|
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2011.032.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 54 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
|
2011/82/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
|
2011/83/UE |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
8.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-31 ta’ Jannar 2011
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-programm “Żgħażagħ fl-Azzjoni” u fil-programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja kollha (2007-2013)
(2011/82/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 165(4) u 166(4), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni Ewropea, il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-programm “Żgħażagħ fl-Azzjoni” u fil-programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja kollha (2007-2013) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), stabbiliti rispettivament mid-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE (1) u Nru 1720/2006/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006. |
|
(2) |
Il-Ftehim kien ġie ffirmat, f’isem l-Unjoni, fil-15 ta’ Frar 2010, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, b’mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/195/UE (3). |
|
(3) |
Il-Ftehim għandu jiġi konkluż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-programm “Żgħażagħ fl-Azzjoni” u fil-programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja kollha (2007-2013) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (4).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifiki previsti fl-Artikoli 3 u 5 tal-Ftehim.
Artikolu 3
Il-Ftehim huwa relatat mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (5) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim dwar il-Moviment liberu tal-persuni”), konkluż bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom (6) tal-Kunsill u tal-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 3 tal-Ftehim.
Artikolu 4
Fil-każ li jintemm il-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata li ssolvi l-konsegwenzi ta’ dan it-tmiem mal-Isvizzera b’mod konformi mal-Artikolu 3 tal-Ftehim.
Artikolu 5
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt tal-Ftehim dwar il-moviment liberu tal-persuni msemmi fl-Artikolu 4 tal-Ftehim (minn hawn ‘il quddiem “il-Kumitat Konġunt”) għandha tiġi deċiża mill-Kummissjoni meta jkollhom isiru emendi għall-Annessi għall-Ftehim sabiex dawn jiġu adattati għall-emendi fl-atti tal-Unjoni msemmija fil-Ftehim. Għad-deċiżjonijiet kollha l-oħra tal-Kumitat Konġunt li jikkonċernaw emendi għall-Annessi għall-Ftehim, il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tiġi deċiża mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-kumitat tal-programm “Żgħażagħ fl-Azzjoni” u/jew il-kumitat tal-programm ta’ azzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni tul il-ħajja kollha kif applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2) tad-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE u fl-Artikolu 10(2) tad-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 30.
(2) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45.
(4) Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 87, 7.4.2010, p. 9 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja.
REGOLAMENTI
|
8.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 106/2011
tas-7 ta’ Frar 2011
li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cerezas de la Montaña de Alicante (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta' Spanja biex jiġu approvati xi emendi fl-elementi tal-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Cerezas de la Montaña de Alicante”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2). |
|
(2) |
Minħabba li l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi. Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li għandhom x'jaqsmu mad-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament b'dan qed jiġu approvati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, is-7 ta’ Frar 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Dacian CIOLOŞ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:
Il-kategorija 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
SPANJA
Cerezas de la Montaña de Alicante (IĠP)
|
8.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 107/2011
tas-7 ta’ Frar 2011
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Frar 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
IL |
116,3 |
|
JO |
87,5 |
|
|
MA |
58,1 |
|
|
TN |
111,3 |
|
|
TR |
102,2 |
|
|
ZZ |
95,1 |
|
|
0707 00 05 |
EG |
182,1 |
|
JO |
96,7 |
|
|
MA |
100,1 |
|
|
TR |
177,5 |
|
|
ZZ |
139,1 |
|
|
0709 90 70 |
MA |
51,9 |
|
TR |
140,5 |
|
|
ZA |
57,4 |
|
|
ZZ |
83,3 |
|
|
0709 90 80 |
EG |
100,8 |
|
ZZ |
100,8 |
|
|
0805 10 20 |
AR |
41,5 |
|
BR |
41,5 |
|
|
EG |
53,8 |
|
|
IL |
67,8 |
|
|
MA |
51,0 |
|
|
TN |
50,2 |
|
|
TR |
69,9 |
|
|
ZA |
41,5 |
|
|
ZZ |
52,2 |
|
|
0805 20 10 |
IL |
163,3 |
|
MA |
85,9 |
|
|
TR |
79,6 |
|
|
ZZ |
109,6 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
58,2 |
|
EG |
57,7 |
|
|
IL |
109,3 |
|
|
JM |
82,9 |
|
|
MA |
105,5 |
|
|
PK |
49,7 |
|
|
TR |
68,3 |
|
|
ZZ |
75,9 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
45,3 |
|
EG |
67,9 |
|
|
MA |
56,9 |
|
|
TR |
54,8 |
|
|
ZZ |
56,2 |
|
|
0808 10 80 |
CA |
87,9 |
|
CL |
90,0 |
|
|
CN |
82,6 |
|
|
MK |
42,6 |
|
|
US |
107,2 |
|
|
ZZ |
82,1 |
|
|
0808 20 50 |
CL |
190,3 |
|
CN |
60,2 |
|
|
US |
116,0 |
|
|
ZA |
106,7 |
|
|
ZZ |
118,3 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
8.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 108/2011
tas-7 ta’ Frar 2011
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 104/2011 (4). |
|
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Frar 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-8 ta’ Frar 2011
|
(EUR) |
||
|
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
|
1701 11 10 (1) |
60,08 |
0,00 |
|
1701 11 90 (1) |
60,08 |
0,00 |
|
1701 12 10 (1) |
60,08 |
0,00 |
|
1701 12 90 (1) |
60,08 |
0,00 |
|
1701 91 00 (2) |
58,30 |
0,00 |
|
1701 99 10 (2) |
58,30 |
0,00 |
|
1701 99 90 (2) |
58,30 |
0,00 |
|
1702 90 95 (3) |
0,58 |
0,18 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
8.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/9 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2010 TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA MWAQQAF BIL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA DWAR IL-KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI
fit-13 ta' Diċembru 2010
rigward l-emendi għall-Appendiċi mal-Anness 4
(2011/83/UE)
IL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli, u partikolarment l-Artikolu 11 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Dan il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002. |
|
(2) |
L-għan tal-Anness 4 huwa li jiffaċilita l-kummerċ bejn il-Partijiet fi pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra suġġetti għal miżuri tas-saħħa tal-pjanti. L-Anness 4 msemmi, għandu jiġi ssupplimentat b’għadd ta' Appendiċi kif deskritt fid-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-implimentazzjoni tal-Anness 4 miżjud mal-Ftehim (bl-eċċezzjoni tal-Appendiċi 5, li kien adottat fiż-żmien meta l-Ftehim ġie konkluż). |
|
(3) |
L-Appendiċi mal-Anness 4 ġew sostitwiti rispettivament mid-Deċiżjoni Nru 1/2004 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura, mehmuża mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/278/KE (1) u d-Deċiżjonijiet Nru 2/2005 (2), u Nru 1/2008 (3) tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura. |
|
(4) |
Mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjonijiet li ssemmew hawn fuq, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi tal-Partijiet fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti ġew emendati f’oqsma li jaffettwaw il-Ftehim. |
|
(5) |
L-appendiċi 1, 2 u 4 mal-Aness 4 għandhom għalhekk jiġu emendati biex iqisu dawn id-diversi tibdiliet, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Appendiċi 1, 2 u 4 mal-Anness 4 għall-Ftehim qed jiġu sostitwiti, b’dan, mit-testi annessi ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2011.
Magħmul f’Berne, it-13 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura
Il-President u l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni
Paul VAN GELDORP
Il-Kap tad-Delegazzjoni Svizzera
Jacques CHAVAZ
Is-Segretarju tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura
Małgorzata ŚLIWIŃSKA-KLENNER
(1) ĠU L 87, 25.3.2004, p. 31.
ANNESS
“APPENDIĊI 1
PJANTI, PRODOTTI TAL-PAJNTI U OĠĠETTI OĦRA
A. Pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra, li joriġinaw minn kwalunkwe Parti, u li għalihom iż-żewġ Partijiet għandhom leġiżlazzjoni simili li twassal għal riżultati ekwivalenti u li jirrikonoxxu l-passaport tal-pjanti
1. Pjanti u prodotti tal-pjanti
1.1.
|
Beta vulgaris L. |
|
Camellia sp. |
|
Humulus lupulus L. |
|
Prunus L., bl-esklużjoni tal-Prunus laurocerasus L. u l-Prunus lusitanica L. |
|
Rhododendron spp.,bl-esklużjoni tar-Rhododendron simsii Planch. |
|
Viburnum spp. |
1.2.
|
Amelanchier Med. |
|
Chaenomeles Lindl. |
|
Crataegus L. |
|
Cydonia Mill. |
|
Eriobotrya Lindl. |
|
Malus Mill. |
|
Mespilus L. |
|
Pyracantha Roem. |
|
Pyrus L. |
|
Sorbus L. |
1.3.
Solanum L. u ibridi tagħha
1.4.
Vitis L.
1.5.
|
(a) |
meta jkun ġej għalkollox jew parzjalment mill-Platanus L., inkluż injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu u |
|
(b) |
meta jissodisfa waħda mid-deskrizzjonijiet li ġejjin stipulati fl-Anness I, Parti tnejn mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (*1)
|
2. Pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra prodotti minn prodotturi awtorizzati li jipproduċu għall-bejgħ lil persuni li huma involuti b’mod professjonali fil-produzzjoni tal-pjanti, u affarijiet barra pjanti, bħal prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra mħejjija u lesti għall-bejgħ lill-konsumatur finali u li huwa garantit li l-produzzjoni tagħhom hija seperata b’mod ċar minn dik ta’ prodotti oħrajn
2.1.
|
Abies Mill. |
|
Apium graveolens L. |
|
Argyranthemum spp. |
|
Aster spp. |
|
Brassica spp. |
|
Castanea Mill. |
|
Cucumis spp. |
|
Dendranthema (DC) Des Moul. |
|
Dianthus L. u ibridi tagħha |
|
Exacum spp. |
|
Fragaria L. |
|
Gerbera Cass. |
|
Gypsophila L. |
|
Impatiens L.: il-varjetajiet kollha tal-ibridi tan-New Guinea |
|
Lactuca spp. |
|
Larix Mill. |
|
Leucanthemum L. |
|
Lupinus L. |
|
Pelargonium L’Hérit. ex Ait. |
|
Picea A. Dietr. |
|
Pinus L. |
|
Platanus L. |
|
Populus L. |
|
Prunus laurocerasus L. u Prunus lusitanica L. |
|
Pseudotsuga Carr. |
|
Quercus L. |
|
Rubus L. |
|
Spinacia L. |
|
Tanacetum L. |
|
Tsuga Carr. |
|
Verbena L. |
|
u pjanti oħra ta’ speċi erbaċea, barra mill-pjanti tal-familja Gramineae, basal, basal tal-qasab, riżomi u tuberi. |
2.2.
Solanaceae, barra dawk imsemmija fil-punt 1.3.
2.3.
|
Araceae |
|
Marantaceae |
|
Musaceae |
|
Persea spp. |
|
Strelitziaceae |
2.4.
|
Allium ascalonicum L. |
|
Allium cepa L. |
|
Allium schoenoprasum L. |
|
Helianthus annuus L. |
|
Lycopersicon lycopersicum (L.) Karsten ex Farw. |
|
Medicago sativa L. |
|
Phaseolus L. |
2.5.
Allium porrum L.
Pjanti tal-Palmae, li għandhom zokk li fil-bażi tiegħu għandu dijametru ta’ iktar minn 5 cm u li jagħmlu parti mill-genera jew l-ispeċijiet li ġejjin:
|
Areca catechu L. |
|
Arenga pinnata (Wurmb) Merr. |
|
Borassus flabellifer L. |
|
Brahea Mart. |
|
Butia Becc. |
|
Calamus merrillii Becc. |
|
Caryota maxima Blume ex Mart. |
|
Caryota cumingii Lodd. ex Mart. |
|
Chamaerops L. |
|
Cocos nucifera L. |
|
Corypha elata Roxb. |
|
Corypha gebang Mart. |
|
Elaeis guineensis Jacq. |
|
Jubaea Kunth. |
|
Livistona R. Br. |
|
Metroxylon sagu Rottb. |
|
Oreodoxa regia Kunth. |
|
Phoenix L. |
|
Sabal Adans. |
|
Syagrus Mart. |
|
Trachycarpus H. Wendl. |
|
Trithrinax Mart. |
|
Washingtonia Raf. |
2.6.
|
Camassia Lindl. |
|
Chionodoxa Boiss. |
|
Crocus flavus Weston cv. Golden Yellow |
|
Galanthus L. |
|
Galtonia candicans (Baker) Decne |
|
Gladiolus Tourn. ex L.: varjetajiet u ibridi fiċ-ċokon tagħhom, bħall-G. callianthus Marais, il-G. colvillei Sweet, il-G. nanus hort., il-G. ramosus hort. u l-G. tubergenii hort. |
|
Hyacinthus L. |
|
Iris L. |
|
Ismene Herbert (= Hymenocallis Salisb.) |
|
Muscari Mill. |
|
Narcissus L. |
|
Ornithogalum L. |
|
Puschkinia Adams |
|
Scilla L. |
|
Tigridia Juss. |
|
Tulipa L. |
B. Pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra, li joriġinaw barra mit-terrotorji tal-Partijiet, li għalihom id-dispożizzjonijiet dwar is-saħħa tal-pjanti taż-żewġ Partijiet li jirrigwardaw l-importazzjoni jwasslu għal riżultati ekwivalenti u li jistgħu jiġu nnegozjati bejniethom b’passaport tal-pjanti jekk ikunu elenkati fil-Parti A ta’ dan l-appendiċi jew b’mod ħieles jekk mhumiex elenkati fih.
1. Mingħajr ħsara għall-pjanti elenkati fil-parti C ta’ dan l-Appendiċi, il-pjanti kollha maħsuba għat-tawil, bl-esklużjoni taż-żrieragħ
2. Iż-żrieragħ
2.1.
|
Cruciferae |
|
Gramineae bl-esklużjoni tal-Oryza spp. |
|
Trifolium spp. |
2.2.
|
Allium ascalonicum L. |
|
Allium cepa L. |
|
Allium porrum L. |
|
Allium schoenoprasum L. |
|
Capsicum spp. |
|
Helianthus annuus L. |
|
Lycopersicon lycopersicum (L.) Karsten ex Farw. |
|
Medicago sativa L. |
|
Phaseolus L. |
|
Prunus L. |
|
Rubus L. |
|
Zea mays L. |
2.3.
|
Triticum |
|
Secale |
|
X Triticosecale |
3. Partijiet tal-pjanti, bl-esklużjoni tal-frott u ż-żrieragħ
|
Acer saccharum Marsh., li toriġina mill-Istati Uniti u mill-Kanada |
|
Apium graveolens L. (ħaxix bil-weraq) |
|
Aster spp. li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej (fjuri li jinqatgħu) |
|
Camellia sp. |
|
Koniferi (Coniferales) |
|
Dendranthema (DC) Des Moul. |
|
Dianthus L. |
|
Eryngium L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej (fjuri li jinqatgħu) |
|
Gypsophila L. |
|
Hypericum L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej (fjuri li jinqatgħu) |
|
Hypericum L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej (fjuri li jinqatgħu) |
|
Ocimum L. (ħaxix bil-weraq) |
|
Orchidaceae (fjuri li jinqatgħu) |
|
Pelargonium L’Hérit. ex Ait. |
|
Populus L. |
|
Prunus L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej (fjuri li jinqatgħu) |
|
Rhododendron spp.,bl-esklużjoni tar-Rhododendron simsii Planch. |
|
Rosa L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej (fjuri li jinqatgħu) |
|
Quercus L. |
|
Solidago L. |
|
Trachelium L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej (fjuri li jinqatgħu) |
|
Viburnum spp. |
4. Il-frott
|
Annona L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej |
|
Cydonia L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej |
|
Diospyros L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej |
|
Malus Mill., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej |
|
Mangifera L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej |
|
Momordica L. |
|
Passiflora L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej |
|
Prunus L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej |
|
Psidium L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej |
|
Pyrus L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej |
|
Ribes L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej |
|
Solanum melongena L. |
|
Syzygium Gaertn., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej |
|
Vaccinium L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej |
5. Tuberi maħsuba għal finijiet oħra barra t-taħwil
Solanum tuberosum L.
6. Injam li żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu għalkollox jew parzjalment, bil-qoxra jew mingħajrha, jew li hu ppreżentat f’forma ta’ laqx, partikuli, serratura, fdalijiet tal-injam jew ruttam
|
(a) |
meta jkun ġej kollu jew parzjalment minn wieħed mill-ordnijiet, il-genera jew l-ispeċijiet kif se jiġi deskritt wara, barra materjal ta’ imballaġġ mill-injam, fil-forma ta’ kaxxi għall-ippakkjar, kaxxi, kontenituri kbar, ċilindri u imballaġġ simili, palits, palits forma ta’ kaxxa u twavel tat-tagħbija oħra, għenuq tal-palits, li attwalment jintużaw fit-trasport ta’ kull tip ta’ oġġetti, barra injam mhux maħdum li għandu ħxuna ta’ 6 mm jew inqas, u injam ipproċessat prodott bil-kolla, is-sħana u l-pressjoni, jew b’taħlita tagħhom, li joriġina minn barra t-territorji tal-Partijiet:
u |
|
(b) |
li jissodisfa waħda mid-deskrizzjonijiet li ġejjin stipulati fl-Anness I, Parti tnejn għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87:
|
|
(c) |
|
7. Il-ħamrija u mezzi użati għat-tkabbir
|
(a) |
Il-ħamrija u l-mezzi użati għat-tkabbir, li jikkonsistu kompletament jew parzjalment minn ħamrija jew sustanzi organiċi solidi bħal partijiet tal-pjanti, ħumus inkluż pit jew qoxra tas-siġar, barra minn dak magħmul eskuliżvament mill-pit; |
|
(b) |
Il-ħamrija u l-mezzi uzati għat-tkabbir, marbuta mal-pjanti jew assoċjati magħhom, li huma magħmula kompletament jew parzjalment mill-materjal speċifikat f’(a) jew li jikkonsistu parzjalment minn kwalukwe sustanza inorganika solida, maħsuba għas-sostenn tal-vitalità tal-pjanti, li joriġinaw minn:
|
8. Il-qoxra iżolata ta’
|
— |
koniferi (Coniferales), li joriġinaw minn pajjiżi li mhumiex Ewropej |
|
— |
Acer saccharum Marsh, Populus L., u Quercus L. barra Quercus suber L. |
|
— |
Fraxinus L., Juglans mandshurica Maxim., Ulmus davidiana Planch., Ulmus parvifolia Jacq. u Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc., li joriġinaw mill-Kanada, iċ-Ċina, il-Ġappun, il-Mongolja, ir-Repubblika tal-Korea, it-Tajwan u l-Istati Uniti; |
9. Ċereali tal-ispeċijiet li ġejjin li joriġinaw mill-Afganistan, l-Indja, l-Iran, l-Iraq, il-Messiku, in-Nepal, il-Pakistan, l-Afrika ta’ Isfel jew l-Istati Uniti
|
Triticum |
|
Secale |
|
X Triticosecale |
C. Pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra, li jiġu minn kwalunkwe Parti, li għalihom il-Partijiet m’għandhomx leġiżlazzjoni simili u ma jirrikonoxxux il-passaport tal-pjanti.
1. Pjanti u prodotti tal-pjanti li jiġu mill-Isvizzera, li għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-pjanti meta jiġu importati minn Stat Membru tal-Komunità
1.1.
|
Clausena Burm. f. |
|
Murraya Koenig ex L. |
1.2.
1.3.
Oryza spp.
1.4.
|
Citrus L. u ibridi tagħha |
|
Fortunella Swingle u ibridi tagħha |
|
Poncirus Raf. u ibridi tagħha |
2. Pjanti u prodotti tal-pjanti li jiġu minn Stat Memru tal-Komunità li għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-pjanti meta jiġu importati fl-Isvizzera
3. Pjanti u prodotti tal-pjanti li jiġu mill-Isvizzera u li l-importazzjoni tagħhom fi Stat Membru tal-Komunità hija projbita
3.1.
|
Citrus L. u ibridi tagħha |
|
Fortunella Swingle u ibridi tagħha |
|
Poncirus Raf. u ibridi tagħha |
4. Pjanti u prodotti tal-pjanti li jiġu minn Stat Membru tal-Komunità u li l-importazzjoni tagħhom fl-Isvizzera hija projbita
4.1.
|
Cotoneaster Ehrh. |
|
Photinia davidiana (Dcne.) Cardot |
“APPENDIĊI 2
LEĠIŻLAZZJONI (*2)
Id-dispożizzjonijiet tal-Komunità Ewropea
|
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 69/464/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1969 dwar il-kontroll tal-marda tal-ġlata fil-patata |
|
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 74/647/KEE tad-9 ta’ Diċembru 1974 dwar il-kontroll tad-dudu li jdawwar il-weraq tal-qronfla |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/261/KEE tat-2 ta’ Mejju 1991 li tirrikonoxxi l-Awstralja bħala ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. |
|
— |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/70/KEE tat-30 ta’ Lulju 1992 li tippreskrivi regoli dettaljati biex isir stħarriġ għall-iskopijiet tar-rikonoxximent ta’ żoni protetti fil-Komunità |
|
— |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/90/KEE tat-3 ta’ Novembru 1992 li twaqqaf l-obbligi li għalihom produtturi u importaturi ta’ pjanti, produtturi ta’ pjanti u oġġetti oħra huma suġġetti u li twaqqaf dettalji għar-reġistrazzjoni tagħhom |
|
— |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE tat-3 ta’ Diċembru 1992 li tistabbilixxi grad ta’ standardizzazzjoni għal passaporti ta’ pjanti biex jintużaw għaċ-ċaqliq ta’ ċerti pjanti, prodotti ta’ pjanti jew oġġetti oħra ġewwa l-Komunità, u li tistabbilixxi l-proċeduri ddettaljati dwar il-ħruġ ta’ passaporti simili u l-kondizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati għall-bdil tagħhom. |
|
— |
Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 93/359/KEE tat-28 ta’ Mejju 1993 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE fir-rigward ta’ injam ta’ Thuja L., li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika |
|
— |
Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 93/360/KEE tat-28 ta’ Mejju 1993 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE fir-rigward ta’ injam ta’ Thuja L., li joriġina fil-Kanada |
|
— |
Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 93/365/KEE tat-2 ta’ Ġunju 1993 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE fir-rigward ta’ injam ta’ koniferu mnixxef ittrattat bis-sħana, li joriġina fil-Kanada, u li tistabbilixxi s-sistema indikatriċi li għandha tiġi applikata għall-injam ittrattat bis-sħana |
|
— |
Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 93/422/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1993 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE fir-rigward ta’ injam ta’ koniferu mnixxef ittrattat bis-sħana, li joriġina fil-Kanada, u li tistabbilixxi s-sistema indikatriċi li għandha tiġi applikata għall-injam imnixxef fil-forn |
|
— |
Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 93/423/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1993 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE fir-rigward ta’ injam ta’ koniferu mnixxef ittrattat bis-sħana, li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika, u li tistabbilixxi s-sistema indikatriċi li għandha tiġi applikata għall-injam imnixxef fil-forn |
|
— |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/50/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1993 li tispeċifika ċerti pjanti mhux elenkati fl-Anness V, il-parti A tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE, li l-produtturi tagħhom, jew l-imħażen, ċentri tad-dispaċċ fiz-zoni tal-produzzjoni ta’ dawk il-pjanti, għandhom ikunu elenkati f’reġistru uffiċjali |
|
— |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/51/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1993 li tistabbilixxi regoli għaċ-ċaqliq ta’ ċerti pjanti, prodotti tal-pjanti jew prodotti oħrajn tal-pjanti matul żona protetta, u għaċ-ċaqliq ta’ dawk il-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħrajn li joriġinaw fi jew li jiċċaqilqu fi ħdan dik iż-żona protetta |
|
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/85/KEE tal-4 ta’ Ottubru 1993 dwar il-kontroll tat-tħassir forma ta’ ċirku tal-patata |
|
— |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/3/KE tal-21 ta’ Jannar 1994 li tistabbilixxi proċedura għan-notifika ta’ interċettazzjoni ta’ kunsinna jew organiżmu li jikkawża ħsara minn pajjiż terz u li jkun ta’ periklu fitosanitarju imminenti |
|
— |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/22/KE tal-15 ta’ April 1998 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet minimi biex isiru verifiki fuq is-saħħa tal-pjanti fil-Komunità, f’postijiet ta’ spezzjoni għajr dawk li jkun hemm fil-post tad-destinazzjoni, ta’ pjanti, ta’ prodotti tal-pjanti jew ta’ oġġetti oħra li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi |
|
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 98/57/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-kontroll tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/109/KE tat-2 ta’ Frar 1998 li tawtorizza lill-Istati Membri temporanjament sabiex jieħdu miżuri ta’ emerġenza kontra t-tixtrid tat-Thrips palmi Karny rigward it-Tajlandja |
|
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/757/KE tad-19 ta’ Settembru 2002 dwar miżuri fitosanitarji provviżorji ta’ emerġenza sabiex ma jitħalliex id-dħul u l-firxa fil-Komunità tal-Phytophthora ramorum Werres, De Cock & Man in ‘t Veld sp. nov. |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/499/KE tas-26 ta’ Ġunju 2002, li tawtorizza li jkun hemm derogi għal ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar pjanti ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., imċekknin b’mod naturali jew artifiċjal u li għandhom l-oriġini tagħhom fir-Repubblika tal-Korea |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/887/KE tat-8 ta’ Novembru 2002, li tawtorizza li jkun hemm derogi għal ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar pjanti ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., imċekknin b’mod naturali jew artifiċjal u li għandhom l-oriġini tagħhom fil-Ġappun |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/766/KE tal-24 ta’ Ottubru 2003 dwar miżuri ta’ emerġenza biex ma jitħalliex it-tixrid ta’ Diabrotica virgifera Le Conte |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/4/KE tat-22 ta’ Diċembru 2003 li tawtorizza lill-Istati Membri temporanjament sabiex jieħdu miżuri ta’ emerġenza kontra t-tixtrid tal- Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith rigward l-Eġittu |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/200/KE tas-27 ta’ Frar 2004 fuq miżuri li ma jkunux ħallew l-introduzzjoni u l-firxa fil-Komunità tal-virus Pepino mosaic |
|
— |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/105/KE tal-15 ta’ Ottubru 2004 li tiddetermina l-mudelli ta’ ċertifikati fitosanitarji uffiċjali jew ċertifikati fitosanitarji għar-riesportazzjoni li jakkumpanjaw il-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra minn pajjiżi terzi u mniżżla fid-Direttiva 2000/29/KE |
|
— |
Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2005/51/KE tal-21 ta’ Jannar 2005 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu temporanjament għal derogi minn ċertu dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-importazzjoni tal-ħamrija kkontaminata mill-pestiċidi jew sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu għall-għanijiet ta’ dekontaminazzjoni |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/359/KE tad-29 ta’ April 2005 li tipprovdi deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE bir-rigward ta’ zkuk tal-ballut (Quercus L.) bil-qoxra magħhom, li joriġinaw mill-Istati Uniti |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/133/KE tat-13 ta’ Frar 2006 li teħtieġ li l-Istati Membri temporanjament jieħdu miżuri kontra t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-pini) f’dak li jirrigwardja żoni fil-Portugall, apparti minn dawk li fihom huwa magħruf li ma teżistix |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/464/KE tas-27 ta’ Ġunju 2006 dwar miżuri ta’ emerġenza għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tad-Dryocosmus kuriphilus Yasumatsu |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/473/KE tal-5 ta’ Lulju 2006 li tagħraf ċerti pajjiżi terzi u ċerti żoni ta’ pajjiżi terzi bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru), iċ-Cercospora angolensis Carv. et Mendes u l- Guignardia citricarpa Kiely (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru) |
|
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/91/KE tas-7 ta’ Novembru 2006 dwar il-kontroll tas-San José Scale (verżjoni kodifikata) |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/365/KE tal-25 ta’ Mejju 2007 dwar miżuri ta’ emerġenza għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tar-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier) |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/410/KE tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar miżuri kontra d-dħul u t-tixrid fi ħdan il-Komunità tal-Vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/433/KE tat-18 ta’ Ġunju 2007 dwar miżuri ta’ emerġenza proviżorji għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tal-Gibberella circinata Nirenberg & O’Donnell |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/847/KE tas-6 ta’ Diċembru 2007 tipprovdi għal deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward ta’ pjanti ta’ Vitis L., għajr għall-frott, li joriġinaw fil-Kroazja jew l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
|
— |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/61/KE tas-17 Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li bihom ċerti organiżmi ta’ ħsara, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE jistgħu jiddaħħlu jew jiġu mċaqalqa fil-Komunità jew f’ċerti żoni protetti tagħha, għal prova jew għal skopijiet xjentifiċi u għal xogħol fuq selezzjonijiet varjetali |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/840/KE tas-7 ta’ Novembru 2008 dwar miżuri ta’ emerġenza għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tal-Anoplophora chinensis (Forster) |
Id-Dispożizzjonijiet Svediżi
|
— |
Ordinanza tat-28 ta’ ta’ Frar 2001 dwar il-protezzjoni tal-pjanti (RS 916.20) |
|
— |
Ordinanza tad-DFE tal-15 ta’ April 2002 dwar il-pjanti projbiti (RS 916.205.1) |
|
— |
Ordinanza tal-OFAG tal-25 ta’ Frar 2004 dwar miżuri għas-saħħa tal-pjanti temporanji (RS 916.202.1) |
“APPENDIĊI 4 (*3)
ŻONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4 U REKWIŻITI SPEĊJALI RELATATI MAGĦHOM
Iż-żoni msemmija fl-Artikolu 4 u r-rekwiżiti speċjali relatati magħhom li għandu jkun hemm konformità magħhom miż-żewġ Partijiet huma definiti fid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u amministrattivi rispettivi taż-żewġ Partijiet, li jidhru hawn taħt.
Id-dispożizzjonijiet tal-Komunità Ewropea
|
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità |
|
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 tal-4 ta’ Lulju 2008 li jirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità |
Id-Dispożizzjonijiet Svediżi
|
— |
Ordinanza tat-28 ta’ Frar 2001 dwar il-protezzjoni tal-pjanti, Anness 4, parti B (RS 916.20) |
(*1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.”
(*2) Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, kull referenza għal att għandha tfisser dak l-att kif emendat qabel it-30.4.2010.”
(*3) Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, kull referenza għal att għandha tfisser dak l-att kif emendat qabel it-30.4.2010.”