ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.027.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 27

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
1 ta' Frar 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/58/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim

1

 

 

2011/59/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, ta’ Ftehim fil-forma ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, minn naħa l-oħra

2

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2011 tat-28 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd għall-inċova fiż-żona VIII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 73/2011 tat-28 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-aringi fl-ilmijiet tal-UE u dawk Norveġiżi taż-żona IV fit-Tramuntana ta’ 53° 30′ N minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 74/2011 tat-28 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-merluzz fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I u IIb minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 75/2011 tat-28 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-marlin blu fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 76/2011 tat-28 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-Komunità u f'dawk li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi taż-żoni VIII, IX u X minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 77/2011 tat-28 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi taż-żoni V, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 78/2011 tat-28 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żoni VIIIa u VIIIb minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 79/2011 tat-28 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-ħalibatt tal-Groenlandja f'NAFO 3LMNO minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

17

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 80/2011 tal-31 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

19

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 81/2011 tal-31 ta’ Jannar 2011 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Frar 2011

21

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/60/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Jannar 2010 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 12/08 (ex NN 74/07) – Slovakkja – Ftehim bejn l-Ajruport ta’ Bratislava u Ryanair (notifikata bid-dokument numru C(2010) 183)  ( 1 )

24

 

 

2011/61/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Jannar 2011 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-dejta personali mill-Istat tal-Iżrael fir-rigward tal-ipproċessar awtomatizzat tad-data personali (notifikata bid-dokument numru C(2011) 332)  ( 1 )

39

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

1.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ottubru 2010

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim

(2011/58/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Frar 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati mal-imsieħba tar-reġjun tal-Mediterran biex tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ soluzzjoni ta’ tilwim marbut ma’ dispożizzjonijiet kummerċjali.

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat appuntat skont l-Artikolu 207 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas tad-direttivi dwar in-negozjati maħruġa mill-Kunsill.

(3)

Dawn in-negozjati ġew konklużi u ġie inizjalat Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (minn issa ‘l quddiem “il-Ftehim”) nhar id-9 ta’ Diċembru 2009.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi Mekkaniżmu tas-Soluzzjoni tat-Tilwim huwa approvat f’isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-konklużjoni tiegħu (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna/persuni li għandha/għandhom is-setgħa tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


1.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ottubru 2010

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, ta’ Ftehim fil-forma ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, minn naħa l-oħra

(2011/59/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Frar 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-imsieħba fir-reġjun tal-Mediterran sabiex tistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim relatat ma’ dispożizzjonijiet kummerċjali.

(2)

Dawn in-negozjati twettqu mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-kumitat appuntat taħt l-Artikolu 207 tat-Trattat u fil-qafas tad-direttivi tal-innegozjar maħruġa mill-Kunsill.

(3)

Dawn in-negozjati ġew konklużi u fis-27 ta’ April 2010 ġie inizjalat Ftehim fil-forma ta’ Protokoll (“il-Protokoll”) bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra (1).

(4)

Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim fil-forma ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, f’isem l-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna(i) awtorizzata(i) biex tiffirma(jiffirmaw) il-Protokoll, f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 39.

(2)  It-test tal-Protokoll ser jiġi ppubblikat mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


REGOLAMENTI

1.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 72/2011

tat-28 ta’ Jannar 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd għall-inċova fiż-żona VIII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE, u għal bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (2), jistabbilixxi kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membru msemmija hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk, hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

59/T&Q

Stat Membru

Franza

Stokk

ANE/08.

Speċi

Inċova (Engraulis encrasicolus)

Żona

VIII

Data

1.12.2010-28.2.2011


1.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 73/2011

tat-28 ta’ Jannar 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-aringi fl-ilmijiet tal-UE u dawk Norveġiżi taż-żona IV fit-Tramuntana ta’ 53° 30′ N minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE, u għal bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (2), jistabbilixxi kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk, hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 26.01.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

52/T&Q

Stat Membru

Franza

Stokk

HER/4AB.

Speċi

Aringi (Clupea harengus)

Żona

l-ilmijiet tal-UE u dawk Norveġiżi taż-żona IV fit-Tramuntana ta’ 53° 30′ N

Data

11.11.2010


1.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 74/2011

tat-28 ta’ Jannar 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-merluzz fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I u IIb minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE, u għal bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (2), jistabbilixxi kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk, hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 26.01.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

51/T&Q

Stat Membru

Franza

Stokk

COD/1/2B.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

Ilmijiet internazzjoni taż-żoni I u IIb

Data

11.11.2010


1.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 75/2011

tat-28 ta’ Jannar 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-marlin blu fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE, u għal bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (2), jistabbilixxi kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri msemmija hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk, hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membri msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri msemmija fl-Anness jew irreġistrati f'dawk l-Istati Membri għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 26.01.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

50/T&Q

 

L-Unjoni Ewropea – l-Istati Membri kollha

Stokk

BUM/ATLANT

Speċi

Marlin blu (Makaira nigricans)

Żona

L-Oċean Atlantiku

Data

20.11.2010


1.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 76/2011

tat-28 ta’ Jannar 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-Komunità u f'dawk li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi taż-żoni VIII, IX u X minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2009 u l-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk, hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 352, 31.12.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

57/DSS

Stat Membru

Spanja

Stokk

BSF/8910-

Speċi

Ċinturin iswed (Aphanopus carbo)

Żona

L-ilmijiet Komunitarji u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi taż-żoni VIII, IX u X

Data

30.10.2010


1.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 77/2011

tat-28 ta’ Jannar 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi taż-żoni V, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet tas-sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (2) jistipula kwoti għall-2009 u l-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk, hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 352, 31.12.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

55/DSS

Stat membru

Spanja

Stokk

GFB/567-

Speċi

Lipp tal-qawwi (Phycis blennoides)

Żona

L-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi taż-żoni V, VI u VII

Data

30.10.2010


1.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 78/2011

tat-28 ta’ Jannar 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żoni VIIIa u VIIIb minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (2), jistabbilixxi kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk, hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 26.01.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

58/T&Q

Stat Membru

Spanja

Stokk

SOL/8AB.

Speċi

Lingwata komuni (Solea solea)

Żona

VIIIa u VIIIb

Data

20.11.2010


1.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 79/2011

tat-28 ta’ Jannar 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-ħalibatt tal-Groenlandja f'NAFO 3LMNO minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE, u għal bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (2), jistabbilixxi kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk, hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 26.01.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

54/T&Q

Stat Membru

Spanja

Stokk

GHL/N3LMNO

Speċi

Ħalibatt tal-Groenlandja (Reinhardtius hippoglossoides)

Żona

NAFO 3LMNO

Data

16.11.2010


1.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 80/2011

tal-31 ta’ Jannar 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

116,3

JO

73,2

MA

61,8

TN

128,8

TR

109,0

ZZ

97,8

0707 00 05

EG

182,1

JO

200,0

MA

100,1

TR

170,8

ZZ

163,3

0709 90 70

MA

68,9

TR

132,7

ZZ

100,8

0805 10 20

AR

41,5

BR

41,5

EG

52,6

MA

52,3

TN

67,7

TR

73,1

ZA

41,5

ZZ

52,9

0805 20 10

IL

163,3

MA

72,8

TR

79,6

ZZ

105,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

60,4

IL

111,5

JM

94,5

MA

104,0

PK

50,3

TR

63,3

US

79,6

ZZ

80,5

0805 50 10

AR

45,3

EG

41,5

TR

55,7

UY

45,3

ZZ

47,0

0808 10 80

BR

55,2

CA

96,6

CL

90,0

CN

118,1

NZ

78,5

US

128,3

ZZ

94,5

0808 20 50

CN

62,5

US

133,3

ZA

101,7

ZZ

99,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


1.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 81/2011

tal-31 ta’ Jannar 2011

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Frar 2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 5 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Frar 2011, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Frar 2011, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Frar 2011

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

0,00

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

0,00


(1)  Għall-prodotti li jaslu fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed,

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Isvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

14.1.2011-28.1.2011

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

268,47

189,24

Prezz FOB USA

297,66

287,66

267,66

162,77

Tariffa fuq il-Golf

77,83

11,33

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

18,68  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

— EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].


DEĊIŻJONIJIET

1.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Jannar 2010

dwar l-Għajnuna mill-Istat C 12/08 (ex NN 74/07) – Slovakkja – Ftehim bejn l-Ajruport ta’ Bratislava u Ryanair

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 183)

(It-test Slovakk biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/60/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) ta’ dan tal-aħħar (1),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom skont l-Artikoli hawn fuq imsemmija (2), u wara li kkunsidrat dawn il-kummenti,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz tal-ittra tal-11 ta’ Marzu 2008, il-Kummissjoni infurmat lir-Repubblika Slovakka bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura provduta fl-Artikolu 108 (2) tat-TFUE (ex Artikolu 88 (2) tat-Trattat tal-KE) fir-rigward tal-Ftehim bejn l-Ajruport ta’ Bratislava u Ryanair (minn issa ‘l quddiem: il-“Ftehim” jew il-“ftehim ma’ Ryanair’), u li fl-istess ħin iddeċidiet toħroġ inġunzjoni ta’ informazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (3) [issal-Artikolu 108 TFUE] (minn issa ‘l quddiem: “Regolament Proċedurali”) fir-rigward tad-dokumenti, id-dejta u l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tevalwa l-miżura inkwistjoni. Fil-11 ta’ Ġunju 2008 is-Slovakkja ressqet il-kummenti tagħha dwar il-ftuħ tal-proċedura lill-Kummissjoni.

(2)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura u toħroġ l-inġunzjoni ta’ informazzjoni kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar il-miżura inkwistjoni fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni rċiviet kummenti dwar is-suġġett minn żewġ partijiet interessati. Hija bagħtet il-kummenti lis-Slovakkja permezz tal-posta elettronika fil-11 ta’ Settembru 2008. Is-Slovakkja ngħatat l-opportunità li twieġeb għal dawn il-kummenti. Fuq talba tal-awtoritajiet Slovakki, saret laqgħa fis-26 ta’ Novembru 2008. Il-Kummissjoni rċeviet l-osservazzjonijiet tas-Slovakkja permezz tal-posta elettronika tas-17 ta’ Diċembru 2008.

2.   RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA

(4)

Fid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura, il-Kummissjoni osservat li Letisko M. R. Štefánika – Airport Bratislava, a.s. (minn issa ‘l quddiem: “BTS” jew l-“Ajruport”) huwa l-ajruport internazzjonali prinċipali tar-Repubblika Slovakka. L-azzjonisti ta’ BTS huma preżentement il-Ministeru tat-Trasport, il-Posta u t-Telekomunikazzjonijiet tar-Repubblika Slovakka (34 %) u l-Fond tal-Proprjetà Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka (5) (minn issa ‘l quddiem il-“Fond tal-Proprjetà Nazzjonali”) (66 %).

(5)

Id-deċiżjoni li tibda l-proċedura hija bbażata fuq informazzjoni sottomessa mill-persuna li ressqet l-ilment u dikjarazzjonijiet mill-midja (6) li skonthom il-BTS ipprovda lil Ryanair, fuq il-bażi ta’ ftehim konkluż fil-5 ta’ Diċembru 2005, bi tnaqqis fl-imposti tal-ajruport għad-destinazzjonijiet ġodda skedati u eżistenti (jiġifieri destinazzjonijiet li diġà eżistew fl-ajruport). Dan il-Ftehim huwa validu sat-30 ta’ Ġunju 2016.

(6)

Il-ftehim ma’ Ryanair allegatament stabbilixxa l-hekk imsejħa “imposta tas-servizz” (prezz wieħed għal servizzi differenti) li tinkludi l-ġestjoni tal-inġenji tal-ajru u servizzi relatati, is-servizzi tal-passiġġieri, is-servizzi tar-rampa, il-kontroll tat-tagħbija, il-komunikazzjonijiet u l-operazzjonijiet tat-titjir, is-servizzi ta’ sostenn u s-servizzi tat-terminal u tal-infrastruttura.

(7)

L-imposti applikati huma allegatament orħos b’mod sinifikanti mil-lista ta’ imposti uffiċjalment ippubblikata fil-Pubblikazzjoni dwar l-Informazzjoni Ajrunawtika (7) (minn issa ‘l quddiem l-“AIP”). L-ammont tal-imposta tas-servizz allegatament jinbidel skont jekk il-linja tal-ajru tkunx qed topera destinazzjoni skedata ġdida jew destinazzjoni eżistenti. Din it-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor l-imposti li Ryanair allegatament ikollha tħallas, skont l-AIP, u l-imposti li Ryanair allegatament tħallas fil-fatt:

Tabella 1

Tqabbil tal-imposti skont l-AIP u l-imposti fil-Ftehim ma’ Ryanair

F’EUR

 

Imposti skont l-AIP (8)

Imposti li Ryanair allegatament tħallas għal destinazzjonijiet ġodda (9)

Skont għal destinazzjoni ġdida

Imposti li Ryanair allegatament tħallas għal destinazzjonijiet eżistenti (10)

Skont għal destinazzjonijiet eżistenti

Imposta tal-inżul

780

 

 

 

 

Imposta tal-passiġġieri

2 030

 

 

 

 

Imposta tal-ġestjoni fl-ajruport

250 (11)

 

 

 

 

Total

3 060

[…]  (*)

(…)

(…)

(…)

(8)

L-hekk imsejħa imposta tas-servizz għal destinazzjonijiet ġodda għandha tiġi applikata għad-destinazzjonijiet kollha matul l-ewwel 12-il xahar wara li l-Ftehim ikun daħal fis-seħħ. Għal kull sena suċċessiva l-imposta tas-servizz għal destinazzjonijiet ġodda għandha tiżdied b’[…]. Wara l-ewwel […] snin l-imposta tas-servizz applikabbli għal destinazzjonijiet ġodda għandha tkun ekwivalenti għall-imposta tas-servizz applikata għad-destinazzjonijiet eżistenti. L-imposta tas-servizz għandha tinkludi wkoll imposta tal-parkeġġ. Barra minn hekk, kwalunkwe imposta ġdida li tiġi introdotta fil-ġejjieni, li Ryanair ma tkunx obbligata li tħallas, tkompli żżid id-differenza bejn it-tariffa mraħħsa u t-tariffa skont l-AIP.

(9)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal qabel, id-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura qajmet dawn it-tliet mistoqsijiet:

jekk id-deċiżjoni ta’ BTS li jikkonkludi Ftehim ma’ Ryanair hix imputabbli lill-awtoritajiet Slovakki;

jekk BTS meta aċċetta tnaqqis fl-imposti tal-ajruport għal destinazzjonijiet ġodda u eżistenti ta’ Ryanair għall-perjodu ta’ żmien mil-iffirmar tal-Ftehim sat- 30 ta’ Ġunju 2016, kienx qed jaġixxi bħala investitur li jopera f’ekonomija tas-suq;

jekk, f’każ li l-imposta tas-servizz għal destinazzjonijiet ġodda u eżistenti tammonta għal għajnuna mill-Istat, din l-għajnuna tkunx kumpatibbli mas-suq Intern.

(10)

Rigward l-ewwel mistoqsija, il-Kummissjoni osservat fil-ftuħ tal-investigazzjoni li fit-22 ta’ Ottubru 2007 l-azzjonisti ta’ BTS, fuq il-proposta tal-Ministeru tat-Trasport, il-Posta u t-Telekomunikazzjonijiet tar-Repubblika Slovakka, innominaw il-President il-ġdid tal-Bord tat-Tmexxija ta’ BTS. Il-Kummissjoni għalhekk esprimiet dubji fir-rigward tan-nuqqas ta’ imputabbiltà tal-Ftehim għall-Istat, kif iddikjarat mil-awtoritajiet Slovakki.

(11)

Rigward it-tieni mistoqsija, il-Kummissjoni kellha teżamina jekk, f’dan il-każ partikolari, l-aġir ta’ BTS kienx ġie ggiwdat minn prospetti ta’ profitabbiltà u jekk l-allegat vantaġġ ta’ Ryanair huwiex wieħed li ma kienx jikseb taħt ċirkostanzi tas-suq normali.

(12)

F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Slovakki ssottomettew li BTS, bħala l-operatur tal-ajruport, jaġixxi bħal kwalunkwe impriża oħra fis-suq, jiġifieri jiddetermina l-imposti tas-servizzi pprovduti lil trasportaturi tal-ajru fl-ajruport għal kull trasportatur individwalment, fuq il-bażi ta’ negozjati, jiġifieri permezz ta’ ftehim bejn il-partijiet u skont il-politika kummerċjali tiegħu.

(13)

Huma kkunsidraw ukoll li l-għoti ta’ skontijiet jirrappreżenta prattika kummerċjali komuni fir-rigward tal-linji tal-ajru kollha u li l-iskontijiet “jinkoraġġixxu lit-trasportaturi bl-ajru biex iġorru iktar passiġġieri lejn l-ajruport, li jippermetti lill-operatur tal-ajruport, BTS, biex jiġġenera dħul ogħla, kemm mill-imposti għas-servizzi provduti lit-trasportaturi bl-ajru, kif ukoll minn attivitajiet kummerċjali oħra fl-ajruport li ma jirrigwardawx it-trasport bl-ajru iżda li huma mmirati biex jagħmlu l-ajruport iktar attraenti għall-passiġġieri; fi kliem ieħor li l-appoġġ tal-attivitajiet tat-trasportaturi bl-ajru jirrappreżenta appoġġ dirett għall-iżvilupp tal-ajruport innifsu.

(14)

Minkejja dan, l-awtoritajiet Slovakki ma pprovdew lill-Kummissjoni la bit-termini tal-Ftehim u lanqas bid-dettalji dwar iċ-ċirkostanzi li fihom kien ġie konkluż. Għalhekk, il-Kummissjoni esprimiet dubji fid-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura jekk l-aħir ta’ BTS kienx iggwidat minn prospetti ta’ profitabbiltà fuq medda twila ta’ żmien. Għaldaqstant, ma setax jiġi eskluż li l-konklużjoni tal-Ftehim ta vantaġġ lil Ryanair li kieku ma kinitx tgawdi fil-kundizzjonijiet tas-suq normali.

(15)

Fir-rigward tat-tielet mistoqsija l-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-kundizzjonijiet għall-kumpatibbiltà kif stabbiliti fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-ajruporti u l-għajnuna ta’ bidu għal-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (minn issa ‘l quddiem il-“Linji gwida tal-2005”) (12) kinux intlaħqu f’dan il-każ u jekk il-miżura tal-għajnuna mill-Istat setgħetx tiġi ddikjarata kumpatibbli mas-Suq intern skont l-Artikolu 107 (3) (c) TFUE

(16)

L-inġunzjoni tal-infomazzjoni, maħruġa skont l-Artikolu 10 (3) tar-Regolament tal-Proċedura talbet lir-Repubblika tas-Slovakkja biex tissottometti d-dokumenti, l-informazzjoni u d-dejta kollha meħtieġa għall-valutazzjoni tal-miżura u b’mod partikolari:

it-termini tal-Ftehim;

studji, dokumenti interni jew kwalunkwe dokument ieħor li fuqu ġie negozjat il-Ftehim;

il-pjan kummerċjali tal-Ajruport u kwalunkwe dokument strateġiku ieħor relatat mal-istrateġija kummerċjali użata ma’ Ryanair;

ir-regoli/ċirkostanzi skont liema imposti ġew negozjati ma’ linji tal-ajru oħra u l-politika skont liema jiġu applikati l-imposti lil kumpaniji oħra li joperaw lejn/minn Bratislava (Air Slovakia, ČSA, Lufthansa, SkyEurope);

kwalunkwe ftehim eżistenti tal-azzjonisti bejn il-Fond tal-Proprjetà Nazzjonali u l-istat tas-Slovakkja rigward BTS; u

l-informazzjoni mitluba fil-paragrafu 70 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ.

3.   KUMMENTI MIS-SLOVAKKJA

(17)

L-awtoritajiet Slovakki bdew ir-rimarki tagħhom billi pprovdew informazzjoni ta’ sfond dwar id-destinazzjonijiet li jużaw Ryanair (11-il destinazzjoni) u trasportaturi oħra bl-ajru (Sky Europe: 9 destinazzjonijiet skedati u 9 destinazzjonijiet fis-sajf; ČSA: destinazzjoni waħda; Air Slovakia: erba’ destinazzjonijiet; Lufthansa: Destinazzjoni waħda u Aeroflot: destinazzjoni waħda) mill-Ajruport fl-2008.

(18)

Fir-rimarki tagħhom, l-awtoritajiet Slovakki komplew jispjegaw li AIP tirreferi għall-imposti standard tal-Ajruport. Madankollu, l-Ajruport jista’, sabiex itejjeb il-profittabbiltà tiegħu u juża aħjar il-kapaċitajiet tiegħu, jaqbel fuq il-bażi ta’ ftehimiet individwali dwar skontijiet fuq dawn l-imposti standard. Tali skontijiet huma bbażati fuq kriterji differenti, bħan-numru tal-passiġġieri trasportati, il-frekwenza tar-rotot imħaddma u/jew l-introduzzjoni ta’ rotot ġodda. Jekk it-trasportatur bl-ajru ma jikkonformax mal-kriterji stabbiliti fi ftehim individwali, dan jitlef id-dritt li japplika għal skontijiet.

(19)

L-awtoritajiet Slovakki komplew jispjegaw li, BTS bħala impriża kummerċjali huwa responsabbli hu stess għall-istrateġija tal-ipprezzar u l-profitabbiltà tal-ftehim li jikkonkludi mat-trasportaturi bl-ajru differenti. BTS jippreżenta lill-bord konsultattiv l-istrateġija annwali ġenerali tiegħu biss fir-rigward tan-numru tal-passiġġieri fl-Ajruport, id-dħul u l-kosti ġenerali tiegħu, l-investimenti tiegħu u l-mezzi ta’ finanzjament ta’ dawk l-investimenti. Din il-preżentazzjoni tal-istrateġija annwali la tikkunsidra t-trasportaturi individwali bl-ajru u lanqas ftehimiet individwali.

(20)

L-awtoritajiet Slovakki komplew jispjegaw li, minħabba l-indipendenza ta’ BTS, mhumiex qegħdin f’pożizzjoni li jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni rigward il-profitabbiltà tar-rotot relevanti, u lanqas ma jistgħu jipprovdu xi dokumentazzjoni li tikkonċerna l-proċess tan-negozjati fir-rigward tal-ftehim ma’ Ryanair.

(21)

Skont l-awtoritajiet Slovakki l-Ftehim bejn BTS u Ryanair huwa bbażat fuq termini kummerċjali u ma jinvolvix għajnuna mill-Istat.

3.1.   Il-ftehim ma’ Ryanair tal-5 ta’ Diċembru 2005

(22)

L-awtoritajiet Slovakki pprovdew ukoll kopja tal-Ftehim imsemmi “Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajruport”, iddatat 5 ta’ Diċembru 2005 u konkluż bejn BTS u Ryanair. Il-Ftehim jistabbilixxi l-kundizzjonijiet operattivi u finanzjarji skont liema Ryanair tistabbilixxi u topera titjiriet kummerċjali lejn u mil-Ajruport. Il-ftehim beda fid-data tal-iffirmar tal-kuntratt (jiġifieri il-5 ta’ Diċembru 2005) u jispiċċa fit-30 ta’ Ġunju 2016.

(23)

Il-Ftehim kien konkluż fuq bażi mhux esklużiva, li jfisser li l-partijiet qablu li l-kundizzjonijiet mogħtija lil Ryanair skont il-Ftehim jistgħu jkunu disponibbli wkoll fuq bażi trasparenti u mhux diskriminatorja lil kwalunkwe linja tal-ajru oħra li timpenja lilha nfisha għal volum ekwivalenti ta’ attività fl-Ajruport.

(24)

Ryanair impenjat lilha nfisha f’dan il-Ftehim li tħallas għal minimu ta’ […] rotot kuljum mil-1 ta’ Lulju 2009 anke f’każ li topera inqas rotot fil-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2009 u t-30 ta’ Ġunju 2016. BTS impenja lilu nnifsu li jipprovdi biżżejjed faċilitajiet lil Ryanair biex jippermetti li din tkun tista’ topera dan il-minimu miftiehem ta’ […] rotot kuljum.

3.1.1.   L-imposta tas-servizz ta’ Ryanair

(25)

Ryanair għandha tħallas imposta waħda għal kull ajruplan għas-servizzi pprovduti mill-ajruport (tluq u wasla), l-hekk imsejħa “imposta tas-servizz”, li tammonta għal […] għal kull ajruplan tat-tip B737-800 mill-iffirmar tal-kuntratt. Din l-imposta għandha tiżdied b’[…] mil-1 ta’ Jannar ta’ kull sena meta mqabbla mas-sena ta’ qabel, minbarra f’każ li d-destinazzjoni tkun “destinazzjoni ġdida” (ara isfel). Din tinkludi imposta tal-inżul, l-imposta tat-tluq mill-ajruport u l-imposti tal-ġestjoni inkluż l-imposti tas-sigurtà u s-sikurezza. (13) Din ma tinkludix l-imposta tal-approċċ imposta mill-Kontroll tat-Traffiku tal-Avjazzjoni u lanqas il-miżati tal-parkeġġ tal-ajruplan peress li l-ajruplani Ryanair mhumiex ibbażati fl-ajruport

(26)

Skont il-Ftehim jekk l-Ajruport jintroduċi imposti ta’ sigurtà jew imposti oħra minbarra dawk diġà inklużi fl-“imposta tas-servizz” l-Ajruport għandu jiġbor dawk l-imposti direttament mill-passiġġieri.

3.1.2.   L-imposta għal destinazzjonijiet ġodda

(27)

L-awtoritajiet Slovakki jispjegaw ukoll li “destinazzjoni ġdida” fis-sens tal-Ftehim hija mifhuma bħala kwalunkwe titjira skedata, li ma ġietx operata minn trasportatur bl-ajru ieħor matul il-validità tal-iskeda fl-istess perjodu tas-sena preċedenti qabel ma bdiet. L-imposta għandha tkun applikabbli biss jekk il-linja tal-ajru topera mill-inqas […] titjiriet fil-ġimgħa. Rigward l-għoti tad-destinazzjoni, il-kodiċi IATA/ICAO tal-ajruport hu fattur deċiżiv, fi kliem ieħor id-definizzjoni ta’ destinazzjoni ġdida tirrigwarda l-ajruport u mhux il-belt. L-imposta għal destinazzjonijiet ġodda tkopri l-istess oġġetti bħall-imposta normali tas-servizz.

(28)

Ryanair tħallas lill-Ajruport l-imposti tas-servizzi li ġejjin għal kull perjodu ta’ 12-il xahar wara d-data tat-tnedija tad-destinazzjoni l-ġdida:

Sena 1: […] għal kull ajruplan tat-tip B 737-800 (tluq + wasla);

Sena 2: […] għal kull ajruplan tat-tip B 737-800 (tluq + wasla);

Sena 3: […] għal kull ajruplan tat-tip B 737-800 (tluq + wasla);

Sena 4: […] għal kull ajruplan tat-tip B 737-800 (tluq + wasla);

Sena 5: […] għal kull ajruplan tat-tip B 737-800 (tluq + wasla);

Sena 6: […] għal kull ajruplan tat-tip B 737-800 (tluq + wasla); u

wara sitt snin l-imposta normali tas-servizz ta’ Ryanair (ara l-paragrafu (25) imsemmi qabel) għandha tiġi applikata.

(29)

L-imposti għal destinazzjonijiet ġodda ma jiżdiedux b’[…] kull sena.

3.1.3.   Servizzi oħra pprovduti lil Ryanair

(30)

L-Ajruport bħala aġent tal-ġestjoni jipprovdi lil Ryanair b’faċilità ta’ bbukkjar u kkummissjonar tal-biljetti. Skont il-Ftehim, Ryanair tħallas kummissjoni lill-Ajruport b’rata ta’ […] tal-prenotazzjonijiet ġodda kollha ta’ Ryanair (minbarra t-taxxi, miżati għall-bdil, miżati oħra u imposti tas-servizz lill-passiġġieri u imposti oħra) mibjugħa permezz ta’ kard tad-debitu/tal-kreditu mil-Ajruport. L-imposta ta’ kummissjoni hija stabbilita skont din l-iskeda:

ġbir medju fix-xahar għal kull passiġġier li jitlaq sa EUR […]: […] kummissjoni fuq it-total;

ġbir medju fix-xahar għal kull passiġġier li jitlaq bejn EUR […] u EUR […]: […] kummissjoni fuq it-total; u

ġbir medju fix-xahar għal kull passiġġieri li jitlaq EUR […] jew iktar: […] kummissjoni fuq it-total.

4.   KUMMENTI MINN TERZI PERSUNI

4.1.   BTS

(31)

Il-kummenti ta’ BTS kienu pprovduti f’ittra tat-8 ta’ Lulju 2008.

4.1.1.   L-imputabbiltà tal-Ftehim lill-Istat

(32)

Fir-rigward tal-azzjonisti tiegħu BTS kompla jispjega li fiż-żmien meta l-Ftehim ġie ffirmat (fil-5 ta’ Diċembru 2005), il-Ministeru tat-Trasport, il-Posta u t-Telekomunikazzjonijiet tar-Repubblika Slovakka kien l-uniku azzjonist tal-Ajruport. Kien biss iktar tard fil-proċess tal-privatizzazzjoni li l-Fond tal-Proprjetà Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka kiseb drittijiet ta’ pussess fuq l-ishma ta’ BTS. Għalhekk, BTS huwa tal-fehma li dimostrazzjoni ulterjuri tar-rwol u l-influwenza tal-Fond tal-Proprjetà Nazzjonali hi irrilevanti.

(33)

BTS hwua tal-fehma li l-iskontijiet mogħtija lil Ryanair ma kienu b’ebda mod provduti mir-riżorsi tal-Istat peress, li bħala kumpanija privata konġunta tal-ishma BTS ma kellu ebda riżorsi tal-Istat għad-dispożizzjoni tiegħu. Fil-fehma ta’ BTS, is-sempliċi fatt li l-Istat jippossjedi ishma ta’ BTS, ma jinvolvix awtomatikament riżorsi tal-Istat. Skont l-Artikolu 295 tat-Trattat tal-KE, it-Trattat ma jiddiskriminax bejn il-pussess mill-awtoritajiet pubbliċi u minn persuni privati.

(34)

BTS ikompli jispjega li d-deċiżjoni li jiffirma l-ftehim mhix imputabbli lill-Istat, għalkemm il-Ministeru, bħala l-uniku azzjonist, ħatar il-membri tal-Bord tad-Diretturi li nnegozjaw u ffirmaw il-Ftehim inkwistjoni. Fil-fehma tiegħu dawn il-membri ntgħażlu skont il-Memorandum tal-Assoċjazzjoni ta’ BTS fuq il-bażi ta’ proċeduri tal-għażla trasparenti u skont il-Kodiċi Kummerċjali tas-Slovakkja u l-Memorandum tal-Assoċjazzjoni ta’ BTS il-Bord tad-Diretturi jamministra l-attivitajiet tal-kumpanija u jieħu d-deċizjonijiet kummerċjali u d-deċiżjonijiet ta’ natura operattiva u organizzattiva, sakemm dawn id-deċiżjonijiet ma jkunux riżervati għal entitajiet oħra. Barra minn hekk, skont il-Kodiċi Kummerċjali Slovakka, il-Bord tad-Diretturi huwa obbligat li jaġixxi għall-ġid tal-kumpanija u huwa responsabbli għad-danni kkawżati, sakemm ma jkunx hemm provi li l-membri tiegħu aġixxew fil-prestazzjoni tad-doveri tagħhom b’diliġenza professjonali u bona fede għall-ġid tal-kumpanija. Il-membri tal-bord tad-diretturi huma responsabbli anke jekk l-azzjonijiet tagħhom ġew approvati mil-bord tas-sorveljanza.

(35)

BTS jispjega li l-mexxejja li nnegozjaw u kkonkludew il-Ftehim aġixxew fid-diskrezzjoni tagħhom biss mingħajr ebda intervent mill-azzjonist. Il-mexxejja ta’ BTS qatt ma kienu obbligati li jissottomettu l-istrateġija kummerċjali tal-kumpanija ma’ trasportaturi individwali lill-azzjonist jew lil kwalunkwe entità oħra għall-approvazzjoni.

4.1.2.   Il-prezzijiet tal-AIP vs il-Ftehim

(36)

Fir-rigward tal-imposti tal-passiġġieri u tal-inżul skont l-AIP fis-seħħ, l-Ajruport jiddikjara li l-imposti ma nbidlux fis-snin riċenti. Kien biss fl-2008 li l-imposti tal-inżul tnaqqsu b’7 % minħabba ż-żieda fl-użu tal-Ajruport. It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor l-iżvilupp tal-imposti mill-2003 sal-2008.

Tabella 2

Żvilupp tal-prezz tal-AIP f’BTS f’SKK

Imposti f’SKK

2003

2004

2005

2006

2007

2008

Imposti tal-passiġġieri (għal kull passiġġier)

490

490

490

490

490

490

Imposti tal-inżul (għal kull tunnellata ta’ piż tat-tluq tal-ajruplan)

425

425

425

425

425

395

(37)

Barra minn hekk, l-Ajruport huwa tal-fehma li l-prezzijiet ddikjarati fl-AIP huma biss prezzijiet rakkomandati u ma jorbtux lil BTS. Dawn il-prezzijiet huma applikabbli għal trasportaturi bl-ajru li ma jaċettaw ebda obbligazzjoni kuntrattwali oħra lejn BTS rigward in-numru ta’ rotot imħaddma, il-frekwenza tat-titjiriet, l-ammont tal-passiġġieri jew id-dewmien tal-operat tagħhom fl-Ajruport. Fil-fehma ta’ BTS, kwalunkwe ftehim kuntrattwali li jmur oltre l-ambitu tar-regoli standard stipulati minn regolamenti u standards għandu jkun reċiprokament ibbilanċjat u rifless fil-prezzijiet. Dan jagħti lill-operatur tal-ajruport possibbiltà li jiddivrenzja l-prezzijiet għas-servizzi pprovduti b’rabta mal-obbligi aċċettati mit-trasportatur bl-ajru, bl-għan li jimmassimizza l-benefiċċji ekonomiċi għall-Ajruport.

(38)

BTS ikompli jispjega li peress li l-Ftehim fih klawżola li tikkonċerna żieda fil-prezz minn sena għall-oħra ta’ […] id-differenza bejn il-prezzijiet ta’ Ryanair u tal-AIP qed tonqos gradwalment. Barra minn hekk it-tnaqqis “ta’ darba” fil-prezzijiet tal-AIP fl-2008 ma ġiex rifless fil-prezzijiet ta’ Ryanair, u b’hekk kompla jnaqqas id-differenza.

(39)

Fir-rigward ta’ prezzijiet oħra tal-AIP ippubblikati, BTS ikompli jispjega li l-imposta għall-approċċ u l-kontroll tat-traffiku fl-ajru mhix inkluża fil-prezz miftiehem bejn BTS u Ryanair peress li dan is-servizz mhuwiex provdut minn BTS. BTS jispjega wkoll li skont l-AIP fis-seħħ matul il-perjodu inkwistjoni, il-parkeġġ tal-ajruplan huwa bla ħlas għall-ewwel sagħtejn. Għalhekk BTS ma jifhimx kif Ryanair jista’ jiggwadanja realment skont il-Ftehim fir-rigward tal-parkeġġ bla ħlas, peress din il-kundizzjoni l-ewwelnett tikkorrispondi għall-AIP fis-seħħ, u t-tieni, l-ajruplani ta’ Ryanair ma jibqgħux fl-Ajruport għal iktar minn sagħtejn (14).

(40)

Fil-fehma ta’ BTS, l-informazzjoni mogħtija qabel turi li l-prezzijiet kuntrattwali miftiehma bejn BTS u Ryanair mhumiex differenti mill-prezzijiet rakkomandati tal-AIP, minkejja l-istruttura differenti tagħhom, li huma jirriflettu l-obbligi ta’ Ryanair u li huma jipprovdu vantaġġ ekonomiku għal BTS li huwa kumparabbli għal jew iktar minn trasportaturi oħra. BTS jispjega wkoll li skont fuq il-prezz tal-unità biss ma jistax ikun raġuni biex ikun iddikjarat li riċevitur ikun irċieva vantaġġ ekonomiku.

4.1.3.   Il-prinċipju tal-investitur li jopera f’ekonomija tas-suq u l-ftehim ma’ Ryanair

(41)

BTS ikompli jispjega li permezz tal-iffirmar tal-Ftehim, ma ppruvax jikseb żvilupp reġjonali ekonomiku u lanqas investiment intern possibbli fl-ewwel lok. Huwa jiddikjara li l-għan ewlieni tad-deċiżjoni kummerċjali tiegħu kien li jżid id-dħul minn attivitajiet ta’ avjazzjoni u mhux ta’ avjazzjoni, li jiddiversifia r-riskju u d-dipendenza fuq Sky Europe – l-uniku trasportatur ewlieni bl-ajru fl-Ajruport – u li joħloq żvilupp iktar stabbli tal-ammonti tal-passiġġieri fl-Ajruport. Fil-fehma ta’ BTS, dawn il-fatturi kollha għandhom jikkontribwixxu għal żieda fil-valur tas-suq tiegħu.

Tabella 3

Żvilupp tat-trasport regolari fl-Ajruport 2004 – 2007 f’numru tal-passiġġieri

Trasport regolari f’numru tal-passiġġieri

2004

2005

2006

2007

Ryanair

0  %

62 524

8  %

451 328

30  %

582 135

38  %

SKYEurope

329 463

71  %

587 048

73  %

837 325

56  %

815 459

53  %

ČSA

85 872

19  %

89 462

11  %

93 955

6  %

91 821

6  %

Slovenské aerolínie (15)

25 705

6  %

46 899

6  %

56 165

4  %

3 568

0  %

AIR Slovakia

22 115

5  %

22 408

3  %

44 349

3  %

58 379

4  %

Total

463 155

100  %

808 341

100  %

1 483 122

100  %

1 551 362

100  %

(42)

BTS jisħaq ukoll li peress li l-Ftehim ġie konkluż f’Diċembru 2005 id-dejta disponibbli dak iż-żmien għandha tintuża għat-tqabbil, jiġfieri imposti tal-ajruport applikabbli f’ajruporti Ewropej oħra li jikkompetu ma’ BTS biex jiġbdu trasportaturi bl-ajru kumparabbli ma’ Ryanair.

(43)

BTS ikompli jisħaq li fuq il-bażi ta’ informazzjoni ġeneralment magħrufa, ajruporti privati ġeneralment jagħtu skontijiet lil-linji tal-ajru, filwaqt li jipprevedu tkabbir fil-profitti tal-ajruport. L-iskontijiet li ngħataw lil Ryanair jistgħu jidhru li qed jagħtu vantaġġ ekonomiku fil-każ ta’ paragun ta’ prezzijiet tal-unitajiet infushom, mingħajr ma jitqiesu l-benefiċċji u l-effetti ekonomiċi għall-ajruport. Fil-fehma ta’ BTS, il-prezzijiet tal-unità ma jistgħux jiġu evalwati mingħajr ma jiġu kkunsidrati arranġamenti kuntrattwali oħra u mingħajr ir-relazzjoni tagħhom man-numru ta’ passiġġieri trasportati, l-ammont totali annwali tal-passiġġieri, il-piż tal-ajruplani, ir-regolarità u n-numru ta’ titjiriet matul is-sena, l-istaġjonalità u l-kosti korrispondenti u fatturi oħra li jinfluwenzaw il-profitabbiltà tal-ajruport fit-totalità tiegħu. Dawn il-fatturi kollha jaffettwaw id-dħul u l-kosti ta’ ajruport u għandhom jitqiesu meta jitqabblu l-prezzijiet imposti fuq trasportaturi individwali.

(44)

BTS huwa tal-fehma li meta kkonkluda l-Ftehim, huwa aġixxa bħala investitur privat f’ekonomija tas-suq. BTS wettaq kalkoli finanzjarji tal-profittabbiltà tal-Ftehim ma’ Ryanair qabel ma ffirmah. Diversi sejħiet konferenza seħħew bejn il-mexxejja ta’ BTS u Ryanair sabiex jiġu negozjati l-kundizzjonijiet. Il-kalkoli ta’ BTS evalwaw il-kosti u d-dħul mistenni li jirriżulta mill-Ftehim u kienu bbażati fuq l-esperjenzi ta’ diversi ajruporti ma’ trasportaturi b’kosti baxxi.

(45)

BTS ikompli jispjega li, meta kien konkluż il-Ftehim, l-ajruport kellu kapaċità operattiva suffiċjenti għal żieda fil-passiġġieri fis-snin sussegwenti, u għalhekk ma kienx qed jistenna żieda addizzjonali tal-kosti fissi relatati maż-żieda fil-kapaċità Huwa jiddikjara wkoll li ftehim ma’ trasportatur ieħor bl-ajru li jiżgura ż-żieda fin-numu tal-passiġġieri paragunabbli ma’ dik ta’ Ryanair ikun konkluż b’kundizzjonijiet paragunabbli. Fir-rigward tan-natura tas-servizzi pprovduti minn BTS lill-passiġġieri u l-ajruplani ta’ Ryanair, huwa jispjega li dawk is-servizzi huma ferm irħas minn dawk ipprovduti għal trasportaturi standard.

(46)

BTS ikompli jispjega li d-dħul mill-Ftehim ma’ Ryanair jirrappreżenta fluss ta’ “introjtu garantit”. Dan iseħħ b’mod partikolari għax skont l-Artikolu 2.1 tal-Ftehim, fil-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sal-30 ta’ Ġunju 2016 Ryanair hija obbligata tħallas lil BTS għal mill-inqas […] titjiriet kuljum, anke f’każ li topera inqas titjiriet f’dan il-perjodu. Fil-fehma ta’ BTS, dan l-impenn ta’ Ryanair jippermetti ppjanar aħjar ta’ investimenti għal medda twila ta’ żmien fl-Ajruport. Barra minn hekk, BTS jispjega li minħabba Ryanair id-dħul mhux mill-avjazzjoni fl-Ajruport żdied b’mod sostanzjali.

(47)

Fir-rigward tal-mekkaniżmu għall-applikazzjoni tal-iskont ibbażat fuq il-Ftehim għal destinazzjonijiet ġodda BTS jenfasizza li l-iskont ma jistax jiġi kkalkulat fir-rigward tal-ewwel sena tal-validità tal-Ftehim, iżda għall-ewwel 12-il xahar mill-bidu ta’ titjiritet għad-destinazzjonijiet relevanti.

(48)

Fir-rigward ta’ skontijiet għall-hekk imsemmija “destinazzjonijiet ġodda” BTS huwa wkoll tal-fehma li dan l-iskont ma jikkostitwix vantaġġ ekonomiku selettiv lil Ryanair peress li BTS huwa lest li jipprovdi biss il-prezzijiet skontati għal destinazzjonijiet li jilħqu l-kriterji rispettivi stabbiliti fil-Ftehim u li jagħtu vantaġġ ekonomiku lill-Ajruport. BTS jenfasizza wkoll li t-trasportatur ikun eliġibbli għall-prezz skontat biss bil-kundizzjoni li tkun destinazzjoni regolari b’mill-inqas […] titjiriet fil-ġimgħa. Bl-utilizzazzjoni minima antiċipata tal-kapaċità ta’ ajruplan B 737-800 (63 %) (16), dan jirrappreżenta mill-inqas 90 000 passiġġier ġdid kull sena, li jirrappreżenta iktar minn 6,5 % tal-ammont totali ta’ passiġġieri mmaniġġjati mill-ajruport fiż-żmien tal-iffirmar tal-Ftehim u iktar minn 4,3 % tal-ammont totali tal-passiġġieri mmaniġġjati mill-ajruport fl-2007.

(49)

Fl-istess ħin, għandu jiġi ddikjarat li, sal-lum, waħda biss mid-destinazzjonijiet ta’ Ryanair mill-iffirmar tal-Ftehim ikkonformat mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ skont, u din hija d-destinazzjoni Frankfurt–Hahn. Fiż-żmien tal-iffirmar tal-Ftehim, ebda trasportatur bl-ajru ieħor ma kien jopera titjiriet regolari lejn din id-destinazzjoni, u lanqas issa, għalhekk ma kienx hemm teħid ta’ passiġġieri eżistenti ta’ trasportatur bl-ajru ieħor minn Ryanair.

(50)

Barra minn hekk, BTS jispjega li jekk trasportatur bl-ajru jikkonforma mal-kundizzjonijiet ta’ ‘destinazzjoni ġdida’, il-vantaġġ ekonomiku minn din id-destinazzjoni, anke wara l-għoti tal-ogħla skont fl-ewwel sena, ikun ta’ iktar minn […] fis-sena, li huwa […] iktar milli għal destinazzjoni komuni medja ta’ trasportatur ieħor bi tliet titjiriet fil-ġimgħa skont il-prezzijiet tal-AIP (jiġifieri […]) u huwa kważi […] daqs destinazzjoni ta’ trasportatur ieħor b’ħames titjiriet fil-ġimgħa skont il-prezzijiet tal-AIP (jiġifieri […]).

(51)

BTS huwa tal-fehma li destinazzjoni ġdida tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-tkabbir u l-iżvilupp tal-ajruport, b’mod partikolari minħabba utilizzazzjoni ikbar tal-kapaċità tal-ajruport (il-bini tat-terminal u r-runways), fejn il-vantaġġ mill-ammont kbir ta’ dħul miksub bħala riżultat tal-introduzzjoni ta’ din id-destinazzjoni ġdida jaqbeż bil-kbir l-iskontijiet mogħtija u jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-kosti fissi eżistenti tal-kumpanija (17) u, fl-istess ħin, għas-sostenibbiltà tal-prezzijiet għal servizzi pprovduti mill-Ajruport (ara l-iżvilupp tal-prezz tal-AIP). BTS ikompli jiddikjara li din id-destinazzjoni l-ġdida tikkontribwixxi wkoll għaż-żieda fis-sehem tat-traffiku regolari fl-ajruport u tnaqqas l-utilizzazzjoni irregolari tal-kapaċitajiet tal-ajruport ikkawżata mit-titjiriet tas-sajf (b’ajruplani mikrija), li huma l-iktar fatturi sinifikanti li jaffettwaw il-ħtieġa għal investimenti f’kapaċitajiet ġodda tal-ajruport, u li jtaqqlu l-baġit tal-ajruport permezz ta’ deprezzament u imgħax, u sussegwentement jirriżultaw fil-ħtieġa għal żieda fil-prezzijiet tas-servizzi pprovduti.

(52)

BTS ikompli jiċċara li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ skontijiet għal destinazzjonijiet ġodda għandhom jirrispettaw frekwenza ta’ seba’ titjiriet fil-ġimgħa, li ġiet sodisfatta minn Ryanair fil-każ tad-destinazzjoni ta’ Frankfurt-Hahn biss. Madankollu, Ryanair fetħet diversi destinazzjonijiet “ġodda” li ma rċevietx skontijiet għalihom minħabba frekwenzi mhux suffiċjenti ta’ titjiriet fil-ġimgħa (eż. Stokkolma-Skavsta, East Midlands, Bristol u Bremen).

(53)

Fir-rigward tal-profitabbiltà tar-rotot, BTS jispjega li ma’ għandux din l-informazzjoni disponibbli u li l-profitabbiltà ta’ rotta tista’ tiġi evalwata biss minn trasportatur bl-ajru. Sa mill-bidu tas-servizzi tagħha f’BTS, Ryanair ikkanċellat biss rotta waħda (Bratislava – Bremen, il-Ġermanja). Ir-rotta ġiet ikkanċellata wara tmien xhur ta’ operat, għalkemm Ryanair ħallset prezz negozjat għaliha (jiġifieri, inqas mill-prezz indikat fl-AIP). BTS josserva li din l-informazzjoni turi li l-għoti ta’ kwalunkwe skont għal destinazzjonijiet f’kundizzjonijiet tas-suq normali mhux suffiċjenti għaż-żamma ta’ rotta mhux profitabbli.

4.1.4.   Kumpatibbiltà tal-għajnuna

(54)

BTS huwa tal-fehma li l-Ftehim ma tax vantaġġ lil Ryanair peress li kien ibbażat fuq termini tas-suq u li għalhekk ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Għalhekk ma pprovdiex spjegazzjonijiet dwar il-kriterji ta’ kumpatibbiltà.

(55)

BTS huwa tal-fehma wkoll li l-Linji gwida tal-2005 ma jikkostitwux leġiżlazzjoni legalment vinkolanti fil-liġi Komunitarja, jiġifieri mhumiex vinkolanti għal Stati Membri tal-UE u persuni fiżiċi u ġuridiċi. Ir-Regolamenti, id-Direttivi u d-Deċiżjonijiet biss huma vinkolanti. Ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet m’għandhomx l-ebda setgħa vinkolanti. Barra minn hekk, BTS jisħaq li l-Ftehim ġie konkluż fil-5 ta’ Diċembru 2005 u l-Linji gwida tal-2005 ġew pubblikati fid-9 ta’ Diċembru 2005, u li ma japplikawx retroattivament f’dan il-każ.

4.2.   Ryanair

(56)

Ryanair bdiet l-osservazzjonijiet tagħha (datati t-8 ta’ Awwissu 2008) billi ddikjarat li fil-fehma tagħha l-bidu ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali ma kienx ġustifikat u ma kienx meħtieġ. Hija ddikjarat ukoll li jiddispjaċieha li l-Kummissjoni ma tatx il-possibbiltà lil Ryanair biex tinvolvi ruħha fl-eżaminazzjoni preliminari.

(57)

Dwar is-sustanza tal-każ Ryanair hija tal-fehma li l-Kummissjoni jmissha bbażat ruħha fuq arranġamenti kummerċjali standard, inter alia, fuq l-evidenza ta’ ajruporti kumparabbli sottomessi minn Ryanair fl-investigazzjoni ta’ Charleroi, u fuq din il-bażi l-Kummissjoni kien imissha ddeċidiet li l-Ftehim in wistjoni jikkonforma mal-Prinċipju tal-investitur fl-ekonomija tas-Suq, u għalhekk ma tinvolvix għajnuna mill-Istat.

4.2.1.   L-imputabbiltà tal-Ftehim lill-Istat

(58)

Fir-rigward tal-finanzjament tal-ftehim permezz ta’ riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà tiegħu lill-awtoritajiet Slovakki, il-fehma ta’ Ryanair hija li BTS kien qed jaġixxi b’mod awtonomu meta daħal fil-Ftehim u għalhekk ebda miżura tal-Istat ma kienet involuta.

(59)

Fil-fehma ta’ Ryanair il-kwerelant jidher li kien preġudikat, u ħa l-oġġezzjonijiet ta’ Ryanair għat-teħid tal-kontroll ta’ BTS mill-Ajruport ta’ Vjenna u ż-żmien tal-konklużjoni tal-Ftehim bħala evidenza tal-għoti ta’ għajnuna mill-Istat, u li kabbar l-estent apparenti tal-allegat vantaġġ mogħti lil Ryanair.

(60)

Filwaqt li Ryanair tikkonferma li huwa vera li kienet qajmet tħassib dwar il-kompetizzjoni rigward l-għażla tax-xerrej fil-proċess ta’ privatizzazzjoni ta’ BTS (18), hija tal-fehma li jkun assurd li wieħed jikkonkludi mill-pożizzjoni ta’ Ryanair li hija kontra l-privatizzazzjoni tal-Ajruport, jew li kienet kontra li l-Ajruport ta’ Vjenna jakkwista lil BTS għax il-Ftehim jista’ allegatament jaħdem biss jekk l-Ajruport ikun pubbliku, minħabba l-ħtieġa ta’ għajnuna mill-Istat. Ryanair tkompli tiċċara li ma kinitx kontra l-privatizzazzjoni ta’ BTS per se, iżda kontra l-għażla tax-xerrej tal-Ajruport, l-Ajruport ta’ Vjenna, għax dan kien ineħħi l-pressjoni kompetittiva maħluqa mill-Ajruport ta’ Bratislava fuq l-Ajruport ta’ Vjenna u jelimina l-għażla għal-linji tal-ajru li jixtiequ jservu fiż-żona li tkopri partijiet mir-Repubblika Slovakka, l-Awstrija, l-Ungerija u r-Repubblika Ċeka.

(61)

Fir-rigward taż-żmien tal-ftehim, Ryanair tiċċara li qabel il-konklużjoni tal-Ftehim kien hemm fażi twila ta’ preparazzjoni u negozjati bejn Ryanair u BTS, li saħansitra bdiet f’Diċembru 2003. Il-Ftehim fil-fatt ġie konkluż fil-5 ta’ Diċembru 2005, filwaqt li l-aħħar ġurnata għas-sottomissjoni tal-proposti tal-offerti kienet l-24 ta’ Jannar 2006, jiġifieri iktar minn xahar u nofs wara.

(62)

Barra minn hekk, Ryanair tispjega wkoll li kienet skedata li tieħu kunsinna ta’ 20 ajruplan bejn Settembru 2005 u Marzu 2006, u sa erbgħa minnhom kellhom ikunu assenjati għall-attivitajiet ta’ BTS. Għal dawn ir-raġunijiet operattivi, il-proċess għall-konklużjoni tal-Ftehim ma setax jiġi sospiż għal iktar minn għaxar xhur sal-konklużjoni tal-offerti għall-privatizzazzjoni u l-approvazzjoni mill-Uffiċċju ta’ Kontra l-Monopolju tar-Repubblika Slovakka (bl-ewwel skadenza fil-15 ta’ Awwissu 2006 u estenzjoni b’45 jum sa Ottubru 2006).

4.2.2.   Spjegazzjonijiet li jikkonċernaw l-AIP u l-imposti tagħha għal servizzi fl-Ajruport

(63)

Fir-rigward tal-AIP Ryanair hija tal-fehma li dan id-dokument jipprovdi biss indikazzjonijiet u ma jorbotx lil BTS fin-negozjati tiegħu mal-linji tal-ajru. Minbarra dan l-aspett, l-AIP infisha tipprovdi għal skontijiet u eżenzjonijiet speċjali mid-dispożizzjonijiet tagħha, b’hekk tippubbliċizza d-disponibbiltà ta’ skontijiet li għandhom jiġu negozjati bejn l-operaturi tal-ajruport u l-linji tal-ajru każ b’każ.

(64)

Fir-rigward tal-imposta standard tal-parkeġġ, li tapplika meta ajruplan jibqa’ pparkjat għal iktar minn sagħtejn, Ryanair jispjega li din l-imposta ma tapplikax għaliha minħabba l-ispeċifiċità tal-attivitajiet tagħha u l-fatt li Bratislava mhix “bażi” ta’ Ryanair. L-ajruplani ta’ Ryanair qatt ma jkunu pparkjati f’BTS, u minħabba l-proċess ta’ tidwir ta’ malajr ta’ Ryanair, l-ajruplani tagħha jdumu biss 25 minuta fl-Ajruport kull darba, u qatt ma jkunu f‘żoni ta’ parkeġġ speċifikati.

(65)

Fir-rigward ta’ introduzzjoni ta’ imposti ġodda, Ryanair hija tal-fehma li l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni hija qarrieqa, għax tissuġġerixxi li imposti ġodda ma japplikawx għal Ryanair. Madankollu, dawn l-imposti jkunu sempliċiment miġbura direttament minn BTS minflok minn Ryanair. Ryanair tkompli tispjega li dawn l-imposti, jekk jinġabru direttament minn Ryanair ikollhom effetti negattivi fuq il-mudell kummerċjali u n-numru tal-passiġġieri tagħha.

(66)

Barra minn hekk, Ryanair tiddikjara li jekk ċerti imposti standard applikabbli fl-Ajruport jitneħħew jew jitnaqqsu, din ma tgawdi ebda benefiċċju peress li l-imposta kombinata ta’ nżul, tluq mill-ajruport u mmaniġġjar provduta skont il-Ftehim ma tonqosx meta jonqsu l-imposti standard fl-Ajruport. Dan kien riskju li ħadet Ryanair fiż-żmien tal-konklużjoni tal-Ftehim. Dan fil-fatt seħħ, għax l-imposta ta’ nżul tnaqqset b’7,1 % f’Jannar 2008. Barra minn hekk, il-Ftehim jipprovdi għal żieda annwali fl-imposta tas-servizz b’ […].

4.2.3.   Il-Ftehim jissodisfa l-Prinċipju tal-Investitur fl-Ekonomija tas-Suq.

(67)

Ryanair tikkontesta s-sejbiet preliminari tal-Kummissjoni li minħabba li l-awtoritajiet Slovakki semmew żvilupp ekonomiku reġjonali u investimenti li possibilment ġejjin u effetti oħra ekonomiċi sekondarji u terzjarji fost il-vantaġġi pprovduti mill-Ftehim, il-prinċipju tal-investitur fl-ekoomija tas-suq ma ġiex sodisfatt.

(68)

Hija tkompli tispjega li l-għan ewlieni ta’ BTS kien li jottimizza l-ammonti ta’ passiġġieri u jikkompeti fis-suq għal servizzi tal-ajruport u li BTS ibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq analiżi finazjarji aġġornati kontinwament, li jista’ jiġi kkonfermat ukoll permezz ta’ skambji ta’ ittri bejn BTS u Ryanair matul proċess twil ta’ negozjati li beda f’Diċembru 2003. Ryanair tiddikjara li, pereżempju, ittra minn BTS datata t-12 ta’ Diċembru 2003 li tinkludi offerta interim ta’ skontijiet tindika li l-Ajruport wettaq analiżi finanzjarji ta’ kost-benefiċċju. Ryanair tiddikjara wkoll li anke e-mail tas-16 ta’ Novembru 2004 tindika li BTS analizza r-riskji marbuta mal-Ftehim, b’tali mod li aċċetta li jinkludi biss fl-imposta tas-servizz dawk l-imposti li huma kkontrollati minnu (eż. ma nkludiex il-kontroll tat-traffiku fl-ajru fl-imposti tas-servizz tiegħu peress li BTS ma jikkontrollahx). Ryanair tagħti wkoll eżempju li tat lil BTS ma’ rapport ta’ UNISYS, li jikkonċerna l-kapaċità ta’ ajruporti sekondarji biex jieħdu xi traffiku mill-ajruporti primarji.

(69)

Ryanair tispjega li l-imposti mħallsa minnha lil BTS huma simili għal jew anke ogħla minn dawk f’ajruporti paragunabbli oħra (eż. l-Ajruport privat ta’ Blackpool, fir-Renju Unit). Ryanair tisħaq ukoll li pprovdiet eżempji ta’ imposti f’diversi ajruporti privati u ffinanzjati privatament lill-Kummissjoni f’diversi stadji matul il-fażijiet amministrattivi u ġudizjarji tal-kawża Charleroi u tirreferi għall-argumenti, id-dejta, u l-konklużjonijiet provduti fil-kawża Charleroi għal spejgazzjonijiet ulterjuri. Fil-fehma tagħha m’hemmx bżonn ta’ valutazzjoni ekonomika kumplessa, sempliċi tqabbil tal-imposti tal-ajruport f’ajruporti differenti privati u ffinanzjati privatament għandu jkun biżżejjed.

(70)

Ryanair hija tal-fehma wkoll li peress li impenjat lilha nfisha li topera mill-inqas […] rotot kuljum – li huwa ekwivalenti għal iktar minn 2 miljun passiġġieri fis-sena li jassumi fattur tat-tagħbija ta’ 75 % - mill-Ajruport ta’ Bratislava mill-1 ta’ Lulju 2009 hija pprovdiet fluss ta’ introjtu stabbli għall-Ajruport. Barra minn hekk, Ryanair tosserva li dan l-introjtu ġie garantit permezz ta’ penali li jammontaw għal imposti fuq […] rotot kuljum jekk Ryanair ma twettaqx l-impenn tagħha. Għalhekk, fil-fehma tagħha l-applikazzjoni ta’ imposti iktar baxxi fl-Ajruport saret b’kunsiderazzjoni ta’ vantaġġ ekonomiku u hija għalhekk konformi mal-prinċipju tal-investitur fl-ekonomija tas-suq.

(71)

Barra minn hekk, l-imposta tas-servizz għal destinazzjonijiet ġodda hija bbażata fuq frekwenzi ta’ titjiriet (7 titjiriet fil-ġimgħa) u hija ekwivalenti għal iktar minn 100 000 passiġġieri fis-sena (skont il-preżunzjoni ta’ fattur tat-tagħbija ta’ 75 %). Ryanair tispjega li l-iskontijiet għal destinazzjonijiet ġodda fiż-żmien tar-rimarki tagħha kienu japplikaw biss għar-rotta bejn Bratislava u Frankfurt Hahn. Hija targumenta wkoll li l-iskontijiet mogħtija minn BTS għal destinazzjonijiet ġodda huma konformi mal-prattika tal-industrija peress li ħafna ajruporti privati u pubbliċi japplikaw l-istess livell jew livell ikbar ta’ skontijiet għal destinazzjonijiet ġodda.

(72)

Ryanair tkompli tispjega li billi tipprovdi lill-Ajruport b’numru kbir ta’ passiġġieri hija tikkontribwixxi għall-massimizzazzjoni tad-dħul mhux mill-avjazzjoni u l-utilizzazzjoni tat-terminals tiegħu. Id-dħul mhux mill-avjazzjoni jinkludi imposti ta’ parkeġġ għall-passiġġieri, dħul minn negozji annessi mal-ajruport bħall-kiri tal-karozzi, ħwienet, banek, uffiċċji postal u restoranti, dħul għal servizzi shuttle lejn bliet fil-viċin u dħul mir-reklamar. Barra minn hekk, Ryanair hija tal-fehma li l-Ajruport jista’ jiġġenera dħul addizzjonali minħabba kummissjonijiet mill-biljetti u l-piż eċċessiv tal-bagalji u jnaqqas il-kosti peremezz ta’ proċeduri differenti taċ-check-in.

(73)

Ryanair tirrifjuta l-preżunzjonijiet tal-kwerelant li l-fattur tat-tagħbija tal-ajruplani tagħha allegatament jammonta għal 84 % u li l-piż massimu tat-tluq għal kull ajruplan huwa ta’ 69.9 tunnellati. Dawn il-preżunzjonijiet huma esaġerati sabiex jitkabbar l-ammont tal-vantaġġ allegat mogħti lil Ryanair. Ryanair tkompli tispjega li l-preżunżjonijiet tagħha tal-fattur tat-tagħbija għal kull ajruplan meta kienet qed tinnegozja ma’ BTS kien ta’ 75-80 %, li ġie kkonfermat permezz ta’ statistiċi ex post. Il-massa massima tat-tluq tal-ajruplani ta’ Ryanair li joperaw lejn u mill-Ajruport ta’ Bratislava hija ta’ 67 tunnellati.

(74)

Fil-fehma ta’ Ryanair kien diġà prevedibbli fl-2005 li l-Ftehim konkluż ma’ BTS kien se jagħmel lill-Ajruport iktar profittabbli u b’hekk jipprovdi valur miżjud lill-azzjonisti. Hija kkonkludiet kuntratti simili ma’ ajruporti privati u pubbliċi oħra bħal London-Stansted, London-Luton, Prestwick jew Hahn.

4.2.4.   Nuqqas ta’ selettività

(75)

Fil-fehma ta’ Ryanair il-miżura mhix selettiva għax il-Ftehim ġie konkluż fuq bażi mhux esklussiva u kwalunkwe trasportatur bl-ajru ieħor seta’ kiseb l-istess kundizzjonijiet mogħtija lil Ryanair fuq il-bażi tal-impenji. Hija wkoll tal-fehma li l-Ftehim jipprovdi għal trasparenza u nuqqas ta’ diskriminazzjoni fl-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet finanzjarji u operattivi offruti lil linji tal-ajru oħra.

(76)

Ryanair tkompli tispjega li meta ġie konkluż il-Ftehim l-Ajruport kien jopera b’kapaċità inqas minn dik disponibbli u li seta’ jakkomoda l-kompetituri ta’ Ryanair. Hija tiddikjara wkoll li Sky Europe kienet tgawdi mill-inqas l-istess kundizzjonijiet bħal Ryanair peress li l-impenji tagħha kienu paragunabbli.

4.2.5.   L-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni

(77)

Ryanair tikkontesta l-konklużjonijiet preliminari tal-Kummissjoni fil-ftuħ tal-proċedura fir-rigward tat-tfixkil tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Hija tikkontesta b’mod partikolari l-fatt li l-Kummissjoni ma analizzatx l-arranġamenti bejn linji tal-ajru u ajruporti li jikkompetu.

5.   KUMMENTI MIS-SLOVAKKJA DWAR KUMMENTI MINN PARTIJIET TERZI

(78)

L-awtoritajiet Slovakki bdew l-osservazzjonijiet tagħhom billi ddikjaraw li huma jappoġġjaw totalment l-argumenti ta’ BTS u Ryanair li l-Ftehim ma jinvolvix għajnuna mill-Istat lil Ryanair u li ġie konkluż fuq termini tas-suq.

(79)

Fir-rigward tal-imputabbiltà tal-Ftehim lill-Istat, huma jenfasizzaw b’mod partikolari li l-Ftehim ġie konkluż biss wara proċess ta’ negozjati fuq medda twila ta’ żmien bejn il-maniġment tal-Ajruport u Ryanair. Fil-fehma tal-awtoritajiet Slovakki, f’każ li l-Ftehim ikun imputabbli lill-Istat, il-proċess tan-negozjati kien ikun iqsar. Huwa evidenti wkoll li ma kienx hemm pressjoni biex jiġi konkluż il-Ftehim. Huma jargumentaw ukoll li l-Ajruport huwa indipendenti mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u li kien kapaċi jiffinanzja l-kosti operattivi tiegħu mid-dħul tiegħu mingħajr l-intervent tal- awtoritajiet pubbliċi.

(80)

L-awtoritajiet Slovakki jisħqu wkoll li BTS aġixxa bħala investitur fis-suq bl-għan li jikseb l-iktar termini kuntrattwali favorevoli għall-Ajruport. BTS riċentement issottometta lill-Ministeru tal-Finanzi rapport imħejji fl-aħħar tal-2003 minn kumpanija tal-konsulenza rigward l-istrateġija ta’ kosti baxxi fl-ajruport. L-iskop ta’ dan ir-rapport kien li jiddeskrivi l-attivitajiet ta’ u xejriet fin-negozju tal-linji tal-ajru b’kosti baxxi madwar id-dinja u fl-Ewropa Ċentrali sabiex jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar prezzijiet, kwistjonijiet kummerċjali u kwistjonijiet finanzjarji lill-management tal-ajruport. Analiżi oħra twettqet f’April 2004 sabiex tevalwa ż-żieda tal-passiġġieri fl-ajruport u l-possibbiltajiet tal-ipprezzar.

(81)

L-awtoritajiet Slovakki jikkonfermaw li BTS applika jew offra wkoll skontijiet għal destinazzjonijiet skedati ġodda lil trasportaturi oħra, bħal Easyjet u Sky Europe u li l-Ftehim ma’ Ryanair ma kienx jikkostitwixxi deroga speċjali. Huma jiddikjaraw ukoll li d-definizzjoni ta’ “destinazzjoni ġdida” kienet paragunabbli ma’ dik użata ma’ trasportaturi oħra u Ryanair ma kienet vantaġġjata fl-ebda aspett.

(82)

L-awtoritajiet Slovakki jispjegaw ukoll li għalkemm huma tal-fehma li l-Ftehim ma’ Ryanair ma jinvolvix għajnuna mill-Istat, huma talbu lill-Ajruport għal analiżi ex post tal-profittabbiltà tal-Ftehim. Ir-riżultat ta’ din l-analiżi kien li l-Ajruport kiseb 8.5 %-10 % tal-profittabbiltà mill-Ftehim fl-2006 – 2007.

6.   EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA

6.1.   Għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107 (1) TFUE

(83)

Skont l-Artikolu 107 (1) TFUE “kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.”

(84)

Il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107 (1) TFUE huma kumulattivi. Għalhekk, sabiex jiġi determinat jekk il-miżura inkwistjoni tikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107 (1) TFUE dawn il-kundizzjonijiet kollha għandhom jintlaħqu. Jiġifieri, l-appoġġ finanzjarju għandu:

jingħata mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat,

jiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti,

ifixkel jew jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni;

jolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(85)

F’dan il-każ l-awtoritajiet Slovakki argumentaw li BTS aġixxa kif kien jagħmel investitur li jopera f’ekonomija tas-suq f’sitwazzjoni simili. Jekk dan ikun il-każ, Ryanair ma ġietx vantaġġjata mill-Ftehim u l-ebda għajnuna mill-Istat ma hija involuta.

6.2.   Applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur li jopera f’ekonomija tas-suq

(86)

Meta tevalwa jekk il-Ftehim ġiex konkluż f’kundizzjonijiet normali tas-suq, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk f’ċirkostanzi simili investitur privat li jopera f’ċirkustanzi normali fl-ekonomija tas-suq kienx jagħmel l-istess arranġamenti kummerċjali jew arranġamenti kummerċjali simili bħal ma għamel BTS (19).

(87)

Iż-żewġ partijiet interessati (jiġifieri BTS u Ryanair) jiddikjaraw li anke ajruporti oħra privati u pubbliċi jagħtu skontijiet ibbażati fuq l-ammont tal-passiġġieri u skontijiet għal destinazzjonijiet ġodda meta jipprevedu żieda fil-profittabbiltà tagħhom u utilizzazzjoni mtejba tal-infrastruttura. Għalhekk, huma tal-fehma, li l-Kummissjoni għandha tillimita l-eżami tagħha tal-investitur tas-suq privat għat-tqabbil ta’ imposti inklużi fil-Ftehim u l-imposti tal-ajruport applikati f’ajruporti Ewropej oħra lil linji tal-ajru b’kosti baxxi. B’mod partikolari Ryanair tissottometti li l-imposti fl-Ajruport ta’ Bratislava huma simili u anke ogħla minn dawk f’ajruporti paragunabbli oħra (eż. l-Ajruport ta’ Blackpool, fir-Renju Unit).

(88)

F’dan ir-rigward il-Kummissjoni tqis li għalkemm l-imposti tal-ajruport applikati f’ajruporti Ewropej oħra jistgħu jipprovdu referenza ġenerali ħafna għall-ipprezzar tas-servizzi tal-ajruport, ma jippermetux il-konklużjoni li BTS f’dan il-każ partikolari aġixxa bħal investitur privat.

(89)

Id-dħul u l-istruttura tal-kosti jvarjaw minn ajruport għal ieħor. Dawn jiddependu b’mod partikolari fuq l-istat tal-iżvilupp tal-ajruport, l-aktar fir-rigward tan-numru tal-passiġġieri, il-linji tal-ajru li joperaw minn/lejn l-ajruport, il-kapaċità disponibbli (kapaċità żejda, restrizzjonijiet tal-kapaċità jew il-ħtieġa għal investimenti ġodda minħabba ż-żieda fl-ammonti tal-passiġġieri), il-perjodu tal-utilità tal-infrastruttura, il-ħtieġa għal investimenti ta’ sostituzzjoni u l-livelli ta’ deprezzament, il-piż regolatorju, li jista’ jvarja minn Stat Membru għall-ieħor u d-djun u l-obbligi storiċi. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-ftehimiet mal-linji tal-ajru jistgħu jkunu differenti f’kull ajruport u li dawn jistgħu jiddependu wkoll fuq kemm ikun attraenti l-post fejn jinsab għal-linja tal-ajru inkwistjoni u l-kompetituri tagħha, id-daqs taż-żona milħuqa u l-livell tas-servizzi offruti.

(90)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-mistoqsija ta’ jekk il-Ftehim jinvolvix vantaġġ għal Ryanair għandha tiġi evalwata fir-rigward tal-kundizzjonijiet fl-ajruport ta’ Bratislava u mhux permezz ta’ paragun sempliċi tal-imposti applikati f’ajruporti Ewropej oħra li l-karatteristiċi tagħhom jistgħu jkunu differenti.

(91)

Skont il-prinċipji stabbiliti fil-każistika, il-Kummissjoni għandha tqabbel il-kondotta ta’ BTS ma’ dik ta’ operatur privat iggwidat mill-prospetti tal-profittabbiltà. (20) BTS isostni li huwa aġixxa razzjonalment, iżda ma tax lill-Kummissjoni rapport formali bil-miktub.

(92)

Il-Qorti ddikjarat fis-Sentenza ta’ Stardust Marine li, “[…] sabiex ikun eżaminat jekk l-Istat adottax jew le l-aġir ta’ investitur prudenti li jopera f’ekonomija tas-suq, huwa meħtieġ li wieħed iqiegħed lilu nnifsu fil-kuntest tal-perjodu li matulu kienu mwettqa l-miżuri ta’ sostenn finanzjarju sabiex tkun evalwata r-razjonalità ekonomika tal-kondotta tal-Istat, u għalhekk m’għandha ssir ebda evalwazzjoni bbażata fuq sitwazzjoni sussegwenti”. (21)

(93)

Sabiex tkun tista’ tapplika t-test tal-investitur privat il-Kummissjoni għandha tqiegħed lilha nfisha fiż-żmien li ġie ffirmat il-Ftehim. BTS iffirmat il-Ftehim ma’ Ryanair fil-5 ta’ Diċembru 2005. Il-Kummissjoni għandha tibbaża wkoll il-valutazzjoni tagħha fuq l-informazzjoni u l-preżunzjonijiet li kienu disponibbli għall-operatur meta l-Ftehim ġie ffirmat

(94)

Skont il-Ftehim (Artikolu 2.1) Ryanair obbligat ruħha li topera mill-inqas […] destinazzjonijiet eżistenti kuljum sa nofs l-2009. Wara nofs l-2009, kien mistenni tkabbir ħafna anqas. L-Artikolu 6.4 tal-Ftehim jistabbilixxi li l-prezz għal destinazzjoni standard jammonta għal EUR […] għal kull tidwir (wasla u tluq) li jiżdied għal […] fis-sena.

(95)

Skont l-Artikolu 6.3 tal-Ftehim, destinazzjonijiet ġodda jkollhom imposta b’rata mnaqqsa ta’ EUR […] għal kull tidwir tal-ajruplan u din tiżdied b’ […] fis-sena matul perjodu ta’ 6 snin li jibda mill-introduzzjoni tad-destinazzjoni l-ġdida. Jirriżulta wkoll mill-informazzjoni provduta mill-ajruport li destinazzjonijiet ġodda għandhom jirrappreżentaw massimu ta’ 20 % tad-destinazzjonijiet kollha operati minn Ryanair (22).

(96)

Fuq il-bażi ta’ dan, l-ajruport seta’ jipprevedi d-dħul ġenerat permezz tal-Ftehim ma’ Ryanair. Għandu jiġi enfasizzat li dan id-dħul jikkunsidra biss id-dħul mill-avjazzjoni u mhux id-dħul indirett.

(97)

Il-Kummissjoni tosserva wkoll li, minħabba l-impenn ta’ Ryanair li topera mill-inqas […] rotot kuljum mill-Ajruport, BTS seta’ jistenna dħul stabbli u prevedibbli matul il-Ftehim.

(98)

L-istimi tal-kosti tal-ajruport matul il-Ftehim twettqu permezz tal-projezzjoni tal-kosti attwali (23) sal-2016 fuq il-bażi tal-pjan kummerċjali tiegħu.

(99)

Parti minn kull pożizzjoni tal-kosti rilevanti kienet attribwita lill-Ftehim skont il-listi li jirrappreżentaw is-sehem tal-passiġġieri (29,38 % tal-passiġġieri fl-2007), movimenti tal-ajruplani fl-ajruport (12,69 % fl-2007), massa massima tat-tluq (19,07 %) u ħtiġiet amministrattivi imputabbli lill-Ftehim u anke l-livell tas-servizzi offruti lil Ryanair. Il-listi tal-allokazzjoni proġettata kull sena huma elenkati fid-dettaljati hawn isfel fit-Tabella 4 li turi li s-sehem tal-kosti mġarrba minn Ryanair jiżdied skont is-sinifikat tiegħu fl-attività tal-ajruport.

Tabella 4

Listi tal-allokazzjoni tal-kosti għall-ftehim ma’ Ryanair 2008–2016

Listi tal-allokazzjonijiet tal-kosti

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

2016

Passiġġieri

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Il-massimu tal-massa mat-tluq

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Caqliq tal-ajruplani fl-ajruport

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Amministrazzjoni

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(100)

Il-kosti imbagħad ġew proġġettati sal-2016 billi saru dawn il-preżunzjonijiet ewlenin fuq il-bażi tal-pjan kummerċjali tal-ajruport:

Deprezzament annwali jiġi bbażat fuq il-programm tal-investiment, li jinkludi l-kost ta’ terminal ġdid u jiżdied sewwa matul is-snin tal-bini tat-terminal il-ġdid mill-2009 sal-2012.

Il-kosti tal-persunal huma bbażati fuq il-preżunzjoni li n-numru ta’ impjegati għandu jiżdied b’rata ta’ 50 % taż-żieda tal-passiġġieri fis-sena multiplikat b’paga medja għal kull impjegat multiplikata b’rata ta’ inflazzjoni annwali.

Il-kosti tal-konsum tal-enerġija (gass, elettriku) u tal-ilma huma preżunti li jiżdiedu b’25 % taż-żieda fin-numri proġettati tal-passiġġieri multiplikati mir-rata tal-inflazzjoni annwali flimkien ma’ żieda ta’ darba ta’ 35 % fl-2010 li jirrifletti l-ftuħ tal-Fażi 1 tat-terminal il-ġdid. M’hemmx żieda korrispondenti għall-bidu tal-Fażi 2 tat-terminal il-ġdid fl-2012 għax fil-Fażi 2 bini eżistenti jiġi sostitwit minn bini ġdid u għalhekk ma jkun hemm l-ebda żieda netta fl-użu tal-enerġija.

Il-kosti tat-tiswija u l-manutenzjoni huma bbażati fuq rata preżunta ta’ żieda ta’ 50 % tar-rata taż-żieda fin-numri proġettati tal-passiġġieri multiplikati bir-rata ta’ inflazzjoni annwali.

L-inflazzjoni annwali hija bbażata fuq projezzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi Slovakk.

Ir-rata tal-kambju użata biex tibdel SKK f’Euro hija fissa bir-rata tad-data tal-iffirmar tal-Ftehim (37,798 SKK/Euro).

(101)

Din it-tabella tiġbor fil-qosor il-kalkoli tad-dħul u l-kosti fir-rigward tal-Ftehim u l-kontribut tiegħu għall-profitt ta’ BTS matul it-tul tiegħu. Dawn il-kalkoli huma bbażati fuq il-pjan kummerċjali provdut mill-mexxejja ta’ BTS u l-preżunzjonijiet deskritti preċedentement.

Tabella 5

Analiżi tal-profittabbiltà tal-ftehim ma’ Ryanair 2005 – 2016

f’1000 EUR

 

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

2016

Dħul

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Kosti

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Profitt/Telf

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Marġni tal-profitt

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

NPV tal- (24)profitt

(…)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Medja tal-marġini tal-profitt

(…)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(102)

Il-Kummissjoni tosserva li, l-Ftehim ma’ Ryanair matul it-tul tiegħu jiġġenera kontribut pożittiv fir-riżultati finanzjarji ta’ BTS, b’NPV ta’ profitti li jammontaw għal […] miljun. Barra minn hekk l-NPV ġenerali ta’ BTS kien mistenni li jkun pożittiv tul il-perjodu tal-ftehim.

(103)

Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-Ftehim ikopri l-kosti kollha li jistgħu jiġu attribwiti lilu. L-hekk imsejjaħ “approċċ tal-kosti totali” fil-każ attwali jinkludi kosti ta’ deprezzament għall-infrastruttura tal-ajruport u l-kosti operattivi l-oħra kollha, dan jinkludi wkoll kosti għal infrastruttura (25) storika u wkoll kosti ta’ miżuri ta’ sigurtà u sigurezza li jistgħu jirrapreżentaw miżuri li jaqgħu taħt il-mandat tal-politika pubblika u ma jkunux attività ekonomika skont it-tifsira tal-Artikolu 107 (1) TFUE. Barra minn hekk id-dħul mhux mill-avjazzjoni imputabbli għall-Ftehim ma tqisux. Għaldaqstant, l-NPV tal-profitti jidher li ġie stmat anqas u l-kontribut pożittiv tal-Ftehim għandu jkun ogħla.

(104)

Il-Kummissjoni tosserva wkoll li fl-2010 u l-2011 – fis-snin meta l-ewwel parti tat-terminal (26) il-ġdid se tibda l-operat tagħha u jinħolqu kapaċitajiet addizzjonali fl-Ajruport – il-kosti tiegħu (b’mod partikolari kosti ta’ deprezzament u tal-enerġija) għandhom jiżdiedu bi 33-38 % meta mqabbla mal-2008 u ser ikollhom impatt negattiv fuq ir-riżultati matul dawn l-ewwel sentejn.

(105)

Tabella 5 turi li l-medja tal-marġini tal-profitt (27) (jew l-hekk imsejjaħ ‘redditu fuq il-bejgħ’) tal-Ftehim jammonta għal […] u huwa paragunabbli mal- medja tal-marġini tal-profitt f’ajruporti oħra tal-UE fl-2006 u 2007 (ara t-tabella hawn taħt).

Tabella 6

Marġni tal-profitt f’ajruporti oħra tal-UE fl-2006 u l-2007

f’%

Ajruporti

Marġini ta' profitt 2006

Marġini ta' profitt 2007

Fraport

10,51

8,60

Aéroports de Paris

7,65

14,04

Flughafen München

6,73

4,98

Manchester Airports Group

17,69

20,42

Aeroporti di Roma

10,63

3,21

Flughafen Wien

17,62

16,77

SEA Aeroporti di Milano

7,44

5,90

Flughafen Düsseldorf

5,47

10,15

Aeroportos de Portugal

16,71

16,10

Finavia

8,85

10,82

Flughafen Köln-Bonn

1,98

2,00

Flughafen Berlin-Schönefeld

2,07

7,16

Hannover-Langenhagen

0,00

5,61

Lyon-Saint Exupéry

0,00

0,42

Peel Airports

–3,64

2,93

Medja tal-marġini tal-profitt

7,31

8,61

(106)

L-espert tal-Kummissjoni wettaq ukoll analiżi ta’ sensittività tal-Valur Nett Preżenti tal-Ftehim sabiex jeżamina l-impatt tal-varjazzjoni tal-kosti tad-deprezzament u l-enerġija - f’każ li dawn il-kosti ġew stmati baxxi - fuq il-profittabbiltà tal-kuntratt.

Tabella 7

Analiżi tas-sensittività (żieda fil-kosti tad-deprezzament u l-enerġija) tal-profittabbiltà tal- Ftehim ma’ Ryanair

Xenarji Differenti

Valur Nett Preżenti tal-kuntratt ma’ Ryanair f’1 000 EUR

Xenarju bażiku

(…)

Xenarju alternattiv 1:

Żieda fil-kosti tad-deprezzament u l-enerġija b’10 % fl-2013 u 15 % fl-2014 – 2016

(…)

Xenarju alternattiv 2:

Żieda fil-kosti tad-deprezzament u l-enerġija b’15 % fl-2013 u 25 % fl-2014 – 2016

(…)

(107)

Minkejja varjazzjonijiet fl-analiżi ta’ sensittività ta’ bejn 10 % u 25 %, il-kontribut tal-Ftehim għall-profitt nett ta’ BTS jibqa’ pożittiv u huwa ta’ bejn EUR […] miljun u EUR […] miljun.

(108)

Abbażi ta’ dak li ssemma’ qabel, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-deċiżjoni ta’ BTS li jikkonkludi Ftehim ma’ Ryanair kienet razzjonali fuq il-bażi tal-analiżi msemmija hawn fuq ta’ kost-benefiċċju.

Aspetti oħra tal-Ftehim u analiżi tar-riskju għal BTS

(109)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li huwa important li l-Ftehim jiġi kkunsidrat fil-kuntest tal-attività preċedenti ta’ BTS u l-pożizzjoni tiegħu fis-suq dak iż-żmien.

(110)

Il-Kummissjoni tosserva wkoll li skont is-Sentenza Charleroi, (28) meta tevalwa l-miżura inkwistjoni, għandha tikkunsidra l-karatteristiċi rilevanti kollha tal-miżura u l-kuntest tagħhom.

(111)

F’dan il-każ, waqt il-valutazzjoni tar-raġunament wara d-deċiżjoni ta’ BTS li jikkonkludi l-Ftehim, fatturi oħrajn li għandhom jkunu analizzati minbarra l-analiżi tal-kost-benefiċċju, huma d-diversifikazzjoni tal-linji tal-ajru li joperaw mill-Ajruport (u għalhekk it-tnaqqis tar-riskji), l-allokazzjoni aħjar tar-riżorsi kif ukoll it-tnaqqis ta’ kapaċità żejda.

(112)

Peress li r-Repubblika Slovakka preżentement m’għandhiex trasportatur nazzjonali stabbilit u d-daqs tat-trasporatur bl-ajru preċedenti tagħha kien żgħir (6 % tal-passiġġieri f’BTS fl-2005), u fi Stati Membri oħra linji tal-ajru paragunabbli għadhom joperaw mill-inqas 40 % tal-passiġġieri f’ajruporti paragunabbli, BTS kien dipendenti sew fuq linja tal-ajru privata, Sky Europe, li kienet topera madwar 73 % tal-passiġġieri tal-Ajruport fl-2005. Għandu jiġi nnotat li, minħabba l-kuntratt ma’ Ryanair, BTS seta’ fil-fatt jiddiversifika l-bażi tal-klijenti tiegħu, u b’hekk, seta’ jnaqqas ir-riskju tiegħu li mmaterjalizza matul is-sena 2009 hekk kif Sky Europe falliet.

(113)

Barra minn hekk, BTS naqqas ukoll ir-riskju li joħloq kapaċità żejda billi ibiddel it-terminal l-antik b’terminal ieħor ġdid u ikbar. L-ottimizzazzjoni u l-użu iktar regolari tal-infrastruttura wkoll ppermettew it-tnaqqis tal-imposti regolari tal-AIP sa mill-2008. Barra minn hekk, BTS ma nkludiex fl-hekk imsejħa “imposta tas-servizz” imposti li ma kinux fil-kontroll tiegħu, bħal imposti tal-kontroll tat-traffiku fl-ajru

(114)

Barra minn hekk, Ryanair tirriklama lil Bratislava bħala waħda mid-destinazzjonijiet tagħha fuq il-websajt tagħha. Madankollu, BTS ma jħallasx għal dan ir-reklamar, għalkemm ma jistax jiġi eskluż li ċertu valur jista’ jkun anness miegħu.

(115)

Il-Kummissjoni tosserva li dawn l-elementi kwalitattivi kollha ikkontribwew b’mod pożittiv ukoll għas-sitwazzjoni operattiva u finanzjarja ta’ BTS u żiedu l-valur tas-suq tiegħu għall-azzjonisti. Dawn għalhekk jikkumplementaw l-analiżi msemmija qabel ta’ kost-benefiċċju.

Konklużjoni

(116)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal sa issa, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li meta ġie ffirmat il-Ftehim ma’ Ryanair, BTS ikkunsidra li l-ftehim kien se jagħmel lill-ajruport iktar profittabbli. Il-Kummissjoni tista’ għalhekk taċċetta li, f’ċirkostanzi simili, operatur fl-ekonomija tas-suq kien jiddeċiedi li jikkonkludi ftehim simili ma’ Ryanair bħal BTS.

(117)

Peress li mill-inqas waħda mill-kriterji kumulattivi skont l-Artikolu 107 (1) TFUE mhix milħuqa, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Ftehim ma jikkostitwixxix ebda għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107 (1) TFUE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Il-Ftehim tal-5 ta’ Diċembru 2005 konkluż bejn Letisko M. R. Štefánika – Airport Bratislava, a. s. u Ryanair Ltd. ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107 (1) TFUE.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Slovakka.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi-President


(1)  B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-TFUE. Iż-żewġ settijiet tad-dispożizzjonijiet huma, sostanzjalment, identiċi. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom ikunu mifhuma bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88, rispettivament, tat-Trattat tal-KE fejn xieraq.

(2)  ĠU C 173, 8.7.2008, p. 9.

(3)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(4)  Ara n-Nota 2 ta’ qiegħ il-paġna.

(5)  Il-Fond tal-Proprjetà Nazzjonali huwa entità legali stabbilita fl-1991 skont l-Att tal-Kunsill Nazzjonali, Nru 253/1991 dwar l-ambitu ta’ attivitajiet ta’ entitajiet fir-Repubblika Slovakka fi kwistjonijiet li jinvolvu t-trasferiment ta’ proprjetà tal-istat lil persuni oħra u dwar il-Fond Nazzjonali tal-Proprjetà tar-Repubblika Slovakka (għal informazzjoni dettaljata ara http://www.natfund.gov.sk/). L-iskop tal-eżistenza tiegħu u l-attività ewlenija tiegħu huma li tiġi trasferita l-propjetà tal-Istat identifikata għall-privatizzazzjoni lil entitajiet mhux tal-Istat. Il-Fond huwa taħt is-sorveljanza diretta tal-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka, li lilu jitressaq il-baġit tal-Fond għall-approvazzjoni, flimkien mal-proposti għall-użu tal-proprjetà tal-Fond skont l-Artikolu 28, (3) (b) tal-Att, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u r-rapport annwali dwar l-attitivatjiet tal-Fond.

(6)  ETREND, 31.3.2006, http://relax.etrend.sk/65787/cestovanie/ryanair-si-poistil-bratislavu; Pravda.sk.

(7)  Il-kwerelant ipprovda lill-Kummissjoni lista ta’ imposti, ippubblikata fl-AIP, valida minn Diċembru 2005:

imposta għall-inżul: SKK 425 (madwar EUR 11,20) għal kull tunnellata (MTOM);

imposta għall-parkeġġ: SKK 9 (madwar. EUR 0,237) għal kull tunnellata fis-siegħa;

imposta għall-passiġġieri: SKK 490 (madwar. EUR 12,90) għal kull passiġġier;

imposta għall-approċċ u l-kontroll tat-traffiku fl-ajru: SKK 230 (madwar EUR 6,07) għal kull tunnellata.

L-imposta għall-inżul, l-imposta għall-parkeġġ u l-imposta għall-passiġġieri jitħallsu lill-ajruport. L-imposti għall-approċċ u l-kontroll tal-ajruport jinġabru mis-Servizzi tat-Traffiku fl-Ajru tar-Repbblika Slovakka.

(8)  Eżempju tal-ajruplan Boeing 737-800 b’189 sit, fattur tat-tagħbija ta’ 83 % u MTOM 69,9 tunnellata kien meqjus għall-kalkoli.

(9)  Il-Ftehim allegatament jipprovdi għal tnaqqis sostanzjali tal-imposti. B’fattur ta’ tagħbija (157 passiġġier), Ryanair iħallas lill-Ajruport miżata li tinkludi kollox ta’ […] kull passiġġier ([…] għal 157 passiġġier, tluq u wasla) għad-destinazzjoni l-ġdida skedata.

(10)  L-imposta tas-servizz għal destinazzjonijiet eżistenti allegatament tammonta għal […] għal kull Boeing 737-800 (tluq u wasla).

(11)  L-imposti għall-ġestjoni fl-ajruport huma regolati skont ftehimiet separati bejn l-ajruport u l-linja tal-ajru. Skont il-kwerelant, miżata tal-ġestjoni kompetittiva ħafna tammonta għal madwar EUR 250 għal kull ajruplan.

(*)  Confidential information.

(12)  ĠU C 312, 9.12.2005, p. 1.

(13)  Dawn l-imposti jinkludu miżuri tas-sigurtà (bħat-tifi tan-nar) u verifiki tas-sigurtà fuq il-passiġġieri u l-bagalji kif ukoll servizzi oħra tas-sigurtà meħtieġa bil-liġi.

(14)  Ryanair m’għandhiex bażi għall-ajruplani tagħha fl-Ajruport.

(15)  Il-linja tal-ajru Slovakka, li inbigħet lill-Austrian Airlines u falliet fl-2006.

(16)  Fil-fehma ta’ BTS, il-kwerelant jippreżumi b’mod żbaljat li l-fattur tat-tagħbija ta’ Ryanair huwa 83 %. La Ryanair u lanqas ebda trasportatur bl-ajru ieħor paragunabbli ma qatt kiseb dak il-fattur ta’ tagħbija fl-Ajruport. Ryanair jista’ jitqabbel biss mat-trasportatur b’kosti baxxi ieħor li jopera f’BTS (eż. Sky Europe fl-2005), li kiseb fattur ta’ tagħbija ta’ 63 % fis-sena li fiha ġie ffirmat il-Ftehim ma’ Ryanair.

(17)  BTS jiċċara wkoll li kważi 100 % tal-kosti tal-kapaċitajiet tal-operat, eskluż l-kosti tal-ġestjoni tal-ajruplani (it-terminal, ir-runways, u żoni oħra u d-deprezzament, l-imgħax, it-tiswija u l-manutenzjoni, l-enerġija, is-servizzi, il-liċenzji tas-sistema tal-kompjuters, l-kosti tal-persunal, l-amministrazzjoni) jistgħu jiġu kkunsidrati bħala kosti fissi tal-kumpanija, li ma jinbidlux sostanzjalment fid-dawl tal-bidliet fin-numru ta’ passiġġieri mmaniġġjati mill-ajruport.

(18)  Li fl-aħħar falliet.

(19)  Sabiex twettaq il-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni kkummissjonat wkoll lil Moore Stephens (minn issa ‘l quddiem: “espert tal-Kummissjoni”) biex iwettaq studju. L-espert tal-Kummissjoni analizza d-dejta finanzjarja u l-preżunzjonijiet bażiċi tal-Ftehim ma’ Ryanair. Fit-twettiq ta’ dan l-istudju huwa kien faċilitat minn BTS u kellu aċċess għad-dokumenti meħtieġa kollha pprovduti mill-ajruport f’kamra ta’ dejta u anke għall-management ta’ BTS. Huma ngħataw ukoll aċċess mingħajr limitu għad-dokumentazzjoni finanzjarja, kuntrattwali u dokumentazzjoni oħra tal-ajruport

(20)  Il-Kawża C-305/89 l-Italja v il-Kummissjoni (“Alfa Romeo”), [1991] ECR I-1603, paragrafu 20, Il-Kawża T-296/97 Alitalia v il-Kummissjoni [2000] ECR II-3871, paragrafu 84.

(21)  Sentenza tal-Qorti tas-16 ta’ Mejju 2002, C-482/99, Franza/il-Kummissjoni (minn issa ‘l quddiem: “Sentenza Stardust Marine”), Rec.2002, p. I-04397, paragrafu 71.

(22)  Fil-kuntest ta’ diskriminazzjoni possibbli tal-imposti bejn it-trasportaturi bl-ajru f’BTS, il-Kummissjoni tosserva li l-imposta tas-servizz ta’ Ryanair għal kull passiġġier fl-2008 hija paragunabbli mal-imposta għal kull passiġġier imħallsa minn Sky Europe, eż. Sky Europe ittrasportat 892 939 passiġġier fl-2008 u ħallset imposta ta’ […] għal kull passiġġier, din l-imposta inkludiet ukoll miżata għall-parkeġġ tal-ajruplan fl-ajruport; b’kuntrast, Ryanair ġarret 762 541 passiġġier u ħallset imposta ta’ […] kull passiġġier, minbarra l-miżati tal-parkeġġ għall-ajruplani. Għalhekk, l-imposti f’BTS ivarjaw biss bejn il-livell tas-servizz provdut u l-ammont ta’ passiġġieri ttrasportati. Il-Kummissjoni, matul l-investigazzjoni formali tagħha, ma rċeviet ebda kummenti kuntrarji mill-kompetituri ta’ Ryanair f’BTS.

(23)  Fil-kalkolu, il-bażi tal-kosti jirrelata għall-2007, il-kosti għall-2005 kienu aktar baxxi.

(24)  Valur Nett Preżenti (minn issa ‘l quddiem: NPV) ikkalkulat fuq il-bażi ta’ 6,9 % bħala rata ta’ skont.

(25)  Investimenti fl-infrastruttura u l-finanzjament tagħha li kien sar impenn dwarhom b’mod irrevokabbli qabel l-ajruporti ġew ikkunsidrati impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 107 (1) TFUE (data tal-ewwel sentenza dwar l-Aéroport de Paris).

(26)  Id-deċiżjoni tal-investiment għas-sostituzzjoni tat-terminal l-antik ittieħdet indipendentement mid-deċiżjoni tad-dħul f’relazzjoni kuntrattwali ma’ Ryanair, qabel ma ġie ffirmat il-ftehim ma’ Ryanair. BTS ma rċeviex għajnuna mill-Istat għall-bini tat-terminal il-ġdid.

(27)  Il-marġni tal-profitt (imsejjaħ ukoll ir-redditu fuq il-bejgħ) iqabbel il-profitt nett mal-bejgħ (dħul). Dan il-proporzjon juri jekk impriża hix qed iddaħħal biżżejjed redditu fuq il-bejgħ peress li jiddetermina kemm qed isir profitt għal kull euro ta’ dħul mill-bejgħ.

(28)  Il-Każ T-196/04 Ryanair v Kummissjoni (“Is-Sentenza Charleroi”), [2008], paragrafu 59.


1.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta’ Jannar 2011

skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-dejta personali mill-Istat tal-Iżrael fir-rigward tal-ipproċessar awtomatizzat tad-data personali

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 332)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/61/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, (1) u b’ mod partikolari l-Artikolu 25 (6) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 95/46/KE, l-Istati Membri huma mitlubin jipprovdu li t-trasferiment ta’ dejta personali lejn pajjiż terz isir biss jekk il-pajjiż terz ikkonċernat jassigura livell adegwat ta’ protezzjoni u jekk ikun hemm konformità mal-liġijiet tal-Istati Membri li jimplimentaw dispożizzjonijiet oħrajn tad-Direttiva qabel ma jsir it-trasferiment.

(2)

Il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li pajjiż terz jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni. F’dak il-każ, tista’ tiġi trasferita dejta personali mill-Istati Membri mingħajr ma jkunu meħtiġin garanziji addizzjonali.

(3)

Skont id-Direttiva 95/46/KE l-livell ta’ protezzjoni tad-dejta għandu jkun evalwat fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha li jikkonċernaw operazzjoni ta’ trasferiment ta’ dejta jew sensiela ta’ operazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ dejta filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għal ċerti elementi importanti għat-trasferiment u elenkati fl-Artikolu 25 tagħha.

(4)

Minħabba d-diversi metodi li pajjiżi terzi jużaw fir-rigward tat-trasferiment tad-dejta, l-evalwazzjoni tal-adegwatezza għandha titwettaq, u kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE għandha ssir u tkun infurzata, b’mod li ma tinħoloqx diskriminazzjoni arbitrarja jew mingħajr ġustifikazzjoni kontra jew bejn pajjiżi terzi li fihom ikun hemm kundizzjonijiet simili, u lanqas ma sservi ta’ ostaklu moħbi għall-kummerċ, filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni għall-impenji internazzjonali preżenti tal-Unjoni.

(5)

Is-sistema legali tal-Istat tal-Iżrael m’għandhiex kostituzzjoni miktuba iżda ngħata stejtus kostituzzjonali lil ċerti “Liġijiet Bażiċi” mill-Qorti Suprema tal-Istat tal-Iżrael. Dawk il-“Liġijiet Bażiċi” huma kkumplimentati minn kwantità vasta ta’ każistika, minħabba li s-sistema legali Iżraeljana timxi ħafna skont il-prinċipji tal-liġi komuni. Il-jedd għall-privatezza huwa inkluż fil-“Liġi Bażika: Id-Dinjità tal-Bniedem u l-Libertà” taħt it-taqsima 7.

(6)

L-istandards legali għall-protezzjoni tad-dejta personali fl-Istat tal-Iżrael huma fil-biċċa l-kbira tagħhom imsejsin fuq l-istandards imniżżlin fid-Direttiva 95/46/KE u preskritti fl-Att 5741-1981 dwar il-Protezzjoni tal-Privatezza, li ġie emendat l-aħħar fl-2007 sabiex jiġu stabbiliti rekwiżiti ġodda għall-ipproċessar tad-dejta personali u l-organizzazzjoni ddettaljata tal-awtorità ta’ sorveljanza.

(7)

Dik il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta hija kkumplimentata wkoll b’deċiżjonijiet governattivi dwar it-twettiq tal-Att 5741-1981 dwar il-Protezzjoni tal-Privatezza u dwar l-organizzazzjoni u t-tħaddim tal-awtorità ta’ sorveljanza, li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma msejsin fuq rakkomandazzjonijiet ifformulati fir-Rapport lill-Ministeru tal-Ġustizzja mill-Kumitat għall-Eżami tal-leġiżlazzjoni li għandha x’taqsam mal-Bażijiet tad-Dejta (ir-Rapport Schoffman).

(8)

Hemm ukoll dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta f’numru ta’ strumenti legali li jirregolaw setturi differenti, bħal leġiżlazzjoni fis-settur finanzjarju, regolamenti tas-saħħa u reġistri pubbliċi.

(9)

L-istandards legali tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli fl-Istat tal-Iżrael ikopru l-prinċipji bażiċi meħtiġin għal livell adegwat ta’ protezzjoni għall-persuni fiżiċi b’rabta mal-ipproċessar tad-dejta personali li tinsab f’bażijiet awtomatizzati tad-dejta. Il-Kapitolu 2 tal-Att 5741-1981 dwar il-Protezzjoni tal-Privatezza, li jippreskrivi l-prinċipji għall-ipproċessar tad-dejta personali, ma japplikax għall-ipproċessar ta’ dejta personali f’bażijiet mhux awtomatizzati tad-dejta (bażijiet manwali tad-dejta).

(10)

L-applikazzjoni tal-istandards legali tal-protezzjoni tad-dejta hija ggarantita permezz ta’ rimedji amministrattivi u ġudizzjarji u ta’ superviżjoni indipendenti mwettqa mill-awtorita ta’ sorveljanza, l-Awtorità Iżraeljana dwar il-Liġi, it-Tagħrif u t-Teknoloġija (l-ILITA), li hija mogħnija bis-setgħat li tinvestiga u tintervjeni, u li taġixxi b’mod għal kollox indipendenti.

(11)

L-awtoritajiet Iżraeljani tal-protezzjoni tad-dejta pprovdew spjegazzjonijiet u garanziji dwar kif għandha tiġi interpretata l-liġi Iżraeljana, u taw garanziji li l-leġiżlazzjoni tal-Iżrael dwar il-protezzjoni tad-dejta hija implimentata f’konformità ma’ tali interpretazzjoni. Din id-Deċiżjoni tieħu inkonsiderazzjoni dawn l-ispjegazzjonijiet u garanziji, u hija għalhekk kondizzjonali fuqhom.

(12)

L-Istat tal-Iżrael għandu għalhekk jitqies bħala li jipprovdi livell biżżejjed ta’ protezzjoni għad-dejta personali kif imsemmi fid-Direttiva 95/46/KE fir-rigward tat-trasferimenti internazzjonali awtomatizzati tad-dejta personali mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istat tal-Iżrael jew, fejn dawk it-trasferimenti ma jkunux awtomatizzati, ikunu suġġetti għal ipproċessar awtomatizzat ulterjuri fl-Iżrael. Għall-kuntrarju, it-trasferimenti internazzjonali tad-dejta personali mill-UE lejn l-Istat tal-Iżrael fejn it-trasferiment innifsu kif ukoll l-ipproċessar sussegwenti tad-dejta jsir esklussivament permezz ta’ mezzi mhux awtomatizzati m’għandhomx ikunu koperti minn din id-Deċiżjoni.

(13)

Fl-interess tat-trasparenza u sabiex tiġi mħarsal-abilità tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri li jiżguraw il-protezzjoni tal-individwi fejn jidħol l-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom, huwa neċessarju li jiġu speċifikati ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali fejn tista’ tkun ġustifikata s-sospensjoni ta’ flussi speċifiċi ta’ dejta, minkejja li jinstab li jkun hemm protezzjoni adegwata.

(14)

Is-sejbiet dwar l-adegwatezza li għandhom x’jaqsmu ma’ din id-Deċiżjoni jirreferu għall-Istat tal-Iżrael, kif iddefinit skont il-liġi internazzjonali. Trasferimenti oħrajn ‘il quddiem lil riċevitur barra mill-Istat tal-Iżrael, kif definit skont il-liġi internazzjonali, għandhom jitqiesu bħala trasferimenti ta’ dejta personali lil pajjiż terz.

(15)

Il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali, stabbilit skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE, ta opinjoni favorevoli dwar il-livell tal-adegwatezza fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali b’rabta mat-trasferimenti internazzjonali awtomatizzati ta’ dejta personali mill-Unjoni Ewropea jew, fejn ma jkunux awtomatizzati, ikunu suġġetti għal ipproċessar awtomatizzat ulterjuri fl-Istat tal-Iżrael. Fl-opinjoni favorevoli tiegħu, il-Grupp ta’ Ħidma ħeġġeġ lill-awtoritajiet Iżraeljani biex jadottaw aktar dispożizzjonijiet li jestendu l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Iżraeljana għall-bażijiet manwali tad-dejta, li jirrikonoxxu b’mod espliċitu l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità għall-ipproċessar tad-dejta personali fis-settur privat u li jinterpretaw l-eżenzjonijiet fit-trasferimenti internazzjonali tad-dejta skont il-kriterji mniżżlin fid-“Dokument ta’ ħidma dwar interpretazzjoni komuni tal-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 95/46/KE” tiegħu (2). Din l-opinjoni kienet ġiet meqjusa fit-tħejjija ta’ din id-Deċiżjoni (3).

(16)

Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 95/46/KE ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stipulat mill-President tiegħu.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 95/46/KE, l-Istat tal-Iżrael huwa meqjus bħala li jipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni għad-dejta personali ttrasferita mill-Unjoni Ewropea b’rabta mat-trasferimenti internazzjonali awtomatizzati ta’ dejta personali mill-Unjoni Ewropea jew, fejn ma jkunux awtomatizzati, ikunu suġġetti għal ipproċessar awtomatizzat ulterjuri fl-Istat tal-Iżrael.

2.   L-awtorità ta’ sorveljanza kompetenti tal-Istat tal-Iżrael għall-applikazzjoni tal-istandards legali tal-protezzjoni tad-dejta hija l-“Awtorità Iżraeljana għal-Liġi, l-Informazzjoni u t-Teknoloġija (Israeli Law, Information and Technology Authority, ILITA)”, li ssir referenza għaliha fl-Anness ta’ ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Din id-Deċiżjoni tirrigwarda biss l-adegwatezza tal-protezzjoni pprovduta fl-Istat tal-Iżrael, kif iddefinit skont il-liġi internazzjonali, bil-ħsieb li tissodisfa l-ħtiġiet tal-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 95/46/KE u ma taffettwax kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet oħra li jimplimentaw dispożizzjoniet oħra ta’ dik id-Direttiva li għandhom x’jaqsmu mal-ipproċessar ta’ dejta personali fl-Istati Membri.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiġi applikata b’mod konformi mal-liġi internazzjonali. Hija mingħajr ħsara għall-istejtus tal-Artijiet Għoljin tal-Golan, tal-istrixxa ta’ Gaża u tax-Xatt tal-Punent, inkluża Ġersusalemm tal-Lvant, skont it-termini tal-liġi internazzjonali.

Artikolu 3

1.   Mingħajr ħsara għas-setgħat tagħhom li jieħdu azzjoni sabiex jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont dispożizzjonijiet oħrajn oltre l-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw il-poteri eżistenti tagħhom li jissospendu l-flussi ta’ dejta lil riċevitur fl-Istat tal-Iżrael sabiex jiġu protetti l-individwi fejn jidħol l-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom fil-każijiet segwenti:

(a)

Fejn awtorità Iżraeljana kompetenti tkun ikkonkludiet li riċevitur ikun jikser l-istandards applikabbli ta’ protezzjoni; jew

(b)

fejn ikun hemm probabbiltà sostanzjali li l-istandards tal-protezzjoni jkunu qed jinkisru, ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen illi l-awtorità Iżraeljana kompetenti ma tkunx qed tieħu jew ma tkunx se tieħu passi adegwati u fil-ħin sabiex jissolva l-każ inkwistjoni, it-tkomplija tat-trasferiment tkun toħloq riskju imminenti ta’ ħsara kbira lis-suġġetti tad-dejta u l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru jkunu għamlu sforzi raġonevoli fiċ-ċirkustanzi biex jipprovdu lill-parti responsabbli mill-ipproċessar stabbilita fl-Istat tal-Iżrael b’avviż u bl-opportunità li twieġeb.

2.   Is-sospensjoni għandha tieqaf hekk kif l-istandards ta’ protezzjoni jkunu assigurati u l-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati tkun notifikata b’dan.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr l-ebda dewmien meta jiġu adottati miżuri bbażati fuq l-Artikolu 3.

2.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-każijiet fejn l-azzjoni tal-korpi responsabbli li jiżguraw il-konformità mal-istandards ta’ protezzjoni tal-Istat tal-Iżrael tonqos milli tiżgura din il-konformità.

3.   Jekk l-informazzjoni miġbura taħt l-Artikolu 3 u taħt il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu tipprovdi xhieda li kwalunkwe korp responsabbli li jiżgura konformità mal-istandards tal-protezzjoni fl-Istat tal-Iżrael ma jkunx qed jagħmel xogħlu effettivament, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità Iżraeljana kompetenti u, jekk ikun neċessarju, tippreżenta abbozz ta’ miżuri skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2) tad-Direttiva 95/46/KE, bil-għan li tiġi revokata jew sospiża din id-Deċiżjoni, jew li tiġi limitata fil-portata tagħha.

Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-funzjonament ta’ din id-Deċiżjoni u tirrapporta kwalunkwe sejbiet pertinenti lill-Kumitat imwaqqaf taħt l-Artikolu 31 tad-Direttiva 95/46/KE, inkluża kull evidenza li tista’ taffettwa l-konklużjoni fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, li l-protezzjoni fl-Istat tal-Iżrael hija adegwata skont it-tifsira tal-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE, u kwalunkwe evidenza li din id-Deċiżjoni tkun qed tiġi implimentata b’mod diskriminatorju. B’mod partikulari, għandha tissorvelja l-ipproċessar tad-dejta personali li tinsab f’bażijiet manwali tad-dejta.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtiġin sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni fi żmien 3 xhur mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Viċi-President


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(2)  Dokument WP114 tal-25 ta’ Novembru 2005. Disponibbli f’ http://ec.europa.eu/justice_home/fsj/privacy/docs/wpdocs/2005/wp114_en.pdf

(3)  Opinjoni 6/2009 dwar il-livell ta’ protezzjoni ta’ dejta personali fl-Iżrael. Available at http://ec.europa.eu/justice_home/fsj/privacy/docs/wpdocs/2009/wp165_en.pdf


ANNESS

Awtorità kompetenti ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 1 (2) ta’ din id-Deċiżjoni:

L-Awtorità Iżraeljana għal-Liġi, l-Informazzjoni u t-Teknoloġija

Il-Kampus tal-Gvern

Id-9 sular

125 Triq Begin

Tel Aviv

L-Iżrael

Indirizz postali:

Kaxxa Postali 7360

Tel. Aviv, 61072

Tel. + 972-3-7634050

Faks: + 972-2-6467064

L-indirizz tal-posta elettronika: ILITA@justice.gov.il

Sit fuq l-Internet: http://www.justice.gov.il/MOJEng/RashutTech/default.htm