ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.030.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 30

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
4 ta' Frar 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 90/2011 tat-3 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzi tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 91/2011 tat-2 ta’ Frar 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Hofer Rindfleischwurst (IĠP)]

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 92/2011 tat-3 ta’ Frar 2011 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Salame Piacentino (DPO)]

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 93/2011 tat-3 ta’ Frar 2011 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Fontina (DPO)]

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 94/2011 tat-3 ta’ Frar 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Carciofo Spinoso di Sardegna (DPO)]

21

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 95/2011 tat-3 ta’ Frar 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Arancia di Ribera (DPO)]

23

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 96/2011 tat-3 ta’ Frar 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Limone di Siracusa (IĠP)]

25

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 97/2011 tat-3 ta’ Frar 2011 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Welsh Beef (IĠP)]

27

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 98/2011 tat-3 ta’ Frar 2011 li jemenda għall-144 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

29

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 99/2011 tat-3 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

31

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 100/2011 tat-3 ta’ Frar 2011 li jiffissa l-prezz minimu għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat għall-ħmistax-il stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 447/2010

33

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/77/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 2010 dwar l-għoti ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Irlanda

34

 

 

2011/78/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Frar 2011 dwar ċerti miżuri biex jipprevjenu t-trażmissjoni tal-vajrus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer mir-Russja lejn l-Unjoni (notifikata bid-dokument numru C(2011) 503)  ( 1 )

40

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

4.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 90/2011

tat-3 ta’ Frar 2011

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzi tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur

(kodifikazzjoni)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 161(3), 170 u 192(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzi tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli ta’ implimentazzjoni speċifiċi għal-liċenzi tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur li għandhom, b’mod partikolari, jinkludu dispożizzjonijiet għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet u l-informazzjoni li għandha tidher fl-applikazzjonijiet u fil-liċenzi, b’żieda ma’ dawk li jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzi tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (4).

(3)

Sabiex tkun assigurata amministrazzjoni xierqa tas-sistema ta’ licenzi tal-esportazzjoni, għandha tkun stabbilita r-rata tal-garanzija għal-liċenzi tal-esportazzjoni taħt dik is-sistema. Minħabba r-riskju ta’ spekulazzjoni inerenti fis-sistema fis-settur tal-laħam tat-tjur, il-liċenzi tal-esportazzjoni m’għandhomx ikunu trasferibbli u għandhom ikunu stabbiliti kondizzjonijiet preċiżi li jirregolaw l-aċċess min-negozjanti għall-imsemmija sistema.

(4)

L-Artikolu 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-osservanza tal-obbligi li jirriżultaw mill-ftehim konklużi matul in-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa tal-Urugwaj li jirrigwardaw il-volum ta’ esportazzjoni għandha tkun żgurata fuq il-bażi tal-liċenzi tal-esportazzjoni. Għalhekk, għandha tkun stabbilita skeda dettaljata għal-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzi.

(5)

Barra minn hekk, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzi tal-esportazzjoni għandha tkun innotifikata biss wara perijodu ta’ konsiderazzjoni. Dan il-perijodu jkun jippermetti lill-Kummissjoni li tapprezza l-kwantitajiet li saret applikazzjoni għalihom kif ukoll in-nefqa involuta u, jekk xieraq, li tieħu miżuri speċifiċi applikabbli b’mod partikolari għall-applikazzjonijiet pendenti. Huwa fl-interess tan-negozjanti li jippermettu li l-applikazzjoni għal liċenza tiġi rtirata wara li jkun ġie stabbilit il-koeffiċjent ta’ aċċettazzjoni.

(6)

Il-Kummissjoni għandu jkollha informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-użu tal-liċenzi maħruġa, sabiex tkun tista’ tamministra din is-sistema. Fl-interess ta’ amministrazzjoni effiċjenti, l-Istati Membri jridu jużaw is-sistemi ta’ informazzjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal- 31 ta’ Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (5).

(7)

Fil-każ ta’ applikazzjonijiet li jikkonċernaw kwantitajiet ugwali għal jew anqas minn 25 tunnellata, il-liċenza tal-esportazzjoni għandha tinħareġ immedjatament jekk in-negozjant jitlobha. Madankollu, tali liċenzi għandhom ikunu ristretti għal tranżazzjonijiet kummerċjali ta’ terminu qasir sabiex ma jitħalliex li wieħed ikun jista’ jaħrab mill-mekkaniżmu previst f’dan ir-Regolament.

(8)

Sabiex jiġi żgurat segwitu eżatt tal-kwantitajiet li għandhom ikunu esportati, għandha tkun stabbilita deroga mir-regoli dwar it-tolleranzi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 376/2008.

(9)

L-Artikolu 167(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jiprovdi li għall-flieles ta’ jum, jistgħu jingħataw rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq il-bażi ta’ liċenza tal-esportazzjoni ex post. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti regoli ta’ implimentazzjoni għal tali sistema bil-għan li jiżguraw verifika effiċjenti li l-obbligi li jirriżultaw mill-ftehim konklużi fil-qafas kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa tal-Urugwaj jiġu osservati. Madankollu, jidher li mhux meħtieġ li tintalab il-preżentazzjoni ta’ garanzija fil-każ ta’ liċenzi li tkun saret applikazzjoni għalihom wara l-esportazzjoni.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-esportazzjonijiet kollha ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur li għalihom tintalab rifużjoni fuq l-esportazzjoni, bl-eċċezzjoni tal-flieles li jaqgħu fil-kodiċi NM 0105 11, 0105 12 u 0105 19, għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenza tal-esportazzjoni bl-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2 sa 8.

Artikolu 2

1.   Il-liċenzi tal-esportazzjoni għandhom ikunu validi għal 90 jum minn dakinhar tal-ħruġ effettiv tagħhom fis-sens tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi għandu jkollhom imniżżla, fil-kaxxa 15, id-deskrizzjoni tal-prodott u, fil-kaxxa 16, il-kodiċi tal-prodott bi 12-il ċifra tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni.

3.   Il-kategoriji tal-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, kif ukoll ir-rata tal-garanzija għal-liċenzi tal-esportazzjoni, huma indikati fl-Anness I.

4.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi għandu jkollhom imniżżla, fil-kaxxa 20, mill-inqas waħda mill-entrati elenkati fl-Anness II.

5.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-liċenzi għall-kategorija 6(a) imsemmija fl-Anness I għandhom ikunu validi għal 15-il jum minn dakinhar tal-ħruġ effettiv tagħhom fis-sens tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008.

6.   Fil-każ ta’ liċenzi għall-prodotti tal-kategorija 6(a) imsemmija fl-Anness I, huwa obbligatorju li sseħħ l-esportazzjoni lejn il-pajjiż tad-destinazzjoni indikat fil-kaxxa 7 jew lejn xi pajjiż imsemmi fl-Anness VIII.

Għal dan il-għan, l-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi għandu jkollhom mill-anqas waħda mill-entrati elenkati fl-Anness III.

7.   Fil-każ ta’ liċenzi għall-prodotti tal-kategorija 6(b) imsemmija fl-Anness I, huwa obbligatorju li sseħħ l-esportazzjoni lejn il-pajjiż tad-destinazzjoni indikat fil-kaxxa 7 jew lejn xi pajjiż ieħor li mhux imsemmi fl-Anness VIII.

Għal dan il-għan, l-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi għandu jkollhom mill-anqas waħda mill-entrati elenkati fl-Anness IV.

Artikolu 3

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzi tal-esportazzjoni jistgħu jkunu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti mit-Tnejn sal-Ġimgħa ta’ kull ġimgħa.

2.   L-applikanti għal-liċenzi tal-esportazzjoni għandhom ikunu persuni naturali jew ġuridiċi li, fil-mument li jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet, jistgħu jagħtu prova għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, li kienu involuti fil-kummerċ fis-settur tal-laħam tat-tjur għal mill-inqas 12-il xahar. Madankollu, l-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jew ir-ristoranti li jbiegħu l-prodotti tagħhom lill-konsumaturi aħħarin jistgħu ma jistgħux jippreżentaw applikazzjonijiet.

3.   Il-liċenzji tal-esportazzjoni jinħarġu fil-jum tal-Erbgħa li jiġi wara l-perijodu taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 1, sakemm l-ebda waħda mill-miżuri partikolari msemmija fil-paragrafu 4 ma tkun ittieħdet minn dakinhar mill-Kummissjoni.

4.   Meta l-ħruġ ta’ liċenzi tal-esportazzjoni jirriżulta jew jista’ jirriżulta fis-superament tal-ammonti disponibbli tal-baġit jew fl-eżawriment tal-kwantitajiet massimi li jistgħu jiġu esportati b'rifużjoni matul il-perijodu kkonċernat, fid-dawl tal-limiti msemmija fl-Artikolu 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jew meta l-ħruġ ta’ liċenzji tal-esportazzjoni ma jippermettix li l-esportazzjonijiet jitkomplew matul il-bqija tal-perijodu, il-Kummissjoni tista’:

(a)

tistabbilixxi persentaġġ ta’ aċċettazzjoni waħdieni għall-kwantitajiet mitluba;

(b)

tirrifjuta l-applikazzjonijiet li għalihom ikunu għadhom ma ngħatawx liċenzi;

(c)

tissospendi l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzi għal perijodu massimu ta’ ħamest ijiem tax-xogħol, li jista’ jiġi estiż permezz tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

L-applikazzjonijiet għal-liċenzi li jsiru matul il-perijodu ta’ sospensjoni jkunu invalidi.

Il-miżuri previsti fl-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu implimentati jew aġġustati skont il-kategorija tal-prodott u skont id-destinazzjoni.

5.   Il-miżuri previsti fil-paragrafu 4 jistgħu jiġu adottati meta l-applikazzjonijiet għal liċenzi tal-esportazzjoni jirrigwardaw kwantitajiet li jissuperaw jew li jistgħu jissuperaw il-kwantitajiet normali disponibbli għal destinazzjoni waħda u l-ħruġ tal-liċenzi mitluba jġib miegħu r-riskju ta’ spekulazzjoni, distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi, jew tfixkil tal-kummerċ ikkonċernat jew tas-suq intern.

6.   Meta l-kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni għalihom ikunu miċħuda jew imnaqqsa, il-garanzija għandha tiġi rilaxxjata immedjatament għall-kwantitajiet kollha li għalihom applikazzjoni ma tkunx ġiet sodisfatta.

7.   Minkejja l-paragrafu 3, meta jkun stabbilit persentaġġ ta’ aċċettazzjoni waħdieni ta’ inqas minn 80 %, il-liċenza għandha tinħareġ l-iktar tard sal-11-il jum tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni ta’ dak il-persentaġġ f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Matul l-għaxart ijiem tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni tiegħu, l-operatur jista’:

jew jirtira l-applikazzjoni tiegħu, f’liema każ il-garanzija tiġi rilaxxjata immedjatament,

jew jitlob il-ħruġ immedjat tal-liċenza, f’liema każ l-awtorità kompetenti għandha toħroġha mingħajr dewmien iżda mhux iktar kmieni mid-data normali tal-ħruġ għall-ġimgħa rilevanti.

8.   B’deroga mill-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi jum ieħor apparti l-Erbgħagħall-ħruġ tal-liċenzi tal-esportazzjoni meta ma jkunx possibbli li dan il-jum jiġi rispettat.

Artikolu 4

1.   Fuq talba tal-operatur, l-applikazzjonijiet għal-liċenzi sa 25 tunnellata ta’ prodotti m’għandhomx ikunu soġġetti għal xi miżuri speċjali kif imsemmija fl-Artikolu 3(4) u l-liċenzi li kun sar applikazzjoni għalihom għandhom jinħarġu immedjatament.

F’każijiet bħal dawn, minkejja l-Artikolu 2(1) u (5), it-terminu ta’ validità tal-liċenzi għandu jkun limitat għal ħamest ijiem tax-xogħol minn dakinhar tal-ħruġ effettiv tagħhom fis-sens tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 u l-kaxxa 20 tal-applikazzjonijiet għal liċenza u tal-liċenzi għandha turi waħda mill-entrati elenkati fl-Anness V.

2.   Il-Kummissjoni tista’, meta jkun meħtieġ, tissospendi l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 5

Il-liċenzji tal-esportazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 6

1.   Il-kwantità esportata fil-limiti tat-tolleranza msemmija fl-Artikolu 7 (4) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 ma għandhiex tagħti d-dritt għall-ħlas tar-rifużjoni.

2.   Fil-kaxxa 22 tal-liċenza, għandha tiġi indikata mill-inqas waħda mill-entrati elenkati fl-Anness VI.

Artikolu 7

1.   Sal-Ġimgħa ta’ kull ġimgħa, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-applikazzjonijiet għal-liċenzi tal-esportazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 1 ippreżentati mit-Tnejn sal-Ġimgħa tal-istess ġimgħa, u jiddikjaraw jekk dawn jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 4 jew le;

(b)

il-kwantitajiet koperti bil-liċenzi tal-esportazzjoni maħruġa nhar l-Erbgħa preċedenti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk maħruġa immedjatament taħt l-Artikolu 4;

(c)

il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għal-liċenza tal-esportazzjoni li jkunu ġew irtirati skont l-Artikolu 3 (7) matul il-ġimgħa ta’ qabel.

2.   In-notifika tal-applikazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tispeċifika:

(a)

il-kwantità fil-piż tal-prodott għal kull kategorija msemmija fl-Artikolu 2(3);

(b)

l-analiżi skont id-destinazzjoni tal-kwantità għal kull kategorija fil-każ meta r-rata tar-rifużjoni tvarja skont id-destinazzjoni;

(c)

ir-rata tar-rifużjoni applikabbli;

(d)

l-ammont totali tar-rifużjoni f’euro ffissat minn qabel għal kull kategorija ta’ prodott.

3.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni fuq bażi ta’ kull xahar wara l-iskadenza tal-validità tal-liċenzi tal-esportazzjoni l-kwantità ta’ liċenzi tal-esportazzjoni mhux użata.

Artikolu 8

1.   Għall-flieles li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0105 11, 0105 12 u 0105 19, l-operaturi għandhom jiddikjaraw, fil-waqt li jwettqu l-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni, li jkunu beħsiebhom jitolbu rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

2.   Mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol wara l-esportazzjoni, l-operaturi għandhom jippreżentaw lill-awtorità kompetenti l-applikazzjoni għal-liċenza tal-esportazzjoni ex post għall-flieles esportati. Fil-kaxxa 20 tal-applikazzjoni għal-liċenza u tal-liċenza, għandhom jiġu indikati l-kelmiet ex post flimkien mal-uffiċċju doganali fejn ikunu twettqu l-formalitajiet doganali, kif ukoll il-ġurnata tal-esportazzjoni fis-sens tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (6).

B’deroga mill-Artikolu 14 (2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 ma għandha tkun meħtieġa l-ebda garanzija.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-Ġimgħa ta’ kull ġimgħa, bl-għadd ta’ liċenzi tal-esportazzjoni ex post li saret applikazzjoni għalihom, matul dik il-ġimgħa, inklużi notifiki “żero”. In-notifiki għandhom jispeċifikaw, fejn applikabbli, id-dettalji msemmija fl-Artikolu 7(2).

4.   Liċenzi tal-esportazzjoni ex post għandhom jinħarġu kull nhar ta’ Erbgħa ta’ wara, sakemm l-ebda miżura partikolari msemmija fl-Artikolu 3(4) ma tittieħed mill-Kummissjoni wara l-esportazzjoni kkonċernata. Meta jittieħdu tali miżuri, dawn għandhom japplikaw għall-esportazzjonijiet li jkunu diġà twettqu.

Din il-liċenza tagħti d-dritt għall-ħlas tar-rifużjoni applikabbli fil-ġurnata tal-esportazzjoni fis-sens tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009.

5.   L-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 ma għandux japplika għal-liċenzi ex post imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu.

Il-liċenzi għandhom jiġu ppreżentati direttament mill-parti interessata lill-aġenzija inkarigata mill-ħlas tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni. Din l-aġenzija għandha tattribwixxi u tittimbra l-liċenza.

Artikolu 9

In-notifiki msemmija f’dan ir-Regolament, inklużi notifiki “żero”, għandhom isiru skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009.

Artikolu 10

Ir-Regolament (KE) Nru 633/2004 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness X.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 100, 6.2.2004, p. 8.

(3)  Ara l-Anness IX.

(4)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(5)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.

(6)  ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1.


ANNESS I

Kodiċi tal-prodott tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni (1)

Kategorija

Rata tal-garanzija

(EUR/100 kg piż nett)

0105 11 11 9000

0105 11 19 9000

0105 11 91 9000

0105 11 99 9000

1

0105 12 00 9000

0105 19 20 9000

2

0207 12 10 9900

0207 12 90 9990

0207 12 90 9190

3

6 (2)

6 (3)

6 (4)

0207 25 10 9000

0207 25 90 9000

5

3

0207 14 20 9900

0207 14 60 9900

0207 14 70 9190

0207 14 70 9290

6(a) (4)

2

0207 14 20 9900

0207 14 60 9900

0207 14 70 9190

0207 14 70 9290

6(b) (5)

2

0207 27 10 9990

7

3

0207 27 60 9000

0207 27 70 9000

8

3


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), parti 7.

(2)  Għad-destinazzjonijiet murija fl-Anness VII.

(3)  Destinazzjonijiet apparti minn dawk murija fl-Annessi VII u VIII.

(4)  Destinazzjonijiet murija fl-Anness VIII.

(5)  Destinazzjonijiet apparti minn dawk murija fl-Anness VIII.


ANNESS II

Entrati msemmijin fl-Artikolu 2(4):

:

Bil-Bulgaru

:

Регламент (ЕC) № 90/2011

:

Bl-Ispanjol

:

Reglamento (UE) no 90/2011

:

Biċ-Ċek

:

Nařízení (EU) č. 90/2011

:

Bid-Daniż

:

Forordning (EU) nr. 90/2011

:

Bil-Ġermaniż

:

Verordnung (EU) Nr. 90/2011

:

Bl-Estonjan

:

Määrus (EL) nr 90/2011

:

Bil-Grieg

:

Κανονισμός (ΕE) αριθ. 90/2011

:

Bl-Ingliż

:

Regulation (EU) No 90/2011

:

Bil-Franċiż

:

Règlement (UE) no 90/2011

:

Bit-Taljan

:

Regolamento (UE) n. 90/2011

:

Bil-Latvjan

:

Regula (ES) Nr. 90/2011

:

Bil-Litwan

:

Reglamentas (ES) Nr. 90/2011

:

Bl-Ungeriż

:

90/2011/EU rendelet

:

Bil-Malti

:

Regolament (UE) Nru 90/2011

:

Bl-Olandiż

:

Verordening (EU) nr. 90/2011

:

Bil-Pollakk

:

Rozporządzenie (UE) nr 90/2011

:

Bil-Portugiż

:

Regulamento (UE) n.o 90/2011

:

Bir-Rumen

:

Regulamentul (UE) nr. 90/2011

:

Bl-Islovakk

:

Nariadenie (EÚ) č. 90/2011

:

Bl-Isloven

:

Uredba (EU) št. 90/2011

:

Bil-Finlandiż

:

Asetus (EU) N:o 90/2011

:

Bl-Iżvediż

:

Förordning (EU) nr 90/2011


ANNESS III

Entrati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(6)

(a)

fil-kaxxa 20:

:

Bil-Bulgaru

:

Категория 6а)

:

Bl-Ispanjol

:

Categoría 6 a)

:

Biċ-Ċek

:

Kategorie 6a

:

Bid-Daniż

:

Kategori 6 a)

:

Bil-Ġermaniż

:

Kategorie 6a

:

Bl-Estonjan

:

Liik 6a

:

Bil-Grieg

:

Κατηγορία 6α)

:

Bl-Ingliż

:

Category 6(a)

:

Bil-Franċiż

:

Catégorie 6 a)

:

Bit-Taljan

:

Categoria 6 a)

:

Bil-Latvjan

:

6.a) kategorija

:

Bil-Litwan

:

6a kategorija

:

Bl-Ungeriż

:

6. a) kategória

:

Bil-Malti

:

Kategorija 6(a)

:

Bl-Olandiż

:

Categorie 6 a)

:

Bil-Pollakk

:

Kategoria 6 a)

:

Bil-Portugiż

:

Categoria 6 a)

:

Bir-Rumen

:

Categoria 6 a

:

Bl-Islovakk

:

Kategória 6 písm. a)

:

Bl-Isloven

:

Kategorija 6(a)

:

Bil-Finlandiż

:

Tuoteluokka 6a)

:

Bl-Iżvediż

:

Kategori 6 a)

(b)

fil-kaxxa 22:

:

Bil-Bulgaru

:

Задължителен износ към страни, посочени в приложение VIII към Регламент (ЕС) № 90/2011.

:

Bl-Ispanjol

:

Exportación obligatoria a los países mencionados en el anexo VIII del Reglamento (UE) no 90/2011.

:

Biċ-Ċek

:

Vývoz povinný do zemí uvedených v příloze VIII nařízení (EU) č. 90/2011.

:

Bid-Daniż

:

Udførsel obligatorisk til lande, der er anført i bilag VIII til forordning (EU) nr. 90/2011.

:

Bil-Ġermaniż

:

Ausfuhr nach den in Anhang VIII der Verordnung (EU) Nr. 90/2011 genannten Länder ist verbindlich.

:

Bl-Estonjan

:

Kohustuslik eksport määruse (EL) nr 90/2011 VIII lisas nimetatud riiki.

:

Bil-Grieg

:

Υποχρεωτική εξαγωγή σε χώρες που παρατίθενται στο παράρτημα VIII του κανονισμού (ΕE) αριθ. 90/2011.

:

Bl-Ingliż

:

Export obligatory to countries referred to in Annex VIII to Regulation (EU) No 90/2011.

:

Bil-Franċiż

:

Exportation obligatoire vers les pays visés à l'annexe VIII du règlement (UE) no 90/2011.

:

Bit-Taljan

:

Esportazione obbligatoria verso paesi elencati nell'allegato VIII del regolamento (UE) n. 90/2011.

:

Bil-Latvjan

:

Eksports, kas ir obligāts uz Regulas (ES) Nr. 90/2011 VIII pielikumā minētajām valstīm.

:

Bil-Litwan

:

Privalomas eksportas į Reglamento (ES) Nr. 90/2011 VIII priede nurodytas šalis.

:

Bl-Ungeriż

:

Kötelező kivitel a 90/2011/EU rendelet VIII. mellékletében szereplő országokba.

:

Bil-Malti

:

Esportazzjoni obbligatorja lejn il-pajjiżi msemmija fl-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 90/2011.

:

Bl-Olandiż

:

Verplichte uitvoer naar landen die zijn vermeld in bijlage VIII bij Verordening (EU) nr. 90/2011.

:

Bil-Pollakk

:

Wywóz obowiązkowy do krajów, o których mowa w załączniku VIII do rozporządzenia (UE) nr 90/2011.

:

Bil-Portugiż

:

Exportação obrigatória para países referidos no anexo VIII do Regulamento (UE) n.o 90/2011.

:

Bir-Rumen

:

Export obligatoriu către țările menționate în anexa VIII la Regulamentul (UE) nr. 90/2011.

:

Bl-Islovakk

:

Vývoz je povinný do krajín, ktoré sú uvedené v prílohe VIII k nariadeniu (EÚ) č. 90/2011.

:

Bl-Isloven

:

Izvoz je obvezen v države, navedene v Prilogi VIII k Uredbi (EU) št. 90/2011.

:

Bil-Finlandiż

:

Velvoittaa viemään asetuksen (EU) N:o 90/2011 liitteessä VIII tarkoitettuihin maihin.

:

Bl-Iżvediż

:

Export obligatorisk till länderna i bilaga VIII till förordning (EU) nr 90/2011.


ANNESS IV

Entrati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(7)

(a)

fil-kaxxa 20:

:

Bil-Bulgaru

:

Категория 6б)

:

Bl-Ispanjol

:

Categoría 6 b)

:

Biċ-Ċek

:

Kategorie 6b

:

Bid-Daniż

:

Kategori 6 b)

:

Bil-Ġermaniż

:

Kategorie 6b

:

Bl-Estonjan

:

Liik 6b

:

Bil-Grieg

:

Κατηγορία 6β)

:

Bl-Ingliż

:

Category 6(b)

:

Bil-Franċiż

:

Catégorie 6 b)

:

Bit-Taljan

:

Categoria 6 b)

:

Bil-Latvjan

:

6.b) kategorija

:

Bil-Litwan

:

6b kategorija

:

Bl-Ungeriż

:

6. b) kategória

:

Bil-Malti

:

Kategorija 6(b)

:

Bl-Olandiż

:

Categorie 6 b)

:

Bil-Pollakk

:

Kategoria 6 b)

:

Bil-Portugiż

:

Categoria 6 b)

:

Bir-Rumen

:

Categoria 6 b)

:

Bl-Islovakk

:

Kategória 6 písm. b)

:

Bl-Isloven

:

Kategorija 6(b)

:

Bil-Finlandiż

:

Tuoteluokka 6b)

:

Bl-Iżvediż

:

Kategori 6 b)

(b)

fil-kaxxa 22:

:

Bil-Bulgaru

:

Задължителен износ към страни, които не са посочени в приложение VIII към Регламент (ЕС) № 90/2011.

:

Bl-Ispanjol

:

Exportación obligatoria a los países no mencionados en el anexo VIII del Reglamento (UE) no 90/2011.

:

Biċ-Ċek

:

Vývoz povinný do zemí uvedených v příloze VIII nařízení (EU) č. 90/2011

:

Bid-Daniż

:

Udførsel obligatorisk til lande, der ikke er anført i bilag VIII til forordning (EU) nr. 90/2011.

:

Bil-Ġermaniż

:

Ausfuhr nach einem der nicht in Anhang VIII der Verordnung (EU) Nr. 90/2011 genannten Länder ist verbindlich.

:

Bl-Estonjan

:

Kohustuslik eksport määruse (EL) nr 90/2011 VIII lisas nimetamata riiki.

:

Bil-Grieg

:

Υποχρεωτική εξαγωγή σε χώρες εκτός αυτών που παρατίθενται στο παράρτημα VIII του κανονισμού (ΕE) αριθ. 90/2011.

:

Bl-Ingliż

:

Export obligatory to countries not referred to in Annex VIII to Regulation (EU) No 90/2011.

:

Bil-Franċiż

:

Exportation obligatoire vers les pays autres que ceux visés à l'annexe VIII du règlement (UE) no 90/2011.

:

Bit-Taljan

:

Esportazione obbligatoria verso paesi non elencati nell'allegato VIII del regolamento (UE) n. 90/2011.

:

Bil-Latvjan

:

Eksports, kas ir obligāts uz valstīm, kas nav minētas Regulas (ES) Nr. 90/2011 VIII pielikumā.

:

Bil-Litwan

:

Privalomas eksportas į Reglamento (ES) Nr. 90/2011 VIII priede nenurodytas šalis.

:

Bl-Ungeriż

:

Kötelező kivitel a 90/2011/EU rendelet VIII. mellékletében nem szereplő országokba.

:

Bil-Malti

:

Esportazzjoni obbligatorja lejn il-pajjiżi mhux imsemmija fl-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 90/2011.

:

Bl-Olandiż

:

Verplichte uitvoer naar landen die niet zijn vermeld in bijlage VIII bij Verordening (EU) nr. 90/2011.

:

Bil-Pollakk

:

Wywóz obowiązkowy do krajów niewymienionych w załączniku VIII do rozporządzenia (UE) nr 90/2011.

:

Bil-Portugiż

:

Exportação obrigatória para países não referidos no anexo VIII do Regulamento (UE) n.o 90/2011.

:

Bir-Rumen

:

Export obligatoriu către alte țări decât cele menționate în anexa VIII la Regulamentul (UE) nr. 90/2011.

:

Bl-Islovakk

:

Vývoz je povinný do krajín, ktoré nie sú uvedené v prílohe VIII k nariadeniu (EÚ) č. 90/2011.

:

Bl-Isloven

:

Izvoz je obvezen v države, ki niso navedene v Prilogi VIII k Uredbi (EU) št. 90/2011.

:

Bil-Finlandiż

:

Velvoittaa viemään muihin kuin asetuksen (EU) N:o 90/2011 liitteessä VIII tarkoitettuihin maihin.

:

Bl-Iżvediż

:

Export obligatorisk till länder som inte anges i bilaga VIII till förordning (EU) nr 90/2011.


ANNESS V

Entrati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1):

:

Bil-Bulgaru

:

Лицензия, валидна пет работни дни

:

Bl-Ispanjol

:

Certificado válido durante cinco días hábiles

:

Biċ-Ċek

:

Licence platná pět pracovních dní

:

Bid-Daniż

:

Licens, der er gyldig i fem arbejdsdage

:

Bil-Ġermaniż

:

Fünf Arbeitstage gültige Lizenz

:

Bl-Estonjan

:

Litsents kehtib viis tööpäeva

:

Bil-Grieg

:

Πιστοποιητικό που ισχύει για πέντε εργάσιμες ημέρες

:

Bl-Ingliż

:

Licence valid for 5 working days

:

Bil-Franċiż

:

Certificat valable cinq jours ouvrables

:

Bit-Taljan

:

Titolo valido cinque giorni lavorativi

:

Bil-Latvjan

:

Licences derīguma termiņš ir piecas darba dienas

:

Bil-Litwan

:

Licencijos galioja penkias darbo dienas

:

Bl-Ungeriż

:

Öt munkanapig érvényes tanúsítvány

:

Bil-Malti

:

Liċenza valida għal ħamest ijiem tax-xogħol

:

Bl-Olandiż

:

Certificaat met een geldigheidsduur van vijf werkdagen

:

Bil-Pollakk

:

Pozwolenie ważne pięć dni roboczych

:

Bil-Portugiż

:

Certificado de exportação válido durante cinco dias úteis

:

Bir-Rumen

:

Licență valabilă timp de cinci zile lucrătoare

:

Bl-Islovakk

:

Licencia platí päť pracovných dní

:

Bl-Isloven

:

Dovoljenje velja 5 delovnih dni

:

Bil-Finlandiż

:

Todistus on voimassa viisi työpäivää

:

Bl-Iżvediż

:

Licensen är giltig fem arbetsdagar


ANNESS VI

Entrati msemmija fl-Artikolu 6(2)

:

Bil-Bulgaru

:

Възстановяване, валидно за […] тона (количество, за което е издадена лицензията).

:

Bl-Ispanjol

:

Restitución válida por […] toneladas (cantidad por la que se expida el certificado).

:

Biċ-Ċek

:

Náhrada platná pro […] tun (množství, pro které je licence vydána).

:

Bid-Daniż

:

Restitutionen omfatter […] t (den mængde, licensen vedrører).

:

Bil-Ġermaniż

:

Erstattung gültig für […] Tonnen (Menge, für welche die Lizenz ausgestellt wurde).

:

Bl-Estonjan

:

Eksporditoetus kehtib […] tonni kohta (kogus, millele on antud ekspordilitsents).

:

Bil-Grieg

:

Επιστροφή ισχύουσα για […] τόνους (ποσότητα για την οποία έχει εκδοθεί το πιστοποιητικό).

:

Bl-Ingliż

:

Refund valid for […] tonnes (quantity for which the licence is issued).

:

Bil-Franċiż

:

Restitution valable pour […] tonnes (quantité pour laquelle le certificat est délivré).

:

Bit-Taljan

:

Restituzione valida per […] t (quantitativo per il quale il titolo è rilasciato).

:

Bil-Latvjan

:

Kompensācija ir spēkā attiecībā uz […] tonnām (daudzums, par kuru ir izsniegta licence).

:

Bil-Litwan

:

Grąžinamoji išmoka galioja […] tonoms (kiekis, kuriam išduota licencija).

:

Bl-Ungeriż

:

A visszatérítés […] tonnára érvényes (azt a mennyiséget kell feltüntetni, amelyre az engedélyt kiadták).

:

Bil-Malti

:

Rifużjoni valida għal […] tunnellati (kwantità li għaliha tinħareġ il-liċenza).

:

Bl-Olandiż

:

Restitutie geldig voor […] ton (hoeveelheid waarvoor het certificaat wordt afgegeven).

:

Bil-Pollakk

:

Refundacja ważna dla […] ton (ilość, dla której zostało wydane pozwolenie).

:

Bil-Portugiż

:

Restituição válida para […] toneladas (quantidade relativamente à qual é emitido o certificado).

:

Bir-Rumen

:

Restituire valabilă pentru […] tone (cantitatea pentru care a fost eliberată licența).

:

Bl-Islovakk

:

Náhrada je platná pre […] ton (množstvo, pre ktoré bolo vydané povolenie).

:

Bl-Isloven

:

Nadomestilo velja za […] ton (količina, za katero je bilo dovoljenje izdano).

:

Bil-Finlandiż

:

Tuki on voimassa […] tonnille (määrä, jolle todistus on myönnetty).

:

Bl-Iżvediż

:

Ger rätt till exportbidrag för […] ton (den kvantitet för vilken licensen utfärdats).


ANNESS VII

L-Angola

Il-Baħrejn

L-Iran

L-Iraq

Il-Ġordan

Il-Kuwajt

Il-Lebanon

L-Oman

Il-Qatar

L-Arabja Sawdita

L-Emirati Għarab Magħquda

Il-Jemen


ANNESS VIII

L-Armenja

L-Ażerbajġan

Il-Belarus

Il-Ġeorġja

Il-Każakstan

Il-Kirgiżtan

Il-Moldova

Ir-Russja

It-Taġikistan

It-Turkmenistan

L-Ukrajna

L-Użbekistan


ANNESS IX

Regolament imħassar flimkien mal-emendi suċċessivi tiegħu

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2004

(ĠU L 100, 6.4.2004, p. 8)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1498/2004

(ĠU L 275, 25.8.2004, p. 8)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1713/2006

(ĠU L 321, 21.11.2006, p. 11)

L-Artikolu 15 biss

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 557/2010

(ĠU L 159, 25.6.2010, p. 13)

L-Artikolu 3 biss


ANNESS X

Tabella ta’ korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 633/2004

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1), (2) u (3)

Artikolu 2(1), (2) u (3)

Artikolu 2(4), il-kliem introduttorju

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(4), l-ewwel sal-ħdax-il inċiż

Anness II

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(6), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2(6), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2(6), it-tieni subparagrafu, il-kliem introduttorju

Artikolu 2(6), it-tieni subparagrafu

Artikolu 2(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), l-ewwel sal-ħdax-il inċiż, u punt (b), l-ewwel sal-ħdax-il inċiż

Anness III

Artikolu 2(7), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2(7), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2(7), it-tieni subparagrafu, il-kliem introduttorju

Artikolu 2(7), it-tieni subparagrafu

Artikolu 2(7), it-tieni subparagrafu, punt (a), l-ewwel sal-ħdax-il inċiż, u punt (b), l-ewwel sal-ħdax-il inċiż

Anness IV

Artikolu 3(1) sa (4)

Artikolu 3(1) sa (4)

Artikolu 3(4a)

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(6)

Artikolu 3(6)

Artikolu 3(7)

Artikolu 3(7)

Artikolu 3(8)

Artikoli 4 u 5

Artikoli 4 u 5

Artikolu 6(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 6(2), il-kliem introduttorju

Artikolu 6(2)

Artikolu 6(2), l-ewwel sal-ħdax-il inċiż

Anness VI

Artikoli 7 u 8

Artikoli 7 u 8

L-Artikolu 8a

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Anness I

Anness I

Anness Ia

Anness V

Anness III

Anness VII

Anness IV

Anness VIII

Anness V

Anness VI

Anness IX

Anness X


4.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 91/2011

tat-2 ta’ Frar 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Hofer Rindfleischwurst (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba tal-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Hofer Rindfleischwurst” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 138, 28.5.2010, p. 37.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Il-kategorija 1.2.   Prodotti magħmulin mil-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

IL-ĠERMANJA

Hofer Rindfleischwurst (IĠP)


4.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 92/2011

tat-3 ta’ Frar 2011

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Salame Piacentino (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tal-imsemmi Regolament, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja biex jiġu approvati xi emendi fl-elementi tal-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Salame Piacentino” rreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2), hekk kif ġie emendat mir-Regolament (KE) Nru 1263/96 (3).

(2)

Minħabba li l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4) skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi. Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppublikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li għandhom x’jaqsmu mad-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed jiġu approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19.

(4)  ĠU C 122, 11.5.2010, p. 17.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Il-kategorija 1.2.   Prodotti magħmulin mil-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

L-ITALJA

Salame Piacentino (DPO)


4.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 93/2011

tat-3 ta’ Frar 2011

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Fontina (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tal-imsemmi Regolament, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja biex jiġu approvati xi emendi fl-elementi tal-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Fontina” irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Minħabba li l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3) skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi. Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppublikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li għandhom x’jaqsmu mad-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed jiġu approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU C 123, 12.5.2010, p. 18.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Il-kategorija 1.3.   Il-ġobon

L-ITALJA

Fontina (DPO)


4.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 94/2011

tat-3 ta’ Frar 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Carciofo Spinoso di Sardegna (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba tal-Italja biex id-denominazzjoni “Carciofo Spinoso di Sardegna” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 149, 8.6.2010, p. 9.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.6:   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

L-ITALJA

Carciofo Spinoso di Sardegna (DPO)


4.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 95/2011

tat-3 ta’ Frar 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Arancia di Ribera (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba tal-Italja biex id-denominazzjoni “Arancia di Ribera” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 135, 26.5.2010, p. 29.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Il-kategorija 1.6:   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

L-ITALJA

Arancia di Ribera (DPO)


4.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 96/2011

tat-3 ta’ Frar 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Limone di Siracusa (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tal-imsemmi Regolament, it-talba tal-Italja biex id-denominazzjoni “Limone di Siracusa” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 135, 26.5.2010, p. 25.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Il-kategorija 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

L-ITALJA

Limone di Siracusa (IĠP)


4.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 97/2011

tat-3 ta’ Frar 2011

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Welsh Beef (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mir-Renju Unit għall-approvazzjoni tal-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Welsh Beef”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2066/2002 (3).

(2)

Minħabba li l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4), skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi. Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppublikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.

(3)  ĠU L 318, 21.11.2002, p. 4.

(4)  ĠU C 158, 18.6.2010, p. 12.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.1   Laħam frisk (u l-ġewwieni)

IR-RENJU UNIT

Welsh Beef (IĠP)


4.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 98/2011

tat-3 ta’ Frar 2011

li jemenda għall-144 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(5) (2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fid-17 ta' Jannar 2011 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda d-dejta ta' identifikazzjoni li tikkonċerna persuna fiżika waħda mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għaliha għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. Fit-22 ta' Jannar 2011, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi żewġ persuni fiżiċi minn dik il-lista.

(3)

L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Catherine ASHTON

Viċi-President


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(2)  L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandhom jitħassru:

(a)

“Ali Mohamed Abdul Aziz Al Zar’ani Al Fakhiri (magħruf ukoll bħala Ibn Al-Shaykh Al-Libi). Indirizz: Ajdabiya, Il-Libja. Data tat-twelid: 1963. Tagħrif ieħor: (a) Miżżewweġ lil Aliya al Adnan (ċittadina Sirjana), (b) Miżmuma fl-2001.”

(b)

Joko Pitono (magħruf ukoll bħala (a) Joko Pitoyo, (b) Joko Pintono, (c) Dulmatin, (d) Dul Matin, (e) Abdul Martin, (f) Abdul Matin, (g) Amar Umar, (h) Amar Usman, (i) Anar Usman, (j) Djoko Supriyanto, (k) Jak Imron, (l) Muktamar, (m) Novarianto, (n) Topel). Data tat-twelid: (a) 16.6.1970, (b) 6.6.1970. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Petarukan, Pemalang, Java Ċentrali, l-Indoneżja Nazzjonalità: Indoneżjana.

(2)

L-annotazzjoni “Tufail, Mohammed (magħruf ukoll bħala Tufail, S.M.; magħruf ukoll bħala Tufail, Sheik Mohammed); nazzjonalità: Pakistana” għandha tiġi mibdula b'li ġej:

“Mohammed Tufail (magħruf ukoll bħala (a) Tufail, S.M., (b) Tufail, Sheik Mohammed). Data tat-twelid: 5.5.1930. Nazzjonalità: Pakistana. Tagħrif ieħor: Serva bħala direttur ta' Ummah Tameer e-Nau (UTN). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 24.12.2001.”


4.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 99/2011

tat-3 ta’ Frar 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Frar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

91,2

JO

85,0

MA

58,0

TN

125,1

TR

102,9

ZZ

92,4

0707 00 05

JO

87,5

MA

100,1

TR

182,6

ZZ

123,4

0709 90 70

MA

52,1

TR

127,0

ZA

57,4

ZZ

78,8

0709 90 80

EG

82,2

ZZ

82,2

0805 10 20

AR

41,5

BR

41,5

EG

53,5

IL

67,8

MA

58,4

TN

58,3

TR

69,5

ZA

41,5

ZZ

54,0

0805 20 10

IL

171,2

MA

63,9

TR

79,6

ZZ

104,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

57,1

EG

57,7

IL

98,7

JM

82,9

MA

108,1

PK

51,1

TR

64,1

US

79,6

ZZ

74,9

0805 50 10

AR

45,3

EG

41,5

MA

56,7

TR

58,6

UY

45,3

ZZ

49,5

0808 10 80

BR

55,2

CL

90,0

CN

82,1

MK

42,6

US

114,4

ZZ

76,9

0808 20 50

CN

49,7

US

130,5

ZA

120,7

ZZ

100,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


4.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 100/2011

tat-3 ta’ Frar 2011

li jiffissa l-prezz minimu għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat għall-ħmistax-il stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 447/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(j), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2010 (2) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta’ proċedura tas-sejħiet għall-offerti, skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3).

(2)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b’risposta għal stediniet individwali għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz minimu tal-bejgħ jew għandha tiddeċidi li ma tiffissax prezz minimu tal-bejgħ, skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009.

(3)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b’risposta għall-ħmistax-il stedina individwali għall-offerti, għandu jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ.

(4)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas- Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-ħmistax-il stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament (UE) Nru 447/2010, li għaliha l-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fl-1 ta’ Frar 2011, il-prezz minimu tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat għandu jkun EUR 240,00/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Frar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 126, 22.5.2010, p. 19.

(3)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.


DEĊIŻJONIJIET

4.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/34


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta' Diċembru 2010

dwar l-għoti ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Irlanda

(2011/77/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 122(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Irlanda, reċentement, kienet taħt pressjoni dejjem akbar fir-rigward tas-swieq finanzjarji, li tirrefletti t-tħassib li qed jiżdied dwar is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi tal-Irlanda fid-dawl tal-miżuri komprensivi ta' appoġġ pubbliku lis-settur finanzjarju mdgħajjef. Minħabba l-esponiment eċċessiv għall-proġetti ta' proprjetà immobbli u ta' kostruzzjoni, is-sistema bankarja domestika ġarrbet telf kbir wara l-kollass ta' dawn is-setturi. Il-kriżi attwali fis-setturi ekonomiċi u bankarji kellha wkoll impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi tal-Irlanda, u b’hekk aggravat l-impatt tar-reċessjoni. It-tnaqqis fid-dħul fiskali kif ukoll iż-żieda fin-nefqa ċiklika, partikolarment, minħabba ż-żieda fil-qgħad, kollha kkontribwew għad-defiċit għoli tal-amministrazzjoni pubblika u għal żieda qawwija fid-dejn meta mqabbla mal-pożizzjonijiet favorevoli tagħhom qabel il-kriżi u dan minkejja l-implimentazzjoni, min-nofs l-2008, ta' ħames pakketti importanti ta' konsolidazzjoni fiskali. Miżuri ta' appoġġ għas-settur bankarju, inkluż injezzjonijiet kapitali sinifikanti, ikkontribbwew, b’mod qawwi, lejn id-deterjorazzjoni tal-pożizzjoni tal-finanzi pubbliċi. It-tħassib attwali dwar is-suq jirrefletti, primarjament, il-ħolqa inseparabbli bejn is-solvenza tas-sovran Irlandiz u s-sistema bankarja f’din il-kriżi; din wasslet għal żieda qawwija fir-rendiment mill-bonds sovrani, filwaqt li s-sistema bankarja domestika hija effettivament maqtugħa mill-finanzjament mis-suq internazzjonali.

(2)

Fid-dawl ta' dan it-tfixkil ekonomiku u finanzjarju gravi kkawżat minn okkorrenzi eċċezzjonali lil hinn mill-kontroll tal-gvern, l-awtoritajiet Irlandiżi talbu uffiċjalment assistenza finanzjarja mill-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) fil-21 ta' Novembru 2010 bl-għan li jiġi appoġġat ir-ritorn tal-ekonomija għal tkabbir sostenibbli, jiġi żgurat funzjonament tajjeb tas-sistema bankarja u tiġi mħarsal-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni u fiż-żona euro. Fit-28 ta' Novembru 2010, intlaħaq ftehim fuq livell tekniku rigward pakkett komprensiv ta' politika għall-perjodu 2010-2013.

(3)

L-abbozz tal-programm ta' aġġustament ekonomiku u finanzjarju (“il-Programm”) li ġie mressaq lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għandu l-għan li jerġa jikseb il-kunfidenza tas-suq finanzjarju fis-settur bankarju Irlandiż u s-sovran, u b’hekk jippermetti lill-ekonomija terġa’ lura għal tkabbir sostenibbli. Sabiex jintlaħqu dawn il-miri, il-programm jinkludi tliet elementi ewlenin. L-ewwel, strateġija għas-settur finanzjarju li tinkludi tnaqqis fundamentali fid-daqs, diżingranar kif ukoll riorganizzazzjoni tas-settur bankarju, flimkien ma' rikapitalizzazzjoni xierqa sal-livell meħtieġ. It-tieni, strateġija ambizzjuża ta' konsolidazzjoni fiskali, imsejsa fuq il-Pjan Nazzjonali ta' Rkupru 2011-2014 ippubblikat mill-awtoritajiet Irlandiżi fl-24 ta' Novembru 2010. Il-pjan ifassal miżuri dettaljati ta' konsolidazzjoni fiskali bl-għan li d-dejn gross pubbliku jaqbad, b’mod deċiż, perkors li jwassal għat-tnaqqis tiegħu fuq perjodu medju ta' żmien. L-awtoritajiet huma impenjati li jnaqqsu d-defiċit għal inqas minn 3 % tal-PDG sal-2015, l-iskadenza riveduta stabbilita mill-Kunsill fis-7 ta' Diċembru 2010. It-tielet, imsejjes ukoll fuq il-Pjan Nazzjonali ta' Rkupru, il-programm jistabbilixxi aġenda ambizzjuża ta' riforma strutturali, l-aktar għas-suq tax-xogħol, bl-għan li jiġi ffaċilitat l-aġġustament u jissaħħaħ il-potenzjal ta' tkabbir tal-ekonomija. L-awtoritajiet qed jitolbu assistenza finanzjarja mill-Unjoni, mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, u self bilaterali mir-Renju Unit, l-Isvezja u d-Danimarka kif ukoll mill-FMI bħala appoġġ għal dan il-pakkett ta' politika ambizzjuż.

(4)

Fl-ambitu tal-projezzjonijiet attwali tal-Kummissjoni għat-tkabbir nominali tal-PDG (1,4 % fl-2011, 2,7 % fl-2012 u 3,8 % fl-2013), il-perkors għall-aġġustament fiskali speċifikat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 2010 bil-ħsieb li ġġib fi tmiema s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv fl-Irlanda, huwa konsistenti mal-perkors għal proporzjon ta' dejn mal-PDG ta' 98,9 % fl-2010, 113,5 % fl-2011, 120,0 % fl-2012 u 121,8 % fl-2013. Għaldaqstant, il-proporzjon tad-dejn mal-PDG ikun stabbilizzat fl-2013 u, minn hemm ‘il quddiem, jaqbad perkors biex jitnaqqas, dejjem jekk ikun hemm progress ulterjuri fit-tnaqqsis tad-defiċit. Id-dinamiki tad-dejn huma effettwati minn bosta operazzjonijiet “barra mill-baġit”, fejn huwa pprojettat li se jżidu l-proporzjon tad-dejn mal-PDG b’5,3 punti perċentwali (pps.) fl-2011 u 0,8 pps. tal-PDG fl-2012 u jnaqqsuh b’1,3 pps. tal-PDG fl-2013. Dawn jinkludu injezzjoni kapitali fil-banek ipprojettata għall-2011, tnaqqis fir-riservi ta' flus u d-differenzi bejn il-pagamenti ta' mgħax abbażi tad-dovuti u abbażi ta' xi tħallas.

(5)

Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni, b’koordinazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), hija li l-Irlanda teħtieġ finanzjament b’ammont totali ta' EUR 85 biljun (85 000 miljun) għall-perjodu bejn Diċembru 2010 sa tmiem l-2013. Minkejja l-aġġustament fiskali sinifikanti, id-distakk fil-finanzjament għas-sovran jista’ jammonta għal EUR 50 biljun matul il-perjodu tal-Programm. Dan jassumi li d-dejn fit-tul se jiġġedded b’rata ta' 0 % sal-aħħar tal-2011, 20 % fl-2012 u 80 % fl-2013. Qed isiru wkoll ipoteżi konservattivi dwar tiġdid ta' dejn fuq perjodu ta' żmien qasir. L-istrateġija għas-settur finanzjarju inkluża fil-programm biex tinkiseb lura l-kunfidenza fis-sistema bankarja Irlandiża fuq bażi sostenibbli tinkludi skema ta' appoġġ bankarju sa EUR 35 biljun. Din tinkludi injezzjoni kapitali immedjata sa EUR 10 biljun fil-banek magħżula sabiex il-proporzjon tal-kapital ewlieni Tier-1 tagħhom jilħaq livell ta' 12 %, filwaqt li jiġu ffinanzjati miżuri bikrija ta' appoġġ għat-diżingranar u jitqies telf impost fuq self addizzjonali li għandu jiġi trasferit lill-Aġenzija Nazzjonali ta' Ġestjoni tal-Assi (National Asset Management Agency (NAMA). Il-provvisti ulterjuri ta' kapital kontinġenti ta' EUR 25 biljun għandhom jiżguraw li l-banek huma kapaċi li jissodisfaw rekwiżiti attwali u futuri ta' kapital. Madankollu, ħtiġijiet attwali ta' finanzjament jistgħu jkunu sostanzjalment inqas, b’mod partikolari, jekk il-kundizzjonijiet tas-suq jitjiebu b’mod sinifikanti u ma jseħħ l-ebda telf bankarju gravi mhux mistenni waqt il-perjodu tal-Programm.

(6)

Il-Programm ikun iffinanzjat permezz ta' kontribuzzjonijiet minn sorsi esterni u l-użu tal-ilqugħ finanzjarji Irlandiżi. L-assistenza tal-Unjoni lill-Irlanda tista’ tilħaq sa EUR 22,5 biljun fl-ambitu tal-mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja (EFSM) stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 407/2010. Din tkun parti mill-appoġġ totali pprovdut mill-isħab Ewropej tal-Irlanda li jammonta għal EUR 45 biljun. Flimkien mal-appoġġ mogħti mill-EFSM, is-self lill-Irlanda mill-pajjiżi sħab tal-Unjoni jinkludi kontribuzzjonijiet mill-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EUR 17,7 biljun), u appoġġ ta' self bilaterali mir-Renju Unit, l-Isvezja u d-Danimarka (total ta' EUR 4,8 biljun). Flimkien ma' dan, l-Irlanda talbet self mill-FMI ta' 19.5 biljun fi Drittijiet Speċjali ta' Kreditu (ekwivalenti għal EUR 22.5 biljun) fl-ambitu tal-Faċilità ta' Fond Estiż. Il-kontribuzzjoni Irlandiża tkun ta' EUR 17,5 biljun li se tiġi ffinanzjata minn kontribuzzjoni Irlandiża permezz tar-riserva ta' flus eżistenti tat-Teżor u kontribuzzjonijiet mill-Fond ta' Riserva Nazzjonali għall-Pensjonijiet (NPRF). L-appoġġ mill-EFSM irid jiġi pprovdut fuq termini u kundizzjonijiet simili għal dawk tal-FMI.

(7)

Il-Kunsill għandu jirrevedi fuq bażi regolari l-politika ekonomika implimentata mill-Irlanda, b’mod partikolari, fil-kuntest tar-reviżjonijiet annwali tal-aġġornament mill-Irlanda tal-programm ta' stabbiltà u l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta' Riforma, kif ukoll fl-ambitu tal-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv.

(8)

L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun ġestita mill-Kummissjoni. Il-kundizzjonijiet ekonomiċi speċifiċi miftehma mal-Irlanda għandhom jiġu stipulati f’Memorandum ta' Ftehim dwar Kondizzjonalità Ekonomika Speċifika (“il-Memorandum ta' Ftehim”). It-termini finanzjarji dettaljati għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni fil-Ftehim dwar Faċilità ta' Self.

(9)

Il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-BĊE, għandha tivverifika f’intervalli regolari li l-kundizzjonijijet ta' politika ekonomika marbutin mal-assistenza jiġu ssodisfati permezz ta' missjonijiet u rappurtar regolari mill-awtoritajiet Irlandiżi kull tliet xhur.

(10)

Matul l-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni għandha tipprovdi konsulenza politika addizzjonali kif ukoll assistenza teknika f’oqsma speċifiċi.

(11)

L-operazzjonijiet li l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni tgħin fil-finanzjament tagħhom għandhom ikunu kompattibbli mal-politika tal-Unjoni u jkunu konformi mal-liġi tal-Unjoni. Interventi ta' appoġġ għall-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jitwettqu skont ir-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni.

(12)

L-assistenza għandha tiġi pprovduta bl-għan li tiġi appoġġata l-implimentazzjoni b’suċċess tal-Programm.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Unjoni għandha tagħmel disponibbli self lill-Irlanda li jammonta għal massimu ta' EUR 22,5 biljun, b’maturità medja massima ta' 7½ snin.

2.   L-assistenza finanzjarja għandha tkun disponibbli għal tliet snin, li jibdew mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

3.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni għall-Irlanda f’massimu ta' 13-il ħlas parzjali. L-iżborż ta' kull ħlas parzjali jista’ jsir f’parti waħda jew aktar. Il-maturitajiet tal-partijiet taħt l-ewwel ħlas parzjali ma jistgħux ikunu itwal mill-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, il-maturitajiet ta' partijiet ulterjuri se jkunu stabbiliti b’tali mod li l-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1 tintlaħaq ladarba jsir l-iżborż tal-ħlasijiet parzjali kollha.

4.   L-ewwel ħlas parzjali għandu jiġi rilaxxat suġġett għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar is-Self u l-Memorandum ta' Ftehim. Kwalunkwe rilaxx ta' self sussegwenti għandu jkun fuq kundizzjoni ta' evalwazzjoni ta' fuq tlett xhur favorevoli mill-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-BĊE, tal-konformità tal-Irlanda mal-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika ġenerali kif definiti b’din id-Deċiżjoni u bil-Memorandum ta' Ftehim.

5.   L-Irlanda għandha tħallas il-kost reali tal-finanzjament tal-Unjoni għal kull parti flimkien ma' marġini ta' 292,5 punti bażi, li jirriżultaw f’kundizzjonijiet simili għal dawk tal-appoġġ mill-FMI.

6.   Flimkien ma' dan, l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 407/2010 għandhom jitħallsu mill-Irlanda.

7.   Jekk meħtieġ sabiex jiġi ffinanzjat is-self, għandu jkun permess l-użu prudenti ta' skambji tar-rata tal-interess ma' kontropartijiet tal-ogħla kwalità ta' kreditu.

8.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq id-daqs u r-rilaxx ta' ħlasijiet parzjali ulterjuri. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar id-daqs ta' kull parti.

Artikolu 2

1.   L-assistenza għandha tiġi ġestita mill-Kummissjoni b’mod konsistenti mal-impenji tal-Irlanda u ma' rakkomandazzjonijiet mill-Kunsill, b’mod partikolari r-Rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Irlanda fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta' Riforma kif ukoll fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Patt dwar l-Istabbiltà u t-Tkabbir.

2.   Il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-BĊE, għandha taqbel mal-awtoritajiet Irlandiżi dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi ta' politika ekonomika marbutin mal-assistenza finanzjarja, kif stipulati fl-Artikolu 3. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jiġu stipulati fil-Memorandum ta' Ftehim konsistenti mal-impenji u r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. It-termini finanzjarji dettaljati għandhom jiġu stipulati fi Ftehim dwar Faċilità ta' Self li jiġi miftiehem mal-Kummissjoni.

3.   Il-Kummissjoni, b'konsultazzjoni mal-BĊE, għandha tivverifika f’intervalli regolari li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijijet ta' politika ekonomika marbuta mal-assistenza. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet Irlandiżi għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-Kummissjoni u mal-BĊE, u għandhom ipoġġu kull tagħrif meħtieġ għad-dispożizzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju infurmat dwar il-possibbiltà ta' rifinanzjament tas-self jew ir-ristrutturar tal-kundizzjonijiet finanzjarji.

4.   L-Irlanda għandha tadotta u timplimenta miżuri addizzjonali ta' konsolidazzjoni biex tiżgura l-istabbiltà makrofinanzjarja, jekk ikun il-każ li dawn il-miżuri jkunu neċessarji matul il-programm ta' assistenza. L-awtoritajiet Irlandiżi għandhom jikkonsultaw lill-Kummissjoni qabel jadottaw xi miżuri addizzjonali bħal dawn.

Artikolu 3

1.   Il-programm ta' aġġustament ekonomiku u finanzjarju (“il-Programm”) ippreparat mill-awtoritajiet Irlandiżi huwa hawnhekk approvat.

2.   L-iżborż ta' kull ħlas parzjali ulterjuri għandu jsir fuq il-bażi ta' implimentazzjoni sodisfaċenti tal-Programm li ser jiġi inkluż fil-Programm ta' Stabbiltà tal-Irlanda, fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma u, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet speċifiċi ta' politika ekonomika stabbiliti fil-Memorandum ta' Ftehim. Dawn għandhom jinkludu, inter alia, il-miżuri pprovduti fil-paragrafi 4 sa 9 ta' dan l-Artikolu.

3.   Id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika m’għandhux jaqbeż l-10,6 % tal-PDG ipprojettat għall-2011, 8,6 % tal-PDG fl-2012 u 7,5 % tal-PDG fl-2013, sabiex l-Irlanda titqiegħed fuq il-perkors li jwassal għal tnaqqis fid-defiċit għal taħt it-3 % tal-PDG sal-2015. Il-perkors ipprojettat għad-defiċit annwali ma jinkludix l-effett dirett possibbli ta' miżuri potenzjali ta' appoġġ lill-banek fil-kuntest tal-istrateġija tal-gvern għas-settur finanzjarju kif stabbilita fil-Memorandum ta' Politika Ekonomika u Finanzjarja u speċifikata fil-Memorandum ta' Ftehim li għandu jiġi ffirmat mill-Kummissjoni u l-awtoritajiet Irlandiżi. Minbarra dan, il-perkors huwa konsistenti mal-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni (Eurostat) dwar it-trattament kontabilistiku taż-żmien ta' reġistrazzjoni (ESA 95) tal-pagamenti ta' imgħax fuq ċedoli pagabbli lill-Anglo-Irish Bank (2), b’tali mod li reviżjoni ta' dik l-opinjoni tirriżulta f’reviżjoni tal-perkors għad-defiċit.

4.   L-Irlanda għandha tadotta l-miżuri speċifikati fil-paragrafi 7 sa 9 qabel tmiem is-sena indikata, bl-iskadenzi eżatti għas-snin 2011-2013 speċifikati fil-Memorandum ta' Ftehim li għandu jiġi iffirmat bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Irlandiżi. L-Irlanda għandha tkun lesta li twettaq miżuri addizzjonali ta' konsolidazzjoni biex tnaqqas id-defiċit għal inqas minn 3 % tal-PDG sal-2015 f’każ li jseħħu riskji negattivi għall-miri għad-defiċit imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

5.   Bl-għan li tinkiseb lura l-kunfidenza fis-settur finanzjarju, l-Irlanda għandha tirrikapitalizza b’mod xieraq, twettaq diżingranar malajr u tirristruttura bir-reqqa s-sistema bankarja kif stabbilit fil-Memorandum ta' Ftehim. F’dak ir-rigward, l-Irlanda għandha tiżviluppa u taqbel mal-Kummissjoni Ewropea, l-BĊE u l-FMI stateġija għall-istruttura, il-funzjonament u l-vijabbiltà futura tal-istituzzjonjiet ta' kreditu Irlandiżi li ser tidentifika kif ser jiġi assigurat li huma kapaċi joperaw mingħajr għajnuna tal-istat ulterjuri. B’mod partikolari, l-Irlanda għandha:

(a)

tieħu azzjoni sabiex tiżgura li l-Allied Irish Banks, il-Bank of Ireland, l-Educational Building Society u l-Irish Life and Permanent jiġu rrikapitalizzati, jekk meħtieġ, fil-forma ta' ekwità sabiex jiġi żgurat li jinżamm ir-rekwiżit ta' kapital minimu ta' 10,5 % tal-kapital ewlieni Tier-1, abbażi tar-riżultati tal-Analiżi dwar l-Adegwatezza Kapitali Prudenzjali għall-2011;

(b)

timplimenta fl-iqsar żmien possibbli d-diżvestiment tal-partiċipazzjonijiiet fil-banek li nkisbu matul il-kriżi, b’tali mod li jkun kompatibbli mal-istabbiltà finanzjarja u mal-kunsiderazzjonijiet dwar il-finanzi pubbliċi;

(c)

timplimenta pjan speċifiku għar-riżoluzzjoni tal-Anglo Irish Bank u l-Irish Nationwide Building Society, li jipprova jiminimizza t-telf ta' kapital b’konsegwenza tat-tħaddim ta' dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu li mhumiex vijabbli.

(d)

sa tmiem l-2010, tissottometti abbozz leġiżlattiv lill-Oireachtas (Parlament) dwar l-istabilizzazzjoni finanzjarja u r-ristrutturar tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li ser, inter alia, tindirizza l-qsim tal-piż minn detenturi ta' bonds ta' dejn subordinat.

(e)

sa tmiem ta' Marzu 2011, tissottometti abbozz leġiżlattiv lill-Oireachtas dwar reġim ta' riżoluzzjoni speċjali għall-banek u s-soċjetajiet tal-bini, u kundizzjonijet imtejba għall-intervent kmieni f’banek li jkunu jinsabu f’diffikultà mill-Bank Ċentrali Irlandiż.

6.   L-Irlanda għandha tadotta l-miżuri li ġejjin qabel tmiem l-2010:

L-adozzjoni ta' baġit għall-2011 li jinkludi miżuri ta' konsolidazzjoni fiskali b’ammont totali ta' EUR 6 biljun bl-għan li jitnaqqas id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika fil-qafas ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 3. Il-baġit għandu jinkludi miżuri ta' dħul sabiex jinġabru, mill-inqas, EUR 1,4 biljun fl-2011, u li għandhom jinkludu t-tnaqqis tal-faxex tat-taxxa fuq l-introjtu u krediti jew miżuri ekwivalenti li jrendu EUR 945 000 000 fl-2011; tnaqqis fil-ħelsien mit-taxxa fuq il-pensjoni u tnaqqis ieħor marbut mal-pensjoni li jrendu EUR 155 000 000 fl-2011; tnaqqis fl-infiq ġenerali fuq it-taxxa li jrendi EUR 220 000 000 fl-2011; żieda fis-sisa u miżuri fiskali mixxellanji li jrendu EUR 80 000 000 fl-2011. Flimkien ma' dawn, il-baġit għandu jispeċifika li l-gvern se jfassal metodi biex irendi, mill-inqas, EUR 700 000 000 f’miżuri ta' darba u miżuri oħra matul l-2011. Il-baġit se jinkludi wkoll tnaqqis fin-nefqa kurrenti fl-2011 ta' mill-inqas, EUR 2,09 biljun, inkluż: tnaqqis fin-nefqa għal protezzjoni soċjali; tnaqqis fl-impjiegi mas-servizz pubbliku; tnaqqis fil-pensjonijiet eżisteni għas-servizz pubbliku fuq bażi progressiva b’medja li taqbeż l-4 %; tfaddil fuq infiq ieħor inkluż tnaqqis fl-infiq fuq oġġetti u servizzi u f’pagamenti oħra ta' trasferiment; tnaqqis ta' mill-inqas EUR 1,8 biljun fin-nefqa kapitali pubblika meta mqabbla mal-pjanijiet għall-2011. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, għandhom jiġu kkunsidrati miżuri oħra li jżidu tfaddil komparabbli, b’konsultazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni.

7.   L-Irlanda għandha tadotta l-miżuri li ġejjin matul l-2011, skont l-ispeċifikazzjoni fil-Memorandum ta' Ftehim:

(a)

tnaqqis ta' 10 % fil-paga ta' impjegati ġodda mas-servizz pubbliku. Il-gvern Irlandiż għandu jikkunsidra wkoll aġġustament xieraq, li jinkludi l-kost tal-pagi tas-servizz pubbliku, sabiex jiġu kkumpensati nuqqasijiet potenzjali fit-tfaddil ipprojettat bħala riżultat ta' ineffiċjenzi amministrattivi u tnaqqis fin-numri tas-servizz pubbliku;

(b)

l-adozzjoni ta' baġit għall-2012 li jinkludi miżuri ta' konsolidazzjoni fiskali li jammontaw għal tal-anqas EUR 3,6 biljun bl-għan li jitnaqqas id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika fil-qafas ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 3(3). L-abbozz tal-baġit għandu, b’mod partikolari, jinkludi miżuri ta' dħul li jrendu EUR 1,5 biljun f’sena sħiħa inkluż, inter alia, tnaqqis fil-faxex tat-taxxa fuq l-introjtu personali u krediti; tnaqqis fil-ħelsien mit-taxxa fuq pensjonijiet privati; tnaqqis fl-infiq ġenerali fuq it-taxxa; taxxa ġdida dwar il-proprjetà; riforma fit-taxxa fuq il-qligħ kapitali u t-taxxa fuq l-akkwisti kapitali; u, żieda fit-taxxa fuq il-karbonju. Dan il-baġit għandu jipprovdi għal tnaqqis fl-infiq fl-2012 ta' EUR 2,1 biljun, inkluż tnaqqis fin-nefqa soċjali; tnaqqis fl-impjiegi mas-settur pubbliku; aġġustamenti fil-pensjonijiet tas-settur pubbliku u f’nefqa oħra stipulata fil-Programm; u tnaqqis fl-infiq kapitali;

(c)

il-finalizzazzjoni ta' valutazzjoni indipendenti tat-trasferiment tar-responsabbiltà tal-provvista tas-servizzi tal-ilma mill-awtoritajiet lokali lil entità għall-provvista tal-ilma, u l-preparazzjoni ta' proposti għall-implimentazzjoni bl-għan li tibda tkun responsabbli għall-iffatturar mill-2012-2013;

(d)

l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni sabiex tiżdied l-età tal-pensjoni tal-istat għal 66 sena fl-2014, 67 fl-2021, u 68 fl-2028, bl-għan li tissaħħaħ is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. Minbarra dan, id-drittijiet għall-pensjoni għall-impjegati ġodda mas-servizz pubbliku għandhom jiġu riformati b’effett mill-2011. Dan għandhu jinkludi reviżjoni tal-irtirar aċċellerat għal ċerti kategoriji ta' impjegati pubbliċi u indiċjar tal-pensjonijiet għall-prezzijiet tal-konsumatur. Il-pensjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq introjti medji matul il-karriera. L-età tal-irtirar għal impjegati ġodda għandha tkun marbuta mal-età tal-irtirar għall-pensjoni tal-istat;

(e)

l-adozzjoni ta' miżuri li jsaħħu strateġija baġitarja kredibbli u l-qafas baġitarju. L-Irlanda għandha tadotta u timplimenta r-regola fiskali li kwalunkwe dħul addizzjonali mhux ippjanat matul il-perijodu 2011-l-2015, se jiġi allokat għat-tnaqqis tad-defiċit u d-dejn. Skont il-proposta stabbilita fil-Pjan ta' Rkupru Nazzjonali 2011-2014, l-Irlanda għandha tistabbilixxi kunsill baġitarju konsultattiv li jipprovdi valutazzjoni indipendenti dwar il-pożizzjoni u previżjonijiet baġitarji tal-gvern. L-Irlanda għandha tadotta liġi dwar ir-responsabbiltà fiskali li tintroduċi qafas ta' infiq fuq perjodu ta' żmien medju b’limiti multiannwali vinkolanti fuq l-infiq f’kull qasam. Din għandha tiġi adottata waqt li jitqiesu kwalunkwe riformi dwar governanza ekonomika riveduta fuq il-livell tal-Unjoni u għandha tibni fuq ir-riformi eżistenti;

(f)

L-Irlanda għandha tadotta bidliet leġiżlattivi biex jitneħħew restrizzjonijiet fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni f’setturi protetti inklużi, il-professjoni legali, is-servizzi mediċi u l-professjonijiet relatati mal-farmaċewtika;

(g)

ir-rikapitalizzazzjoni tal-banek domestiċi Irlandiżi sa livell inizjali ta' 12 % ta' kapital ewlieni tier 1, billi jitqiesu telf impost fuq self addizzjonali li għandu jiġi trasferit lin-NAMA u finanzjament ta' diżingranar bikri billi jkunu disponibbli EUR 10 biljun fis-sistema. Ir-rikapitalizzazzjoni għandha tieħu l-forma ta' ishma ta' ekwità (jew strumenti ekwivalent għall-Educational Building Society).

(h)

l-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni li tirriforma l-paga minima b’tali mod li tkattar il-ħolqien tal-impjiegi and taġixxi b’mod li tipprevjeni distorsjonijiet ikkaġunati minn pagi minimi settorjali, u impenn, bi ftehim mal-Kummissjoni, li titwettaq reviżjoni indipendenti tal-qafas ta' Ftehimiet ta' Impjiegi Reġistrati u l-Ordnijiet ta' Regolamentazzjoni ta' Impjiegi;

(i)

riforma tas-sistema tal-benefiċċju tal-qgħad sabiex jissaħħu l-inċentivi għal ħruġ bikri mill-qgħad. Miżuri ta' attivazzjoni għandhom jiġu msaħħa billi jiġu identifikati aħjar il-ħtiġijiet ta' dawk li qegħdin ifittxu mpjieg, u jiġu żviluppati sanzjonijiet biex jiġu żgurati t-tfittxija għal impjieg u t-taħriġ min-naħa tal-benefiċarji; din għandha tkun appoġġata minn monitoraġġ aktar effettiv. Il-mekkaniżmu tas-sanzjonijiet għandu jkun stabbilit b’tali mod li jwassal għal telf effettiv fl-introjtu mingħajr ma jippenalizza b’mod eċċessiv;

(j)

il-pubblikazzjoni ta' reviżjoni bir-reqqa tas-sistema ta' dejn personali u l-bidu tal-ħidma fuq riforma ta' leġiżlazzjoni li se tibbilanċja l-interessi kemm tal-kredituri kif ukoll tad-debituri;

(k)

il-preparazzjoni ta' rapport li jipprovdi valutazzjoni indipendenti tas-setturi tal-elettriku u tal-gass sabiex jassiti l-bżonnijiet ta' finanzjament pubbliku kif ukoll sabiex tiżdied il-kompetizzjoni. L-awtoritajiet Irlandiżi għandhom jikkonsultaw lill-Kummissjoni dwar ir-riżultat ta' din il-valutazzjoni bl-għan li jiġu stabbiliti miri xierqa;

(l)

it-tisħiħ tal-kompetizzjoni fis-swieq miftuħa; il-leġiżlazzjoni għandha tiġi riformata sabiex tiġġenera deterrenza aktar kredibbli billi jkunu previsti l-impożizzjoni possibbli ta' multi jew sanzjonijiet oħra f’ każijiet li jikkonċernaw il-kompetizzjoni. Flimkien ma' dan, ikun meħtieġ li l-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni jidentifikaw setturi li huma effettivament barra mill-ambitu tal-liġi dwar il-kompetizzjoni u li jidentifikaw proċessi sabiex jiġu indirizzati dawk l-esklużjonijiet;

(m)

jiġi mħeġġeġ it-tkabbir fis-settur tal-bejjiegħa; il-gvern se jwettaq studju biex jeżamina l-impatt ekonomiku tal-eliminazzjoni tad-distakk attwali fid-daqs tas-siti tal-bejgħ bl-għan li tissaħħaħ il-kompetizzjoni u jonqsu l-prezzijiet għall-konsumaturi. L-implimentazzjoni tal-politika tal-istudju se tiġi diskussi mal-Kummissjoni.

8.   L-Irlanda għandha tadotta l-miżuri li ġejjin matul l-2012, skont l-ispeċifikazzjonjijiet fil-Memorandum ta' Ftehim:

(a)

l-adozzjoni ta' baġit għall-2013, inkluż miżuri ta' konsolidazzjoni fiskali li jammontaw, mill-inqas, għal EUR 3,1 biljun bl-għan li jitnaqqas id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika fil-qafas ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 3(3). B’mod partikolari, il-baġit għandu jinkludi miżuri ta' dħul sabiex jinġabar, mill-inqas, EUR 1,1 biljun (li jinkludi r-riport mill-2012), inkluż: tnaqqis fil-faxex ta' taxxa fuq l-introjtu personali u krediti; tnaqqis fil-ħelsien mit-taxxa fuq pensjonijiet privati; tnaqqis fl-infiq ġenerali fuq it-taxxa u l-introduzzjoni ta' taxxa fuq il-proprjetà. Il-baġit għandu jinkludi wkoll tnaqqis fin-nefqa fl-2013 ta' mill-inqas, EUR 2 biljun, inkluż: tnaqqis fin-nefqa għal protezzjoni soċjali; tnaqqis fl-impjiegi mas-servizz pubbliku; aġġustament fil-pensjonijiet tas-servizz pubbliku; tnaqqis fin-nefqa stipulata fil-Programm; u tnaqqis fl-infiq kapitali;

(b)

it-tressiq ta' leġiżlazzjoni lill-Oireachtas sabiex issir riforma tas-sistema tad-dejn personali bl-għan li jiġi żgurat bilanċ aħjar bejn l-interessi tal-kredituri kif ukoll tad-debituri.

9.   Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni bla xkiel tal-kundizzjonalità tal-Programm u sabiex l-iżbilanċi jerġgħu lura f’livelli sostenibbli, il-Kummissjoni għandha tipprovdi pariri u gwida kontinwi dwar riformi fiskali, dawk tas-suq finanzjarju kif ukoll dawk strutturali. F il-qafas tal-assistenza li ser iġi provduta lill-Irlanda, flimkien mal-FMI u b’koordinazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew, hija għandha tirrevedi perjodikament l-effikaċja u l-impatt ekonomiku u soċjali tal-miżuri miftiehma, u għandha tirrakkomanda korrezzjonijiet meħtieġa bl-għan li jissaħħu t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, tiġi żgurata l-konsolidazzjoni fiskali meħtieġa u jiġu minimizzati impatti soċjali li jagħmlu ħsara, b’mod partikolari, fir-rigward tal-aktar membri vulnerabbli tas-soċjetà Irlandiża.

Artikolu 4

L-Irlanda għandha tiftaħ kont speċjali mal-Bank Ċentrali tal-Irlanda għall-ġestjoni tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SCHAUVLIEGE


(1)  ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.

(2)  Ara http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page/portal/government_finance_statistics/methodology/advice_member_states


4.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Frar 2011

dwar ċerti miżuri biex jipprevjenu t-trażmissjoni tal-vajrus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer mir-Russja lejn l-Unjoni

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 503)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/78/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari t-tielet inċiż tal-Artikolu 22(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa infezzjoni virali kuntaġġuża ħafna tal-ħnieżer domestiċi u tal-ħnieżer selvaġġi, b’potenzjal ta’ tifrix serju u rapidu ħafna, irrispettivament mill-fruntieri nazzjonali.

(2)

Ir-Russja ilha mill-2007 tirrapporta bosta tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi u l-ħnieżer selvaġġi madwar il-pajjiż kollu.

(3)

F’Jannar 2011 ġiet irrappurtata tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer viċin il-fruntiera tal-Unjoni, fir-reġjun ta’ San Pietruburgu. Il-preżenza ta’ din il-marda hekk viċin il-fruntiera tal-Unjoni tikkostitwixxi riskju serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem fl-Unjoni.

(4)

It-trasportatur għandu jiżgura li għal kull tip ta’ vettura użata għall-ġarr tal-bhejjem jinżamm reġistru bl-informazzjoni dwar it-tindif u d-diżinfezzjoni, għall-perjodu minimu ta’ tliet snin skont id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (2).

(5)

L-importazzjoni tal-ħnieżer u tal-prodotti mil-laħam tal-ħnieżer mhijiex permessa mir-Russja, madankollu l-vajrus li jikkawża l-marda jippersisti wkoll f’ambjent ikkontaminat barra l-annimal li jkollu l-marda u jista’ jiddaħħal fl-Unjoni permezz ta’ vetturi li jkunu ttrasportaw il-ħnieżer.

(6)

Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu adottati ċerti miżuri ta’ ħarsien f’livell tal-Unjoni li jikkunsidraw ir-riskju tal-firxa tal-marda, is-sopravivenza tal-vajrus fl-ambjent u fir-rotot potenzjali għat-trażmissjoni tagħha. B’mod partikolari, huwa meħtieġ li jkun żgurat li l-vetturi li jittrasportaw il-ħnieżer li jidħlu fl-Unjoni mir-Russja jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati kif xieraq.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, “għall-ġarr tal-bhejjem” tfisser kwalunkwe vettura li qed tintuża jew li ntużat għall-ġarr tal-ħnieżer.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mal-wasla mir-Russja fil-punt tad-dħul fit-territorju tal-Unjoni, l-operatur jew is-sewwieq ta’ vettura għall-ġarr tal-bhejjem jipprovdi informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li turi li l-vettura tnaddfet u ġiet diżinfettata wara l-aħħar ħatt tal-ħnieżer.

Din l-informazzjoni tista’ titressaq fil-forma ta’ dikjarazzjoni kif stipulat fl-Anness I jew fi kwalunkwe forma ekwivalenti oħra. Jekk l-informazzjoni titressaq f’xi forma oħra, għandha tkopri l-punti stipulati f’dak l-Anness. L-oriġinal tad-dikjarazzjoni għandu jinżamm mill-awtorità kompetenti filwaqt li l-kopja tinżamm mill-operatur/mis-sewwieq tal-vettura għall-ġarr tal-bejjem.

Artikolu 3

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-punt tad-dħul fl-Unjoni għandha tivverifika l-vetturi tal-bhejjem li jidħlu fit-territorju tal-Unjoni mir-Russja, biex tiddetermina jekk tnaddfux u ġewx diżinfettati b’mod sodisfaċenti.

Jekk it-tindif u d-diżinfezzjoni twettqu b’mod sodisfaċenti, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat skont il-mudell stipulat fl-Anness II. L-oriġinal taċ-ċertifikat għandu jinżamm mill-operatur/mis-sewwieq tal-vettura għall-ġarr tal-bhejjem u l-kopja tiegħu tinżamm mill-awtorità kompetenti.

Jekk it-tindif u d-diżinfezzjoni ma twettqux b’mod sodisfaċenti, l-awtorità kompetenti tista:

(a)

tirrifjuta d-dħul tal-vettura għall-ġarr tal-bhejjem fit-territorju tal-Unjoni; jew

(b)

tordna li l-vettura għall-ġarr tal-bhejjem titnaddaf u tiġi diżinfettata kif xieraq f’post innominat mill-awtorità kompetenti, viċin kemm jista’ jkun tal-punt ta’ dħul fit-territorju tal-Unjoni fl-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(2)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.


ANNESS I

Mudell tad-dikjarazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-operatur/mis-sewwieq tal-vettura għall-ġarr tal-bhejjem

Jien, l-operatur/is-sewwieq tal-vettura għall-ġarr tal-bhejjem … niddikjara li:

(daħħal in-numru tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni)

il-ħatt l-aktar riċenti tal-bhejjem sar fi:

Pajjiż, reġjun, post

Data

(jj.xx.ss)

Ħin

(ss:mm)

 

 

 

 

wara l-ħatt, il-vettura għall-ġarr tal-bhejjem tnaddfet u ġiet diżinfettata. It-tindif u d-diżinfezzjoni kienu jinkludu l-kompartiment tal-bhejjem, ir-rampa tal-ħatt, ir-roti u l-kabina tas-sewwieq kif ukoll il-ħwejjeġ u ż-żraben protettivi użati matul il-ħatt.

It-tindif u d-diżinfezzjoni twettqu fi:

Pajjiż, reġjun, post

Data

(jj.xx.ss)

Ħin

(ss:mm)

 

 

 

 

id-diżinfettant intuża skont il-konċentrazzjonijiet rikkmandati mill-manifattur (indika s-sustanza u l-konċentrazzjoni): …

Data

Post

Firma tal-operatur/tas-sewwieq

 

 

 

Isem l-operatur/is-sewwieq tal-vettura għall-ġarr tal-bhejjem u l-indirizz kummerċjali (f’ittri kbar) …


ANNESS II

Ċertifikat tat-tindif u d-diżinfezzjoni tal-vetturi għall-ġarr tal-bhejjem użati għall-ġarr tal-ħnieżer u li jidħlu fit-territorju tal-Unjoni mir-Russja

Jien, li hawn taħt jidher ismi niċċertifika uffiċjalment li llum spezzjonajt:

1.

il-vettura/i għall-ġarr tal-bhejjem bil-pjanċa/i tar-reġistrazzjoni … u permezz ta’ kontroll viżwali niċċertifika li ż-żona ta’ tagħbija tnaddfet kif xieraq.

(daħħal in-numru/i tal-pjanċa/i tar-reġistrazzjoni)

2.

din l-informazzjoni mressqa fil-forma ta’ dikjarazzjoni kif stipulat fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/78/UE jew fi kwalunkwe forma ekwivalenti oħra li tkopri l-punti stipulati fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/78/UE.

Data

Ħin

Post

Awtorità kompetenti

Firma tal-uffiċjal (1)

 

 

 

 

 

Timbru:

Isem f’ittri kbar:


(1)  Il-kulur tat-timbru u tal-firma għandu jkun differenti minn dak użat għall-istampar.