ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.034.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 34

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
9 ta' Frar 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/87/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, ta’ Ftehim fl-għamla ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi mekkaniżmu tas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwim li jaqa’ taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Euro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan min-naħa l-oħra

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 109/2011 tas-27 ta’ Jannar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għal ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fil-qasam tas-sistemi ta’ sospensjoni tat-titjir ( 1 )

2

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2011 tat-8 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-sistema Ewropea tal-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESPROSS) fir-rigward tal-formati xierqa għat-trażmissjoni tad-dejta, ir-riżultati li għandhom jiġu trażmessi u l-kriterji għall-kejl tal-kwalità għall-modulu ESSPROS dwar il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti ( 1 )

29

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 111/2011 tas-7 ta’ Frar 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

33

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 112/2011 tas-7 ta’ Frar 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

35

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 113/2011 tas-7 ta’ Frar 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

37

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 114/2011 tat-8 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

39

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/10/UE tat-8 ta' Frar 2011 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex il-bifentrin ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha ( 1 )

41

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/11/UE tat-8 ta’ Frar 2011 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex l-aċetat ta’ (Z,E)-tetradeka-9,12-dienil ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I u IA għaliha ( 1 )

45

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/12/UE tat-8 ta’ Frar 2011 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex il-fenossikarb ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha ( 1 )

49

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/13/UE tat-8 ta’ Frar 2011 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-aċidu nonanoiku bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha ( 1 )

52

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/88/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ġunju 2010 dwar għajnuna mill-istat C 1/09 (ex NN 69/08) mogħtija mill-Ungerija lil MOL Nyrt. (notifikata bid-dokument numru C(2010) 3553)  ( 1 )

55

 

 

2011/89/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Frar 2011 dwar għajnuna finanzjarja mill-Unjoni lill-Pajjiżi l-Baxxi għal studji dwar id-deni Q (notifikata bid-dokument numru C(2011) 554)

72

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ottubru 2010

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, ta’ Ftehim fl-għamla ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi mekkaniżmu tas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwim li jaqa’ taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Euro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan min-naħa l-oħra

(2011/87/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjoni tal-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207, l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Frar 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati mal-imsieħba fir-reġjun tal-Mediterran biex tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ soluzzjoni ta’ tilwim marbut ma’ dispożizzjonijiet kummerċjali.

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-kumitat appuntat taħt l-Artikolu 207 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas tad-direttivi dwar in-negozjati maħruġa mill-Kunsill.

(3)

Dawn in-negozjati ġew konklużi u fid-9 ta’ Diċembru 2009 ngħata bidu Ftehim fl-għamla ta’ Protokoll (minn issa ‘l quddiem “il-Protokoll”) bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi mekkaniżmu tas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwim li jaqa’ taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Euro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan min-naħa l-oħra (1).

(4)

Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim fl-għamla ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi mekkaniżmu tas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwim li jaqa’ taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Euro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan min-naħa l-oħra, huwa permezz ta’ dan ta’ hawnhekk approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna/persuni li għandha/għandhom is-setgħa tiffirma/jiffirmaw il-Protokoll, f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 129, 15.5.2002, p. 3.

(2)  It-test tal-Protokoll ser jiġi ppubblika mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


REGOLAMENTI

9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 109/2011

tas-27 ta’ Jannar 2011

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għal ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fil-qasam tas-sistemi ta’ sospensjoni tat-titjir

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa Regolament separat għall-għanijiet tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip li tipprovdi għalihom id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (id-Direttiva Kwadru) (2).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 91/226/KEE tas-27 ta’ Marzu 1991 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw għas-sistemi ta’ soppressjoni ta’ titjir ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (3).

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistipula dispożizzjonijiet fundamentali dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi ta’ soppressjoni tat-titjir bħala unitajiet tekniċi separati. Issa huwa meħtieġ li jiġu stipulati proċeduri, testijiet u rekwiżiti speċifiċi għal tali approvazzjoni tat-tip.

(4)

B’hekk, huwa xieraq li jiżdiedu ma’ dan ir-Regolament ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/226/KEE adattati fejn meħtieġ skont l-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku.

(5)

L-ambitu ta’ dan ir-Regolament għandu jkun konformi ma’ dak tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 u b’hekk limitat għal vetturi tal-kategoriji N u O. Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Tekniku - Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament japplika għal vetturi tal-kategoriji N u O, kif iddefiniti fl-Anness II għad-Direttiva 2007/46/KE, li huma mgħammra b’sistema ta’ soppressjoni tat-titjir, kif ukoll għal sistemi ta’ soppressjoni tat-titjir maħsuba biex jiġu mgħammra fuq vetturi tal-kategoriji N u O.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‘Sistema ta’ soppressjoni tat-titjir’ tfisser sistema maħsuba biex tnaqqas il-pulverizzazzjoni ta’ ilma mitfugħ ‘il fuq mit-tajers ta’ vettura miexja u li hija magħmula minn madgard, parakwi tax-xita u valances mgħammra b’tagħmir li jrażżan it-titjir;

(2)

‘Madgard’ tfisser komponent riġidu jew semi-riġidu maħsub biex jiġbor l-ilma mitfugħ ‘il fuq mit-tajers iduru u biex jidderiġih lejn l-art u li jista’ jifforma kompletament jew parzjalment parti integrali mill-karozzerija ta’ vettura jew minn partijiet oħra tal-vettura bħall-parti l-baxxa tal-pjattaforma tat-tagħbija;

(3)

‘Parakwa tax-xita’ tfisser komponent flessibbli armat vertikalment wara r-rota, fuq il-parti l-baxxa tax-xażi jew il-pjattaforma tat-tagħbija, jew fuq il-madgard u li għandu wkoll inaqqas ir-riskju li xi oġġetti żgħar, b’mod partikolari żrar, jinġabru mill-art mit-tajers u jintefgħu ‘l fuq jew lejn il-ġenb lejn utenti tat-triq oħra;

(4)

‘Tagħmir għas-soppressjoni tat-titjir’ tfisser parti mis-sistema tas-soppressjoni tat-titjir li tista’ tinkludi separatur tal-arja/l-ilma u assorbitur tal-enerġija;

(5)

‘Separatur tal-arja/l-ilma’ tfisser komponent li jifforma parti mill-valance u/jew mill-parakwa tax-xita li minnu tista’ tgħaddi l-arja filwaqt li jitnaqqsu emissjonijiet pulverizzanti tal-ilma;

(6)

‘Assorbitur tal-enerġija’ tfisser komponent li jifforma parti mill-madgard u/jew mill-valance u/jew mill-parakwa tax-xita li jassorbi l-enerġija tat-titjir tal-ilma, b’hekk inaqqas it-titjir tal-ilma pulverizzat;

(7)

‘Valance ta’ barra’ tfisser komponent li jinsab bejn wieħed u ieħor fi pjan vertikali li huwa parallel mas-superfiċi lonġitudinali tal-vettura u li jista’ jifforma parti mill-madgard jew mill-karozzerija tal-vettura;

(8)

‘Roti ggwidati’ tfisser ir-roti azzjonati mis-sistema ta’ gwida tal-vettura;

(9)

‘Fus ta’ awtodirezzjoni’ tfisser fus stabbilit fuq punt ċentrali b’tali mod li jista’ jintraċċja ark orizzontali.

(10)

‘Roti awtoggwidati’ tfisser roti mhux attwati mill-mezz ta’ gwida tal-vettura, li jistgħu jduru tul angolu li ma jaqbiżx l-20° minħabba l-frizzjoni eżerċitata mill-art;

(11)

‘Fus li jista’ jinġibed lura’ tfisser fus kif iddefinit fil-punt 2.15. fl-Anness I tad-Direttiva 97/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

(12)

‘Vettura mhux mgħobbija’ tfisser vettura lesta għas-sewqan kif iddefinit fil-punt 2.6. tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE;

(13)

‘Il-profil ta’ wiċċ it-tajer’ tfisser dik il-parti tat-tajer kif iddefinit fl-punt 2.8. tal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE (5).

(14)

‘Tipi ta’ tagħmir għas-soppressjoni tat-titjir’ tfisser tagħmir li ma jvarjax fir-rigward tal-karatteristiċi ewlenin li ġejjin:

(a)

il-prinċipju fiżiku adottat sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet (assorbiment ilma-enerġija, separatur arja/ilma),

(b)

materjali,

(c)

forma,

(d)

dimensjonijiet, safejn jistgħu jinfluwenza l-imġiba tal-materjal;

(15)

‘Vettura tal-irmonk tas-semi-trailers’ tfisser vettura tal-irmonk kif iddefinit fil-punt 2.1.1.2.2. tal-Anness I tad-Direttiva 97/27/KE;

(16)

‘Massa ta’ tagħbija massima teknikament permissibbli (M)’ tfisser il-massa ta’ tagħbija massima teknikament permissibbli kif iddikjarat mill-manifattur kif iddefinit fil-punti 2.8. tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE.

(17)

‘Tip ta’ vettura fir-rigward tas-soppressjoni tat-titjir’ tfisser vetturi kompluti, mhux kompluti jew ikkompletati, li ma jvarjawx fir-rigward tal-aspetti li ġejjin:

tip ta’ tagħmir għas-soppressjoni tat-titjir installat fuq il-vettura,

tismija tat-tip tas-sistema ta’ soppressjoni tat-titjir tal-manifattur.

Artikolu 3

Approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura fir-rigward ta’ sistemi ta’ soppressjoni tat-titjir

1.   Il-manifattur jew ir-rappreżentant tal-manifattur għandu jissottometti lill-awtorità tal-approvazzjoni l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura fir-rigward tas-sistemi ta’ soppressjoni tat-titjir tagħha.

2.   L-applikazzjoni għandha timtela skont il-mudell tad-dokument ta’ informazzjoni stipulat fil-Parti 1 tal-Anness I.

3.   Jekk jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti relevanti stipulati fl-Annessi III u IV ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip KE u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta’ enumerazzjoni stipulata fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.

Awtorità ta’ approvazzjoni ma tistax tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.

4.   Għall-għanijiet tal-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE kif stabbilit f’konformità mal-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness I.

Artikolu 4

Approvazzjoni tat-tip KE ta’ unità teknika separata ta’ sistema ta’ soppressjoni tat-titjir

1.   Il-manifattur jew ir-rappreżentant tal-manifattur għandu jissottometti lill-awtorità tal-approvazzjoni l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ unità teknika separata ta’ tip ta’ sistema ta’ soppressjoni tat-titjir.

L-applikazzjoni għandha timtela skont il-mudell tad-dokument ta’ informazzjoni stipulat fil-Parti 1 tal-Anness II.

2.   Jekk jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti relevanti stipulati fl-Annessi III u IV ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip KE ta’ unità teknika separata u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta’ enumerazzjoni stipulata fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.

Awtorità ta’ approvazzjoni ma tistax tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ unità teknika separata.

3.   Għall-għanijiet tal-paragrafu 2, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE kif stabbilit f’konformità mal-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II.

Artikolu 5

Marka tal-approvazzjoni tat-tip KE ta’ unità teknika separata

Kull unità teknika separata konformi ma’ tip li għalih tkun ingħatat approvazzjoni tat-tip KE ta’ unità teknika separata skont dan ir-Regolament għandu jkollha marka tal-approvazzjoni tat-tip KE ta’ unità teknika separata kif stipulat fil-Parti 3 tal-Anness II.

Artikolu 6

Validità u estensjoni tal-approvazzjonijiet mogħtija taħt id-Direttiva 91/226/KEE

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jippermettu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi u unitajiet tekniċi separati b’approvazzjoni tat-tip taħt id-Direttiva 91/226/KEE qabel l-1 ta’ Novembru 2012 u jkomplu jagħtu estensjoni tal-approvazzjonijiet lil dawk il-vetturi u l-unitajiet tekniċi separati skont il-kundizzjonijiet tad-Direttiva 91/226/KEE.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 103, 23.4.1991, p. 5.

(4)  ĠU L 233, 25.8.1997, p. 1.

(5)  ĠU L 129, 14.5.1992, p. 95.


ANNESS I

DOKUMENTI AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TA’ VETTURI FIR-RIGWARD TAS-SISTEMI TAGĦHOM TA’ SOPPRESSJONI TAT-TITJIR

PARTI 1

Dokument ta’ informazzjoni

MUDELL

Dokument ta’ informazzjoni Nru … marbut mal-approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura fir-rigward tas-sistemi tagħha ta’ soppressjoni tat-titjir (*).

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u għandha tinkludi werrej. Kull disinn irid jiġi pprovdut fi skala adatta b’dettall suffiċjenti fuq daqs A4 jew fuq fowlder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati għandhom kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1.   Marka (isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.2.1.   Isem (ismijiet) kummerċjali (jekk hemm): …

0.3.   Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vetturi(b)

0.3.1.   Fejn jinsab l-immarkar: …

0.4.   Kategorija tal-vettura(c): …

0.5.   Isem u indirizzi tal-manifattur: …

0.8.   Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

0.9.   Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk hemm): …

1.   KARATTERISTIĊI TA’ KOSTRUZZJONI ĠENERALI TAL-VETTURA

1.1.   Ritratti u/jew disinji ta’ vettura rappreżentattiva: …

1.3.   Għadd ta’ fusien u roti: …

1.3.1.   Għadd u pożizzjoni tal-fusien b’roti doppji: …

1.3.2.   Għadd u pożizzjoni tal-fusien iggwidati …

2.   MASES U DIMENSJONIJIET(f)(g)

(f’kg u mm) (irreferi għad-disinn fejn applikabbli)

2.1.   Il-bażi minn fus sa fus (mgħobbi kompletament)(g)(l): …

2.6.   Il-massa tal-vettura miexja (massimu u minimu għal kull varjant) Il-massa tal-vettura bil-karozzerija u, fil-każ ta’ vettura tal-irmonk ta’ kategorija għajr M1, b’tagħmir ta’ gganċjar, jekk imqiegħed mill-manifattur, f’kundizzjoni ta’ sewqan, jew il-massa tax-xażi jew ix-xażi bil-kabina, mingħajr karozzerija u/jew tagħmir ta’ gganċjar jekk il-manifattur ma jqegħidx il-karozzerija u/jew it-tagħmir ta’ gganċjar (inklużi likwidi, għodda, rota żejda, jekk tkun imqiegħda, u s-sewwieq u, għal karozzi tal-linja u kowċis, kunduttur jekk ikun hemm sit għall-kunduttur fil-vettura)(h) (massimu u minimu għal kull varjant): …

2.6.1.   Distribuzzjoni ta’ din il-massa fost il-fusien u, fil-każ ta’ semi-trailer jew trailer b’fus fin-nofs, tagħbija fuq il-punt ta’ gganċjar (massimu u minimu għal kull varjant): …

2.8.   Massa massima ta’ tagħbija teknikament permissibbli ddikjarata mill-manifattur(i)(3): …

9.   KAROZZERIJA

9.20.   Sistema ta’ soppressjoni tat-titjir …

9.20.0.   Preżenza: iva/le/mhux kompleta(1)

9.20.1.   Deskrizzjoni qasira tal-vettura fir-rigward tas-sistema tagħha ta’ soppressjoni tat-titjir u l-komponenti kostitwenti: …

9.20.2.   Disinji dettaljati tas-sistema ta’ soppressjoni tat-titjir u l-pożizzjoni tagħha fuq il-vettura li juru d-dimensjonijiet speċifikati fil-Figuri fl-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 109/2011 u fil-konsiderazzjoni tal-estremitajiet tal-kombinazzjonijiet tajer/rota: …

9.20.3.   Numru/i tal-approvazzjoni tat-tip tat-tagħmir ta’ soppressjoni tat-titjir, jekk disponibbli: …

Data, Firma

PARTI 2

MUDELL

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

Timbru tal-awtorità tal-approvazzjoni

Komunikazzjoni li tikkonċerna:

approvazzjoni tat-tip KE (1)

estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE (1)

ċaħda tal-approvazzjon tat-tip KE (1)

irtirar tal-approvazzjoni tat-tip KE (1)

ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistemi tagħha ta’ soppressjoni tat-titjir

skont ir-Regolament (UE) Nru …/…, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) Nru …/… (1)

Numru tal-approvazzjoni tat-tip KE: …

Raġuni għall-estensjoni: …

TAQSIMA I

0.1.   Marka (isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.2.1.   Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli): …

0.3.   Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (2): …

0.3.1.   Fejn jinsab l-immarkar: …

0.4.   Kategorija tal-vettura (3): …

0.5.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.8.   Isem(ismijiet) u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

0.9.   Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk hemm): …

TAQSIMA II

1.   Informazzjoni addizzjonali: ara l-Addendum.

2.   Servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet: …

3.   Data tar-rapport tat-test: …

4.   Numru tar-rapport tat-test: …

5.   Rimarki (jekk hemm): ara l-Addendum.

6.   Post: …

7.   Data: …

8.   Firma: …

9.   Qed jiġi mehmuż l-indiċi tal-pakkett ta’ informazzjoni ddepożitat mal-awtorità tal-approvazzjoni, li tista’ tintalab kopja tiegħu.


(*)  Għal vetturi tal-kategorija N1 u dawk tal-kategorija N2 b’massa massima ta’ tagħbija teknikament permissibbli li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati bl-użu tad-deroga tal-punt 0.1 tal-Parti 1 tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament, jista’ jintuża d-dokument ta’ informazzjoni stabbilit fl-Anness II tad-Direttiva 78/549/KEE.

(1)  ħassar fejn mhux applikabbli.

(2)  Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex relevanti għad-deskrizzjoni tal-vettura, ta’ komponent jew ta’ tipi ta’ unità teknika separata koperti b’dan iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(3)  Kif definit fid-Direttiva 2007/46/KE, l-Anness II, it-Taqsima A.

Addendum

għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE Nru

1.   Informazzjoni addizzjonali

1.1.   Karatteristiċi tat-tagħmir għas-soppressjoni tat-titjir (tip, deskrizzjoni fil-qosor, marka kummerċjali jew isem, numru(i) tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponent):

5.   Rimarki (jekk hemm):


ANNESS II

DOKUMENTI AMMINISTRATTIVI GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TA’ SISTEMI TA’ SOPPRESSJONI TAT-TITJIR BĦALA UNITAJIET TEKNIĊI SEPARATI

PARTI 1

Dokument ta’ informazzjoni

MUDELL

Dokument ta’ informazzjoni Nru … marbut mal-approvazzjoni tat-tip KE bħala unità teknika separata ta’ sistemi ta’ soppressjoni tat-titjir.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u għandha tinkludi werrej. Kull disinn irid jiġi pprovdut fi skala adatta b’dettall suffiċjenti fuq daqs A4 jew fuq fowlder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati għandhom kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1.   Marka (isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.5.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.7.   Fil-każ ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, fejn jinsab u l-metodu ta’ twaħħil tal-marka tal-approvazzjoni KE: …

0.8.   Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

0.9   Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk hemm): …

1.   DESKRIZZJONI TAT-TAGĦMIR

1.1.   Deskrizzjoni teknika tat-tagħmir għas-soppressjoni tat-titjir li tindika l-prinċipju operattiv fiżiku tiegħu u t-test relevanti li jrid ikun suġġett għalih: …

1.2.   Il-materjali użati: …

1.3.   Disinn(disinji) f’dettall suffiċjenti u fi skala adatta sabiex jippermetti li dan (jew dawn) jiġu identifikati. Id-disinn irid juri l-ispazju maħsub għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent: …

Data

Firma

PARTI 2

MUDELL

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

Timbru tal-awtorità tal-approvazzjoni

Komunikazzjoni li tikkonċerna:

approvazzjoni tat-tip KE (1)

estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE (1)

ċaħda tal-approvazzjon tat-tip KE (1)

irtirar tal-approvazzjoni tat-tip KE (1)

ta’ tip ta’ sistema ta’ soppressjoni tat-titjir bħala komponent/unità teknika separata

skont ir-Regolament (UE) Nru …/…, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) Nru …/… (1)

Numru tal-approvazzjoni tat-tip KE: …

Raġuni għall-estensjoni: …

TAQSIMA I

0.1.   Marka (isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.3.   Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq unità teknika separata (2): …

0.3.1.   Fejn jinsab l-immarkar: …

0.5.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.7.   Fejn jinsab u l-metodu ta’ twaħħil tal-marka tal-approvazzjoni KE: …

0.8.   Isem(ismijiet) u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

0.9.   Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk hemm): …

TAQSIMA II

1.   Informazzjoni addizzjonali: ara l-Addendum.

2.   Servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet: …

3.   Data tar-rapport tat-test: …

4.   Numru tar-rapport tat-test: …

5.   Rimarki (jekk hemm): ara l-Addendum.

6.   Post: …

7.   Data: …

8.   Firma: …

9.   Qed jiġi mehmuż l-indiċi tal-pakkett ta’ informazzjoni ddepożitat mal-awtorità tal-approvazzjoni, li tista’ tintalab kopja tiegħu.

Addendum

għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE Nru

1.   Informazzjoni addizzjonali

1.1.   Prinċipju operattiv tat-tagħmir: assorbitur tal-enerġija/separatur tal-arja/l-ilma (3):

1.2.   Karatteristiċi tat-tagħmir tas-soppressjoni tat-titjir (deskrizzjoni qasira, marka kummerċjali jew isem, numru(i):

5.   Rimarki (jekk hemm):

PARTI 3

Marka tal-approvazzjoni tat-tip KE għal unità teknika separata

1.   Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip KE għal unità teknika separata għandha tikkonsisti minn:

1.1.   Rettangolu madwar l-ittra minuskola ‘e’ segwita min-numru distintiv għall-Istat Membru li ta l-approvazzjoni tat-tip KE għal unità teknika separata:

1

għall-Ġermanja

2

għal Franza

3

għall-Italja

4

għall-Pajjiżi l-Baxxi

5

għall-Isvezja

6

għall-Belġju

7

għall-Ungerija

8

għar-Repubblika Ċeka

9

għal Spanja

11

għar-Renju Unit

12

għall-Awstrija

13

għal-Lussemburgu

17

għall-Finlandja

18

għad-Danimarka

19

għar-Rumanija

20

għall-Polonja

21

għall-Portugall

23

għall-Greċja

24

għall-Irlanda

26

għas-Slovenja

27

għas-Slovakkja

29

għall-Estonja

32

għal-Latvja

34

għall-Bulgarija

36

għal-Litwanja

49

għal Ċipru

50

għal Malta

1.2.   Qrib ir-rettangolu in-‘numru ta’ approvazzjoni bażi’ fit-Taqsima 4 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip preċedut miż-żewġ numri li jindikaw in-numru ta’ sekwenza assenjat lil dan ir-Regolament jew l-aħħar emenda teknika ewlenija għal dan ir-Regolament. In-numru ta’ sekwenza bħalissa huwa ‘00’.

2.   Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip KE għal unità teknika separata għadha titwaħħal mat-tagħmir ta’ soppressjoni b’tali mod li ma titħassarx kif ukoll li tinqara b’mod ċar u faċli anke jekk it-tagħmir jiġi mmuntat fuq vettura.

3.   Eżempju ta’ marka tal-approvazzjoni tat-tip KE għal unità teknika separata jidher kif ġej.

Eżempju ta’ marka tal-approvazzjoni tat-tip KE għal unità teknika separata

Image

Nota ta’ spjegazzjoni

Leġġenda

L-approvazzjoni tat-tip KE għal unità teknika separata ngħatat mill-Pajjiżi l-Baxxi taħt in-numru 0046. L-ewwel żewġ numri ‘00’ jindikaw li l-unità teknika separata kienet approvata skont dan ir-Regolament. Is-simbolu ‘A’ jindika li huwa tagħmir tat-tip li jassorbi l-enerġija.


(1)  ħassar fejn mhux applikabbli.

(2)  Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex relevanti għad-deskrizzjoni tal-vettura, ta’ komponent jew ta’ tipi ta’ unità teknika separata koperti b’dan iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(3)  Ħassar fejn ma japplikax.


ANNESS III

PARTI 1

Rekwiżiti għat-tagħmir għas-soppressjoni tat-titjir

0.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

0.1.   It-tagħmir għas-soppressjoni tal-titjir għandu jinbena b’tali mod li jopera sewwa meta jintuża normalment fuq toroq imxarrba. Barra minn hekk, ma għandu jinkorpora ebda difett strutturali jew ta’ manifattura li jkun ta’ detriment għall-funzjonament jew l-imġiba xierqa tiegħu.

1.   TESTIJIET LI GĦANDHOM JITWETTQU

1.1   Skont il-prinċipju operattiv fiżiku tiegħu, it-tagħmir għas-soppressjoni tat-titjir huwa suġġett għat-testijiet relevanti kif deskritti fil-Partijiet 2 u 3 u għandu jagħti r-riżultati mitluba fil-punt 5 ta’ dawk il-Partijiet.

2.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TAL-KOMPONENT

2.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2007/46/KE ta’ tip ta’ tagħmir għas-soppressjoni tat-titjir għandha tiġi sottomessa mill-manifattur.

2.2.   Mudell tad-dokument ta’ informazzjoni jidher fil-Part 1 tal-Anness II.

2.3.   Dawn li ġejjin għandhom jiġu sottomessi lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip:

Erba’ kampjuni: tlieta minnhom huma għat-testijiet u r-raba’ jinżamm mil-laboratorju għal kwalunkwe verifika sussegwenti. Il-laboratorju tat-test jista’ jitlob kampjuni ulterjuri.

2.4.   Immarkar

2.4.1   Kull tagħmir għandu jkun immarkat b’mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem kummerċjali jew il-marka u indikazzjoni t-tip u għandu jinkludi spazju kbir biżżejjed għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent.

2.4.2   Is-simbolu ‘A’ għal tagħmir tat-tip ta’ assorbiment tal-enerġija jew ‘S’ għal tagħmir tat-tip ta’ separatur bejn arja/ilma għandu jiżdied mal-marka ta’ approvazzjoni skont il-punt 1.3. tal-Appendiċi tal-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE

PARTI 2

Test fuq tagħmir għas-soppressjoni tat-titjir tat-tip li jassorbi l-enerġija

1.   PRINĊIPJU

L-għan ta’ dan it-test huwa li jikkwantifika l-ħila tat-tagħmir li jilqa’ fih l-ilma mmirat lejh permezz ta’ sensiela ta’ ġettijiet. L-immuntar tat-test huwa maħsub sabiex jirriproduċi l-kundizzjonijiet li taħthom it-tagħmir għandu jaħdem meta jitqiegħed fuq vettura fir-rigward tal-volum u l-veloċità tal-ilma li jitla’ mill-art mill-profil ta’ wiċċ it-tajer.

2.   TAGĦMIR

Ara l-Figura 8 fl-Anness VI għal deskrizzjoni tal-immuntar tat-test.

3.   KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST

3.1.   It-testijiet iridu jitwettqu f’kamra magħluqa b’ambjent ta’ arja mhux imqanqla.

3.2.   It-temperatura tal-ambjent u t-temperatura tal-biċċiet tat-test trid tkun 21 (± 3) °C.

3.3.   Irid jintuża ilma dejonizzat.

3.4.   Il-biċċiet għall-ittestjar iridu jiġu ppreparati għal kull test billi jixxarbu.

4.   PROĊEDURA

4.1   Orbot tajjeb kampjun wiesa’ 500 (+ 0/– 5) mm u għoli 750 mm tat-tagħmir li jrid jiġi ttestjat mal-pjanċa vertikali tat-tagħmir ta’ ttestjar, filwaqt li tiżgura li l-kampjun jinsab sewwa fil-limiti tar-reċipjent fejn jinġemal-ilma, u li ebda ostaklu ma jista’ jtajjar l-ilma ‘l bogħod, kemm qabel kif ukoll wara l-impatt.

4.2   Irregola r-rata tal-fluss tal-ilma għal 0,675 (+/– 0,01) l/s u mmira tal-inqas 90 l u tal-aktar 120 l għal fuq il-kampjun minn distanza orizzontali ta’ 500 (+/– 2) mm (il-Figura 8 tal-Anness VI).

4.3.   Ħalli l-ilma jqattar mill-kampjun fir-reċipjent tal-ilma. Ikkalkula l-perċentwali ta’ ilma miġbur imqabbla mal-kwantità ta’ ilma li jtir bħala raxx.

4.4.   Irrepeti t-test ħames darbiet fuq il-kampjun skont il-punti 4.2 u 4.3. Ikkalkula l-perċentwali medja tas-sensiela ta’ ħames testijiet.

5.   RIŻULTATI

5.1.   Il-perċentwali medju kkalkulat fil-punt 4.4 jrid ikun 70 % jew iktar.

5.2   Jekk fis-sensiela ta’ ħames testijiet l-ogħla perċentwali u l-perċentwali l-iktar baxx ta’ ilma miġbur jitbiegħdu mill-perċentwali medju b’aktar minn 5 %, is-sensiela ta’ ħames testijiet trid terġa’ ssir.

Jekk fit-tieni sensiela ta’ ħames testijiet l-ogħla perċentwali u l-perċentwali l-iktar baxxa ta’ ilma miġbur għal darb’oħra jitbiegħdu mill-perċentwali medja b’aktar minn 5 % u jekk l-iżgħar valur ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-punt 5.1., ma għandhiex tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

5.3.   Ittestja jekk il-pożizzjoni wieqfa tal-istrument tinfluwenzax ir-riżultati miksuba. Jekk dan ikun il-każ, il-proċedura deskritta fil-punti minn 4.1 sa 4.4 trid terġa’ ssir fil-pożizzjoni li tagħti l-ogħla perċentwali u l-perċentwali l-iktar baxxa ta’ ilma miġbur; ir-rekwiżiti tal-punt 5.2 jibqgħu fis-seħħ.

Il-medja tar-riżultati individwali għandha mbagħad tittieħed biex toħroġ il-perċentwali medja. Din il-perċentwali medja trid tkun ta’ 70 jew iktar.

PARTI 3

Test fuq tagħmir għas-soppressjoni tat-titjir tat-tip li jissepara l-arja/l-ilma

1.   PRINĊIPJU

Dan it-test huwa maħsub biex tiġi ddeterminata l-effikaċja ta’ materjal poruż maħsub biex iżomm fih l-ilma li jitraxxax fuqu permezz ta’ pulverizzatur tal-ilma/l-arja li jaħdem bil-pressa.

It-tagħmir li jintuża għat-test irid joħloq mill-ġdid il-kundizzjonijiet li fihom isib ruħu l-materjal, fir-rigward ta’ volum u veloċità tar-raxx tal-ilma ġġenerat mit-tajers, kieku kellu jitqiegħed fuq vettura.

2.   TAGĦMIR

Ara l-Figura 9 fl-Anness VI għal deskrizzjoni tal-immuntar tat-test.

3.   KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST

3.1.   It-testijiet iridu jitwettqu f’kamra magħluqa b’ambjent ta’ arja mhux imqanqla.

3.2.   It-temperatura tal-ambjent u t-temperatura tal-biċċiet tat-test trid tkun 21 (± 3) °C.

3.3.   Irid jintuża ilma dejonizzat.

3.4.   Il-biċċiet għall-ittestjar iridu jiġu ppreparati għal kull test billi jixxarbu.

4.   PROĊEDURA

4.1   Orbot kampjun 305 × 100 mm bil-wieqaf fl-apparat tat-test, ivverifika li ma hemmx spazju bejn il-kampjun u l-pjanċa milwija ta’ fuq u li t-trej jinsab sewwa f’postu. Imla t-tank tal-pulverizzatur b’1 ± 0,005 litri ta’ ilma u dan qiegħdu kif deskritt fid-dijagramma.

4.2   Il-pulverizzatur irid jiġi regolat kif ġej:

pressjoni (fil-pulverizzatur): 5 bar + 10 %/– 0 %

rata ta’ fluss: 1 litru/minuta ± 5 sekondi

pulverizzazzjoni: ċirkulari, 50 ± 5 mm bħala dijametru b’distanza ta’ 200 ± 5 mm mill-kampjun, żennuna 5 ± 0,1 mm bħala dijametru.

4.3.   Ippulverizza sakemm ma jibqax aktar ilma u żomm nota tal-ħin meħud. Ħalli l-ilma joħroġ mill-kampjun fit-trej għal 60 sekonda u kejjel il-volum ta’ ilma miġbur. Kejjel il-kwantità ta’ ilma li jibqa’ fit-tank tal-pulverizzatur. Ikkalkula l-perċentwali bil-volum ta’ ilma miġbur imqabbel mal-volum ta’ ilma ppulverizzat.

4.4.   Irrepeti t-test ħames darbiet u kkalkula l-perċentwali medja tal-kwantità miġbura. Ivverifika qabel kull test li t-trej, it-tank tal-pulverizzatur u l-kontenitur tal-kejl ikunu nixfin.

5.   RIŻULTATI

5.1.   Il-perċentwali medja kkalkulata fil-punt 4.4 trid tkun 85 % jew aktar.

5.2   Jekk fi ħdan sensiela ta’ ħames testijiet l-ogħla perċentwali u l-perċentwali l-iktar baxxa ta’ ilma miġbur jitbiegħdu mill-perċentwali medja b’aktar minn 5 %, is-sensiela ta’ ħames testijiet trid issir mill-ġdid. Jekk fit-tieni sensiela ta’ testijiet l-ogħla perċentwali u l-perċentwali l-iktar baxxa ta’ ilma miġbur għal darb’oħra jitbiegħdu mill-perċentwali medja b’aktar minn 5 % u l-iżgħar valur ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-punt 5.1., ma għandhiex tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

5.3.   Fejn il-pożizzjoni wieqfa tal-istrument tinfluwenza r-riżultati miksuba, il-proċedura deskritta fil-punti minn 4.1 sa 4.4 trid issir mill-ġdid fil-pożizzjonijiet li jagħtu l-ogħla perċentwali u l-iktar perċentwali baxxa ta’ ilma miġbur; ir-rekwiżiti tal-punt 5.2 jibqgħu fis-seħħ.

Ir-rekwiżit tal-punt 5.1 jibqa’ fis-seħħ biex jingħataw ir-riżultati ta’ kull test.


ANNESS IV

Rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta’ soppressjoni tat-titjir

0.   ĠENERALI

0.1.   Il-vetturi tal-kategorija N u O, għajr għall-vetturi off-road kif iddefinit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE, għandhom jinbnew u/jew ikollhom fuqhom sistemi ta’ soppressjoni tat-titjir b’tali mod li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness. Fil-każ ta’ vetturi bix-xażi/kabina, dawn ir-rekwiżiti jistgħu jiġu applikati biss għar-roti mgħottija mill-kabina.

Għall-vetturi tal-kategorija N1 u N2 b’massa ta’ tagħbija massima permissibbli li ma taqbiżx is-7.5 tunnellati, ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 78/549/KEE (1) jistgħu jiġu applikati bħala alternattiva għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fuq talba tal-manifattur.

0.2.   Ir-rekwiżiti ta’ dan l-Anness marbuta mat-tagħmir tas-soppressjoni tat-titjir, kif iddefinit fl-Artikolu 2(4), mhumiex mandatorji għall-vetturi tal-katogoriji N, O1 u O2 b’massa ta’ tagħbija massima permissibbli li ma taqbiżx is-7.5 tunnellati, vetturi bix-xażi/kabina, vetturi mingħajr bodi jew vetturi li fuqhom il-preżenza ta’ tagħmir tas-soppressjoni tat-titijir tkun inkompatibbli mal-użu tagħhom. Madankollu, jekk dawn l-istrumenti jitqiegħdu fuq dawn il-vetturi, iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

1.   Għandha tiġi sottomesa vettura rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat, mgħammra bis-sistema tagħha tas-soppressjoni tat-titjir lis-servizz tekniku li jwettaq it-testijiet ta’ approvazzjoni.

REKWIŻITI ĠENERALI

2.   FUSIEN

2.1.   Fusien li jistgħu jinġibdu lura

Fejn vettura hija mgħammra b’fus wieħed li jista’ jinġibed lura jew aktar, is-sistema tas-soppressjoni tat-titjir trid tgħatti r-roti kollha meta l-fus ikun imniżżel u r-roti f’kuntatt mal-art meta l-fus jogħla.

2.2.   Fusien ta’ awtodirezzjoni

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, fus ta’ awtodirezzjoni tat-tip “pivot steering” huwa meqjus, u ttrattat bħal, fus mgħammar b’roti ggwidati.

Fejn vettura hija mgħammra b’fus ta’ awtodirezzjoni, is-sistema tas-soppressjoni tat-titjir trid tissodisfa l-kundizzjonijiet applikabbli għal roti mhux iggwidati jekk immuntati fuq il-parti tal-pern. Jekk mhux immuntata fuq dik il-parti trid tissodisfa l-kundizzjonijiet li huma applikabbli għal roti ggwidati.

3.   POŻIZZJONI TAL-VALANCE TA’ BARRA

Id-distanza “c” bejn il-wiċċ lonġitudinali tanġenzjali mal-wiċċ ta’ barra tat-tajer, apparti minn xi nefħa fit-tajer qrib l-art, u t-tarf ta’ ġewwa tal-valance ma jistgħux jaqbżu l-100 mm (il-Figuri 1a u 1b tal-Anness VI).

4.   STAT TAL-VETTURA

Għall-iċċekkjar tal-konformità ma’ dan ir-Regolament il-vettura trid tkun fl-istat segwenti:

(a)

trid tkun bla tagħbija u bir-roti jħarsu dritt ‘il quddiem;

(b)

fil-każ ta’ semi-trailers, l-uċuħ fejn titqiegħed it-tagħbija jridu jkunu orizzontali;

(ċ)

it-tajers iridu jkunu minfuħa sal-pressjoni normali tagħhom.

5.   SISTEMI TAS-SOPPRESSJONI TAT-TITJIR

5.1   Is-sistema tas-soppressjoni tat-titjir trid tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fil-punt 6 jew 8.

5.2   Is-sistema tas-soppressjoni tat-titjir għal roti mhux iggwidati jew awtoggwidati li huma mgħottija bil-qiegħ tal-karozzerija, jew bil-parti l-baxxa tal-pjattaforma tat-tagħbija, trid tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fil-punt 6 jew 8 jew dawk fil-punt 7.

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI

6.   Rekwiżiti li jikkonċernaw sistemi tas-soppressjoni tat-titjir li jassorbu l-enerġija għal fusien mgħammra b’roti ggwidati jew mhux iggwidati

6.1   Madgards

6.1.1.   Il-madgards iridu jgħattu ż-żona li tiġi sewwasew fuq in-naħa ta’ fuq, ta’ quddiem u ta’ wara t-tajer jew tajers bil-mod li ġej:

(a)

fil-każ ta’ fus wieħed jew aktar minn fus wieħed, it-tarf ta’ quddiem (C) irid jinġibed ‘il quddiem biex jilħaq linja O-Z fejn Θ (theta) ma tkunx aktar minn 45° ‘il fuq mill-orizzontali.

It-tarf ta’ wara nett (il-Figura 2 tal-Anness VI) irid jinġibed ‘l isfel b’mod li ma jkunx aktar minn 100 mm ‘il fuq minn linja orizzontali li tgħaddi miċ-ċentru tar-rota;

(b)

fil-każ ta’ aktar minn fus wieħed l-angolu Θ huwa marbut biss mal-fus ta’ quddiem nett u r-rekwiżit marbut mal-għoli tat-tarf ta’ wara nett japplika biss għall-fus ta’ wara nett;

(ċ)

il-madgard irid ikollu wisa’ totali “q” (il-Figura 1a tal-Anness VI) li tkun tal-inqas biżżejjed biex tgħatti l-wisa’ tat-tajer “b” jew il-wisa’ kollha taż-żewġ tajers “t” fil-każ ta’ roti doppji, filwaqt li jittieħed kont tal-estremitajiet għall-unità tajer/rota speċifikata mill-manifattur. Id-dimensjonijiet “b” u “t” għandhom jitkejlu mal-għoli tal-ħabb, esklużi xi marki, strixxi, faxxi ta’ protezzjoni, eċċ, fuq il-ġnub tat-tajer.

6.1.2.   Il-parti ta’ quddiem tal-parti ta’ wara tal-madgard trid tkun mgħammra b’tagħmir għas-soppressjoni tat-titjir konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stipulati fil-Parti 2 tal-Anness III. Dan il-materjal irid ikopri l-parti interna tal-madgard sa għoli determinat minn linja dritta li tibda miċ-ċentru tar-rota u tifforma angolu ta’ mill-anqas 30° mal-orizzontali (il-Figura 3 tal-Anness VI).

6.1.3.   Jekk il-madgards ikunu magħmula minn ħafna komponenti, meta jitqiegħdu, dawn ma għandux ikun fihom xi ftuħ li jippermetti lit-titjir joħroġ waqt li l-vettura tkun miexja. Dan ir-rekwiżit jitqies bħala li huwa ssodisfat jekk, meta l-vettura tkun mgħobbija jew mhux mgħobbija, kull titjir radjali li jispara ‘l barra miċ-ċentru tar-rota minn fuq il-wisa’ kollha tal-wiċċ tat-tajer li jkun qed idur u fi ħdan il-medda mgħottija mill-madgard jolqot dejjem xi parti mis-sistema tas-soppressjoni tat-titjir.

6.2.   Valances ta’ barra

6.2.1.   Fil-każ ta’ fus wieħed, it-tarf ta’ taħt tal-valance ta’ barra ma jistax ikun lil hinn mid-distanzi jew ir-raġġi li ġejjin, kif jitkejjel miċ-ċentru tar-rota, għajr għat-trufijiet ta’ taħt nett li jistgħu jkunu għat-tond (il-Figura 2 tal-Anness VI).

Sospensjoni tal-arja:

(a)

Fusien ma’ roti ggwidati jew awtoggwidati:

 

Mit-tarf ta’ quddiem (lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura) (il-ponta C)

 

Lejn it-tarf ta’ wara (lejn in-naħa ta’ wara tal-vettura) (il-ponta A)

Rv ≤ 1,5 R

(b)

Fusien ma’ roti mhux iggwidati:

 

Mit-tarf ta’ quddiem (il-ponta C)

 

Lejn it-tarf ta’ wara (il-ponta A)

Rv ≤ 1,25 R

Sospensjoni mekkanika

(a)

każ ġenerali} Rv ≤ 1,8 R

(b)

roti mhux iggwidati għal vetturi b’massa ta’ tagħbija teknikament permissibbli ta’ aktar minn 7,5 t} Rv ≤ 1,5 R

fejn R huwa r-raġġ tat-tajer imwaħħal fuq il-vettura, u Rv id-distanza, espressa bħala raġġ, li fiha jinsab it-tarf ta’ isfel tal-valance ta’ barra

6.2.2.   Fil-każ ta’ aktar minn fus wieħed ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 6.2.1. ma japplikawx bejn l-uċuħ trasversali weqfin li jgħaddu miċ-ċentru tal-ewwel u l-aħħar fus fejn il-valance ta’ barra jista’ jkun dritt biex jiżgura l-kontinwità tas-sistema ta’ soppressjoni tat-titjir. (il-Figura 4 tal-Anness VI).

6.2.3.   Id-distanza bejn l-ogħla punti u l-iktar punti baxxi tas-sistema ta’ soppressjoni tar-raxx (madgard u valance ta’ barra) imkejla fi kwalunkwe profil bi dritt mal-madgard (ara l-Figuri 1b u 2 fl-Anness VI) ma tridx tkun ta’ inqas minn 45 mm fil-punti kollha fuq in-naħa ta’ wara ta’ linja wieqfa li tgħaddi miċ-ċentru tar-rota jew tal-ewwel rota fil-każ ta’ aktar minn fus wieħed. Din id-dimensjoni tista’ titnaqqas bil-ftit il-ftit quddiem din il-linja.

6.2.4.   Ebda fetħiet li jippermettu t-titjir joħroġ meta l-vettura tkun miexja mhuma permessi fil-valances ta’ barra jew bejn il-valances ta’ barra u l-partijiet l-oħra tal-madgards.

6.2.5.   Ir-rekwiżiti tal-punti 6.2.3 u 6.2.4 jistgħu ma jiġux rispettati lokalment meta l-valance tkun magħmula minn elementi differenti b’moviment relattiv.

6.2.6.   It-trakters għas-semitrailers b’xażi baxx, jiġifieri dawk li jista’ jkollhom l-għoli tal-coupling face (iddefinit fil-punt 6.20 tal-istandard ISO 612 tal-1978), daqs 1 100 mm jew inqas, jistgħu jkunu ddisinjati b’mod li jiġu eżentati mir-rekwiżiti tal-punti 6.1.1.a, 6.1.3 u 6.2.4. F’dan ir-rigward, madgards u valances jistgħu ma jgħattux iż-żona li tiġi eżattament ‘il fuq mit-tajers tal-fusien ta’ wara, meta dawn it-trakters jiġu gganċjati ma’ semi-trailer, sabiex jiġi evitat li titfarrak is-sistema ta’ soppressjoni tar-raxx. Iżda, il-madgards u l-valances ta’ dawn il-vetturi jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-punti ta’ hawn fuq, f’setturi li huma aktar minn 60° mil-linja wieqfa li tgħaddi miċ-ċentru tar-rota, quddiem u wara dawn it-tajers.

Dawn il-vetturi għalhekk iridu jkunu ddisinjati b’mod li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel paragrafu meta jitħaddmu mingħajr semi-trailer.

Sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti, il-madgards u l-valances jistgħu, pereżempju, ikun fihom parti li tinqala’.

6.3.   Parakwi tax-xita

6.3.1   Il-wisa’ tal-flepp trid tissodisfa r-rekwiżit għal “q” fil-punt 6.1.1(c), għajr fejn il-flepp tkun ġewwa l-madgards, f’liema każ trid tal-inqas tkun daqs il-wisa’ ta’ wiċċ it-tajer.

Il-wisa’ tal-parti tal-flepp ta’ kontra x-xita li tkun taħt il-madgard trid tissodisfa l-kondizzjoni stabbilita f’dan il-paragrafu b’tolleranza ta’ 10 mm fuq kull naħa.

6.3.2.   L-orjentazzjoni tal-flepp trid tkun bażikament vertikali.

6.3.3.   L-għoli massimu tat-tarf ta’ taħt ma jridx jaqbeż il-200 mm (il-Figura 3 tal-Anness VI).

Id-distanza tiżdied sa 300 mm fil-każ tal-aħħar fus fejn id-distanza radjali tat-tarf ta’ taħt tal-valancing ta’ barra, Rv, ma taqbiżx id-dimensjonijiet tar-raġġ tat-tajers imqiegħda fuq ir-roti ta’ dan il-fus.

L-għoli massimu tat-tarf ta’ isfel tal-flepp ta’ kontra x-xita apparagun mal-art, jista’ jintrefa sa 300 mm jekk il-manifattur jidhirlu li huwa teknikament xieraq fir-rigward tal-karatteristiċi tas-sospensjoni.

6.3.4.   Il-flepp tal-parakwi ma tridx tkun aktar minn 300 mm mill-aktar parti warranija tat-tajer, imkejla orizzontalment.

6.3.5.   Fil-każ ta’ aktar minn fus wieħed fejn id-distanza “d” bejn it-tajers fuq fusien ħdejn xulxin tkun inqas minn 250 mm, huwa biss is-sett tar-roti ta’ wara li jrid ikun mgħammar b’parakwi tax-xita. Irid ikun hemm parakwi tax-xita wara kull rota meta d-distanza “d” bejn it-tajers fuq fusien ħdejn xulxin hija mill-anqas 250 mm (il-Figura 4 tal-Anness VI).

6.3.6.   Il-parakwi tax-xita ma jridux ikunu milwija aktar minn 100 mm lura taħt forza ta’ 3 N kull 100 mm ta’ wisa’ tal-flepp, applikata f’punt lokalizzat 50 mm fuq ix-xifer ta’ isfel tal-flepps.

6.3.7.   Il-faċċata ta’ quddiem kollha tal-parti tal-parakwi tax-xita li għandha d-dimensjonijiet minimi meħtieġa trid tkun mgħammra b’tagħmir tas-soppressjoni tat-titjir li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fil-Parti 2 tal-Anness III.

6.3.8.   L-ebda fetħiet li jippermettu t-titjir joħroġ mhuma permessi bejn ix-xifer ta’ isfel tal-madgard u l-parakwi tax-xita.

6.3.9.   Fejn it-tagħmir tas-soppressjoni tat-titjir jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet marbuta mal-parakwi tax-xita (il-punt 6.3), l-ebda parakwi tax-xita addizzjonali mhuma meħtieġa.

7.   Rekwiżiti marbuta mas-sistemi ta’ soppressjoni tat-titjir mgħammra b’tagħmir għas-soppressjoni tat-titjir li jassorbi l-enerġija għal ċerti fusien li huma mgħammra b’roti mhux iggwidati jew awtoggwidati (ara l-punt 5.2)

7.1.   Madgards

7.1.1.   Il-madgards iridu jgħattu ż-żona li tiġi immedjatament fuq it-tajer jew it-tajers. L-estremitajiet ta’ quddiem u ta’ wara tagħhom iridu jestendu sa mill-inqas il-wiċċ orizzontali li jmiss max-xifer ta’ fuq tat-tajer jew tat-tajers (il-Figura 5 tal-Anness VI). Madankollu, l-estremità ta’ wara tista’ tkun sostitwita mill-parakwa tax-xita, f’liema każ din trid testendi sal-parti ta’ fuq tal-madgard (jew il-komponent ekwivalenti).

7.1.2.   Il-parti warranija ta’ ġewwa tal-madgard trid tkun mgħammra b’tagħmir tas-soppressjoni tat-titjir li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-Parti 2 tal-Anness III.

7.2.   Valances ta’ barra

7.2.1.   Fil-każ ta’ fus wieħed jew fusien multipli fejn id-distanza bejn it-tajers ħdejn xulxin hija mill-anqas 250 mm, il-valance ta’ barra trid tgħatti l-wiċċ li jestendi mill-parti l-baxxa sal-parti ta’ fuq tal-madgard sa linja dritta ffurmata mit-tanġent tax-xifer ta’ fuq tat-tajer jew tajers u li hija bejn il-wiċċ vertikali ffurmat mit-tanġent ta quddiem tat-tajer u l-madgard jew il-parakwa tax-xita lokalizzata wara r-rota jew roti (il-Figura 5b tal-Anness VI).

F’każ ta’ fusien multipli l-valance ta’ barra trid ikun lokalizzata qrib kull rota.

7.2.2.   Ebda fetħiet li jippermettu t-titjir li joħroġ huma permessi bejn il-valance ta’ barra u l-parti ta’ ġewwa tal-madgard.

7.2.3.   Fejn il-parakwi tax-xita mhumiex immuntati wara kull rota (ara l-punti 6.3.5), il-valance ta’ barra trid tkun sħiħa bejn ix-xifer ta’ barra tal-parakwi tax-xita sal-wiċċ vertikali li huwa tanġenti mal-punt l-aktar imbiegħed mill-parti ta’ quddiem tat-tajer (il-Figura 5a tal-Anness VI) tal-ewwel fus.

7.2.4.   Il-wiċċ kollu ta’ ġewwa tal-valance ta’ barra, li l-għoli tiegħu ma jridx ikun inqas minn 100 mm, irid ikun mgħammar b’tagħmir tas-soppressjoni tat-titjir li jassorbi l-enerġija konformi mar-rekwiżiti tal-Parti 2 tal-Anness III.

7.3.   Dawn il-flepps iridu jestendu sal-parti ta’ isfel tal-madgard u jikkonformaw mal-punti minn 6.3.1 sa 6.3.9.

8.   Rekwiżiti li jikkonċernaw sistemi ta’ soppressjoni tat-titjir mgħammra b’tagħmir għas-soppressjoni tat-titjir b’separatur arja/ilma għal fusien b’roti ggwidati u mhux iggwidati.

8.1.   Madgards

8.1.1.   Il-madgards iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-punt 6.1.1(c).

8.1.2.   Madgards għal fus wieħed jew fusien multipli fejn id-distanza bejn it-tajers fuq fusien ħdejn xulxin teċċedi 300 mm jridu wkoll jikkonformaw mal-punt 6.1.1(a).

8.1.3.   Fil-każ ta’ fusien multipli fejn id-distanza bejn it-tajers fuq fusien ħdejn xulxin ma teċċedix 300 mm il-madgards iridu jikkonformaw ukoll mal-mudell muri fil-Figura 7.

8.2.   Valances ta’ barra

8.2.1.   Il-partijiet ta’ isfel tal-valances ta’ barra jridu jkunu mgħammra b’tagħmir tas-soppressjoni tat-titjir b’separatur tal-arja/l-ilma li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Parti 3 tal-Anness III.

8.2.2.   Fil-każ ta’ fus wieħed jew fusien multipli fejn id-distanza bejn it-tajers fuq il-fusien ħdejn xulxin teċċedi 300 mm, il-parti ta’ isfel tat-tagħmir tas-soppressjoni tat-titjir mmuntat mal-valance ta’ barra jrid ikollha d-dimensjonijiet u r-raġġi massimi li ġejjin, li jibdew miċ-ċentru tar-rota (il-Figuri 6 u 7 tal-Anness VI):

(a)

Fusien mgħammra b’roti ggwidati jew roti awtoggwidati:

 

mix-xifer ta’ quddiem (lejn quddiem tal-vettura) (il-ponta C fi 30°)

 

sax-xifer ta’ wara (lejn wara tal-vettura) (il-ponta A f’100 mm)

Rv ≤ 1,05 R

(b)

Fusien mgħammra b’roti mhux iggwidati:

 

mix-xifer ta’ quddiem (il-ponta C f’20°)

 

sax-xifer ta’ wara (il-ponta A f’100 mm)

Rv ≤ 1,00 R

fejn

R= huwa r-raġġ tat-tajer imwaħħal fuq il-vettura;

Rv = id-distanza, radjali, li fiha jinsab it-tarf ta’ isfel tal-valance ta’ barra saċ-ċentru tar-rota.

8.2.3.   Fil-każ ta’ fusien multipli fejn id-distanza bejn it-tajers fuq il-fusien ħdejn xulxin ma teċċedix 300 mm, il-valances ta’ barra lokalizzati fl-ispazji bejn il-fusien iridu jsegwu l-mogħdija speċifikata fil-punt 8.1.3, u jridu jestendu ‘l isfel b’tali mod li ma jkunux aktar minn 100 mm fuq linja dritta orizzontali li tgħaddi miċ-ċentri tar-rota (il-Figura 7 tal-Anness VI).

8.2.4.   Il-fond tal-valance ta’ barra jrid jestendi sa mhux inqas minn 45 mm, fil-punti kollha wara linja vertikali li tgħaddi miċ-ċentru tat-rota. Il-fond jista’ jitnaqqas gradwalment quddiem din il-linja.

8.2.5.   L-ebda fetħiet li jippermettu li t-titjir joħroġ mhuma permessi fil-valances ta’ barra jew bejn il-valances ta’ barra u l-madgards.

8.3.   Parakwi tax-xita

8.3.1.   Il-parakwi tax-xita jridu:

(a)

jikkonformaw mal-punt 6.3 (il-Figura 3 tal-Anness VI); jew

(b)

jikkonformaw mal-punti 6.3.1, 6.3.2, 6.3.5, 6.3.8 u 8.3.2 (il-Figura 6 tal-Anness VI).

8.3.2.   Tagħmir tas-soppressjoni tat-titjir li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Anness IV, jrid ikun mgħammar mal-parakwi tax-xita msemmija fil-punt 8.3.1(b), għall-anqas matul ix-xifer kollu.

8.3.2.1.   Ix-xifer ta’ isfel tat-tagħmir tas-soppressjoni tat-titjir ma jridx ikun aktar minn 200 mm mill-art.

L-għoli massimu tax-xifer ta’ isfel tal-parakwi tax-xita mal-art, jista’ jintrefa’ għal 300 mm jekk il-manifattur iqisu teknikament xieraq fir-rigward tal-karatteristiċi tas-sospensjoni.

8.3.2.2.   It-tagħmir tas-soppressjoni tat-titjir irid ikun għall-anqas 100 mm fond.

8.3.2.3.   Minbarra l-parti ta’ isfel, li tinkludi t-tagħmir tas-soppressjoni tat-titjir, il-parakwa tax-xita kif imsemmi fil-punt 8.3.1(b) ma jridx jintlewa b’aktar minn 100 mm lura taħt l-effett ta’ forza ta’ 3 N kull 100 mm ta’ wisa’ tal-flepp imkejla fil-intersezzjoni tal-flepp mat-tagħmir tas-soppressjoni tat-titjir fil-pożizzjoni ta’ ħidma tiegħu, applikat minn distanza ta’ 50 mm fuq ix-xifer ta’ isfel tal-parakwa tax-xita.

8.3.3.   Il-parakwa tax-xita ma tridx tkun aktar minn 200 mm mix-xifer ta’ wara nett tat-tajer, imkejjel orizzontalment.

9.   Fil-każ ta’ fusien multipli, is-sistema ta’ soppressjoni tat-titjir ta’ fus wieħed, li mhuwiex ta’ waranett, mhux bilfors trid tgħatti l-wisa’ kollu tal-profil tat-tajer meta hemm, lokalment, il-possibbiltà ta’ interferenza bejn is-sistema tas-soppressjoni tat-titjir u l-istruttura tal-fusien jew tas-sospensjoni jew tat-tilar tal-vettura.


(1)  ĠU L 168, 26.6.1978, p. 45.


ANNESS V

Konformità ta’ produzzjoni Ċessazzjoni ta’ produzzjoni

1.   Konformità ta’ produzzjoni

1.1.

Kull tagħmir tas-soppressjoni tat-titjir li jġorr il-marka tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent irid jikkonforma mat-tip li ġie approvat. L-awtorità li toħroġ il-marka tal-approvazzjoni tat-tip KE żżomm kampjun wieħed, li flimkien maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent, jista’ jintuża biex jiġi stabbilit jekk it-tagħmir imqiegħed fis-suq li għandu l-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent jissodisfax ir-rekwiżiti stipulati.

1.2.

Tip ta’ tagħmir huwa ddefinit mill-mudell u d-dokumenti deskrittivi ppreżentati fil-ħin tal-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent. Tagħmir li l-karatteristiċi tiegħu huma identiċi għal dawk tat-tagħmir bażi u li l-komponenti l-oħra tiegħu ma jvarjawx minn dawk tat-tagħmir bażi ħlief għal varjanti li ma jaffettwawx il-karatteristiċi msemmija f’dan l-Anness jista’ jitqies li hu tal-istess tip.

1.3.

Il-manifattur jagħmel kontrolli ta’ rutina sabiex jiggarantixxi l-konformità ta’ produzzjoni tat-tip li ġie approvat.

Għal dan il-għan il-manifattur irid jew ikollu laboratorju disponibbli li huwa suffiċjentement mgħammar għat-twettiq tat-testijiet essenzjali, jew jara li t-testijiet ta’ konformità tal-produzzjoni jitwettqu f’laboratorju approvat.

Ir-riżultati tat-testijiet ta’ konformità ta’ produzzjoni jkunu disponibbli għal spezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti għal mill-inqas sena.

1.4.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll iwettqu kontrolli fuq il-post.

1.5.

Il-konformità ta’ produzzjoni mat-tip ta’ tagħmir li ġie approvat għandha tkun ikkontrollata skont il-kundizzjonijiet u f’konformità mal-metodi li hemm dispożizzjoni għalihom fl-Anness III.

Fuq talba tal-awtoritajiet li jkunu taw l-approvazzjoni tat-tip tal-komponent, il-manifatturi għandhom jipprovdulhom tagħmir tat-tip preċedentement approvat għat-tip għall-iskop ta’ testijiet jew kontrolli ta’ konformità.

1.6.

It-tagħmir jitqies li huwa konformi jekk 9 minn 10 kampjuni magħżula b’mod każwali jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 4 tal-Parti 2 u l-punt 4 tal-Parti 3 tal-Anness III.

1.7.

Jekk il-kondizzjoni speċifikata fil-punt 1.6 ma tkunx sodisfatta, iridu jiġu eżaminati 10 kampjuni oħra magħżula b’mod każwali.

Il-medja tal-qisien kollha meħuda trid tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-punt 4 tal-Parti 2 u l-punt 4 tal-Parti 3 tal-Anness III, u ebda qies individwali ma jista’ jkun inqas minn 95 % tal-valur speċifikat.

2.   Ċessazzjoni ta’ produzzjoni

Detentur ta’ approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent li jieqaf mill-produzzjoni għandu minnufih jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti b’dan il-fatt.


ANNESS VI

FIGURI

Figura 1a

Wisa’ (q) tal-madgard (a) u pożizzjoni tal-valance (j)

Image

Figura 1b

Eżempju ta’ kejl tal-valance ta’ barra

Image

Figura 2

Dimensjonijiet tal-madgard u l-valance ta’ barra

Image

Figura 3

Pożizzjoni tal-madgard u l-parakwa tax-xita

Image

Figura 4

Dijagramma li turi l-immuntar ta’ sistema ta’ soppressjoni tat-titjir (madgard, parakwa tax-xita, valance ta’ barra) li tinkorpora tagħmir għas-soppressjoni tat-titjir (assorbituri tal-enerġija) għal fusien multipli

Image

Figura 5

Dijagramma li turi l-immuntar ta’ sistema ta’ soppressjoni tat-titjir (madgard, parakwa tax-xita, valance ta’ barra) li tinkorpora tagħmir għas-soppressjoni tat-titjir (assorbituri tal-enerġija) għal fusien fuq roti mhux iggwidati jew awtoggwidati

(l-Anness IV – il-punti 5.2 u 7)

Image

Image

Figura 6

Dijagramma li turi l-immuntar ta’ sistema ta’ soppressjoni tat-titjir li tinkorpora tagħmir għas-soppressjoni tat-titjir b’separaturi arja/ilma għal fusien fuq roti ggwidati, awtoggwidati u mhux iggwidati

Image

Figura 7

Dijagramma li turi l-immuntar ta’ sistema ta’ soppressjoni tat-titjir (madgard, parakwa tax-xita, valance ta’ barra) għal fusien multipli fejn id-distanza bejn it-tajers ma taqbiżx 300 mm

Image

Figura 8

Immuntar tat-test għal tagħmir għas-soppressjoni tat-titjir li jassorbi l-enerġija

(l-Anness III, il-PARTI 2)

Image

Figura 9

Immuntar ta’ ttestjar għal tagħmir ta’ soppressjoni tat-titjir b’separatur arja/ilma

(l-Anness III, il-PARTI 3)

Image

Image


9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 110/2011

tat-8 ta’ Frar 2011

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-sistema Ewropea tal-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESPROSS) fir-rigward tal-formati xierqa għat-trażmissjoni tad-dejta, ir-riżultati li għandhom jiġu trażmessi u l-kriterji għall-kejl tal-kwalità għall-modulu ESSPROS dwar il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ April 2007 dwar is-sistema Ewropea tal-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (EC) Nru 458/2007 waqqaf qafas metodoloġiku biex jintuża għall-ġbir tal-istatistika fuq bażi komparabbli għall-benefiċċji tal-Unjoni Ewropea u skadenzi għat-trażmissjoni u t-tixrid tal-istatistika miġbura skont is-sistema Ewropea tal-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (minn issa ‘l quddiem tissejjaħ “ESSPROS”).

(2)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (EC) No 458/2007, il-miżuri ta’ implimentazzjoni relatati mal-formati għat-trażmissjoni tad-dejta, mar-riżultati li għandhom jiġu trażmessi u mal-kriterji għall-kejl tal-kwalità għall-modulu dwar il-benefiċċji netti tal-ħarsien soċjali għandhom jiġu adottati.

(3)

Il-modulu dwar il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti għandu jinkiseb bl-użu tal-“approċċ ristrett”, biex fis-sistema prinċipali tal-ESSPROS ikun hemm l-istess popolazzjoni ta’ benefiċjarji tal-benefiċċji tal-ħarsien soċjali grossi.

(4)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sistema tal-Istatistika Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-formati għat-trażmissjoni tad-dejta u r-riżultati li għandhom jiġu trażmessi għall-modulu dwar il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti għandhom ikunu skont kif huma stabbiliti fl-Anness I.

2.   Il-kriterji għall-kejl tal-kwalità tad-dejta relatata mal-modulu dwar il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti għandhom ikunu skont kif huma stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 113, 30.4.2007, p. 3.


ANNESS I

Formati għat-trażmissjoni tad-dejta marbuta mal-modulu dwar il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti u r-riżultati li għandhom jiġu trażmessi

1.   DEJTA LI GĦANDHA TIĠI TRAŻMESSA

Id-dejta dwar il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti (approċċ ristrett) għandha tiġi trażmessa skont il-format ipprovdut mill-Kummissjoni.

Il-varjabbli li għandhom jiġu trażmessi huma dawn li ġejjin:

1.1.

Ir-Rati Fiskali Medji Dettaljati (AITR) u r-Rati ta’ Kontribuzzjoni Soċjali Medji Dettaljati (AISCR) analizzati simultanjament skont:

il-klassifikazzjoni dettaljata tal-benefiċċji tal-ħarsien soċjali fi flus biss, kif speċifikati fl-Anness 1 tal-Manwal tal-ESSPROS;

l-iskemi elenkati fit-tabella tal-“lista ta’ skemi” stipulati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1322/2007 (1).

1.2.

Benefiċċji fiskali residwi (li jingħataw biss jekk ma jittieħidx kont tagħhom dirett fl-AITR u/jew l-AISCR).

Kull benefiċċju fiskali residwu għandu jinqasam skont il-funzjoni li tikkorrispondi mal-lista ta’ riskji u ħtiġijiet, iddefinita fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 458/2007, fl-ewwel livell ta’ klassifikazzjoni.

Id-dejta għall-benefiċċji fiskali residwi għandha tiġi pprovduta fil-munita nazzjonali.

1.3.

Id-dejta dwar il-benefiċċji soċjali netti (approċċ ristrett) analizzata simultanjament skont:

Il-klassifikazzjoni ddettaljata tal-benefiċċji tal-ħarsien soċjali, kif speċifikati fl-Anness 1 tal-Manwal tal-ESSPROS;

L-iskemi elenkati fit-tabella tal-“lista tal-iskemi” stipulata fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1322/2007 (id-dejta fil-livell tal-“iskemi kollha” ekwivalenti għas-somma tal-iskemi kollha għandha tiġi rrappurtata wkoll).

Il-benefiċċji soċjali netti għandhom jinkisbu bil-konnessjoni tal-benefiċċji tal-ħarsien soċjali grossi stipulati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1322/2007 mal-varjabbli elenkati fil-punti 1.1 u 1.2.

2.   MANWAL TA’ REFERENZA

Il-klassifikazzjonijiet u d-definizzjonijiet dettaljati li jridu jintużaw għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament huma stipulati fil-Manwal tal-ESSPROS prodott mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 294, 13.11.2007, p. 5.


ANNESS II

A.   KRITERJI GĦALL-KEJL TAL-KWALITÀ TAD-DEJTA MARBUTA MAL-MODULU DWAR IL-BENEFIĊĊJI TAL-ĦARSIEN SOĊJALI NETTI

Bi qbil mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), il-valutazzjoni annwali tal-kwalità tal-ġabra ta’ benefiċċji għall-ħarsien soċjali netti għandha tapplika l-kriterji ta’ kwalità li ġejjin: ir-rilevanza, il-preċiżjoni, l-intervent f’waqtu, il-puntwalità, l-aċċessibilità u ċ-ċarezza, il-komparabilità u l-koerenza.

B.   TAGĦRIF LI JRID JIĠI TRAŻMESS

L-Istati Membri għandhom jipprovdu tagħrif dwar:

1.   Kuntatt

1.1.   Dettalji tal-kompilatur tad-dejta.

2.   Preċiżjoni

2.1.   Kopertura tas-sorsi tad-dejta: it-tipi ta’ sorsi użati (reġistri jew sorsi oħra amministrattivi, stħarriġ, stimi); dettalji tal-iskemi/funzjonijiet koperti mit-tipi differenti ta’ sorsi; rapporti dwar problemi ta’ kopertura ta’ sorsi ta’ dejta li jwasslu għall-istima tad-dejta.

2.2.   Metodoloġiji u suppożizzjonijiet użati fl-istimi u f’każ ta’ kopertura mhux kompluta tas-sorsi ta’ dejta:

dejta amministrattiva,

stħarriġ,

immudellar,

oħrajn (speċifika).

2.3.   Reviżjoni ta’ statistika:

tibdil fis-sorsi ta’ dejta użati,

tibdil fil-metodi u suppożizzjonijiet użati għall-istima tad-dejta,

reviżjonijiet ta’ dejta minħabba aġġustamenti kunċettwali (pereżempju aġġustamenti ta’ kontijiet nazzjonali),

reviżjonijiet ta’ dejta minħabba disponibilità ta’ statistika finali,

reviżjonijiet ta’ dejta minħabba azzjonijiet ta’ reviżjoni tal-kwalità,

deskrizzjoni tal-politika ta’ reviżjoni ta’ dejta adottata.

3.   Komparabilità

3.1.   Komparabilità ġeografika

devjazzjonijiet mill-kopertura kompluta tad-dejta finali,

devjazzjonijiet mill-metodoloġija tal-ESSPROS,

dettalji dwar ir-raġunijiet għad-devjazzjoni u l-metodi użati,

stima tal-impatt ta’ dawn id-devjazzjonijiet fuq il-komparabilità.

3.2.   Il-komparabilità matul iż-żmien:

deskrizzjoni tal-korrispondenza bejn il-kopertura tad-dejta storika u l-kopertura tad-dejta attwali,

deskrizzjoni tal-komparabilità tad-dejta storika u d-dejta attwali.

4.   Aċċessibilità u ċarezza

4.1.   Deskrizzjoni tal-politika ta’ tixrid ta’ dejta adottata mill-pajjiż.

4.2.   Deskrizzjoni tal-metadejta/metodoloġija pprovduta lill-utenti.

5.   Rilevanza

5.1.   Deskrizzjoni ta’ kif it-tagħrif statistiku jilħaq il-ħtiġijiet attwali u potenzjali tal-utenti.

C.   SKEDA GĦALL-PRODUZZJONI TAR-RAPPORTI DWAR IL-KWALITÀ

Ir-rapporti dwar il-kwalità fuq il-modulu tal-benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti jsiru fuq bażi annwali.

Ir-rapport dwar is-sena N għandu jiġi trażmess lill-Kummissjoni (Eurostat) sal-31 ta’ Jannar tas-sena N + 3.

D.   FORMAT GĦAT-TRAŻMISSJONI TAR-RAPPORTI DWAR IL-KWALITÀ

It-tagħrif dwar il-kwalità tad-dejta għandu jiġi trażmess skont il-format ipprovdut mill-Kummissjoni (Eurostat).


(1)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.


9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 111/2011

tas-7 ta’ Frar 2011

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna nru (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna nru (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna nru (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Hu f'loku li jkun ipprovdut li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna nru (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna nru (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett b'forma konikali tat-titanju li għandu, fil-parti t'isfel tiegħu, sieq b'kamin minn barra (hekk imsejjaħ “ankraġġ artifiċjali ta' sinna”)

Huwa għall-użu fid-dentistrija. Huwa maħsub biex ikun invitat f'għerq artifiċjali ta' sinna impjantat fix-xedaq u mqabbad mal-għerq permess tal-parti tas-sinna artifiċjali li tidher (crown).

Waqt l-importazzjoni, tkun f'ippakkjar sterilizzat.

 (*) Ara l-istampi.

9021 29 00

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2 b) tal-Kapitolu 90 u bil-kliem tal-Kodiċi NM 9021  u 9021 29 00 .

Minħabba d-disinn tiegħu, il-prodott huwa għall-użu speċifiku fid-dentistrija u ma jistax ikun ikkunsidrat li jagħmel “parti mill-użu ġenerali” kif riferut fin-Nota 2 mat-Taqsima XV. Għalhekk, il-klassifikazzjoni skont it-Taqsima XV hija eskluża.

L-oġġett, minħabba li jagħmel parti minn tagħmir dentali, għandu jkun klassifikat skont l-intestatura 9021 li tinkludi diversi aċċessorji użati mid-dentisti biex jagħmlu l-irjus tas-snin jew id-dentaturi (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 9021 (III) (B) (4)).

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 9021 29 00 bħala tagħmir dentali.

Image Image

(*)  L-istampi qegħdin hemm biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.


9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/35


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 112/2011

tas-7 ta’ Frar 2011

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Hu f'loku li jkun ipprovdut li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Modulu b’qisien ta’ madwar 8,5 × 30 × 23 ċm, iddiżenjat għall-monitoraġġ ta’ gassijiet respiratorji u tal-loppju li jingħataw lil pazjent taħt kura medika (imsejjaħ “Modulu għall-Analiżi tal-Gassijiet”).

Il-modulu jaħdem biss flimkien ma’ sistema għall-monitoraġġ tal-pazjent u huwa kkontrollat minnha.

Il-modulu janalizza l-gass respiratorju li jingħata lill-pazjent permezz ta' spektroskopju, biex jiddentifika l-ammont ta' per-eżempju, id-dijossidu tal-karbonju, l-ossidu nitruż, il-halotane jew l-Isoflurane, preżenti fih.

Is-sistema għall-monitoraġġ tal-pazjent tipproċessa d-dejta mill-modulu u tivverifikaha kontra parametri fissi. Ir-riżultati jidhru fuq il-moniter. Meta dawn il-parametri ma jintlaħħqux, jibda’ jdoqq allarm.

9018 19 10

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 sa 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda bin-Nota 2(b) tal-Kapitolu 90 kif ukoll bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 9018 , 9018 19  u 9018 19 10 .

Il-modulu ma jitqiesx bħala strument jew apparat komplut għall-analiżi fiżika jew tal-kimika li jaqa' taħt l-intestatura 9027 , u l-funzjonamenti ta’ kontroll li għandu flimkien mal-wirja tar-riżultati jsiru mis-sistema għall-monitoraġġ tal-pazjent. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9027 hija eskluża.

Il-modulu mhux rikonoxxut bħala apparat ta' raġġ ultravjola jew infraaħmar tal-kodiċi tan-NM 9018 20 00 . Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9018 20 00 hija eskluża Peress li l-modulu ma jintużax biex jagħti l-loppju, ma jistax jitqies bħala apparat jew strument li jagħti l-loppju taħt il-kodiċi NM 9018 90 60 . Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9018 90 60 hija eskluża

Hekk kif il-modulu huwa adattat sabiex jintuża biss ma' apparat elektrodijagnostiku għal monitoraġġ simultanju ta' żewġ parametri jew aktar, għalhekk, permezz tal-applikazzjoni tan-Nota 2(b) tal-Kapitolu 90, għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 9018 19 10 .


9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 113/2011

tas-7 ta’ Frar 2011

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a), tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hu neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hi bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha jew li żżid kwalunkwe suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hi stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna nru (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna nru (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna nru (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja vinkolanti u li nħarġet mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna nru (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna nru (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott (hekk imsejjaħ “sistema ta' sorveljanza tat-trabi bil-video”) ippreżentat f'sett imressaq għal bejgħ bl-imnut li jikkonissti fi:

kamera tat-televiżjoni bla fili li tinkorpora mikrofonu, trażmettitur tas-sinjali viżivi u antenna il-kamera hija armata b'interfaċa tal-output għall-audio/video;

monitor tal-kulur bla fili tat-tip li juża l-kristalli likwidi (LCD) b'qis dajagonali tal-iskrin ta' madwar 14 ċm (5,6 pulzier) u bil-proporzjon tal-istampa (aspect ratio) ta' 4:3, li jinkorpora loudspeaker, riċevitur tas-sinjal viżiv u antenna; il-monitor huwa armat b'interfaċa tal-input għall-audio/video;

żewġ adattaturi; kif ukoll

fil tal-audio/video

Is-sinjali huma trażmessi mill-kamera għall-monitor bi frekwenza ta' 2,4 GHz f'medda ta' 150 metru.

Is-sett huwa użat biex jkunu monitorati t-trabi mill-bogħod.

8528 72 40

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3 (b), 3 (c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 8528 , 8528 72 u 8528 72 40 .

Il-prodott huwa f'sett fi ħdan it-tifsira tal GIR 3(b), li jikkonsisti f'kamera tal-intestatura 8525 u apparat għar-riċezzjoni tat-televiżjoni tal-intestatura 8528 , li fih il-komponent li jagħti lis-sett il-karattru essenzjali tiegħu ma jistax ikun idditerminat.

Bl-applikazzjoni tal-GIR 3(c), il-prodott għalhekk għandu jkun klassifikat bħala apparat għar-riċezzjoni tat-televiżjoni Kodiċi tan-NM 8528 72 40 .


9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/39


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 114/2011

tat-8 ta’ Frar 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Frar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

107,9

JO

87,5

MA

53,6

TN

111,3

TR

110,2

ZZ

94,1

0707 00 05

EG

182,1

JO

96,7

MA

100,1

TR

177,5

ZZ

139,1

0709 90 70

MA

50,7

TR

147,8

ZA

57,4

ZZ

85,3

0709 90 80

EG

100,8

ZZ

100,8

0805 10 20

AR

41,5

BR

41,5

EG

54,2

IL

71,4

MA

53,2

TN

62,3

TR

69,4

ZA

41,5

ZZ

54,4

0805 20 10

IL

156,9

MA

64,2

TR

79,6

ZZ

100,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

58,2

EG

57,7

IL

129,1

JM

82,9

MA

107,3

PK

49,7

TR

69,0

ZZ

79,1

0805 50 10

AR

45,3

EG

67,9

MA

49,9

TR

53,1

ZZ

54,1

0808 10 80

CA

87,9

CL

90,0

CN

86,6

MK

42,6

US

107,2

ZZ

82,9

0808 20 50

AR

130,7

CL

166,4

CN

52,8

US

130,9

ZA

101,5

ZZ

116,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DIRETTIVI

9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/41


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/10/UE

tat-8 ta' Frar 2011

li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex il-bifentrin ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b ’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta' Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. Din il-lista tinkludi l-bifentrin.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-bifentrin ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 8, preservattivi tal-injam, kif definit fl-Anness V għal dik id-Direttiva.

(3)

Franza nħatret bħala l-Istat Membru Rapporteur u ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma' rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fit-3 ta' Jannar 2008 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(4)

Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-riżultati tal-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidali fl-24 ta' Settembru 2010, f’rapport ta' valutazzjoni.

(5)

Skont l-evalwazzjonijiet li saru, huwa mistenni li l-prodotti bijoċidali użati bħala preservattivi tal-injam u li fihom il-bifentrin jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk huwa xieraq li l-bifentrin jiġi inkluż fl-Anness I għal dik id-Direttiva.

(6)

Ma ġewx evalwati l-użijiet potenzjali kollha fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk huwa xieraq li l-Istati Membri jivvalutaw dawk l-użijiet jew ix-xenarji ta' esponiment u dawk ir-riskji għall-kompartimenti ambjentali u l-popolazzjonijiet li ma ġewx indirizzati b ’mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskji li saret fil-livell tal-Unjoni, u li, meta jkunu qed jagħtu l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti, jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa jew li jiġu imposti kundizzjonijiet speċifiċi sabiex ir-riskji identifikati jitnaqqsu għal livelli aċċettabbli.

(7)

Ġew identifikati xi riskji inaċċettabbli fir-rigward tal-utenti mhux professjonali. Għalhekk huwa xieraq li jkun hemm l-esiġenza li l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti tkun limitata għall-użu industrijali jew professjonali, sakemm fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodott ma jintweriex li r-riskji fir-rigward tal-utenti mhux professjonali jistgħu jitnaqqsu għal livelli aċċettabbli skont l-Artikolu 5 u l-Anness VI għad-Direttiva 98/8/KE.

(8)

Fid-dawl tas-suppożizzjonijiet li saru waqt il-valutazzjoni tar-riskji, huwa xieraq li jkun hemm l-esiġenza li l-prodotti awtorizzati għall-użu industrijali jew professjonali għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv adegwat sakemm fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodott ma jkunx jista’jintwera li r-riskji għall-utenti industrijali jew professjonali jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' mezzi oħra.

(9)

Fid-dawl tar-riskji identifikati għall-kompartimenti tal-ħamrija u dawk akkwatiċi, għandhom jittieħdu miżuri xierqa sabiex jiġu protetti dawk il-kompartimenti. Għalhekk huwa xieraq li jkun hemm l-esiġenza li jingħataw istruzzjonijiet li jindikaw li l-injam li jkun għadu kemm ġie ttrattat jeħtieġlu jinħażen wara t-trattament taħt għata jew fuq bażi iebsa u impermeabbli, jew fiż-żewġ manjieri, u li kwalunkwe fdalijiet li jiskulaw mill-applikazzjoni ta' prodotti li jintużaw bħala preservattivi tal-injam u li jkun fihom il-bifentrin jinġabru għall-użu mill-ġdid jew għar-rimi. Barra minn hekk, huwa xieraq li jkun hemm l-esiġenza li l-prodotti ma għandhomx jiġu awtorizzati għat-trattament tal-injam fuq il-post fl-apert, jew għat-trattament ta' njam li jkun jew espost kontinwament għall-elementi tat-temp jew protett mill-elementi tat-temp iżda soġġett għat-tixrib ta' spiss (klassi tal-użu 3 kif iddefinit mill-OECD (3), sakemm ma tkunx ġiet sottomessa dejta biex turi li l-prodott se jkun jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 5 u tal-Anness VI għad-Direttiva 98/8/KE, jekk meħtieġ bl-applikazzjoni ta' miżuri xierqa tat-taffija tar-riskji.

(10)

Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jiġu applikati b ’mod simultanju fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi żgurat trattament ugwali tal-prodotti bijoċidali fis-suq li fihom is-sustanza attiva bifentrin u wkoll biex jiffaċilitaw l-operat kif suppost tas-suq tal-prodotti bijoċidali b ’mod ġenerali.

(11)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE sabiex jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati jippreparaw ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti u jiżgura li l-applikanti li ppreparaw id-dokumentazzjoni jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta' 10 snin ta' protezzjoni tad-dejta, li skont l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE jibda mid-data tal-inklużjoni.

(12)

Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE.

(13)

Id-Direttiva 98/8/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f ’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2012.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Frar 2013.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.

(3)  Serje ta' dokumenti tal-OECD dwar ix-xenarju tal-emissjonijiet, Numru 2, Dokument dwar ix-Xenarju tal-Emissjonijiet għall-Preservattivi tal-Injam, il-parti 2, p. 64.


ANNESS

Fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE għandha tiżdied l-entrata li ġejja:

Nru

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri ta' Identifikazzjoni

Purezza minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidali kif jitqiegħed fis-suq

Data tal-inklużjoni

Skadenza sa meta għandu jkun hemm konformità mal-Artikolu 16(3) (ħlief għall-prodotti li jkun fihom aktar minn sustanza attiva waħda, li għalihom l-iskadenza sa meta għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipulata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħhom)

Data ta' skadenza tal-inklużjoni

Tip ta' prodott

Dispożizzjonijiet speċifiċi (*)

“38

Bifentrin

Isem IUPAC: 2-metilbifenil-3-ilemetil (1RS)-cis-3-[(Z)-2-kloro-3,3,3-trifluworoprop-1-enil]-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat

Nru tal-KE: mhux applikabbli

Nru tal-CAS: 82657-04-3

911 g/kg

fl-1 ta' Frar 2013.

fil-31 ta' Jannar 2015.

fil-31 ta' Jannar 2023.

8

Meta l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' prodott tkun qed tiġi vvalutata, skont l-Artikolu 5 u l-Anness VI, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw, meta rilevanti għall-prodott partikolari, dawk l-użijiet jew ix-xenarji ta' esponiment u dawk ir-riskji għall-kompartimenti ambjentali jew popolazzjonijiet li ma ġewx indirizzati b'mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

Il-prodotti għandhom jiġu awtorizzati għall-użu industrijali jew professjonali biss, sakemm fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodott ma jintweriex li r-riskji fir-rigward tal-utenti mhux professjonali jistgħu jitnaqqsu għal livelli aċċettabbli skont l-Artikolu 5 u l-Anness VI.

Il-prodotti awtorizzati għall-użu industrijali u professjonali għandhom jintużaw b'tagħmir personali protettiv adegwat sakemm fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodott ma jkunx jista' jintwera li r-riskji għall-utenti industrijali jew professjonali jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' mezzi oħra.

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa għat-taffija tar-riskji sabiex jiġu protetti l-kompartimenti tal-ħamrija u dawk akkwatiċi. B'mod partikolari, it-tikketti u, fejn hemm ipprovdut għalihom, il-fuljetti tad-dejta tas-sikurezza tal-prodotti awtorizzati għandhom jindikaw li l-injam li jkun għadu kemm ġie ttrattat jeħtieġlu jinħażen wara t-trattament taħt għata jew fuq bażi iebsa u impermeabbli, jew fiż-żewġ manjieri, biex ma jitħalliex li jkun hemm fdalijiet li jiskulaw dirett fil-ħamrija jew fl-ilma, u li kwalunkwe fdalijiet mill-applikazzjoni tal-prodott għandhom jinġabru għall-użu mill-ġdid jew għar-rimi.

Il-prodotti ma għandhomx jiġu awtorizzati għat-trattament tal-injam fuq il-post fl-apert, jew għat-trattament ta' njam li jkun jew espost kontinwament għall-elementi tat-temp jew protett mill-elementi tat-temp iżda soġġett għat-tixrib ta' spiss, sakemm ma tkunx ġiet sottomessa dejta biex turi li l-prodott se jkun jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 5 u tal-Anness VI, jekk meħtieġ bl-applikazzjoni ta' miżuri xierqa tat-taffija tar-riskji.”


(*)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta' valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm


9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/45


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/11/UE

tat-8 ta’ Frar 2011

li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex l-aċetat ta’ (Z,E)-tetradeka-9,12-dienil ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I u IA għaliha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. Dik il-lista tinkludi l-aċetat ta’ (Z,E)-tetradeka-9,12-dienil.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, l-aċetat ta’ (Z,E)-tetradeka-9,12-dienil ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 19, repellanti u attrattanti, kif iddefinit fl-Anness V għal dik id-Direttiva.

(3)

L-Awstrija nħatret bħala l-Istat Membru Rapporteur u ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fit-23 ta’ Frar 2009 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(4)

Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-riżultati tal-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidali fl-24 ta Settembru 2010, f’rapport ta’ valutazzjoni.

(5)

Skont l-evalwazzjonijiet li saru, huwa mistenni li l-prodotti bijoċidali użati bħala attrattanti u li fihom l-aċetat ta’ (Z,E)-tetradeka-9,12-dienil jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk huwa xieraq li l-aċetat ta’ (Z,E)-tetradeka-9,12-dienil jiġi inkluż fl-Anness I għal dik id-Direttiva.

(6)

Skont l-evalwazzjonijiet li saru, huwa mistenni li l-prodotti bijoċidali użati bħala attrattanti u li fihom l-aċetat ta’ (Z,E)-tetradeka-9,12-dienil jippreżentaw biss riskju baxx għan-nies, għall-annimali u għall-ambjent u jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu li kien eżaminat u ddettaljat fir-rapport ta’ evalwazzjoni, jiġifieri, fin-nases għall-użu ġewwa b’kontenut massimu ta’ 2 mg ta’ sustanza attiva. Għalhekk huwa xieraq li l-aċetat ta’ (Z,E)-tetradeka-9,12-dienil jiġi inkluż fl-Anness IA għad-Direttiva 98/8/KE.

(7)

Ma ġewx evalwati l-użijiet potenzjali kollha fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk huwa xieraq li, meta jkunu qed jagħtu l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti, l-Istati Membri jivvalutaw dawk l-użijiet jew ix-xenarji ta’ esponiment u dawk ir-riskji għall-kompartimenti ambjentali u l-popolazzjonijiet li ma ġewx indirizzati b’mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskji li saret fil-livell tal-Unjoni, u li jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa jew li jiġu imposti kundizzjonijiet speċifiċi sabiex ir-riskji identifikati jitnaqqsu għal livelli aċċettabbli.

(8)

Meta jitqiesu s-suppożizzjonijiet li saru waqt l-evalwazzjoni, huwa xieraq li jkun meħtieġ li l-aċetat ta’ (Z,E)-tetradeka-9,12-dienil ma jintużax fejn jinħażen ikel jew għalf, sakemm l-ippakkjar tal-ikel jew tal-għalf ma jkunx magħluq jew magħluq mill-ġdid. Għalhekk, fit-tikketti għandu jiġi indikat li l-prodotti bijoċidali li jkun fihom l-aċetat ta’ (Z,E)-tetradeka-9,12-dienil ma għandhomx jintużaw fi spazji fejn jinżamm ikel jew għalf li ma jkunx ippakkjat.

(9)

Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu applikati b’mod simultanju fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi żgurat trattament ugwali tal-prodotti bijoċidali fis-suq li fihom is-sustanza attiva aċetat ta’ (Z,E)-tetradeka-9,12-dienil u wkoll biex jiffaċilitaw l-operat kif suppost tas-suq tal-prodotti bijoċidali b’mod ġenerali.

(10)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE sabiex jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati jippreparaw ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti u jiżgura li l-applikanti li ppreparaw id-dokumentazzjoni jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ 10 snin ta’ protezzjoni tad-dejta, li skont l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE jibda mid-data tal-inklużjoni.

(11)

Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE.

(12)

Id-Direttiva 98/8/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(13)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I u IA tad-Direttiva 98/8/KE huma emendati kif stipulat fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2012.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Frar 2013.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.


ANNESS

(1)

Fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE għandha tiżdied l-entrata li ġejja:

Nru

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri ta’ Identifikazzjoni

Purezza minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidali kif jitqiegħed fis-suq

Data tal-inklużjoni

Skadenza sa meta għandu jkun hemm konformità mal-Artikolu 16(3) (ħlief għall-prodotti li jkun fihom aktar minn sustanza attiva waħda, li għalihom l-iskadenza sa meta għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipulata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħhom)

Data ta’ skadenza tal-inklużjoni

Tip ta’ prodott

Dispożizzjonijiet speċifiċi (*)

“39

Aċetat ta’ (Z,E)-tetradeka-9,12-dienil.

Aċetat ta’ (9Z,12E)-Tetradeka-9,12-dien-1-il

Nru tal-KE: mhux applikabbli

Nru tal-CAS: 30507-70-1

977  g/kg

fl-1 ta’ Frar 2013.

fil-31 ta’ Jannar 2015.

fil-31 ta’ Jannar 2023.

19

Meta l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott tkun qed tiġi evalwata, skont l-Artikolu 5 u l-Anness VI, l-Istati Membri għandhom jevalwaw, meta rilevanti għall-prodott partikolari, dawk l-użijiet u x-xenarji ta’ esponiment u dawk ir-riskji għall-kompartimenti ambjentali jew popolazzjonijiet li ma ġewx indirizzati b’mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet huma suġġetti għall-kundizzjoni li ġejja:

Fit-tikketti għall-prodotti bijoċidali li jkun fihom l-aċetat ta’ (Z,E)-tetradeka-9,12-dienil għandu jiġi indikat li dawk il-prodotti ma għandhomx jintużaw fi spazji fejn jinżamm ikel jew għalf li ma jkunx ippakkjat.”

(2)

Fl-Anness IA għad-Direttiva 98/8/KE għandha tiżdied l-entrata li ġejja:

Nru

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri ta’ Identifikazzjoni

Purezza minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidali kif jitqiegħed fis-suq

Data tal-inklużjoni

Skadenza sa meta għandu jkun hemm konformità mal-Artikolu 16(3) (ħlief għall-prodotti li jkun fihom aktar minn sustanza attiva waħda, li għalihom l-iskadenza sa meta għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipulata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħhom)

Data ta’ skadenza tal-inklużjoni

Tip ta’ prodott

Dispożizzjonijiet speċifiċi (**)

“2

Aċetat ta’ (Z,E)-tetradeka-9,12-dienil.

Aċetat ta’ (9Z,12E)-tetradeka-9,12-dien-1-il

Nru tal-KE: mhux applikabbli

Nru tal-CAS: 30507-70-1

977  g/kg

fl-1 ta’ Frar 2013.

fil-31 ta’ Jannar 2015.

fil-31 ta’ Jannar 2023.

19

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet huma suġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

Fil-każ biss ta’ nases b’kontenut massimu ta’ 2 mg ta’ aċetat ta’ (Z,E)-Tetradeka-9,12-dienil għall-użu ġewwa.

Fit-tikketti għall-prodotti bijoċidali li jkun fihom l-aċetat ta’ (Z,E)-tetradeka-9,12-dienil għandu jiġi indikat li dawk il-prodotti għandhom jintużaw ġewwa biss u ma għandhomx jintużaw fi spazji fejn jinżamm ikel jew għalf li ma jkunx ippakkjat.”


(*)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm

(**)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm


9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/49


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/12/UE

tat-8 ta’ Frar 2011

li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex il-fenossikarb ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. Dik il-lista tinkludi l-fenossikarb.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-fenossikarb ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 8, preservattivi tal-injam, kif definit fl-Anness V għal dik id-Direttiva.

(3)

Il-Ġermanja nħatret bħala l-Istat Membru Rapporteur u ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fit-12 ta’ Settembru 2008 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(4)

Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-riżultati tal-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidali fl-24 ta’ Settembru 2010, f’rapport ta’ valutazzjoni.

(5)

Skont l-evalwazzjonijiet li saru, huwa mistenni li l-prodotti bijoċidali użati bħala preservattivi tal-injam u li fihom il-fenossikarb jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk huwa xieraq li l-fenossikarb jiġi inkluż fl-Anness I għal dik id-Direttiva.

(6)

Ma ġewx evalwati l-użijiet potenzjali kollha fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk huwa xieraq li l-Istati Membri jivvalutaw dawk l-użijiet jew ix-xenarji ta’ esponiment u dawk ir-riskji għall-kompartimenti ambjentali u l-popolazzjonijiet li ma ġewx indirizzati b’mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskji li saret fil-livell tal-Unjoni, u li, meta jkunu qed jagħtu l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti, jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa jew li jiġu imposti kundizzjonijiet speċifiċi sabiex ir-riskji identifikati jitnaqqsu għal livelli aċċettabbli.

(7)

Fid-dawl tas-suppożizzjonijiet li saru waqt il-valutazzjoni tar-riskji, huwa xieraq li jkun hemm l-esiġenza li jindikaw li l-injam li jkun għadu kemm ġie ttrattat jinħażen wara t-trattament taħt għata jew fuq bażi iebsa u impermeabbli, jew fiż-żewġ manjieri, u li kwalunkwe fdalijiet li jiskulaw mill-applikazzjoni ta’ prodotti li jintużaw bħala preservattivi tal-injam u li jkun fihom il-fenossikarb jinġabru għall-użu mill-ġdid jew għar-rimi.

(8)

Fid-dawl tar-riskji identifikati għall-kompartimenti akkwatiċi, għandhom jittieħdu miżuri xierqa sabiex jiġu protetti dawk il-kompartimenti. Ġew identifikati riskji inaċċettabbli waqt l-użu ta’ njam trattat li mhux mgħotti jew li ma jmissx mal-art, u li jkun jew espost kontinwament għall-elementi tat-temp jew protett mill-elementi tat-temp iżda soġġett għat-tixrib ta’ spiss (klassi tal-użu 3 kif iddefinit mill-OECD (3)), għax-xenarju speċifiku pont fuq għadira. Għalhekk, huwa xieraq li jkun hemm l-esiġenza li l-prodotti ma għandhomx jiġu awtorizzati għat-trattament tal-injam li jkun se jintuża f’bini fl-apert li jkun qrib jew fuq l-ilma, sakemm ma tkunx ġiet sottomessa dejta biex turi li l-prodott se jkun jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 5 u tal-Anness VI għad-Direttiva 98/8/KE, jekk meħtieġ bl-applikazzjoni ta’ miżuri xierqa tat-taffija tar-riskji.

(9)

Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu applikati b’mod simultanju fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi żgurat trattament ugwali tal-prodotti bijoċidali fis-suq li fihom is-sustanza attiva fenossikarb u wkoll biex jiffaċilitaw l-operat kif suppost tas-suq tal-prodotti bijoċidali b’mod ġenerali.

(10)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE sabiex jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati jippreparaw ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti u jiżgura li l-applikanti li ppreparaw id-dokumentazzjoni jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ 10 snin ta’ protezzjoni tad-dejta, li skont l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE jibda mid-data tal-inklużjoni.

(11)

Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE.

(12)

Id-Direttiva 98/8/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(13)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2012.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Frar 2013.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.

(3)  Serje ta’ dokumenti tal-OECD dwar ix-xenarju tal-emissjonijiet, Numru 2, Dokument dwar ix-Xenarju tal-Emissjonijiet għall-Preservattivi tal-Injam, il-parti 2, p. 64.


ANNESS

Fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE għandha tiżdied l-entrata li ġejja:

Nru

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri ta’ Identifikazzjoni

Purezza minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidali kif jitqiegħed fis-suq

Data tal-inklużjoni

Skadenza sa meta għandu jkun hemm konformità mal-Artikolu 16(3) (ħlief għall-prodotti li jkun fihom aktar minn sustanza attiva waħda, li għalihom l-iskadenza sa meta għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipulata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħhom)

Data ta’ skadenza tal-inklużjoni

Tip ta’ prodott

Dispożizzjonijiet speċifiċi (*)

“40

Fenossikarb

 

Isem IUPAC: Etil [2-(4-fenossifenossi)etil]karbamat

 

Nru tal-KE: 276-696-7

 

Nru tal-CAS: 72490-01-8

960  g/kg

fl-1 ta’ Frar 2013.

fil-31 ta’ Jannar 2015.

fil-31 ta’ Jannar 2023.

8

Meta l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott tkun qed tiġi vvalutata, skont l-Artikolu 5 u l-Anness VI, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw, meta rilevanti għall-prodott partikolari, dawk l-użijiet jew ix-xenarji ta’ esponiment u dawk ir-riskji għall-kompartimenti ambjentali jew popolazzjonijiet li ma ġewx indirizzati b’mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa għat-taffija tar-riskji sabiex jiġu protetti l-kompartimenti tal-ħamrija u dawk akkwatiċi. B’mod partikolari, it-tikketti u, fejn hemm ipprovdut għalihom. il-fuljetti tad-dejta tas-sikurezza tal-prodotti awtorizzati għandhom jindikaw li l-injam li jkun għadu kemm ġie ttrattat jeħtieġlu jinħażen wara t-trattament fuq ġewwa u taħt għata jew fuq bażi iebsa u impermeabbli, jew fiż-żewġ manjieri, biex ma jitħalliex li jkun hemm fdalijiet li jiskulaw dirett fil-ħamrija jew fl-ilma, u li kwalunkwe fdalijiet mill-applikazzjoni tal-prodott għandhom jinġabru għall-użu mill-ġdid jew għar-rimi.

Il-prodotti ma għandhomx jiġu awtorizzati għat-trattament ta’ njam li jkun se jintuża f’bini fl-apert li jkun qrib jew fuq l-ilma, sakemm ma tkunx ġiet sottomessa dejta biex turi li l-prodott se jkun jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 5 u tal-Anness VI, jekk meħtieġ bl-applikazzjoni ta’ miżuri xierqa tat-taffija tar-riskji.”


(*)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm


9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/52


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/13/UE

tat-8 ta’ Frar 2011

li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-aċidu nonanoiku bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. Dik il-lista tinkludi l-aċidu nonanoiku.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, l-aċidu nonanoiku ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 19, repellanti u attrattanti, kif definit fl-Anness V għal dik id-Direttiva.

(3)

L-Awstrija nħatret bħala l-Istat Membru Rapporteur u ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fl-10 ta’ Ottubru 2008 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(4)

Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-riżultati tal-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidali fit-24 ta’ Settembru 2010, f’rapport ta’ valutazzjoni.

(5)

Skont l-evalwazzjonijiet li saru, huwa mistenni li l-prodotti bijoċidali użati bħala repellanti u li fihom l-aċidu nonanoiku jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk huwa xieraq li l-aċidu nonanoiku jiġi inkluż fl-Anness I għal dik id-Direttiva.

(6)

Ma ġewx evalwati l-użijiet potenzjali kollha fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk huwa xieraq li l-Istati Membri jivvalutaw dawk l-użijiet jew ix-xenarji ta’ esponiment u dawk ir-riskji għall-kompartimenti ambjentali u l-popolazzjonijiet li ma ġewx indirizzati b’mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskji li saret fil-livell tal-Unjoni, u li, meta jkunu qed jagħtu l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti, jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa jew li jiġu imposti kundizzjonijiet speċifiċi sabiex ir-riskji identifikati jitnaqqsu għal livelli aċċettabbli.

(7)

Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu applikati b’mod simultanju fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi żgurat trattament ugwali tal-prodotti bijoċidali fis-suq li fihom is-sustanza attiva aċidu nonanoiku u wkoll biex jiffaċilitaw l-operat kif suppost tas-suq tal-prodotti bijoċidali b’mod ġenerali.

(8)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE sabiex jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati jippreparaw ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti u jiżgura li l-applikanti li ppreparaw id-dokumentazzjoni jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ 10 snin ta’ protezzjoni tad-dejta, li skont l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE jibda mid-data tal-inklużjoni.

(9)

Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE.

(10)

Id-Direttiva 98/8/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2012.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Frar 2013.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.


ANNESS

Fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE għandha tiżdied l-entrata li ġejja:

Nru

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri ta’ Identifikazzjoni

Purezza minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidali kif jitqiegħed fis-suq

Data tal-inklużjoni

Skadenza sa meta għandu jkun hemm konformità mal-Artikolu 16(3) (ħlief għall-prodotti li jkun fihom aktar minn sustanza attiva waħda, li għalihom l-iskadenza sa meta għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipulata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħhom)

Data ta’ skadenza tal-inklużjoni

Tip ta’ prodott

Dispożizzjonijiet speċifiċi (*)

“41

Aċidu nonanoiku, Aċidu pelargoniku

 

Isem IUPAC: Aċidu nonanoiku

 

Nru tal-KE: 203-931-2

 

Nru tal-CAS: 112-05-0

896  g/kg

fl-1 ta’ Frar 2013.

fil-31 ta’ Jannar 2015.

fil-31 ta’ Jannar 2023.

19

Meta l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott tkun qed tiġi evalwata, skont l-Artikolu 5 u l-Anness VI, l-Istati Membri għandhom jevalwaw, meta rilevanti għall-prodott partikolari, dawk l-użijiet u x-xenarji ta’ esponiment u dawk ir-riskji għall-kompartimenti ambjentali jew popolazzjonijiet li ma ġewx indirizzati b’mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni.”


(*)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm


DEĊIŻJONIJIET

9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/55


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Ġunju 2010

dwar għajnuna mill-istat C 1/09 (ex NN 69/08) mogħtija mill-Ungerija lil MOL Nyrt.

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 3553)

(It-test bl-Ungeriż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/88/UE)

IL-KUMMISSSJONI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat (1) rigward għajnuna Nru C 1/09 (ex NN 69/08) (2),

Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq, u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   PROĊEDURA

(1)

Fit-13 ta’ Jannar 2009, wara li rċeviet ilment fl-14 ta’ Novembru 2007, il-Kummissjoni fetħet proċedura formali ta’ investigazzjoni fil-miżuri stabbiliti mill-Ungerija li allegatament jikkostitwixxu għajnuna mill-istat favur kumpanija bl-isem ta’ Hungarian Oil & Gas Plc (Magyar Olaj- és Gázipari Nyrt.; minn issa ’l quddiem “MOL”).

(2)

L-Ungerija ssottomettiet il-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-Kummissjoni fit-8 ta’ April 2009.

(3)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-28 ta’ Marzu 2009 (3). Ġew irċevuti kummenti minn żewġ partijiet interessati: MOL u l-Assoċjazzjoni Ungeriża ta’ Xogħol fil-Minjieri (Magyar Bányászati Szövetség), it-tnejn fis-27 ta’ April 2009.

(4)

Il-Kummissjoni għaddiet il-kummenti lill-Ungerija permezz ta’ ittra tat-2 ta’ Ġunju 2009. Permezz ta’ ittra tat-3 ta’ Lulju 2009 l-Ungerija rrapportat li ma kellha l-ebda kumment x’tagħmel dwar l-osservazzjonijiet tal-partijiet interessati.

(5)

Il-Kummissjoni talbet aktar tagħrif mill-awtoritajiet Ungeriżi fil-21 ta’ Settembru 2009 u t-12 ta’ Jannar 2010, u l-Ungerija wieġbet permezz ta’ ittri tad-19 ta’ Ottubru 2009 u d-9 ta’ Frar 2010.

II.   IL-BENEFIĊJARJU

(6)

MOL hija kumpanija integrata taż-żejt u tal-gass ibbażata f’Budapest, fl-Ungerija. L-attivitajiet ewlenin ta’ MOL fis-suq Ungeriż jinkludu: l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni taż-żejt mhux raffinat u l-gass naturali; il-manifattura ta’ prodotti tal-gass; ir-raffinar, it-trasport, il-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ prodotti taż-żejt mhux raffinat kemm bl-imnut kif ukoll bl-ingrossa; it-trażmissjoni ta’ gass naturali; u l-produzzjoni u l-bejgħ ta’ olefini u poljolefini. Barra minn hekk, il-Grupp MOL (li għalih tappartjeni MOL) jinkludi wkoll diversi sussidjari Ungeriżi u barranin oħra (4).

(7)

Fl-Ungerija u s-Slovakkja l-Grupp MOL huwa l-mexxej tas-suq f’kull waħda mill-attivitajiet ewlenin tiegħu. Fl-2008 il-bejgħ nett ta’ MOL u l-Grupp MOL kien madwar EUR 6.8 biljun u EUR 13-il biljun rispettivament (5). Fl-istess sena l-profitti operattivi rispettivi tagħhom kienu madwar EUR 400 miljun u EUR 732 miljun.

III.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA

L-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri

(8)

Ir-regoli ġenerali li jirregolaw attivitajiet ta’ xogħol fil-minjieri fl-Ungerija huma stabbiliti fl-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri tal-1993 (minn issa ’l quddiem “l-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri”) (6), li jirregola wkoll attivitajiet ta’ xogħol fil-minjieri (prospettar, esplorazzjoni u estrazzjoni) li jinvolvu idrokarburi (jiġifieri żejt mhux raffinat u gass naturali).

(9)

L-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri jiddistingwi bejn attivitajiet ta’ xogħol fil-minjieri eżerċitati abbażi ta’ żewġ strumenti legali differenti: (i) konċessjoni (7) u (ii) awtorizzazzjoni (8).

Fil-każ ta’ konċessjoni, il-Ministru responsabbli għax-xogħol fil-minjieri (minn issa ’l quddiem: “Ministru kompetenti”) jikkonkludi kuntratt (9) mal-offerent rebbieħ wara sejħa miftuħa għall-offerti (10) għall-esplojtazzjoni ta’ “żona magħluqa”.

Din hija differenti minn “żoni miftuħa” (11), fejn awtorizzazzjoni ta’ drittijiet tax-xogħol fil-minjieri ma tistax tiġi rrifjutata mill-Awtorità tal-Minjieri jekk l-applikant jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti mil-liġi (12).

(10)

Skont id-definizzjoni fl-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri (13), żoni magħluqa huma rriżervati għal attivitajiet ta’ xogħol fil-minjieri abbażi ta’ konċessjoni. Konsegwentement kwalunkwe żona oħra għajr żona magħluqa tikkwalifika bħala żona miftuħa. Skont l-ispjegazzjoni pprovduta mill-Ungerija, l-intenzjoni oriġinali kienet li ż-żoni kollha jiġu kklassifikati bħala żoni magħluqa magħżula għall-konċessjoni. Żoni miftuħa preżunti li fihom inqas minerali kienu jkunu l-eċċezzjoni. F’dawn il-każijiet, iż-żoni ġew ikkunsidrati ta’ inqas valur u l-ebda offerta ma kienet mistennija li tiġi rċevuta f’sejħa miftuħa għall-offerti.

(11)

L-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri jistipula wkoll li l-estrazzjoni ta’ riżorsi minerali hija soġġetta għal tariffa ta’ xogħol fil-minjieri li titħallas lill-Istat, fejn l-ammont ikun perċentwal tal-valur tal-minerali estratti (14). It-tariffa għax-xogħol fil-minjieri tvarja skont ir-reġim applikabbli:

Fil-każ ta’ konċessjonijiet, l-ammont tat-tariffa tax-xogħol fil-minjieri jiġi stabbilit fil-ftehim ta’ konċessjoni (15).

Għal riżorsi minerali estratti taħt awtorizzazzjoni, it-tariffa tiġi rregolata mill-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri (16). Sa Jannar 2008, it-tariffa tax-xogħol fil-minjieri relatata mal-estrazzjoni tal-idrokarburi taħt awtorizzazzjoni kienet 12 % għal żoni li jkunu bdew joperaw mill-1 ta’ Jannar 1998 u J % għal żoni li jkunu bdew joperaw qabel l-1 ta’ Jannar 1998 (17). Il-fattur “J” ġie kkalkolat skont formula bbażata fuq prezzijiet storiċi tal-gass, l-kwantità estratta u l-valur; il-valur minimu tiegħu ġie stabbilit għal 12 %.

Taqsima 26/A(5) tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri

(12)

It-Taqsima 26/A(5) tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri tistipula li fejn kumpanija tax-xogħol fil-minjieri taħt reġim ta’ awtorizzazzjoni ma tibdiex estrazzjoni fi żmien 5 snin mid-data tal-awtorizzazzjoni tal-Awtorità tal-Minjieri, id-dritt tax-xogħol fil-minjieri jiġi rtirat (18).

(13)

Din it-Taqsima tipprovdi wkoll għall-possibbiltà ta’ estensjoni ta’ din id-data ta’ skadenza permezz ta’ ftehim bejn il-Ministru kompetenti u l-kumpanija tax-xogħol fil-minjieri (19). It-Taqsima tipprovdi għal tliet tariffi differenti li jridu jitħallsu fejn tingħata estensjoni tad-dritt tax-xogħol fil-minjieri:

(a)

l-ewwel nett, tariffa ta’ estensjoni trid titħallas għaż-żoni mhux utilizzati sakemm ikun fil-fatt beda l-operat; din it-tariffa hija massimu ta’ 1,2 darbiet it-tariffa oriġinali tax-xogħol fil-minjieri, ikkalkolata abbażi ta’ ammont ipotetiku stipulat ta’ minerali, ladarba din l-imposta trid titħallas fi żmien meta jkun għadu ma kienx hemm kwalunkwe produzzjoni attwali fiż-żona;

(b)

it-tieni, jekk l-applikazzjoni tal-estensjoni tikkonċerna aktar minn żewġ żoni, il-livell tat-tariffa tal-estensjoni (it-tariffa miżjuda tax-xogħol fil-minjieri) irid jiġi applikat għaż-żoni kollha tax-xogħol fil-minjieri tal-kumpanija;

(ċ)

it-tielet, jekk l-estensjoni tikkonċerna aktar minn 5 żoni jista’ jintalab ukoll ħlas ta’ darba (20).

Il-ftehim ta’ estensjoni bejn MOL u l-Istat Ungeriż

(14)

Fid-19 ta’ Settembru 2005, MOL applikat għal estensjoni tad-dritt tax-xogħol fil-minjieri għal 12-il żona tagħha tal-idrokarburi, li kienet kisbet preċedentement abbażi ta’ awtorizzazzjoni u li fuqhom ma kinitx bdiet l-estrazzjoni fi żmien id-data ta’ skadenza. Fit-22 ta’ Diċembru 2005 MOL u l-Ministru kkonkludew ftehim ta’ estensjoni abbażi tat-Taqsima 26/A(5) tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri, bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)   Tariffa ta’ estensjoni: It-12-il awtorizzazzjoni tax-xogħol fil-minjieri soġġetti għat-talba ġew estiżi b’5 snin (jiġifieri MOL ikollha 5 snin oħra sabiex tibda l-estrazzjoni fuq dawn iż-żoni). It-tariffa ta’ estensjoni ġiet stipulata għal kull waħda mill-5 snin tal-perjodu ta’ estensjoni billi ntużat it-tariffa tax-xogħol fil-minjieri ta’ 12 %, li kienet fis-seħħ dak iż-żmien, u multiplikatur (“c”) li jvarja bejn 1,020 u 1,050, bir-riżultat tat-tariffi ta’ estensjoni elenkati hawn isfel fit-Tabella 1 (21). It-tariffa ta’ estensjoni ġiet stipulata għall-5 snin tal-perjodu ta’ estensjoni. Fejn iż-żoni bdew fil-fatt joperaw, it-tariffa stipulata kellha tiġi applikata għall-bqija tal-perjodu ta’ 15-il sena bħala t-tariffa tax-xogħol fil-minjieri għaż-żoni koperti mill-estensjoni (22).

(b)   Estensjoni tat-tariffa miżjuda għaż-żoni kollha tax-xogħol fil-minjieri: Ladarba ntalbet l-estensjoni tad-dritt tax-xogħol fil-minjieri għal aktar minn żewġ żoni, it-tariffa miżjuda (li hija ugwali għat-tariffa ta’ estensjoni, kif muri fit-Tabella 1) kellha tiġi applikata għall-15-il sena segwenti, jiġifieri sal-2020, għaż-żoni kollha ta’ MOL taħt awtorizzazzjoni li bdew joperaw wara l-1 ta’ Jannar 1998. Fir-rigward ta’ żoni li bdew joperaw qabel l-1 ta’ Jannar 1998, il-fattur “J” immultiplikat b’ “c” huwa applikabbli (23).

(ċ)   Tariffa fissa tax-xogħol fil-minjieri: Il-partijiet qablu wkoll b’mod espliċitu li t-tariffa stipulata għax-xogħol fil-minjieri tibqa’ applikabbli għat-tul ta’ żmien kollu tal-kuntratt (jiġifieri sal-2020), irrilevanti minn kwalunkwe emenda għall-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri (24).

(d)   Ħlas ta’ darba: Ladarba kienet intalbet l-estensjoni tad-dritt tax-xogħol fil-minjieri għal aktar minn 5 żoni, ħlas ta’ darba ta’ HUF 20 biljun (25) ġie stabbilit ukoll fil-ftehim (26).

(e)   Klawżola ta’ terminazzjoni: Il-ftehim stipulat li ma setax jiġi modifikat unilateralment (imma bil-ftehim taż-żewġ partijiet biss). Jista’ jiġi tterminat biss minn waħda mill-partijiet f’każ ta’ bidla fil-pussess f’MOL (mill-inqas 25 % ta’ ishma).

(15)

Bid-deċiżjoni tat-23 ta’ Diċembru 2005, l-Awtorità tal-Minjieri estendiet id-drittijiet tax-xogħol fil-minjieri ta’ MOL għat-12-il żona mitluba u estendiet it-tariffa miżjuda sabiex tapplika għaż-żoni kollha tal-kumpanija.

Emendi tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri fir-rigward tat-tariffa tax-xogħol fil-minjieri għad-drittijiet tax-xogħol fil-minjieri mogħtija b’awtorizzazzjoni

(16)

Emenda (27) għall-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri li daħlet fis-seħħ fit-8 ta’ Jannar 2008 (28) (minn issa ’l quddiem “l-emenda tal-2008”) żiedet it-tariffa tax-xogħol fil-minjieri konsiderevolment għal ċerti kategoriji ta’ idrokarburi. It-tariffa tax-xogħol fil-minjieri għal tipi oħra ta’ minerali ma ġietx affettwata minn din l-emenda. It-Taqsima 5 tal-Att li jemenda pprovdiet għal tariffa differenzjata tax-xogħol fil-minjieri li tiddependi fuq: (i) id-data li fiha ż-żona tax-xogħol fil-minjieri tkun bdiet topera; (ii) il-kwantità ta’ idrokarburi estratti, u (iii) il-prezz taż-żejt mhux raffinat f’dak iż-żmien.

Tariffa tax-xogħol fil-minjieri ta’ 30 % ġiet stipulata għal żoni li jkunu bdew jipproduċu bejn l-1 ta’ Jannar 1998 u l-1 ta’ Jannar 2008.

Għal żoni li jkunu bdew joperaw wara l-1 ta’ Jannar 2008, japplikaw rati differenzjati (12 %, 20 % jew 30 %) skont il-kwantità ta’ idrokarburi estratti.

Għal minjieri li jkunu bdew jipproduċu qabel l-1 ta’ Jannar 1998, jintuża l-fattur “J”, bil-valur minimu tiegħu stabbilit għal 30 %.

Barra minn hekk, dawn ir-rati kollha huma soġġetti għal soprataxxa skont il-prezz taż-żejt mhux raffinat: +3 % jekk il-prezz taż-żejt mhux raffinat ikun aktar minn 80 USD/bbl jew + 6 % jekk ikun aktar minn 90 USD/bbl (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Klawżola Brent”). Hemm rati speċjali applikabbli, pereżempju, għal kondizzjonijiet diffiċli ta’ estrazzjoni (12 %) u gass inert għoli (8 %).

(17)

Dawn ir-rati tax-xogħol fil-minjieri kienu fis-seħħ bejn it-8 ta’ Jannar 2008 u t-23 ta’ Jannar 2009 u applikaw għall-kumpaniji kollha tax-xogħol fil-minjieri li qed jaħdmu fuq siti tax-xogħol fil-minjieri taħt awtorizzazzjoni, inkluż dawk li rċevew awtorizzazzjoni qabel Jannar 2008, mid-dħul fis-seħħ tal-emendi għall-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri. Emenda ġdida għall-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri daħlet fis-seħħ fit-23 ta’ Jannar 2009 (wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura formali ta’ investigazzjoni), li naqqset it-tariffa tax-xogħol fil-minjieri għaż-żoni li jkunu bdew jipproduċu bejn l-1 ta’ Jannar 1998 u l-1 ta’ Jannar 2008 lura għal 12 % (fil-waqt li nżammet il-“Klawżola Brent”) (29). It-tariffa tax-xogħol fil-minjieri applikabbli għal tipi oħra ta’ żoni baqgħet l-istess bħal fl-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri applikabbli fl-2008.

(18)

It-Tabella 2 tagħti sommarju tat-tariffi tax-xogħol fil-minjieri applikabbli taħt ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni skont il-verżjonijiet differenti tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri.

Tabella 2

Sommarju tat-tariffi tax-xogħol fil-minjieri applikabbli fir-reġim ta’ awtorizzazzjoni taħt l-Att dwar il-Minjieri

 

Tariffa applikabbli sal-2008

Tariffa applikabbli fl-2008

Tariffa applikabbli mit-23 ta’ Jannar 2009

Produzzjoni li bdiet qabel l-1 ta’ Jannar 1998

J %

(mill-inqas 12 %)

J %

(mill-inqas 30 %, +3 % jew 6 % Klawżola Brent)

J %

(mill-inqas 30 %, +3 % jew 6 % Klawżola Brent)

Produzzjoni li bdiet bejn l-1 ta’ Jannar 1998 u l-1 ta’ Jannar 2008

12  %

30 %

(+ 3 % jew 6 % Klawżola Brent)

12 %

(+ 3 % jew 6 % Klawżola Brent)

Produzzjoni li bdiet wara l-1 ta’ Jannar 2008

Żoni tal-gass bi produzzjoni annwali ta’ inqas minn 300 m m3

Żoni taż-żejt bi produzzjoni annwali ta’ inqas minn 50 kt

Mhux Applikabbli

12 %

(+ 3 % jew 6 % Klawżola Brent)

12 %

(+ 3 % jew 6 % Klawżola Brent)

Żoni tal-gass bi produzzjoni annwali bejn 300-500 m m3

Żoni taż-żejt bi produzzjoni annwali bejn 50-200 kt

20 %

(+ 3 % jew 6 % Klawżola Brent)

20 %

(+ 3 % jew 6 % Klawżola Brent)

Żoni tal-gass bi produzzjoni annwali ta’ aktar minn 500 m m3

Żoni taż-żejt bi produzzjoni annwali ta’ aktar minn 200 kt

30 %

(+ 3 % jew 6 % Klawżola Brent)

30 %

(+ 3 % jew 6 % Klawżola Brent)

Idrokarburi b’kondizzjonijiet ta’ xogħol fil-minjieri speċjali

12  %

12  %

Gass inert għoli

8  %

8  %

“J” irid jiġi kkalkolat skont formula bbażata fuq prezzijiet storiċi tal-gass, kwantità estratta u valur, ara l-premessa 11.

IV.   RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA

(19)

L-allegata miżura ta’ għajnuna mill-istat taħt skrutinju hija l-ftehim ta’ estensjoni tat-22 ta’ Diċembru 2005 bejn MOL u l-Istat Ungeriż, li ppermetta ċertu grad ta’ eżenzjoni għall-kumpanija mit-tariffa miżjuda tax-xogħol fil-minjieri fuq l-estrazzjoni tal-idrokarburi stipulata f’emenda sussegwenti għall-Att Ungeriż dwar ix-Xogħol fil-Minjieri. Meta jitqies il-mod kif tfasslu l-ftehim u l-emenda sussegwenti, il-Kummissjoni tqishom bħala parti mill-istess miżura (“il-miżura”) u d-deċiżjoni tal-ftuħ ivvalutat l-impatt konġunt tagħhom.

(20)

Il-Kummissjoni wasslet għall-konklużjoni preliminari fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha li bħala riżultat tal-ftehim ta’ estensjoni, MOL ġiet protetta minn bidliet fil-futur fit-tariffa tax-xogħol fil-minjieri, u b’mod partikolari mill-bidliet stabbiliti fl-emenda sussegwenti tal-2008 għall-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri. Għaldaqstant il-kumpanija ġiet ittrattata b’mod aktar favorevoli mill-kompetituri tagħha li qed joperaw taħt ir-reġim attwali ta’ awtorizzazzjoni u, billi ma kkonkludewx ftehim ta’ estensjoni simili preċedentement, kellhom iħallsu t-tariffi miżjuda ġodda tax-xogħol fil-minjieri. Fil-valutazzjoni preliminari tagħha l-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-miżura kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE u ma setgħet tara l-ebda raġuni għaliex tista’ tkun kompatibbli mas-suq intern, ladarba l-ebda deroga ma kienet tidher li hi applikabbli.

(21)

Aktar dettalji jistgħu jinstabu fid-deċiżjoni tal-ftuħ, li għandha titqies bħala parti integrali ta’ din id-Deċiżjoni.

V.   KUMMENTI MILL-UNGERIJA

(22)

L-argumenti prinċipali tal-Ungerija fir-rigward tal-kriterji kumulattivi li jiddefinixxu l-għajnuna mill-istat jinkludu: (i) l-assenza ta’ selettività u (ii) l-assenza ta’ kwalunkwe vantaġġ għall-allegat benefiċjarju.

(23)

Fir-rigward tas-selettività, l-awtoritajiet Ungeriżi jsostnu bażikament li l-miżura mhijiex selettiva, minħabba li bil-konklużjoni tal-ftehim ta’ estensjoni MOL saret soġġetta għal reġim ieħor differenti mir-reġim ta’ awtorizzazzjoni.

(24)

L-ewwel nett, l-Ungerija tikkonferma li hemm differenza bejn ir-reġim ta’ konċessjoni u r-reġim ta’ awtorizzazzjoni, u tenfasizza li fil-każ ta’ konċessjoni l-kumpanija tax-xogħol fil-minjieri tista’, fl-offerta ta’ konċessjoni tagħha, toffri tariffa ogħla minn dik iddikjarata fl-avviż tas-sejħa għall-offerti, filwaqt li taħt ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni t-tariffa tiġi stipulata mill-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri. L-Ungerija ssostni wkoll li flimkien ma’ dawn iż-żewġ reġimi kien hemm ħtieġa għal soluzzjoni “kważi-konċessjonarja” ġdida, li tistabbilixxi t-tariffa tax-xogħol fil-minjieri f’kuntratt individwali barra mis-sistema konċessjonarja. Fl-opinjoni tal-Ungerija l-ftehim ta’ estensjoni taħt it-Taqsima 26/A(5) tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri jista’ jidher bħala bażi legali xieraq għal din is-soluzzjoni “kważi-konċessjonarja”, effettivament li jinħareġ ix-xogħol fil-minjieri barra mir-reġim ta’ awtorizzazzjoni u jitqiegħed fuq bażi kontrattwali.

(25)

L-Ungerija żżid li l-ftehim ta’ estensjoni jirriżulta direttament mil-loġika tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri. Skont l-Ungerija, l-iffissar tat-tariffa tax-xogħol fil-minjieri għat-tul ta’ żmien tal-ftehim ta’ estensjoni huwa element naturali tal-ftehim imsemmi fit-Taqsima 26/A(5) tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri u l-estensjoni ma setgħetx ġiet konkluża b’kondizzjonijiet differenti. Barra minn hekk, il-kumpaniji tax-xogħol fil-minjieri l-oħra kollha setgħu jistennew l-istess trattament, għalhekk ma kien hemm l-ebda trattament preferenzjali għal MOL.

(26)

Speċifikament, it-Taqsima 20(11) tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri tistipula li t-tariffa tax-xogħol fil-minjieri hija t-tariffa kif stabbilita: (i) fil-ftehim ta’ konċessjoni; (ii) fl-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri, jew (iii) fil-ftehim ta’ estensjoni. Għaldaqstant, l-awtoritajiet Ungeriżi jsostnu li l-Att jippermetti b’mod espliċitu li t-tariffa taħt ftehim ta’ estensjoni tibqa’ l-istess, anke fil-każ ta’ bidliet fil-leġiżlazzjoni. Fl-opinjoni tal-awtoritajiet Ungeriżi dan huwa ddikjarat b’mod ċar fl-Att, jiġifieri fit-Taqsima 26/A/(5), li jistipula li t-tariffa miżjuda hija massimu ta’ 1.2 darbiet it-tariffa oriġinali tax-xogħol fil-minjieri (30). Għalhekk, l-Ungerija ssostni, li l-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri Ungeriż jipprekludi applikazzjoni ta’ kwalunkwe tariffa ogħla.

(27)

Fir-rigward tan-nuqqas ta’ vantaġġ iddikjarat, l-Ungerija tispjega li r-riżorsi minerali huma l-propjetà tal-Istat u jgħaddu għal pussess privat permezz tax-xogħol fil-minjieri minn kumpaniji li jkollhom dritt tax-xogħol fil-minjieri miksub bi ħlas. L-Ungerija ssemmi s-sentenza tar-Ryanair bħala analoġija u tinsisti li din l-attività partikolari tal-Istat hija komparabbli ma’ dik ta’ operatur tas-suq, anke jekk l-Istat jaġixxi fir-rwol ta’ awtorità pubblika (31).

(28)

L-Ungerija tinnega li t-tariffa tax-xogħol fil-minjieri hija tip ta’ taxxa, u tfissirha bħala l-prezz imħallas għall-estrazzjoni tal-minerali, jew is-sehem tal-Istat. L-Ungerija tenfasizza li l-fatt li t-tariffa hija stipulata bil-liġi mhijiex raġuni deċiżiva sabiex jiġi konkluż li hija tip ta’ taxxa.

(29)

Barra minn hekk, l-Ungerija tispjega wkoll li t-tliet obbligi differenti ta’ ħlas taħt il-ftehim ta’ estensjoni (jiġifieri t-tariffa ta’ estensjoni, it-tariffa miżjuda tax-xogħol fil-minjieri estiża għaż-żoni kollha u l-ħlas ta’ darba) li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri m’għandhomx jitqiesu bħala kumpens għar-rinunzja tad-dħul mill-Istat li hija intitolata għalih fi kwalunkwe każ. Skont l-Ungerija, mill-perspettiva tal-Istat dan il-ħlas jista’ jitqies bħala dħul addizzjonali, bi skambju għal liema l-Istat jirrinunzja d-dritt tiegħu li joħroġ sejħa għall-offerti għaż-żoni tiegħu taħt ir-reġim konċessjonarju, b’kunsiderazzjoni tar-riskji assoċjati u d-dħul potenzjali.

(30)

L-Ungerija tenfasizza li wara l-emenda kkontestata tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri l-ebda parteċipant tas-suq ieħor ma kellu fil-fatt iħallas tariffa tax-xogħol fil-minjieri ogħla minn MOL, ladarba ma kien hemm l-ebda kompetitur li jaqa’ fil-kategoriji b’tariffi tax-xogħol fil-minjieri ogħla fil-perjodu rilevanti.

Tabella 3

Ħlasijiet ta’ tariffi tax-xogħol fil-minjieri annwali ta’ MOL (attwali u ipotetiċi),

(f’miljun HUF)

Oġġett ta’ ħlas

Attwali: taħt il-ftehim ta’ estensjoni

Ipotetiku: taħt l-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri fis-seħħ

Differenza

Valur preżenti nett tad-differenza fl-2009

2005

Ħlas ta’ darba (32)

[…] (*)

(…)

20 000,0

28 064,5

2006

Tariffa ta’ estensjoni (33)

(…)

(…)

835,8

1 092,1

Tariffa tax-xogħol fil-minjieri (34)

(…)

(…)

5 755,7

7 520,0

Total

(…)

(…)

6 591,6

8 612,1

2007

Tariffa ta’ estensjoni

(…)

(…)

769,7

926,5

Tariffa tax-xogħol fil-minjieri

(…)

(…)

3 428,0

4 126,4

Total

(…)

(…)

4 197,7

5 052,9

2008

Tariffa ta’ estensjoni

(…)

(…)

345,8

382,9

Tariffa tax-xogħol fil-minjieri

(…)

(…)

–28 444,7

–31 498,5

Total

(…)

(…)

–28 099,0

–31 115,6

2009

Tariffa ta’ estensjoni

(…)

(…)

211,2

211,2

Tariffa tax-xogħol fil-minjieri

(…)

(…)

–1 942,1

–1 942,1

Total

(…)

(…)

–1 730,9

–1 730,9

SOMMA FINALI

(…)

(…)

959,5

8 883,0

Il-figuri huma bbażati fuq dejta provduta mill-awtoritajiet Ungeriżi.

(31)

Barra minn hekk, l-Ungerija ssostni li bħala riżultat tal-ftehim ta’ estensjoni, matul is-snin u meta jitqiesu l-komponenti kollha fil-ftehim, inkluż it-tariffa ta’ estensjoni u l-ħlas ta’ darba, MOL fil-fatt ħalset aktar f’termini assoluti lill-Istat milli kienet tħallas mingħajr il-ftehim ta’ estensjoni, jiġifieri taħt l-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri. Il-ħlasijiet li fil-fatt ikunu saru minn MOL imqabbla ma’ dawk ipotetiċi jidhru fit-Tabella 3 hawn fuq. Iċ-ċifri ġew ipprovduti mill-awtoritajiet Ungeriżi.

(32)

Fl-opinjoni tal-Ungerija, kumpaniji tax-xogħol fil-minjieri għandhom aspettattiva leġittima, fir-rigward tal-prevedibbiltà tat-tariffa tax-xogħol fil-minjieri, li għalhekk għandha tkun stabbli matul iż-żmien. Dan kien il-ħsieb wara l-emenda għall-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri, ladarba, għalkemm it-tariffa tax-xogħol fil-minjieri inbidlet, ma kienx hemm fil-fatt kumpanija tax-xogħol fil-minjieri li t-tariffa tax-xogħol fil-minjieri tagħha nbidlet b’riżultat tal-emenda. Skont l-Ungerija, l-emendi għall-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri jistgħu jissuġġerixxu li l-Istat tista’ tbiddel it-tariffa tax-xogħol fil-minjieri fir-rigward ta’ żoni li diġà qed joperaw. L-emenda tal-2008, madankollu, kienet ir-riżultat ta’ kompromess matul in-negozjati li saru qabel l-adozzjoni tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri. Għaldaqstant, ġie aċċettat impliċitament li kien hemm aspettattivi leġittimi. Konsegwentement, kumpanija tax-xogħol fil-minjieri tista’ tistenna b’mod leġittimu li l-Istat ma jżidx kwalunkwe waħda minn dawn it-tariffi unilateralment. L-Ungerija tikkonkludi li s-sistema tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri u d-dispożizzjonijiet speċifiċi tiegħu jfissru li t-tariffi tax-xogħol fil-minjieri jibqgħu l-istess matul it-tul ta’ żmien kollu tal-kuntratt.

(33)

Fl-aħħarnett, l-awtoritajiet Ungeriżi jispjegaw li l-“klawżola ta’ terminazzjoni” hija bbażata fuq raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali.

VI.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI

(34)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-partijiet interessati li ġejjin: MOL, il-benefiċjarju tal-allegata miżura ta’ għajnuna, u l-Assoċjazzjoni Ungeriża tax-Xogħol fil-Minjieri, li MOL hija membru tagħha. Iż-żewġ partijiet interessati kkumentaw fuq l-istess linji bħall-Ungerija u l-osservazzjonijiet tagħhom kienu simili ħafna ma’ dawk tal-Ungerija.

MOL

(35)

MOL, l-allegat benefiċjarju tal-miżura inkwistjoni, tiddikjara li, għal kuntrarju ta’ dak li ssostni l-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-bidu, ma gawdiet l-ebda trattament preferenzjali fis-suq Ungeriż tal-estrazzjoni tal-idrokarburi. Sehem ewlieni tat-tariffi tax-xogħol fil-minjieri tal-MOL imħallsa lill-Istat Ungeriż jiġi miż-żoni tax-xogħol fil-minjieri soġġetti għal J % (jiġifieri li jkunu bdew joperaw qabel l-1 ta’ Jannar 1998), li fil-prattika jfisser li MOL tħallas 64-75 %, filwaqt li l-kompetituri tagħha (li bdew il-produzzjoni fi stadju aktar tard u joperaw żoni żgħar) huma soġġetti sempliċement għat-tariffa ta’ 12 %.

(36)

Barra minn hekk, il-konklużjoni tal-ftehim ta’ estensjoni fissret li l-MOL ħallset aktar lill-Istat (filwaqt li jitqiesu l-komponenti kollha fil-ftehim ta’ estensjoni) milli tkun ħallset mingħajr il-ftehim, sempliċement abbażi tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri oriġinali.

(37)

Fir-rigward tal-argument tal-Kummissjoni li l-ftehim ta’ estensjoni ma jistax jitqies bħala analogu għal konċessjoni, minħabba li kien soġġet għar-reġim ta’ awtorizzazzjoni, MOL tosserva li l-estensjoni tad-dritt tax-xogħol fil-minjieri mhijiex dritt soġġett għal awtorizzazzjoni abbażi ta’ deċiżjoni unilaterali mill-Istat, imma biss wara ftehim mal-kumpanija tax-xogħol fil-minjieri. Kieku l-għan tal-leġiżlazzjoni kien li din issir kwistjoni għad-diskrezzjoni tal-Istat, id-dispożizzjoni rilevanti kienet tiġi abbozzata b’mod differenti. Il-kliem tal-Att jissuġġerixxi li l-intenzjoni leġiżlattiva kienet li l-argument tal-estensjoni jiġi ttrattat b’mod analogu għall-konċessjonijiet.

(38)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni ssostni li hemm kontradizzjoni bejn il-pretensjoni tal-awtoritajiet Ungeriżi li l-emenda tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri kienet meħtieġa sabiex iżżid aktar dħul u l-fatt li MOL kienet fil-prattika eżentata mit-tariffi miżjuda.

(39)

Fl-opinjoni ta’ MOL, din id-dikjarazzjoni mhijiex kontradittorja. Minn naħa waħda, il-kumpanija ħallset aktar lill-Istat taħt il-ftehim ta’ estensjoni, milli tkun ħallset taħt l-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri. MOL tħallas ukoll tariffi tax-xogħol fil-minjieri għoljin ħafna fuq iż-żoni soġġetti għal J. Barra minn hekk, l-emenda għall-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri jista’ jkollha effett fuq żoni li jibdew joperaw fil-futur.

(40)

MOL ssostni li l-komponenti tal-ħlas tal-estensjoni m’huma bl-ebda mod multa, kif tissuġġerixxi l-Kummissjoni. L-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri jistabbilixxi wkoll pieni/multi fejn attività ta’ xogħol fil-minjieri titwettaq bi ksur tal-Att. It-tariffi taħt il-ftehim ta’ estensjoni huma riżultat tal-proċess tan-negozjati bejn il-kumpanija tax-xogħol fil-minjieri u l-Istat. Ma kienx obbligatorju li jiġi konkluż il-kuntratt: il-kumpanija tax-xogħol fil-minjieri setgħet għażlet ukoll li ma tikkonkludix wieħed, titlef id-dritt tax-xogħol fil-minjieri tagħha u mbagħad toffri taħt il-proċedura tas-sejħa miftuħa għall-offerti, fejn finalment setgħet tikseb id-dritt tax-xogħol fil-minjieri ferm irħas.

(41)

Huwa qarrieqi li MOL, li kkonkludiet dan il-ftehim ta’ estensjoni, tiġi mqabbla ma’ kompetituri li qed joperaw taħt ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, MOL tenfasizza li ssodisfat l-obbligi kollha tagħha u d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni.

(42)

MOL għandha kwistjoni wkoll dwar il-fatt li l-Kummissjoni tiġġudika l-multiplikatur “c” bħala baxx ħafna (minħabba li huwa inqas mil-limitu legali ta’ 1,2 darbiet). Li jrid jiġi kkunsidrat ukoll hu li l-applikazzjoni tat-tariffa miżjuda tax-xogħol fil-minjieri kkonċernat kważi 150 żona, għalhekk it-tariffa miżjuda wasslet għal żieda sostanzjali fid-dħul tax-xogħol fil-minjieri għall-Istat.

(43)

Fl-aħħarnett, fir-rigward tal-argument tal-Kummissjoni li MOL qed tiġi ttrattata b’mod preferenzjali billi mhijiex qed tiġi soġġetta għall-Klawżola Brent, il-kumpanija tosserva li J huwa wkoll sensittiv għall-prezz.

L-Assoċjazzjoni Ungeriża tax-Xogħol fil-Minjieri

(44)

L-Assoċjazzjoni Ungeriża tax-Xogħol fil-Minjieri (minn issa ’l quddiem “l-Assoċjazzjoni tax-Xogħol fil-Minjieri”) tirrappreżenta kumpaniji involuti f’attivitajiet ta’ xogħol fil-minjieri jew attivitajiet relatati max-xogħol fil-minjieri. L-għan prinċipali tagħha huwa li ttejjeb il-qafas operattiv ġenerali għat-twettieq tal-attivitajiet ta’ xogħol fil-minjieri fl-Ungerija, timmonitorja proċeduri leġiżlattivi u taġixxi fl-interessi tal-membri tagħha. Fil-preżent, għandha 66 membru, inkluż MOL. Il-President tal-bord tal-Assoċjazzjoni tax-Xogħol fil-Minjieri huwa maniġer anzjan ta’ MOL (35).

(45)

Skont l-Assoċjazzjoni tax-Xogħol fil-Minjieri, kumpaniji tax-xogħol fil-minjieri għandhom aspettattiva leġittima li t-tariffa tax-xogħol fil-minjieri tibqa’ l-istess għal żoni tax-xogħol fil-minjieri li diġà qed joperaw. Għaldaqstant l-Istat ma jistax iżid unilateralment it-tariffi “b’mod retroattiv” (jiġifieri għal żoni li diġà qegħdin joperaw). L-Assoċjazzjoni tax-Xogħol fil-Minjieri esprimiet din l-opinjoni b’rabta mal-liġi li ħarġet qabel l-emenda għall-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri u, skont l-Assoċjazzjoni tax-Xogħol fil-Minjieri, dan il-prinċipju ġie kkunsidrat meta ġie emendat l-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri. Il-kliem finali ma kienx kontra, minħabba li, f’termini ta’ effett, ma jżidx it-tariffa tax-xogħol fil-minjieri għal operazzjonijiet li jkunu diġà bdew.

(46)

Fir-rigward tal-karatteristiċi ġenerali u l-kondizzjonijiet ekonomiċi tas-suq tax-xogħol fil-minjieri, l-Assoċjazzjoni tax-Xogħol fil-Minjieri tispjega li t-tul ta’ żmien tal-proġetti tax-xogħol fil-minjieri huwa relattivament twil. Iż-żmien bejn il-bidu tal-esplorazzjoni u l-estrazzjoni effettiva jista’ jdum minn 10 sa 15-il sena. Matul din il-fażi l-kumpanija tax-xogħol fil-minjieri għandha spejjeż biss; ma jsir l-ebda dħul sakemm tibda l-estrazzjoni. Barra minn hekk, hemm riskju ġeoloġiku inerenti, ladarba m’hemm l-ebda ċertezza li l-esplorazzjoni se tirnexxi. Għalhekk, il-proġetti jridu jiġu ppjanati bl-akbar attenzjoni. Il-profitabbiltà ta’ proġett tiddependi minn fatturi multipli. Meta jitqiesu r-riskji numerużi, l-industrija tistenna li għall-inqas dawk li jistgħu jiġu influwenzati mill-Istat se jibqgħu stabbli matul il-ħajja tal-proġett, jiġifieri l-qafas leġiżlattiv jew it-tariffa tax-xogħol fil-minjieri. Meta jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-industrija, l-istrutturi ta’ finanzjament għandhom rwol importanti fil-proġetti. Il-kredituri jeżaminaw bir-reqqa l-proġetti kontinwament u jistgħu anke jirtiraw il-finanzjament jekk il-kondizzjonijiet jinbidlu sostanzjalment.

(47)

Għalhekk, f’pajjiżi b’riskju politiku għoli, l-kumpanija tax-xogħol fil-minjieri u l-Istat ikkonkludew kuntratt ibbażat fuq il-liġi privata. F’reġjuni stabbli, bħall-Ewropa tal-Punent, ftehimiet bħal dawn mhumiex meħtieġa, minħabbba li wieħed jista’ jassumi li l-qafas legali mhuwiex se jinbidel kull tant żmien mill-Istat. Stabbiltà fir-rigward tas-sehem tal-Istat hija mistennija kemm mill-kumpanija tax-xogħol fil-minjieri kif ukoll mill-kredituri. Mingħajr din l-istabbiltà jiżdied ir-riskju tal-proġett; pajjiż b’politika ekonomika stabbli ma jistax jippermetti li jkollu bidliet frekwenti fil-politika, minħabba li dan ibeżża’ lill-impriżi tax-xogħol fil-minjieri.

(48)

L-Assoċjazzjoni tax-Xogħol fil-Minjieri tiġbed l-attenzjoni li l-prinċipji ta’ ċertezza legali u l-protezzjoni tad-drittijiet miksuba huma miġbura fil-ġurisprudenza tal-Qrati Ewropej u l-Kostituzzjoni Ungeriża. Għaldaqstant, il-leġiżlatura Ungeriża mhijiex intitolata li żżid it-tariffi tax-xogħol fil-minjieri għal żoni li diġà qed joperaw, minħabba li l-leġiżlazzjoni trid tkun prevedibbli. Barra minn hekk, l-Assoċjazzjoni tax-Xogħol fil-Minjieri tikkunsidra wkoll li l-“istabbiltà” tat-tariffa tax-xogħol fil-minjieri huwa dritt miksub.

(49)

Argument ieħor ippreżentat mill-Assoċjazzjoni tax-Xogħol fil-Minjieri huwa l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni. B’mod partikolari, ma jridx ikun hemm diskriminazzjoni bejn parteċipanti fis-suq li qed joperaw fuq bażi ta’ konċessjoni u parteċipanti fis-suq taħt sistema ta’ awtorizzazzjoni. Għalhekk, il-leġiżlatura Ungeriża mhijiex intitolata li żżid it-tariffi tax-xogħol fil-minjieri “b’mod retroattiv” għal żoni li diġà qed joperaw. L-ECJ iċċarat f’numru kbir ta’ sentenzi li ċ-ċertezza legali hija element fondamentali tal-liġi tal-UE. Il-leġiżlazzjoni titqies bħala mhux ambigwa, preċiża u prevedibbli, speċjalment jekk ikollha impatt negattiv fuq individwi jew kumpaniji (ara l-ġurisprudenza ċitata). L-Assoċjazzjoni tax-Xogħol fil-Minjieri tkompli ssostni li l-prinċipju ta’ ċertezza legali u drittijiet miksuba huma miġbura wkoll fil-Kostituzzjoni Ungeriża u tikkonkludi li abbażi tal-liġi tal-UE u l-leġislazzjoni dwar il-prinċipji kostituzzjonali trid tkun prevedibbli.

(50)

Fl-aħħarnett l-Assoċjazzjoni tax-Xogħol fil-Minjieri żżid li l-prinċipju ta’ protezzjoni tad-drittijiet miksuba ġej mill-prinċipju ta’ ċertezza legali. Dan il-prinċipju ta’ drittijiet miksuba ġie rrispettat matul proċeduri leġiżlattivi nazzjonali u internazzjonali li jirregolaw id-drittijiet tax-xogħol fil-minjieri. Stati Membri oħra tal-UE għandhom ukoll leġiżlazzjoni stabbli dwar ix-xogħol fil-minjieri li ma tinbidilx ta’ spiss.

VII.   EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA FIS-SENS TAL-ARTIKOLU 107(1) TAT-TFUE

(51)

Sabiex jiġi aċċertat jekk miżura tikkostitwix għajnuna mill-istat, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk il-miżura kkontestata tissodisfax il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 107(1) TFUE. Dan l-Artikolu jiddikjara li: “Ħlief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”. Hawn taħt, fid-dawl ta’ din id-dispożizzoni, il-Kummissjoni tivvaluta jekk il-miżura kkontestata tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

Kummenti ġenerali

(52)

L-ewwel nett, għandu jiġi mfakkar li miżura tista’ tikkostitwixxi għajnuna mill-istat fis-sens ta’ 107(1) ta’ TFUE irrilevanti mill-forma legali tagħha. Anke kieku l-ftehim ta’ estensjoni ġie konkluż skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri u anke kieku kien f’idejn l-Ungerija li tistabbilixxi t-tariffa tax-xogħol fil-minjieri bil-liġi, dan fih innifsu ma jfissirx li dawn l-azzjonijiet, jew l-effetti tagħhom, huma kompatibbli mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-fatt li miżura hija kompatibbli mal-liġi nazzjonali m’għandu l-ebda rilevanza fuq il- kompatibbiltà tagħha mar-regoli tat-TFUE dwar l-għajnuna mill-Istat.

(53)

Barra minn hekk, kif diġà stabbilit fid-deċiżjoni tal-bidu tal-proċeduri, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li kwalunkwe wieħed waħdu mill-elementi tal-każ, jiġifieri d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri, il-ftehim ta’ estensjoni u l-emenda tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri, imur kontra r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Minflok, fil-każ preżenti l-Kummissjoni tikkunsidra s-sekwenza kollha tal-azzjonijiet tal-Istat bħala “l-miżura” u tivvaluta l-effett tal-ftehim ta’ estensjoni flimkien mal-emendi sussegwenti għall-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri.

(54)

Fir-rigward tal-argumenti tal-Ungerija li t-tariffa tax-xogħol fil-minjieri mhijiex taxxa, imma s-sehem tal-Istat, il-Kummissjoni tosserva li dan l-argument huwa irrelevanti mill-perspettiva ta’ valutazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat. Regoli dwar l-għajnuna mill-Istat huma applikabbli għal kull tip ta’ spiża li trid tinġarr mill-impriżi u minn liema ġew eżentati permezz ta’ miżura tal-Istat. Fi kwalunkwe każ, wieħed għandu josserva li awtorizzazzjoni amministrattiva ta’ esplojtazzjoni ta’ riżorsi minerali u idrokarburi tidher li hija rwol tipiku ta’ awtorità pubblika; ħlasijiet għal din l-awtorizzazzjoni huma komparabbli ma’ taxxa jew tariffa amministrattiva.

(55)

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-klawżola ta’ terminazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li din mhijiex kwistjoni ta’ għajnuna mill-Istat. Il-fatt li l-ftehim jiddikjara li l-kuntratt jintemm jekk parti terza tikseb aktar minn 25 % ta’ MOL hija miżura li ma tinvolvix riżorsi tal-Istat.

Selettività

(56)

Sabiex tiġi kkunsidrata bħala għajnuna mill-Istat, miżura trid tkun speċifika jew selettiva f’li tiffavorixxi ċerti impriżi biss jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti.

(57)

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (36), fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kondizzjoni ta’ selettività, li hija fattur kostitwenti fil-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, l-Artikolu 107(1) TFUE jirrikjedi valutazzjoni ta’ jekk, taħt skema statutorja partikolari, miżura tal-istat hija tali li “tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi” meta mqabbla ma’ impriżi oħra li huma f’sitwazzjoni legali u fattwali li hija komparabbli fid-dawl tal-għan segwit mill-miżura inkwistjoni.

(58)

Il-Qorti sostniet bosta drabi li l-Artikolu 107(1) TFUE ma jiddistingwix bejn il-kawżi u l-għanijiet tal-għajnuna mill-Istat, imma jiddefinixxihom b’rabta mal-effetti tagħhom (37).

(59)

Il-kunċett tal-għajnuna mill-Istat ma japplikax, madankollu, għal miżuri tal-Istat, li jiddiskriminaw bejn impriżi fejn dik id-differenzazzjoni tirriżulta min-natura jew l-istruttura ġenerali tas-sistema li jkunu jagħmlu parti minnha.

(60)

Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-argument tal-awtoritajiet Ungeriżi u partijiet interessati dwar in-nuqqas ta’ selettività.

(61)

Sabiex jiġi determinat jekk il-miżura hijiex selettiva, is-sistema applikabbli ta’ referenza trid tiġi definita (38).

(62)

Fil-każ ittrattat, il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sistema applikabbli ta’ referenza għall-valutazzjoni hija r-reġim ta’ awtorizzazzjoni. MOL ma kellhiex tidħol f’sejħa għall-offerti kompetittiva għad-dritt li tikseb konċessjoni f’żona magħluqa. Minflok, kisbet id-dritt tax-xogħol fil-minjieri għaż-żoni tagħha taħt ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni u tikkompeti ma’ parteċipanti fis-suq taħt dan ir-reġim. Il-ftehim ta’ estensjoni jifforma parti mir-reġim ta’ awtorizzazzjoni. Is-sempliċi fatt li MOL ma setgħetx tibda estrazzjoni sad-data ta’ skadenza stipulata u kellha bżonn titlob ftehim ta’ estensjoni ma jistax jirriżulta f’bidla tas-sistema ta’ referenza. Li wieħed jaċċetta dan l-argument iwassal għal sitwazzjoni fejn jingħata trattament individwali lill-kumpanija waħda, bħalma huwa l-każ taħt ir-reġim ta’ konċessjoni, imma mingħajr sejħa għall-offerti pubblika u kompetittiva.

(63)

Fil-fatt, hija deċiżjoni diskrezzjonali mill-awtoritajiet Ungeriżi li jiġi determinat jekk iż-żona hijiex taħt konċessjoni jew awtorizzazzjoni. Għaldaqstant, jekk l-awtoritajiet Ungeriżi jixtiequ jagħtu drittijiet tax-xogħol fil-minjieri fuq bażi kuntrattwali jistgħu jagħżlu proċedura trasparenti ta’ konċessjoni li tinkludi proċess ta’ sejħa miftuħa għall-offerti. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta li l-hekk imsejjħa “kważi-konċessjoni” opaka, li attwalment tapplika għal kumpanija waħda biss (MOL), tista’ titqies bħala sistema separata ta’ referenza.

(64)

Barra minn hekk, l-Ungerija kellha marġini wiesa’ ta’ diskrezzjoni sabiex testendi l-awtorizzazzjoni, kif ukoll temenda sussegwentement id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri (minkejja li kienet taf x’effetti vantaġġjużi dan kien ikollu fuq MOL, billi din il-kumpanija kienet l-unika parteċipanta fis-suq għall-idrokarburi li kkonkludiet ftehim ta’ estensjoni). L-Ungerija kienet libera li tiddetermina t-tariffa tax-xogħol fil-minjieri fi kwalunkwe ħin, jiġifieri setgħet iddeċidiet li bl-ebda mod ma temenda l-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri. Mill-perspettiva tal-effetti tagħha, is-sekwenza ta’ atti ffavoriet mingħajr dubju impriża waħda partikolari.

(65)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sistema ta’ referenza hija r-reġim ta’ awtorizzazzjoni.

(66)

Fil-qafas tar-reġim ta’ awtorizzazzjoni, jidher biċ-ċar li l-ftehim ta’ estensjoni huwa selettiv. Fil-fatt, kif jikkonfermaw l-awtoritajiet Ungeriżi nfushom, il-partijiet, meta jinnegozjaw it-termini ta’ dan il-ftehim, għandhom ċertu marġini ta’ manuvra sabiex jistipulaw il-komponenti differenti ta’ ħlas u, l-aktar importanti, jistgħu jiddeċiedu li bl-ebda mod ma jikkonkludu l-ftehim. Għaldaqstant, l-awtoritajiet Ungeriżi kellhom id-diskrezzjoni li jikkonkludu dan il-ftehim ma’ MOL (jew ma’ kwalunkwe parteċipant ieħor fis-suq) (39).

(67)

Dan it-trattament ma jistax jiġi spjegat permezz tal-loġika u n-natura tas-sistema. Minn naħa waħda, tariffi tax-xogħol fil-minjieri huma imposti sabiex jiġi żgurat dħul għall-Istat fuq il-valur estratt. Minn naħa l-oħra, il-komponenti ta’ ħlas taħt il-ftehim ta’ estensjoni jitħallsu bi skambju għall-estensjoni bħala imposta żejda. Fil-każ preżenti, madankollu, il-konklużjoni tal-ftehim ta’ estensjoni u ż-żieda sussegwenti fit-tariffi għal MOL wasslet għas-sitwazzjoni paradossali li MOL, billi naqqset milli tibda l-produzzjoni fil-ħin, tibbenefika minn tariffi tax-xogħol fil-minjieri aktar baxxi sal-2020 għall-prattikament iż-żoni kollha tagħha taħt awtorizzazzjoni; filwaqt li l-kompetituri tagħha, li huma soġġetti bl-istess mod għar-reġim ta’ awtorizzazzjoni u li bdew il-produzzjoni fil-ħin u għalhekk ma kkonkludewx ftehim ta’ estensjoni, ikollhom iħallsu tariffi statutorji ogħla.

(68)

Dan kien l-uniku ftehim ta’ estensjoni konkluż għall-idrokarburi. MOL osservat li hemm ftehimiet ta’ estensjoni oħra fis-seħħ għal minerali solidi. Il-Kummissjoni tosserva, madankollu, li dan jikkonċerna tipi oħra ta’ minerali li huma soġġetti għal tariffa tax-xogħol fil-minjieri differenti taħt l-Att mill-idrokarburi. Irid jiġi osservat ukoll li għal minerali solidi ma kien hemm l-ebda bidla fit-tariffa tax-xogħol fil-minjieri introdotta mill-emenda għall-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri, (jiġifieri billi l-parteċipanti fis-suq ikkonkludew dan il-ftehim ma ġewx affettwati mill-istess “sekwenza ta’ miżuri” u għalhekk l-ebda vantaġġ ma ġie miżjud lilhom).

(69)

Abbażi ta’ dak imsemmi qabel, minkejja l-argumenti mressqa mill-Ungerija, il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sekwenza ta’ azzjonijiet, jiġifieri l-mod kif inhi miktuba t-Taqsima 26/A(5), il-ftehim ta’ estensjoni konkluż abbażi tagħha, u l-emenda sussegwenti għall-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri, kienet selettiva favur MOL.

(70)

L-effetti kombinati tas-sekwenza ta’ miżuri huma li, fost detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ xogħol fil-minjieri mogħtija taħt it-Taqsima 5 tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri, MOL biss ġiet soġġetta għal reġim speċifiku li pproteġiha kontra kwalunkwe żieda fit-tariffa tax-xogħol fil-minjieri normalment dovuta għall-estrazzjoni tal-idrokarburi.

(71)

Bħala konklużjoni, minħabba fid-diskrezzjoni wiesgħa fl-għoti ta’ ftehim ta’ estensjoni u fid-dawl tal-fatt li, fil-fatt, l-eżenzjoni hija diretta lejn kumpanija individwali waħda, il-kriterju ta’ selettività qed jiġi sodisfatt.

Vantaġġ

(72)

Għal kuntrarju tal-argumenti tal-awtoritajiet Ungeriżi, il-Kummissjoni hi tal-fehma li l-Istat ma jeżerċitax attività ekonomika billi jawtorizza attivitajiet ta’ xogħol fil-minjieri. Pjuttost, l-għoti ta’ konċessjonijiet amministrattivi jew awtorizzazzjonijiet ta’ xogħol fil-minjieri hija marbuta mal-eżerċizzju ta’ poteri li huma tipikament dawk ta’ awtorità pubblika minħabba li din l-attività ma tistax tiġi eżerċitata oriġinarjament minn attur privat (40). Fl-Ungerija – bħal fi Stati Membri oħra tal-UE – l-ebda attur privat mhu s-sid oriġinali tar-riżorsi minerali. Sistemi legali tal-Istati Membri ġeneralment jattribwixxu kontroll fuq riżorsi minerali lill-awtoritajiet pubbliċi (41). Għalhekk, id-deċiżjoni li kumpanija tingħata l-permess li tesplojta riżorsi minerali, fil-forma li l-Istat Membru jagħżel u bi ħlas ta’ ċerti tariffi, hija, minħabba n-natura u r-regoli tagħha, kwistjoni għall-awtoritajiet pubbliċi u tista’ tiġi kategorizzata bħala l-eżerċizzju ta’ poteri ta’ awtorità pubblika. L-intervent tal-Ungerija li tagħmel l-attività tax-xogħol fil-minjieri soġġetta għal sorveljanza amministrattiva sservi l-interess ġenerali u mhux dak kummerċjali. Din l-imġiba trid għalhekk titqies bħala forma ta’ intervent tal-Istat minn awtorità pubblika mhux ekwivalenti għall-imġiba ta’ investitur privat f’ekonomija tas-suq (42).

(73)

Anke kieku fil-każ preżenti awtorizzazzjoni għal esplojtazzjoni ta’ xogħol fil-minjieri kellha titqies bħala attività ekonomika fejn l-Istat isegwi għanijiet kummerċjali (li mhuwiex il-każ), il-Kummissjoni tosserva li m’hemm l-ebda rabta ċara u diretta f’termini monetarji bejn il-livell tat-tariffi tax-xogħol fil-minjieri stabbilit mill-Ungerija għal MOL u l-valur tal-awtorizzazzjoni ta’ xogħol fil-minjieri. Ir-raġunament tal-Ungerija, jiġifieri li aġġixxiet bħala operatur tas-suq meta kkonkludiet il-ftehim ta’ estensjoni, mhuwiex ikkonfermat. B’mod partikolari, m’hemm l-ebda indikazzjoni li s-sejħa għall-offerti għall-konċessjoni għat-12-il żona (li ma kienux se jiġu estiżi) ma kinitx tirriżulta f’offerta ogħla minn kompetitur. L-Ungerija naqqset ukoll milli turi li qieset il-fatturi u r-riskji rilevanti kollha minn perspettiva kummerċjali meta kkonkludiet il-ftehim ta’ estensjoni, jiġifieri l-komponenti kollha tal-ħlas fil-ftehim ta’ estensjoni, it-tariffi possibbilment ogħla stabbiliti mill-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri sal-2020, it-tul ta’ żmien tal-ftehim u kompetituri possibbli.

(74)

Raġunament ieħor mill-Ungerija huwa li wara l-emenda kkontestata tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri, l-ebda parteċipant fis-suq ieħor ma kellu fil-fatt iħallas tariffa ogħla minn MOL, minħabba l-fatt li ma kien hemm l-ebda kompetitur li jaqa’ fil-kategoriji b’tariffi tax-xogħol fil-minjieri ogħla fil-perjodu rilevanti.

Tabella 4

Sommarju tat-tariffi tax-xogħol fil-minjieri applikabbli qabel u wara l-emendi għall-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri

 

Tariffa applikabbli sal-2008

Tariffa applikabbli fl-2008

Tariffa applikabbli mit-23 ta’ Jannar 2009

Tariffa għaż-żoni kollha taħt il-kuntratt ta’ MOL

Applikabbli sal-2020

Produzzjoni li bdiet qabel l-1 ta’ Jannar 1998

J % (45)

(mill-inqas 12 %)

J %

(mill-inqas 30 %, +3 % jew 6 % klawżola Brent)

J %

(mill-inqas 30 %, +3 % jew 6 % klawżola Brent)

J % × c (46)

(mill-inqas 12 %)

Produzzjoni li bdiet bejn l-1 ta’ Jannar 1998 u l-1 ta’ Jannar 2008

12  %

30 %

(+ 3 % jew 6 % klawżola Brent)

12 %

(+ 3 % jew 6 % klawżola Brent)

12 % × c

(~ 12.24 % (44))

Produzzjoni li bdiet wara l-1 ta’ Jannar 2008 (43)

Żoni tal-gass bi produzzjoni annwali ta’ inqas minn 300 m m3

Żoni taż-żejt bi produzzjoni annwali ta’ inqas minn 50 kt

Mhux Applikabbli

12 %

(+ 3 % jew 6 % klawżola Brent)

12 %

(+ 3 % jew 6 % klawżola Brent)

12 % × c

(~ 12.24 % (44))

Żoni tal-gass bi produzzjoni annwali bejn 300-500 m m3

Żoni taż-żejt bi produzzjoni annwali bejn 50-200 kt

20 %

(+ 3 % jew 6 % klawżola Brent)

20 %

(+ 3 % jew 6 % klawżola Brent)

Żoni tal-gass bi produzzjoni annwali ta’ aktar minn 500 m m3

Żoni taż-żejt bi produzzjoni annwali ta’ aktar minn 200 kt

30 %

(+ 3 % jew 6 % klawżola Brent)

30 %

(+ 3 % jew 6 % klawżola Brent)

Idrokarburi b’kondizzjonijiet ta’ xogħol fil-minjieri speċjali

12  %

12  %

Gass inert għoli

8  %

8  %

(75)

Dan l-argument irid jiġi miċħud.

(76)

It-Tabella 4 hawn fuq tagħti sommarju tal-punt safejn il-ftehim ta’ estensjoni u l-emenda sussegwenti tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri rriżultaw f’tariffi għal MOL aktar baxxi minn dawk stipulati mill-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri.

(77)

L-ewwel nett, id-dejta sottomessa mill-awtoritajiet Ungeriżi turi li fil-fatt kien hemm xi parteċipanti fis-suq li qed joperaw żoni taħt ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni li kienu soġġetti għal obbligu ta’ tariffa tax-xogħol fil-minjieri ogħla minn MOL, bejn it-8 ta’ Jannar 2008 u t-23 ta’ Jannar 2009 minħabba fl-ewwel emenda għall-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri u anke mit-23 ta’ Jannar 2009 sal-lum minħabba fit-tieni emenda għall-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri. Is-sottomissjonijiet mill-awtoritajiet Ungeriżi juru li fl-2008 kien hemm żoni tax-xogħol fil-minjieri li qed joperaw taħt awtorizzazzjoni minn kumpaniji oħra għajr MOL li ħallsu aktar minn 12 % (bejn 14,24 % u 18 %) minħabba fl-applikazzjoni tal-Klawżola Brent (47).

(78)

It-tieni, għalkemm l-awtoritajiet Ungeriżi jiddikjaraw li hemm biss kompetituri li joperaw jew li huma mistennija li jibdew joperaw żoni iżgħar (jiġifieri li jipproduċu inqas minn 500m3 jew 200kt), il-Kummissjoni tosserva li anke jekk dawn iż-żoni iżgħar kienu soġġetti għall-kategorija tat-12 %, xorta jridu jħallsu ż-żieda Brent, kull meta tkun applikabbli. Dan jista’ jwassal għal tariffa tax-xogħol fil-minjieri sa 18 %. Il-Kummissjoni tfakkar għal darb’oħra li l-effett tal-miżuri huwa li MOL mhijiex soġġetta għall-Klawżola Brent stabbilita fl-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri għall-operaturi l-oħra kollha.

(79)

It-tielet, fir-rigward tal-ambjent tas-suq ġenerali kurrenti fl-Ungerija, hemm diversi kumpaniji tax-xogħol fil-minjieri involuti f’attivitajiet ta’ estrazzjoni tal-idrokarburi. Barra minn hekk, hemm diversi kumpaniji li qed iwettqu esplorazzjoni li jistgħu jibdew joperaw żoni u jsiru kompetituri ta’ MOL. Kwalunkwe operatur ġdid taħt ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni se jkun soġġett għat-tariffa tax-xogħol fil-minjieri statutorja u jiffaċċja kompetizzjoni ma’ MOL, l-unika kumpanija li ż-żoni tax-xogħol fil-minjieri tagħha jaħarbu t-tariffa applikabbli taħt ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni u huma soġġetti għal livell aktar baxx ta’ tariffi.

(80)

Ir-raba’, il-Kummissjoni tosserva li huwa fatt li MOL ġiet soġġetta għal tariffa ta’ madwar 12.24 % mhux biss għat-12-il żona mogħtija estensjoni imma għaż-żoni kollha tax-xogħol fil-minjieri tagħha li bdew joperaw wara l-1 ta’ Jannar 1998 operati taħt awtorizzazzjoni fil-waqt tal-ftehim tal-2005, u tariffa ta’ J % għaż-żoni kollha li bdew joperaw qabel l-1 ta’ Jannar 1998. Barra minn hekk, it-tariffa ta’ MOL hija stabbilita mill-ftehim ta’ estensjoni għal 12.24 % sal-2020. Għaldaqstant, hemm vantaġġ għal MOL għall-maġġoranza taż-żoni tagħha taħt awtorizzazzjoni għal tul ta’ żmien konsiderevoli.

(81)

Il-ħames, kieku ipotetikament l-Awtorità tal-Minjieri ma kinitx qablet mal-estensjoni għat-12-il żona, iż-żoni l-oħra kollha ta’ MOL taħt awtorizzazzjoni kienu jsiru soġġetti wkoll għat-tariffa ta’ xogħol fil-minjieri konsiderevolment ogħla, li seta’ fisser dħul ogħla għall-Istat (48). Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa 73, l-Istat seta’ ħareġ sejħa għall-offerti għall-konċessjoni għat-12-il żona li ma ngħatawx estensjoni, u b’hekk seta’ jikseb potenzjalment offerta ogħla minn kompetitur.

(82)

Fir-rigward tal-argument tal-Ungerija li MOL ħallset tariffa tax-xogħol fil-minjieri ogħla, jiġifieri 12,24 %, fl-2006 u l-2007, il-Kummissjoni tosserva li dan huwa irrilevanti.

(83)

L-ewwel nett, dan kien minħabba l-fatt li MOL kellha tħallas iż-żieda stipulata fit-tariffa tax-xogħol fil-minjieri (minn 12 % sa 12,24 %) eżattament bħalma kien ikollha tagħmel kwalunkwe kumpanija li kellha x-xewqa li testendi l-awtorizzazzjoni tal-minjieri tagħha. F’dan ir-rigward, MOL irċeviet it-trattament standard u ma kinitx żvantaġġjata. Lanqas ma kien għadu seħħ il-vantaġġ għal MOL: dan seħħ finalment fil-waqt tal-ewwel emenda għall-Att, jiġifieri, mit-8 ta’ Jannar 2008.

(84)

Barra minn hekk, fl-2008 MOL ħallset HUF 28,4 biljun u fl-2009 HUF 1.9 biljun inqas f’tariffi tax-xogħol fil-minjieri għaż-żoni ta’ produzzjoni tagħha milli kienet tħallas kieku kienet soġġetta għall-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri fis-seħħ dak iż-żmien.

(85)

Fir-rigward tal-komponenti l-oħra ta’ ħlas taħt it-Taqsima 26/A(5) tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri (jiġifieri t-tariffa ta’ estensjoni u l-ħlas ta’ darba), dawn tħallsu bi skambju għall-estensjoni u mhux għad-dritt ta’ tariffi aktar baxxi minn dawk applikabbli għall-kompetituri tagħha. Dawn il-komponenti ta’ ħlas lanqas ma jistgħu jitqiesu bħala “ħlas bil-quddiem” ta’ tariffi ta’ xogħol fil-minjieri dovuti f’perjodi aktar tard. Il-kliem tat-Taqsima 26/A(5) tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri huwa ċar f’dan ir-rigward. B’mod partikolari, tiddikjara li “l-kumpanija għandha tħallas imposta jekk tingħata estensjoni”. Iż-żewġ elementi l-oħra huma marbuta man-numru ta’ żoni li ngħataw estensjoni. Għaldaqstant it-Taqsima 26/A(5) tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri tistabbilixxi rabta bejn l-estensjoni u l-obbligu ta’ ħlas.

(86)

Skont il-ġurisprudenza, għajnuna mogħtija lil kumpanija ma tistax tiġi bbilanċjata minn ħlas impost fuq l-istess kumpanija li jirrappreżenta imposta speċifika u distinta mingħajr rabta mal-miżura li tikkostitwixxi għajnuna (49). Fil-każ ittrattat, kif deskritt fil-premessa 85, il-komponenti l-oħra ta’ ħlas taħt it-Taqsima 26/A(5) jirrappreżentaw imposta għall-estensjoni li tista’ titqies bħala imposta speċifika u distinta mingħajr rabta mal-emenda sussegwenti tat-tariffi statutorji taħt ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni.

(87)

Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni li l-konklużjoni tal-ftehim ta’ estensjoni u ż-żieda sussegwenti fit-tariffi għal MOL wasslu għas-sitwazzjoni paradossali li MOL, billi naqqset milli tibda l-produzzjoni fil-ħin, se tkun qed tħallas tariffi tax-xogħol fil-minjieri aktar baxxi għal kważi ż-żoni tagħha kollha taħt awtorizzazzjoni sal-2020, filwaqt li l-kompetituri tagħha, li ma kkonkludewx ftehim ta’ estensjoni minħabba li bdew il-produzzjoni fil-ħin u huma soġġetti bl-istess mod għar-reġim ta’ awtorizzazzjoni, iridu jħallsu tariffi statutorji ogħla.

(88)

Abbażi ta’ dak imsemmi qabel, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tat vantaġġ lil MOL. Din tipproteġi lil MOL milli ġġarrab spejjeż li kieku kien ikollha ġġarrab. L-effett kombinat tal-ftehim ta’ estensjoni u l-modifika sussegwenti tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri jirriżultaw fl-għoti ta’ vantaġġ lill-kumpanija.

Riżorsi tal-Istat

(89)

Il-miżura tinvolvi dħul mitluf li l-Istat ikun intitolat għalih u għalhekk jingħata minn riżorsi tal-Istat.

Tfixkil ta’ kompetizzjoni u effett fuq kummerċ

(90)

MOL hija kumpanija integrata taż-żejt u l-gass u tikkwalifika bħala impriża. Tikkompeti ma’ impriżi oħra li ma jibbenefikawx mill-istess vantaġġ. Għalhekk, il-miżura tikkawża tfixkil tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, MOL hija attiva f’settur fejn jeżisti kummerċ bejn Stati Membri; il-kriterju li jiġi affettwat il-kummerċ fl-Unjoni huwa sodisfatt ukoll.

Konklużjonijiet dwar il-preżenza ta’ għajnuna

(91)

Abbażi tal-argumenti stabbiliti hawn fuq, il-Kummissjoni hi tal-fehma li l-miżura tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) TFUE. Taħt dawk iċ-ċirkostanzi, il-miżura inkwistjoni trid tiġi kkunsidrata bħala għajnuna mill-istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

VIII.   KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJUNA MAS-SUQ INTERN

(92)

L-Artikoli 107(2) u 107(3) TFUE jipprovdu għal eżenzjonijiet għar-regola ġenerali li għajnuna mill-Istat hija inkompatibbli mas-suq intern kif iddikjarat fl-Artikolu 107(1).

(93)

Hawn isfel il-Kummissjoni tivvaluta l- kompatibbiltà tal-miżura taħt dawk l-eċċezzjonijiet. Għandu jiġi osservat li l-Ungerija ma ressqet l-ebda argument fir-rigward ta’ kompatibbiltà mas-suq intern.

(94)

Barra minn hekk, għandu jiġi osservat ukoll li l-miżura tirriżulta fi tnaqqis ta’ spejjeż li normalment jiġġarbu minn MOL u għalhekk għandhom jitqiesu bħala għajnuna għall-operat.

(95)

L-eżenzjonijiet fl-Artikolu 107(2) TFUE ma japplikawx fil-każ preżenti għaliex din il-miżura m’għandhiex karattru soċjali, ma ngħatatx lil konsumaturi individwali, mhijiex imfassla biex tpatti għal ħsarat ikkawżati minn diżastri naturali jew avvenimenti straordinarji u ma ngħatatx lill-ekonomija ta’ ċerti żoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja affettwati mid-diviżjoni ta’ dak il-pajjiż.

(96)

Aktar eżenzjonijiet huma stabbiliti fl-Artikolu 107(3) TFUE.

(97)

L-Artikolu 107(3)(a) jiddikjara li “għajnuna maħsuba sabiex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjun fejn il-livell tal-għajxien huwa baxx b’mod anormali jew fejn ikun hemm stat serju ta’ nuqqas ta’ impjieg” tista’ tkun iddikjarata kompatibbli mas-suq intern. It-territorju kollu tal-Ungerija seta’ jitqies bħala reġjun tali fi żmien l-adeżjoni u l-maġġoranza tar-reġjuni tagħha għadhom jistgħu jibbenefikaw minn tali għajnuna (50).

(98)

Il- kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għal reġjuni megħjuna hija rregolata mill-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali tal-Kummissjoni għal-2007-2013 (51) (minn issa ’l quddiem “il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali”). Taħt il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali, għajnuna mill-Istat tista’ fil-prinċipju tiġi awtorizzata għal spejjeż ta’ investiment (52). Kif diġà imsemmi hawn fuq, l-għajnuna ttrattata ma tistax titqies bħala għajnuna ta’ investiment. Safejn hija kkonċernata l-għajnuna għall-operat, il-miżura ma tiffaċilitax l-iżvilupp ta’ xi attività jew reġjun ekonomiku u mhijiex illimitata fiż-żmien, la tonqos maż-żmien u lanqas ma hija proprozjonali ma’ dak li huwa meħtieġ biex żvantaġġi ekonomiċi speċifiċi jiġu rimedjati (53).

(99)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mhijiex eliġibbli għad-deroga provduta fl-Artikolu 107(3)(a) TFUE.

(100)

L-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE jiddikjara li “għajnuna maħsuba sabiex tippromwovi l-eżekuzzjoni ta’ proġetti fuq skala kbira ta’ interess komuni Ewropew, jew sabiex tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru” tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern.

(101)

Il-Kummissjoni tosserva li l-għajnuna inkwistjoni mhijiex imfassla biex tippromwovi t-twettiq ta’ proġett fuq skala kbira ta’ interess komuni Ewropew u l-Kummissjoni lanqas sabet xi evidenza li l-għajnuna hija mfassla biex tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija Ungeriża.

(102)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna ma tikkwalifikax għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 107(3)(b) TFUE.

(103)

L-Artikolu 107(3)(d) TFUE jiddikjara li għajnuna sabiex tiġi promossal-kultura u l-preservazzjoni tal-patrimonju tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mat-TFUE meta din l-għajnuna ma tolqotx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni fl-UE sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni. Dan ovvjament ma japplikax għall-każ preżenti.

(104)

L-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni. Il-Kummissjoni żviluppat diversi linji gwida u komunikazzjonijiet li jispjegaw kif se tapplika d-deroga li tinsab fl-Artikolu 107(3) tat-TFUE.

(105)

Madankollu, il-Kummissjoni tikkunsidra li minħabba fin-natura u l-karatteristiċi tal-għajnuna, l-eċċezzjonijiet taħt dawn il-linji gwida u komunikazzjonijiet mhumiex applikabbli għall-każ preżenti. Barra minn hekk, l-Ungerija ma ddikjaratx li l-għajnuna tista’ tkun kompatibbli taħt dawk ir-regoli.

(106)

L-għajnuna li qed tkun ivvalutata għaldaqstant tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli.

IX.   ASPETTATTIVI LEĠITTIMI, DRITTIJIET MIKSUBA U DISKRIMINAZZJONI

(107)

Għalkemm il-Kummissjoni ma tikkontestax l-argument li l-prevedibbiltà hija ġeneralment inċentiv għal investimenti, irid jiġi osservat li, fid-dawl tan-natura obbligatorja tas-sorveljanza ta’ għajnuna mill-Istat mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 108 TFUE, impriżi li jkunu ngħataw l-għajnuna ma jistax ikollhom, fil-prinċipju, aspettattiva leġittima li l-għajnuna hija legali sakemm din ma tkunx ingħatat f’konformità mal-proċedura tal-għajnuna mill-Istat (54). F’dan ir-rigward, l-ebda benefiċjarju ma jista’ jsemmi f’buona fede sabiex jiddefendi drittijiet miksuba u jevita rkupru (55).

(108)

Huwa veru li l-Qorti sostniet ripetutament li d-dritt li wieħed joqgħod fuq il-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi huwa estiż għal kull persuna f’sitwazzjoni fejn awtorità tal-Unjoni Ewropea tkun ikkawżat li din il-persuna jkollha aspettattivi ġġustifikati. Madankollu, persuna ma tistax tinvoka ksur tal-prinċipju jekk ma tkunx ingħatat garanziji preċiżi mill-korp amministrattiv (56). Fil-każ preżenti, MOL ma ngħatatx garanzija minn awtorità tal-UE li tista’ tiġġustifika aspettattiva leġittima.

(109)

Huwa veru wkoll li reċipjent ta’ għajnuna mogħtija illegalment mhuwiex prekluż milli jsemmi ċirkostanzi eċċezzjonali li fuq il-bażi tagħhom kien leġittimament assuma li l-għajnuna hija legali u għalhekk jonqos milli jirrifondi dik l-għajnuna. Madankollu, l-ebda ċirkostanza eċċezzjonali mhija preżenti f’dan il-każ. Għal kuntrarju, l-emenda tal-2008 għall-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri turi li kumpaniji tax-xogħol fil-minjieri ma jistgħux fi prinċipju jserħu fuq il-fatt li ma jkun hemm assolutament l-ebda bidla fil-liġi.

(110)

Il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni li t-tariffa tax-xogħol fil-minjieri għal żoni li diġà qed joperaw ġiet emendata darbtejn riċentement, jiġifieri mit-8 ta’ Jannar 2008 u mit-23 ta’ Jannar 2009. L-ewwel nett, irid jiġi enfasizzat li l-emenda tal-2008 għall-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri ġiet imfassla sabiex tapplika għal awtorizzazzjonijiet eżistenti tax-xogħol fil-minjieri. Dan jintwera biċ-ċar mill-fatt li l-kliem tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri tal-2008 jikkonċerna wkoll it-termini tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija qabel l-2008. Għal dawn l-awtorizzazzjonijiet, it-tariffi ġew adattati mid-dħul fis-seħħ tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri l-ġdid. Dan jipprova li d-detenturi ta’ awtorizzazzjoni m’għandhom l-ebda aspettattiva leġittima jew dritt miksub li l-livell ta’ drittijiet impost jibqa’ ma jinbidilx matul it-tul ta’ żmien kollu tal-awtorizzazzjoni tagħhom.

(111)

Għal kuntrarju ta’ dak iddikjarat mill-Ungerija u l-partijiet interessati l-oħra, il-ġurisprudenza tal-UE tikkonferma li individwi ma jistgħux jserħu fuq il-fatt li ma ssir l-ebda bidla fil-liġi (57). Bl-istess mod, bidliet fil-liġi lanqas m’huma preklużi mill-prinċipju ta’ ċertezza legali.

(112)

Fir-rigward tal-argument ta’ diskriminazzjoni, dan irid jiġi miċħud ukoll. Żieda fit-tariffa mhijiex diskriminatorja jekk tiġi applikata għal kulħadd, speċjalment ladarba m’hemm l-ebda differenzjazzjoni fi ħdan ir-reġim, jiġifieri l-ebda distinzjoni ma titfassal fost l-impriżi li qed joperaw taħt awtorizzazzjoni.

X.   IRKUPRU

(113)

Skont it-TFUE u l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta ssib li l-għajnuna hija inkompatibbli mas-suq intern il-Kummissjoni hija kompetenti biex tiddeċiedi li l-Istat ikkonċernat irid jabolixxiha jew ibiddilha (58). Il-Qorti sostniet konsistentement ukoll li l-obbligu fuq Stat li jabolixxi għajnuna meqjusa mill-Kummissjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern huwa mfassal biex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel (59). F’dan il-kuntest, il-Qorti stabbiliet li dak l-għan jinkiseb ladarba r-reċipjent ikun ħallas lura l-ammonti mogħtija permezz ta’ għajnuna illegali, biex b’hekk jintilef il-vantaġġ li kien igawdi fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq, u s-sitwazzjoni qabel il-ħlas tal-għajnuna tkun ġiet irrestawrata (60).

(114)

B’segwitu ta’ dik il-ġurisprudenza, l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/99 (61) stabbilixxa li “meta jittieħdu deċiżjonijiet negattivi fir-rigward ta’ għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jwettaq il-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mingħand il-benefiċjarju.”

(115)

Għaldaqstant, meta jitqies li l-miżura ttrattata trid tiġi kkunsidrata bħala għajnuna illegali u inkompatibbli, trid tiġi rkuprata sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq qabel ma ngħatat. L-ammont li jrid jiġi rkuprat, għalhekk, għandu jiġi kkalkotat mid-data meta ngħata l-vantaġġ favur il-benefiċjarju, jiġifieri meta l-għajnuna saret disponibbli għall-benefiċjarju, u għandu jġarrab imgħax ta’ rkupru sakemm ikun iseħħ irkupru effettiv.

(116)

F’dan il-każ, il-miżura għandha titqies bħala sekwenza ta’ azzjonijiet mill-Istat. Bil-ftehim ta’ estensjoni, MOL ġiet protetta minn żidiet fil-futur fit-tariffa tax-xogħol fil-minjieri statutorja. Il-vantaġġ għal MOL seħħ meta seħħet l-ewwel emenda għall-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri, fit-8 ta’ Jannar 2008. Din hija d-data minn meta MOL ġiet meħlusa de facto mill-piż ta’ tariffi ogħla u konsegwentement ġiet ivvantaġġjata fil-konfront tal-kompetituri tagħha.

(117)

Kif spjegat fil-premessa 61 – 65, is-sistema applikabbli ta’ referenza hija dik ta’ parteċipanti fis-suq oħra li qed joperaw taħt ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni. Għalhekk, il-vantaġġ huwa d-differenza bejn it-tariffa attwali tax-xogħol fil-minjieri li MOL ħallset wara l-emenda tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri għaż-żoni tal-operat tagħha taħt awtorizzazzjoni u t-tariffi kif stipulati fl-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri.

(118)

Kif diġà deskritt fil-premessa 85 hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-komponenti l-oħra ta’ ħlas fil-ftehim (it-tariffa ta’ estensjoni u l-ħlas ta’ darba) tħallsu bi skambju għall-estensjoni u mhux għad-dritt ta’ tariffi aktar baxxi minn dawk applikabbli għall-kompetituri tagħha. Dan ifisser li ma jridux jitqiesu fil-kalkolu tal-vantaġġ.

Tabella 5

Somma tal-obbligu tat-tariffa tax-xogħol fil-minjieri attwali u ipotetika ta’ MOL għall-perjodu rilevanti

Ħlasijiet tat-tariffa tax-xogħol fil-minjieri

Attwali (**)

(skont il-ftehim ta’ estensjoni) HUF miljun

Ipotetika

(skont l-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri fis-seħħ) HUF miljun

Differenza HUF miljun

2008

106 226,3

134 671,0

–28 444,7

2009

67 099,7

69 041,8

–1 942,1

(119)

Id-differenza, kif muri fit-Tabella 5, hija għalhekk ta’ HUF 28,4 biljun fl-2008 u HUF 1,9 biljun fl-2009, jiġifieri total ta’ HUF 30,3 biljun. Dan huwa l-ammont li l-Ungerija jkollha tirkupra minn MOL flimkien ma’ imgħax ta’ rkupru. L-irkupru jkollu japplika għall-ammonti għall-2010 ukoll, li għalihom għad mhemmx ċifri disponibbli.

(120)

Id-differenza fil-kobor tat-tariffa tax-xogħol fil-minjieri mitlufa bejn l-2008 u l-2009 hija minħabba l-fatt li, mat-tieni emenda tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri li daħlet fis-seħħ fit-23 ta’ Jannar 2009 (wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura formali ta’ investigazzjoni), is-sitwazzjoni legali qabel l-emenda tal-2008 reġgħet ġiet stabbilita, għall-inqas parzjalment, għal ċerti żoni, jiġifieri għal żoni li bdew joperaw bejn 1998 u 2008.

XI.   KONKLUŻJONI

(121)

Abbażi ta’ dak imsemmi qabel, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura favur l-MOL, jiġifieri l-kombinazzjoni tal-ftehim ta’ estensjoni u l-emenda tal-2008 għall-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mas-suq intern fis-sens ta’ 107(1) TFUE.

(122)

Meta jitqies li l-miżura trid tiġi kkunsidrata bħala għajnuna illegali u inkompatibbli, l-għajnuna trid tiġi rkuprata minn MOL sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq qabel ma ngħatat.

(123)

L-ammont li jrid jiġi rkuprat huwa ta’ HUF 28 444,7 miljun għall-2008 u HUF 1 942,1 miljun għall-2009. Fir-rigward tal-2010, rigward il-ħlasijiet ta’ tariffi tax-xogħol fil-minjieri li jkunu diġà saru, l-ammont li jrid jiġi rkuprat jeħtieġ li jiġi kkalkolat mill-Ungerija, bl-istess mod bħal fil-każ tal-2008 u l-2009, sakemm il-miżura tiġi abolita,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-kombinazzjoni tat-tariffa fissa tax-xogħol fil-minjieri definita fil-ftehim ta’ estensjoni konkluż bejn l-Istat Ungeriż u MOL Nyrt. fit-22 ta’ Diċembru 2005 u l-emendi sussegwenti għall-Att XLVIII tal-1993 dwar ix-Xogħol fil-Minjieri tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil MOL Nyrt. fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

2.   L-għajnuna mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 1(1), mogħtija illegalment mill-Ungerija lil MOL Nyrt. bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, hija inkompatibbli mas-suq intern.

3.   L-Ungerija għandha żżomm lura mill-għoti tal-għajnuna mill-Istat imsemmija fil-paragrafu 1 fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika tad-Deċiżjoni preżenti.

Artikolu 2

1.   L-Ungerija għandha tirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 mingħand il-benefiċjarju.

2.   L-għajnuna mill-Istat tammonta għal HUF 28 444,7 miljun għall-2008 u HUF 1 942,1 miljun għall-2009. Fir-rigward tal-2010, l-ammont ta’ għajnuna trid tiġi kkalkolata mill-Ungerija sakemm il-miżura tiġi abolita.

3.   L-ammonti li jridu jiġu rkuprati għandhom jinkludu l-imgħaxijiet mid-data meta tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data ta’ meta jiġu attwalment irkuprati.

4.   L-imgħax għandu jiġi kkalkolat fuq bażi komposta f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 271/2008.

Artikolu 3

1.   L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.

2.   L-Ungerija għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur min-notifikazzjoni tagħha.

Artikolu 4

1.   Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, l-Ungerija għandha tissottometti t-tagħrif li ġej lill-Kummissjoni:

(a)

l-ammont totali (kapital u imgħax ta’ rkupru) li jrid jiġi rkuprat mill-benefiċjarju, inkluż il-kalkolu tal-ammont ta’ għajnuna għall-2010;

(b)

deskrizzjoni ddettaljata tal-miżuri diġà meħudin u ppjanati sabiex tikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni

(ċ)

dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie ordnat iħallas lura l-għajnuna.

2.   L-Ungerija għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħudin biex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sakemm jitlesta l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1. Hija għandha tissottometti minnufih, wara sempliċi talba mill-Kummissjoni, tagħrif dwar il-miżuri diġà mwettqa u ppjanati biex tkun konformi ma’ din id-Deċiżjoni Għandha tipprovdi wkoll tagħrif iddettaljat dwar l-ammonti ta’ għajnuna u ta’ imgħax tal-irkupru li diġà ġew irkuprati mingħand il-benefiċjarju.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Ungerija.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi-President


(1)  B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma, fis-sustanza, identiċi. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88, rispettivament, tat-Trattat tal-KE fejn xieraq.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/C 74/05 (ĠU L 74, 28.3.2009, p. 63).

(3)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 2.

(4)  Pereżempju, TVK (waħda mill-kumpaniji ewlenin tal-kimika fl-Ungerija), Slovnaft (kumpanija taż-żejt fis-Slovakkja) u Roth (kumpanija ta’ bejgħ bl-imnut u bejgħ bl-ingrossa fl-Awstrija). Il-Grupp għandu wkoll sħubija strateġika mal-kumpanija tal-Kroazja INA.

(5)  http://www.molgroup.hu/en/investors/financial_reports/

(6)  1993. évi XLVIII. Törvény a bányászatról (Att Nru XLVIII tal-1993 dwar ix-Xogħol fil-Minjieri)

(7)  It-Taqsima 8 tal-Att.

(8)  It-Taqsima 5 tal-Att.

(9)  It-Taqsima 12 tal-Att.

(10)  It-Taqsima 10 tal-Att.

(11)  It-Taqsima 5(1)(a) tal-Att.

(12)  It-Taqsima 5(4) tal-Att.

(13)  It-Taqsima 9 tal-Att.

(14)  It-Taqsima 20(1) tal-Att.

(15)  It-Taqsima 20(11) tal-Att.

(16)  It-Taqsima 20(2)-(7) tal-Att.

(17)  Tariffi oħra ġew stipulati għal tipi oħra ta’ minerali, bħal minerali solidi.

(18)  It-Taqsima 26/A(5) tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri tinqara kif ġej: “il-kumpanija tax-xogħol fil-minjieri għandha tibda l-produzzjoni […] fi żmien ħames snin minn meta tiġi stabbilita ż-żona tax-xogħol fil-minjieri. Il-kumpanija tax-xogħol fil-minjieri tista’ titlob lill-Awtorità tal-Minjieri sabiex testendi din id-data ta’ skadenza sa ħames snin għal darba biss. Il-kumpanija tax-xogħol fil-minjieri għandha tħallas imposta jekk tingħata estensjoni. L-ammont ta’ materja prima minerali li tikkorrispondi għall-imposta u l-perċentwal tat-tariffa tax-xogħol fil-minjieri li trid titħallas skont il-valur għandu jiġi stabbilit fi ftehim konkluż bejn il-Ministru u l-kumpanija tax-xogħol fil-minjieri b’rata ogħla mill-perċentwal applikat fil-ħin tal-applikazzjoni imma mhux aktar minn 1,2 darbiet il-livell oriġinali. L-Awtorità tal-Minjieri għandha tiddeċidi dwar l-estensjoni tad-data ta’ skadenza. Id-deċiżjoni għandha tiddikjara l-valur tal-obbligu ta’ ħlas stabbilit fil-ftehim. Il-kumpanija tax-xogħol fil-minjieri tista’ tingħata estensjoni tad-data ta’ skadenza għal aktar minn żewġ żoni tax-xogħol fil-minjieri fl-istess ħin jekk l-applikazzjoni tat-tariffa miżjuda tax-xogħol fil-minjieri għaż-żoni tax-xogħol fil-minjieri li għalihom ġiet estiża d-data ta’ skadenza tkopri s-siti kollha tax-xogħol fil-minjieri tal-kumpanija tax-xogħol fil-minjieri bi ftehim ta’ tul ta’ żmien ta’ mill-inqas ħames snin. Jekk issir talba sabiex tiġi estiża d-data ta’ skadenza għal aktar minn ħames żoni tax-xogħol fil-minjieri, flimkien mat-tariffa tax-xogħol fil-minjieri miżjuda skont il-ftehim konkluż bejn il-Ministru u l-kumpanija tax-xogħol fil-minjieri, ħlas uniku ieħor jista’ jiġi stabbilit li jikkorrispondi għal 20 % tal-ammont pagabbli skont it-tariffa miżjuda tax-xogħol fil-minjieri”.

(19)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 18.

(20)  Massimu ta’ 20 % tal-ammont ibbażat fuq it-tariffa miżjuda tax-xogħol fil-minjieri.

(21)  Punt 1 tal-ftehim ta’ estensjoni.

(22)  Punt 3 tal-ftehim ta’ estensjoni.

(23)  Punt 4 tal-ftehim ta’ estensjoni.

(24)  Il-punt 9 tal-ftehim ta’ estensjoni jistipula li l-fatturi kollha li jiddeterminaw il-livell tat-tariffa tax-xogħol fil-minjieri jibqgħu ma jinbidlux għat-tul ta’ żmien kollu tal-kuntratt.

(25)  Madwar EUR 76 miljun bir-rata tal-kambju tal-BĊE ta’ EUR/HUF 263 fis-16 ta’ April 2010. F’din id-Deċiżjoni l-konverżjonijiet kollha EUR/HUF saru b’din ir-rata.

(26)  Punt 6 tal-ftehim ta’ estensjoni.

(27)  Din l-emenda ssemmiet fid-deċiżjoni tal-ftuħ bħala “l-emenda tal-2008”. L-awtoritajiet Ungeriżi ġibdu l-attenzjoni fis-sottomissjoni tagħhom li din l-emenda ġiet approvata mill-Parlament fl-2007. Għal raġunijiet ta’ konsistenza mad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-emenda tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri li daħlet fis-seħħ fit-8 ta’ Jannar 2008 se tibqa’ tissejjaħ “l-emenda tal-2008”. Bl-istess mod, l-emenda li daħlet fis-seħħ fit-23 ta’ Jannar 2009 se tissejjaħ l-“emenda tal-2009”.

(28)  Att Nru CXXIII tal-2007

(29)  It-Taqsima 235 tal-Att Nru LXXXI tal-2008

(30)  It-Taqsima 26/A(5) tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri: “[…] b’rata ogħla mill-perċentwal applikat fil-ħin tal-applikazzjoni imma mhux aktar minn 1,2 darbiet il-livell oriġinali.”

(31)  Kawża T-196/04 Ryanair Ltd vs Il-Kummissjoni [2008] Ġabra II-3643.

(32)  Ħlas ta’ darba: ara l-premessa (14)(d).

(33)  Tariffa ta’ estensjoni: ara l-premessa (14)(a).

(34)  Tariffa miżjuda għax-xogħol fil-minjieri għaż-żoni kollha: ara l-premessa (14)(b).

(*)  Informazzjoni kunfidenzjali

(35)  http://www.mabsz.hu/webset32.cgi?Magyar_Baanyaaszati_Szoevetseeg@@HU@@4@@364124456

(36)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-88/03, Il-Portugal vs Il-Kummissjoni [2006] Ġabra I-7115, paragrafu 54.

(37)  Ara, pereżempju, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-56/93, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni [1996] Ġabra I-723, paragrafu 79; il-Kawża C-241/94, Franza vs Il-Kummissjoni, [1996] Ġabra I-4551, paragrafu 20; il-Kawża C- 75/97, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, [1999] Ġabra I-3671, paragrafu 25; u l-Kawża C-409/00, Spanja vs Il-Kummissjoni, [2003] Ġabra I-10901, paragrafu 46.

(38)  Ara l-Kawżi T-211/04 u T-215/04 Il-Gvern ta’ Ġibiltà vs Il-Kummissjoni [2008] Ġabra II-3745 “sabiex tkun evalwata s-selettività tal-miżura inkwistjoni, jaqbel li jkun eżaminat jekk, fil-kuntest ta’ sistema legali partikolari, l-imsemmija miżura tikkostitwixxix vantaġġ għal ċerti impriżi meta mqabbla ma’ oħrajn li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli. Id-determinazzjoni tal-kuntest ta’ referenza għandha importanza ikbar fil-każ ta’ miżuri fiskali, għaliex l-eżistenza nfisha ta’ vantaġġ tista’ tiġi stabbilita biss billi tiġi mqabbla ma’ tassazzjoni msejħa ‘normali’”.

(39)  Kawżi T-92/00 u T-103/00 Ramondín [2002] Ġabra II-1385, punti 32-35.

(40)  L-Ungerija tqabbel l-awtorizzazzjoni ta’ attivitajiet ta’ xogħol fil-minjieri ma’ tariffi ta’ kera mitluba għal djar tal-awtorità lokali, fejn l-Istat jista’ jaġixxi wkoll bħala operatur privat. Dan il-paragun, madankollu, mhuwiex eżatt, minħabba li awtorizzazzjoni ta’ attività ta’ xogħol fil-minjieri, għal kuntrarju tal-kiri tad-djar, ma tistax tiġi eżerċitata minn attur privat. F’dan ir-rigward, l-attività tal-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet amministrattivi tax-xogħol fil-minjieri hija aktar ekwivalenti għal awtorizzazzjonijiet amminstrattivi oħra mogħtija tipikament minn awtoritajiet pubbliċi, bħal, pereżempju, awtorizzazzjonijiet għall-użu ta’ dominju pubbliku.

(41)  Din ir-realtà hija rikonoxxuta fid-Direttiva (KE) Nru 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3) li, pereżempju, tikkunsidra li “l-Istati Membri għandhom is-sovranità u drittijiet ta’ sovranità fuq ir-riżorsi ta’ idrokarburi fit-territorji tagħhom”. Fl-Ungerija, it-Taqsima 3 tal-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri tiddikjara li “Materji primi minerali u enerġija ġeotermali fil-lokazzjonijiet fejn jinstabu b’mod naturali huma propjetà tal-Istat. Permezz tal-att tal-produzzjoni l-impriża ta’ xogħol fil-minjieri għandha ssir is-sid tal-materji primi minerali estratti u l-enerġija ġeotermali miksuba għal finijiet tal-enerġija”.

(42)  Kawża T-156/2004 EDF vs Il-Kummissjoni, għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra, paragrafu 233.

(43)  Ħamsa mit-12-il żona tax-xogħol fil-minjieri li ngħataw eżenzjoni kienu/se jibdew joperaw wara l-1 ta’ Jannar 2008.

(44)  Għar-raġunijiet ta’ simplifikazzjoni t-tariffa tax-xogħol fil-minjieri applikabbli mill-ħames sena hija indikata.

Nota: Fil-kolonni li jirreferu għall-emendi tal-2008 u l-2009, il-partijiet bojod jirreferu għall-kategoriji ta’ żoni tax-xogħol fil-minjieri fejn fil-fatt MOL ħallset aktar taħt il-ftehim ta’ estensjoni milli taħt l-Att dwar ix-Xogħol fil-Minjieri. Il-partijiet bil-griż skur jirrappreżentaw it-tipi ta’ żoni fejn MOL tħallas inqas taħt il-ftehim fi kwalunkwe każ, irrilevanti mill-prezz taż-żejt mhux raffinat. Il-partijiet bil-griż ċar jirrappreżentaw it-tipi ta’ żoni fejn MOL tista’ tħallas inqas taħt il-ftehim, skont il-prezz taż-żejt mhux raffinat.

(45)  Il-fattur “J” irid jiġi kalkolat skont formula bbażata fuq prezzijiet storiċi tal-gass, kwantità estratta u valur.

(46)  “c” huwa l-multiplikatur stipulat fil-ftehim ta’ estensjoni, li jvarja bejn 1020 u 1050; ara t-Tabella 1.

(47)  Fl-2008 iż-żona tal-gass Nyírség-Dél (operata mill-kumpanija GEOMEGA sa Settembru 2008 u sussegwentement mill-kumpanija PetroHungaria) ġiet soġġetta għal tariffa medja annwali tax-xogħol fil-minjieri ta’ 14,24 %-18 %. Iż-żona tal-gass Hernád (operata mill-kumpanija HHE North) ġiet soġġetta għal tariffa medja annwali tax-xogħol fil-minjieri ta’ 14,95 % fl-2008.

(48)  F’termini ta’ volum (jiġifieri m3 ta’ produzzjoni), 99,8 % taż-żoni taż-żejt ta’ MOL u 97,6 % taż-żoni tal-gass ta’ MOL ġew soġġetti għall-ftehim ta’ estensjoni tal-2008.

(49)  Kawżi Konġunti T-427/04 u T-17/05 Franza vs Il-Kummissjoni u France Telecom vs Il-Kummissjoni, għadhom mhux ippubblikati, punt 207.

(50)  Mappa tal-għajnuna reġjonali tal-Ungerija approvata mill-Kummissjoni fit-13 ta’ Settembru 2006 u ppubblikata fil-ĠU C 256 tal-2006. Kważi t-territorju kollu tal-Ungerija huwa definit bħala reġjuni 107(3)(a), bl-eċċezzjoni ta’ Budapest u l-pajjiż Pest, li huma reġjuni 107(3)(c).

(51)  ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13.

(52)  Punt 5 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali.

(53)  It-Taqsima 5 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali tippermetti għajnuna għall-operat taħt kondizzjonijiet stretti. Barra minn hekk, il-miżura hija għajnuna ad hoc. F’dan ir-rigward, il-Linji Gwida jiddikjaraw li “Fejn, eċċezzjonalment, huwa maħsub li jagħti għajnuna individwali ad hoc lil ditta waħda, jew għajnuna limitati għal żona waħda ta’ attività, hija r-responsabbiltà tal-Istat Membru sabiex juri li l-proġett jikkontribwixxi lejn strateġija ta’ żvilupp reġjonali koerenti u li, wara li kkunsidra n-natura u d-daqs tal-proġett, dan ma jirriżultax fi tfixkil inaċċettabbli tal-kompetizzjoni”. L-Ungerija ma pprovdietx kwalunkwe tagħrif li juri dan.

(54)  Kawża C-5/89 Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja [1990] Ġabra I-3437, punt 14.

(55)  Kawża C-24/95 Alcan Deutschland [1997] Ġabra I-1591, punt 43.

(56)  Kawża C-182/03 u C-217/03 Belgium and Forum 187 ASBL vs Il-Kummissjoni [2006] Ġabra I-5479, punt 147.

(57)  Kawża C-17/03 Vereniging voor Energie, Milieu en Water [2005] Ġabra I-4983, punt 81.

(58)  Kawża C-70/72 Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja [1973] Ġabra 00813, punt 13.

(59)  Kawżi Konġunti C-278/92, C-279/92 u C-280/92 Spanja vs Il-Kummissjoni [1994] Ġabra I-4103, punt 75.

(60)  Kawża C-75/97 Il-Belġju vs Il-Kummissjoni [1999] Ġabra I-3671 punti 64-65.

(61)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(**)  Ikkalkolati abbażi tal-perċentwali tat-tariffa tax-xogħol fil-minjieri stipulati fil-ftehim ta’ estensjoni (jiġifieri 12,24 % għal żoni li jibdew joperaw wara l-1 ta’ Jannar 1998 u J % × c għal żoni li jibdew joperaw qabel dik id-data).

Għad-dettalji jekk jogħġbok irreferi għat-Tabella 1.

Il-komponenti l-oħra fil-ftehim ta’ estensjoni (il-ħlas ta’ darba magħmul fl-2005 u t-tariffa ta’ estensjoni; ara l-premessa 14) mhumiex inklużi f’dan l-ammont.


9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/72


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Frar 2011

dwar għajnuna finanzjarja mill-Unjoni lill-Pajjiżi l-Baxxi għal studji dwar id-deni Q

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 554)

(It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)

(2011/89/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 23 tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ir-“Regolament Finanzjarju”), u b' mod partikulari l-Artikolu 75 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3) (minn hawn 'il quddiem jissejħu r-“Regoli Implimentattivi”), u b' mod partikolari l-Artikolu 90 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli Implimentattivi, l-impenn ta’ nefqa mill-baġit tal-Unjoni Ewropea għandu jkollu qablu deċiżjoni finanzjarja li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi l-infiq u għandha tiġi adottata mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li l-poteri tagħhom ġew delegati mill-istituzzjoni.

(2)

Id-deni Q huwa marda żoonotika li tittieħed malajr ħafna kkawżata minn patoġenu Coxiella burnetii li huwa preżenti b’mod komuni kważi fil-pajjiżi kollha madwar id-dinja. Ħafna annimali ddomestikati u salvaġġi jistgħu jkunu trasportaturi tal-marda iżda l-bhejjem, il-mogħoż u n-nagħaġ huma r-riżervi ewlenin.

(3)

Fl-UE, m’hemmx regoli armonizzati fir-rigward ta’ notifika jew kontroll tad-deni Q fl-annimali. Miżuri għall-kontroll tal-marda normalment jittieħdu fuq livell nazzjonali, reġjonali jew saħansitra fuq livell ta’ razzett.

(4)

Skont l-opinjoni tal-EFSA tas-27 ta’ April 2010 (4), l-impatt ġenerali tad-deni Q fuq is-saħħa tal-bnedmin u ruminanti domestiċi fl-Istati Membri tal-UE huwa limitat. Madankollu, f’ċerti ċirkostanzi epidemjoloġiċi u għal gruppi partikolari ta’ riskju l-impatt tas-saħħa pubblika u għaldaqstant anke l-impatt fuq is-soċjetà u/jew l-ekonomija jista’ jkun sinifikanti.

(5)

Fis-snin 2008 u 2009, ġiet osservata żieda kbira ta’ każijiet umani tad-deni Q fil-Pajjiżi l-Baxxi, b’bosta mwiet umani. L-investigazzjonijiet epidemjoloġiċi indikaw rabta ma’ azjendi kbar tal-mogħoż tal-ħalib fiż-żona, fejn din il-produzzjoni ta’ dan it-tip ta’ ħalib partikolari żviluppat malajr tul l-aħħar deċenni. Madankollu, l-opinjoni tal-EFSA msemmija hawn fuq tenfasizza li r-raġinijiet preċiżi għall-iżvilupp ta’ problemi kliniċi fil-popolazzjoni tal-annimali fl-2005, u ż-żieda ta’ każijiet fil-popolazzjoni umana fl-2007 għadha mhijiex ċara.

(6)

Fl-24 ta’ Marzu 2010, il-Ministru Olandiż għall-Agrikoltura, in-Natura u l-Kwalità tal-Ikel ressaq talba għal kofinanzjament fil-qafas tad-Deċiżjoni 2009/470/KE għal studji tekniċi u xjentifiċi dwar id-dinamiki tal-marda u l-effettività ta’ miżuri ta’ kontroll possibbli applikabbli għal ruminanti domestiċi, bħat-tilqim tal-mogħoż.

(7)

L-istudji li għalihom il-Pajjiżi l-Baxxi talbu kofinanzjament għalihom se jindirizzaw fost affarijiet oħra t-temi li ġejjin: (i) karatterizzazzjoni tal-ġenotipi differenti ta’ Coxiella burnetii li teżisti fi speċi differenti tal-annimali fil-Pajjiżi l-Baxxi u d-differenza tagħhom fil-virulenza, jekk hemm; (ii) il-patoġeniċità ta’ Coxiella burnetii f’mogħoż tqal u dawk li mhumiex tqal; (iii) is-sopravivenza ta’ Coxiella burnetii fid-demel; u (iv) mezzi adattati ta’ diżinfezzjoni.

(8)

Skont l-Artikolu 22 tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, l-Unjoni għandha twettaq, jew tgħin lill-Istati Membri jew lill-organizzazzjonijiet internazzjonali biex iwettqu, il-miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp ta' leġiżlazzjoni veterinarja tal-UE u għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni jew taħriġ veterinarju.

(9)

Għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjara għall-istudji dwar id-deni Q fil-Pajjiżi l-Baxxi minħabba li r-riżultati jistgħu jwasslu għal għarfien ġdid li jista' jikkontribwixxi għal żvilupp possibbli fil-futur ta' leġiżlazzjoni veterinarja fl-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni possibbli ta’ regoli armonizzati dwar il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-marda.

(10)

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (5), għandhom jiġu ffinanzjati miżuri veterinarji skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għal finijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dan ir-Regolament.

(11)

Il-ħlas tal-kontribut finanzjarju għandu jkun suġġett għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet ippjanati tabilħaqq twettqu u li l-awtoritajiet jipprovdu t-tagħrif kollu meħtieġ lill-Kummissjoni.

(12)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Unjoni għandha tagħti lill-Pajjiżi l-Baxxi għajnuna finanzjarja għall-istudji tagħha dwar id-deni Q, kif hemm imqassar fl-Anness. Id-deċiżjoni preżenti tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament fit-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti:

(a)

Ir-riżultati tal-istudji għandhom ikunu disponibbli għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri kollha u ppreżentati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali;

(b)

Il-Pajjiż l-Baxxi għandhom iressqu rapport tekniku u finanzjarju lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2012, ir-rapport finanzjarju flimkien ma’ dokumenti ta' sostenn li jiġġustifikaw l-evidenza rigward l-ispejjeż imġarrba u r-riżultati miksuba.

Artikolu 2

1.   Il-kontribuzzjoni massima awtorizzata b’din id-Deċiżjoni għall-ispejjeż imġarrba għax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 1(1) ġiet stabbilita bħala EUR 500 000 u għandha tiġi ffinanzjata mil-Linja Baġitarja li ġejja tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2011.

Linja Baġitarja Nru 17 04 02 01 EUR 500 000.

2.   L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha titħallas wara l-preżentazzjoni tar-rapporti u d-dokumenti ta' sostenn imsemmija fl-Artikolu 1(2)(b).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Pajjiżi l-Baxxi.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

(4)  Il-Bord tal-EFSA fuq is-Saħħa u l-Benesseri tal-Annimali (AHAW); Opinjoni Xjentifika dwar id-deni Q. Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(5):1595. [114 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.159.

(5)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-istudji tekniċi u xjentifiċi dwar l-epidemjoloġija tad-deni Q u l-effettività ta’ miżuri ta’ kontroll possibbli għal ruminanti domestiċi, imsemmija fl-Artikolu 1(1)

Proġett 1

:

“Id-deni-Q fil-mogħoż” jinvolvi l-kultivazzjoni ta' C. burnetii u l-karatterizzazzjoni ta' C. burnetii tal-ġenotipi differenti li jeżistu fil-Pajjiżi l-Baxxi. Jinvolvi wkoll is-sopravivenza ta’ C. burnetii fid-demel, ir-rotot differenti ta' infezzjoni, l-iżvilupp ta' immunità, it-tixrid ta' C. burnetii f’mogħoż tqal u dawk li mhumiex u informazzjoni ġenerali dwar il-patoġeniċi ta’ C. burnetii.

Proġett 2

:

“Valutazzjoni tal-virulenza ta’ varjanti ta’ C. burnetii fil-mogħoż” tindirizza l-mistoqsija jekk il-varjant Olandiża attwali huwiex aktar virulenti mill-varjanti C. burnetii l-oħra.

Proġett 3

:

“Patoġeniċi tad-deni-Q” jistudja l-patoġenesi ta’ infezzjonijiet ta’ C. burnetii fil-mogħoż. l-irwol tat-tqala fil-patoġenesi tal-infezzjonijiet ta’ C. burnetii; l-akkumulazzjoni ta’ immunità ċellulari u umorali; differenzi fil-virulenza ta’ tensjonijiet ta’ C. burnetii fil-mogħoż u l-immunità protettiva ta’ infezzjoni naturali. Bl-għarfien tal-patoġenesi u fi ħdan it-trażmissjoni tal-merħla, ir-riżultati ta’ ttestjar dijanjostiku jistgħu jiġu mifhuma aħjar.

Proġett 4

:

“Inventarju tal-varjanti tad-deni-Q fil-baqar, nagħaġ, klieb u qtates” jistudja r-relazzjoni bejn il-pazjenti umani bid-deni-Q u sorsi possibbli tal-annimali. L-għan huwa li jiġu mqabbla l-varjanti tad-deni-Q misjuba fi speċi differenti tal-annimali mal-varjanti misjuba fil-pazjenti umani. Dan huwa importanti sabiex wieħed ikun jista' jeskludi annimali ħlief il-mogħoż tal-ħalib bħala sors ta' infezzjoni umana.

Proġett 5

:

“Effettività fuq it-titqib” iqabbel l-istudji fuq il-post li saru qabel b'mod partikolari fi Franza ma' studji ġodda fuq il-post fil-Pajjiżi l-Baxxi biex jivvaluta l-effettività tat-titqib tal-mogħoż kontra d-deni Q.

Proġett 6

:

“Tfittxija għal mezzi adattati ta’ diżinfezzjoni” għandu l-għan li jidentifika prodotti adattati għad-diżinfezzjoni u li jivvaluta jekk il-materjali bħall-injam, it-tiben, l-art jew id-demel jistgħux ikunu diżinfettati b'mod efettiv. Il-proġett jinkludi: (i) id-definizzjoni ta’ kriterji għal prodotti ta' diżinfezzjoni; (ii) l-inattivazzjoni ta’ C. burnetii u l-ispori ta’ C. burnetii fi fluwidi nodfa; (iii) l-inattivazzjoni ta’ C. burnetii u l-ispori ta’ C. burnetii fuq materjali kumplessi u fid-demel; u (iv) l-inattivazzjoni ta’ C. burnetii u l-ispori C. burnetii fuq uċuh kumplessi.