorju biex il-kontrolluri jkunu infurmati b’mod korrett dwar l-affidabbiltà tal-istatistika tal-istandards EN.

(9)

Biex tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni u tiġi ffaċilitata reviżjoni fil-futur, huwa xieraq li t-test sħiħ tal-istandards fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jiġi sostitwit b’referenzi għall-istandards EN li se jiġu ppubblikati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi

1.   L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Il-punti minn (a) sa (e) tal-punt (2) tal-Anness I għandhom japplikaw mid-9 ta’ Ottubru 2012 għall-fertilizzanti li jitqiegħdu fis-suq qabel id-9 ta’ Marzu 2011.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-Taqsima D, huma inseriti l-annotazzjonijiet 2.1 u 2.2 li ġejjin:

“2.1

Formate tal-kalċju

Prodott ottenut kimikament li fih il-formate tal-kalċju bħala ingredjent essenzjali

33,6 % CaO

Kalċju espress bħala CaO li jinħall fl-ilma

56 % formate

 

Ossidu tal-kalċju

Formate

2.2

Formate tal-kalċju fluwidu

Prodott ottenut mit-taħlil f-ilma tal-formate tal-kalċju

21 % CaO

Kalċju espress bħala CaO li jinħall fl-ilma

35 % formate

 

Ossidu tal-kalċju

Formate”

(2)

Taqsima E.1 hija emendata kif ġej:

(a)

Fit-Taqsima E.1.2, l-annotazzjonijiet 2b u 2c jinbidlu b’dan li ġej:

“2b

Kelat tal-kobalt

Prodott li jinħall fl-ilma li fih kobalt imħallat kimikament ma’ aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)

5 % tal-kobalt li jinħall fl-ilma u minn tal-inqas 80 % tal-kobalt li jinħall fl-ilma huwa kelat mill-aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)

L-isem ta’ kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-kobalt li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Kobalt li jinħall fl-ilma (Co)

Fakultattiv: Kobalt totali (Co) kelat minn aġenti kelanti awtorizzati

Kobat (Co) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-kobalt li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

2c

Taħlita fertilizzanti tal-kobalt

Soluzzjoni tal-ilma ta’ tipi 2a u/jew tipi 2b

2 % ta’ kobalt li jinħall fl-ilma

L-ispeċifikazzjoni għandha tinkludi:

1.

l-isem(ismijiet) tal-anjonu(anjoni) minerali

2.

l-isem ta’ kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-kobalt, jekk dan ikun preżenti, li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Kobalt li jinħall fl-ilma (Co)

Fakultattiv: Kobalt totali (Co) kelat minn aġenti kelanti awtorizzati

Kobat (Co) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-kobalt li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew”

(b)

Fit-Taqsima E.1.3, l-annotazzjonijiet 3d u 3f jinbidlu b’dan li ġej:

“3d

Kelat tar-ram

Prodott li jinħall fl-ilma li fih ir-ram imħallat kimikament ma’ aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)

5 % tar-ram li jinħall fl-ilma u minn tal-inqas 80 % tar-ram li jinħall fl-ilma huwa kelat mill-aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)

L-isem ta’ kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tar-ram li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Ram li jinħall fl-ilma (Cu)

Fakultattiv: Ram totali (Cu) kelat minn aġenti kelanti awtorizzati

Ram (Cu) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tar-ram li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

3f

Taħlita fertilizzanti tar-ram

Soluzzjoni tal-ilma ta’ tipi 3a u/jew tipi 3b

2 % ta’ ram li jinħall fl-ilma

L-ispeċifikazzjoni għandha tinkludi:

1.

l-isem(ismijiet) tal-anjonu(anjoni) minerali

2.

l-isem ta’ kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tar-ram li jinħall fl-ilma, jekk dan ikun preżenti, li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Ram li jinħall fl-ilma (Cu)

Fakultattiv: Ram totali (Cu) kelat minn aġenti kelanti awtorizzati

Ram (Cu) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tar-ram li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew”

(c)

Fit-Taqsima E.1.4, l-annotazzjonijiet 4b u 4c jinbidlu b’dan li ġej:

“4b

Kelat tal-ħadid

Prodott li jinħall fl-ilma li fih ħadid imħallat kimikament ma’ aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)

5 % tal-ħadid li jinħall fl-ilma, li minnu l-frazzjoni kelant hi tal-inqas 80 % u tal-inqas 50 % tal-ħadid li jinħall fl-ilma huwa kelat mill-aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)

L-isem ta’ kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-ħadid li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Ħadid li jinħall fl-ilma (Fe)

Fakultattiv: Ħadid totali (Fe) kelat minn aġenti kelanti awtorizzati

Ħadid (Fe) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-ħadid li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

4c

Taħlita fertilizzanti tal-ħadid

Soluzzjoni tal-ilma ta’ tipi 4a u/jew tipi 4b

2 % ta’ ħadid li jinħall fl-ilma

L-ispeċifikazzjoni għandha tinkludi:

1.

l-isem(ismijiet) tal-anjonu(anjoni) minerali

2.

l-isem ta’ kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-ħadid li jinħall fl-ilma, jekk dan ikun preżenti, u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Ħadid li jinħall fl-ilma (Fe)

Fakultattiv: Ħadid totali (Fe) kelat minn aġenti kelanti awtorizzati

Ħadid (Fe) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-ħadid li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn Standard Ewropew”

(d)

Fit-Taqsima E.1.5, l-annotazzjonijiet 5b u 5e jinbidlu b’dan li ġej:

“5b

Kelat tal-manganiż

Prodott li jinħall fl-ilma li fih il-manganiż imħallat kimikament ma’ aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)

5 % tal-manganiż li jinħall fl-ilma u minn tal-inqas 80 % tal-manganiż li jinħall fl-ilma huwa kelat mill-aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)

L-isem ta’ kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-manganiż li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Manganiż li jinħall fl-ilma (Mn)

Fakultattiv: Manganiż totali (Mn) kelat minn aġenti kelanti awtorizzati

Manganiż (Mn) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-manganiż li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

5e

Taħlita fertilizzanti tal-manganiż

Soluzzjoni tal-ilma ta’ tipi 5a u/jew tipi 5b

2 % ta’ manganiż li jinħall fl-ilma

L-ispeċifikazzjoni għandha tinkludi:

1.

l-isem(ismijiet) tal-anjonu(anjoni) minerali

2.

l-isem ta’ kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-manganiż li jinħall fl-ilma, jekk dan ikun preżenti, u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Manganiż li jinħall fl-ilma (Mn)

Fakultattiv: Manganiż totali (Mn) kelat minn aġenti kelanti awtorizzati

Manganiż (Mn) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-manganiż li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew”

(e)

Fit-Taqsima E.1.7, l-annotazzjonijiet 7b u 7e jinbidlu b’dan li ġej:

“7b

Kelat taż-żingu

Prodott li jinħall fl-ilma li fih iż-żingu mħallat kimikament ma’ aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)

5 % taż-żingu li jinħall fl-ilma u minn tal-inqas 80 % taż-żingu li jinħall fl-ilma huwa kelat mill-aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i)

L-isem ta’ kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % taż-żingu li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Żingu li jinħall fl-ilma (Zn)

Fakultattiv: Żingu totali (Zn) kelat minn aġenti kelanti awtorizzati

Żingu (Zn) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % taż-żingu li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

7e

Taħlita fertilizzanti taż-żingu

Soluzzjoni tal-ilma ta’ tipi 7a u/jew tip 7b

2 % ta’ żingu li jinħall fl-ilma

L-ispeċifikazzjoni għandha tinkludi:

1.

l-isem(ismijiet) tal-anjonu(anjoni) minerali

2.

l-isem ta’ kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % taż-żingu li jinħall fl-ilma, jekk dan ikun preżenti, u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Żingu li jinħall fl-ilma (Zn)

Fakultattiv: Żingu totali (Zn) kelat minn aġenti kelanti awtorizzati

Żingu (Zn) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % taż-żingu li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew”

(f)

Fil-punt E.1.7, tiżdied l-annotazzjoni 7 f’li ġejja:

“7f

Sospensjoni fertilizzanti taż-żingu

Prodott ottenut minn tip ta’ sospensjoni 7(a) u/jew 7(c) u/jew tipi 7(b) fl-ilma

20 % taż-żingu totali

L-ispeċifikazzjoni għandha tinkludi:

1.

l-isem(ismijiet) tal-anjoni

2.

l-isem ta’ kwalunkwe aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % taż-żingu li jinħall fl-ilma, jekk dan ikun preżenti, u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew

Żingu totali (Zn)

Żingu li jinħall fl-ilma (Zn) jekk preżenti

Żingu (Zn) kelat minn kull aġent kelant awtorizzat li jikkela minn tal-inqas 1 % taż-żingu li jinħall fl-ilma u li jista’ jkun identifikat u kwantifikat minn standard Ewropew”

(3)

Taqsima E.2 hija emendata kif ġej:

(a)

It-titolu tat-Taqsima E.2 qed jinbidel b’dan li ġej:

“E.2.   Kontenut mikronutrijenti minimum, perċentwali ta’ piż tal-fertilizzant; tipi ta’ fertilizzanti mikronutrijenti mħallta

(b)

It-titolu tat-Taqsima E.2.1. qed jinbidel b’dan li ġej:

“E.2.1.   Kontenut minimu mikronutrijenti f’taħlitiet solidi jew fluwidi ta’ fertilizzanti mikronutrijenti, perċentwali ta’ piż tal-fertilizzant”.

(c)

Fit-Taqsima E.2.1, iż-żewġ sentenzi taħt it-tabella jitħassru.

(d)

It-titolu tat-Taqsima E.2.2. qed jinbidel b’dan li ġej:

“E.2.2.   Kontenut minimu ta’ mikronutrijenti f’fertilizzanti tal-KE li fihom nutrijent(i) primarju(primarji) u/jew sekondarju(sekondarji) b’mikronutrijent(i) li jiġu applikati fil-ħamrija, perċentwali ta’ piż tal-fertilizzant”.

(e)

It-titolu tat-Taqsima E.2.3. qed jinbidel b’dan li ġej:

“E.2.3.   Kontenut minimu ta’ mikronutrijenti f’fertilizzanti tal-KE li fihom nutrijent(i) primarju(primarji) u/jew sekondarju(sekondarji) b’mikronutrjent(i) għal bexx tal-weraq, perċentwali ta’ piż tal-fertilizzant”.

(f)

It-taqsima E.2.4. li ġejja hija miżjuda:

“E.2.4.   Taħlitiet solidi jew fluwidi ta’ fertilizzanti mikronutrijenti

Nru

Speċifikazzjoni tat-tip

Dejta dwar il-metodu ta’ produzzjoni u l-ingredjenti essenzjali

Kontenut minimu ta’ nutrijenti (perċentwali skont il-piż)

Dejta dwar l-espressjoni tan-nutrijenti

Rekwiżiti oħra

Dejta oħra dwar it-tip ta’ speċifikazzjoni

Kontenut tan-nutrijent li għandu jiġi ddikjarat

Forom u solubilitajiet tan-nutrijenti

Kriterji oħra

1

2

3

4

5

6

1

Taħlita ta’ mikronutrijenti

Prodott ottenut bit-taħlita ta’ żewġ fertilizzanti jew aktar tat-tip E.1

Total ta’ mikronutrijenti: 5 % skont il-massa tal-fertilizzant

Mikronutrijent individwali skont it-Taqsima E.2.1

L-ispeċifikazzjoni għandha tinkludi:

1.

l-ismijiet ta’ kwalunkwe anjoni minerali jekk dawn ikunu preżenti

2.

l-isem (ismijiet) ta’ kwalunkwe aġenti kelatini awtorizzati jekk dawn ikunu preżenti

Kontenut totali ta’ kull nutrijent

Kontenut li jinħall fl-ilma ta’ kull nutrijent jekk dan ikun preżenti

Mikronutrjient kelat minn kull aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i) jekk dan(dawn) ikun(u) preżenti

2

Taħlita fluwida ta’ mikronutrijenti

Prodott ottenut mit-taħlil u/jew is-sospensjoni ta’ żewġ fertilizzanti jew aktar tat-tip E.1 fl-ilma

Total ta’ mikronutrijenti: 2 % skont il-massa tal-fertilizzant

Mikronutrijent individwali skont it-Taqsima E.2.1

L-ispeċifikazzjoni għandha tinkludi:

1.

l-ismijiet ta’ kwalunkwe anjoni minerali jekk dawn ikunu preżenti

2.

l-isem (ismijiet) ta’ kwalunkwe aġenti kelanti awtorizzati jekk dawn ikunu preżenti

Kontenut totali ta’ kull nutrijent

Kontenut li jinħall fl-ilma ta’ kull nutrijent jekk dan ikun preżenti

Mikronutrjient kelat minn kull aġent(i) kelant(i) awtorizzat(i), jekk dan ikun preżent”

(4)

Fit-Taqsima E.3.1. tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

“Aċidu iminodisuccinic

IDHA

C8H11O8N

131669-35-7”.


ANNESS II

It-Taqsima B tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 hija emendata kif ġej:

(1)

Il-Metodu 2.6.2 qed jinbidel b’dan li ġej:

Metodu 2.6.2

Kalkolu tat-total ta’ nitroġenu fil-fertilizzanti li jkun fihom biss in-nitroġenu bħala nitroġenu nitriku, ammonjakali u urejku b’żewġ metodi differenti

EN 15750: Fertilizzanti. Kalkolu tat-total ta’ nitroġenu fil-fertilizzanti li jkun fihom biss in-nitroġenu bħala nitroġenu nitriku, ammonjakali u urejku b’żewġ metodi differenti.

Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.”

(2)

Jiżdied il-metodu 2.6.3 li ġej:

Metodu 2.6.3

Kalkolu ta’ kondensati tal-urea li jużaw HPLC – Isobutylenediurea u crotonylidenediurea (metodu A) u methylen-urea-oligomeri (metodu B)

EN 15705: Fertilizzanti. Kalkoku tal-kondensati tal-urea li jużaw il-kromatografija f’fażi likwida, b’rendiment għoli (HPLC). Isobutylenediurea u crotonylidenediurea (metodu A) u methylen-urea oligomeri (metodu B)

Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.”

(3)

Jiddaħħal it-titolu tal-metodu 5 li ġej:

“Dijossidu tal-karbonju”

(4)

Jiddaħħal il-metodu 5.1 li ġej:

Metodu 5.1

Kalkolu tad-dijossidu tal-karbonju – Parti I: metodu għall-fertilizzanti solidi

EN 14397-1: Fertilizzanti u materjali tal-ġir. Kalkolu tad-dijossidu tal-karbonju. Parti I: metodu għall-fertilizzanti solidi

Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.”

(5)

Il-Metodu 8.9 qed jinbidel b’dan li ġej:

Metodu 8.9

Kalkolu tal-kontenut tas-sulfati li juża tliet metodi differenti

EN 15749: Fertilizzanti. Kalkolu tal-kontenut tas-sulfati li juża tliet metodi differenti

Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.”


17.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 138/2011

tas-16 ta’ Frar 2011

li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjoni ta’ ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibra tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Inizjazzjoni

(1)

Fl-20 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) ħabbret permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“Avviż ta’ inizjazzjoni”), il-bidu ta’ proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibra tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ” jew il-“pajjiż ikkonċernat”).

(2)

Il-proċediment antidumping inbeda wara li kien varat ilment fis-6 ta' April 2010 minn Saint-Gobain Vertex s.r.o., Tolnatex Fonalfeldolgozo es Muszakiszovetgyarto, Valmieras “Stikla Skiedra” AS u Vitrulan Technical Textiles GmbH (“il-kwerelanti”), li jirrapreżentaw proporzjon ewlieni, f'dan il-każ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni tal-Unjoni ta' ċerti drappijiet tal-malja miftuħa. L-ilment kien fih evidenza prima facie ta’ dumping ta’ dan il-prodott u ta’ dannu materjali li jirriżulta minnu, li kien ikkunsidrat suffiċjenti sabiex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċedimnet.

2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċedimnet

(3)

Il-Kummissjoni għarrfet uffiċjalment lill-kwerelanti, lil produtturi oħra magħrufa fl-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa fil-RPĊ, u r-rappreżentanti tal-RPĊ, lil importaturi u utenti magħrufa, bit-tnedija tal-proċediment. Il-Kummissjoni għarrfet ukoll lill-produtturi fl-Istati Uniti tal-Amerika (USA), il-Kanada, il-Kroazja, it-Turkija u t-Tajlandja, peress li dawn il-pajjiżi kienu previsti bħala pajjiżi possibilment analogi. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta' inizjazzjoni. Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li ppreżentaw raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ngħataw seduta ta’ smigħ.

(4)

Fid-dawl tan-numru apparentement kbir ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ, ta’ importaturi, u ta’ produtturi tal-Unjoni mhux relatati, fl-avviż tal-inizjazzjoni ġie previst it-teħid ta’ kampjuni għad-determinazzjoni tad-dumping u tad-dannu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk iva, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha fir-RPĊ u l-importaturi u l-produtturi tal-Unjoni ntalbu jippreżentaw irwieħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu, kif ġie speċifikat fl-avviż tal-inizjazzjoni, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu (bejn l-1 ta’ April 2009 u l-31 ta’ Marzu 2010). L-awtoritajiet tar-RPĊ ukoll ikkonsultati.

(5)

Waslu 16-il risposta fl-eżerċizzju tat-teħid tal-kampjun minn produtturi esportaturi fir-RPĊ li jkopru 86 % tal-importazzjonijiet matul il-perjodu tal-investigazzjoni kif definiti fil-premessa hawn taħt. Għalhekk, il-kooperazzjoni hija kkunsidrata bħala għolja.

(6)

Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' produtturi esportaturi bbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lill-Unjoni li jista’ jkun investigat b’mod raġonevoli fil-ħin disponibbli. Il-kampjun magħżul jikkonsisti minn żewġ produtturi esportaturi individwali u grupp wieħed ta' produtturi esportaturi magħmul minn erba' kumpaniji relatati li jirrapreżentaw 42 % tal-importazzjonijiet fl-Unjoni matul il-Perjodu ta' Investigazzjoni (PI) kif definit fil-premessa 13 hawn taħt. Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati u l-RPĊ kienu kkonsultati dwar il-kampjun magħżul u ma qajmu l-ebda oġġezzjoni dwaru.

(7)

Fir-rigward tal-industrija tal-Unjoni, tnax-il produttur pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni għażlet kampjun magħmul mill-erba' l-akbar produtturi tal-Unjoni f'termini ta' bejgħ u produzzjoni li jirrapreżentaw 70 % tal-bejgħ totali mill-industrija tal-Unjoni kif definit fil-premessa (59) hawn taħt.

(8)

Erba' importaturi mhux relatati biss taw l-informazzjoni mitluba sad-dati tal-iskadenza ffissati fl-Avviż ta' inizzjazzjoni. Għalhekk ġie deċiż li t-teħid ta' kampjuni ma kienx neċessarju għall-importaturi mhux relatati.

(9)

Sabiex il-produtturi esportaturi fir-RPĊ li ffurmaw parti mill-kampjun jingħataw opportunità jitolbu trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”) jew trattament individwali (“TI”), jekk xtaqu jagħmlu dan, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ applikazzjoni lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Il-produtturi esportaturi inklużi kollha fil-kampjun talbu TES skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jew TI jekk l-investigazzjoni tistabbilixxi li ma jissodisfawx il-kondizzonijiet għat-TES. Barra minn hekk, produttur esportatur magħmul minn grupp ta' kumpaniji relatati li ma kienx inkluż fil-kampjun, talab eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku.

(10)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, kif ukoll lill-produttur esportatur mhux inkluż fil-kampjun li kien talab l-eżamin individwali, lill-erba' produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-erba' importaturi mhux relatati li ma kkooperawx u lill-utenti magħrufin fl-Unjoni. Il-kwestjonarji intbagħtu wkoll lill-produtturi fl-Istati Uniti tal-Amerika li kien il-pajjiż analogu propost kif issemma' fl-Avviż ta' inizzjazzjoni, u lill-produtturi f'pajjiżi analogi oħra possibbli. Ir-risposti tal-kwestjonarju waslu mingħand il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fir-RPĊ u mill-produttur li kkoopera li talab l-eżami individwali, mill-produttur fl-Istati Uniti tal-Amerika u mill-produttur fil-Kanada, il-pajjiż analogu previst kif kien spjegat fil-premessa 43 hawn taħt, mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u mill-erba' importaturi mhux relatati. L-ebda utent ieħor ma bagħat lill-Kummissjoni xi tagħrif jew għamel lilu nnifsu magħruf fl-andament tal-investigazzjoni.

(11)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset li kien meħtieġ għall-iskop tal-analiżi tat-TES/TI u gћad-determinazzjoni provviżorja tad-dumping, tal-ħsara li rriżultat u tal-interess tal-Unjoni u għamlet żjarat ta’ verifika fil-post fil-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi esportaturi fir-RPĊ

Yuyao Mingda Fiberglass Co., Ltd

Ningbo Weishan Duo Bao Building Materials Co., Ltd

Grand Composite Group magħmul minn:

Grand Composite Co. Ltd

Ningbo Grand Fiberglass Co. Ltd

Ningbo Grand Industrial Co. Ltd

(b)

Produtturi tal-Unjoni

Saint Gobain Vertex s.r.o, ir-Repubblika Ċeka

Tolnatex Fonalfeldolgozo es Muszakiszovetgyarto, l-Ungerija

Vitrulan Technical Textiles GmbH, il-Ġermanja

Valmieras Stikla Skiedra AS, il-Latvja

(c)

Importaturi mhux relatati:

Masterplast, l-Ungerija

(12)

Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi stabbilit valur normali għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ li jistgħu ma jingħatawx TES, seħħet verifika biex jiġi stabbilit il-valur normali fuq il-bażi ta’ dejta mill-Kanada bħala pajjiż analogu fil-bini tal-kumpanija li ġejja:

(d)

Produttur fil-pajjiż analogu

Saint Gobain Technical Fabrics, Midland, il-Kanada

3.   Il-perijodu ta’ investigazzjoni

(13)

L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' April 2009 sal-31 ta' Marzu 2010 (“perjodu ta' investigazzjoni” jew “PI”). L-analiżi tax-xejriet rilevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-aħħar tal-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu meqjus”).

B.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(14)

Il-prodott ikkonċernat huwa drappijiet b'malja miftuħa tal-fibra tal-ħġieġ, ta' daqs ta' ċellola ta' aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisgħa u li tiżen aktar minn 35 g/m2 li jorġina fir-RPĊ (“il-prodott ikkonċernat”) li bħalissa jaqa' fil-kodiċi NM ex 7019 40 00, ex 7019 51 00, ex 7019 59 00, ex 7019 90 91 u ex 7019 90 99.

(15)

Id-drappijiet b'malja miftuħa huma magħmulin minn ħjut tal-fibra tal-ħġieġ u jistgħu jinstabu f'qisien ta' ċelloli u piżijiet differenti għal kull metru kwadru. L-aktar li jintużaw hu fil-materjali tat-tisħiħ fis-settur tal-bini (insulazzjoni termali esterna, tisħiħ tal-irħam/tal-art, tiswija tal-ħitan).

(16)

Wara l-inizzazzjoni, il-produttur esportatur fir-RPĊ li jimmanifattura id-diski tal-fibreglass talab kjarifikazzjoni jekk dak it-tip ta' prodott hux inkluż fid-definizzjoni tal-prodott. L-industrija tal-Unjoni kienet ikkonsultata u kienet tal-fehma li dawn id-diski jistgħu jitqiesu bħala prodotti downstream u għalhekk mhux neċessarjament koperti mid-definizzjoni tal-prodott. Peress li f'dan l-istadju tal-proċediment l-informazzoni li għandha l-Kummissjoni għadha ma tippermettix konklużjoni definittiva li tikkonċerna l-karatteristiċi bażiċi, kien deċiż li l-diski tal-fibreglass jiġu ttrattati bħala li jagħmlu parti mill-prodott ikkonċernat sakemm tinġabar aktar informazzjoni u konsiderazzonijiet mill-partijiet interessati fil-bqija tal-investigazzoni.

2.   Il-prodott simili

(17)

L-investigazzjoni wriet li d-drappijiet b'malja miftuħa tal-fibra tal-ħġieġ immanifatturati u mibjugħa fis-suq domestiku tar-RPĊ u fis-suq domestiku tal-Kanada, li b’mod provviżorju serviet bħala pajjiż analogu, kif ukoll mmanifatturati u mibjugħa fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni essenzjalment għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi u l-istess użi. Għalhekk huma provviżorjament meqjusa l-istess skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   DUMPING

1.   Metodoloġija ġenerali

(18)

Il-metodoloġija ġenerali stabbilita min hawn 'il quddiem ġiet applikata lill-produtturi esportaturi li jikkooperaw fir-RPĊ biex ikun stabbilit jew le jekk kinux qed jipprattikaw id-dumping.

2.   Trattament ta' Ekonomija tas-Suq (“TES”)

(19)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet anti-dumping li jikkonċernaw importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi minn 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi li nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u gћall-finijiet ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma stipulati hawn taћt f’forma mqassra:

(1)

Id-deċiżjonijiet kummerċjali jsiru b'reazzjoni għas-sinjali tas-suq, mingħajr indħil sinifikanti mill-Istat, u l-ispejjeż jirriflettu l-valuri fis-suq;

(2)

Id-ditti għandhom sett wieħed ċar ta’ rekords bażiċi tal-kontabbiltà li jiġu vverifikati b'mod indipendenti skont l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u jiġu applikati għall-finijiet kollha;

(3)

Ma hemm l-ebda distorsjonijiet sinifikanti li ġew mgħoddija mis-sistema preċedenti tal-ekonomija mhux tas-suq;

(4)

Il-liġijiet dwar il-Falliment u l-Proprjetà jiggarantixxu stabbiltà u ċertezza ġuridika; u

(5)

Il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jitwettqu skont ir-rati tas-suq.

(20)

Fl-investigazzjoni attwali, il-produtturi esportaturi kollha inklużi fil-kampjun talbu TES skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u wieġbu l-formola ta’ talba tat-TES fil-limitu ta’ żmien stabbilit:

(21)

Fir-rigward tal-produtturi esportaturi kollha inklużi fil-kampjun li ssemmew hawn fuq, il-Kummissjoni talbet l-informazzjoni kollha li tqieset meħtieġa u vverifikat l-informazzjoni mressqa fil-formoli ta’ talba tat-TES u kull informazzjoni oħra meqjusa meħtieġa fl-istabbilimenti tal-kumpaniji inkwistjoni.

Yuyao Mingda Fiberglass Co., Ltd

Ningbo Weishan Duo Bao Building Materials Co., Ltd

Grand Composite Group magħmul minn:

Grand Composite Co. Ltd

Ningbo Grand Fiberglass Co. Ltd

Ningbo Grand Industrial Co. Ltd

Ir-raba' kumpanija tal-grupp tal-kumpaniji relatati inkluż fil-kampjun jinsab fil-British Virgin Islands u għalhekk ma kienx parti mill-valutazzjoni tat-TES.

(22)

Bil-bidu, l-investigazzjoni stabbiliet li żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fir-RPĊ ssodisfaw il-kriterji kollha ffissati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku li jridu jingħataw it-TES filwaqt li t-tielet produttur esportatur inkluż fil-kampjun hu magħmul minn grupp ta' kumpaniji relatati li naqsu li jissodisfaw l-kriterju 2 fir-rigward tal-istandards tal-accounting internazzjonali. B'mod partikolari, instab li ċerti spejjeż, dħul u accounts ma rriflettewx b'mod preċiż is-sitwazzjoni finanzajarja vera tal-kumpaniji fil-grupp. Barra minn hekk, in-nuqqas ta' kompletezza tal-accounts ma kinitx imsemmija fir-rapport tal-awditur.

(23)

Il-Kummissjoni żvelat uffiċjalment ir-riżultati tas-sejbiet tat-TES lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ ikkonċernati, u lill-kwerelanti. Huma kienu mogħtija opportunità wkoll biex iressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu seduta jekk kien hemm raġunijiet partikolari sabiex jinstemgħu.

(24)

Wara r-rivelazzjonijiet tas-sejbiet tat-TES, il-kummenti ntlaqgħu biss mill-produttur esportatur/grupp mhux inkluż fil-kampjun li ma ngħatax it-TES. Madankollu, dawn il-kummenti ma kienux tali li jbiddlu s-sejbiet f'dan ir-rigward peress li ma jiċħdux id-defiċjenzi iżda jipprovdu spjegazzjonijiet ġenerali dwar il-fatt li persuna privata waħda kkontrollat l-grupp kollu u li l-kumpaniji fil-grupp kienu għaddejjin minn fażi tranżitorja fil-proċess tal-integrazzjoni tan-negozju tagħhom.

(25)

Ftit qabel iż-żjarat ta' verifika dwar id-dumping, il-Kummissjoni rċeviet xi allegazzjonijiet appoġġati fl-istess okkażjoni b'dokumentazzjoni li tikkonċerna ż-żewġ produtturi esportaturi fir-RPĊ li għall-ewwel kien propost lilhom li jingħataw it-TES. Dawn l-allegazzjonijiet kienu eżaminati matul iż-żjarat tal-verifika dwar id-dumping.

(26)

Għall-produttur esportatur, l-allegazzjoni li waslet, speċifikament allegat li kien ta Artikoli ta' Assoċazzjoni foloz fil-formula tat-talba għat-TES u matul iż-żjara tal-verifika tat-TES. Il-Kummissjoni ngħatat kopji tal-Artikoli ta' Assoċjazzjoni allegatament genwini u l-Kuntratt tal-Proġett Konġunt korrispondenti bejn l-attivisti tal-kumpanija. Matul iż-żjara tal-verifika dwar id-dumping, il-produttur esportatur ipprovda kopja ċċertifikata tal-Artikoli ta' Assoċazzjoni tiegħu reġistrati mal-awtorità lokali li kienet l-istess dokument bla data bħal dak provdut mill-kumpanija fil-formula tat-talba tagħha għat-TES u matul iż-żjara fuq il-post konnessa mat-TES.

(27)

It-tqabbil ta' dan id-dokument ma' dak riċevut mill-Kummissjoni kif deskritt fil-premessi 25 u 26 hawn fuq juri differenzi fid-dati, fil-partijiet involuti u f'ċerti dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ir-restrizzjonijiet fuq l-impjieg ta' ħaddiema. Instabu aktar differenzi fir-rigward tar-restrizzjonijiet fuq il-bejgħ meta jitqabblu l-kuntratt tal-Proġett Konġunt sottomess mal-formula għat-talba tat-TES tal-kumpanija u dak riċevut mill-Kummissjoni.

(28)

Intbagħtet ittra lill-produttur esportatur li tinformah li din l-informazzjoni tista' tipprovdi raġunijiet biex ikun applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u talbitu jipprovdi aktar kummneti. Ir-risposta tal-produttur esportatur ma tatx spjegazzjonijiet suffiċjenti dwar id-differenzi li jneħħu d-dubji dwar l-awtentiċità tad-dokumenti inizjali u l-informazzjoni provduta mill-produttur esportatur fis-sottomissjoni tal-formula tat-talba tat-TES.

(29)

Dwar it-tieni produttur esportatur, l-allegazzjoni riċevuta speċifikament irreferiet għall-accounts verifikati falsifikati. Din l-allegazzjoni kienet eżaminata fuq il-post u kienu identifikati diskrepanzi fil-bilanċi imressqin mill-accounts mhux verifikati tal-2006 għall-ewwel dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati tal-2007. Barra minn hekk l-ebda ħlasijiet ta' miżati u pagamenti għas-snin 2007 u 2008 ma kienu reġistrati fir-records tal-kumpanija.

(30)

Intbagħtet ukoll ittra lill-produttur esportatur li tinformah dwar id-diskrepanzi misjuba fuq il-post u talbitu jipprovdi dokumenti. Kien infurmat ukoll li dawn is-sejbiet il-ġodda jistgħu jagħtu raġunijiet biex ikun applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Ir-risposta tal-produttur esportatur ma tat ebdainformazzjoni addizzjonali li tneħħi d-dubji dwar il-preċiżjoni u l-kompletezza taċ-ċifri ppreżentati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu. Għall-kuntrarju, fir-risposta tiegħu, il-produttur esportatur ammetta l-eżistenza ta' żewġ settijiet differenti ta' accounts b'ċifri differenti għall-2006 u li l-accounts tiegħu għall-2007 u l-2008 kien fihom żbalji li ma kinux irrappurtati lill-awditur.

(31)

Abbażi ta' dawn is-sejbiet hawn fuq kien ikkunsidrat li l-ewwel produttur esportatur ipprovda informazzjoni skorretta matul l-investigazzjoni. Abbażi ta' dan, kien deċiż li jkun applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u tinbidel l-proposta oriġinali li tingħatalhom it-TES.

(32)

Dwar it-tieni produttur esportatur kien deċiż li tkun rifjutata it-TES peress li ma ssosidisfax il-kriterju 2 tal-valutazzjoni tat-TES.

3.   It-trattament individwali (“TI”)

(33)

F’konformità mal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, dazju applikabbli għall-pajjiż kollu, jekk ikun hemm, jiġi stabbilit għall-pajjiżi li jaqgħu taħt dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu f’pożizzjoni juru li huma jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u għall-faċilitazzjoni ta' referenza biss, dawn il-kriterji huma stabbiliti hawn taħt:

fil-każ ta’ ditti li huma totalment jew parzjalment ta’ sidien barranin jew impriżi konġunti, l-esportaturi huma liberi li jibagħtu lura lejn pajjiżhom il-kapital u l-profitti;

il-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-esportazzjoni, u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ huma ddeterminati liberament;

il-parti l-kbira tal-ishma jappartjenu lil persuni privati. L-uffiċjali tal-Istat li jidhru fuq il-Bord tad-Diretturi jew li għandhom karigi maniġerjali prinċipali għandhom jew ikunu f’minoranza jew għandu jintwera li l-kumpanija xorta waħda hija indipendenti biżżejjed mill-indħil tal-Istat;

il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq; u

L-indħil mill-Istat mhux tali li jkun possibbli li l-esportaturi individwali ma jimxux mal-miżuri jekk jingħatawlhom rati differenti tad-dazju.

(34)

It-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li talbu it-TES talbu wkoll it-TI jekk ma jingġatawx it-TES. Abbażi tas-sejbiet hawn fuq, l-Artikolu 18 tar-regolament bażiku kien applikat għall-ewwel produttur esportatur u għalhekk it-TI kien irrifjutat. It-tieni produttur esportatur instab li jissodisfa l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku u għalhekk seta' jingħata it-TI.

(35)

Dwar it-tielet produttur esportatur (grupp ta' kumpaniji) li nstab li ma jissodisfax il-kriterji tat-TES, kien deċiż li jingħata t-TI peress li nstab li l-kumpanija tissodisfa l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 9(5) tar-regolament bażiku.

(36)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, kien stabbilit proviżjorjament li ż-żewġ produtturi esportaturi fir-RPĊ li ġejjin li kienu inklużi fil-kampjun jissodisfaw il-ħtiġijiet kollha għal TI kif stabbilit fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku:

Yuyao Mingda Fiberglass Co., Ltd

Grand Composite Group, magħmul minn:

Grand Composite Co. Ltd

Ningbo Grand Fiberglass Co. Ltd

Ningbo Grand Industrial Co. Ltd

4.   L-eżaminar individwali

(37)

Il-grupp ta' kumpaniji relatati mhux inklużi fil-kampjun li talbu eżami individwali talbu wkoll it-TES jew it-TI, jekk l-investigazzjoni tistabbilixxi li ma ssodisfawx il-kondizzjonijiet għat-TES, u wieġbu l-formula tat-talba tat-TES fi żmien id-data tal-iskadenza miftiehma.

(38)

L-informazzjoni sottomessa fil-formula tat-talba tat-TES mill-kumpanija li talbu l-eżami individwali ma kinitx verifikata. Din se tiġi ezaminata wara.

5.   Il-valur normali

(a)   L-għażla tal-pajjiż analogu

(39)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali gћall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES, gћandu jiġi stabbilit abbażi tal-prezzijiet domestiċi jew tal-valur normali kompost f'pajjiż analogu.

(40)

Fl-Avviż tal-inizjazzjoni l-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li tuża l-Istati Uniti tal-Amerika bħala pajjiż analogu xieraq bl-għan li jiġi stabbilit il-valur normali għar-RPĊ u stiednet lill-partijiet interessati sabiex jikkumentaw dwar dan.

(41)

Erba' produtturi esportaturi li kkoooperaw stqarrew li l-Istati Uniti tal-Amerika ma jkunx pajjiż analogu xieraq għaliex il-ħjut tal-fibra tal-ħġieġ li jużaw u li huma il-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, huwa ta' tip differenti ta' ħġieġ minn dak użat mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, u allura huwa ogħla. Huma pproponew ukoll li t-Turkija u t-Tajlandja jintużaw minflok peress li l-produtturi tal-prodott ikkonċernat f'dawn iż-żewġ pajjiżi jużaw l-istess tip ta' ħjut tad-drappijiet tal-ħġieġ bħall-produtturi esportaturi Ċiniżi.

(42)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk pajjiżi oħrajn ikunux għażla raġonevoli għall-pajjiż analogu u ntbagħtu kwestjonarji lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat fil-Kanada, il-Kroazja, it-Turkija u t-Tajlandja. Produttur wieħed biss tal-porodott ikkonċernat fl-Istati Uniti tal-Amerika u l-produttur uniku fil-Kanada wieġbu l-kwestjonarji.

(43)

Iż-żewġ swieq, dak Kanadiż u dak Statunitens, kienu eżaminati biex tkun determinata jekk jistgħux jitqiesu bħala pajjiż analogu. Fir-rigward tal-Kanada, minkejja li hemm produttur wieħed biss tal-prodott ikkonċernat, instab li dan il-pajjiż għandu suq miftuħ mingħajr dazju ta' importazzjoni u li l-kompetizzjoni fis-suq kienet żgurata minn importazzjonijiet sinifikanti tal-prodott ikkonċernat minn pajjiżi terzi diversi. Barra minn hekk, instab li l-produttur Kanadiż jimmanifattura kull tip tal-prodott ikkonċernat mhux bħal dak Statunitens li jimmanifattura biss tip wieħed tal-prodott simili, fatt li jippermetti kalkoli ta' valur normali għal kull tip tal-prodott ikkonċernat. L-investigazzjoni wriet li l-Kanada tista' proviżorjament titqies bħala pajjiż analogu xieraq għall-iskop biex jiġi stabbilit il-valur normali.

(44)

Id-dejta ppreżentata fit-tweġiba tal-produttur Kanadiż li kkoopera kienet ivverifikata fuq il-post u nstabet li hija tagħrif affidabbli li fuqu seta' jiġi bbażat il-valur normali.

(45)

Għalhekk huwa provviżorjament konkluż li l-Kanada hija pajjiż analogu xieraq u raġonevoli skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku.

(b)   Id-determinazzjoni tal-valur normali

(46)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tat-tagħrif ivverifikat riċevut mingħand il-produttur fil-pajjiż analogu kif stabbilit hawn taħt:

(47)

Il-bejgħ domestiku tal-produttur Kanadiż tal-prodott simili nstab li kien rappreżentattiv f’termini ta’ volum meta mqabbel mal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni mill-produttur esportatur li kkoopera.

(48)

Matul il-perjodu tal-investigazzjoni, il-bejgħ fis-suq domestiku lil konsumaturi mhux relatati nstab li jsir fil-kors ordinarju tal-kummerċ għat-tipi kollha tal-prodott simili mmanifatturati mill-produttur Kanadiż. Madankollu, minħabba differenzi fil-kwalità bejn il-prodott simili mmanifatturat u mibjugħ fil-Kanada u l-prodott ikkonċernat mir-RPĊ, kien meqjus aktar xieraq li jinbena valur normali sabiex jkunu jistgħu jitqiesu d-differenzi u jkun żgurat tqabbil kif deskritt fil-premessa 52.

(49)

F'konformità mal-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku, l-ammonti għall-SG&A u l-profitti kienu stabbiliti abbażi tad-dejta tal-produttur Kanadiż.

(c)   Il-prezzijiet tal-esportazzjoni għall-produtturi esportaturi li ngħataw t-TI

(50)

Billi l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw u li ngħataw it-TI għamlu bejgħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezzijiet ġew ibbażati fuq il-prezzijiet li effettivament tħallsu jew li għandhom jitħallsu għall-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(d)   Tqabbil

(51)

Il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ex-works.

(52)

Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Il-valur normali kien aġġustat għad-differenzi fil-kwalità tal-komponenti bħalma huma l-kimiċi u l-materji primi (tip ta' ħġieġ tal-ħjut). Saru aġġustamenti oħra, fejn kien xieraq, għat-taxxi indiretti, għall-ġarr tal-merkanzija fl-oċean, l-assigurazzjoni, l-ispejjeż tat-tqandil u l-ispejjeż anċillari, l-ippakkjar, il-kreditu, u l-ispejjeż bankarji fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, eżatti u appoġġati b’evidenza vverifikata.

6.   Il-marġnijiet tad-dumping

(a)   Gћall-produttur esportatur inkluż fil-kampjun li kkoopera u li ngћata t-TI

(53)

Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġnijiet tad-dumping għaż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun u li ngħataw it-TI ġew stabbiliti fuq il-bażi ta’ tqabbil ta’ valur normali medju differenzjat stabbilit għall-pajjiż analogu mal-prezz tal-esportazzjoni medju differenzjat tal-prodott ikkonċernat ta' kull kumpanija lill-Unjoni kif ġie stabbilit hawn fuq.

(54)

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping provviżorji, espressi bћala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma:

Il-kumpanija

Marġini tad-dumping provviżorju

Yuyao Mingda Fiberglass Co. Ltd

62,9  %

Grand Composite Co. Ltd u l-kumpanija relatata Ningbo Grand Fiberglass Co. Ltd

48,4  %

(b)   Gћall-produtturi esportaturi l-oћra kollha

(55)

Il-marġini tad-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ, mhux inklużi fil-kampjun, kien ikkalkulat bħala medju taż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li ngħataw it-TI skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku.

(56)

Sabiex ikun ikkalkulat il-marġini tad-dumping applikabbli fil-pajjiż kollu fuq il-produtturi esportaturi li ma kkooperawx l-oħra kollha fir-RPĊ kif ukoll fuq il-produtturi esportatur inkluż fil-kampjun li kien suġġett għall-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-livell ta' koooperazzjoni kien l-ewwel stabbilit bit-tqabbil tal-volum tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni rrappurtati mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ma' dak tal-istatistika tal-Eurostat.

(57)

Minħabba l-livell għoli ta’ koperazzjoni fl-investigazzjoni, billi l-kumpaniji li kienu qed jikkooperaw kienu jirrappreżentaw madwar 86 % tal-importazzjoni kollha mir-RPĊ tul il-PI, il-marġini tad-dumping għall-pajjiż kollu kien stabbilit bl-użu tal-ogħla wieħed mill-marġnijiet ta' dumping li nstab fil-każijiet taż-żewġ produtturi esportaturi li ngħataw it-TI.

(58)

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping proviżorji medji u mgħobbija u l-livell ta' dumping għall-pajjiż kollu espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma:

Il-Medja Mgħobbija tal-Kampjun għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun (Ara l-Anness I)

57,7  %

Ir-residwali għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx u Ningbo Weishan Duo Bao Building Materials Co Ltd

62,9  %

D.   ĦSARA

1.   Il-produzzjoni tal-Unjoni

(59)

Matul il-PI, il-prodott simili kien immanifatturat minn 19-il produttur fl-Unjoni. Il-produzzjoni ta' dawn il-produtturi tikkostitwixxi l-produzzjoni totali tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. Wara li l-informazzjoni nġabret jew kienet disponibbli mid-19-il produttur kollha li appoġġaw l-ilment, dawn il-produtturi minn hawn 'il quddiem se jissemmew bħala “l-industrija tal-Unjoni”.

(60)

Kif indikat fil-premessa 7 hawn fuq, tnax-il produttur tal-Unjoni pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Intgħażel kampjun ta' erba' produtturi li jirrappreżentaw madwar 70 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni.

2.   Il-konsum tal-Unjoni

(61)

Il-kalkolu tal-konsum tal-Unjoni kien bbażat fuq ċifri li hemm fl-ilment u supplimentati biċ-ċifri vverifikati miksubin mill-produtturi u l-importaturi li kkooperaw fl-investigazzjoni. Il-konsum tal-Unjoni kien għalhekk stabbilit fuq il-bażi tal-volum tal-bejgħ fl-Unjoni tal-prodott simili mmanifatturat mill-industrija tal-Unjoni u l-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat minn pajjiżi terzi.

(62)

Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

 

2006

2007

2008

2009

PI

Il-konsum tal-UE f'metri kwadri

534 641 644

644 081 493

673 885 434

584 086 575

597 082 715

Indiċi 2006=100

100

120

126

109

112

Sors: l-ilment ssupplimentat bid-dejta tal-kumpaniji li kkooperaw u ċ-ċifri tal-Eurostat.

(63)

Il-konsum tal-prodott ikkonċernat u tal-prodott simili fl-Unjoni żdied bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. Huwa żdied bi 26 % bejn l-2006 u l-2008, u mbagħad naqas b’17 % bejn l-2008 u l-2009. Matul il-PI il-konsum reġa żdied ftit. It-tnaqqis temporanju fl-2009 jista' jkun attribwit għal tnaqqis fis-suq tal-kostruzzjoni.

3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(a)   Volum, prezz u sehem tas-suq tal-importazzjonijiet dumped mill-pajjiż ikkonċernat

(64)

Il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ żdied bi 48 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Wara ix-xejra ta' konsum u t-tnaqqis fis-settur tal-kostruzzjoni, naqas bi ftit fl-2009. Mandakollu, xejra 'l fuq fit-tul ta' dawn l-importazzjonijiet hija ċara u ż-żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet kienet aktar b'saħħitha miż-żieda tal-konsum fl-Unjoni.

 

2006

2007

2008

2009

PI

L-importazzjonijiet Ċiniżi f'metri kwadri

206 145 893

290 395 250

318 345 286

294 111 736

304 218 214

Indiċi 2006=100

100

141

154

143

148

Sors: Eurostat u l-ilment.

(65)

Żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ kienet akkumpanjata minn tnaqqis fil-prezz medju tal-importazzjoni li naqas bi 12 % bejn l-2006 u l-PI.

 

2006

2007

2008

2009

PI

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi f'EUR

0,19

0,19

0,19

0,17

0,17

Indiċi 2006=100

100

99

101

89

88

Sors: Eurostat u dejta tal-ilment.

(66)

Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdied bi 32 % fil-perjodu kkunsidrat li f'dan il-każ ifisser żieda ta' kważi 13-il punt perċentwali. Fil-PI l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat jirrappreżenta sehem fis-suq kbir daqs 51 %

 

2006

2007

2008

2009

PI

Is-sehem tas-suq tal-importazzjoniijiet Ċiniżi

38,6  %

45,1  %

47,2  %

50,4  %

51,0  %

Indiċi 2006=100

100

117

123

131

132

Sors: Kalkolu.

(b)   L-effett fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(67)

Għall-finijiet tal-analiżi tal-bejgħ taħt il-prezz, il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-produttur esportatur Ċiniż tqabblu mal-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-PI, fuq il-bażi ta’ medja għal medja. Il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ġew aġġustati għal-livell nett ex-works, u mqabbla mal-prezzijiet tal-importazzjoni CIF. Dawn l-aħħar prezzijiet kienu aġġustati għad-dazju tal-importazzjonijiet u l-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni. Barra minn hekk, minħabba id-differenzi fil-kwalità bejn il-prodott ikkonċernat impurtat mir-RPĊ u l-prodott simili manifatturat mill-indistrija tal-Unjoni, sar aġġustament ieħor ta' kwalità mal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Dan l-aġġustament jirrifletti d-differenzi fil-parametri bħalma huma d-direzzjoni bejn il-makna u l-kontromakna, is-saħħa tad-drapp u l-elongazzjoni li ma kinux koperti kompletament bħala parametri fin-numru tal-kontroll tal-prodott.

(68)

Meta jitqies l-aġġustament tal-kwalità, il-marġini tal-medja mgħobbija tal-bejgħ minn taħt il-prezz misjub, espress bħala persentaġġ tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kien bejn 29,5 % u 30,2 % matul il-PI.

4.   Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(a)   Kummenti preliminari

(69)

F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indikaturi ekonomiċi rilevanti kollha li għandhom effett fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni.

(70)

Ta' min ifakkar li kif issemma fil-premessa 7 hawn fuq, il-Kummissjoni għażlet kampjun magħmul mill-erba' l-akbar produtturi tal-Unjoni f'termini ta' bejgħ u produzzjoni.

(71)

L-indikaturi li jirreferu għad-dejta makroekonomika, bħalma huma l-produzzjoni, il-kapaċità, il-volum tal-bejgħ eċċ, jirrelataw mal-industrija tal-Unjoni kollha (it-tabelli hawn taħt jirreferu għad-dejta makro bħala sors). L-indikaturi li jibqa' huma bbażati fuq dejta vverifikata mill-produtturi tal-kampjun. Dawn l-indikaturi jissejħu mikrodejta.

(72)

Matul l-investigazzjoni, instab li parti mill-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienet diretta permezz tal-kumpaniji relatati. Il-kumpaniji stqarrew li dawn it-tranżazzjonijiet għandhom ikunu ttrattati bħala bejgħ mhux relatat peress li stqarrew li r-relazzjonijiet bejn il-kumpaniji ma kinux diretti u l-bejgħ sar b'distinzjoni bejniethom. Madankolu, kien provviżorjament deċiż li jkunu esklużi dwan it-tranżazzjonijiet mill-kalkoli tal-marġini ta' ħsara u mill-indikatrui tal-ħsara peress li l-Kummissjoni se tagħmel aktar analiżi ta' dan il-bejgħ speċifiku. Saret eċċezzjoni għall-bejgħ relatat bejn żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun li għalihom il-mekkaniżmu ta' bejgħ mill-ġdid kien spjegat u seta' kien ivverifikat.

(b)   L-indikaturi tal-ħsara

Produzzjoni, kapaċità u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità

 

2006

2007

2008

2009

PI

Il-produzzjoni f'metri kwadri

382 225 680

428 658 047

457 433 396

374 603 756

367 613 247

Indiċi 2006=100

100

112

120

98

96

Il-kapaċità f'metri kwadri

496 396 987

510 307 199

579 029 615

527 610 924

548 676 487

Indiċi 2006=100

100

103

117

106

111

L-utilizzazzjoni tal-kapaċità

77  %

84  %

79  %

71  %

67  %

Sors: Makrodejta.

(73)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’4 %. B'mod ġenerali, ir-riżultat tal-produzzjoni segwa x-xejra fil-konsum jiġifieri żieda fis-snin 2006-2008 segwita bi tnaqqis qawwi fl-2009 u jerġa' tnaqqis żgħir matul il-PI. Għalhekk, kuntrarju għall-konsum, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma rkupratx fil-PI iżda saħansitra baqgħet tnaqqas.

(74)

L-utilizzazzoni tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu kkunsidrat naqset b'10 punti perċentwali minn 77 % fl-2006 għal 67 % fil-PI. Madankollu, ta' min jinnota li dan jista' jkun attribwit lill-fatt li l-kapaċità fiha nnifisha żdiedet xi ftit bħala riżultat tal-investiment tal-produtturi tal-Unjoni.

Stokkijiet

 

2006

2007

2008

2009

PI

L-istokkijiet tal-għeluq f'metri kwadrati

14 084 616

37 105 459

46 426 609

45 326 596

40 164 077

Indiċi 2006=100

100

263

330

322

285

Sors: Makrodejta.

(75)

Il-livell tal-ħażna tal-industrija tal-Unjoni kważi ttrippla matul il-perjodu kkunsidrat. Din ix-xejra tikkkoinċidi mat-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ u l-produzzjoni. Espress f'relazzjoni mal-volum ta' produzzjoni, il-livell tal-istokkijiet żdied minn ftit anqas minn 4 % fl-2006 għal fuq il-11 % fil-PI.

Volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq

 

2006

2007

2008

2009

PI

Il-volum tal-bejgħ f'metri kwadri

308 323 107

332 203 996

338 119 822

272 575 708

274 270 229

Indiċi 2006=100

100

108

110

88

89

Is-sehem tas-suq tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni

58  %

52  %

50  %

47  %

46  %

Indiċi 2006=100

100

89

87

81

80

Sors: Makrodejta.

(76)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas matul il-perjodu ikkunsidrat bi 11 % li rriżulta fit-telf tas-sehem tas-suq ta' 12-il punt perċentwali minn 58 % għal 46 % tal-konsum totali tal-Unjoni.

(77)

Prezzijiet tal-bejgħ

 

2006

2007

2008

2009

PI

Il-prezzijiet tal-bejgħ f'EUR

0,39

0,42

0,41

0,39

0,38

Indiċi 2006=100

100

106

105

99

97

Sors: Mikrodejta

(78)

Il-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lill-partijiet mhux relatati fl-UE naqas bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-industrija tal-Unjoni ma naqsitx il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha b'mod sinifikanti biex tikkompeti mal-importazzjonijiet dumped. Madankollu, din ikkontriwixxit għal telf sinifikanti fis-sehem tas-suq matul il-perjodu kkunsidrat.

Profitt

 

2006

2007

2008

2009

PI

Il-profitt medju qabel it-taxxa

6  %

18  %

14  %

10  %

12  %

Indiċi 2006=100

100

309

234

166

212

Sors: Mikrodejta.

Investimenti, ir-redditu fuq l-investiment, il-likwidità tal-flus u l-ħila għall-akkwist tal-kapital

 

2006

2007

2008

2009

PI

Investimenti (EUR)

1 674 651

4 727 666

4 630 523

4 703 158

5 049 713

Redditu fuq l-assi netti

5  %

24  %

16  %

5  %

9  %

Likwidità tal-flus (EUR)

11 176 326

16 454 101

15 469 513

11 883 024

14 031 017

Sors: Makrodejta.

(79)

Kif kien spjegat fil-premessa 68 hawn fuq, matul il-perjodu kkunsidrat kien hemm pressjoni sinifikanti fuq il-prezz eżerċitat mill-importazzjonijiet Ċiniż fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżomm kondizzjoni finanzjarja tajba bejn l-2006 u l-2007 meta l-profittabbilità żdiedet minn 6 % għal 18 %. Minn hemm bdiet tnaqqas u stabbiliet għal 12 % fil-PI. Indikaturi finanzjarji oħrajn, bħalma huma r-redditu fuq l-assi u l-likwidità tal-flus baqgħu pożittivi wkoll. Fi kliem ieħor, l-industrija tal-Unjoni ma daħlitx f'kompetizzjoni agressiva tal-prezzijiet mal-importazzjonijiet Ċiniżi. Minflok huma għażlu li jimpenjaw irwieħhom fi proċess ta' ristrutturar u investew f'teknoloġiji ġodda tal-produzzjoni biex ikabbru l-kwalità tal-prodott tagħhom u jnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni fit-tul. Madankollu, dan sar a spejjeż tat-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ u telf mis-sehem tas-suq bi profitt għall-kompetituri Ċiniżin tagħhom. Ta' min isemmi li l-kalkolu tal-profitt hawn fuq ma jikkunsidrax l-ispejjez straordinarji tal-istrutturar irrappurtati minn xi produtturi inklużi fil-kampjun. Li kieku kellhom jitqiesu dawn l-ispejjeż, il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni tkun sostanzjalment aktar baxxa. Konsegwentement din taffettwa b'mod negattiv l-indikaturi finanzjarji l-oħra elenkati hawn fuq.

(80)

Matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Unjoni xorta baqgħet iżżomm livell għoli ta' investiment bl-għan li tnaqqas l-ispejjeż tal-manifattura u tiżviluppa metodu ajtar effiċjenti ta' produzzjoni. Matul il-PI l-investimenti aktar milli ttripplaw meta mqabbla maċ-ċifra tas-sena 2006.

(81)

Il-ħila għall-akkwist tal-kapital ma tqajmitx bħala kwistjoni mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(82)

L-impjiegi, il-produttività u l-pagi

 

2006

2007

2008

2009

PI

Impjiegi

1 492

1 431

1 492

1 247

1 180

Indiċi 2006=100

100

96

100

84

79

L-ispiża medja tax-xogħol għal kull ħaddiem (EUR)

14 046

14 761

16 423

15 471

15 360

Produttività għal kull ħaddiem (metri kwadri)

237 853

283 882

281 761

277 954

289 066

Sors: Mikrodejta minbarra l-Impjiegi – makrodejta.

(83)

L-għadd ta' impjegati fl-industrija tal-Unjoni involuti fil-prodott simili naqas b'mod sinifikanti matul il-perjodu meqjus bi 21 %. Minkejja il-livell għoli ta' ħlasijiet, sa mill-2008 l-industrija tal-Unjoni addizzjonalment naqqset l-ispejjeż medji tax-xogħol għal kull ħaddiem. Bħala riżultat, il-produttività espressa f’termini ta’ produzzjoni għal kull ħaddiem, żdiedet tul il-perjodu meqjus.

(c)   Id-daqs tad-dumping

(84)

Meta wieħed iqis il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat, l-impatt fuq is-suq tal-Unjoni tal-marġni attwali tad-dumping ma jistax jiġi kkunsidrat bħala negliġibbli matul il-PI.

5.   Il-konklużjoni dwar il-ħsara

(85)

Mela kif jidher ċar mill-analiżi tal-ħsara, matul il-perjodu meqjus l-industrija tal-Unjoni sofriet telf sostanzjali fil-volum tal-bejgħ u l-produzzjoni, fl-utilizzazzjoni tal-kapaċità, is-sehem tas-suq u n-numru ta' impjegati, li naqsu b'mod sinifikanti bi 21 % wara l-isforzi tar-ristrutturar mill-industrija. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx kapaċi tieħu vantaġġ mit-tkabbir tas-suq li kien kompletament meħud mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Tabilħaqq, iż-żieda ta' 48 % fil-volum tal-importazzjonijiet matul il-perjodu meqjus kien wisq akbar miż-żieda ta' 12 % fil-konsum tal-Unjoni.

(86)

Huwa maħsub li l-bejgħ taħt il-prezz sinifikanti kontinwu mill-importazzjonijiet dumped Ċiniżi tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni se jkompli jaffettwa b'mod negattiv il-volum tal-bejgħ u għalhekk inevitabbilment is-sitwazzjoni ekonomika finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. Fit-tul medju, il-profittabilità u l-indikaturi finanzjarji l-oħra tal-kumpaniji Ewropew huma mistennija li jiddeterjoraw.

(87)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

E.   KAWŻALITÀ

1.   Daħla

(88)

Skont l-Artikoli 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni sal-grad suffiċjenti li tkun ikkunsidrata bħala materjali. Il-fatturi magħrufa, minbarra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li fl-istess ħin jista’ jkun li għamlu ħsara lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati wkoll sabiex jiġi żgurat li l-ħsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma ġietx attribwita għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

2.   Effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(89)

Matul il-perjodu meqjus, il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ żdied bi kważi 50 % u kiseb sehem sostanzjali tas-suq fis-suq tal-Unjoni. F’parallel kien hemm deterjorazzjoni diretta u komparabbli fil-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni billi hija l-uniku parteċipant sinifikanti ieħor fis-suq tal-Unjoni, peress li l-importazzjonijiet minn sorsi oħra huma negliġibbli.

(90)

Iż-żieda kontinwa fil-volum tal-importazzjonijiet dumped kienet akkumpanjata minn tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Matul il-perjodu meqjus il-prezz medju tal-importazzjoni mir-RPĊ derivat mill-istatistika tal-importazzjonijiet tal-Eurostat kien ta' madwar 50 % aktar baxx mill-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni. Anke wara aġġustament fid-differenzi fil-kwalità, il-marġini tal-qtugħ minn taħt ikkalkulat għall-produtturi esportaturi Ċiniżi mogħtija t-TI kienu ta' madwar 35 % matul il-PI. Għalhekk, jista' jiġi konkluż b'mod raġonevoli li l-importazzjonijiet dumped kienu responsabbli għad-dipressjoni fil-prezzijiet fl-2009 u fil-PI iżda fuq kollox, għat-telf sinifikanti fis-sehem tas-suq imħarrba mill-indutrija tal-Unjoni matul il-perjodu meqjus.

(91)

Minħabba l-koinċidenza stabbilita b’mod ċar fiż-żmien bejn, fuq naħa waħda, iż-żieda f’daqqa tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezzijiet taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u, fuq in-naħa l-oħra, it-telf tal-bejgħ u l-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, it-tnaqqis fis-sehem tas-suq, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping qed jikkawzaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni.

3.   Effetti ta’ fatturi oħra

(a)   Prestazzjoni ta’ esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

 

2006

2007

2008

2009

PI

L-esportazzjonijiet f'metri kwadri

48 288 843

39 478 526

43 447 744

35 884 733

36 003 755

Indiċi 2006=100

100

82

90

74

75

Sors: Makrodejta.

(92)

Il-volum tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b'25 % matul il-perjodu kkunsidrat iżda l-esportazzjonijiet jirrappreżentaw biss medja ta’ madwar 8 % tal-bejgħ totali. Għalhekk, l-impatt tat-tnaqqis fl-esportazzjonijiet fuq il-prestazzjoni ġenerali tal-industrija tal-Unjoni kienet kemmxejn limitata.

(b)   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(93)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kienu negliġibbli matul il-perjodu kkunsidrat u ma setgħux ikkontribwixxew għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(c)   L-impatt tal-kriżi fl-industrija tal-kostruzzjoni

(94)

L-impatt tal-kriżi ekonomika fl-industrija tal-kostruzzjoni tista' tidher biċ-ċar fid-dejta tal-konsum sa mill-2009. Madankollu, il-kriżi affettwat kemm lill-industrija tal-Unjoni kif ukoll lill-esportaturi Ċiniżi bl-istess mod. Madankollu, l-investigazzjoni tal-ħsara wriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi komplew jiksbu sehem mis-suq a spejjeż tal-industrija tal-Unjoni anke fi żmien il-kriżi.

(95)

Barra minn hekk, l-impatt tal-kriżi kellu ċerti effetti negattivi fuq is-suq tal-Unjoni matul perjodu relattivament qasir peress li diġà kien hemm sinjali ta' rkupru fil-PI.

(96)

Għaldaqstant, l-impatt tal-kriżi ma kissirx il-konnessjoni każwali bejn l-importazzjonijiet dumped u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

4.   Il-konklużjoni dwar il-kawżalità

(97)

Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-ħsara materjali li saret lill-industrija tal-Unjoni kienet ikkawżata mill-importazzjonijiet ikkonċernati li huma l-oġġett ta’ dumping.

(98)

Ġew eżaminati għadd ta’ fatturi minbarra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping iżda l-ebda minn dawn ma setgħu jispjegaw it-telf serju fis-sehem tas-suq, il-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ li seħħew fil-perjodu meqjus u b'mod partikolari l-PI. Dan it-telf li jaħbat eżatt maż-żidiet fil-volumi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ.

(99)

Meta wieħed iqis l-analiżi t’hawn fuq li ddistingwiet kif suppost u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti ta’ ħsara tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet mir-RPĊ ikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

F.   L-INTERESS TAL-UNJONI

1.   Rimarki ġenerali

(100)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk, minkejja il-konklużjoni provviżorja fuq l-eżistenza dumping ta' ħsara, jeżistux raġunijiet konvinċenti li setgħu jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri provviżorji f'dan il-każ partikolari. Għal dan il-għan, u skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, l-impatt tal-miżuri possibbli fuq il-partijiet kollha involuti f’din il-proċedura u anke l-konsegwenzi li ma jittieħdux il-miżuri ġew ikkunsidrati fuq il-bażi tal-evidenza kollha ppreżentata.

2.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(101)

L-analiżi tal-ħsara wriet b’mod ċar li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet minħabba l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Iż-żieda fil-preżenza tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fis-snin riċenti kkawżat soppressjoni tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni u telf sinifikanti tas-sehem tas-suq lill-industrija tal-Unjoni.

(102)

L-investigazzjoni wriet li kull żieda fis-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat tinkiseb bi ħsara diretta għall-industrija tal-Unjoni. Ta' min jenfasizza li l-prodott ikkonċernat huwa prodott importanti f'termini ta' dħul tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li huwa sa 40 % tad-dħul tal-bejgħ tagħhom. Mingħajr l-impożizzjoni tal-miżuri probabbilment se jkun hemm aktar deterjorazzjoni tas s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fid-dawl tal-pressjoni fit-tul fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet dumped mir-RPĊ fuċ is-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-isforzi li saru mill-industrija tal-Unjoni biex tirristrutturizza u ttejjeb l-kwalità tal-prodott tagħha se jkun imminati kompletament. L-impożizzjoni ta’ miżuri se treġġa’ l-prezz tal-importazzjoni f’livelli mhux ta’ ħsara, u tippermetti li l-industrija tal-Unjoni tikkompeti taħt ċirkostanzi tal-kummerċ ġusti.

(103)

Għalhekk qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-impożizzjoni tal-miżuri b’mod ċar tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

3.   L-interess tal-importaturi

(104)

L-impatt li l-miżuri aktarx ikollhom fuq l-importaturi ġie kkunsidrat skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku. F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li erba' importaturi mhux relatati kkooperaw fl-investigazzjoni bit-total tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat jammontaw għal 15 % tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fil-PI.

(105)

Abbażi tad-dejta vverifikata fuq il-post għall-akbar importaturi li kkooperaw l-impatt tal-miżuri fuq din il-kumpanija ma għandux ikun sinifikanti peress li l-prodott ikkonċernat jirrappreżenta parti żgħira biss tad-dħul tagħha.

(106)

Madankollu l-kumpanija osservat li l-kapaċità tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni hija aktar baxxa mid-domanda preżenti li allegatament hija mistennija li tikber. Il-kumpanija rrimarkat ukoll li hemm sorsi limitati ta' provista minn pajjiżi terzi. Għalhekk, hi tistenna tħarbit fil-provisti jekk il-livell tad-dazji jkun għoli wisq. F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li fid-dawl tal-qtugħ minn taħt sinifikanti tal-livell propost ta' miżuri, li jikkonsidra d-differenzi fil-kwalità bejn il-prodott ikkonċernat importat mir-RPĊ u l-prodott simili mmanifatturat mill-industrija tal-Unjoni, mhux mistenni li jiġu eliminati l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ lejn l-Unjoni.

4.   L-interess tal-utenti u tal-konsumaturi

(107)

Intbagħtu kwestjonarji lil 13il-utent magħrufa. Madankollu, l-ebda minnhom ma ppreżenta risposta u lanqas ma kkopera fil-proċediment. Wara l-pubblikazzjoni tal-avviż tal-inizzjazzjoni ta’ dan il-proċediment, ma waslet l-ebda rappreżentazzjoni mingħand organizzazzjonijiet tal-konsumaturi.

(108)

Għalhekk, fid-dawl ta' nuqqas ta' informazzjoni dwar il-proporzjon tal-prodott ikkonċernat fl-ispiża tal-produzzjoni tal-prodotti downstream jew is-sehem tal-bejgħ tal-prodotti downstream f'relazzjoni mal-fatturat totali tal-utenti, mhux possibbli f'dan l-istadju tal-investigazzjoni li jkun eżaminat l-impatt tal-miżuri fuq dawn il-kumpaniji. Madankollu, in-nuqqas ta' kooperazzjoni jista' jidher bħala indikazzjoni ta' impatt kemmxejn limitat fuq l-utenti.

5.   Il-konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(109)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż b’mod provviżorju li globalment, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli dwar l-interess tal-Unjoni, ma hemmx raġunijiet serji kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ.

G.   PROPOSTA GĦALL-MIŻURI PROVVIŻORJI TA’ ANTIDUMPING

(110)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa hawn fuq fir-rigward ta’ dumping, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri provviżorji ta' antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ għandhom jiġu imposti sabiex jipprevenu milli tiġi kkawżata aktar ksara lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

1.   Il-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara

(111)

Il-livell tal-miżuri anti-dumping provviżorji għandu jkun suffiċjenti sabiex tiġi eliminata l-ħsara lill-industrija tal-Unjoni kkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, mingħajr ma jinqabżu l-marġnijiet ta’ dumping misjuba.

(112)

Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju neċessarju għat-tneħħija tal-effetti tad-dumping dannuż, ġie kkunsidrat li kwalunkwe miżura għandha tħalli lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tagħha u tagħmel qligħ qabel it-taxxa li jista' jinkiseb raġonevolment taħt kondizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni, jiġifieri fl-assenza ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping. Il-marġni tal-qligħ ta’ qabel it-taxxa użat għal din il-kalkulazzjoni kien 12 % tad-dħul. Dan kien il-livell medju ta' profitt miksub mill-industrija tal-Unjoni fis-snin 2006-2007. Meta wieħed iżomm f’moħħu li l-profitabbiltà tal-prodott ikkonċernat kienet affettwata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping huwa ċar li dan il-livell ta’ profitt huwa prudenti u mhux eċċessiv. Fuq il-bażi msemmija hawn fuq, ġie kkalkulat prezz li mhux ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili. Peress li l-profitt immirat huwa ugwali għall-profitt attwali tal-industrija tal-Unjoni fil-PI il-prezz ex-works medju mgħobbi ttieħed bħala referenza.

(113)

Iż-żieda fil-prezz neċessarja mbagħad ġiet determinata għal kull wieħed mill-produtturi esportaturi mogħtija t-TI li kkooperaw abbażi ta’ tqabbil tal-medja peżat tal-prezz ta' importazzjoni, kif stabbilit għall-kalkulazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezzijiet, mal-prezz medju mhux dannuż tal-prodotti mibjugħin mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Id-differenza li tirriżulta minn dan il-paragun imbagħad ġiet espressa bħala perċentwali tal-valur CIF medju tal-importazzjoni.

(114)

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping provviżorji, espressi bћala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma:

Il-kumpanija

Il-marġni provviżorju tal-ħsara

Yuyao Mingda Fiberglass Co. Ltd

69,1  %

Grand Composite Co. Ltd u l-kumpanija relatata tagħha Ningbo Grand Fiberglass Co. Ltd

66,8  %

(115)

F'konformità tal-metodu użat għall-kalkolu tal-marġini ta' dumping, il-marġini ta' ħsara għall-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ, mhux inklużi fil-kampjun kien kkalkulat bħala medja peżata taż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li ngħataw t-TI.

(116)

Wara l-metodu tal-kalkolu tal-marġini ta' dumping, il-marġini ta' ħsara fil-pajjiż kollu applikabbli fuq il-produtturi esportaturi kollha li ma kkooperawx fir-RPĊ kif ukoll għall-produttur esportatur inkluż fil-kampjun li kien soġġett għall-Artikolu 18 kien stabbilit li jintuża l-ogħla marġini misjub għaż-żewġ produtturi esportaturi li ngħataw it-TI.

(117)

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping proviżorji medji u mgħobbija u l-livell ta' dumping għall-pajjiż kollu espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma:

Il-medja mgħobbija tal-kampjun għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun

68,2  %

Ir-residwali għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx u Ningbo Weishan Duo Bao Building Materials Co Ltd

69,1  %

2.   Miżuri provviżorji

(118)

Skont dak li ntqal, huwa kkunsidrat li, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, miżuri anti-dumping provviżorji għandhom ikunu imposti fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ fil-livell tal-marġini l-iktar baxx tad-dumping u tal-ħsara, skont ir-regola tal-inqas dazji.

(119)

Ir-rati tad-dazju antidumping ta’ kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. B’hekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (għall-kuntrarju tad-dazju għall-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk applikabbli esklussivament għall-importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u prodotti mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. Il-prodotti impurtati magħmulin minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom jiġu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(120)

Kwalunkwe talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping gћal kumpaniji individwali (eż. wara bdil fl-isem tal-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi minnufih indirizzata lill-Kummissjoni (3) bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u tal-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament se jiġi emendat skont il-każ billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jgawdu mir-rati tad-dazju individwali.

(121)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju antidumping, il-livell ta’ dazju li jibqa’ m’għandux jiġi applikat għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx biss iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhom l-ebda esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI.

(122)

Il-marġini ta' dumping u l-ħsara kif ukoll d-dazji provviżorji ta' antidumping huma stabbilit kif ġej:

Il-kumpanija

Il-marġini tad-dumping

Il-marġni ta’ dannu

Id-dazju provviżorju

Yuyao Mingda Fiberglass Co. Ltd

62,9  %

69,1  %

62,9  %

Grand Composite Co. Ltd u l-kumpanija relatata tagħha Ningbo Grand Fiberglass Co. Ltd

48,4  %

66,8  %

48,4  %

Il-medja peżata tal-kampjun għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun

57,7  %

68,2  %

57,7  %

Ir-residwali għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx u Ningbo Weishan Duo Bao Building Materials Co Ltd

62,9  %

69,1  %

62,9  %

H.   ŻVELAR

(123)

Is-sejbiet provviżorji ta’ hawn fuq se jkunu żvelati lill-partijiet interessati kollha li se jkunu mistiedna jibgħatu fehmiethom bil-miktub u jitolbu seduta ta’ smigħ. Il-kummenti tagħhom se jiġu analizzati u se jitqiesu fejn ikun iġġustifikat qabel ma ssir kwalunke determinazzjoni definittiva. Barra minn hekk, irid jiġi ddikjarat li s-sejbiet dwar l-impożizzjoni ta’ dazji ta’ antidumping magћmula gћall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jistgħu jkollhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-għanijiet ta’ kwalunkwe sejba definittiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju provviżroju ta' antidumping hu hawnhekk impost fuq l-importazzjonijiet tad-drappijiet b'malja miftuħa tal-fibra tal-ħġieġ, ta' daqs ta' ċellola ta' aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisgħa u li tiżen aktar minn 35 g/m2, li bħalissa huma fil-kodiċi tan-NM ex 7019 40 00, ex 7019 51 00, ex 7019 59 00, ex 7019 90 91 u ex 7019 90 99 (il-kodiċi tat-TARIC 7019400011, 7019400021, 7019400050, 7019510010, 7019590010, 7019909110 u 7019909950) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping provviżorja applikabbli għall-prezz nett, ħieles fuq il-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun:

Il-kumpanija

Dazju (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Yuyao Mingda Fiberglass Co. Ltd

62,9

B006

Grand Composite Co. Ltd u l-kumpanija relatata tagħha Ningbo Grand Fiberglass Co. Ltd

48,4

B007

Kumpaniji elenkati fl-Anness I

57,7

B008

Il-kumpaniji l-oħra kollha

62,9

B999

3.   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kondizzjoni li tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Jekk l-ebda tali fattura ma tiġi ppreżentata, japplika d-dazju applikabbli fuq il-kumpaniji kollha l-oħra.

4.   Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-provvediment ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont ta’ dazju provviżorju.

5.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana.

Artikolu 2

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw sabiex jinstemgħu verbalment mill-Kummissjoni sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 131, 20.05.2010, p. 6.

(3)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat-Ġenerali gћall-Kummerċ, id-Direttorat H, 1049 Brussell, il-Belġju.


ANNESS I

Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw, mhux inklużi fil-kampjun (il-kodiċi addizzjonali tat-TARIC B008)

Jiangxi Dahua Fiberglass Group Co., Ltd

Lanxi Jialu Fiberglass Net Industry Co., Ltd

Cixi Oulong Fiberglass Co., Ltd

Yuyao Feitian Fiberglass Co. Ltd

Jiangsu Tianyu Fibre Co Ltd

Jia Xin Jinwei Fiber Glass Products Co., Ltd

Jiangsu Jiuding New Material Co., Ltd

Changshu Jiangnan Glass Fiber Co., Ltd.

Shandong Shenghao Fiber Glass Co., Ltd

Yuyao Yuanda Fiberglass Mesh Co., Ltd

Ningbo Kingsun Imp & Exp Co Ltd

Ningbo Londex Industrial Co., Ltd

Nankang Luobian Glass Fibre Co., Ltd

Changshu Dongyu Insulated Compound Materials Co. Ltd


ANNESS II

Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej għandha tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):

1.

L-isem u l-kariga tal-uffiċjal tal-entità li qed joħroġ il-fattura kummerċjali.

2.

Id-dikjarazzjoni li ġejja:

“Jiena, hawn taћt iffirmat, niċċertifika li (il-volum) tad-drappijiet b'malja miftuħa tal-fibra tal-ħġieġ, li nbiegћ gћall-esportazzjoni fl-Unjoni Ewropea u li huwa kopert b’din il-fattura ġie manifatturat minn (l-isem u l-indirizz reġistrat tal-kumpanija) (il-kodiċi addizzjonali TARIC) fi (il-pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett.

Data u firma”


17.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 139/2011

tas-16 ta’ Frar 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Frar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

120,5

JO

87,5

MA

64,8

TN

102,0

TR

99,5

ZZ

94,9

0707 00 05

JO

204,2

MK

171,4

TR

181,4

ZZ

185,7

0709 90 70

MA

46,6

TR

112,9

ZZ

79,8

0805 10 20

EG

58,7

IL

65,6

MA

56,3

TN

55,4

TR

71,0

ZZ

61,4

0805 20 10

IL

147,7

MA

87,3

TR

79,6

ZZ

104,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

66,4

IL

118,8

JM

80,9

MA

115,0

TR

59,8

ZZ

88,2

0805 50 10

EG

62,1

MA

49,3

TR

50,8

ZZ

54,1

0808 10 80

CA

91,1

CL

54,0

CM

52,0

CN

72,6

MK

51,2

US

128,0

ZZ

74,8

0808 20 50

AR

130,7

CL

60,7

CN

71,5

US

113,1

ZA

104,9

ZZ

96,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


17.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 140/2011

tas-16 ta’ Frar 2011

li jirtira s-sospensjoni tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet ta’ ċerti liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta’ tariffi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (‘ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS’) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi Komunitarji fis-settur taz-zokkor (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

It-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni li jikkonċernaw in-numru/i tal-ordni 09.4320 ġew sospiżi mit-28 ta’ Settembru 2010 bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 854/2010 tas-27 ta’ Settembru 2010 li jiffissa l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li saret applikazzjoni għalihom mit-8 sal-14 ta’ Settembru 2010 għall-prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta’ tariffi u s-sospensjoni tat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji bħal dawn (3), skont ir-Regolament (KE) Nru 891/2009.

(2)

Wara n-notifiki dwar liċenzji mhux użati u/jew użati parzjalment, saru disponibbli mill-ġdid kwantitajiet għal dak in-numru tal-ordni. Is-sospensjoni tal-applikazzjonijiet għandha għalhekk tiġi rtirata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sospensjoni stipulata bir-Regolament (UE) Nru 854/2010 tat-tressiq ta’ appplikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għan-numru/i tal-ordni 09.4320 mit-28 ta’ Settembru 2010 qed tiġi irtirata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.

(3)  ĠU L 253, 28.9.2010, p. 52.


17.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 141/2011

tas-16 ta’ Frar 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 134/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Frar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 41, 15.2.2011, p. 6.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-17 ta’ Frar 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

57,94

0,00

1701 11 90  (1)

57,94

0,00

1701 12 10  (1)

57,94

0,00

1701 12 90  (1)

57,94

0,00

1701 91 00  (2)

53,69

1,36

1701 99 10  (2)

53,69

0,00

1701 99 90  (2)

53,69

0,00

1702 90 95  (3)

0,54

0,20


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

17.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/31


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/106/PESK

tal-15 ta’ Frar 2011

dwar l-adattament u l-estensjoni tal-perjodu ta' applikazzjoni tal-miżuri fid-Deċiżjoni 2002/148/KE li tikkonkludi l-konsultazzjonijiet maż-Żimbabwe skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1) u rivedut f'Ouagadougou, Burkina Faso fit-23 ta’ Ġunju 2010 (2), (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 96 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, li jiltaqgħu fil-Kunsill, dwar miżuri li għandhom jittieħdu u proċeduri li għandhom ikunu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2002/148/KE (4), il-konsultazzjonijiet mar-Repubblika taż-Żimbabwe taħt l-Artikolu 96(2)(c) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE ngħalqu u ttieħdu miżuri xierqa kif speċifikat fl-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/97/CFSP (5), il-miżuri msemmija fl-Anness għad-Deċiżjoni 2002/148/KE ġew adottati u l-perijodu ta’ applikazzjoni tagħhom ġie estiż għal perjodu ta' 12-il xahar sal-20 ta' Frar 2011.

(3)

Il-ħolqien ta’ Gvern ta' Għaqda Nazzjonali (GNU) fiż-Żimbabwe ġie rikonoxxut bħala opportunità biex tiġi stabbilita mill-ġdid relazzjoni kostruttiva bejn l-Unjoni Ewropea u ż-Żimbabwe u biex tiġi sostnuta l-implimentazzjoni tal-programm ta’ riformi taż-Żimbabwe.

(4)

Madankollu, dan qed jiġi mminat min-nuqqas ta' progress mill-GNU biex jimplimenta ċerti elementi essenzjali tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, li għalih il-GNU kien impenja ruħu fil-Ftehim Politiku Globali (FPG).

(5)

Il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri msemmija fid-Deċiżjoni 2002/148/KE għandu għalhekk jiġi estiż. Il-miżuri għandhom jiġu kostantement reviżjonati fid-dawl ta’ progress konkret fuq il-post.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżuri msemmijin fl-ittra annessa ma’ din id-Deċiżjoni huma b’dan estiżi bħala miżuri xierqa skont it-tifsira tal-Artikolu 96(2)(c) tal-Ftehim tas-Sħubija AKP-UE.

Dawn il-miżuri għandhom japplikaw sal-20 ta’ Frar 2012. Huma għandhom jinżammu taħt reviżjoni kontinwa.

Artikolu 2

L-ittra annessa ma’ din id-Deċiżjoni għandha tiġi indirizzata lill-President Mugabe taż-Żimbabwe, u kopji tagħha għandhom jintbagħtu lill-Prim Ministru Tsvangirai u lid-Deputat Prim Ministru Mutambara.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Frar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MATOLCSY Gy.


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.

(3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 376.

(4)  ĠU L 50, 21.2.2002, p. 64.

(5)  ĠU L 44, 16.2.2010, p. 20.


ANNESS

ITTRA LILL-PRESIDENT TAŻ-ŻIMBABWE

L-Unjoni Ewropea tagħti importanza kbira lid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE. Bħala elementi essenzjali ta’ dak il-Ftehim ta’ Sħubija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għall-istituzzjonijiet demokratiċi u għall-istat tad-dritt jiffurmaw il-bażi tar-relazzjonijiet tagħna.

Bl-ittra datata 19 ta’ Frar 2002, l-Unjoni Ewropea infurmatek bid-Deċiżjoni tagħha li tikkonkludi l-konsultazzjonijiet li saru skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE u li tieħu miżuri xierqa fis-sens tal-Artikolu 96(2)(c) ta’ dak il-Ftehim.

Bl-ittra datata 15 ta' Frar 2010, l-Unjoni Ewropea infurmatek bid-deċiżjoni tagħha li ma tirrevokax il-miżuri xierqa u testendi l-perjodu ta' applikazzjoni sal-20 ta' Frar 2011.

Minn meta twaqqaf il-Gvern ta' Għaqda Nazzjonali (GNU) fl-2009, il-progress miksub ibbażat fuq il-Ftehim Politiku Globali (FPG) kien milqugħ mill-Unjoni Ewropea. L-Unjoni Ewropea ttenni l-importanza kbira li tagħti lid-djalogu politiku, kif previst fl-Artikolu 8 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, li nbeda uffiċjalment wara talba tal-Gvern taż-Żimbabwe waqt it-Trojka Ministerjali bejn l-Unjoni Ewropea u ż-Żimbabwe fit-18 u d-19 ta’ Ġunju 2009 fi Brussell. Fil-Laqgħa Ministerjali l-aktar reċenti fit-2 ta' Lulju 2010, Delegazzjoni inklussiva miż-Żimbabwe immexxija mill-Ministru Mangoma, għaddiet verżjoni aġġornata tal-Pjan ta' Impenn tal-FPG. L-Unjoni Ewropea ħadet nota tal-progress li sar s'issa fl-implimentazzjoni tal-FPG u infurmat lill-Gvern taż-Żimbabwe permezz tal-ittra datata 29 ta' Settembru 2010 bl-allokazzjoni indikattiva tal-għaxar EDF (EUR 130 miljun biex isiru disponibbli meta jitneħħa l-Artikolu 96 u jiġi ffirmat id-Dokument ta' Strateġija għall-Pajjiż). L-Unjoni Ewropea tibqa' impenjata li tintensifika aktar id-djalogu politiku tal-Artikolu 8.

L-Unjoni Ewropea tappoġġa l-isforzi li qed tagħmel il-GNU biex timplimenta l-FPG, u tilqa' l-kisbiet li saru biex tiġi stabbilita l-ekonomija u biex jiġu restawrati servizzi soċjali bażiċi. Madankollu, l-Unjoni Ewropea jisgħobbiha min-nuqqas ta' progress fi ftehimiet politiċi ewlenin tal-FPG.

L-Unjoni Ewropea tinkoraġġixxi lill-partijiet kollha li jifformaw il-GNU biex jibqgħu impenjati għall-implimentazzjoni tar-riformi demokratiċi kif imniżżla fil-GPA. L-Unjoni Ewropea tqis li l-progress f'dan il-qasam, bħall-fehim bejn il-partijiet kollha għall-GNU dwar passi konkreti lejn il-ħolqien ta' ambjent għal elezzjonijiet paċifiċi u kredibbli, huwa ta' importanza kbira.

F'dan il-kuntest, l-Unjoni Ewropea tilqa' d-diplomazija reġjonali intensifikata u l-isforzi tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC) u l-Istati Membri tagħha għall-ħolqien ta' ambjent li jwassal għall-elezzjonijiet.

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-Unjoni Ewropea ddeċidiet li testendi l-perijodu ta' applikazzjoni tal-miżuri adatti mniżżlin fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/148/KE u adattati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/97/PESK sal-20 ta' Frar 2012. L-Unjoni Ewropea tixtieq tassigura liż-Żimbabwe dwar ir-rieda kontinwa tagħha li timpenja ruħha u tirrevedi fi kwalunkwe ħin ir-restrizzjonijiet fuq il-kooperazzjoni għall-iżvilupp. Aħna nittamaw li jkun jista' jsir progress konkret fil-post li jippermetti li terġa' tibda kooperazzjoni sħiħa. F'dan il-kuntest, l-Unjoni Ewropea ser issegwi mill-qrib il-passi meħuda mill-gvern taż-Żimbabwe għall-iżgurar ta' elezzjonijiet kredibbli.

Għoddni tiegħek,

Għall-Unjoni Ewropea


17.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Frar 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2007/756/KE li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 665)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/107/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

Billi:

(1)

It-Taqsima 2.2 tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE tad-9 ta’ Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (2) tiddeskrivi l-implimentazzjoni tal-arkitettura tar-reġistri nazzjonali tal-vetturi (NVR) globali Ewropea u tipprovdi għal aġġornament tad-Deċiżjoni, jekk ikun xieraq, wara l-evalwazzjoni ta’ proġett pilota mill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea. Barra minn hekk tipprovdi għal Deċiżjoni biex ir-reġistri nazzjonali tal-vetturi jiġu konnessi mar-Reġistru Virtwali tal-Vetturi (VVR) ċentrali. L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea implimentat u evalwat il-proġett pilota. Fis-26 ta’ Marzu 2010, hija kkonsenjat lill-Kummissjoni r-rakkomandazzjoni ERA/REC/01-2010/INT fejn ipproponiet aġġornament tal-Anness għad-Deċiżjoni 2007/756/KE. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2007/756/KE għandha tkun emendata.

(2)

L-Artikolu 33(2) tad-Direttiva 2008/57/KE jipprovdi li l-NVR għandu jinkludi, fost informazzjoni obbligatorja oħra, l-identifikazzjoni tas-sid tal-vettura u l-entità responsabbli għall-manutenzjoni. Għalhekk, huwa meħtieġ perjodu tranżitorju sabiex l-NVR mhux standard jiġu adattati biex jinkludu l-kaxxa 9.2 “numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija” u tkun aġġornata l-informazzjoni dwar is-sid u l-entità responsabbli għall-manutenzjoni għall-vetturi li diġà huma rreġistrati fl-NVR.

(3)

Il-perjodi tranżitorji għall-vetturi eżistenti deskritti fit-Taqsima 4.3 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2007/756/KE skadew jew qed jiskadu. L-entità ta’ reġistrazzjoni preċedenti li kienet responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vetturi missha għamlet l-informazzjoni kollha mitluba disponibbli skont ftehim bejnha u bejn l-entità ta’ reġistrazzjoni nnominata skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2007/756/KE. Din l-informazzjoni missha kienet ittrasferita sad-9 ta’ Novembru 2008. L-entità ta’ reġistrazzjoni ta’ kull Stat Membru missha daħħlet il-vetturi li jintużaw fit-traffiku internazzjonali fl-NVR tagħha sad-9 ta’ Novembru 2009. L-entità ta’ reġistrazzjoni ta’ kull Stat Membru missha daħħlet il-vetturi li jintużaw fit-traffiku domestiku fl-NVR tagħha sad-9 ta’ Novembru 2010.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat li ġie stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/756/KE għandu jiġi sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandha tadatta l-fajls u d-dokumenti ta’ installazzjoni li għandhom jintużaw sabiex jiġu stabbiliti r-reġistru nazzjonali tal-vetturi standard (sNVR), il-magna ta’ traduzzjoni u r-reġistru virtwali tal-vetturi ħalli tkun miżjuda informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz mogħtija fi Stati Membri oħrajn (punti 2, 6, 12 u 13) sat-30 ta’ Ġunju 2011.

2.   L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandha tippubblika gwida dwar l-applikazzjoni tal-arkitettura tal-NVR globali tal-UE sat-30 ta’ Ġunju 2011.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jadattaw ir-reġistru nazzjonali tal-vetturi tagħhom sabiex jinkludi informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz mogħtija fi Stati Membri oħrajn (punti 2, 6, 12 u 13 speċifikati fl-Anness) u, jekk jużaw reġistru nazzjonali tal-vetturi mhux standard, sabiex jinkludi l-kaxxa 9.2 “numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija” speċifikata fl-Anness skont il-fajls ta’ installazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-vetturi rreġistrati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija tal-entità responsabbli għall-manutenzjoni jiġi rreġistrat fir-reġistru nazzjonali tal-vetturi sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistru nazzjonali tal-vetturi tagħhom ikun konness mar-reġistru virtwali tal-vetturi sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi-President


(1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 305, 23.11.2007, p. 30.


ANNESS

ANNESS

1.   DEJTA

Il-format tad-dejta tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘NVR’) huwa kif ġej.

In-numerazzjoni tal-punti ssegwi l-loġika tal-formola standard għar-reġistrazzjoni proposta li tinsab fl-Appendiċi 4.

Barra minn hekk, tista’ tiżdied kaxxa jew aktar bħal kummenti, identifikazzjoni ta’ vetturi li qed jiġu investigati (ara t-Taqsima 3.4), eċċ.

1.

Numru Ewropew tal-Vettura

Obbligatorju

Kontenut

Kodiċi ta’ identifikazzjoni numeriku kif iddefinit fl-Anness P għall-Ispeċifikazzjoni Teknika għall-Interoperabilità (TSI) dwar ‘l-operat u l-ġestjoni tat-traffiku’ (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘OPE TSI’) (1)

 

Format

1.1.

Numru

12-il ċifra

1.2.

Numru preċedenti (jekk applikabbli, għal vėttura nnumerata mill-ġdid)

 

2.

Stat Membru u NSA

Obbligatorji

Kontenut

Identifikazzjoni tal-Istat Membru fejn il-vettura ġiet irreġistrata u l-NSA li awtorizzat it-tqegħid fis-servizz tagħha

 

Format

2.1.

Il-kodiċi numeriku tal-Istat Membru kif iddefinit fl-Anness P għall-OPE TSI

kodiċi b’żewġ (2) ċifri

2.2.

Isem l-NSA

Test

3.

Sena tal-manifattura

Obbligatorja

Kontenut

Is-sena li fiha l-vettura ħarġet mill-fabbrika

 

Format

3.

Sena tal-manifattura

SSSS

4.

Referenza KE

Obbligatorja (fejn disponibbli)

Kontenut

Referenzi għad-dikjarazzjoni ta’ verifika tal-‘KE’ u l-korp tal-ħruġ (l-applikant)

 

Format

4.1.

Data tad-dikjarazzjoni

Data

4.2.

Referenza KE

Test

4.3.

Isem il-korp tal-ħruġ (applikant)

Test

4.4.

Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija

Test

4.5.

Indirizz tal-organizzazzjoni, triq u numru

Test

4.6.

Belt

Test

4.7.

Kodiċi tal-pajjiż

ISO (ara l-Appendiċi 2)

4.8.

Kodiċi postali

Kodiċi alfanumeriku

5.

Referenza għar-Reġistru Ewropew ta’ Tipi ta’ Vetturi Awtorizzati (ERATV)

Obbligatorja (2)

Kontenut

Referenza li tippermetti l-irkupru tad-dejta teknika rilevanti mill-ERATV (3). Ir-referenza hija obbligatorja jekk it-tip ikun iddefinit fl-ERATV

 

Format

5.

Referenza li tippermetti l-irkupru tad-dejta teknika rilevanti mill-ERATV

Kodiċi(jiet) alfanumeriku(ċi)

5a

Serje

Fakultattiva

Kontenut

Identifikazzjoni ta’ serje, jekk il-vettura tkun parti minn serje

 

5a

Serje

Test

6.

Restrizzjonijiet

Obbligatorji

Kontenut

Kwalunkwe restrizzjoni dwar kif tista’ tintuża l-vettura

 

Format

6.1.

Restrizzjonijiet ikkodifikati

(ara l-Appendiċi 1)

Kodiċi

6.2

Restrizzjonijiet mhux ikkodifikati

Test

7.

Sid

Obbligatorju

Kontenut

Identifikazzjoni ta’ sid il-vettura

 

Format

7.1.

Isem l-organizzazzjoni

Test

7.2.

Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija

Test

7.3.

Indirizz tal-organizzazzjoni, triq u numru

Test

7.4.

Belt

Test

7.5.

Kodiċi tal-pajjiż

ISO (ara l-Appendiċi 2)

7.6.

Kodiċi postali

Kodiċi alfanumeriku

8.

Kustodju

Obbligatorju

Kontenut

Identifikazzjoni tal-kustodju tal-vettura

 

Format

8.1.

Isem l-organizzazzjoni

Test

8.2.

Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija

Test

8.3.

Indirizz tal-organizzazzjoni, triq u numru

Test

8.4.

Belt

Test

8.5.

Kodiċi tal-pajjiż

ISO (ara l-Appendiċi 2)

8.6.

Kodiċi postali

Kodiċi alfanumeriku

8.7.

VKM (jekk disponibbli)

Kodiċi alfanumeriku

9.

Entità responsabbli għall-manutenzjoni

Obbligatorja

Kontenut

Referenza għall-entità responsabbli għall-manutenzjoni

 

Format

9.1.

Entità responsabbli għall-manutenzjoni

Test

9.2.

Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija

Test

9.3.

Indirizz tal-entità, triq u numru

Test

9.4.

Belt

Test

9.5.

Kodiċi tal-pajjiż

ISO

9.6.

Kodiċi postali

Kodiċi alfanumeriku

9.7.

Indirizz tal-posta elettronika (e-mail)

Indirizz elettroniku (e-mail)

10.

Irtirar

Obbligatorju meta applikabbli

Kontenut

Data tal-iskrappjar uffiċjali u/jew arranġament ieħor għar-rimi u l-kodiċi għall-mezz ta’ rtirar

 

Format

10.1.

Mezz ta’ rimi

(ara l-Appendiċi 3)

Kodiċi b’żewġ (2) ċifri

10.2.

Data tal-irtirar

Data

11.

Stati Membri fejn il-vettura hija awtorizzata

Obbligatorji

Kontenut

Lista ta’ Stati Membri fejn il-vettura hija awtorizzata

 

Format

11.

Kodiċi numeriku tal-Istat Membru kif iddefinit fl-Anness p. 4 għall-OPE TSI

Lista

12.

Numru tal-awtorizzazzjoni

Obbligatorju

Kontenut

Numru armonizzat tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz, iġġenerat mill-NSA

 

Format

12.

Numru tal-awtorizzazzjoni

Għal vetturi eżistenti: test

Għal vetturi ġodda: kodiċi alfanumeriku bbażat fuq l-EIN, ara l-Appendiċi 2.

13.

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Obbligatorja

Kontenut

Data tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz (4) tal-vettura u l-validità tagħha

 

Format

13.1.

Data tal-awtorizzazzjoni

Data (SSSSXXJJ)

13.2.

Awtorizazzjoni valida sa (jekk speċifikat)

Data (SSSSXXJJ)

13.3.

Sospensjoni tal-awtorizzazzjoni

Iva/Le

2.   ARKITETTURA

2.1.   Rabtiet ma’ reġistri oħra

Qed jiġu stabbiliti diversi reġistri parzjalment bħala konsegwenza tar-reġim regolatorju l-ġdid tal-UE. It-tabella t’hawn taħt tiġbor fil-qosor liema reġistri u bażijiet tad-dejta jista’ jkollhom rabtiet mal-NVR meta jiġu implimentati.

Reġistru jew bażi tad-dejta

Entità responsabbli

Entitajiet oħra li għandhom aċċess

NVR

(Id-Direttiva dwar l-Interoperabilità)

Entità ta’ reġistrazzjoni (RE) (5) /NSA

NSA/RE/RU/IM/IB/RB/Kustodju/Sid/ERA/OTIF oħrajn

ERATV

(Id-Direttiva dwar l-Interoperabilità)

ERA

Pubbliku

RSRD

(TAF TSI u SEDP)

Kustodju

RU/IM/NSA/ERA/Kustodju/Ħwienet tax-xogħol

WIMO

(TAF TSI u SEDP)

Għadha mhix deċiża

RU/IM/NSA/ERA/Kustodju/Ħwienet tax-xogħol/Utent

Reġistru ferrovjarju tal-vetturi ferrovjarji (6) (Konvenzjoni ta’ Cape Town)

Reġistratur

Pubbliku

Reġistru OTIF

(COTIF 99 — ATMF)

OTIF

Awtoritajiet Kompetenti/RU/IM/IB/RB/Kustodju/Sid/ERA/Seg. OTIF

Mhux possibbli li wieħed joqgħod jistenna li r-reġistri kollha jkunu lesti qabel ma jiġi implimentat l-NVR. Għalhekk, l-ispeċifikazzjoni tal-NVR trid tagħti spazju lil interfacing sussegwenti ma’ dawn ir-reġistri l-oħra. Għal dan il-għan:

ERATV: issir referenza għal dan fl-NVR, billi tkun ipprovduta referenza għat-tip ta’ vettura. Il-ħolqa bejn iż-żewġ reġistri huwa l-punt Nru 5.

RSRD: din tinkludi ċerti punti ‘amministrattivi’ tal-NVR. Taħt speċifikazzjoni fi ħdan it-TAF TSI SEDP. Is-SEDP għandu jqis l-ispeċifikazzjoni tal-NVR.

WIMO: din tinkludi dejta mill-RSRD u dejta dwar il-manutenzjoni. Mhi prevista l-ebda rabta mal-NVR.

VKMR: dan ir-reġistru huwa ġestit mill-ERA u mill-OTIF b’kooperazzjoni bejniethom (l-ERA għall-UE u l-OTIF għall-Istati Membri kollha tal-OTIF li mhumiex fl-UE). Il-kustodju huwa rreġistrat fl-NVR. It-TSI OPE tispeċifika reġistri globali ċentrali oħra (bħall-kodiċijiet tat-tipi ta’ vetturi, il-kodiċijiet tal-interoperabilità, il-kodiċijiet tal-pajjiżi, eċċ.) li għandhom jiġu ġestiti minn ‘korp ċentrali’ li jirriżulta mill-kooperazzjoni bejn l-ERA u l-OTIF.

Reġistru ferrovjarju tal-vetturi ferrovjarji (Konvenzjoni ta’ Cape Town/Protokoll tal-Lussemburgu): dan huwa reġistru ta’ informazzjoni finanzjarja relatat mat-tagħmir mobbli u għadu ma ġiex żviluppat. Hemm rabta possibbli għaliex ir-reġistru tal-UNIDROIT jeħtieġ informazzjoni dwar in-numru u s-sid tal-vettura. Il-ħolqa bejn iż-żewġ reġistri għandu jkun l-ewwel EVN assenjat lill-vettura.

Reġistri OTIF: ir-reġistri OTIF qed ikunu żviluppati billi jitqiesu r-reġistri tal-vetturi tal-UE.

L-arkitettura tas-sistema kollha, kif ukoll ir-rabtiet bejn l-NVR u r-reġistri l-oħra, għandha tkun iddefinita b’tali mod li tippermetti l-irkupru tal-informazzjoni mitluba meta dan ikun meħtieġ.

2.2.   L-arkitettura tal-NVR globali tal-UE

Ir-reġistri tal-NVR għandhom ikunu implimentati permezz ta’ soluzzjoni deċentralizzata. L-għan huwa li tiġi implimentata magna ta’ tiftix għad-dejta mqassma, permezz ta’ applikazzjoni tas-softwer komuni, li tippermetti lill-utenti jirkupraw id-dejta mir-Reġistri Lokali (LR) kollha fl-Istati Membri.

Id-dejta tal-NVR għandha tinħażen fuq il-livell nazzjonali u tkun aċċessibbli permezz ta’ applikazzjoni bbażata fuq il-web (bl-indirizz web tagħha stess).

Ir-Reġistru Ċentralizzat Ewropew Virtwali tal-Vetturi (EC VVR) għandu jkun magħmul minn żewġ subsistemi:

ir-Reġistru Virtwali tal-Vetturi (VVR) li huwa l-magna ċentrali ta’ tiftix fl-ERA;

ir-Reġistru(i) Nazzjonali tal-Vetturi (NVR) li huma l-LR fl-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jużaw l-NVR standard (sNVR) li ġie żviluppat mill-Aġenzija jew jiżviluppaw l-applikazzjonijiet tagħhom stess f’konformità ma’ din l-ispeċifikazzjoni. Fil-każ tal-aħħar, għal komunikazzjoni mill-NVR mal-VVR l-Istati Membri għandhom jużaw Magna ta’ Traduzzjoni (TE) żviluppata mill-Aġenzija.

Figura 1

Arkitettura EC-VVR

Image

Din l-arkitettura hija bbażata fuq żewġ subsistemi komplementari li jippermettu tiftix fuq dejta maħżuna lokalment fl-Istati Membri kollha. Din għandha:

tistabbilixxi reġistri kompjuterizzati fuq il-livell nazzjonali u tiftaħhom għal konsultazzjoni inkroċjata,

tissostitwixxi reġistri fuq il-karta b’reġistri kompjuterizzati sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiġġestixxu u jaqsmu l-informazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn,

tippermetti konnessjonijiet bejn l-NVRs u l-VVR, billi jintużaw standards u terminoloġija komuni.

Il-prinċipji ewlenin ta’ din l-arkitettura huma kif ġej:

l-NVRs kollha għandhom ikunu parti mis-sistema tan-netwerk kompjuterizzat,

l-Istati Membri għandhom jaraw id-dejta komuni meta jkollhom aċċess għas-sistema,

reġistrazzjoni doppja tad-dejta u l-iżbalji relatati possibbli għandhom ikunu evitati ladarba jkun ġie stabbilit l-VVR,

dejta aġġornata.

L-Aġenzija għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tar-RE l-fajls u d-dokumenti ta’ installazzjoni li ġejjin sabiex jintużaw ħalli jiġu stabbiliti l-sNVR u t-TE u sabiex dawn ikunu konnessi mal-VVR ċentrali:

Fajls ta’ installazzjoni:

sNVR_Installation_Files;

TE_Installation_Files;

Dokumenti:

Administrator_Guide_sNVR;

CSV_export;

CSV_import;

sNVR_Deployment_Guide;

Utent_Guide_sNVR;

NVR-TE_Deployment_Guide;

NVR-TE_Integration_Guide;

Utent_Guide_VVR.

3.   MOD OPERATTIV

3.1.   Użu tal-NVR

L-NVR għandu jintuża għall-iskopijiet li ġejjin:

reġistrazzjoni tal-awtorizzazzjoni,

reġistrazzjoni tal-EVN allokat lill-vetturi,

tiftix ta’ informazzjoni fil-qosor, madwar l-Ewropa kollha, dwar vettura partikolari,

azzjoni ta’ segwitu għal aspetti legali bħalma huma l-obbligi u l-informazzjoni legali,

irkupru ta’ informazzjoni għal spezzjonijiet prinċipalment relatati mas-sikurezza u mal-manutenzjoni,

il-possibbiltà ta’ kuntatt mas-sid u mal-kustodju,

kontroverifika ta’ ċerti rekwiżiti tas-sikurezza qabel jinħarġu ċ-Ċertifikati tas-Sikurezza,

azzjoni ta’ segwitu dwar vettura partikolari.

3.2.   Formoli tal-applikazzjoni

3.2.1.   Applikazzjoni għal reġistrazzjoni

Il-formola li għandha tintuża tinsab fl-Appendiċi 4.

L-entità li tapplika għar-reġistrazzjoni ta’ vettura għandha timmarka l-kaxxa ‘Reġistrazzjoni ġdida’. Wara, għandha timla l-ewwel parti tal-formola bl-informazzjoni kollha meħtieġa mill-punt 2 sal-punt 9 u l-punt 11, biex imbagħad tibgħatha lil:

ir-RE tal-Istat Membru fejn qed tintalab ir-reġistrazzjoni,

ir-RE tal-ewwel Stat Membru fejn biħsiebha topera, għal vettura li ġejja minn pajjiż terz.

3.2.2.   Reġistrazzjoni ta’ vettura u ħruġ ta’ Numru Ewropew tal-Vettura.

Fil-każ tal-ewwel reġistrazzjoni, ir-RE kkonċernata toħroġ in-Numru Ewropew tal-Vettura.

Jista’ jkun hemm formola ta’ reġistrazzjoni separata għal kull vettura jew formola waħda għal sett sħiħ ta’ vetturi tal-istess serje jew tal-istess ordni b’lista tan-numri tal-vetturi mehmuża.

Ir-RE trid tieħu passi raġonevoli biex tiżgura mill-akkuratezza tad-dejta li ddaħħal fl-NVR. Għal dan l-għan, ir-RE tista’ titlob informazzjoni mingħand RE oħrajn, partikolarment meta l-entità li tkun qed tapplika għal reġistrazzjoni fi Stat Membru ma tkunx stabbilita f’dak l-Istat Membru.

3.2.3.   Bidla ta’ punt ta’ reġistrazzjoni wieħed jew aktar

L-entità li tapplika għal bidla fil-punt(i) ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi tagħha għandha:

timmarka l-kaxxa ‘Modifika’,

timla l-EVN attwali (punt Nru 0),

timmarka l-kaxxa(i) quddiem il-punt(i) immodifikat(i),

tniżżel il-kontenut il-ġdid tal-punt(i) immodifikat(i), u mbagħad tibgħat il-formola lir-RE tal-Istati Membri kollha fejn tkun irreġistrata il-vettura.

L-użu tal-formola standard jista’ ma jkunx biżżejjed għal ċerti każijiet. Jekk ikun meħtieġ, b’hekk, ir-RE kkonċernata tista’ tressaq dokumenti addizzjonali kemm f’forma ta’ karti kif ukoll f’forma elettronika.

Ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor fid-dokumenti ta’ reġistrazzjoni, il-kustodju tal-vettura jitqies bħala d-‘detentur tar-reġistrazzjoni’ fit-tifsira tal-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2008/57/KE.

Jekk jinbidel il-kustodju, hija r-responsabbiltà tal-kustodju attwalment irreġistrat li jinnotifika lir-RE u r-RE trid tinnotifika lill-kustodju l-ġdid bil-bidla fir-reġistrazzjoni. Il-kustodju preċedenti għandu jitneħħa mill-NVR u għandhom jitneħħewlu r-responsabbiltajiet tiegħu biss meta l-kustodju l-ġdid ikun irrikonoxxa l-aċċettazzjoni tal-istatus ta’ kustodju. Jekk fid-data ta’ dereġistrazzjoni tal-kustodju attwalment irreġistrat l-ebda kustodju ġdid ma jkun aċċetta l-istatus ta’ kustodju, ir-reġistrazzjoni tal-vettura għandha tiġi sospiża.

F’każijiet fejn, skont l-OPE TSI, minħabba bidliet tekniċi, il-vettura trid tingħata EVN ġdid, id-detentur tar-reġistrazzjoni għandu jinforma b’dawn il-bidliet u, jekk applikabbli, bl-awtorizzazzjoni l-ġdida għat-tqegħid fis-servizz, lir-RE tal-Istat Membru fejn tkun irreġistrata l-vettura. Din ir-RE għandha tassenja EVN ġdid lill-vettura.

3.2.4.   Irtirar ta’ reġistrazzjoni

L-entità li tapplika għal irtirar ta’ reġistrazzjoni għandha timmarka l-kaxxa ‘Irtirar’. Imbagħad għandha timla l-punt Nru 10 u tibgħat il-formola lir-RE tal-Istati Membri kollha fejn tkun irreġistrata l-vettura.

Ir-RE tagħti r-reġistrazzjoni tal-irtirar billi timla d-data tal-irtirar u tagħti rikonoxximent tal-irtirar lill-entità.

3.2.5.   Awtorizzazzjoni f’diversi Stati Membri

1.

Meta vettura mgħammra b’kabina tas-sewqan diġà awtorizzata u rreġistrata fi Stat Membru wieħed tiġi awtorizzata fi Stat Membru ieħor, din trid tiġi rreġistrata fl-NVR tat-tieni Stat Membru. Madankollu, f’dan il-każ, hija biss id-dejta relatata mal-punti 1, 2, 6, 11, 12 u 13, u fejn huwa rilevanti, id-dejta relatata mal-oqsma miżjuda mal-NVR mit-tieni Stat Membru li trid tiġi rreġistrata, peress li din id-dejta biss hija relatata mat-tieni Stat Membru.

Din id-dispożizzjoni hija applikabbli sakemm il-VVR u r-rabtiet mal-NVR rilevanti kollha ma jkunux kompletament operattivi u, matul dan il-perjodu, ir-RE kkonċernati għandhom jiskambjaw informazzjoni bejniethom sabiex jiżguraw li d-dejta relatata mal-istess vettura tkun konsistenti.

2.

Il-vetturi li mhumiex mgħammra b’kabina tas-sewqan, bħall-vaguni tal-merkanzija, il-vaguni tal-passiġġieri u xi vetturi speċjali, għandhom ikunu rreġistrati biss fl-NVR tal-Istat Membru fejn jitqiegħdu fis-servizz għall-ewwel darba.

3.

Għal kwalunkwe vettura, l-NVR fejn tiġi rreġistrata l-ewwel darba jinkludi d-dejta relatata mal-punti 2, 6, 12 u 13 għal kull wieħed mill-Istati Membri fejn ngħatat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz lil din il-vettura.

3.3.   Drittijiet ta’ aċċess

Id-drittijiet ta’ aċċess għal dejta ta’ NVR minn Stat Membru partikolari ‘XX’ huma elenkati fit-tabella t’hawn taħt, fejn il-kodiċijiet ta’ aċċess huma ddefiniti kif ġej:

Kodiċi ta’ aċċess

Tip ta’ aċċess

0.

L-ebda aċċess

1.

Konsultazzjoni ristretta (kundizzjonijiet fil-kolonna ‘Drittijiet ta’ qari’)

2.

Konsultazzjoni mhux ristretta

3.

Konsultazzjoni u aġġornament ristretti

4.

Konsultazzjoni u aġġornament mhux ristretti


Entità

Definizzjoni

Drittijiet ta’ qari

Drittijiet ta’ aġġornament

Punt Nru 7

Il-punti l-oħra kollha

RE/NSA‘XX’

RE/NSA fl-Istat Membru ‘XX’

Id-dejta kollha

Id-dejta kollha

4

4

NSA/RE oħrajn

NSA oħrajn u/jew RE oħrajn

Id-dejta kollha

Xejn

2

2

ERA

Aġenzija Ferrovjarja Ewropea

Id-dejta kollha

Xejn

2

2

Kustodji

Kustodju tal-Vettura

Id-dejta kollha dwar il-vetturi li tagħhom huwa kustodju

Xejn

1

1

Amministraturi tal-flotta

Amministratur tal-vetturi kif maħtur mill-kustodju

Vetturi li nħatru amministratur tagħhom mill-kustodju

Xejn

1

1

Sidien

Sid il-vettura

Id-dejta kollha dwar il-vetturi li tagħhom huma sidien

Xejn

1

1

RU

Operatur Ferrovjarju

Id-dejta kollha bbażata fuq in-numru tal-vettura

Xejn

0

1

IM

Amministratur tal-Infrastruttura

Id-dejta kollha bbażata fuq in-numru tal-vettura

Xejn

0

1

IB u RB

Korpi ta’ kontroll u ta’ verifika nnotifikati mill-Istati Membri

Id-dejta kollha dwar vetturi li qed jiġu kkontrollati jew ivverifikati

Xejn

2

2

Utenti leġittimi oħrajn

L-utenti każwali kollha rikonoxxuti mill-NSA jew mill-ERA

Għandhom jiġu ddefiniti kif inhu xieraq, tul ta’ żmien possibbilment limitat

Xejn

0

1

3.4.   Reġistri storiċi

Id-dejta kollha fl-NVR trid tinżamm għal għaxar (10) snin mid-data tal-irtirar ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura. Mill-inqas, għall-ewwel tliet snin, id-dejta trid tkun disponibbli onlajn. Wara tliet snin id-dejta tista’ tinżamm jew elettronikament, jew f’forma ta’ karta jew inkella fi kwalunkwe sistema ta’ arkivjar oħra. Jekk fi kwalunkwe żmien matul il-perjodu ta’ għaxar (10) snin, tinbeda investigazzjoni li tinvolvi vettura jew vetturi, id-dejta relatata ma’ dawn il-vetturi trid tinżamm lil hinn mill-perjodu ta’ għaxar (10) snin, jekk dan ikun mitlub.

Wara l-irtirar ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura, l-ebda wieħed min-numri ta’ reġistrazzjoni assenjati lill-vettura ma jista’ jiġi assenjat lil xi vettura oħra għal mitt (100) sena mid-data meta ġiet irtirata l-vettura.

Kwalunkwe bidla fl-NVR għandha tiġi rreġistrata. Il-ġestjoni tal-bidliet storiċi tista’ tiġi indirizzata permezz ta’ soluzzjonijiet tal-IT.

4.   VETTURI EŻISTENTI

4.1.   Kontenut tad-dejta

It-13-il punt miżmuma ġew elenkati hawn taħt, b’indikazzjoni dwar liema minnhom huma obbligatorji u liema mhumiex.

4.1.1.   Punt Nru 1 — Numru Ewropew tal-Vettura (Obbligatorju)

(a)   Vetturi li diġà għandhom numru bi 12-il ċifra

Pajjiżi fejn hemm kodiċi uniku tal-pajjiż:

Dawn il-vetturi għandhom iżommu n-numru attwali tagħhom. In-numru bi 12-il ċifra għandu jkun irreġistrat bħala tali mingħajr l-ebda modifika.

Pajjiżi fejn hemm kemm kodiċi ewlieni tal-pajjiż kif ukoll kodiċi speċifiku allokat qabel:

Il-Ġermanja, fejn il-kodiċi ewlieni tal-pajjiż huwa 80 u l-kodiċi speċifiku huwa 68 għall-AAE (Ahaus Alstätter Eisenbahn);

L-Isvizzera, fejn il-kodiċi ewlieni tal-pajjiż huwa 85 u l-kodiċi speċifiku huwa 63 għall-BLS (Bern–Lötschberg–Simplon Eisenbahn);

L-Italja, fejn il-kodiċi ewlieni tal-pajjiż huwa 83 u l-kodiċi speċifiku huwa 64 għall-FNME (Ferrovie Nord Milano Esercizio);

L-Ungerija, fejn il-kodiċi ewlieni tal-pajjiż huwa 55 u l-kodiċi speċifiku huwa 43 għall-GySEV/ROeEE (Győr-Sopron-Ebenfurti Vasút Részvénytársaság/Raab-Ödenburg-Ebenfurter Eisenbahn).

Dawn il-vetturi għandhom iżommu n-numru attwali tagħhom. In-numru bi 12-il ċifra għandu jkun irreġistrat bħala tali mingħajr l-ebda modifika (7).

Is-sistema tal-IT trid tqis iż-żewġ kodiċijiet (il-kodiċi ewlieni tal-pajjiż u l-kodiċi speċifiku) bħala relatati mal-istess pajjiż.

(b)   Vetturi mingħajr numru bi 12-il ċifra

Tapplika proċedura ta’ żewġ fażijiet:

Fl-NVR jiġi allokat numru bi 12-il ċifra (skont l-OPE TSI) iddefinit skont il-karatteristiċi tal-vettura. Is-sistema tal-IT għandha torbot dan in-numru rreġistrat man-numru attwali tal-vettura.

Għall-vetturi li jintużaw fit-traffiku internazzjonali, ħlief dawk riservati għal użu storiku: in-numru bi 12-il ċifra jiġi fiżikament applikat għall-vettura nfisha fi ħdan perjodu ta’ sitt snin wara l-allokazzjoni fl-NVR. Għall-vetturi li jintużaw fit-traffiku domestiku u għal dawk riservati għal użu storiku: l-applikazzjoni fiżika tan-numru bi 12-il ċifra hija volontarja.

4.1.2.   Punt Nru 2 — Stat Membru u NSA (Obbligatorju)

Il-punt ‘Stat Membru’ jrid dejjem jirreferi għall-Istat Mmebru fejn il-vettura hija rreġistrata fl-NVR tiegħu. Għall-vetturi minn pajjiżi terzi, dan il-punt jirreferi għall-ewwel Stat Membru li awtorizza t-tqegħid fis-servizz tal-vettura fin-netwerk ferrovjarju tal-Unjoni Ewropea. Il-punt ‘NSA’ jirreferi għall-entità li tat l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz tal-vettura.

4.1.3.   Punt Nru 3 — Sena tal-manifattura

Fejn is-sena tal-manifattura ma tkunx magħrufa preċiżament, għandha tiddaħħal is-sena approssimattiva.

4.1.4.   Punt Nru 4 — Referenza KE

Normalment referenza bħal din ma teżistix għall-vetturi eżistenti, ħlief għal ftit HS RS. Għandha tiġi rreġistrata biss jekk tkun disponibbli.

4.1.5.   Punt Nru 5 — Referenza għall-ERATV

Għandha tiġi rreġistrata biss jekk tkun disponibbli.

Sakemm jitwaqqaf l-ERATV, tista’ ssir referenza għar-Reġistru tal-Vetturi Ferrovjarji (Artikolu 22a tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE (8) u Artikolu 24 tad-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9)).

4.1.6.   Punt Nru 6 — Restrizzjonijiet

Għandha tiġi rreġistrata biss jekk tkun disponibbli.

4.1.7.   Punt Nru 7 — Sid (Obbligatorju)

Obbligatorju u normalment disponibbli.

4.1.8.   Punt Nru 8 — Kustodju (Obbligatorju)

Obbligatorju u normalment disponibbli. Il-VKM (kodiċi uniku kif inhu indikat fir-reġistru tal-VKM) trid tiddaħħal jekk il-kustodju jkollu waħda.

4.1.9.   Punt Nru 9 — Entità responsabbli għall-manutenzjoni (Obbligatorju)

Dan il-punt huwa obbligatorju.

4.1.10.   Punt Nru 10 — Irtirar

Applikabbli kif ikun xieraq.

4.1.11.   Punt Nru 11 — Stati Membri fejn il-vetturi tkun awtorizzata

Normalment, il-vaguni skont ir-RIV, il-vaguni tal-passiġġieri skont ir-RIC u l-vetturi li jaqgħu taħt ftehimiet bilaterali jew multilaterali huma rreġistrati bħala tali. Jekk din l-informazzjoni tkun disponibbli, għandha tiġi rreġistrata skont dan.

4.1.12.   Punt Nru 12 — Numru tal-awtorizzazzjoni

Għandu jiġi rreġistrat biss jekk ikun disponibbli

4.1.13.   Punt Nru 13 — Tqegħid fis-servizz (Obbligatorju)

Fejn id-data tat-tqegħid fis-servizz ma tkunx magħrufa preċiżament, għandha tiddaħħal is-sena approssimattiva.

4.2.   Proċedura

L-entità li qabel kienet responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vettura għandha tqiegħed l-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tal-NSA jew tar-RE tal-pajjiż fejn tkun tinsab.

Il-vaguni tal-merkanzija u tal-passiġġieri eżistenti għandhom jiġu rreġistrati biss fl-NVR tal-Istat Membru fejn kienet tinsab l-entità ta’ reġistrazzjoni preċedenti.

Jekk vettura eżistenti kienet ġiet awtorizzata f’diversi Stati Membri, ir-RE li tirreġistra din il-vettura għandha tibgħat id-dejta rilevanti lir-RE tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

L-NSA jew ir-RE għandha tinkludi l-informazzjoni fl-NVR tagħha.

L-NSA jew l-RE għandha tinforma lill-partijiet kollha involuti meta t-trasferiment tal-informazzjoni jitlesta. Għandhom jiġu informati għall-inqas l-entitajiet li ġejjin:

l-entità li qabel kienet responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vettura,

il-kustodju,

l-ERA.

Appendiċi 1

IKKODIFIKAR TAR-RESTRIZZJONIJIET

1.   PRINĊIPJI

Ir-restrizzjonijiet (karatteristiċi tekniċi) diġà rreġistrati f’reġistri oħrajn li l-NSA għandhom aċċess għalihom m’hemmx għalfejn jiġu rripetuti fl-NVR.

L-aċċettazzjoni fit-traffiku transkonfinali hija bbażata fuq:

l-informazzjoni kkodifikata fin-numru tal-vettura,

l-ikkodifikar alfabetiku, u

l-immarkar tal-vettura.

Għalhekk informazzjoni bħal din m’hemmx għalfejn tiġi rripetuta fl-NVR.

2.   STRUTTURA

Il-kodiċijiet huma strutturati fuq tliet livelli:

l-ewwel livell (1): Kategorija ta’ restrizzjoni

it-tieni livell (2): Tip ta’ restrizzjoni

it-tielet livell (3): Valur jew speċifikazzjoni.

Ikkodifikar ta’ restrizzjoni

Kat

Tip

Valur

Isem

1

 

 

Restrizzjoni teknika relatata mal-kostruzzjoni

 

1

Numeriku (3)

Radju minimu tal-kurva f’metri

 

2

Restrizzjonijiet għaċ-ċirkwit tal-binarji

 

3

Numeriku (3)

Restrizzjonijiet għall-veloċità f’km/h (immarkati fuq il-vaguni u l-vaguni għall-passiġġieri, iżda mhux fuq il-lokomotivi)

2

 

 

Restrizzjoni ġeografika

 

1

Alfanumeriku (3)

Tagħmir għall-kejl kinematiku (ikkodifikar WAG TSI Anness C)

 

2

Lista kkodifikata

Qies standard tal-kombinazzjoni ta’ rota u fusien (wheelset gauge)

 

 

1

Qies standard (gauge) varjabbli 1435/1520

 

 

2

Qies standard (gauge) varjabbli 1435/1668

 

3

L-ebda CCS abbord

 

4

ERTMS A abbord

 

5

Numeriku (3)

Sistema B abbord (*)

3

 

 

Restrizzjonijiet ambjentali

 

1

Lista kkodifikata

Żona klimatika EN50125/1999

 

 

1

T1

 

 

2

T2

 

 

3

T3

4

 

 

Restrizzjonijiet fuq l-użu inklużi fiċ-ċertifikat ta’ awtorizzazzjoni

 

1

Abbażi taż-żmien

 

2

Abbażi tal-kundizzjoni (distanza vvjaġġata, deterjorament minħabba użu, eċċ.)

Appendiċi 2

STRUTTURA U KONTENUT TAL-EIN

Kodiċi għas-sistema ta’ numerazzjoni armonizzata, imsejjaħ Numru Ewropew għall-Identifikazzjoni (EIN) għaċ-Ċertifikati tas-Sikurezza u dokumenti oħrajn

Eżempju:

I

T

5

1

2

0

0

6

0

0

0

5

Kodiċi tal-pajjiż

(2 ittri)

Tip ta’ dokument

(2 ċifri)

Sena tal-ħruġ

(4 ċifri)

Kawnter

(4 ċifri)

Kaxxa 1

Kaxxa 2

Kaxxa 3

Kaxxa 4

KAXXA 1 —   KODIĊI TAL-PAJJIŻ (ŻEWĠ (2) ITTRI)

Il-kodiċijiet huma dawk uffiċjalment ippubblikati u aġġornati fis-sit web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Gwida tal-istil interistituzzjonali (http://publications.eu.int/code/en/en-5000600.htm)

Stat

Kodiċi

L-Awstrija

AT

Il-Belġju

BE

Il-Bulgarija

BG

Ċipru

CY

Ir-Repubblika Ċeka

CZ

Id-Danimarka

DK

L-Estonja

EE

Il-Finlandja

FI

Franza

FR

Il-Ġermanja

DE

Il-Greċja

EL

L-Ungerija

HU

L-Islanda

IS

L-Irlanda

IE

L-Italja

IT

Il-Latvja

LV

Il-Liechtenstein

LI

Il-Litwanja

LT

Il-Lussemburgu

LU

In-Norveġja

NO

Malta

MT

L-Olanda

NL

Il-Polonja

PL

Il-Portugall

PT

Ir-Rumanija

RO

Is-Slovakkja

SK

Is-Slovenja

SI

Spanja

ES

L-Isvezja

SE

L-Isvizzera

CH

Ir-Renju Unit

UK

Il-kodiċi għall-awtoritajiet multinazzjonali tas-sikurezza għandu jkun magħmul bl-istess mod. Bħalissa hemm awtorità waħda biss: l-Awtorità tas-Sikurezza taċ-Channel Tunnel. Għandu jintuża l-kodiċi li ġej:

Awtorità multinazzjonali tas-sikurezza

Kodiċi

Il-Kummissjoni Intergovernattiva taċ-Channel Tunnel

CT

KAXXA 2 —   TIP TA’ DOKUMENT (NUMRU B’ŻEWĠ (2) ĊIFRI)

Żewġ ċifri jippermettu l-identifikazzjoni tat-tip ta’ dokument:

l-ewwel ċifra tidentifika l-klassifikazzjoni ġenerali tad-dokument,

it-tieni ċifra tispeċifika s-sottotip tad-dokument.

Din is-sistema ta’ numerazzjoni tista’ tiġi estiża meta jkunu meħtieġa kodiċijiet oħrajn. Il-lista li ġejja hija lista proposta ta’ kombinazzjonijiet magħrufa u possibbli ta’ numri b’żewġ ċifri flimkien ma’ kombinazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-servizz tal-vetturi:

Kombinazzjoni ta’ numri għall-Kaxxa 2

Tip ta’ Dokument

Sottotip ta’ Dokument

[0 1]

Liċenzji

Liċenzji għar-RU

[0 x]

Liċenzji

Oħrajn

[1 1]

Ċertifikat tas-Sikurezza

Parti A

[1 2]

Ċertifikat tas-Sikurezza

Parti B

[1 x]

Riservat

Riservat

[2 1]

Awtorizzazzjoni tas-Sikurezza

 

[2 2]

Riservat

Riservat

[2 x]

Riservat

Riservat

[3 x]

Riservat eż. manutenzjoni għall-vetturi ferrovjarji, għall-infrastruttura jew oħrajn

 

[4 x]

Riservat għall-Korpi Notifikati

eż. tipi differenti ta’ Korpi Notifikati

[5 1] u [5 5] (**)

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Vetturi ta’ trazzjoni

[5 2] u [5 6] (**)

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Vetturi tal-passiġġieri rmonkati

[5 3] u [5 7] (**)

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Vaguni

[5 4] u [5 8] (**)

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Vetturi speċjali

[5 9] (***)

Awtorizzazzjoni tat-tip ta’ vettura

 

[6 0]

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Sottosistemi tal-Infrastruttura, tal-Enerġija u għall-montatura mal-binarji tal-Kmand ta’ Kontroll u Sinjalazzjoni

[6 1]

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Sottosistema tal-Infrastruttura

[6 2]

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Sottosistema tal-Enerġija

[6 3]

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Subsistema għall-montatura mal-binarji tal-Kmand ta’ Kontroll u Sinjalazzjoni

[7 1]

Liċenza tas-Sewqan tal-ferroviji

Kawnter sa u jinkludi 9 999

[7 2]

Liċenza tas-Sewqan tal-ferroviji

Kawnter minn 10 000 sa u jinkludi 19 000

[7 3]

Liċenza tas-Sewqan tal-ferroviji

Kawnter minn 20 000 sa u jinkludi 29 000

[8 x] … [9 x]

Riżervat (2 tipi ta’ dokumenti)

Riżervat (10 sottotipi kull wieħed)

KAXXA 3 —   SENA TAL-ĦRUĠ (NUMRU B’ERBA’ (4) ĊIFRI)

Din il-kaxxa tindika s-sena (fil-format speċifikat ssss, jiġifieri erba’ (4) ċifri) li fiha nħarġet l-awtorizzazzjoni.

KAXXA 4 —   KAWNTER

Il-kawnter huwa numru progressiv li jiżdied b’unità waħda kull darba li jinħareġ dokument, irrispettivament minn jekk tkunx awtorizzazzjoni ġdida, imġedda jew aġġornata/emendata. Anki fejn ċertifikat jiġi revokat jew awtorizzazzjoni tiġi sospiża, in-numru tiegħu jew tagħha ma jistax jerġa’ jintuża.

Kull sena l-kawnter jerġa’ jibda miż-żero.

Appendiċi 3

IKKODIFIKAR TAL-IRTIRAR

Kodiċi

Mezz ta’ rtirar

Deskrizzjoni

00

Xejn

Il-vettura għandha reġistrazzjoni valida.

10

Reġistrazzjoni sospiża

L-ebda raġuni speċifikata

Ir-reġistrazzjoni tal-vettura ġiet sospiża fuq it-talba tas-sid jew tal-kustodju jew b’deċiżjoni tal-NSA jew tar-RE.

11

Reġistrazzjoni sospiża

Il-vettura hija ddestinata biex tinżamm f’maħżen waqt li għadha taħdem bħal riserva inattiva jew strateġika.

20

Reġistrazzjoni ttrasferita

Huwa magħruf li l-vettura ġiet irreġistrata mill-ġdid taħt numru differenti jew minn NVR differenti, għal użu kontinwu fuq in-netwerk ferrovjarju Ewropew (kollu kemm hu jew parti minnu).

30

Irtirar

L-ebda raġuni speċifikata

Ir-reġistrazzjoni tal-vettura biex taħdem fuq in-netwerk ferrovjarju Ewropew intemmet mingħajr reġistrazzjoni mill-ġdid magħrufa.

31

Irtirar

Il-vettura hija destinata għal użu kontinwu bħala vettura ferrovjarja barra min-netwerk ferrovjarju Ewropew.

32

Irtirar

Il-vettura hija ddestinata għal irkupru ta’ kostitwenti/moduli/partijiet tal-bdil (spares) interoperabbli ewlenin jew għal bini mill-ġdid fuq skala kbira

33

Irtirar

Il-vettura hija ddestinata għal skrappjar u għal rimi tal-materjali (inklużi l-partijiet tal-bdil (spares) ewlenin) għar-riċiklaġġ.

34

Irtirar

Il-vettura hija ddestinata li tkun waħda mill-“vetturi ferrovjarji storiċi ppreservati” biex titħaddem fuq netwerk segregat, jew għal wiri statiku, barra min-netwerk ferrovjarju Ewropew.

Użu tal-kodiċijiet

Jekk ir-raġuni għall-irtirar mhix speċifikata, għandhom jintużaw il-kodiċijiet 10, 20 u 30 biex tiġi indikata l-bidla fl-istatus tar-reġistrazzjoni.

Jekk tkun disponibbli r-raġuni għall-irtirar, il-kodiċijiet 11; 31; 32; 33 u 34 huma għażliet disponibbli fil-bażi tad-dejta tal-NVR. Dawn il-kodiċijiet huma bbażati biss fuq l-informazzjoni pprovduta mill-kustodju jew mis-sid lir-RE.

Kwistjonijiet ta’ reġistrazzjoni

Vettura li r-reġistrazzjoni tagħha ġiet sospiża jew irtirata ma tistax topera fuq in-netwerk ferrovjarju Ewropew taħt ir-reġistrazzjoni rreġistrata.

Attivazzjoni mill-ġdid ta’ reġistrazzjoni wara sospensjoni għandha titlob il-verifika mill-entità ta’ reġistrazzjoni tal-kundizzjonijiet li kkawżaw is-sospensjoni.

Trasferiment ta’ reġistrazzjoni, fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1b tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/920/KE (10) u fl-Artikolu 1b tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/231/KE (11) kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/640/UE (12), jikkonsisti f’reġistrazzjoni ġdida tal-vettura u rtirar sussegwenti tar-reġistrazzjoni l-qadima.

Appendiċi 4

FORMOLA STANDARD GĦAR-REĠISTRAZZJONI

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 5

GLOSSARJU

Abbrevjazzjoni

Definizzjoni

CCS

Sistema tal-Kmand tal-Kontroll

CIS

Komunità ta’ Stati Indipendenti

COTIF

Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija

CR

(Sistema) Ferrovjarja Konvenzjonali

DB

Bażi tad-dejta

KE

Il-Kummissjoni Ewropea

EC VVR

Reġistru Ċentralizzat Ewropew Virtwali tal-Vetturi

EIN

Numru Ewropew ta’ Identifikazzjoni

EN

Standard Ewropew (Euro Norm)

EVN

Numru Ewropew tal-Vettura

ERA

Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, imsejħa wkoll ‘l-Aġenzija’

ERATV

Reġistru Ewropew ta’ Tipi ta’ Vetturi Awtorizzati

ERTMS

Sistema Ewropea għall-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju

EU

L-Unjoni Ewropea

HS

(Sistema ta’) Veloċità Għolja

IB

Korp Investigattiv

ISO

Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni

IM

Amministratur tal-Infrastruttura

INF

Infrastruttura

IT

Teknoloġija tal-Informatika

LR

Reġistru Lokali

NoBo

Korp Notifikat

NSA

Awtorità Nazzjonali tas-Sikurezza

NVR

Reġistru Nazzjonali tal-Vetturi

OPE (TSI)

Operat u Ġestjoni tat-Traffiku (TSI)

OTIF

Organizzazzjoni Intergovernattiva għall-Ġarr Internazzjonali bil-Ferrovija

RE

Entità ta’ Reġistrazzjoni, jiġifieri l-korp responsabbli għaż-żamma u għall-aġġornament tal-NVR

RB

Korp Regolatorju

RIC

Regolamenti li jkopru l-użu reċiproku tal-vaguni u tal-vannijiet-brejk fit-traffiku internazzjonali

RIV

Regolamenti li jkopru l-użu reċiproku tal-vaguni fit-traffiku internazzjonali

RS jew RST

Vetturi ferrovjarji

RSRD (TAF)

Bażi tad-dejta ta’ Referenza għall-Vetturi Ferrovjarji (TAF)

RU

Impriża Ferrovjarja

SEDP (TAF)

Pjan Ewropew għall-Mobilitazzjoni Strateġika (TAF)

TAF (TSI)

Applikazzjoni Telematika għall-Merkanzija (TSI)

TSI

Speċifikazzjoni Teknika għall-Interoperabilità.

VKM

Marka tal-Kustodju ta’ Vettura

VKMR

Reġistru tal-Marki tal-Kustodji tal-Vetturi

VVR

Reġistru Virtwali tal-Vetturi

WAG (TSI)

Vagun (TSI)

WIMO (TAF)

Bażi tad-dejta ta’ Vaguni u Operazzjonijiet Intermodali (TAF)


(1)  Skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2006/920/KE u 2008/231/KE, kif emendati bid-Deċiżjoni 2009/107/KE, għandha tintuża l-istess sistema ta’ numerazzjoni kemm għall-vetturi ta’ veloċità għolja kif ukoll għal dawk konvenzjonali.

(2)  Għat-tipi ta’ vetturi awtorizzati skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2008/57/KE.

(3)  Ir-reġistru pprovdut fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2008/57/KE.

(4)  L-awtorizzazzjoni mogħtija skont il-Kapitolu V tad-Direttiva 2008/57/KE jew awtorizzazzjoni mogħtija skont ir-reġimi ta’ awtorizzazzjoni eżistenti qabel it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/57/KE.

(5)  L-Entità ta’ Reġistrazzjoni (‘RE’) hija l-entità nnominata minn kull Stat Membru, skont l-Artikolu 33(1)(b) tad-Direttiva 2008/57/KE, għaż-żamma u għall-aġġornament tal-NVR.

(6)  Kif inhu pprovdut fil-Protokoll tal-Lussemburgu għall-konvenzjoni dwar il-garanziji internazzjonali fuq tagħmir mobbli għal kwistjonijiet speċifiċi tal-vetturi ferrovjarji, iffirmat fil-Lussemburgu fit-23 ta’ Frar 2007.

(7)  Madankollu, kwalunkwe vettura ġdida li titqiegħed fis-servizz għall-AAE, għall-BLS, għall-FNME u għall-GySEV/ROeEE għandha tingħata l-kodiċi standard tal-pajjiż.

(8)  ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6.

(9)  ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1.

(*)  Jekk il-vettura hija mgħammra b’aktar minn sistema B waħda, irid jiġi indikat kodiċi individwali għal kull sistema.

Il-kodiċi numeriku huwa magħmul minn tliet karattri, fejn:

1xx jintuża għal vettura mgħammra b’sistema ta’ sinjalazzjoni

2xx jintuża għal vettura mgħammra b’radju

Xx jikkorrispondi għall-ikkodifikar numeriku tal-Anness B għas-CCS TSI

(**)  Jekk l-erba’ (4) ċifri riservati għall-kaxxa 4 ‘Kawnter’ jintużaw kompletament fi żmien sena, l-ewwel żewġ ċifri tal-kaxxa 2 għandhom jinbidlu rispettivament minn:

[5 1] għal [5 5] għall-vetturi ta’ trazzjoni,

[5 2] għal [5 6] għall-vetturi tal-passiġġieri rmonkati,

[5 3] għal [5 7] għall-vaguni,

[5 4] għal [5 8] għall-vetturi speċjali.

(***)  Iċ-ċifri allokati fil-kaxxa 4 huma:

Minn 1 000 sa 1 999 għall-vetturi ta’ trazzjoni,

Minn 2 000 sa 2 999 għall-vetturi tal-passiġġieri rmonkati,

Minn 3 000 sa 3 999 għall-vaguni,

Minn 4 000 sa 4 999 għall-vetturi speċjali.

(10)  ĠU L 359, 18.12.2006, p. 1.

(11)  ĠU L 84, 26.3.2008, p. 1.

(12)  ĠU L 280, 26.10.2010, p. 29.