ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.025.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 25

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
28ta' Jannar 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/50/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill tal-15 ta’ Ottubru 2010 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, minn naħa oħra

1

 

 

2011/51/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2011 dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli

3

 

 

2011/52/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2011 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jemenda l-Ftehim Addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat tal-Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli

4

 

 

2011/53/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2011 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli, fir-rigward tal-adattament tal-Anness 3 għall-Ftehim

5

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 tas-27 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta' proċeduri ta' kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta' miżuri ta' appoġġ għall-iżvilupp rurali

8

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 66/2011 tas-27 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

24

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 67/2011 tas-27 ta’ Jannar 2011 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Jannar 2011 bir-Regolament (KE) Nru 327/98

26

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/54/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Jannar 2011 li taħtar membru Latvjan u membru supplenti Latvjan fil-Kumitat tar-Reġjuni

30

 

 

2011/55/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Jannar 2011 li taħtar tliet membri Svediżi u erba’ membri supplenti Svediżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

31

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

28.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 25/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL

tal-15 ta’ Ottubru 2010

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, minn naħa oħra

(2011/50/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA IMLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218, il-paragrafi (5) u (7) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Billi

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni mal-Ġeorġja (minn hawn 'il quddiem, il-“Ftehim”) f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati.

(2)

Il-Ftehim ġie inizjalat nhar il-5 ta’ Marzu 2010.

(3)

Il-Ftehim innegozjat mill-Kummissjoni għandu jkun iffirmat u applikat b’mod proviżorju mill-Unjoni u mill-Istati Membri, soġġet għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar 'il quddiem.

(4)

Huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti arranġamenti proċedurali biex ikun deċiż, jekk ikun xieraq, kif se titwaqqaf l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim. Huwa meħtieġ ukoll li jkunu stabbiliti arranġamenti proċedurali adattati għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni u l-Istati Membri fil-Kumitat Konġunt imwaqqaf skont l-Artikolu 22 tal-Ftehim u fil-proċeduri għas-soluzzjoni ta' tilwim previsti fl-Artikolu 23 tal-Ftehim, kif ukoll għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jikkonċernaw is-sigurtà u s-sikurezza,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Firma

1.   L-iffirmar tal-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, minn naħa oħra (minn hawn 'il quddiem, “il-Ftehim”), huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim. (1)

2.   Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li jiffirma(w) il-Ftehim f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 2

Applikazzjoni proviżorja

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jkun applikat fuq bażi proviżorja mill-Unjoni u mill-Istati Membri, f’konformità mal-proċeduri interni u/jew il-leġislazzjoni domestika tagħhom kif applikabbli, mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data tal-aħħar nota li biha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim.

Artikolu 3

Kumitat Konġunt

1.   L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom ikunu rrappreżentati fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 22 tal-Ftehim minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri.

2.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri tagħha fi ħdan il-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-emendi għall-Anness III u l-Anness IV tal-Ftehim f’konformità mal-Artikolu 26(2) tal-Ftehim u ta' kwistjonijiet ta’ kompetenza esklussiva tal-UE li ma jeħtiġux l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li għandha effett legali għandha tkun stabbilita mill-Kummissjoni u għandha tkun notifikata bil-quddiem lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

3.   Għal deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-UE, il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri tagħha għandhatkun adottata mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, sakemm il-proċeduri applikabbli ta’ votazzjoni stabbiliti mit-Trattati tal-UE ma jipprovdux mod ieħor.

4.   Għal deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri għandhatkun adottata mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’unanimità, fuq proposta mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri, sakemm Stat Membru ma jkunx informa lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fi żmien xahar mill-adozzjoni tal-pożizzjoni li huwa jista’jagħti l-kunsens għad-deċiżjoni li għandha tittieħed mill-Kumitat Konġunt bil-qbil tal-korpijiet leġiżlattivi tiegħu.

5.   Il-pożizzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Konġunt għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni, ħlief f’materji li jaqgħu fil-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri, f’liema każ hija għandha tiġi ppreżentata mill-Presidenza tal-Kunsill jew, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, mill-Kummissjoni.

Artikolu 4

Soluzzjoni ta’ tilwim

1.   Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni u lill-Istati Membri fil-proċeduri ta’ soluzzjoni ta’ tilwim skont l-Artikolu 23 tal-Ftehim.

2.   Id-deċiżjoni li tkun sospiża l-applikazzjoni ta’ benefiċċji skont l-Artikolu 23 tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kunsill abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata.

3.   Kwalunkwe azzjoni adattata oħra li tittieħed skont l-Artikolu 23 tal-Ftehim dwar kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-UE għandhom ikunu deċiżi mill-Kummissjoni, bl-għajnuna ta’ Kumitat Speċjali magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri maħtura mill-Kunsill.

Artikolu 5

Informazzjoni lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe deċiżjoni biex tiġi rifjutata, revokata, sospiża jew limitata l-awtorizzazzjoni ta' linja tal-ajru tal-Ġeorġja, li huma jkunu beħsiebhom jadottaw skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim.

2.   L-Istati Membri għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe talba jew notifika magħmula minnhom jew li tasal għandhom skont l-Artikolu 14 (Sikurezza tal-avjazzjoni) tal-Ftehim.

3.   L-Istati Membri għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe talba jew notifika magħmula minnhom jew li tasal għandhom skont l-Artikolu 15 (Sigurtà tal-avjazzjoni) tal-Ftehim.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SCHOUPPE


(1)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


28.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 25/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Jannar 2011

dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli

(2011/51/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Agrikolu”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.

(2)

L-Artikolu 12 tal-Ftehim Agrikolu jipprovdi li l-Ftehim Agrikolu jista’ jiġi rivedut fuq talba ta’ parti jew oħra.

(3)

Dikjarazzjoni Konġunta rigward il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel hija annessa mal-Att finali tal-Ftehim Agrikolu.

(4)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni, Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, (minn issa msejjaħ “il-Ftehim”) li jemenda l-Ftehim Agrikolu billi jdaħħal Anness 12 ġdid.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2002/309/KE, Euratom dwar il-Ftehim ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni ta’ seba’ Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera (2) tiddefinixxi l-proċedura interna li tirrigwarda l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Unjoni dwar il-kwistjonijiet koperti minn deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 6(3) tal-Ftehim Agrikolu. Jeħtieġ li tiġi definita wkoll il-proċedura interna rigward l-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni f’dak li jirrigwarda l-kwistjonijiet marbuta mal-Anness 12 ta’ dak il-Ftehim.

(6)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard (3).

Artikolu 2

Il-president tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat biex jinnomina lill-persuna jew persuni li jistgħu jiffirmaw, f’isem l-Unjoni, il-Ftehim, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Fir-rigward tal-kwistjonijiet relatati mal-Anness 12 tal-Ftehim Agrikolu u mal-Appendiċi għalih, il-pożizzjoni tal-Unjoni dwar il-kwistjonijiet koperti minn deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt tal-agrikultura msemmi fl-Artikolu 6(3) tal-Ftehim Agrikolu għandha tkun adottata mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi adottata.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MATOLCSY Gy.


(1)   ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

(2)   ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.

(3)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.

(4)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


28.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 25/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Jannar 2011

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jemenda l-Ftehim Addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat tal-Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli

(2011/52/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (1) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim dwar l-Agrikoltura”), daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.

(2)

Ftehim Addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat tal-Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli (2) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Addizzjonali”), daħal fis-seħħ fit-13 ta’ Ottubru 2007.

(3)

Il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, innegozjat Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel, li jemenda l-Ftehim dwar l-Agrikoltura billi jdaħħal anness ġdid, l-Anness 12.

(4)

L-Unjoni Ewropea, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u l-Konfederazzjoni Svizzera qablu li l-Ftehim Addizzjonali għandu wkoll jiġi emendat biex jittieħed kont tal-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi.

(5)

Jeħtieġ li l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera, u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, li jemenda l-Ftehim Addizzjonali (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jemenda l-Ftehim Addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat tal-Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim. (3)

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw, f’isem l-Unjoni, il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jemenda l-Ftehim Addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat tal-Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MATOLCSY Gy.


(1)   ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

(2)   ĠU L 270, 13.10.2007, p. 6.

(3)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


28.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 25/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Jannar 2011

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli, fir-rigward tal-adattament tal-Anness 3 għall-Ftehim

(2011/53/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4) l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.

(2)

L-Artikolu 6 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura li jkun responsabbli mill-amministrazzjoni tal-Ftehim u biex jiżgura li dan jiffunzjona sew.

(3)

L-Artikolu 11 tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura jista’ jiddeċiedi li jemenda l-Annessi għall-Ftehim.

(4)

Sabiex titqies il-liberalizzazzjoni sħiħa fil-kummerċ bilaterali fil-ġobnijiet, b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2007 u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, li għandhom jiġu previsti fl-Anness 12 ġdid għall-Ftehim, li jitlob għall-konsistenza fl-ispeċifikazzjonijiet b’mod partikolari dawk tal-ġobnijiet, l-adattamenti neċessarji tal-Anness 3 għall-Ftehim għandhom isiru.

(5)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni Nru 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni ta’ seba’ Ftehim mal-Konfederazzjoni Svizzera (2) jipprevedi li l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura għandha tiġi adottata mill-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni.

(6)

Għalhekk, l-Unjoni għandha tieħu l-pożizzjoni stabbilita fl-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuża fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli, fir-rigward tal-adattamenti tal-Ftehim f’dak li jikkonċerna l-kummerċ bilaterali fi prodotti li jidħlu taħt l-intestatura 0406  tas-Sistema Armonizzata biex ikun jista’ jitqies il-kummerċ kompletament liberalizzat fis-settur, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mingħajr dewmien wara l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deiċżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MATOLCSY Gy.


(1)   ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

(2)   ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.


Abbozz ta’

DEĊIŻJONI Nru …/2010 TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA

stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli

ta’…

dwar l-emendar tal-Anness 3 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli

IL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (1), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.

(2)

L-Anness 3 għall-Ftehim jipprevedi konċessjonijiet fir-rigward tal-ġobnijiet, b’mod partikolari għal-liberalizzazzjoni gradwali tal-kummerċ f’ġobnijiet matul perjodu ta’ ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

(3)

L-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera qablu li jdaħħlu fil-Ftehim Anness 12 ġdid dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u tal-ikel, li jitlob għal konsistenza fl-ispeċifikazzjonijiet, b’mod partikolari dawk tal-ġobnijiet.

(4)

B’konsegwenza ta’ dan, l-Anness 3 jeħtieġ li jiġi rivedut sabiex iqis kemm il-liberalizzazzjoni kompluta fil-kummerċ bilaterali fil-ġobnijiet, b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2007, kif ukoll ukoll il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, li ser ikunu previsti f'Anness 12 ġdid,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness 3 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli u l-appendiċi tiegħu, għandu jiġi sostitwit bit-testi fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-adozzjoni tagħha mill-Kumitat Konġunt.

Magħmul fi …,

Għall-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura

Il-President u l-Kap taSvizzera

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE

Is-Segretarju tal-Kumitat


(1)   ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

ANNESS

“ANNESS 3

1.   

Il-kummerċ bilaterali fil-prodotti kollha li jidħlu taħt l-intestatura 0406 tas-Sistema Armonizzata huwa liberalizzat kompletament b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2007 billi tneħħew it-tariffi u l-kwoti kollha.

2.   

L-Unjoni Ewropea m’għandhiex tapplika rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal ġobnijiet esportati lejn l-Isvizzera. L-Isvizzera m’għandhiex tapplika sussidji tal-esportazzjoni (1) għal ġobnijiet esportati lejn l-Unjoni Ewopea.

3.   

Il-prodotti kollha li jidħlu fil-kodiċi NM 0406 li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea jew fl-Isvizzera u li jsir kummerċ fihom bejn dawk iż-żewġ Partijiet huma eżentati mill-preżentazzjoni ta’ liċenzja tal-importazzjoni.

4.   

L-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom jiżguraw li l-benefiċċji mogħtija reċiprokament ma jiġux ippreġudikati minn miżuri oħrajn li jaffettwaw l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet.

5.   

Jekk l-iżvilupp tal-prezzijiet u/jew l-importazzjonijiet jirriżulta f’disturb fis-suq ta’ kwalunkwe Parti, għandhom jinbdew konsultazzjonijiet kemm jista’ jkun malajr fi ħdan il-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 6 tal-Ftehim fuq talba ta’ kwalunkwe Parti bil-ħsieb li jinstabu s-soluzzjonijiet xierqa. F’din il-konnessjoni, il-Partijiet b’dan jaqblu li jiskambjaw informazzjoni perjodikament dwar il-prezzijiet u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti dwar is-suq ta’ ġobnijiet prodotti lokalment u impurtati.


(1)  L-ammonti bażiċi li fuqhom ġiet ibbażata l-eliminazzjoni tas-sussidji tal-esportazzjoni ġew ikkalkulati bi ftehim komuni bejn il-Partijiet abbażi tad-differenza bejn il-prezzijiet istituzzjonali għall-ħalib li probabbilment ikunu fis-seħħ meta jidħol fis-seħħ il-Ftehim, u ammont addizzjonali għall-ħalib ipproċessat biex isir ġobon, miksub abbażi tal-kwantità ta’ ħalib meħtieġa għall-manifattura tal-ġobnijiet ikkonċernati, u titnaqqas (ħlief fil-każ ta’ ġobnijiet suġġetti għal kwoti) ir-riduzzjoni tad-dazju doganali applikat mill-Komunità.”


REGOLAMENTI

28.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 25/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 65/2011

tas-27 ta’ Jannar 2011

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta' proċeduri ta' kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta' miżuri ta' appoġġ għall-iżvilupp rurali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 51(4), l-Artikolu 74(4) u l-Artikolu 91 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 ta' 30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta' appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta' appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (2), ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta' kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 73/2009, kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità li dwarha hemm dispożizzjoni fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 (3).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006 tas-7 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' kontroll kif ukoll il-konformità reċiproka rigward il-miżuri ta' sostenn għall-iżvilupp rurali (4), fih ħafna referenzi reċiproċi għar-regoli tal-amministrazzjoni u tal-kontroll stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 796/2004 li huwa mħassar. Għandhom jiġu kkunsidrati l-emendi li saru għar-regoli tal-amministrazzjoni u tal-kontroll bir-Regolament (KE) Nru 1122/2009, filwaqt li l-prinċipji stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1975/2006 għandhom jiġu rispettati. Barra minn hekk, sabiex jiġu żgurati l-koerenza, iċ-ċarezza u s-simplifikazzjoni, ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1975/2006 għandhom jiġu emendati sabiex ir-referenzi għar-Regolament (KE) 1122/2009 jiġu llimitati għall-minimu neċessarju. Għalhekk huwa xieraq li r-Regolament (KE) Nru 1975/2006 jiġi mħassar u mibdul.

(3)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' kontroll li tiżgura li jitwettqu l-kontrolli kollha neċessarji għal verifika effettiva tal-konformità mat-termini li taħthom tingħata l-għajnuna. Il-kriterji kollha ta' eliġibbiltà stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew bil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew bil-programmi ta' żvilupp rurali għandhom ikunu jistgħu jiġu kkontrollati skont sett ta' indikaturi verifikabbli.

(4)

L-esperjenza turi li s-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll (minn hawn ’il quddiem imsejħa SIAK) stipulata fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (5), wriet li hija mezz effettiv u effiċjenti għall-implimentazzjoni tal-iskemi ta' pagament dirett. Għalhekk, safejn huma kkonċernati l-miżuri relatati maż-żona u l-annimali taħt l-Assi 2 fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, ir-regoli ta' amministrazzjoni u kontroll, kif ukoll id-dispożizzjonijiet relatati dwar it-tnaqqis u l-esklużjonijiet fil-każijiet ta' dikjarazzjonijiet foloz, għandhom isegwu l-prinċipji stabbiliti fis-SIAK, b’mod partikolari fir-Regolament (KE) Nru 1122/2009.

(5)

Madankollu, għal ċerti miżuri ta' appoġġ stabbiliti taħt l-Assi 2 u għall-appoġġ ekwivalenti taħt l-Assi 4 stipulat fit-Taqsimiet 2 u 4, rispettivament, tal-Kapitolu I tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, jeħtieġ li r-regoli ta' amministrazzjoni u kontroll jiġu adattati għall-karatteristiċi partikolari tagħhom. L-istess japplika għall-miżuri ta' appoġġ taħt l-Assi 1 u 3 stipulati fit-Taqsimiet 1 u 3, rispettivament, tal-istess Kapitolu u l-appoġġ ekwivalenti taħt l-Assi 4. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali għal dawk il-miżuri ta' appoġġ.

(6)

Sabiex jiġi żgurat li l-amministrazzjonijiet nazzjonali kollha jkunu kapaċi jorganizzaw kontroll effiċjenti u integrat fl-oqsma kollha li għalihom jintalab pagament taħt l-Assi 2 u taħt l-iskemi ta' għajnuna relatati maż-żona koperti bir-Regolament (KE) Nru 1122/2009, it-talbiet għall-pagament għal miżuri relatati maż-żona taħt l-Assi 2 għandhom jiġu sottomessi sal-istess data tal-għeluq bħall-applikazzjoni singola stipulata fil-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II ta' dak ir-Regolament.

(7)

Sabiex jiġi żgurat l-effett deterrenti tal-kontroll, il-pagamenti m’għandhomx, bħala regola ġenerali, isiru qabel ma jitwettqu l-kontrolli tal-eliġibbiltà. Madankollu, huwa xieraq li jkunu jistgħu jsiru pagamenti sa ċertu livell wara t-twettiq tal-kontrolli amministrattivi. Fl-iffissar ta' dawk il-livelli, għandu jiġi kkunsidrat ir-riskju ta' pagament żejjed.

(8)

Ir-regoli ta' kontroll stipulati f’dan ir-Regolament għandhom jikkunsidraw il-karatteristiċi speċjali tal-miżuri kkonċernati taħt l-Assi 2. Għalhekk, għal raġunijiet ta' ċarezza, għandhom jiġu stabbiliti regoli partikolari.

(9)

L-Istati Membri jistgħu jużaw l-evidenza li jirċievu minn servizzi, korpi jew organizzazzjonijiet oħra biex jivverifikaw il-konformità mal-kriterji ta' eliġibbiltà. Madankollu, għandu jkollhom iċ-ċertezza li s-servizz, il-korp jew l-organizzazzjoni qed joperaw fuq livell li hu suffiċjenti għall-kontroll tal-konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà.

(10)

L-esperjenza wriet li huwa neċessarju li jiġu ċċarati ċerti dispożizzjonijiet, speċjalment fir-rigward tad-determinazzjoni tal-għadd ta' ettari u annimali kif ukoll tat-tnaqqis, l-esklużjonijiet u l-irkupri.

(11)

Skont l-Artikolu 50a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, il-pagamenti li jsiru taħt uħud mill-miżuri stipulati f’dak ir-Regolament ġew soġġettati għall-osservanza tar-rekwiżiti ta' kundizzjonalità kif stipulat fil-Kapitolu 1 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Għalhekk huwa xieraq li r-regoli li jikkontrollaw il-kundizzjonalità jinġiebu konformi ma' dawk li hemm fir-Regolamenti (KE) Nru 73/2009 u (KE) Nru 1122/2009.

(12)

L-esperjenza wriet li dispożizzjonijiet ta' kontroll speċifiċi huma meħtieġa għal ċerti miżuri ta' appoġġ speċifiċi.

(13)

Kontrolli ex-post ta' operazzjonijiet ta' investiment għandhom jitwettqu għall-verifika tal-konformità mal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. Il-bażi u l-kontenut ta' dawk il-kontrolli għandhom jiġu speċifikati.

(14)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tissodisfa l-obbligi tagħha għall-ġestjoni tal-miżuri, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar in-numru ta' kontrolli li jitwettqu u r-riżultati tagħhom.

(15)

Għandhom jiġu stabbiliti ċerti prinċipji ta' kontroll ġenerali, li jkopru d-dritt tal-Kummissjoni li twettaq kontrolli.

(16)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (6) jkollhom biżżejjed informazzjoni dwar il-kontrolli mwettqa minn servizzi jew korpi oħra sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt dak ir-Regolament.

(17)

Sabiex ikunu evitati problemi ta' kontabbiltà li jistgħu jokkorru jekk għas-sena kalendarja 2011 għandhom ikunu applikati proċeduri ta' kontroll differenti, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2011.

(18)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

PARTI I

AMBITU U DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' kontroll kif ukoll tal-kundizzjonalità fir-rigward ta' miżuri ta' appoġġ għall-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

(a)

“Applikazzjoni għal appoġġ” tfisser applikazzjoni għal appoġġ jew għad-dħul fi skema taħt ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005;

(b)

“Talba għal pagament” tfisser applikazzjoni minn benefiċjarju għal pagament mill-awtoritajiet nazzjonali;

(c)

“Dikjarazzjoni oħra” tfisser kwalunkwe dikjarazzjoni jew dokument, minbarra dawk imsemmija fil-punti (a) u (b), li ġiet sottomessa jew miżmuma mill-benefiċjarju jew parti terza sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti speċifiċi ta' ċerti miżuri għall-iżvilupp rurali.

Artikolu 3

Applikazzjonijiet għal appoġġ, talbiet għal pagament u dikjarazzjonijiet oħra

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri xierqa għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal appoġġ.

2.   Għal miżuri b’impenji multiannwali, il-benefiċjarju għandu jissottometti talba għal pagament annwali.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddisponu minn talbiet għal pagamenti annwali fiżiċi jekk jintroduċu proċeduri alternattivi effikaċi biex iwettqu l-kontrolli amministrattivi stipulati fl-Artikolu 11 jew 24 kif xieraq.

3.   Applikazzjoni għal appoġġ, talba għal pagament jew dikjarazzjoni oħra tista’ tiġi rtirata totalment jew parzjalment fi kwalunkwe ħin. L-evidenza ta’ tali rtirar għandha tiġi rreġistrata mill-awtorità kompetenti.

Jekk l-awtorità kompetenti tkun diġà infurmat lill-benefiċjarju dwar irregolaritajiet fid-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagrafu jew jekk l-awtorità kompetenti tkun diġà tat notifika lill-benefiċjarju dwar l-intenzjoni tagħha li twettaq verifika fuq il-post, li sussegwentement tiżvela irregolaritajiet, l-irtirar m’għandux jiġi awtorizzat fir-rigward tal-partijiet affettwati mill-irregolaritajiet.

L-irtirar imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jpoġġi lill-benefiċjarji fil-pożizzjoni li kienu fiha qabel is-sottomissjoni tad-dokumenti kkonċernati jew parti minnhom.

4.   Applikazzjonijiet għal appoġġ, talbiet għal pagamenti u dikjarazzjonijiet oħra jistgħu jiġu aġġustati fi kwalunkwe ħin wara s-sottomissjoni tagħhom fil-każ ta' żbalji ovvji li jiġu rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 4

Prinċipji ġenerali ta' kontroll

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' kontroll li tiżgura li l-kontrolli kollha neċessarji jitwettqu għal verifika effikaċi tal-konformità mat-termini li taħthom jingħata l-appoġġ.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi f’dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji kollha ta' eliġibbiltà stabbiliti mill-Unjoni jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew mill-programmi ta' żvilupp rurali jistgħu jiġu kkontrollati skont sett ta' indikaturi verifikabbli li jrid jiġi stabbilit mill-Istati Membri.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sistema ta' identifikazzjoni unika tapplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal appoġġ, it-talbiet għal pagamenti u d-dikjarazzjonijiet l-oħra kollha sottomessi mill-istess benefiċjarju. Din l-identifikazzjoni għandha tkun kompatibbli mas-sistema msemmija fl-Artikolu 15(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għar-reġistrazzjoni tal-identità ta' kull bidwi.

4.   Fejn xieraq, għandhom jitwettqu fl-istess ħin kontrolli fuq il-post kif stipulat fl-Artikoli 12, 20 u 25 ta' dan ir-Regolament u kontrolli oħra stipulati fir-regoli tal-Unjoni dwar sussidji agrikoli.

5.   Ir-riżultati tal-kontrolli skont l-Artikoli 11, 12, 24 u 25 għandhom jiġu vvalutati sabiex jiġi stabbilit jekk kwalunkwe problemi li jfeġġu jistgħux f’mod ġenerali jkunu ta' riskju għal operazzjonijiet oħra, il-benefiċjari jew korpi oħra simili. Il-valutazzjoni għandha tidentifika wkoll il-kawżi ta' tali sitwazzjonijiet, kwalunkwe eżaminazzjoni ulterjuri li tista' tkun meħtieġa u l-azzjoni korrettiva u preventiva meħtieġa.

6.   L-applikazzjonijiet għal appoġġ, it-talbiet għal pagamenti u dikjarazzjonijiet oħra għandhom jiġu miċħuda jekk il-benefiċjarji u r-rappreżentanti tagħhom jipprevjenu li jsiru l-kontrolli. Kwalunkwe ammonti diġà mħallsa għal dik l-operazzjoni għandhom jiġu rkuprati b'kunsiderazzjoni għall-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 18(2) ta' dan ir-Regolament.

7.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(4) ta' dan ir-Regolament, u sakemm l-għan tal-kontroll ma jitpoġġix f’periklu, il-kontrolli fuq il-post jistgħu jiġu avżati. L-avviż għandu jkun limitat strettament għaż-żmien minimu neċessarju u m’għandux jaqbeż 14-il ġurnata. Madankollu, għall-kontrolli fuq il-post li jikkonċernaw miżuri relatati mal-annimali, it-tħabbira m’għandhiex, minbarra f’każijiet ġustifikati kif dovut, taqbeż it-48 siegħa.

8.   Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi, l-ebda pagament m’għandu jsir lill-benefiċjarji li għalihom jiġi stabbilit li ħolqu artifiċjalment il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kisba ta' tali pagamenti bil-għan li jiksbu vantaġġ li jmur kontra l-għanijiet tal-iskema ta' appoġġ.

9.   It-tnaqqis jew l-esklużjonijiet taħt dan ir-Regolament għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-penali addizzjonali skont dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali.

Artikolu 5

Irkupru ta' pagamenti mhux dovuti

1.   Jekk isir pagament mhux dovut, il-benefiċjarju għandu jħallas lura l-ammont konċernat flimkien mal-imgħax ikkalkulat skont il-paragrafu 2.

2.   L-imgħax għandu jiġi kkalkulat għall-perjodu li jgħaddi bejn in-notifika lill-benefiċjarju tal-obbligu tal-ħlas lura u l-ħlas lura effettiv jew it-tnaqqis tal-ammont li jrid jerġa' jitħallas.

Ir-rata tal-imgħax applikabbli għandha tiġi kkalkulata skont il-liġi nazzjonali iżda għandha tkun inqas mir-rata tal-imgħax applikabbli għall-irkupru tal-ammonti taħt id-dispożizzjonijiet nazzjonali.

3.   L-obbligu ta' ħlas lura msemmi fil-paragrafu 1 m’għandux japplika jekk il-pagament ikun sar bi żball mill-awtorità kompetenti jew minn awtorità oħra u jekk l-iżball ma setax ikun raġonevolment skopert mill-benefiċjarju.

Madankollu, meta l-iżball ikun relatat ma' elementi fattwali rilevanti għall-kalkolu tal-pagament ikkonċernat, l-ewwel subparagrafu m’għandux japplika jekk id-deċiżjoni ta' rkupru ma tkunx ġiet ikkomunikata fi żmien 12-il xahar mill-pagament.

PARTI II

REGOLI TA' AMMINISTRAZZJONI U TA' KONTROLL

TITOLU I

APPOĠĠ GĦALL-IŻVILUPP RURALI GĦAL ĊERTU MIŻURI TAĦT L-ASSI 2 U L-ASSI 4

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 6

Ambitu u definizzjonijiet

1.   Dan it-Titolu għandu japplika għal:

(a)

appoġġ mogħti skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005;

(b)

appoġġ mogħti skont l-Artikolu 63(a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 fir-rigward ta' operazzjonijiet li jaqgħu taħt il-miżuri definiti taħt l-Assi 2.

Madankollu, dan it-Titolu m’għandux japplika għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 36(a)(vi) u (b)(vi) u (vii) u fl-Artikolu 39(5) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 kif ukoll għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 36(b)(i), (ii) u (iii) ta' dak ir-Regolament safejn huma konċernati l-ispejjeż ta' stabbiliment.

2.   Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“miżura relatata maż-żona” tfisser miżuri jew sottomiżuri li l-appoġġ għalihom huwa bbażat fuq id-daqs taż-żona ddikjarata;

(b)

“miżura relatata mal-annimali” tfisser miżuri jew sottomiżuri li l-appoġġ għalihom huwa bbażat fuq in-numru tal-annimali ddikjarati.

(c)

“żona stabbilita” tfisser iż-żona tal-qatgħat jew tal-biċċiet ta' art li għalihom qed tintalab għajnuna, kif identifikata skont l-Artikolu 11 u l-Artikolu 15(2), (3) u (4) ta' dan ir-Regolament.

(d)

“annimali stabbiliti” tfisser l-għadd ta' annimali identifikati skont l-Artikolu 11 u l-Artikolu 15(5) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Regoli applikabbli

1.   L-Artikolu 2, it-tieni subparagrafu, punti (1), (10) u (20), l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 10(2), l-Artikoli 12, 14, 16, 20, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(1), l-Artikoli 73, 74 u 82 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-finijiet ta' dan it-Titolu. Madankollu, għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 36(b)(iii), (iv) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistemi alternattivi xierqa biex jidentifikaw unikament l-art suġġetta għall-appoġġ.

2.   Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, ir-referenzi fir-Regolament (KE) Nru 1122/2009 għall-“bdiewa” għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għall-“benefiċjarji”.

Artikolu 8

Talbiet għal pagamenti

1.   Għall-impenji kollha li jibdew jew il-kuntratti li jidħlu fis-seħħ wara l-1 ta' Jannar 2007, it-talbiet għal pagamenti taħt il-miżuri relatati maż-żona għandhom jiġu sottomessi skont id-dati tal-għeluq stabbiliti fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw din id-dispożizzjoni biss mis-sena tat-talba 2008.

2.   Jekk Stat Membru japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament, it-talba għal pagament għandha titqies li ġiet sottomessa skont id-dati tal-għeluq stabbiliti fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009.

3.   L-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal talbiet għal pagamenti taħt dan it-Titolu. Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(1)(d) ta' dak ir-Regolament, it-talba għal pagament għandu jkun fiha wkoll l-informazzjoni stabbilita f’dik id-dispożizzjoni fir-rigward ta' art mhux agrikola li għaliha qed jintalab appoġġ.

Artikolu 9

Pagamenti

1.   L-ebda pagament għal kwalunkwe miżura jew sett ta' operazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta' dan it-Titolu m’għandu jsir qabel ma jiġu ffinalizzati l-kontrolli ta' dik il-miżura jew sett ta' operazzjonijiet fir-rigward tal-kriterji ta' eliġibbiltà, kif imsemmi fit-Taqsima I tal-Kapitolu II.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, waqt li jikkunsidraw ir-riskju ta' ħlas żejjed, li jħallsu sa 75 % tal-għajnuna wara li jitwettqu l-kontrolli amministrattivi stipulati fl-Artikolu 11. Il-perċentwal tal-pagament għandu jkun l-istess għall-benefiċjarji kollha tal-miżura jew sett ta' operazzjonijiet.

2.   Fir-rigward tal-kontrolli tal-kundizzjonalità stipulati fit-Taqsima II tal-Kapitolu II, fejn it-tali kontrolli ma jistgħux jitwettqu qabel il-pagament, kwalunkwe pagamenti mhux dovuti għandhom jiġu rkuprati skont l-Artikolu 5.

KAPITOLU II

Kontroll, tnaqqis u esklużjonijiet

Artikolu 10

Prinċipji ġenerali

1.   L-Istati Membri għandhom jużaw is-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll stipulata fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 (minn hawn ’il quddiem imsejħa SIAK).

2.   Il-verifika tal-konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà għandha tikkonsisti minn kontrolli amministrattivi u fuq il-post.

3.   L-osservanza tar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità għandha tiġi vverifikata permezz ta' kontrolli fuq il-post u, fejn xieraq, permezz ta' kontrolli amministrattivi.

4.   Matul il-perjodu kopert minn impenn, il-biċċiet tal-art li għalihom qed jingħata appoġġ ma jistgħux jiġu skambjati minbarra f’każijiet fejn isir provvediment speċifiku għalihom fil-programm għall-iżvilupp rurali.

Taqsima I

Konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà, l-impenji u l-obbligi relatati

Sottotaqsima I

Kontroll

Artikolu 11

Kontrolli amministrattivi

1.   Il-kontrolli amministrattivi għandhom isiru għall-applikazzjonijiet għal appoġġ, it-talbiet għal pagamenti u d-dikjarazzjonijiet l-oħra kollha meħtieġa li jiġu sottomessi minn benefiċjarju jew parti terza, u għandhom ikopru l-elementi kollha li huma possibbli u xieraq li jiġu kkontrollati permezz ta' mezzi amministrattivi. Il-proċeduri għandhom jiżguraw ir-reġistrazzjoni tax-xogħol tal-kontroll imwettaq, ir-riżultati tal-verifika u l-miżuri meħuda fir-rigward tad-diskrepanzi.

2.   Il-kontrolli amministrattivi għandhom jinkludu kontrolli reċiproċi fejn possibbli u xieraqq, inter alia mad-dejta mis-SIAK. Dawn il-kontrolli reċiproċi għandhom japplikaw mill-anqas għall-biċċiet ta' art u l-bhejjem koperti minn miżura ta' appoġġ sabiex jiġi evitat kwalunkwe pagament mhux dovut tal-għajnuna.

3.   Il-konformità mal-impenji fit-tul għandha tiġi kkontrollata.

4.   L-indikazzjonijiet ta' irregolaritajiet li jirriżultaw mill-kkontrolli reċiproċi għandhom jiġu segwiti minn kwalunkwe proċedura oħra amministrattiva xierqa, u, fejn neċessarju, minn kontroll fuq il-post.

5.   Meta applikabbli, il-kontrolli amministrattivi fuq l-eliġibbiltà għandhom jikkunsidraw ir-riżultati tal-verifiki mwettqa minn servizzi, korpi jew organizzazzjonijiet oħra involuti fil-kontroll tas-sussidji agrikoli.

Artikolu 12

Kontrolli fuq il-post

1.   In-numru totali ta' kontrolli fuq il-post dwar talbiet għal pagamenti ppreżentati matul kull sena kalendarja għandhom ikopru mill-anqas 5 % tal-benefiċjarji kollha li jaqgħu fl-ambitu ta' dan it-Titolu. Madankollu, għall-miżura stabbilita fl-Artikolu 36(a)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 ir-rata ta' 5 % għandha tinkiseb fil-livell tal-miżura.

L-applikanti li jinsabu li mhumiex eliġibbli wara l-kontrolli amministrattivi m’għandhomx jifformaw parti min-numru minimu ta' benefiċjarji vverifikati skont l-ewwel subparagrafu.

2.   Meta l-kontrolli fuq il-post jiżvelaw irregolaritajiet sinifikanti għal miżura mogħtija jew f’reġjun jew parti minn reġjun, l-awtorità kompetenti għandha żżid kif xieraq l-għadd ta' kontrolli fuq il-post matul is-sena kurrenti u għandha żżid kif xieraq il-perċentwal ta' benefiċjarji li għandhom jiġu kkontrollati fuq il-post fis-sena ta' wara.

3.   Il-kampjuni ta' kontroll tal-verifiki fuq il-post li għandhom jitwettqu skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandhom jintgħażlu skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009. B'riżultat tal-analiżi tar-riskju msemmi f'dak l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu miżuri speċifiċi tal-benefiċjarji għall-kontroll fuq il-post.

4.   Għall-benefiċjarji ta' kwalunkwe miżuri multiannwali li jinvolvu pagamenti li jaqbżu l-ħames snin, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, wara l-ħames sena ta' ħlas, li jwettqu kontroll ta' mill-anqas 2.5 % ta' dawk il-benefiċjarji.

Il-benefiċjarji li jsirilhom kontroll skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, m’għandhomx ikunu kkunsidrati għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

Artikolu 13

Rapport ta' kontroll

Il-kontrolli fuq il-post taħt din is-Sottotaqsima għandhom ikunu s-suġġett ta' rapport ta' kontroll li għandu jiġi stabbilit skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009.

Artikolu 14

Prinċipji ġenerali dwar il-kontrolli fuq il-post

1.   Il-kontrolli fuq il-post għandhom ikunu mifruxin matul is-sena abbażi ta' analiżi tar-riskji ppreżentati mill-impenji differenti taħt kull miżura għall-iżvilupp rurali.

2.   Il-kontrolli fuq il-post tal-miżuri magħżula għall-kontroll kif imsemmi fl-Artikolu 12(3) ta' dan ir-Regolament għandhom ikopru l-obbligi kollha ta' benefiċjarju li jistgħu jiġu kkontrollati matul iż-żjara.

Artikolu 15

Elementi tal-kontrolli fuq il-post u determinazzjoni taż-żoni

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji u l-metodi ta' kontroll li jippermettu l-kontroll tal-impenji u l-obbligi differenti tal-benefiċjarju għas-sodisfazzjon tar-rekwiżiti tal-Artikolu 48(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 (7).

2.   Meta l-Istati membri jipprovdu li elementi partikolari tal-verifika fuq il-post jistgħu jitwettqu abbażi ta' kampjun, dak il-kampjun għandu jiggarantixx livell ta' kontroll affidabbli u rappreżentattiv. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji għall-għażla tal-kampjun. Jekk il-verifiki fuq dak il-kampjun jiżvelaw irregolaritajiet, l-ambitu u l-iskop ta' dak il-kampjun għandhom jiġu estiżi kif xieraq.

3.   Fir-rigward tal-kontroll ta' miżuri relatati maż-żona, il-kontrolli fuq il-post għandhom ikopru l-biċċiet ta' art agrikoli kollha u l-art mhux agrikola li għalihom qed jintalab appoġġ.

4.   Madankollu, id-determinazzjoni attwali tad-daqs taż-żoni għal kontroll fuq il-post tista' tkun limitata għal kampjun ta' mill-anqas 50 % taż-żoni, sakemm il-kampjun jiggarantixxi livell affidabbli u rappreżentattiv ta' kontroll fir-rigward taż-żona kkontrollata u l-appoġġ mitlub. Jekk il-kontrolli fuq dak il-kampjun jiżvelaw xi irregolaritajiet, il-limitu u l-għan tal-kampjun għandhom jiġu estiżi kif xieraq.

5.   L-istabbiliment taż-żoni u t-telerilevament għandhom jitwettqu skont l-Artikolu 34(1) sa (5) u l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009.

Madankollu, għall-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 36(b)(iii), (iv) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu tolleranzi xierqa, li fi kwalunkwe każ m’għandhomx ikunu akbar mid-doppju tat-tolleranzi stabbiliti fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009.

6.   Fir-rigward tal-kontroll ta' miżuri relatati mal-annimali, il-kontrolli fuq il-post għandhom jitwettqu skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009.

Sottotaqsima II

Tnaqqis u esklużjonijiet

Artikolu 16

Tnaqqis u esklużjonijiet relatati mad-daqs taż-żona

1.   Jekk, għal sena partikolari, benefiċjarju ma jiddikjarax iż-żoni agrikoli kollha, u d-differenza bejn iż-żona agrikola totali ddikjarata fit-talba għal pagament min-naħa u ż-żona ddikjarata flimkien maż-żona totali tal-biċċiet tal-art agrikoli mhux iddikjarati min-naħa l-oħra, tkun iżjed minn 3 % taż-żona ddikjarata, l-ammont totali tal-għajnuna skont il-miżuri relatati maż-żona pagabbli lil dak il-benefiċjarju għal dik is-sena, għandu jiġi mnaqqas b’sa 3 % skont il-gravità tal-ommissjoni.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika meta ż-żoni agrikoli kollha kkonċernati ikunu ddikjarati lill-awtoritajiet kompetenti fil-kuntest ta':

(a)

is-sistema integrata msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jew

(b)

sistemi oħra ta' amministrazzjoni u kontroll li jiggarantixxu kompatibbiltà mas-sistema integrata f’konformità mal-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament.

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, iż-żoni ddikjarati minn benefiċjarju li jirċievu l-istess rata ta' għajnuna skont miżura relatata maż-żona għandhom jitqiesu bħala li jifformaw grupp wieħed ta' għelejjel. Fejn jintużaw ammonti ta' għajnuna digressivi, għandha tkun ikkunsidrata l-medja ta' dawk l-ammonti relatata maż-żoni rispettivi ddikjarati.

3.   Jekk iż-żona stabbilita għal grupp ta' għelejjel tinstab li hija ikbar minn dik iddikjarata fit-talba għal pagament, iż-żona ddikjarata għandha tintuża għall-kalkolu tal-għajnuna.

Jekk iż-żona ddikjarata fit-talba għal pagament taqbeż iż-żona stabbilita għal dak il-grupp ta' għelejjel, l-għajnuna għandha tiġi kkalkulata abbażi taż-żona stabbilita għal dak il-grupp ta' għelejjel.

Madankollu, meta d-differenza bejn iż-żona totali stabbilita u ż-żona totali ddikjarata fit-talba għal pagament għal miżura hija anqas minn jew ugwali għal 0,1 ettaru, iż-żona stabbilita għandha titqies ugwali għaż-żona ddikjarata. Għal dan il-kalkolu, għandhom jiġu kkunsidrati biss dikjarazzjonijiet żejda taż-żoni fil-livell tal-grupp tal-għelejjel.

It-tielet subparagrafu m’għandux japplika fejn id-differenza tirrapreżenta iżjed minn 20 % taż-żona totali ddikjarata għall-pagamenti.

Jekk ikun ġie stabbilit limitu massimu għaż-żona eliġibbli għall-appoġġ, l-għadd ta' ettari ddikjarati fit-talba għal pagament għandu jiġi mnaqqas għal-limitu massimu.

4.   l-istess żona sservi bħala l-bażi għal talba għal pagament taħt iżjed minn miżura waħda relatata maż-żona, dik iż-żona għandha tiġi kkunsidrata separatament għal kull waħda mill-miżuri.

5.   Fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, l-għajnuna għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi taż-żona stabbilita mnaqqsa b’darbtejn id-differenza misjuba jekk dik id-differenza tkun iżjed jew minn 3 % jew minn żewġ ettari, iżda mhux iżjed minn 20 % taż-żona stabbilita.

Jekk id-differenza tkun iżjed minn 20 % taż-żona stabbilita, l-ebda għajnuna m’għandha tingħata għall-grupp ta' għelejjel inkwistjoni.

Jekk id-differenza tkun iżjed minn 50 %, il-benefiċjarju għandu jkun eskluż għal darb’oħra milli jirċievi għajnuna sad-differenza bejn iż-żona ddikjarata fit-talba għal pagament u ż-żona stabbilita.

6.   Jekk id-differenza bejn iż-żona ddikjarata fit-talba għal pagament u ż-żona stabbilita, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, tirriżulta minn dikjarazzjonijiet żejda mwettqa intenzjonalment, l-għajnuna li l-benefiċjarju kieku kien ikun intitolat għaliha skont dak is-subparagrafu m’għandhiex tingħata għas-sena kalendarja kkonċernata skont il-miżura relatata maż-żona kkonċernata meta dik id-differenza tkun iżjed minn 0.5 % taż-żona stabbilita jew iżjed minn ettaru wieħed.

Jekk id-differenza tkun iżjed minn 20 % taż-żona stabbilita, il-benefiċjarju għandu jkun eskluż għal darb’oħra milli jirċievi l-għajnuna, sa ammont ugwali għall-ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn iż-żona ddikjarata u ż-żona stabbilita.

7.   L-ammont li jirriżulta mill-esklużjonijiet stipulati fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 5 u fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi kkumpensat skont l-Artikolu 5b tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 (8). Jekk l-ammont ma jistax jiġi kumpensat kompletament skont dak l-Artikolu matul it-tliet snin kalendarji li jsegwu s-sena kalendarja tas-sejba, il-bilanċ dovut għandu jiġi mħassar.

Artikolu 17

Tnaqqis u esklużjonijiet relatati mal-għadd ta' annimali

1.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-annimali bovini u l-annimali ovini u kaprini għandhom jiġu ttrattati separatament.

Fir-rigward ta' annimali minbarra dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi sistema xierqa ta' tnaqqis u esklużjonijiet.

2.   Jekk limitu individwali jew limitu massimu individwali jkun applikabbli, l-għadd ta' annimali ddikjarati fit-talba għal pagament għandu jiġi mnaqqas għal-limitu jew limitu massimu stabbilit għall-benefiċjarju kkonċernat.

Fl-ebda każ ma tista' tingħata għajnuna għal għadd ta' annimali akbar minn dak iddikjarat fit-talba għal pagament.

Jekk l-għadd ta' annimali ddikjarat fit-talba għal pagament jaqbeż in-numru ta' annimali stabbilit bħala riżultat ta' kontrolli amministrattivi jew fuq il-post, l-għajnuna għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-għadd ta' annimali stabbiliti.

3.   Annimal bovin li jkun tilef tikketta tal-widna waħda jew tnejn għandu jitqies li huwa parti mill-annimali stabbiliti sakemm jiġi identifikat b’mod ċar u individwalment mill-elementi l-oħra tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini.

Fil-każ ta' irregolaritajiet li jinvolvu entrati mhux korretti fir-reġistru tal-annimali bovini jew fil-passaporti tal-annimali, l-annimal bovin ikkonċernat għandu jitqies li mhuwiex parti mill-annimali stabbiliti biss jekk l-iżbalji jinstabu f’mill-anqas żewġ kontrolli fi żmien 24 xahar. Fil-każijiet l-oħra kollha l-annimal ikkonċernat għandu jitqies li mhuwiex parti mill-annimali stabbiliti wara l-ewwel sejba.

L-Artikolu 3(4) ta' dan ir-Regolament għandu japplika għall-entrati, in-notifiki u r-reġistrazzjoni fis-sistema għall-identifikazzjoni tal-annimali bovini.

4.   Fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2, l-ammont totali tal-għajnuna li l-benefiċjarju huwa intitolat għaliha taħt il-miżura għandu jitnaqqas bil-perċentwal li għandu jiġi stabbilit skont il-paragrafu 6, jekk mhux iżjed minn tliet annimali jinstabu li għandhom xi irregolaritajiet.

5.   Jekk iżjed minn tliet annimali jinstabu li għandhom xi irregolaritajiet, l-ammont totali tal-għajnuna li l-benefiċjarju hu intitolat għalih skont il-miżura għandu jitnaqqas skont kif ġej:

(a)

bil-perċentwal li għandu jiġi stabbilit skont il-paragrafu 6, jekk dak il-perċentwal ma jkunx iżjed minn 10 %;

(b)

bid-doppju tal-perċentwal li għandu jiġi stabbilit skont il-paragrafu 6, jekk dak il-perċentwal ikun iżjed minn 10 % iżda mhux iżjed minn 20 %.

Jekk dak il-perċentwal ikun iżjed minn 20 %, l-ebda għajnuna m’għandha tingħata għall-miżura kkonċernata.

Jekk dak il-perċentwal ikun iżjed minn 50 %, il-benefiċjarju għandu jiġi eskluż għal darb’oħra milli jirċievi għajnuna sal-ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn l-għadd ta' annimali ddikjarati u l-għadd ta' annimali stabbiliti skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2. L-ammont li jirriżulta mill-esklużjoni għandu jiġi kkumpensat skont l-Artikolu 5b tar-Regolament (KE) Nru 885/2006. Jekk l-ammont ma jistax jiġi kkumpensat kompletament skont dak l-Artikolu matul it-tliet snin kalendarji li jsegwu s-sena kalendarja tas-sejba, il-bilanċ dovut għandu jiġi mħassar.

6.   Sabiex jiġu stabbiliti l-perċentwali msemmija fil-paragrafi 4 u 5, in-numru ta' annimali misjuba li għandhom xi irregolaritajiet għandhom jiġu diviżi bl-għadd ta' annimali stabbiliti.

Fil-każ ta' applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009, annimali li huma potenzjalment eliġibbli li jinstabu li mhumiex identifikati jew irreġistrati korrettament fis-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini għandhom jgħoddu bħala annimali misjuba li għandhom xi irregolaritajiet.

7.   Jekk id-differenza bejn l-għadd tal-annimali ddikjarati u dawk stabbiliti skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 tirriżulta minn irregolaritajiet li saru intenzjonalment, l-ebda għajnuna m’għandha tingħata għall-miżura kkonċernata.

Jekk il-perċentwal stabbilit skont il-paragrafu 6 ikun iżjed minn 20 %, il-benefiċjarju għandu jiġi eskluż għal darb’oħra milli jirċievi għajnuna sal-ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn l-għadd ta' annimali ddikjarati u l-għadd ta' annimali stabbiliti skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2. L-ammont li jirriżulta mill-esklużjoni għandu jiġi kkumpensat skont l-Artikolu 5b tar-Regolament (KE) Nru 885/2006. Jekk l-ammont ma jistax jiġi kkumpensat kompletament skont dak l-Artikolu matul it-tliet snin kalendarji li jsegwu s-sena kalendarja tas-sejba, il-bilanċ dovut għandu jiġi mħassar.

Artikolu 18

Tnaqqis u esklużjonijiet fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-kriterji ta' eliġibbiltà, impenji u obbligi relatati oħra

1.   L-għajnuna mitluba għandha tiġi mnaqqsa jew miċħuda meta l-obbligi u l-kriterji li ġejjin ma jiġux sodisfatti:

(a)

għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 36(a)(iv) u (v) kif ukoll f’(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-istandards obbligatorji rilevanti kif ukoll ir-rekwiżiti minimi għall-użu ta' fertilizzanti u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, rekwiżiti oħra obbligatorji rilevanti kif imsemmi fl-Artikoli 39(3), 40(2) u 47(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, u impenji li jmorru lil hinn minn dawk l-istandards u rekwiżiti; jew

(b)

il-kriterji ta' eliġibbiltà minbarra dawk relatati mad-daqs taż-żona jew l-għadd tal-annimali ddikjarati.

Fil-każ ta' impenji multiannwali, it-tnaqqis, l-esklużjonijiet u l-irkupri tal-għajnuna għandhom japplikaw ukoll għall-ammonti diġà mħallsa fis-snin preċedenti għal dak l-impenn.

2.   L-Istat Membru għandu jirkupra u/jew jiċħad l-appoġġ jew jistabbilixxi l-ammont tat-tnaqqis tal-għajnuna, b’mod partikolari abbażi tas-severità, il-grad u n-natura permanenti tan-nuqqas ta' konformità misjub.

Is-severità tan-nuqqas ta' konformità għandha tiddependi, b’mod partikolari, fuq l-importanza tal-konsegwenzi tan-nuqqas ta' konformtià, waqt li jitqiesu l-għanijiet tal-kriterji li ma ġewx sodisfatti.

Il-grad tan-nuqqas ta' konformità għandu jiddependi, b’mod partikolari, fuq l-effett tal-operazzjoni kollha.

Jekk in-nuqqas ta' konformità huwiex ta' natura permanenti jew le għandu jiddependi, b’mod partikolari, fuq id-dewmien tal-effett jew il-possibbiltà ta' terminazzjoni ta' dan l-effett permezz ta' mezzi raġonevoli.

3.   Jekk in-nuqqas ta' konformità jirriżulta minn irregolaritajiet li twettqu intenzjonalment, il-benefiċjarju għandu jiġi eskluż mill-miżura kkonċernata kemm għas-sena kalendarja tas-sejba kif ukoll għas-sena kalendarja ta' wara.

Taqsima II

Kundizzjonalità

Sottotaqsima I

Kontroll

Artikolu 19

Regoli ġenerali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, “kundizzjonalità” għandha tfisser konformità mar-rekwiżiti statutorji ta' tmexxija u l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 50a(1) ta' dak ir-Regolament u r-rekwiżiti minimi għall-użu ta' fertilizzanti u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51(1) ta' dak ir-Regolament.

2.   L-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 2, it-tieni subparagrafu, punti (2) u minn (32) sa (37), l-Artikoli 8, 47, 48, 49, l-Artikolu 50 minbarra l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Artikolu 51(1), (2) u (3), l-Artikoli 52, 53, 54, l-Artikolu 70(3), (4), (6) u (7), u l-Artikoli 71 u 72 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward tal-kundizzjonalità.

3.   Sabiex jiġi kkalkulat it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti minimi għall-użu ta' fertilizzanti u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif imsemmija fl-Artikolu 39(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 se jiġu kkunsidrati li jirrigwardaw il-qasam tal-ambjent u l-qasam tas-saħħa pubblika, tal-annimali u tal-pjanti, rispettivament, kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Iż-żewġ rekwiżiti minimi għandhom jiġu kkunsidrati bħala “att” skont it-tifsira tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2, punt (33), tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009.

Artikolu 20

Verifiki fuq il-post

1.   F’dak li jirrigwarda r-rekwiżiti u l-istandards li hija responsabbli għalihom, l-awtorità ta' kontroll kompetenti għandha twettaq verifiki fuq il-post fuq mill-inqas 1 % tal-benefiċjarji kollha li jissottmettu talbiet għal pagamenti skont l-Artikolu 36(a)(i) sa (v) u (b)(i), (iv) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

2.   Il-kampjuni tal-benefiċjarji li għandhom jiġu vverifikati skont il-paragrafu 1 jistgħu jintgħażlu jew mill-kampjun tal-benefiċjarji li diġà kienu magħżula skont l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament, u li japplikaw għalihom ir-rekwiżiti jew standards rilevanti, jew mill-popolazzjoni kollha ta' benefiċjarji li jissottomettu talbiet għal pagament skont l-Artikolu 36(a)(i) sa (v) u (b)(i), (iv) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u li huma obbligati li jissodisfaw ir-rekwiżiti jew l-istandards rispettivi.

3.   Tista' tintuża taħlita tal-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 2 jekk din it-taħlita żżid l-effikaċja tas-sistema ta' kontroll.

4.   Meta l-atti u l-istandards rilevanti għall-kundizzjonalità jeħtieġu li l-verifiki fuq il-post ma jiġux avżati, l-istess rekwiżit għandu japplika wkoll għall-verifiki fuq il-post tal-kundizzjonalità.

Sottotaqsima II

Tnaqqis u eskluŻjonijiet

Artikolu 21

Tnaqqis u esklużjonijiet

Minġħajr prejudizzju għall-Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, f’każ li jiġi stabbilit nuqqas ta' konformita, it-tnaqqis u l-esklużjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19(2) ta' dan ir-Regolament jiġu applikati għall-ammonti globali ta' assistenza taħt l-Artikolu 36(a)(i) sa (v) u (b)(i), (iv) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 li diġà ngħata, jew sejjer jingħata, lill-benefiċjarji kkonċernati wara li l-benefiċjaru jissotometti talbiet għall-pagament matul is-sena kalendarja li fiha ssir is-sejba.

Taqsima III

Ordni ta' tnaqqis

Artikolu 22

Ordni ta' tnaqqis

Fejn japplika diversi tnaqqis, dawn għandhom jiġu applikati f’din l-ordni:

l-ewwel skont l-Artikolu 16(5) u (6) flimkien mal-Artikolu 17(4) u (5) ta' dan ir-Regolament,

imbagħad skont l-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament,

imbagħad għall-sottomissjonijiet li jidħlu tard skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009,

imbagħad skont l-Artikolu 16(1) ta' dan ir-Regolament,

imbagħad skont l-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament,

fl-aħħar, skont l-Artikolu 16(7) u 17(7) ta' dan ir-Regolament.

TITOLU II

APPOĠĠ GĦAL ŻVILUPP RURALI SKONT L-ASSI 1 U L-ASSI 3 U ĊERTI MIŻURI SKONT L-ASSI 2 U L-ASSI 4

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet introduttorji

Artikolu 23

Ambitu

Dan it-Titolu għandu japplika għal nefqa skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 mhux kopert mit-Titolu I ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU II

Kontroll, tnaqqis u esklużjonijiet

Sezzjoni I

Kontroll

Sottosezzjoni I

Disopożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 24

Kontrolli amministrattivi

1.   Għandhom isiru kontrolli amministrattivi fuq l-applikazzjonijiet għal appoġġ, it-talbiet għal pagament jew id-dikjarazzjonijiet l-oħra kollha li għandhom jiġu sottomessi minn benefiċjarju jew parti terza, u għandhom ikopru l-elementi kollha li huwa possibbli u xieraq li jiġu kkontrollati permezz ta' mezzi amministrattivi. Il-proċeduri għandhom jeħtieġu reġistrazzjoni tal-ħidma ta' kontroll imwettqa, ir-riżultati tal-verifika u l-miżuri meħuda f’każ ta' diskrepanzi.

2.   Il-kontrolli amministrattivi fuq l-applikazzjonijiet għal appoġġ għandhom jinkludu b’mod partikolari l-verifika ta':

(a)

l-eliġibbiltà tal-operazzjoni li għaliha qed jintalab appoġġ;

(b)

il-konformità mal-kriterji tal-għażla stabbiliti fil-programm għall-iżvilupp rurali;

(c)

il-konformità tal-operazzjoni li għaliha qed jintalab appoġġ mar-regoli nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli dwar, b’mod partikolari, u fejn rilevanti, l-akkwisti pubbliċi, l-għajnuna mill-Istat u standards oħrajn obbligatorji xierqa stabbiliti bil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew stabbiliti fil-programm għall-iżvilupp rurali;

(d)

ir-raġonevolezza tal-ispejjeż sottomessi, li għandhom jiġu evalwati bl-użu ta' sistema ta' evalwazzjoni xierqa, bħal spejjeż ta' referenza, tqabbil ta' offerti differenti jew kumitat tal-evalwazzjoni;

(e)

l-affidabbiltà tal-applikant, b’referenza għal kwalunkwe operazzjonijiet kofinanzjati preċedenti mwettqa mis-sena 2000.

3.   Il-kontrolli amministrattivi fuq it-talbiet għal pagament għandhom jinkludu b’mod partikolari, u fejn xieraq għat-talba kkonċernata, verifika:

(a)

tal-konsenja tal-prodotti u s-servizzi kofinanzjati;

(b)

tar-realtà tan-nefqa mitluba;

(c)

tal-operazzjoni kompluta meta mqabbla mal-operazzjoni li għaliha ġiet sottomessa u approvata applikazzjoni għal appoġġ.

4.   Il-kontrolli amministrattivi fuq l-operazzjonijiet ta' investiment għandhom jinkludu mill-anqas żjara waħda lill-operazzjoni appoġġata jew lis-sit tal-investiment sabiex jiġi vverifikat li l-investiment sar.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jwettqux dik iż-żjara għal raġunijiet ġustifikati kif dovut, bħal jekk:

(a)

l-operazzjoni tkun inkluża fil-kampjun għal kontroll fuq il-post skont l-Artikolu 25;

(b)

l-operazzjoni konċernata tkun investiment żgħir;

(c)

l-Istat Membru jqis li r-riskju li ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet biex jirċievigħajnuna huwa baxx, jew li r-riskju li l-investiment ma jkunx sar huwa baxx.

Id-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu u l-ġustifikazzjoni tagħha għandhom jiġu rreġistrati.

5.   Il-kontrolli amministrattivi għandhom jinkludu proċeduri biex jiġi evitat finanzjament doppju ma' skemi oħra tal-Unjoni jew nazzjonali u ma' perjodi oħra ta' programmi. Meta jkun hemm finanzjament minn sorsi oħra, dawk il-kontrolli għandhom jiżguraw li l-għajnuna totali li tkun ingħatat ma taqbiżx il-limiti massimi permissibbli tal-għajnuna.

6.   Il-pagamenti mill-benefiċjarji għandhom jiġu appoġġati minn fatturi u dokumenti li jagħtu prova tal-pagament. Meta dan ma jkunx jista' jsir, il-pagamenti għandhom jiġu appoġġati b’dokument ta' valur probatorju ekwivalenti.

Artikolu 25

Kontrolli fuq il-post

1.   L-Istati Membri għandhom jorganizzaw kontrolli fuq il-post fuq operazzjonijiet approvati bl-użu ta' bażi xierqa ta' teħid ta' kampjuni. Dawn il-kontrolli għandhom, safejn ikun possibbli, jitwettqu qabel isir l-aħħar pagament għal operazzjoni.

2.   In-nefqa koperta mill-kontrolli fuq il-post għandha tirrapreżenta mill-anqas 4 % tan-nefqa msemmija fl-Artikolu 23 li hija ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li għandha titħallas mill-aġenzija tal-pagamenti kull sena kalendarja. Għandhom jiġu kkunsidrati biss il-kontrolli li jitwettqu sal-aħħar tas-sena kkonċernata.

Matul il-perjodu sħiħ tal-programm, in-nefqa koperta għandha tirrapreżenta mill-anqas 5 % tan-nefqa ffinanzjata mill-FAEŻR.

3.   Il-kampjun tal-operazzjonijiet approvati li għandhom jiġu vverifikati skont il-paragrafu 1 għandu jikkunsidra b’mod partikolari:

(a)

il-bżonn li tiġi kkontrollata taħlita xierqa tat-tipi u d-daqsijiet tal-operazzjonijiet;

(b)

kwalunkwe fatturi ta' riskju identifikati wara l-kontrolli nazzjonali jew tal-Unjoni;

(c)

il-bżonn li jinżamm bilanċ bejn l-assi u l-miżuri;

(d)

il-ħtieġa li ssir għażla aleatorja ta' bejn 20 % u 25 % tan-nefqa.

4.   L-ispetturi li jwettqu kontroll fuq il-post m’għandhomx ikunu ġew involuti fil-kontrolli amministrattivi tal-istess operazzjoni.

Artikolu 26

Kontenut tal-kontrolli fuq il-post

1.   Permezz tal-kontrolli fuq il-post, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw:

(a)

li t-talbiet għal pagamenti sottomessi mill-benefiċjarju huma appoġġjati b’dokumenti tal-kontabbiltà jew oħrajn, inklużi, fejn neċessarju, verifika tal-preċiżjoni tad-dejta fit-talba għal pagament abbażi tad-dejta jew dokumenti kummerċjali miżmuma minn partijiet terzi;

(b)

għal għadd xieraq ta' elementi ta' nfiq, li n-natura u ż-żmien tan-nefqa rilevanti jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni u jikkorrispondu għall-ispeċifikazzjonijiet approvati tal-operazzjoni u x-xogħlijiet li twettqu attwalment jew is-servizzi li ngħataw attwalment;

(c)

li l-użu jew l-użu intenzjonat tal-operazzjoni huwa konsistenti mal-użu deskritt fl-applikazzjoni għall-appoġġ;

(d)

li l-operazzjonijiet iffinanzjati pubblikament ġew implimentati skont ir-regoli u l-politiki tal-Unjoni, speċjalment ir-regoli dwar is-sejħiet għall-offerti pubbliċi u l-istandards obbligatorji rilevanti stabbiliti bil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew stabbiliti fil-programm għall-iżvilupp rurali.

2.   Kontrolli fuq il-post ta' talba għal pagamenti magħżula għall-verifika kif imsemmi fl-Artikolu 25(3) ta' dan ir-Regolament, għandhom ikopri l-impenji u l-obbligi kollha ta' benefiċjarju li jistgħu jiġu kontrollati matul iż-żjara.

3.   Minbarra f’każijiet eċċezzjonali, irreġistrati kif suppost u spjegati mill-awtoritajiet nazzjonali, il-kontrolli fuq il-post għandhom jinkludu żjara lill-operazzjoni jew, jekk l-operazzjoni mhijiex tanġibbli, lill-promotur tal-operazzjoni.

4.   Il-kontrolli li jissodisfaw ir-rekwiżiti sħaħ ta' dan l-Artikolu biss jistgħu jingħaddu għall-kisba tar-rata tal-kontroll stabbilita fl-Artikolu 25(2).

Artikolu 27

Rapport ta' kontroll

1.   Kull kontroll fuq il-post u kontroll ex-post taħt din it-Taqsima għandu jkun is-suġġett ta' rapport ta' kontroll li jagħmilha possibbli li jiġu riveduti d-dettalji tal-kontrolli mwettqa. Ir-rapport għandu jindika b’mod partikolari:

(a)

il-miżuri u l-applikazzjonijiet ikkontrollati;

(b)

il-persuni preżenti;

(c)

jekk ingħatatx notifika lill-benefiċjarju taż-żjara u, jekk iva, il-perjodu tan-notifika bil-quddiem;

(d)

ir-riżultati tal-kontrolli u, fejn applikabbli, kwalunkwe osservazzjoni partikolari;

(e)

kwalunkwe miżura ta' kontroll oħra li għandha titwettaq.

2.   Il-benefiċjarju għandu jingħata l-opportunità li jiffirma r-rapport biex jiċċertifika l-preżenza tal-benefiċjarju matul il-kontroll u jżid l-osservazzjonijiet tiegħu. Meta jinstabu xi irregolaritajiet, il-benefiċjarju għandu jirċievi kopja tar-rapport ta' kontroll.

Sottosezzjoni II

Dispożizzjonijiet supplimentari ta' kontroll għal miżuri speċifiċi

Artikolu 28

Bdiewa ta' età żgħira

Għall-miżura stipulata fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-konformità mal-pjan tan-negozju skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 permezz ta' kontrolli amministrattivi u, fuq bażi ta' teħid ta' kampjuni, permezz ta' kontrolli fuq il-post.

Artikolu 28a

Irtirar bikri

Għall-miżura msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti fl-Artikolu 23(2)(b) u fl-Artikolu 23(3) ta' dak ir-Regolament wara t-trasferiment tar-razzett. L-Istati Membri jistgħu jiddisponu mill-kontrolli fuq il-post wara l-ewwel pagament ta' appoġġ, sakemm il-kontrolli amministrattivi, inklużi l-kontrolli reċiproċi xierqa, b’mod partikolari bl-informazzjoni li hemm fil-bażi ta' dejta elettroniku msemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jipprovdu l-assigurazzjoni neċessarja tal-legalità u r-regolarità tal-pagamenti.

Artikolu 28b

Appoġġ għal skemi tal-kwalità tal-ikel rikonoxxuti mill-Istati Membri

Għall-miżura stipulata fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-aġenziji tal-pagamenti jistgħu, fejn xieraq, jagħmlu użu minn evidenza li jirċievu minn servizzi, korpi jew organizzazzjonijiet oħra biex jivverifikaw il-konformità mal-kriterji ta' eliġibbiltà. Madankollu, dawn għandhom jiżguraw li jkollhom l-assigurazzjoni li s-servizz, il-korp jew l-organizzazzjoni qed joperaw sa standard suffiċjenti għall-kontroll tal-konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà.

Artikolu 28c

Biedja ta' semi-sussistenza

Għall-miżura stipulata fl-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-progress fir-rigward tal-pjan tan-negozju skont il-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu permezz ta' kontrolli amministrattivi u, fuq bażi ta' teħid ta' kampjuni, permezz ta' kontrolli fuq il-post.

Artikolu 28d

Gruppi ta' produtturi

Għall-miżura stipulata fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-grupp ta' produtturi wara l-verifika tal-konformità tal-grupp mal-kriterji stabbiliti fil-paragarafu 1 ta' dak l-Artikolu u mar-regoli nazzjonali. Wara r-rikonoxximent, il-konformità kontinwa mal-kriterji ta' rikonoxximent għandha tiġi verifikata mill-anqas darba matul il-perjodu ta' ħames snin permezz ta' kontroll fuq il-post.

Artikolu 28e

Impriżi agrikoli li jkunu għaddejjin minn ristrutturar

Għall-miżura stipulata fl-Artikolu 35a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-progress fir-rigward tal-pjan ta' negozju skont il-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu permezz ta' kontrolli amministrattivi u, fuq bażi ta' teħid ta' kampjuni, permezz ta' kontrolli fuq il-post.

Artikolu 28f

Il-programm Leader

1.   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw sistema xierqa għas-superviżjoni ta' gruppi ta' azzjoni lokali.

2.   Fil-każ ta' nefqa taħt l-Artikolu 63(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Istati Membri jistgħu jiddelegaw it-twettiq tal-kontrolli amministrattivi msemmija fl-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament lil gruppi ta' azzjoni lokali permezz ta' att formali. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jibqgħu responsabbli għall-verifika tal-kapaċità amministrattiva u ta' kontroll ta' dawk il-gruppi ta' azzjoni lokali biex iwettqu dak ix-xogħol.

Fil-każ tad-delegazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli regolari tal-operazzjonijiet tal-gruppi ta' azzjoni lokali, inklużi kontrolli taż-żamma tal-kotba u ripetizzjoni tal-kontrolli amministrattivi fuq bażi ta' teħid ta' kampjuni.

L-Istati Membri għandhom iwettqu wkoll kontrolli fuq il-post kif imsemmi fl-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament. Fil-kampjun tal-operazzjonijiet approvati li għandhom jiġu kkontrollati fuq il-post skont l-Artikolu 25(1) ta' dan ir-Regolament, in-nefqa li tikkonċerna l-programm Leader għandha mill-anqas ikollha l-istess perċentwal li għandha fin-nefqa msemmija fl-Artikolu 23 ta' dan ir-Regolament.

3.   Fil-każ ta' nefqa mġarrba taħt l-Artikolu 63(c) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, il-kontrolli għandhom jitwettqu minn persuni indipendenti mill-grupp ta' azzjoni lokali kkonċernat.

Artikolu 28 g

Sussidji fuq ir-rati tal-imgħax

Fil-każ ta' nefqa mġarrba taħt l-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006, il-kontrolli amministrattivi u l-kontrolli fuq il-post għandhom jitwettqu b’referenza għall-benefiċjarju u skont it-twettiq tal-operazzjoni kkonċernata. L-analiżi tar-riskju skont l-Artikolu 25(3)(b) ta' dan ir-Regolament għandha tkopri, mill-anqas darba, l-operazzjoni konċernata abbażi tal-valur skontat tas-sussidju.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, permezz ta' kontrolli amministrattivi u, jekk neċessarju, permezz ta' żjarat “in situ” lil istituzzjonijiet finanzjarji intermedji u għand il-benefiċjarju, li l-pagamenti lill-istituzzjonijiet finanzjarji intermedji huma konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u mal-ftehim konkluż bejn l-aġenzija tal-pagamenti tal-Istat Membru u l-istituzzjoni finanzjarja intermedja kif stabbilit fl-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006.

Artikolu 28h

Azzjonijiet oħra ta' inġinerija finanzjarja

Fil-każ ta' nefqa taħt l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, permezz ta' kontrolli amministrattivi u, jekk neċessarju, permezz ta' żjarat “in situ” lill-fondi jew l-isponsors tagħhom, li hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 51 u 52 ta' dak ir-Regolament. Dawn għandhom jivverifikaw speċjalment l-użu korrett tal-fondi u l-għeluq fl-aħħar tal-perjodu tal-programm.

Sottosezzjoni III

Kontrolli ex-post

Artikolu 29

Kontrolli ex-post

1.   Il-kontrolli ex-post għandhom jitwettqu fuq operazzjonijiet ta' investiment għall-verifika tal-impenji skont l-Artikolu 72(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew dettaljati fil-programm għall-iżvilupp rurali.

2.   Il-kontrolli ex-post għandhom ikopru f’kull sena kalendarja mill-anqas 1 % tan-nefqa tal-FAEŻR għall-operazzjonijiet ta' investiment li huma xorta suġġetti għal impenn kif imsemmi fil-paragrafu 1 u li għalihom l-aħħar pagament sar mill-FAEŻR. Huma biss il-kontrolli li jitwettqu sal-aħħar tas-sena kkonċernata li għandhom jiġu kkunsidrati.

3.   Il-kampjun għall-operazzjonijiet li għandhom ikunu kkontrollati f’konformità mal-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq analiżi tar-riskju u l-impatt finanzjarju tal-operazzjonijiet, il-gruppi ta' operazzjonijiet jew il-miżuri differenti. Parti mill-kampjun għandha tkun magħżula b’mod aleatorju.

Sezzjoni II

Tnaqqis u esklużjonijiet

Artikolu 30

Tnaqqis u esklużjonijiet

1.   Il-pagamenti għandhom jiġu kkalkulati abbażi ta' dak li jinstab li huwa eliġibbli matul il-kontrolli amministrattivi.

L-Istat Membru għandu jeżamina t-talba għal pagament mibgħuta mill-benefiċjarju, u jistabbilixxi l-ammonti li huma eliġibbli għall-appoġġ. Dan għandu jistabbilixxi:

(a)

l-ammont pagabbli lill-benefiċjarju abbażi biss tat-talba għal pagament;

(b)

l-ammont pagabbli lill-benefiċjarju wara eżaminazzjoni tal-eliġibbiltà tat-talba għal pagament.

Jekk l-ammont stabbilit skont il-punt (a) jaqbeż l-ammont stabbilit skont il-punt (b) b’iżjed minn 3 %, għandu jiġi applikat tnaqqis mill-ammont stabbilit skont il-punt (b). L-ammont tat-tnaqqis għandu jkun id-differenza bejn dawn iż-żewġ ammonti.

Madankollu, l-ebda tnaqqis m’għandu jiġi applikat jekk il-benefiċjarju jista' juri li huwa m’għandux tort għall-inklużjoni tal-ammont mhux eliġibbli.

2.   Meta jinstab li benefiċjarju għamel dikjarazzjoni falza intenzjonalment, l-operazzjoni kkonċernata għandha tiġi eskluża mill-appoġġ mill-FAEŻR u kwalunkwe ammonti mħallsa diġà għal dik l-operazzjoni għandhom jiġu rkuprati. Barra minn hekk, il-benefiċjarju għandu jiġi eskluż milli jirċievi appoġġ taħt l-istess miżura għas-sena kalendari tas-sejba u għas-sena kalendarja ta' wara.

3.   It-tnaqqis u l-esklużjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu applikati mutatis mutandis għall-infiq mhux eliġibbli identifikat matul il-kontroll skont l-Artikoli 25 u 29.

PARTI III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 31

Rappurtaġġ

L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni sal-15 ta' Lulju ta' kull sena li:

(a)

ikopri r-riżultati tal-kontrolli fuq it-talbiet għal pagament sottomessi taħt it-Titolu I matul is-sena kalendarja preċedenti u li jkunu relatati, b’mod partikolari, mal-punti li ġejjin:

(i)

l-għadd ta' talbiet għal pagamenti għal kull miżura, l-ammont totali kkontrollat għal dawk it-talbiet, kif ukoll iż-żona totali u l-għadd totali ta' annimali koperti bil-kontrolli skont l-Artikoli 11, 12 u 20;

(ii)

għal appoġġ relatat maż-żona, iż-żona totali diviża skont l-iskema ta' għajnuna individwali;

(iii)

għal miżuri relatati mal-annimali, l-għadd totali ta' annimali diviż skont l-iskema ta' għajnuna individwali;

(iv)

ir-riżultat tal-kontrolli mwettqa, li jindika t-tnaqqis u l-esklużjonijiet applikati skont l-Artikoli 16, 17, 18 u 21;

(b)

ikopri l-kontrolli u r-riżultati tal-kontrolli fuq it-talbiet għal pagamenti skont l-Artikoli 24 u 25 għal pagamenti li saru matul is-sena kalendarja preċedenti;

(c)

ikopri l-kontrolli u r-riżultati tal-kontrolli mwettqa skont l-Artikoli 28 u 29 matul is-sena kalendarja preċedenti.

Artikolu 32

Kontroll mill-Kummissjoni

L-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu japplika għall-appoġġ imħallas skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

Artikolu 33

Rappurtaġġ tal-kontrolli lill-aġenziji tal-pagamenti

1.   Meta l-kontrolli ma jsirux mill-aġenzija tal-pagamenti responsabbli, l-Istat Membru għandu jiżgura li tasal biżżejjed informazzjoni dwar dawk il-kontrolli mill-aġenzija tal-pagamenti responsabbli. Hija r-responsabbiltà tal-aġenzija tal-pagamenti li tiddefinixxi l-bżonnijiet tagħha għall-informazzjoni. L-informazzjoni tista' tkun rapport fuq kwalunkwe kontroll imwettaq jew, jekk xieraq, tkun fil-forma ta' rapport sommarju.

2.   Għandu jinżamm rekord għall-verifika suffiċjenti. Deskrizzjoni indikattiva tar-rekwiżiti ta' rekord għall-verifika suffiċjenti hija mogħtija fl-Anness I.

3.   L-aġenzija tal-pagamenti għandu jkollha d-dritt li tivverfika l-kwalità tal-kontrolli mwettqa minn korpi oħra, u li tirċievi l-informazzjoni l-oħra kollha li jkollha bżonn biex twettaq il-funzjonijiet tagħha.

Artikolu 34

Revoka

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1975/2006 huwa rrevokat b’effett mill-1 ta' Jannar 2011.

Madankollu, dan għandu jkompli japplika fir-rigward tat-talbiet għal pagamenti sottomessi qabel l-1 ta' Jannar 2011.

2.   Referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1975/2006 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 35

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 277, 21.10.2005, p.1.

(2)   ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65.

(3)   ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18.

(4)   ĠU L 368, 23.12.2006, p. 74.

(5)   ĠU L 30, 31.1.2009, p.16.

(6)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(7)   ĠU L 368, 23.12.2006, p.15.

(8)   ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.


ANNESS I

Deskrizzjoni indikattiva tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni għal rekord għall-verifika suffiċjenti

Rekord għall-verifika suffiċjenti kif imsemmija fl-Artikolu 33(2), jkun preżenti meta, għal assistenza partikolari:

(a)

jippermetti r-rikonċiljazzjoni bejn l-ammonti totali ddikjarati lill-Kummissjoni u l-fatturi, id-dokumenti tal-kontabbiltà u d-dokumenti l-oħra ta’ appoġġ miżmuma mill-aġenzija tal-pagamenti jew servizz ieħor għall-operazzjonijiet kollha appoġġjati mill-FAEŻR;

(b)

jippermetti l-verifika tal-pagament tan-nefqa pubblika lill-benefiċjarju;

(c)

jippermetti l-verifika tal-applikazzjoni tal-kriterji tal-għażla lill-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FAEŻR;

(d)

ikun jinkludi, safejn hu xieraq, il-pjan finanzjarju, ir-rapporti tal-attivitajiet, id-dokumenti relatati mal-għoti tal-appoġġ, id-dokumenti relatati mal-proċeduri tas-sejħiet pubbliċi għall-offerti u rapporti relatati ma' kwalunkwe kontroll li jkun twettaq.


ANNESS II

Tabella ta’ korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 1975/2006

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 4(3), (6), (7) u (9), Artikolu 5, Artikolu 7(1)

Artikolu 3

Artikolu 2

Artikolu 4

Artikolu 3

Artikolu 5

Artikolu 4(2), (4) u (8)

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7(1), Artikolu 8(3), Artikolu 16(1)

Artikolu 8(3)

Artikolu 7(1), Artikolu 8(3)

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10(1) u (2)

Artikolu 4(1)

Artikolu 10(3) sa (6)

Artikolu 10(1) sa (4)

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12(1), (3) u (4)

Artikolu 12(1), (3) u (4)

Artikolu 12(2)

Artikolu 12(2) u Artikolu 15(3)

Artikolu 13

Artikolu 13

Article 14

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16(1)

Artikolu 16(2) u (3)

Artikolu 16(2)

Artikolu 16(5)

Artikolu 16(4)

Artikolu 16(5) u (6)

Artikolu 16(6) u (7), rispettivament

Artikolu 17(1)

Artikolu 17(2) u (3)

Artikolu 17(2)

Artikolu 17(4), (5) u (6)

Artikolu 17(3)

Artikolu 17(5) u (7)

Artikolu 17(4)

Artikolu 17(1)

Artikolu 18

Artikolu 18

Artikolu 19(1)

Artikolu 19(1)

Artikolu 19(2)

Artikolu 19(2)

Artikolu 20(1)

Artikolu 20(1)

Artikolu 20(2)

Artikolu 19(2)

Artikolu 21(1)

Artikolu 19(2)

Article 21(2) u (3)

Artikolu 20(2)

Artikolu 21(4)

Artikolu 20(3)

Artikolu 22

Artikolu 19(2)

Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 21

Artikolu 23(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi

Artikolu 19(2)

Artikolu 23(2)

Artikolu 19(3)

Artikolu 24

Artikolu 22

Artikolu 25

Artikolu 23

Artikolu 26(1), (2), (3) u (4)

Artikolu 24(1),(2),(3) u (4), rispettivament

Artikolu 26(5)

Artikolu 24(6)

Artikolu 26(6)

Artikolu 24(5)

Artikolu 26(7)

Artikolu 28b

Artikolue 27(1), (2) u (3)

Artikolu 25

Artikolu 27(4)

Artikolu 4(5)

Artikolu 28

Artikolu 26

Artikolu 28a

Artikolu 27

Artikolu 29

Artikolu 28a u 28c

Artikolu 30(1) u (2)

Artikolu 29(1)

Artikolu 30(3)

Artikolu 29(2)

Artikolu 30(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 29(3)

Artikolu 30(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 31(1), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi

Artikolu 30(1), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi, rispettivament

Artikolu 31(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 30(3)

Artikolu 31(2)

Artikolu 30(2)

Artikolu 32

Artikolu 28f(3)

Artikolu 33

Artikolu 28f(2)

Artikolu 34(a)

Artikolu 31(a)

Artikolu 34(b) u (c)

Artikolu 31(b)

Artikolu 34(d)

Artikolu 31(c)

Artikolu 35

Artikolu 32

Artikolu 36(1)

Artikolu 19(2)

Artikolu 36(2), (3) u (4)

Artikolu 33(1), (2) u (3)

Artikolu 37

Artikolu 35


28.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 25/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 66/2011

tas-27 ta’ Jannar 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

116,3

JO

73,2

MA

61,5

TN

95,5

TR

96,7

ZZ

88,6

0707 00 05

EG

182,1

JO

82,9

MA

100,1

TR

132,7

ZZ

124,5

0709 90 70

MA

67,1

TR

119,6

ZZ

93,4

0709 90 80

EG

66,7

ZZ

66,7

0805 10 20

AR

41,5

BR

41,5

EG

56,3

MA

58,1

TN

49,0

TR

72,1

ZA

41,5

ZZ

51,4

0805 20 10

IL

174,2

MA

67,0

TR

79,6

ZZ

106,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

69,9

IL

81,6

JM

94,5

MA

111,1

PK

51,5

TR

66,6

ZZ

79,2

0805 50 10

AR

45,3

TR

56,1

UY

45,3

ZZ

48,9

0808 10 80

AR

78,5

CA

96,6

CL

90,0

CN

92,4

MK

46,1

NZ

78,5

US

124,7

ZZ

86,7

0808 20 50

CN

75,2

US

85,2

ZA

125,0

ZZ

95,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


28.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 25/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 67/2011

tas-27 ta’ Jannar 2011

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Jannar 2011 bir-Regolament (KE) Nru 327/98

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 ta' 10 ta' Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (3) u b'mod partikolari l-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 327/98 fetaħ u ddefinixxa l-mod ta' ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni tar-ross u tar-ross miksur, imqassma skont il-pajjiż tal-oriġini u f'diversi subperjodi skont l-Anness IX għar-Regolament imsemmi.

(2)

Is-subperjodu tax-xaħar ta' Jannar huwa l-ewwel subperjodu għall-kwoti provduti fil-punti a), b), c) u d) tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98.

(3)

Min-notifika magħmula skont l-Artikolu 8 a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jirriżulta li għall-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4153, 09.4154, 09.4112, 09.4116, 09.4117, 09.4118, 09.4119 u 09.4166, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem tax-xogħol tax-xahar ta' Jannar 2011, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jinvolvu kwantità li taqbeż dik disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba għall-kwota/i kkonċernata/i.

(4)

Barra minn hekk, min-notifika msemmija hawn fuq, jirriżulta li għall-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4127, 09.4128, 09.4148, 09.4149, 09.4150 u 09.4152, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem tax-xogħol tax-xahar ta' Jannar 2011, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jinvolvu kwantità li ma taqbiżx jew hija daqs dik disponibbli.

(5)

Għaldaqstant jeħtieġ li, għall-kwoti bin-numru tas-serje 09.4127, 09.4128, 09.4148, 09.4149, 09.4150, 09.4152, 09.4153, 09.4154, 09.4112, 09.4116, 09.4117, 09.4118, 09.4119 u 09.4166, jiġu definiti l-kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu ta' wara, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 327/98,

(6)

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ eżatt wara li jiġi ppubblikat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4153, 09.4154, 09.4112, 09.4116, 09.4117, 09.4118, 09.4119, 09.4166 imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 327/98, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem tax-xogħol ta' Jannar 2011, għandhom jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, mqassma skont il-koeffiċjent/i ta' allokazzjoni stabbilit(i) fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet totali disponibbli fil-kuntest tal-kwoti koperti bin-numri tas-serje 09.4127, 09.4128, 09.4148, 09.4149, 09.4150, 09.4152, 09.4153, 09.4154, 09.4112, 09.4116, 09.4117, 09.4118, 09.4119, 09.4166 i msemmija fir-Regolament (KE) Nru 327/98, għas-subperjodu tal-kwoti ta' wara, huma stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)   ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5.


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu tax-xahar ta' Jannar 2011 u l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu sussegwenti, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 327/98

a)

Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 , provduta bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Jannar 2011

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' April 2011 (f'kg)

L-Istati Uniti tal-Amerika

09.4127

 (1)

23 435 000

It-Tajlandja

09.4128

 (1)

14 800 088

L-Awstralja

09.4129

 (2)

1 019 000

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4130

 (2)

1 805 000

b)

Kwota ta' ross imqaxxar kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 20 , provduta bl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Jannar 2011

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Lulju 2011 (f'kg)

Il-pajjiżi kollha

09.4148

 (3)

1 634 000

c)

Kwota ta' ross miksur, kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 40 , provduta bl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Jannar 2011

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Lulju 2011 (f'kg)

It-Tajlandja

09.4149

 (4)

42 000 000

L-Awstralja

09.4150

 (5)

16 000 000

Il-Gujana

09.4152

 (5)

11 000 000

L-Istati Uniti tal-Amerika

09.4153

1,639344  %

4 500 007

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4154

4,545454  %

6 000 002

d)

Kwota ta' ross mitħun jew nofsu mitħun li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30 , provduta bl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Jannar 2011

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Lulju 2011 (f'kg)

It-Tajlandja

09.4112

1,044174  %

0

L-Istati Uniti tal-Amerika

09.4116

1,666434  %

0

L-Indja

09.4117

1,162032  %

0

Il-Pakistan

09.4118

0,889679  %

0

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4119

1,088821  %

0

Il-pajjiżi kollha

09.4166

0,848208  %

17 011 006


(1)  l-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma anqas jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: l-applikazzjonijiet kollha jistgħu għalhekk jiġu milqugħa

(2)  l-ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu

(3)  l-ebda applikazzjoni tal-koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja

(4)  l-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma anqas jew daqs il-kwantitajiet disponibbli. l-applikazzjonijiet kollha jistgħu għalhekk jiġu milqugħa

(5)  l-ebda applikazzjoni tal-koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja


DEĊIŻJONIJIET

28.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 25/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Jannar 2011

li taħtar membru Latvjan u membru supplenti Latvjan fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2011/54/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Latvjan,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE u 2010/29/UE li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015 (1).

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Ainārs ŠLESERS sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Sergejs DOLGOPOLOVS sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Dainis TURLAIS, Rīgas domes, Drošības, kārtības un korupcijas novēršanas jautājumu komitejas priekšsēdētājs

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Viktors GLUHOVS, Rīgas domes deputāts, Pilsētas attīstības komitejas loceklis

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidhol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

FAZEKAS S.


(1)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22, u ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


28.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 25/31


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Jannar 2011

li taħtar tliet membri Svediżi u erba’ membri supplenti Svediżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2011/55/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Europea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Svediż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/EU u 2010/29/EU li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015 (1).

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Kent JOHANSSON, is-Sinjura Maria WALLHAGER NECKMAN u s-Sinjura Kristina ALVENDAL, saru vakanti s-siġġijiet ta’ tliet membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Susanna HABY, is-Sur Bernth JOHNSON, is-Sur Jens NILSSON u s-Sinjura Ingela NYLUND WATZ, saru vakanti s-siġġijiet ta’ erba’ membri supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membri:

Is-Sur Kent JOHANSSON, Skara kommun

Is-Sinjura Britt-Marie LÖVGREN, Umeå kommun

Is-Sinjura Jelena DRENJANIN, Huddinge kommun

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur Martin ANDREASSON, Västra Götalands läns landsting

Is-Sinjura Marie SÄLLSTRÖM, Blekinge läns landsting

Is-Sinjura Marie-Louise RÖNNMARK, Umeå kommun

Is-Sinjura Carin JÄMTIN, Stockholms kommun

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi adottata.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

FAZEKAS S.


(1)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22 u ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.