ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.023.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 23

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
27ta' Jannar 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 61/2011 tal-24 ta’ Jannar 2011 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt tal-fdal taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta’ analiżi rilevanti

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 62/2011 tas-26 ta’ Jannar 2011 li jeskludi s-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES minn ċerti limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd għall-2011, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali (multiannwali) għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 63/2011 tas-26 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi disposizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni għal deroga mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tas-CO2 skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

16

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 64/2011 tas-26 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

29

 

 

IV   Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA Nru 191/09/COL tat-22 ta’ April 2009 li temenda, għas-sebgħin darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi kapitolu ġdid dwar it-trattament tal-assi indeboliti fis-settur bankarju taż-ŻEE

31

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1261/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2010 li jimponi dazju kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti staneg tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw mill-Indja ( ĠU L 343, 29.12.2010 )

53

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

27.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 61/2011

tal-24 ta’ Jannar 2011

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt tal-fdal taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta’ analiżi rilevanti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 113(1)(a) u 121(h), flimkien mal-Artikolu 4, tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 (2) jiddefinixxi l-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi taż-żjut taż-żebbuġa u ż-żjut tal-fdal taż-żebbuġa u l-metodi tal-analiżi ta' dawk il-karatteristiċi. Jeħtieġ li jiġu aġġornati dawk il-metodi u l-valuri tal-limiti għall-karatteristiċi taż-żjut abbażi tal-opinjoni ta' esperti kimiċi u skont il-ħidma mwettqa fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ.

(2)

B'mod partikolari, billi l-esperti kimiċi kkonkludew li l-kontenut ta' esteri etiliċi tal-aċidi xaħmin (FAEEs) u ta' esteri metiliċi tal-aċidi xaħmin (FAMEs) huwa parametru utli ta' kwalità għaż-żjut taż-żebbuġa extra verġni, huwa xieraq li jiġu inklużi valuri tal-limiti għal dawk l-esteri kif ukoll metodu biex ikun determinat il-kontenut tagħhom.

(3)

Sabiex jitħalla perjodu ta' żmien ta' aġġustament għall-istandards il-ġodda, jingħata żmien għad-dħul tal-mezzi għall-applikazzjoni tagħhom u sabiex tiġi evitata d-disturbanza tat-tranżazzjonijiet kummerċjali, l-emendi għal dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta' April 2011. Għall-istess raġunijiet, għandhom isiru dispożizzjonijiet biex iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żjut tal-fdal taż-żebbuġa li jiġu manifatturati legalment u ttikkettjati fl-Unjoni, jew importati legalment fl-Unjoni u mqiegħda għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa qabel dik id-data, ikunu jistgħu jiġu kummerċjalizzati sakemm jispiċċaw il-ħażniet kollha.

(4)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2568/91 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2568/91 għandu jiġi emendat kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 2(1), jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

biex jiġi determinat il-kontenut ta' xema', esteri metiliċi tal-aċidi xaħmin, u esteri etiliċi tal-aċidi xaħmin permezz ta' kromatografija b'fażi gassuża f'kolonna kapillari, il-metodu stipulat fl-Anness XX”

2)

Fis-sommarju tal-Annessi, għandu jiddaħħal dan li ġej:

“Anness XX:

Metodu biex jiġi determinat il-kontenut ta' xema', esteri metiliċi tal-aċidi xaħmin, u esteri etiliċi tal-aċidi xaħmin permezz ta' kromatografija b'fażi gassuża f'kolonna kapillari”

3)

L-Anness I għandu jinbidel bit-test tal-Anness I għal dan ir-Regolament.

4)

L-Anness XX huwa miżjud, skont kif stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Madankollu, prodotti li ġew manifatturati u ttikkettjati legalment fl-Unjoni jew importati legalment fl-Unjoni u mqiegħda f'ċirkulazzjoni ħielsa qabel l-1 ta' April 2011 jistgħu jibqgħu jiġu kkumerċjalizzati sakemm jispiċċaw il-ħażniet kollha.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ April 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1.


ANNESS I

“L-ANNESS I

KARATTERISTIĊI TAŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA

Noti:

a)

Ir-riżultati tal-analiżi għandhom ikunu espressi bl-istess għadd ta' deċimali bħal dawk previsti għal kull karatteristika.

L aħħar ċifia għandha tiżdied b'unità jekk iċ-ċifra ta' wara hija akbar minn 4.

b)

Karatteristika waħda biss mhix konformi mal-valuri indikati hija biżżejjed biex iż-żejt jibdel minn kategorija għal oħra jew jiġi ddikjarat mhux konfonni mal-purità għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

c)

Il-karatteristiċi indikati bi stilla (*), b'referenża għall-kwalità taż-żejt, jimplikaw li:

għaż-żejt taż-żebbuġa lamp anti, iż-żewġ-limiti relattivi jistgħu ma jikkonkorrux mal-valuri ddikjarati fl-istess waqt;

għaż-żjut taż-żebbuġa verġni, in-nuqqas ta' osservanża ta' talanqas wieħed minn dawn il-limiti jwassal għal bidla fil-kategorija, iżda dejjem jibqa' kklasifikat fwieħed mit-tipi taż-żejt taż-żebbuġa verġni.

d)

Il-karatteristiċi indikati b'żewġ stilel (**), b'referenża għall-kwalità taż-żejt, jimplikaw li għaż-żjut kollha tal-fdal taż-żebbuġa, il-limiti relattivi jistgħu ma jikkonkorrux mal-valuri ddikjarati fl-istess waqt.”

Kategorija

Esteri metiliċi ta' aċidu xaħmi (FAMEs) u esteri etiliċi tal-aċidu xaħmi (FAEEs)

Aċidità

(%)

(*)

Valurta' peiossidu

mEq O2/kg

(*)

Xema'

mg/kg

(**)

2 gliċerilmonopalmitat

(%)

Stigmastadjen

mg/kg (1)

Differenża ECN42 HPLC- u ECN42

(Kalkolu teoretiku

K232 (*)

K270 (*)

Delta-K (*)

Evalważżjoni organolettikà

- Medjan tad-difett (*)

Evalwżżjoni organolettika

Medjan tattogħma talfrott (Mf) (*)

1.

Żejt taż-żebbuġa extraverġni

Σ FAME + FAEE ≤ 75 mg/kg jew 75 mg/kg <Σ FAME + FAEE ≤ 150 mg/kg u [FAEE/FAME] ≤ 1,5

≤ 0,8

≤ 20

≤ 250

≤ 0,9 jekk % Aċidu p almitiku totali ≤ 14 %

≤ 0,10

≤ 0,2

≤ 2,50

≤ 0,22

≤ 0,01

Md = 0

Mf > 0

≤ 1,0 jekk% Aċidupalmitikutotali > 14 %

2.

Żejt taż-żebbuġa verġni

≤ 2,0

≤ 20

≤ 250

≤ 0,9 jekk % Aċidu palmitiku totali ≤ 14 %

≤ 0,10

≤ 0,2

≤ 2,60

≤ 0,25

≤ 0,01

Md ≤ 3,5

Mf > 0

≤ 1,0 jekk % Aċidupalmitikutotali > 14 %

3.

Żejt taż-żebhuġa lantpanti

> 2,0

≤ 300 (3)

≤ 0,9 jekk % Aċidu p almitiku totali ≤ 14 %

≤ 0,50

≤ 0,3

Md > 3,5 (2)

≤ 1,1 jekk % Aċidupalmitikutotali > 14 %

4.

Żejt taż-żebbuġa raffinat

≤ 0,3

≤ 5

≤ 350

≤ 0,9 jekk % A ċidu p almitiku totali ≤ 14 %

≤ 0,3

≤ 1,10

≤ 0,16

≤ 1,1 jekk % Aċidupalmitikutotali > 14 %

5.

Żejt taż-żebbuġa ntagnmul ntinn żjut tażżebbuġa raffinati u verġni

≤ 1,0

≤ 15

≤ 350

≤ 0,9 jekk % Aċidu p almitiku totali ≤ 14 %

≤ 0,3

≤ 0,90

≤ 0,15

≤ 1,0 jekk% Aċidupalmitikutotali > 14 %

6.

Żejt tal-fdal taż-żebbuġa mhux raffinat

> 350 (4)

≤ 1,4

≤ 0,6

7.

Żejt tal-fdal taż-żebbuġa raffinat

≤ 0,3

≤ 5

> 350

≤ 1,4

≤ 0,5

≤ 2,00

≤ 0,20

8.

Żejt tal fdal taż żebbuġa

≤ 1,0

≤ 15

> 350

≤ 1,2

≤ 0,5

≤ 1,70

≤ 0,18


Kategorija

Kontenut ta' aċidu (5)

Total tal-isomeri tranżo-lejċi

(%)

Total tal-isomeri tranżlinolejċi + tranżlino-leniċi

(%)

Il-kompożiżżjoni tal-Isteroli

Steroli totali

(mg/kg)

Eritrodjol u uvaol

(%) (**)

Miristiku

(%)

Linoleniku

(%)

Arakidiku

(%)

Ejkosenojku

(%)

Beħe niku

(%)

Linjoċeriku

(%)

Kolesterol

(%)

Brassikasterol

(%)

Kampesterol

(%)

Stigmasterol

(%)

Betasitosterol

(%) (6)

Delta-7-stigma-stenol

(%)

1.

Żejt taż-żebbuġa extra verġni

≤ 0,05

≤ 1,0

≤ 0,6

≤ 0,4

≤ 0,2

≤ 0,2

≤ 0,05

≤ 0,05

≤ 0,5

≤ 0,1

≤ 4,0

< Camp.

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 000

≤ 4,5

2.

Żejt taż-żebbuġa verġni

≤ 0,05

≤ 1,0

≤ 0,6

≤ 0,4

≤ 0,2

≤ 0,2

≤ 0,05

≤ 0,05

≤ 0,5

≤ 0,1

≤ 4,0

< Camp.

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 000

≤ 4,5

3.

Żejt taż-żebbuġa lampanti

≤ 0,05

≤ 1,0

≤ 0,6

≤ 0,4

≤ 0,2

≤ 0,2

≤ 0,10

≤ 0,10

≤ 0,5

≤ 0,1

≤ 4,0

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 000

≤ 4,5 (7)

4.

Żejt taż-żebbuġa raffinat

≤ 0,05

≤ 1,0

≤ 0,6

≤ 0,4

≤ 0,2

≤ 0,2

≤ 0,20

≤ 0,30

≤ 0,5

≤ 0,1

≤ 4,0

< Camp.

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 000

≤ 4,5

5.

Żejt taż-żebbuġa magnmul minn żjut taż-żebbuġa raffinati u verġni

≤ 0,05

≤ 1,0

≤ 0,6

≤ 0,4

≤ 0,2

≤ 0,2

≤ 0,20

≤ 0,30

≤ 0,5

≤ 0,1

≤ 4,0

< Camp.

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 000

≤ 4,5

6.

Żejt tal-fdal taż-żebbuġa mhux raffinat

≤ 0,05

≤ 1,0

≤ 0,6

≤ 0,4

≤ 0,3

≤ 0,2

≤ 0,20

≤ 0,10

≤ 0,5

≤ 0,2

≤ 4,0

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 2 500

> 4,5 (8)

7.

Żejt tal-fdal taż-żebbuġa raffinat

≤ 0,05

≤ 1,0

≤ 0,6

≤ 0,4

≤ 0,3

≤ 0,2

≤ 0,40

≤ 0,35

≤ 0,5

≤ 0,2

≤ 4,0

< Camp.

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 800

> 4,5

8.

Żejt tal-fdal taż-żebbuġa

≤ 0,05

≤ 1,0

≤ 0,6

≤ 0,4

≤ 0,3

≤ 0,2

≤ 0,40

≤ 0,35

≤ 0,5

≤ 0,2

≤ 4,0

< Camp.

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 600

> 4,5


(1)  Total tal-isomeri li jistgħu jinfirdu (jew le) b'kolonna kapillari.

(2)  Jew meta 1-medjantad-difetti huwa daqs jew inqas minn 3,5, u 1-medjan tat-togħma tal-ftott huwa 0.

(3)  Iż-żjut b'kontenut ta' xema' ta' bejn 300 mg/kg u 350 mg/kg jitqiesu bħala żejt taż-żebbuġa lampanti jekk it-total ta' alkoħol alifatiku huwa daqs jew inqas minn 350 mg/kg jew jekk il-perċentwal ta' eritrodjol u uvaol huwa daqs jew inqas minn 3,5 %.

(4)  Iż-żjut b'kontenut ta' xema1 ta' bejn 300 mg/kg u 350 mg/kg jitqiesu bħala żejt tal-fdal taż-żebbuġa mhux raffinat jekk it-total ta' alkoħol alifatiku huwa aktar minn 350 mg/kg u jekk il-perċentwal ta' erfitrodjol u uvaol huwa aktar minn 3.5 %.

(5)  Kontenut ta' aċidi xaħmin oħra (%): palmitiku: 7,5 - 20,0; palmitolejku: 0,3 - 3,5; ħeptadekanojku: ≤ 0,3; heptadekenoiku: ≤ 0,3; steariku: 0,5 - 5,0; olejku: 55,0 - 83,0; linolejku: 3,5 - 21,0

(6)  Total ta': Delta-5,23-stigmastadienol+klerosterol+beta-sitosterol+sitostanol+delta-5-avenasterol+delta-5,24-stigmastadjenol.

(7)  Iż-żjut b'kontenut ta' xema' ta' bejn 300 mg/kg u 350 mg/kg jitqiesu bħala żejt taż-żebbuġa lampanti jekk it-total ta' alkoħol alifatiku huwa inqas jew daqs 350 mg/kg jew jekk il-perċċntwal ta' eritrodjol u uvaol ħuwa daqs jew inqas minn 3.5 %.

(8)  Iż-żjut b'kontenut ta' xema1 ta' bejn 300 mg/kg u 350 mg/kg jitqiesu bħala żejt tal-fdal taż-żebbuġa mhux raffinat jekk it-total ta' alkoħol alifatiku huwa aktar minn 350 mg/kg u jekk il-perċentwal ta' eritrodjol u uvaol ħuv/a aktar minn 3.5 %.


ANNESS II

ANNESS XX

Metodu biex jiġi determinat il-kontenut ta' xema', esteri metiliċi tal-aċidi xaħmin, u esteri etiliċi tal-aċidi xaħmin permezz ta' kromatografija b'fażi gassuża f'kolonna kapillari

1.   L-GĦAN

Dan il-metodu huwa biex jiddetermina l-kontenut ta' xema', esteri metiliċi tal-aċidi xaħmin, u esteri etiliċi tal-aċidi xaħmin fiż-żjut taż-żebbuġa. Ix-xemgħat u l-esteri alkiliċi individwali huma separati skont l-għadd ta' atomi tal-karbonju. Il-metodu huwa rrakkomandat bħala għodda biex tiddistingwixxi bejn żejt taż-żebbuġa u żejt mir-residwi taż-żebbuġa u bħala parametru ta' kwalità għaż-żjut taż-żebbuġa extra verġni, billi jippermetti li jinstabu taħliliet frodulenti ta' żjut taż-żebbuġa extra verġni ma' żjut ta' kwalità inferjuri kemm jekk huma verġni, lampanti jew ċerti żjut deodorizzati.

2.   IL-PRINĊIPJU

Żieda ta’ standards interni addattati għaż-żejt u għall-frazzjonar permezz tal-kromatografija fuq kolonna idrata tal-ġell siliku. Irkuprar tal-frazzjoni miksub taħt il-kondizzjonijiet tal-eżaminar (li l-polarità tiegħu tkun inqas minn dik ta’ trijaċilgliċeroli), u analiżi diretta permezz ta' kromatografija b'fażi gassuża f'kolonna kapillari.

3.   L-APPARAT

3.1.   Kontenitur Erlenmeyer, 25 ml.

3.2.   Kolonna tal-ħġieġ għal kromatografija likwida, dijametru intern ta' 15 mm, tul ta' 30-40 ċm, bi stopkokk adattat imwaħħal magħha.

3.3.   Kromatografija b'fażi gassuża adattata għall-użu ma' kolonna kapillari, mgħammra b'sistema għal injezzjoni diretta fuq il-kolonna li tikkonsisti minn:

3.3.1.   Forn ikkontrollat termostatikament bi programmar tat-temperatura.

3.3.2.   Injettur kiesaħ biex jagħti l-injezzjoni dirett fuq il-kolonna

3.3.3.   Detettur u konvertur-amplifikatur tal-jonizzazzjoni bi fjamma.

3.3.4.   Integratur-reġistratur (Nota 1) għall-użu mal-konvertur amplifikatur (punt 3.3.3), b'ħin ta' rispons ta' mhux aktar minn 1 s u b'veloċità varjabbli għal karta.

Nota 1:

Jistgħu jintużaw ukoll sistemi kompjuterizzati meta d-dejta tal-kromatorgrafija b'fażi gassuża jiddaħħlu fil-kompjuter.

3.3.5.   Kolonna kapillari, bis-silika fużjonata (għall-analiżi tax-xema' u l-esteri metiliċi/etiliċi tal-aċidi xaħmin), tul 8-12 m, dijametru intern 0.25-0.32 mm, miksija minn ġewwa b'fażi likwida (Nota 2) għal ħxuna uniformi ta' 0.10-0.30 μm.

Nota 2:

Fażijiet likwidi kummerċjali adatti huma disponibbli għal dan il-għan, bħal SE52, SE54, eċċ.

3.4.   Siringa mikro, 10 μl, b'labra mwebbsa, biex tiġi injettata direttament fil-kolonna.

3.5.   Xejker tal-elettriku.

3.6.   Evaporatur rotatorju.

3.7.   Forn Muffle.

3.8.   Miżien analitiku b'eżattezza ta' ± 0.1 mg.

3.9.   Oġġetti normali tal-ħġieġ tal-laboratorju.

4.   REAĠENTI

4.1.   Ġell siliku, 60-200 μm qiesu xibka.. Poġġi l-ġell siliku fil-forn muffle f'temperatura ta' 500 C għal mill-inqas 4 siegħat. Ħalliħ jibred u mbagħad żid 2 % ilma relattivament mal-kwantità ta' ġell siliku użat. Ixxejkja sew biex it-taħlita tiġi omoġena u żomm fid-dessikatur għal mill-inqas 12-il siegħa qabel l-użu.

4.2.   n-essan, grad ta' kromatografija jew grad tal-fdal (trid tiġi vverifikata l-purità).

TWISSIJA – Il-fwar jista' jieħu n-nar. Żomm ’il bogħod minn sorsi ta' sħana, xrarat jew fjammi mikxufa tan-nar. Kun ċert li l-flixken dejjem jingħalqu tajjeb. Matul l-użu, ara li jkun hemm ventilazzjoni tajba. Evita li jinġema' l-fwar u neħħi kull periklu possibbli ta' nar, bħal ħiters jew tagħmir elettriku mhux manifatturat minn materjal li ma jiħux nar. Jekk jittieħed man-nifs huwa perikuluż, għax jista' jikkawża ħsara fiċ-ċelloli tan-nervituri. Evita li tibla’ l-fwar. Uża apparat respiratorju adattat jekk hemm bżonn. Evita l-kuntatt mal-għajnejn jew mal-ġilda.

4.3.   Etere etiliku, grad ta' kromatografija.

TWISSIJA – Fjammabbli ħafna u moderatament tossiku. Jirrita l-ġilda. Perikoluż jekk jittieħed man-nifs. Jista' jagħmel ħsara lill-għajnejn. L-effetti tiegħu jistgħu jdumu ma jinħassu. Jista' jifforma perossidi esplussivi. Il-fwar jista' jieħu n-nar. Żomm ’il bogħod minn sorsi ta' sħana, xrarat jew fjammi mikxufa tan-nar. Kun ċert li l-flixken dejjem jingħalqu tajjeb. Matul l-użu, ara li jkun hemm ventilazzjoni tajba. Evita li jinġema' l-fwar u neħħi kull periklu possibbli ta' nar, bħal ħiters jew tagħmir elettriku mhux manifatturat minn materjal li ma jiħux nar. Tħallix li jkun hemm evaporazzjoni san-nixfa jew kważi nixfa. Jekk iżżid l-ilma jew aġent adattat li jnaqqas l-effett tista' tnaqqas il-formazzjoni tal-perossidu. Tixorbux. Evita li tibla’ l-fwar. Evita kuntatt fit-tul, jew repetut, mal-ġilda.

4.4.   n-ettan, grad ta' kromatografija, jew iso-ottan.

TWISSIJA – fjammabbli. Perikoluż jekk jittieħed man-nifs. Żomm ’il bogħod minn sorsi ta' sħana, xrarat jew fjammi mikxufa tan-nar. Kun ċert li l-flixken dejjem jingħalqu tajjeb. Matul l-użu, ara li jkun hemm ventilazzjoni tajba. Evita li tibla’ l-fwar. Evita kuntatt fit-tul, jew repetut, mal-ġilda.

4.5.   Soluzzjoni standard ta’ lawril araċidat (Nota 3), f’ 0.05 % (m/V) fil-ettan (standard intern għax-xema').

Nota 3:

Jistgħu jintużaw ukoll Palmitat tal-palmitil, stearat tal-miristil jew lawreat tal-araċidil.

4.6.   Soluzzjoni standard ta’ ettodeċanoat metiliku, f’0.02 % (m/V) fil-ettan (standard intern għal esteri metiliċi/etiliċi).

4.7.   Sudan 1 (1-fenilażo-2-naftol).

4.8.   Gass trasportatur: idroġenu jew elju, pur, gass grad tal-kromatografija.

TWISSIJA

Idroġenu. Fjammabbli ħafna meta taħt pressjoni. Żomm ’il bogħod minn sorsi ta' sħana, xrarat, fjammi mikxufa tan-nar jew apparat elettriku mhux manifatturat minn materjal li ma jiħux nar. Kun ċert li l-valv tal-flixkun jkun magħluq meta ma jkunx qed jintuża. Uża dejjem ma' apparat li jnaqqas il-pressjoni. Irrilaxxa t-tensjoni tal-molla tal-apparat li jnaqqas il-pressjoni qabel ma tiftaħ il-valv tal-flixkun. Toqgħodx quddiem l-għonq tal-flixkun meta tiftaħ il-valv. Matul l-użu, ara li jkun hemm ventilazzjoni tajba. Tittrasferix l-idroġenu minn flixkun għal ieħor. Tħallatx gass fil-flixkun. Kun ċert li l-flixken ma jkunux jinqelbu. Żommhom ’il bogħod mix-xemx jew sorsi ta' sħana. Aħżinhom f'ambjent mhux korrossiv. Tużax flixken li huma difettużi jew mingħajr tikketta.

Elju. Gass ikkumpressat fi pressjoni għolja. Inaqqas l-ammont ta' ossiġnu disponibbli għan-nifs. Żomm il-flixkun magħluq. Matul l-użu, ara li jkun hemm ventilazzjoni tajba. Tidħolx fi mħażen ta' dan il-prodott jekk ma jkollhomx ventilazzjoni tajba. Uża dejjem apparat li jnaqqas il-pressjoni. Irrilaxxa t-tensjoni tal-molla tal-apparat li jnaqqas il-pressjoni qabel ma tiftaħ il-valv tal-flixkun. Titfrasferix l-gass minn flixkun għal ieħor. Kun ċert li l-fliexken ma jkunux jistgħu jinqalbu. Toqgħodx faċċata tal-għonq tal-flixkun meta tiftaħ il-valv. Żommhom ’il bogħod mix-xemx jew sorsi tas-sħana. Aħżinhom f'ambjent mhux korrossiv. Tużax fliexken li huma difettużi jew mingħajr tikketta. Tieħdux man-nifs. Użah biss għal għanijiet tekniċi.

4.9.   Gassijiet awżiljarji:

Idroġenu, pur, gass grad tal-kromatografija.

Arja, pura, gass grad tal-kromatografija.

TWISSIJA

Arja. Gass ikkumpressat fi pressjoni għolja. Fil-preżenza ta' sustanzi kombustibbli uża b'kawtela, għaliex it-temperatura li jieħdu n-nar minnhom infishom bosta mill-komposti organiċi fl-arja hija konsiderevolment aktar baxxa taħt pressjoni għolja. Kun ċert li l-valv tal-flixkun jkun magħluq meta ma jkunx qed jintuża. Uża dejjem apparat li jnaqqas il-pressjoni. Irrilaxxa t-tensjoni tal-molla tal-apparat li jnaqqas il-pressjoni qabel ma tiftaħ il-valv tal-flixkun. Toqgħodx faċċata tal-għonq tal-flixkun meta tiftaħ il-valv. Titfrasferix l-gass minn flixkun għal ieħor. Tħallatx gass fil-flixkun. Kun ċert li l-flixken ma jkunux jistgħu jinqalbu. Żommhom ’il bogħod mix-xemx jew sorsi tas-sħana. Aħżinhom f'ambjent mhux korrossiv. Tużax flixken li huma difettużi jew mingħajr tikketta. L-arja intenzjonata għal għanijiet tekniċi ma għandhiex tittieħed bin-nifs jew f'apparat respiratorju.

5.   IL-PROĊEDURA

5.1.   Preparazzjoni tal-kolonna kromatografika

Issospendi 15 g ta' ġell siliku (punt 4.1) fil-n-essan (punt 4.2) u introduċi fil-kolonna (punt 3.2). Ħallih joqgħod spontanjament. Kompli t-tqegħid bl-għajnuna ta’ xejker elettriku biex tagħmel il-qiegħ kromotografiku iktar omoġenu. Ipperkola 30 ml ta' n-essan biex tneħħi l-impuritajiet. Iżen eżattament madwar 500 mg tal-kampjun fi flask ta’ 25 ml (punt 3.1), permezz tal-miżien analitiku (punt 3.8), u żid ammont xieraq ta’ standard intern (punt 4.5), skont il-kontenut tax-xama ssopponut, eż. żid 0.1 mg ta' lawril araċidat fil-każ ta’ żejt taż-żebbuġa, 0.25 sa 0.50 mg fil-każ ta’ żejt mir-residwi taż-żebbuġ, u 0.05 mg ta' ettodeċanoat metiliku għaż-żejt taż-żebbuġa (punt 4.6).

Ittrasferixxi l-kampjun ippreparat għall-kolonna kromatografika bil-għajnuna ta’ żewġ porzjonijiet ta' 2-ml ta’ n-essan (punt 4.2).

Ħalli s-solvent inixxi sa 1 mm ’il fuq mill-ogħla livell tal-assorbent. Erġa’ pperkola l-n-essan/etere etiliku (99:1) u iġbor 220 ml bi tnixxija ta' madwar 15-il taqtira kull 10 sekondi. (Din il-frazzjoni fiha l-esteri metiliċi u etiliċi, u x-xema'). (Nota 4) (Nota 5).

Nota 4:

It-taħlita ta' n-essan/etere etiliku (99:1) trid tiġi ppreparata mill-ġdid kuljum

Nota 5:

100 μl ta' kulur Sudan I ta' 1 % fit-taħlita tal-elużjoni tista' tiġi miżjuda mat-taħlita tal-kampjun biex teżamina viżwalment li x-xemgħat huma elużi sew.

Il-ħin tar-retenzjoni tal-kulur huwa bejn dak tax-xema' u t-trijaċilgliċeroli. Għalekk, meta l-kulur jinżel fil-qiegħ tal-kolonna kromatografika, l-elużjoni trid tiġi sospiża għaliex ix-xemgħat kollha jkunu ġew elużi.

Evapora l-frazzjonijiet riżultanti f'evaporatur rotatorju sakemm is-solvent jiġi kważi eliminat. Neħħi l-aħħar 2 ml taħt kurrent ħafif ta' nitroġenu. Iġbor il-frazzjoni li fiha l-esteri metiliċi u etiliċi u ħallatha b'2-4 ml ta' n-ettan jew iso-ottan.

5.2.   Analiżi bil-kromatografija b'fażi gassuża

5.2.1.   Proċedura preliminari

Waħħal il-kolonna mal-kromatografija b'fażi gassuża (punt 3.3), u għaqqad il-bokka mas-sistema ta' fuq il-kolonna u l-iżbokk mad-detettur. Iċċekkja l-apparat tal-kromatografija b'fażi gassuża (operazzjoni ta’ gass loops, effiċjenza ta' detettur u sistema ta' rikording, eċċ.).

Jekk il-kolonna tkun qed tintuża għall-ewwel darba, huwa aħjar tiġi kundizzjonata. Għaddi nixxija ħafifa ta’ gass mill-kolonna, imbagħad ixgħel l-apparat tal-kromatografija b'fażi gassuża. Saħħan bil-mod sakemm tintlaħaq temperatura ta' 350 C wara madwar 4 siegħat.

Żomm din it-temperatura għal mill-inqas sagħtejn, imbagħad irregola l-apparat għall-kundizzjonijiet operattivi (irregola l-fluss tal-gass, ixgħel fjamma, qabbad ma’ rikorder elettroniku (punt 3.3.4), irregola t-temperatura tal-forn għall-kolonna, irregola d-detettur, eċċ.). Irrekordja s-sinjal fi stat sensittiv mill-anqas darbtejn ogħla minn dak meħtieġ biex tagħmel l-analiżi. Il-linja bażi għandha tkun lineari, mingħajr ebda tip ta’ qċaċet, u ma jridx ikollha xi tip ta’ devjazzjoni.

Devjazzjoni negattiva f'linja dritta tindika li l-konnessjonijiet mal-kolonna mhumiex tajbin, waqt li devjazzjoni pożittiva tindika li l-kolonna ġietx ikkundizzjonata sew.

5.2.2.   Għażla ta' kundizzjonijiet ta' operar għax-xema', il-esteri metiliċi u etiliċi (Nota 6).

Il-kundizzjonijiet tal-operar ġeneralment huma kif ġej:

—   Temperatura tal-kolonna: 20 °C/min 5 °C/min

80 °C għall-ewwel (1′) Image 140 °C Image 335 °C (20)

—   Temperatura tad-detettur: 350 °C.

—   Ammont injettat: 1 μl ta' soluzzjoni n-ettan (2-4 ml).

—   Gass trasportatur: elju jew idroġenu bil-veloċità linjari ottima għall-gass magħżul (ara l-Appendiċi A).

—   Sensittività tal-istrument: adattat biex jilħaq il-kundizzjonijiet ta' hawn fuq.

Nota 6:

Minħabba t-temperatura għolja finali, devjazzjoni pożittiva hija permessa, iżda ma tistax taċċedi iktar minn 10 % tal-valur massimu tal-iskala.

Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jiġu mmodifikati skont il-karatteristiċi tal-kolonna u l-kromatografija b'fażi gassuża biex jiġu sseparati x-xemgħat u esteri metiliċi u etiliċi tal-aċidi xaħmin kollha, u biex tintlaħaq separazzjoni sodisfaċenti fil-quċċata (ara l-Grafiċi 2, 3 u 4), u ħin ta' retenzjoni ta' 18 ± 3 minuta għall-istandard intern tal-lawril araċidat. Il-quċċata l-iktar rappreżentattiva tax-xema' trid tkun iktar minnn 60 % tal-valur massimu tal-iskala, filwaqt li l-istandard intern tal-ettodeċanoat metiliku għall-esteri metiliċi u etiliċi jrid jilħaq il-valur massimu tal-iskala.

Il-parametri tal-integrazzjoni tal-qċaċet għandhom jiġu ddeterminati b’tali mod li tikseb evalwazzjoni korretta tal-erjas tal-qċaċet ikkunsidrati.

5.3.   Prestazzjoni tal-analiżi

Ħu 10 μl tas-soluzzjoni permezz ta' siringa mikro ta' 10 μl, waqt li tiġbed lura l-manku tas-siringa sakemm il-labbra titbattal kompletament. Introduċi l-labbra fis-sistema ta' injezzjoni u injetta malajr wara 1-2 sekondi. Wara għal xi 5 sekondi oħroġ il-labbra bil-mod.

Wettaq l-irrekordjar sakemm ix-xema' jew l-istigmastadeini jiġu elużi kompletament, skont il-frazzjoni li tkun qed tiġi analizzata.

Il-linja bażi trid dejjem tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa.

5.4.   Identifikazzjoni tal-qċaċet

Identifika l-qċaċet mill-ħinijiet tar-retenzjoni billi tikkomparahom mat-taħlit tax-xema' b'ħinijiet ta’ retenzjoni magħrufa, analizzati taħt l-istess kundizzjonijiet. L-esteri alkiliċi jiġu identifikati minn taħlitiet ta' esteri metiliċi u etiliċi tal-aċidi xaħmin ewlenin fiż-żjut taż-żebbuġa (palmitiċi u taż-żejt).

Il-Grafika 1 tagħti l-kromatogramma tax-xema' fiż-żejt taż-żebbuġa verġni. Il-Grafiċi 2 u 3 juru l-kromatogrammi ta' żewġ żjut taż-żebbuġa verġni għall-bejgħ bl-imnut, wieħed bl-esteri metiliċi u etiliċi u l-ieħor mingħajrhom. Il-Grafika 4 turi l-kromatogrammi għal żejt taż-żebbuġa extra verġni tal-ogħla kwalità, u l-istess żejt mħallat 20 % b'żejt deodorizzat.

5.5.   Analiżi kwantitattiva tax-xema'

Iddetermina l-erjas tal-qċaċet li jikkorrispondu mal-istandard intern tal-lawril araċidat, u l-esteri alifatiċi minn C40 sa C46 bl-għajnuna tal-integratur.

Iddetermina l-kontenut totali tax-xema' billi tgħodd kull xema' individwali, f'mg/kg ta' xaħam, kif ġej:

Formula

fejn:

Ax

=

erja li tikkorrispondi għall-quċċata tal-esteru individwali, fl-unità użata mill-kompjuter

As

=

erja li tikkorrispondi għall-quċċata tal-istandard intern tal-lawril araċidat, fl-unità użata mill-kompjuter

ms

=

massa miżjuda tal-istandard intern tal-lawril araċidat, f’milligrammi;

m

=

massa tal-kampjun meħud għad-determinazzjoni, fi grammi.

5.5.1.   Analiżi kwantitattiva tal-esteri metiliċi u etiliċi

Bl-għajnuna tal-integratur, iddetermina l-erjas tal-qċaċet li jikkorrispondu għall-istandard intern tal-ettodeċanoat metiliku, l-esteri metiliċi tal-aċidi xaħmin C16 u C18, u l-esteri eteliċi tal-aċidi xaħmin C16 u C18.

Iddetermina l-kontenut ta' kull esteru alkiliku f'mg/kg ta' xaħam, kif ġej:

Formula

fejn:

Ax

=

erja li tikkorrispondi għall-quċċata tal-esteru individwali C16 u C18, fl-unità użata mill-kompjuter

As

=

l-erja li tikkorrispondi għall-quċċata tal-istandard intern tal-ettodeċanoat metiliku, fl-unità użata mill-kompjuter

ms

=

massa miżjuda tal-istandard intern tal-ettodeċanoat metiliku, f’milligrammi;

m

=

massa tal-kampjun meħud għad-determinazzjoni, fi grammi.

6.   L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Irraporta s-somma tal-kontenuti tax-xemgħat differenti minn C40 sa C46 (Nota 7) f'milligrammi kull kilogramma ta' xaħam.

Irraporta s-somma tal-kontenuti tal-esteri metiliċ u l-esteri etiliċi minn C16 sa C18 u t-total tat-tnejn.

Ir-riżultati għandhom jiġu espressi għall-eqreb mg/kg.

Nota 7:

Il-komponenti għal kwantifikazzjoni jirreferi għall-qċaċet b'numri pari tal-karbonju fost l-esteri C40 – C46, skont il-kromatogramma kampjun tax-xemgħat fiż-żejt taż-żebbuġa provdut fil-grafika mehmuża. Għall-għanijiet ta' identifikazzjoni, jekk l-esteri C46 jinqasam, huwa rrakkomandat li tiġi analizzata l-frazzjoni tax-xema' ta' żejt mir-residwu taż-żebbuġa fejn il-quċċata C46 tista' tiġi ddistingwata, għaliex hija evidentement predominanti.

Irraporta l-proporzjon bejn l-esteri etiliċi u l-esteri metiliċi.

Grafika 1

Eżempju ta' kromatogramma tal-ġass tal-frazzjoni tax-xema' ta' żejt taż-żebbuġa  (*)

Image

Grafika 2

Esteri metiliċi, esteri etiliċi u xema' fiż-żejt taż-żebbuġa verġni

Image

Grafika 3

Esteri metiliċ, esteri etiliċi u xema' fiż-żejt taż-żebbuġa extra verġni

Image

Grafika 4

Parti tal-kromatogrammi għal żejt extra verġni taż-żebbuġa u l-istess żejt mħallat b'żejt deodorizzat

Image

Appendiċi A

Determinazzjoni tal-veloċità linjari tal-gass

Injetta 1:3 μl metan (jew propan) fl-apparat kromatografiku b'fażi gassuża, wara li tirregolah għall-kundizzjonijiet normali ta' operar. Ħu l-ħin li l-gass jieħu biex jgħaddi mill-kolonna mill-mument li jiġi injettat sakemm tidher l-quċċata (tM).

Il-veloċità lineari f’ċm/sekonda tinsab bil-formola L/tM fejn L huwa l-għoli tal-kolonna, f’ċm, u tM huwa l-ħin imkejjel f’sekondi.


(*)  Wara l-elużjoni tal-esteri steroli, il-kromatogramma ma għandha turi ebda quċċata sinifikanti (trijaċilgliċeroli).


27.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 62/2011

tas-26 ta’ Jannar 2011

li jeskludi s-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES minn ċerti limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd għall-2011, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali (multiannwali) għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-rapporti mressqa mid-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u l-Isvezja,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 jistipula d-dispożizzjonijiet għall-istabbiliment ta' limitazzjonijiet tas-sajd għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku.

(2)

Abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007, l-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1124/2010 tad-29 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2011 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku (2) stabbilixxa limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd għall-2011 fil-Baħar Baltiku.

(3)

Skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007, il-Kummissjoni tista’ teskludi s-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 mill-ambitu ta’ ċerti limitazzjonjiet tal-isforz tas-sajd meta l-qabdiet tal-merluzz kienu taħt ċertu livell fl-aħħar perjodu ta’ rappurtar.

(4)

Fid-dawl tar-rapporti mressqa mill-Istati Membri u tal-parir tal-STECF, is-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 għandhom ikunu esklużi fl-2011, mill-ambitu ta' dawk il-limitazzjonjiet tal-isforz tas-sajd.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1124/2010 japplika mill-1 ta’ Jannar 2011. Biex tkun żgurata l-koerenza ma’ dak ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu japplika retroattivament minn dik id-data.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 ma għandux japplika għas-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES fis-sena 2011.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 318, 4.12.2010, p. 1


27.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 63/2011

tas-26 ta’ Jannar 2011

li jistabbilixxi disposizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni għal deroga mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tas-CO2 skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(8) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, manifatturi żgħar u speċjalizzati jistgħu japplikaw għal miri alternattivi ta' tnaqqis ta' emissjonijiet marbuta mal-potenzjal għat-tnaqqis ta' vetturi ta' manifattur partikolari biex inaqqsu l-emissjonijiet speċifiċi tagħhom tas-CO2, u jkunu konsistenti mal-karatteristiċi tas-suq għat-tipi ta' karozzi konċernati.

(2)

Waqt li jkun qed jiġi stabbilit il-potenzjal għat-tnaqqis tal-manifatturi żgħar, għandu jiġi vvalutat il-potenzjal ekonomiku u teknoloġiku tal-applikant. Għal dik il-fini, l-applikant għandu jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-attivitajiet ekonomiċi tiegħu kif ukoll informazzjoni dwar it-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 fil-karozzi. L-informazzjoni mitluba tinkludi dejta li diġà hija disponibbli għall-applikant u ma għandhiex tinkludi piż amministrattiv addizzjonali.

(3)

Sabiex ikun hemm konsistenza bejn il-mira għat-tnaqqis mitluba mill-manifatturi żgħar u speċjalizzati, u sabiex ikun evitat li l-manifatturi żgħar li naqqsu l-emissjonijiet speċifiċi medji tagħhom tas-CO2 qabel l-2012 jitpoġġew fi żvantaġġ, il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għal dawk il-manifatturi għandhom jitqabblu mal-emissjonijiet speċifiċi medji tal-linja bażi tagħhom tas-CO2 fl-2007. Meta din id-dejta ma teżistix, il-mira għandha titqabbel mal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 fis-sena kalendarja ta' wara li hija l-iktar viċin tal-2007.

(4)

Sabiex tiġi kkunsidrata l-offerta limitata tal-prodott ta' xi manifatturi żgħar u l-ambitu limitat li jirriżulta għad-distribuzzjoni tal-isforz għat-tnaqqis fil-flotta, l-applikanti għandhom jitħallew jagħżlu bejn mira tal-emissjonijiet speċifika annwali waħdanija għall-perjodu tad-deroga jew miri differenti kull sena, li jirriżultaw fi tnaqqis mil-linja bażi tal-2007 fi tmiem il-perjodu tad-deroga.

(5)

L-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 jippermetti lil ċerti manifatturi speċjalizzati jgawdu minn mira alternattiva ta' emissjonijiet speċifiċi li hija 25 % inqas mill-emissjonijiet speċifiċi medji tagħhom tas-CO2 fl-2007. Għandha tiġi determinata mira ekwivalenti ta' emissjonijiet speċifiċi msejsa fuq l-aqwa teknoloġiji disponibbli li jnaqqsu s-CO2 fl-2007 meta l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta' manifattur ma jeżistix għas-sena 2007. Il-proporzjon ta' qawwa massima għall-massa tal-vetturi għandu jintuża biex jiddistingwi l-karatteristiċi differenti tas-suq għall-karozzi ta' massa partikolari għall-fini li jiġu identifikati l-aqwa teknoloġiji disponibbli li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2.

(6)

Sabiex il-manifatturi żgħar u speċjalizzati jiġu pprovduti linja bażi ċara li għandha tintuża biex jiġu stabbiliti miri ta' emissjonijiet speċifiċi, wara li saret konsultazzjoni formali mal-Istati Membri u l-partijiet interessati ewlenin, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-manifatturi tal-karozzi Ewropej (ACEA), Ġappuniżi (JAMA) u Koreani (KAMA), u l-Assoċjazzjoni tal-Manifatturi Żgħar (ESCA), tfasslet lista ta' manifatturi u l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tagħhom fl-Unjoni fl-2007.

(7)

Ċerta informazzjoni li tinsab fl-applikazzjoni għad-deroga għandha tiġi eżentata mill-aċċess pubbliku meta l-kxif ta' din l-informazzjoni jista' jdgħajjef il-protezzjoni ta' interess kummerċjali, b'mod partikolari informazzjoni dwar l-ippjanar tal-prodott tal-manifattur, l-ispejjeż mistennija u l-impatti fuq il-profittabbiltà tal-kumpanija. Id-deċiżjonijiet li jagħtu d-derogi se jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni fuq l-internet.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Tibdil fil-Klima stabbilit bl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-manifatturi għall-fini li jintwera li qed jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għal deroga mill-Artikolu 11(1) jew 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“applikant” tfisser manifattur fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 11(1) jew 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009;

(b)

“karatteristiċi tal-vettura” tfisser il-partikularitajiet tal-vettura, inklużi l-massa, l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2, l-għadd ta' sits, il-prestazzjoni tal-magna, il-proporzjon tal-qawwa għall-massa u l-ogħla veloċità;

(ċ)

“karatteristiċi tas-suq” tfisser informazzjoni dwar il-karatteristiċi/partikularitajiet tal-vettura, u l-ismijiet u l-firxiet tal-prezzijiet tal-karozzi li jikkompetu direttament mal-vetturi li għalihom hija mfittxa deroga;

(d)

“faċilità tal-produzzjoni proprja” tfisser impjant tal-manifattura jew tal-immuntar użat biss mill-applikant biex jimmanifattura jew jimmunta karozzi tal-passiġġieri ġodda esklussivamnet għall-manifattur, inklużi, fejn rilevanti, karozzi tal-passiġġieri bl-intenzjoni tal-esportazzjoni;

(e)

“ċentru proprju tad-disinn” tfisser faċilità fejn tiġi ddisinjata u żviluppata l-vettura kollha, u li hija taħt il-kontroll u l-użu esklussiv tal-applikant.

Artikolu 3

Applikazzjoni għal deroga skont l-Artikolu 11(1) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

1.   Applikazzjoni għal deroga skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għandha titressaq mill-applikant skont il-forma speċifikata fl-Anness I għal dan ir-Regolament, u għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament.

2.   Applikazzjoni għal deroga skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għandha titressaq mill-applikant skont il-forma speċifikata fl-Anness II għal dan ir-Regolament, u għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 4(2) u fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Informazzjoni dwar kriterji tal-eliġibbiltà

1.   L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà:

(a)

informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda tal-manifattur jew il-grupp ta' manifatturi konnessi, flimkien mad-dikjarazzjoni rilevanti stabbilita fl-Anness III;

(b)

għall-manifattur li japplika għal deroga skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, jew il-grupp ta' manifatturi konnessi skont il-punt (b) tal-Artikolu 11(1) ta' dak ir-Regolament, jew għall-membru ta' grupp ta' manifatturi konnessi skont il-punt (c) tal-Artikolu 11(1) ta' dak ir-Regolament, l-għadd ta' karozzi tal-passiġġieri rreġistrati uffiċjalment fl-Unjoni fit-tliet snin kalendarji ta' qabel id-data tal-applikazzjoni, jew meta din id-dejta ma tkunx disponibbli, tintuża waħda minn dawn li ġejjin:

stima bbażata fuq dejta verifikabbli tal-għadd ta' karozzi rreġistrati fil-perjodu msemmi fil-punt (b) li l-applikant huwa responsabbli għalih;

jekk ma ġewx irreġistrati karozzi fil-perjodu msemmi fil-punt (b), l-għadd ta' karozzi rreġistrati fl-aħħar sena kalendarja li għaliha hija disponibbli din id-dejta.

2.   Applikant li japplika għal deroga skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għandu jipprovdi d-dejta msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għas-sena kalendarja ta' qabel id-data tal-applikazzjoni biss.

Artikolu 5

Mira ta' emissjonijiet speċifiċi u potenzjal għat-tnaqqis skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

1.   L-applikant għandu jipprovdi l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri tiegħu rreġistrati fl-2007, sakemm l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 għal dik is-sena ma jkunux elenkati fl-Anness IV għal dan ir-Regolament. Meta din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, l-applikant għandu jipprovdi l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri tiegħu rreġistrati fis-sena kalendarja ta' wara li hija l-iktar viċin tal-2007.

2.   L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar l-attività tiegħu:

(a)

għas-sena kalendarja ta' qabel id-data tal-applikazzjoni, l-għadd ta' impjegati u d-daqs tal-faċilità tal-produzzjoni f'metri kwadri;

(b)

il-mudell operattiv tal-faċilità tal-produzzjoni li jispeċifika liema attivitajiet ta' disinn u ta' produzzjoni jsiru mill-applikant jew jingħataw lil ħaddieħor biex isiru;

(ċ)

fil-każ ta' intrapriża konnessa, jekk it-teknoloġija tinqasam bejn il-manifatturi, u liema attivitajiet jingħataw lil ħaddieħor biex isiru;

(d)

għal ħames snin kalendarji qabel id-data tal-applikazzjoni, il-volumi ta' bejgħ, id-dħul annwali, il-profitt nett, u n-nefqa fuq ir-riċerka u l-iżvilupp, u fil-każ ta' intrapriża konnessa, it-trasferimenti netti lejn il-kumpanija ewlenija;

(e)

il-karatteristiċi tas-suq tagħhom;

(f)

il-lista tal-prezzijiet għall-verżjonijiet kollha tal-karozzi li għandhom ikunu koperti bid-deroga fis-sena kalendarja ta' qabel id-data tal-applikazzjoni, u l-lista tal-prezzijiet mistennija għall-karozzi ppjanati li jitniedu u li jkunu koperti bid-deroga.

Meta applikazzjoni tiġi mressqa minn manifattur responsabbli għal iktar minn 100 karozza fis-sena, l-informazzjoni msemmija fil-punt (d) għandha tkun akkumpanjata minn kontijiet ċċertifikati uffiċjali, jew għandha tkun iċċertifikata minn awditur indipendenti.

3.   L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar l-potenzjal teknoloġiku tiegħu:

(a)

il-lista tat-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 użati fil-karozzi tal-passiġġieri tiegħu skjerati fis-suq fl-2007 jew, meta dik id-dejta ma tkunx disponibbli, għas-sena ta' wara li hija l-iktar viċin tal-2007, jew fil-każ tal-manifatturi li jkunu qed jippjanaw li jidħlu fis-suq, għas-sena li fiha tibda tapplika d-deroga;

(b)

il-lista tat-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 użati fil-karozzi tal-passiġġieri skont il-programm ta' tnaqqis u l-ispejjeż addizzjonali ta' dawn it-teknoloġiji għal kull verżjoni ta' vettura koperta bl-applikazzjoni.

4.   Bi qbil mal-potenzjal tiegħu għat-tnaqqis, l-applikant għandu jipproponi miri ta' emissjonijiet speċifiċi għall-perjodu tad-deroga. L-applikant jista' jipproponi wkoll il-miri ta' emissjonijiet speċifiċi ta' kull sena.

Il-mira ta' emissjonijiet speċifiċi jew il-miri ta' emissjonijiet speċifiċi ta' kull sena għandhom jiġu ddeterminati biex l-emissjonijiet speċifiċi medji fl-iskadenza tal-perjodu tad-deroga jitnaqqsu meta mqabbla mal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 imsemmija fil-paragrafu 1.

5.   Il-mira ta' emissjonijiet speċifiċi jew il-miri ta' emissjonijiet speċifiċi ta' kull sena proposti mill-applikant skont il-punt (d) tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għandhom ikunu akkumpanjati minn programm ta' tnaqqis għall-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-flotta l-ġdida.

Il-programm ta' tnaqqis għandu jispeċifika dan li ġej:

(a)

l-iskeda għall-introduzzjoni tat-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 fil-flotta tal-applikant;

(b)

ir-reġistrazzjonijiet tal-Unjoni stmati fis-sena għall-perjodu tad-deroga u l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 mistennija u l-massa medja;

(ċ)

fil-każ tal-miri ta' emissjonijiet speċifiċi ta' kull sena, titjib kull sena tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-verżjonijiet tal-vetturi li għalihom qed jiġu introdotti teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2.

6.   Il-konformità tal-applikant mal-mira ta' emissjonijiet speċifiċi jew mal-miri ta' emissjonijiet speċifiċi ta' kull sena għandhom jiġu vvalutati skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 kull sena matul il-perjodu ta' deroga.

Artikolu 6

Mira għat-tnaqqis għal deroga skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

1.   L-applikant għandu jipprovdi l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri tiegħu rreġistrati fl-2007, sakemm l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 għal dik is-sena ma jkunux elenkati fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

2.   Il-mira għat-tnaqqis iddeterminata skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għandha tapplika fir-rigward tal-emissjonijiet speċifiċi medji tal-linja bażi tas-CO2 kif stabbiliti fil-paragrafu 1.

3.   Meta l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta' manifattur fl-2007 ma tkunx teżisti, l-applikant għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-vettura għal kull tip ta' karozza li jimmanifattura huwa kif ukoll l-għadd ta' karozzi li jimmanifattura l-applikant li l-applikant jistenna li jiġu rreġistrati fl-Unjoni fl-ewwel sena tad-deroga. Għall-varjanti kollha tal-karozzi, l-applikant għandu jindika ma' liema klassijiet ta' vetturi speċifikati fit-tabella tal-Anness V jappartjeni l-varjant.

4.   Il-mira ta' emissjonijiet speċifiċi għandha tiġi kkalkulata annwalment imsejsa fuq it-tnaqqis ta' 25 % mil-linja bażi għal kull klassi ta' vettura stabbilita fl-Anness V.

Artikolu 7

Valutazzjoni mill-Kummissjoni

1.   Jekk il-Kummissjoni ma toġġezzjonax fi żmien disa' xhur mill-wasla uffiċjali ta' applikazzjoni kompluta skont l-Artikolu 11(1) jew l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, il-kundizzjonijiet rilevanti biex tiġi applikata d-deroga għandhom jitqiesu li ġew issodisfati. Jekk il-Kummissjoni ssib li l-applikazzjoni mhijiex kompluta, tista' tintalab informazzjoni addizzjonali. Jekk l-informazzjoni addizzjonali ma titressaqx fi żmien il-perjodu speċifikat fit-talba, il-Kummissjoni tista' tirrifjuta l-applikazzjoni.

Fil-każ ta' tiċħid minħabba inkompletezza tal-applikazzjoni jew minħabba li l-Kummissjoni ssib li l-mira ta' emissjonijiet speċifiċi proposta mhijiex konsistenti mal-potenzjal ta' tnaqqis tal-applikant, l-applikant jista' jressaq applikazzjoni kompluta jew riveduta għal deroga.

2.   L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu f'verżjoni stampata u elettronika u jiġu indirizzati lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea (Secretariat General of the European Commission, 1049 Brussels, Belgium), immarkati bħala “Deroga skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009”. Il-verżjoni elettronika għandha tintbagħat ukoll fl-indirizz elettroniku funzjonali speċifikat fl-Anness I.

3.   Jekk jinstab li l-informazzjoni li tinsab fl-applikazzjoni mhijiex korretta jew eżatta, id-deċiżjoni li tingħata deroga għandha tiġi rrevokata.

Artikolu 8

Aċċess pubbliku għall-informazzjoni

1.   Applikant li jikkunsidra li l-informazzjoni mressqa fl-applikazzjoni ma għandhiex tiġi żvelata skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għandu jindika dan fl-applikazzjoni u jiġġustifika għaliex l-iżvelar jista' jdgħajjef il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-applikant, inkluża l-proprjetà intelletwali.

2.   L-eċċezzjoni mid-dritt tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti stabbilit fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandha titqies li tapplika għat-tipi ta' informazzjoni li ġejjin:

(a)

id-dettalji tal-programm ta' tnaqqis imsemmija fl-Artikolu 5, u b'mod partikolari d-dettalji li jikkonċernaw l-iżvilupp tal-portafoll tal-prodotti tal-manifattur;

(b)

l-impatti mistennija tat-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-prezzijiet tax-xiri ta' vetturi u l-profittabbiltà tal-kumpanija.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.


ANNESS I

Il-format standard tal-applikazzjoni għal deroga li għandha titressaq mill-manifatturi li jilħqu l-kriterji tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

Il-verżjoni elettronika tal-applikazzjoni għandha tintbagħat fl-indirizz elettroniku li ġej:

EC-CO2-LDV-IMPLEMENTATION@ec.europa.eu

1.   Isem, indirizz u persuna ta' kuntatt għall-manifattur jew il-grupp ta' manifatturi konnessi

Isem il-manifattur

Indirizz postali

Isem il-persuna ta' kuntatt

Indirizz elettroniku tal-persuna ta' kuntatt

Numru tat-telefown tal-persuna ta' kuntatt

 

 

 

 

 

2.   Kriterji ta' eliġibbiltà

2.1.   L-applikant jagħmel parti minn grupp ta' manifatturi konnessi?

IVA (id-dikjarazzjoni stabbilita fl-Anness III għandha tinhemeż)

LE

2.2.   L-applikant jagħmel parti minn grupp ta' manifatturi konnessi iżda jħaddem il-faċilitajiet ta' produzzjoni u ċ-ċentru ta' disinn tiegħu stess?

IVA (id-dikjarazzjoni stabbilita fl-Anness III għandha tinhemeż) ara l-punt 2.3

LE (ara l-punti 2.4 u 2.5)

2.3.   L-għadd ta' reġistrazzjonijiet fl-Unjoni jekk l-applikazzjoni tirreferi għal manifattur li mhuwiex konness jew manifattur konness li jħaddem il-faċilitajiet ta' produzzjoni u ċ-ċentru ta' disinn tiegħu stess:

2.3.1.   Ċifra uffiċjali fi tliet snin kalendarji ta' qabel id-data tal-applikazzjoni

Sena

 

 

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet tal-UE

 

 

 

2.3.2.   Meta ċ-ċifra uffiċjali msemmija fil-punt 2.3.1 ma tkunx disponibbli għall-perjodu msemmi hemmhekk, stima msejsa fuq id-dejta verifikabbli

Sena

 

 

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet tal-UE

 

 

 

2.3.3.   Meta l-figuri fil-punti 2.3.1 u 2.3.2 ma jkunux disponibbli għal dak il-perjodu, il-figuri tas-sena kalendarja ta' qabel li għalihom din id-dejta hija disponibbli

Sena

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet tal-UE

 

2.4.   Jekk l-applikazzjoni tirreferi għal grupp ta' manifatturi konnessi, jekk jogħġbok ipprovdi dan li ġej:

Isem il-manifattur

Indirizz postali

Isem il-persuna ta' kuntatt

Indirizz elettroniku tal-persuna ta' kuntatt

Numri tat-telefown tal-persuna ta' kuntatt

 

 

 

 

 

2.5.   L-għadd ta' reġistrazzjonijiet fl-Unjoni ta' grupp ta' manifatturi konnessi jekk l-applikazzjoni tirreferi għal grupp ta' manifatturi konnessi u l-applikant ma jħaddimx il-faċilitajiet ta' produzzjoni u ċ-ċentru ta' disinn tiegħu stess:

2.5.1.   Ċifra uffiċjali fi tliet snin kalendarji ta' qabel id-data tal-applikazzjoni

Sena

 

 

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet tal-UE

 

 

 

2.5.2.   Meta ċ-ċifra uffiċjali msemmija fil-punt 2.5.1 ma tkunx disponibbli għall-perjodu msemmi hemmhekk, stima msejsa fuq id-dejta verifikabbli

Sena

 

 

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet tal-UE

 

 

 

2.5.3.   Meta l-figuri fil-punti 2.5.1 u 2.5.2 ma jkunux disponibbli għal dak il-perjodu, il-figuri tas-sena kalendarja ta' qabel li għalihom din id-dejta hija disponibbli

Sena

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet tal-UE

 

3.   Id-dewmien mitlub tad-deroga

Għadd ta' snin kalendarji (massimu 5)

 

4.   Proposta għal mira ta' emissjonijiet speċifiċi kkalkulata bħala l-medja tal-flotta għall-perjodu tad-deroga jew miri separati ta' emissjonijiet speċifiċi f'każ ta' tnaqqis kull sena (fi g CO2/km)

Sena

 

 

 

 

 

Mira ta' emissjonijiet speċifiċi medji (fi g CO2/km)

 

 

 

 

 

5.   Informazzjoni speċifika tal-kumpaniji

5.1.   Emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 fl-2007 jekk mhux inklużi fl-Anness IV (jew jekk mhux disponibbli fis-sena kalendarja ta' wara li hija l-iktar viċin tal-2007)

5.2.   Għadd ta' persunal fis-sena kalendarja ta' qabel id-data tal-applikazzjoni

5.3.   Id-daqs tal-faċilità tal-produzzjoni f'metri kwadri fis-sena kalendarja ta' qabel l-applikazzjoni

5.4.   Il-volumi ta' bejgħ għal 5 snin qabel id-data tal-applikazzjoni

Sena

 

 

 

 

 

Volumi ta’ bejgħ

 

 

 

 

 

5.5.   Id-dħul annwali għal 5 snin qabel id-data tal-applikazzjoni

Sena

 

 

 

 

 

Dħul

 

 

 

 

 

5.6.   Il-karatteristiċi tas-suq

L-informazzjoni dwar prodotti ppjanati, li ma tkunx disponibbli fis-suq fi żmien l-applikazzjoni, għandha tiġi pprovduta fit-taqsima kunfidenzjali ta' din l-applikazzjoni.

(a)

il-karatteristiċi tal-vettura;

(b)

l-ismijiet u l-firxiet tal-prezzijiet ta' vetturi li jikkompetu direttament fis-sena ta' qabel id-data tal-applikazzjoni;

(c)

il-lista tal-prezzijiet tal-vetturi li se jkunu koperti bid-deroga fis-sena kalendarja ta' qabel id-data tal-applikazzjoni jew fis-sena li hija l-iktar viċin tad-data tal-applikazzjoni.

5.7.   Deskrizzjoni qasira tal-mudell operattiv tal-faċilità tal-produzzjoni

TAQSIMA KUNFIDENZJALI TAL-APPLIKAZZJONI

5.8.   Il-profitt nett għal 5 snin qabel id-data tal-applikazzjoni

Sena

 

 

 

 

 

Profitt nett

 

 

 

 

 

5.9.   In-nefqa fuq ir-riċerka u l-iżvilupp għal 5 snin qabel id-data tal-applikazzjoni

Sena

 

 

 

 

 

Nefqa fuq ir-riċerka u l-iżvilupp

 

 

 

 

 

5.10.   It-trasferimenti finanzjarji netti lejn il-kumpanija ewlenija f'każ ta' intrapriżi konnessi matul 5 snin qabel id-data tal-applikazzjoni

Sena

 

 

 

 

 

Trasferimenti netti

 

 

 

 

 

6.   Dettalji dwar il-karozzi tal-passiġġieri li se jitnedew fis-suq tal-Unjoni li se jkun responsabbli għalihom l-applikant

6.1.   Il-karatteristiċi tas-suq

6.1.1.   Il-karatteristiċi tal-vettura;

6.1.2.   L-ismijiet u l-firxiet tal-prezzijiet ta' vetturi li jikkompetu direttament fis-sena ta' qabel id-data tal-applikazzjoni;

6.1.3.   Il-lista tal-prezzijiet mistennija ta' vetturi li se jkunu koperti bid-deroga.

7.   Il-potenzjal teknoloġiku tal-applikant

7.1.   Lista tat-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 skjerati fil-flotta tal-applikant fl-2007;

7.2.   Meta l-lista msemmija fil-punt 7.1 ma tkunx disponibbli, tintuża l-lista tas-sena ta' wara li tkun l-iktar viċin tal-2007;

7.3.   F'każ ta' applikanti li jippjanaw li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, il-lista msemmija fil-punt 7.1 għandha tiġu pprovduta għall-ewwel sena tad-deroga.

8.   Il-programm ta' tnaqqis tal-applikant

8.1.   L-iskeda għall-iskjerament tat-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 fil-flotta;

8.2.   Medja tal-flotta mistennija matul il-perjodu ta' deroga:

8.2.1.   Reġistrazzjonijiet tal-Unjoni fis-sena matul il-perjodu ta' deroga

8.2.2.   Massa medja mistennija ta' vetturi li se jitnedew fis-suq tal-Unjoni

8.2.3.   Massa medja mistennija ta' emissjonijiet tas-CO2 ta' vetturi li se jitnedew fis-suq tal-Unjoni

8.3.   It-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 li se jiġu skjerati fil-flotta tal-applikant skont il-programm ta' tnaqqis;

8.4.   L-ispejjeż addizzjonali għal kull verżjoni ta' vettura tat-teknoloġiji li se jiġu skjerati bħala parti mill-programm;

8.5.   Fil-każ tal-miri ta' kull sena, titjib kull sena tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-verżjonijiet tal-vetturi li għalihom qed jiġu introdotti teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2.


ANNESS II

Il-format standard tal-applikazzjoni għal deroga li għandha titressaq mill-manifatturi li jilħqu l-kriterji tal-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

TAQSIMA PUBBLIKA TAL-APPLIKAZZJONI

1.   Isem, indirizz u persuna ta' kuntatt għall-manifattur jew il-grupp ta' manifatturi konnessi

Isem il-manifattur

Indirizz postali

Isem il-persuna ta' kuntatt

Indirizz elettroniku tal-persuna ta' kuntatt

Numri tat-telefown tal-persuna ta' kuntatt

 

 

 

 

 

2.   Kriterji ta' eliġibbiltà

2.1.   L-applikant jagħmel parti minn grupp ta' manifatturi konnessi?

IVA (id-dikjarazzjoni stabbilita fl-Anness III għandha tinhemeż; ara l-punt 2.3)

LE (ara l-punt 2.2)

2.2.   Għadd ta' reġistrazzjonijiet fl-Unjoni jekk l-applikant jirreferi għal manifatturi li mhumiex konnessi:

2.2.1.   Ċifra uffiċjali fl-aħħar sena kalendarja ta' qabel id-data tal-applikazzjoni

Sena

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet tal-UE

 

2.2.2.   Meta ċ-ċifra uffiċjali msemmija fil-punt 2.2.1 ma tkunx disponibbli għall-perjodu msemmi hemmhekk, stima msejsa fuq id-dejta verifikabbli

Sena

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet tal-UE

 

2.2.3.   Meta l-figuri fil-punti 2.2.1 u 2.2.2 ma jkunux disponibbli għal dak il-perjodu, iċ-ċifra tas-sena kalendarja ta' qabel li għaliha din id-dejta hija disponibbli

Sena

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet tal-UE

 

2.3.   Jekk l-applikazzjoni tirreferi għal grupp ta' manifatturi konnessi:

2.3.1.   L-ismijiet tal-manifatturi konnessi

2.3.2.   L-għadd ta' reġistrazzjonijiet fl-Unjoni fis-sena kalendarja ta' qabel id-data tal-applikazzjoni ta' grupp ta' manifatturi konnessi

Sena

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet tal-UE

 

2.3.3.   Meta ċ-ċifra msemmija fil-punt 2.3.2 ma tkunx disponibbli, iċ-ċifra jew stima msejsa fuq dejta verifikabbli għas-sena kalendarja ta' qabel li għaliha din id-dejta tkun disponibbli.

Sena

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet tal-UE

 

3.   Dettalji ta' karozzi tal-passiġġieri li l-applikant huwa responsabbli għalihom

L-informazzjoni dwar prodotti ppjanati, li ma tkunx disponibbli fis-suq fi żmien l-applikazzjoni, għandha tiġi pprovduta fit-taqsima kunfidenzjali ta' din l-applikazzjoni.

3.1.   emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 fl-2007 jekk ma jkunux inklużi fl-Anness IV għal dan ir-Regolament

3.2.   jekk id-dejta għall-2007 ma tkunx disponibbli, dawn li ġejjin:

(a)

Reġistrazzjonijiet fl-Unjoni, jew stima msejsa fuq dejta verifikabbli jekk il-figuri uffiċjali ma jkunux disponibbli fiż-żmien tal-applikazzjoni, fis-sena kalendarja l-iktar viċin tal-2007;

(b)

Il-karatteristiċi tal-vettura għal kull tip ta' karozza;

(c)

Il-lista ta' karozzi miġbura flimkien skont il-klassi tal-vettura kif stabbilit fl-Anness V.

4.   Mira ta' emissjonijiet speċifiċi ta' tnaqqis ta' 25 % mil-linja bażi tal-2007

TAQSIMA KUNFIDENZJALI TAL-APPLIKAZZJONI

5.   Dettalji tal-karozzi tal-passiġġieri li se jitnedew fis-suq tal-unjoni mill-applikant (jikkonċernaw lill-manifatturi li mhumiex inklużi fl-anness IV)

5.1.   Il-karatteristiċi tal-vetturi tal-karozzi kollha

5.2.   Il-lista ta' karozzi miġbura flimkien skont il-klassi tal-vettura kif stabbilit fl-Anness V

5.3.   Ir-reġistrazzjonijiet mistennija ta' vetturi tal-UE fl-ewwel sena tad-deroga


ANNESS III

Format standard tad-dikjarazzjoni li juri l-istruttura tas-sjieda

L-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

Hawnhekk niddikjara li jiena għandi s-setgħa legali li nirrappreżenta lil [isem] (il-manifattur) li qed japplika għal deroga kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 li ma jagħmilx parti minn grupp ta' manifatturi konnessi kif definit fl-Artikolu 3(2) tiegħu. Fl-aħjar għarfien tiegħi [isem] (il-manifattur) huwa eliġibbli biex japplika għal deroga kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u li l-informazzjoni li hemm fl-applikazzjoni hija vera u eżatta. L-informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda ta' [isem] (il-manifattur) hija annessa.

Firma

Data

Direttur tal-[manifattur]

L-Artikolu 11(1)(b) jew 11(4)(a) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

Hawnhekk niddikjara li jiena għandi s-setgħa legali li nirrappreżenta lil [isem] (il-manifattur) li qed japplika għal deroga kif previst fl-Artikolu 11[(1)] [(4)] (*) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 li jagħmel parti minn grupp ta' manifatturi konnessi kif definit fl-Artikolu 3(2) tiegħu. Fl-aħjar għarfien tiegħi [isem] (il-manifattur) huwa eliġibbli biex japplika għal deroga kif previst fl-Artikolu 11[(1)] [(4)] (*) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u li l-informazzjoni li hemm fl-applikazzjoni hija vera u eżatta. L-informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda ta' [isem] (il-manifattur) hija annessa.

Firma

Data

Direttur tal-[manifattur]

L-Artikolu 11(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

Hawnhekk niddikjara li jiena għandi s-setgħa legali li nirrappreżenta lil [isem] (il-manifattur) li qed japplika għal deroga kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 li jagħmel parti minn grupp ta' manifatturi konnessi kif definit fl-Artikolu 3(2) tiegħu imma jopera l-faċilitajiet tal-produzzjoni u ċ-ċentru tad-disinn tiegħu stess kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 000. Fl-aħjar għarfien tiegħi [isem] (il-manifattur) huwa eliġibbli biex japplika għal deroga kif previst fl-Artikolu 11[(1)] tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u li l-informazzjoni li hemm fl-applikazzjoni hija vera u eżatta. L-informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda ta' [isem] (il-manifattur) hija annessa.

Firma

Data

Direttur tal-[manifattur]


(*)  Identifika l-paragrafu applikabbli.


ANNESS IV

Lista tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 fl-2007 għal kull manifattur

Il-manifattur

Emissjonijiet medji [g/km]

AIXAM

164,000

ALPINA

219,932

AM GENERAL

357,000

ASTON MARTIN

377,860

AUDI

184,752

AUSTIN

450,000

AUTOMOBILES DANGEL

153,000

AVTOVAZ

216,632

BEAUFORD

208,000

BENTLEY

411,664

BMW

171,684

BRABUS

246,000

BRONTO

233,000

BUGATTI

577,667

CATERHAM

236,088

CHRYSLER

226,141

CITROEN

142,536

DACIA

154,650

DAIHATSU

153,070

DAIMLER

182,524

DIAMOND

260,000

DONKERVOORT

194,000

DR MOTOR COMPANY

193,048

FERRARI

434,860

FIAT

141,496

FORD

149,343

FUJI HEAVY INDUSTRIES

219,488

GEELY

183,000

GENERAL MOTORS

159,604

GM DAEWOO

160,071

GUMPERT

342,000

GWM

253,480

HC&E

220,000

HONDA

157,613

HYUNDAI

162,046

ISUZU

176,133

IVECO

224,770

JAGUAR

208,219

KIA

157,239

LAMBORGHINI

424,087

LAND ROVER

250,399

LOTUS

208,399

MAGYAR SUZUKI

156,280

MASERATI

354,687

MAZDA

172,568

MG

186,801

MICHALAK

117,000

MICROCAR

178,000

MITSUBISHI

174,649

MK SPORTSCARS

117,000

MORGAN

202,324

NETHERLANDS CAR

141,061

NISSAN

168,408

OPEL

153,699

OSV

135,915

PERODUA

138,135

PEUGEOT

142,205

PGO

201,767

PILGRIM

193,000

PORSCHE

287,710

PROTON

155,185

QUADZILLA

176,000

QUATTRO

290,774

RENAULT

146,893

ROLLS ROYCE

394,526

ROVER

188,399

RUF

327,000

SAAB

190,444

SALVADOR CAETANO

224,000

SANTANA

165,965

SEAT

151,184

SHUANGHUAN

270,000

SKODA

149,387

SOVAB

233,822

SSANGYONG

223,430

SUZUKI

166,012

TATA

168,310

TIGER

244,000

TOYOTA

150,634

TVR

397,500

UAZ

314,000

VM

185,000

VOLKSWAGEN

162,152

VOLVO

189,616

WIESMANN

310,000


ANNESS V

Emissjonijiet ta' linja bażi msejsa fuq l-aqwa teknoloġija disponibbli fl-2007 u mira ta' tnaqqis ta' 25 % ta' emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għal kull klassi ta' vettura

klassi tal-vettura

klassi tal-massa (1)

klassi tal-qawwa għall-massa

emissjonijiet ta' linja bażi [g/km]

Mira tas-CO2 [g/km]

1

1

baxxa

108

81

2

1

medja

118

89

3

1

għolja

153

115

4

2

baxxa

119

89

5

2

medja

138

104

6

2

għolja

153

115

7

3

baxxa

121

91

8

3

medja

136

102

9

3

għolja

150

113

10

4

baxxa

131

98

11

4

medja

144

108

12

4

għolja

162

122

13

5

baxxa

147

110

14

5

medja

152

114

15

5

għolja

179

134

Il-klassijiet tal-massa jikkorrispondu ma' dan li ġej (imqarrba sal-eqreb numru sħiħ):

Klassi tal-massa

Firxa [kg]

1

0-1 225  kg

2

1 226 -1 375  kg

3

1 376 -1 475  kg

4

1 476 -1 625  kg

5

1 626 + kg

Il-klassijiet tal-qawwa għall-massa jikkorrispondu ma' dan li ġej (imqarrba sal-eqreb numru sħiħ):

klassi tal-qawwa għall-massa

Firxa [W/kg]

Baxxa

0-65 W/kg

Medja

66-85 W/kg

Għolja

86+


(1)  Massa f'kundizzjoni ta' sewqan kif definit fir-Regolament (KE) Nru 443/2009.


27.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 64/2011

tas-26 ta’ Jannar 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

78,3

MA

59,8

TN

100,1

TR

102,1

ZZ

85,1

0707 00 05

EG

182,1

JO

84,0

TR

101,4

ZZ

122,5

0709 90 70

MA

57,2

TR

121,1

ZZ

89,2

0709 90 80

EG

66,7

ZZ

66,7

0805 10 20

AR

41,5

BR

41,5

EG

56,5

MA

57,1

TN

75,2

TR

69,0

ZA

41,5

ZZ

54,6

0805 20 10

IL

217,9

MA

70,8

TR

79,6

ZZ

122,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

69,9

IL

67,5

JM

94,5

MA

110,1

PK

51,5

TR

70,4

ZZ

77,3

0805 50 10

AR

45,3

TR

57,2

UY

45,3

ZZ

49,3

0808 10 80

AR

78,5

CA

88,5

CL

81,7

CN

90,8

MK

46,1

NZ

78,5

US

137,9

ZZ

86,0

0808 20 50

CN

48,5

US

127,1

ZA

85,5

ZZ

87,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

27.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/31


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 191/09/COL

tat-22 ta’ April 2009

li temenda, għas-sebgħin darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi kapitolu ġdid dwar it-trattament tal-assi indeboliti fis-settur bankarju taż-ŻEE

L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA (1),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), b’mod partikolari l-Artikoli 61 u 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar il-Ħolqien ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (3), u partikolarment l-Artikolu 24 u l-Artikolu 5(2)(b) tiegħu,

BILLI taħt l-Artikolu 24 tal-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat,

BILLI taħt l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet trattati fil-Ftehim taż-ŻEE, jekk dak il-Ftehim jew il-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti jipprovdi hekk espressament jew jekk l-Awtorità tqis li hu meħtieġ,

FILWAQT LI TFAKKAR ir-Regoli Proċedurali u Sostantivi fil-Qasam tal-Għajnuna mill-Istat adottati fid-19 ta’ Jannar 1994 mill-Awtorità (4),

BILLI, fil-25 ta’ Frar 2009, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ‘il quddiem il-Kummissjoni tal-KE) adottat Komunikazzjoni dwar it-trattament tal-assi indeboliti fis-settur bankarju tal-Komunità (5),

BILLI din il-Komunikazzjoni hija wkoll rilevanti għaż-Żona Ekonomika Ewropea,

BILLI applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat taż-ŻEE għandha tkun żgurata fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha,

BILLI, skont punt II taħt l-intestatura “ĠENERALI” fl-aħħar tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità għandha tadotta, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, atti li jikkorrispondu ma’ dawk adottati mill-Kummisssjoni Ewropea,

WARA LI KKONSULTAT mal-Kummissjoni Ewropea,

FILWAQT LI TFAKKAR li l-Awtorità kkonsultat lill-Istati tal-EFTA dwar is-suġġett permezz ta’ ittra li ġġib id-data tad-9 ta’ April 2009,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Linji Gwida għall-Għajnuna mill-Istat għandhom jiġu emendati bl-introduzzjoni ta’ Kapitolu ġdid dwar it-trattament ta’ assi indeboliti fis-settur bankarju taż-ŻEE. Il-Kapitolu l-ġdid anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Iżlanda, lill-Prinċipat ta’ Liechtenstein u lir-Renju tan-Norveġja.

Artikolu 3

Il-verżjoni Ingliża biss hija awtentika.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2009.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Per SANDERUD

President

Kurt JÄGER

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Minn hawn ’il quddiem l-Awtorità.

(2)  Minn hawn ’il quddiem il-Ftehim taż-ŻEE.

(3)  Minn hawn ’il quddiem il-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti.

(4)  Il-Linji Gwida għall-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, adottati u maħruġa mill-Awtorità fid-19 ta’ Jannar 1994, ippubblikati f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ĠU) L 231, 3.9.1994 p. 1 u s-Suppliment ŻEE Nru 32 tat-3.9.1994 p. 1. Il-Linji ta’ Gwida ġew emendati l-aħħar fit-22 ta’ April 2009. Minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat. Il-verżjoni aġġornata tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat hija ppubblikata fis-sit elettroniku tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/

(5)  Ippubblikat fil-ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1


ANNESS

IT-TRATTAMENT TAL-ASSI INDEBOLITI FIS-SETTUR BANKARJU TAŻ-ŻEE  (1)

1.   Introduzzjoni

(1)

Sa minn nofs l-2007, il-funzjonament tas-swieq tal-kreditu bl-ingrossa sofra tfixkil serju. Ir-riżultat kien tnaqqis qawwi fil-likwidità fis-settur bankarju u nuqqas ta’ rieda min-naħa tal-banek sabiex isellfu lil xulxin u lill-ekonomija inġenerali. Minħabba li t-tfixkil tas-swieq tal-kreditu intensifika ruħu matul dawn l-aħħar tmintax-il xahar, il-kriżi finanzjarja intensifikat ruħha u l-ekonomija globali daħlet f’reċessjoni serja.

(2)

Huwa diffiċli li timmaġina riżoluzzjoni tal-kriżi finanzjarja u rkupru fl-ekonomija globali mingħajr stabbiltà assigurata fis-settur bankarju u fis-sistema finanzjarja inġenerali. Ikun biss meta jseħħ dan li terġa’ tiġi stabbilita l-kunfidenza tal-investituri u l-banek jerġgħu lura għall-imġiba normali tagħhom fir-rigward tas-self. Għaldaqstant, l-Istati taż-ŻEE poġġew fis-seħħ miżuri biex jappoġġjaw l-istabbiltà tas-setturi bankarji tagħhom u jappoġġjaw is-self, partikolarment l-injezzjoni ta’ kapital ġdid bl-użu ta’ fondi pubbliċi u l-għoti ta’ garanziji tal-gvern għal self bankarju.

(3)

Riċentement, bosta Stati taż-ŻEE ħabbru l-intenzjoni tagħhom li jikkomplementaw il-miżuri ta’ appoġġ eżistenti tagħhom billi jipprovdu xi forma ta’ salvataġġ tal-assi bankarji indeboliti. Dawn it-tħabbiriet, b’mod parallel ma’ inizjattiva simili fl-Istati Uniti, qanqlu dibattitu usa’ fi ħdan iż-ŻEE fuq il-merti tas-salvataġġ tal-assi bħala miżura ta’ sostenn governattiv għall-banek. Fil-kuntest ta’ dak id-dibattitu, il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea li tikkorrispondi ma’ dan il-Kapitolu tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tħejjiet mis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea, f’konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), u tibni fuq ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa fil-5 ta’ Frar 2009 mill-Eurosystem (ara l-Anness 1).

(4)

Dan il-Kapitolu jiffoka fuq kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati mill-Istati tal-EFTA meta jkunu qed jikkunsidraw, ifasslu u jimplimentaw miżuri ta’ salvataġġ tal-assi. Fuq il-livell ġenerali, dawn il-kwistjonijiet jinkludu l-motivazzjoni għas-salvataġġ tal-assi bħala miżura għall-ħarsien tal-istabbiltà finanzjarja u li ssostni s-self tal-banek; il-kunsiderazzjonijiet aktar fit-tul tal-vijabbiltà tas-settur bankarju u s-sostenibbiltà baġitarja li għandhom jitqiesu meta jiġu kkunsidrati miżuri ta’ salvataġġ tal-assi; u l-ħtieġa għal approċċ komuni u kkoordinat għas-salvataġġ tal-assi fi ħdan iż-ŻEE, partikolarment sabiex jiġu assigurati kundizzjonijiet komuni għal kulħadd. Fil-kuntest ta’ dan l-approċċ taż-ŻEE, dan il-Kapitolu joffri wkoll gwida aktar speċifika dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ tal-assi, b’enfasi fuq kwistjonijiet bħal (i) l-obbligi tat-trasparenza u l-iżvelar; (ii) it-tqassim tal-piż bejn l-Istat, l-azzjonisti u l-kredituri; (iii) l-allinjament tal-inċentivi għall-benefiċjarji mal-objettivi tal-politika pubblika; (iv) il-prinċipji għat-tfassil ta’ miżuri ta’ salvataġġ tal-assi f’termini ta’ eliġibbiltà, valutazzjoni u ġestjoni tal-assi indeboliti; u (v) ir-relazzjoni bejn is-salvataġġ tal-assi, miżuri oħra ta’ appoġġ tal-gvern u r-ristrutturar tal-banek.

2.   Is-salvataġġ tal-assi bħala miżura għas-salvagwardja tal-istabbiltà u s-sostenn tas-self mill-banek

(5)

L-għanijiet immedjati tal-pakketti tas-salvataġġ taż-ŻEE mħabbra f’Ottubru 2008 huma li jissalvagwardjaw l-istabbiltà finanzjarja u jsostnu l-provvista ta’ kreditu lill-ekonomija reali. Huwa kmieni wisq biex wieħed jiġbed konklużjonijiet definittivi dwar l-effikaċja tal-pakketti, iżda huwa ċar li dawn biegħdu r-riskju ta’ kollass finanzjarju u appoġġjaw il-funzjonament ta’ swieq interbankarji importanti. Min-naħa l-oħra, l-evoluzzjoni fis-self lill-ekonomija reali sa mit-tħabbir tal-pakketti ma kenitx favorevoli, b’xi statistika reċenti tissuġġerixxi tnaqqis qawwi fil-pass tat-tkabbir tal-kreditu (2). F’bosta Stati taż-ŻEE, issa huma komuni ħafna rapporti li qed jiġi miċħud l-aċċess għall-kreditu tal-banek lil xi impriżi u jidher li r-restrizzjoni tal-kreditu tmur lil hinn minn dak li huwa ġġustifikat minn kunsiderazzjonijiet ċikliċi.

(6)

Raġuni ewlenija identifikata għall-fluss mhux suffiċjenti tal-kreditu hija l-inċertezza dwar il-valur tal-assi indeboliti, u dwar fejn dawn fil-fatt jinsabu, li kienet sors ta’ problemi fis-settur bankarju sa mill-bidu tal-kriżi. Inċertezza dwar il-valutazzjonijiet tal-assi mhux biss kompliet iddgħajjef il-fiduċja fis-settur bankarju, iżda dgħajfet l-effett tal-miżuri ta’ appoġġ mill-gvern meħuda s’issa. Pereżempju, ir-rikapitalizzazzjoni tal-banek ipprovdiet protezzjoni kontra l-indeboliment tal-assi iżda ħafna mill-protezzjoni kapitali pprovduta ġiet assorbita mill-banek fi provvedimenti kontra indebolimenti futuri tal-assi. Il-banek diġà ħadu passi biex jindirizzaw il-problema tal-assi indeboliti. Huma rreġistraw tniżżil sostanzjali fil-valuri tal-assi (3), ħadu passi biex jillimitaw it-telf li fadal permezz tar-riklassifikazzjoni tal-assi fil-karti tal-bilanċ tagħhom u gradwalment warrbu kapital addizzjonali sabiex isaħħu l-pożizzjonijiet tas-solvenza tagħhom. Madankollu, il-problema ma ġietx solvuta sa grad suffiċjenti u l-gravità mhux mistennija tat-tnaqqis ekonomiku issa tissuġġerixxi deterjorament addizzjonali u aktar mifrux fil-kwalità tal-kreditu tal-assi tal-banek.

(7)

Is-salvataġġ tal-assi jindirizza direttament il-kwistjoni tal-inċertezza dwar il-kwalità tal-karti tal-bilanċ tal-banek u għalhekk jgħin biex terġa’ titqajjem il-kunfidenza fis-settur. Huwa jista’ jgħin ukoll biex jiġi evitat ir-riskju ta’ eżerċizzji ripetuti ta’ rikapitalizzazzjoni tal-banek hekk kif id-dimensjoni tal-indeboliment tal-assi tikber f’sitwazzjoni ta’ deterjorament fl-ekonomija reali. Fuq din il-bażi, bosta Stati taż-ŻEE qegħdin attivament jikkunsidraw is-salvataġġ għall-assi indeboliti tal-banek biex jikkumplimentaw miżuri oħra.

3.   Kunsiderazzjonijiet aktar fit-tul: Ritorn għall-vijabbiltà fis-settur bankarju u għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi

(8)

Il-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi għandhom ikunu mfassla u implimentati fil-manjiera li tikseb bl-aktar mod effettiv l-għanijiet immedjati li tiġi mħarsal-istabbiltà finanzjarja u jiġi sostnut is-self mill-banek. Kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata f’dan il-kuntest hija li tiġi żgurata parteċipazzjoni xierqa fil-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi permezz tal-iffissar ta’ prezzijiet u kundizzjonijiet xierqa u permezz tal-parteċipazzjoni obbligatorja jekk meqjusa bħala meħtieġa. Madankollu, l-enfasi fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ salvataġġ tal-assi m’għandhiex tkun limitata għal dawn l-għanijiet immedjati. Huwa essenzjali li jitqiesu wkoll kunsiderazzjonijiet aktar fit-tul.

(9)

Jekk miżuri ta’ salvataġġ tal-assi ma jitwettqux b’tali mod li jiġi delimitat il-periklu ta’ tfixkil serju tal-kompetizzjoni fost il-banek (kemm fl-Istati tal-EFTA u kif ukoll fuq bażi transkonfinali) f’konformità mal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA, inkluż fejn meħtieġ ir-ristrutturar tal-benefiċjarji, l-eżitu jkun li s-settur bankarju taż-ŻEE jkun strutturalment aktar dgħajjef b’implikazzjonijiet negattivi għall-potenzjal tal-produzzjoni fl-ekonomija inġenerali. Barra minn hekk, dan jista’ jwassal għal ħtieġa rikorrenti għal interventi governattivi fis-settur, li jimplika piż progressivament itqal fuq il-finanzi pubbliċi. Dawn ir-riskji huma serji minħabba l-iskala probabbli tal-iskopertura tal-Istat. Sabiex jiġi limitat ir-riskju ta’ ħsara fit-tul bħal din, l-interventi governattivi fis-settur bankarju għandhom ikunu mmirati kif xieraq u akkumpanjati minn salvagwardji tal-imġiba li jallineaw l-inċentivi tal-banek ma’ dawk tal-politika pubblika. Dawn il-miżuri għandhom jiffurmaw parti minn sforz ġenerali biex is-settur bankarju jerġa’ jsir vijabbli, fuq il-bażi tar-ristrutturazzjoni meħtieġa. Il-ħtieġa għar-ristrutturazzjoni fis-settur bankarju bħala kontroparti tal-appoġġ tal-gvern hija diskussa f’aktar dettall fil-kuntest tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat aktar tard fit-Taqsimiet 5 u 6.

(10)

Meta jkunu qed jikkunsidraw it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ salvataġġ tal-assi, huwa wkoll essenzjali li l-Istati tal-EFTA jqisu l-kuntest tal-baġit. Stimi tat-tniżżil totali mistenni tal-assi jissuġġerixxu li l-ispejjeż baġitarji - attwali, kontinġenti jew it-tnejn - tas-salvataġġ tal-assi jistgħu jkunu sostanzjali - kemm f’termini assoluti u kif ukoll b’mod relattiv mal-PGD fl-Istati tal-EFTA. L-appoġġ tal-gvern permezz ta’ salvataġġ tal-assi (u miżuri oħra) m’għandux ikun fuq skala tant kbira li joħloq tħassib dwar is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi bħal dak dwar dejn eċċessiv jew problemi ta’ finanzjament. Kunsiderazzjonijiet bħal dawn huma partikolarment importanti fil-kuntest attwali ta’ tkabbir fl-iżbilanċi baġitarji, livelli ta’ dejn pubbliku li qed jogħlew u l-isfidi li qed jiġu ffaċċjati fil-ħruġ ta’ bonds sovrani.

(11)

Aktar speċifikament, is-sitwazzjoni baġitarja tal-Istati tal-EFTA se tkun kunsiderazzjoni importanti fl-għażla tal-arranġament tal-ġestjoni għall-assi suġġetti għas-salvataġġ, jiġifieri xiri tal-assi, assigurazzjoni tal-assi, tibdil tal-assi jew taħlita ta’ dawn l-arranġamenti (4). Jista’ ma jkunx hemm differenzi sinifikanti fl-implikazzjonijiet għall-kredibbiltà baġitarja tal-approċċi differenti għas-salvataġġ tal-assi għaliex huwa probabbli li s-swieq finanzjarji jiskontaw it-telf potenzjali fuq bażi simili (5). Madankollu, approċċ li jirrikjedi x-xiri sħiħ ta’ assi indeboliti jkollu impatt aktar immedjat fuq il-proporzjonijiet baġitarji u l-finanzjament tal-gvern. Filwaqt li l-għażla ta’ arranġament ta’ ġestjoni tal-assi indeboliti hija r-responsabbiltà ta’ kull Stat tal-EFTA, jistgħu jitqiesu approċċi mħallta li permezz tagħhom assi ħżiena ikunu mifruda mill-karta tal-bilanċ tal-banek f’entità separata (jew ġewwa jew barra mill-banek) li tibbenefika b’xi mod minn garanzija tal-gvern. Dan l-approċċ huwa attraenti peress li jipprovdi ħafna mill-benefiċċji tal-approċċ tax-xiri tal-assi mill-perspettiva tal-għoti lura tal-kunfidenza fis-sistema bankarja, filwaqt li jillimita l-impatt baġitarju immedjat.

(12)

F’kuntest ta’ riżorsi baġitarji skarsi, jista’ jkun xieraq li l-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi jiġu ffukati fuq numru limitat ta’ banek ta’ importanza sistemika. Għal xi Stati tal-EFTA, is-salvataġġ tal-assi għall-banek jista’ jiġi limitat ħafna, minħabba r-restrizzjonijiet baġitarji eżistenti tagħhom u/jew id-daqs tal-karti tal-bilanċ tal-banek tagħhom meta mqabbla mal-PGD.

4.   Ħtieġa għal approċċ komuni u kkoordinat fi ħdan iż-ŻEE

(13)

Meta jkunu qed jitqiesu xi forom ta’ miżuri ta’ salvataġġ tal-assi, hemm bżonn li jiġu rrikonċiljati l-għanijiet immedjati ta’ stabbiltà finanzjarja u self bankarju mal-ħtieġa li jiġi evitat dannu fit-tul għas-settur bankarju fi ħdan iż-ŻEE, għas-suq taż-ŻEE u għall-ekonomija inġenerali. Dan jista’ jinkiseb bl-aktar mod effettiv permezz ta’ approċċ komuni u kkoordinat fi ħdan iż-ŻEE, bl-għanijiet ġenerali li ġejjin:

Li tingħata spinta lill-fiduċja fis-suq billi tintwera l-kapaċità ta’ reazzjoni effettiva fuq il-livell taż-ŻEE għall-kriżi finanzjarja u jinħoloq l-ispazju għal effetti pożittivi fost l-Istati taż-ŻEE u fis-swieq finanzjarji inġenerali.

Li jiġu limitati effetti negattivi fost l-Istati taż-ŻEE, fejn l-introduzzjoni ta’ miżuri ta’ salvataġġ tal-assi minn Stat taż-ŻEE li jieħu l-ewwel pass, tirriżulta fi pressjoni fuq Stati taż-ŻEE oħra sabiex isegwuh u jkun hemm ir-riskju li tibda kompetizzjoni tas-sussidji bejn l-Istati taż-ŻEE;

Li jitħares is-suq taż-ŻEE fis-servizzi finanzjarji billi tiġi assigurata l-konsistenza fil-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi meħuda mill-Istati taż-ŻEE u li ma jidħolx il-protezzjoniżmu finanzjarju.

Li tiġi żgurata konformità mal-obbligi tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat u kwalunkwe obbligi legali oħra billi tkompli tiġi assigurata aktar il-konsistenza fost il-miżuri tas-salvataġġ tal-assi, u billi jitnaqqsu għall-minimu kemm it-tfixkil tal-kompetizzjoni u kif ukoll ir-riskju morali.

(14)

Il-koordinazzjoni bejn l-Istati taż-ŻEE tkun meħtieġa biss fuq il-livell ġenerali u tista’ tintlaħaq filwaqt li tinżamm biżżejjed flessibiltà sabiex jitfasslu miżuri għas-sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ banek individwali. Fin-nuqqas ta’ koordinazzjoni ex ante suffiċjenti, ħafna minn dawn l-objettivi ser jiġu ssodisfati biss permezz ta’ obbligi ta’ kontrolli ex post addizzjonali għall-għajnuna mill-Istat. Għaldaqstant, linji gwida komuni dwar il-karatteristiċi bażiċi tal-miżuri ta’ salvataġġ jgħinu biex tiġi mminimizzata l-ħtieġa għal korrezzjonijiet u aġġustamenti b’riżultat ta’ evalwazzjoni skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat. Dawn il-linji gwida huma pprovvduti fit-taqsimiet li ġejjin.

5.   Linji gwida dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-miżuri dwar is-salvataġġ tal-assi

(15)

Huwa d-dmir normali tal-banek li jivvalutaw ir-riskju tal-assi li jakkwistaw u li jassiguraw li jistgħu jkopru kull telf assoċjat (6). Madankollu jista’ jiġi kkunsidrat is-salvataġġ tal-assi sabiex tiġi appoġġjata l-istabbiltà finanzjarja. Il-miżuri pubbliċi ta’ salvataġġ tal-assi huma għajnuna mill-Istat peress li huma jeħilsu lill-bank benefiċjarju mill-bżonn li jirreġistra telf jew jagħmel riżerva għal telf possibbli fuq l-assi indeboliti tiegħu (jew jikkumpensawh għal dawn) u/jew jeħilsu l-kapital regolatorju għal użi oħra. Dan ikun partikolarment il-każ fejn assi indeboliti jinxtraw jew jiġu assigurati fuq valur ogħla mill-prezz tas-suq, jew jekk il-prezz tal-garanzija ma jikkumpensax lill-Istat għar-responsabbiltà massima possibbli tiegħu taħt il-garanzija (7).

(16)

Kwalunkwe għajnuna għall-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi għandha, madankollu, tikkonforma mal-prinċipji ġenerali tan-neċessità, il-proporzjonalità u l-minimizzazzjoni tat-tfixkil tal-kompetizzjoni. Assistenza bħal din timplika tfixkil serju tal-kompetizzjoni bejn il-banek li huma benefiċjarji u dawk li mhumiex benefiċjarji u fost banek benefiċjarji bi gradi differenti ta’ bżonn. Banek li mhumiex benefiċjarji u li huma fundamentalment sodi jistgħu jħossuhom obbligati li jikkunsidraw li jitolbu l-intervent tal-gvern sabiex jippriżervaw il-pożizzjoni kompetittiva tagħhom fis-suq. Tfixkil simili tal-kompetizzjoni jista’ jseħħ ukoll fost l-Istati taż-ŻEE, bir-riskju ta’ kompetizzjoni tas-sussidji bejn l-Istati taż-ŻEE (li jippruvaw isalvaw lill-banek tagħhom mingħajr ma jqisu l-effetti fuq il-banek fl-Istati l-oħra taż-ŻEE) u moviment lejn il-protezzjoniżmu finanzjarju u l-frammentazzjoni tas-suq intern. Il-parteċipazzjoni fl-iskema ta’ salvataġġ tal-assi għandha għalhekk tkun kondizzjonata fuq kriterji oġġettivi u definiti b’mod ċar, sabiex jiġi evitat li banek individwali jieħdu vantaġġ mhux ġustifikat.

(17)

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”) stabbiliet il-prinċipji li jirregolaw l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u, b’mod partikolari, l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE għal kwalunkwe miżura ta’ appoġġ għall-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja globali fil-Linji Gwida tagħha dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji (8). L-Awtorità sussegwentement ipprovdiet linji gwida dettaljati dwar l-implimentazzjoni prattika ta’ dawn il-prinċipji għar-rikapitalizzazzjoni f’Kapitolu ġdid tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat (9). Bl-istess mod, il-linji gwida li ġejjin, ibbażati fuq l-istess prinċipji, jidentifikaw il-karatteristiċi ewlenin tal-miżuri jew skemi ta’ salvataġġ tal-assi, li jiddeterminaw kemm l-effikaċja tagħhom u kif ukoll l-impatt tagħhom fuq il-kompetizzjoni. Dawn il-linji gwida japplikaw ugwalment għall-banek kollha li huma mogħtija salvataġġ tal-assi irrispettivament mis-sitwazzjoni individwali tagħhom iżda l-implikazzjonijiet prattiċi tal-applikazzjoni tagħhom jistgħu jvarjaw skont il-profil tar-riskju u l-vijabbiltà tal-benefiċjarju. Il-prinċipji ta’ dawn il-linji gwida japplikaw mutatis mutandis fejn żewġ Stati taż-ŻEE jew aktar jikkoordinaw miżuri sabiex jipprovdu salvataġġ tal-assi għal banek transkonfinali.

(18)

Il-linji gwida preżenti jimmiraw li jistabbilixxu prinċipji u kundizzjonijiet ikkoordinati sabiex, kemm jista’ jkun, tiġi żgurata l-effikaċja tal-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi fis-suq taż-ŻEE, filwaqt li jittieħed kont tal-għan fuq tul ta’ żmien, li mmorru lura għal kundizzjonijiet normali tas-suq, filwaqt li jibqgħu flessibbli biżżejjed sabiex jaħsbu għall-karatteristiċi speċifiċi jew jipprovdu miżuri jew proċeduri addizzjonali fuq il-livell individwali jew nazzjonali għal raġunijiet ta’ stabbiltà finanzjarja. Miżuri effettivi ta’ salvataġġ tal-assi għandu jkollhom bħala konsegwenza t-tkomplija tas-self lill-ekonomija reali.

5.1.   Identifikazzjoni xierqa tal-problema u l-għażliet għal soluzzjoni: trasparenza ex-ante sħiħa u l-iżvelar tal-indebolimenti u valutazzjoni inizjali tal-banek eliġibbli

(19)

Kwalunkwe miżura ta’ salvataġġ tal-assi trid tkun ibbażata fuq l-identifikazzjoni ċara tal-kobor tal-problemi li l-bank ikollu fir-rigward tal-assi, is-solvenza intrinsika tiegħu qabel l-appoġġ u l-prospetti li jkollu sabiex jerġa’ lura għall-vijabbiltà, filwaqt li jitqiesu b’mod xieraq l-alternattivi kollha possibbli, sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess ta’ ristrutturar meħtieġ, tiġi evitata distorsjoni tal-inċentivi tal-atturi kollha u tiġi evitata l-ħela ta’ riżorsi statali mingħajr ma jkun hemm kontribut sabiex jerġa’ jibda l-fluss normali ta’ kreditu għall-ekonomija reali.

(20)

Għalhekk, sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ ħtieġa rikorrenti għal interventi tal-Istat favur l-istess benefiċjarji, għandhom jiġu sodisfatti l-kriterji li ġejjin bħala prerekwiżit sabiex wieħed jibbenefika mis-salvataġġ tal-assi:

Applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom ikunu suġġetti għal trasparenza sħiħa ex ante u l-iżvelar ta’ indebolimenti minn banek eliġibbli dwar l-assi li jkunu ser jiġu koperti mill-miżuri ta’ salvataġġ, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni xierqa, iċċertifikata minn esperti indipendenti rikonoxxuti u vvalidata mill-awtorità rilevanti ta’ sorveljanza, f’konformità mal-prinċipji tal-valutazzjoni żviluppati fit-taqsima 5.5 (10). Dan l-iżvelar tal-indebolimenti għandu jsir qabel l-intervent mill-gvern. Dan għandu jwassal għall-identifikazzjoni tal-ammont tal-għajnuna u tat-telf għall-bank mit-trasferiment tal-assi (11).

Applikazzjoni għall-għajnuna minn bank individwali għandha tiġi segwita minn analiżi sħiħa tal-attivitajiet u l-karta tal-bilanċ ta’ dak il-bank, bil-ħsieb li tiġi vvalutata l-adegwatezza ta’ kapital tal-bank u l-prospetti tiegħu għall-vijabbiltà futura (analiżi tal-vijabbiltà). Din l-analiżi għandha sseħħ b’mod parallel maċ-ċertifikazzjoni tal-assi indeboliti koperti mill-programm tas-salvataġġ tal-assi iżda, minħabba d-daqs tagħha, tista’ tiġi finalizzata wara li l-bank jidħol fil-programm tas-salvataġġ tal-assi. Ir-riżultati tal-analiżi tal-vijabbiltà għandhom jiġu notifikati lill-Awtorità u se jitqiesu fil-valutazzjoni tal-miżuri sussegwenti meħtieġa (ara t-taqsima 6).

5.2.   Tqassim tal-piż tal-ispejjeż relatati ma’ assi indeboliti bejn l-Istat, l-azzjonisti u l-kredituri

(21)

Bħala prinċipju ġenerali, il-banek għandhom iġorru t-telf assoċjat ma’ assi indeboliti sal-massimu possibbli. Dan jirrikjedi, l-ewwel nett, trasparenza sħiħa u żvelar ex ante, segwiti mill-valutazzjoni korretta tal-assi qabel l-intervent tal-gvern u remunerazzjoni korretta tal-Istat għall-miżura tas-salvataġġ tal-assi, tkun xi tkun il-forma tagħha, sabiex tiġi żgurata responsabbiltà u rfigħ tal-piż ekwivalenti mill-azzjonisti irrispettivament mill-mudell preċiż li jintgħażel. Dawn l-elementi flimkien għandhom iwasslu għal koerenza ġenerali dwar il-qsim tal-piżijiet fuq firxa ta’ diversi forom ta’ sostenn mill-Istat, fid-dawl tal-karatteristiċi distintivi speċifiċi ta’ tipi differenti ta’ assistenza (12).

(22)

Ladarba l-assi jkunu ġew evalwati sew u t-telf ikun ġie korrettament identifikat (13), u jekk dan iwassal għal sitwazzjoni ta’ insolvenza teknika mingħajr intervent mill-Istat, il-bank għandu jew jitqiegħed fl-amministrazzjoni jew jiġi stralċjat, skont il-liġi taż-ŻEE u nazzjonali. F’din is-sitwazzjoni, bil-għan li jiġu mħarsal-istabbiltà u l-kunfidenza finanzjarji, jistgħu jkunu xierqa protezzjoni jew garanziji għad-detenturi tal-bonds (14).

(23)

Meta għal raġunijiet ta’ stabbiltà finanzjarja jidher mhux rakkomandabbli li bank jitqiegħed fl-amministrazzjoni jew jiġi stralċjat b’mod ordnat (15), għajnuna fil-forma ta’ garanzija jew xiri ta’ assi, limitata għall-minimu strett, tista’ tingħata lill-banek sabiex ikunu jistgħu jkomplu joperaw għall-perjodu meħtieġ biex jitfassal pjan jew għar-ristrutturar jew għall-istralċ b’mod ordnat. F’każijiet bħal dawn, l-azzjonisti għandhom ikunu wkoll mistennija li jġorru t-telf għall-inqas sakemm jintlaħqu l-limiti regolatorji ta’ adegwatezza ta’ kapital. L-alternattivi tan-nazzjonalizzazzjoni jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll.

(24)

Meta ma jkunx possibbli li jintlaħaq qsim sħiħ tal-piżijiet ex ante, il-bank għandu jintalab sabiex jikkontribwixxi għall-kopertura tat-telf jew tar-riskju fi stadju aktar tard, pereżempju fil-forma ta’ klawsoli ta’ restituzzjoni jew, fil-każ ta’ skema ta’ assigurazzjoni, minn klawsola ta’ “l-ewwel telf”, li għandu jitħallas mill-bank (tipikament b’minimu ta’ 10 %) u klawsola ta’ “qsim tat-telf residwu”, li permezz tagħha l-bank jipparteċipa f’perċentwal (tipikament minimu ta’ 10 %) ta’ kwalunkwe telf addizzjonali (16).

(25)

Bħala regola ġenerali, anqas ma tkun il-kontribuzzjoni inizjali, aktar tkun għolja l-ħtieġa għal kontribuzzjoni tal-azzjonisti fi stadju aktar tard, jew fil-forma ta’ konverżjoni tat-telf tal-Istat f’ishma tal-bank u/jew fil-forma ta’ aktar miżuri ta’ kumpens sabiex jiġi limitat it-tfixkil tal-kompetizzjoni meta tiġi vvalutata r-ristrutturazzjoni meħtieġa.

5.3.   L-allinjament tal-inċentivi għall-banek sabiex jipparteċipaw fis-salvataġġ tal-assi b’għanijiet ta’ politika pubblika

(26)

Bħala karatteristika ġenerali, programmi ta’ salvataġġ tal-assi indeboliti għandu jkollhom perjodu limitat għar-reġistrazzjoni ta’ sitt xhur mit-tnedija tal-iskema mill-gvern. Dan jillimita l-inċentivi għall-banek sabiex idewmu l-iżvelar meħtieġ bit-tama ta’ livelli ogħla ta’ għajnuna f’data aktar tard, u jiffaċilita riżoluzzjoni rapida tal-problemi bankarji qabel it-tnaqqis ekonomiku jkompli jaggrava s-sitwazzjoni. Matul il-perjodu ta’ sitt xhur, il-banek ikunu jistgħu jippreżentaw gruppi ta’ assi eliġibbli li għandhom jiġu koperti mill-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi, bil-possibbiltà ta’ rollover (17).

(27)

Jista’ jkun meħtieġ li jitfasslu mekkaniżmi xierqa sabiex jiġi żgurat li l-banek li jkunu l-aktar fil-bżonn ta’ salvataġġ tal-assi jipparteċipaw fil-miżura tal-gvern. Dawn il-mekkaniżmi jistgħu jinkludu l-parteċipazzjoni obbligatorja fil-programm, u għandhom jinkludu mill-inqas żvelar obbligatorju lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza. L-obbligu għall-banek kollha sabiex jiżvelaw id-daqs tal-problemi tagħhom relatati mal-assi se jikkontribwixxi għall-identifikazzjoni ċara tal-ħtieġa u l-ambitu neċessarju ta’ skema ta’ salvataġġ tal-assi fuq il-livell tal-Istati tal-EFTA.

(28)

Meta l-parteċipazzjoni mhijiex obbligatorja, l-iskema tista’ tinkludi inċentivi xierqa (bħall-għoti ta’ warrants jew drittijiet lill-azzjonisti eżistenti sabiex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw f’attivitajiet futuri ta’ ġbir ta’ kapital privat b’termini preferenzjali) biex tiġi ffaċilitata l-aċċettazzjoni mill-banek mingħajr ma jitnaqqas xejn mill-prinċipji tat-trasparenza u l-iżvelar, il-valutazzjoni ġusta u l-qsim tal-piżijiet.

(29)

Il-parteċipazzjoni wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ sitt xhur għar-reġistrazzjoni tkun possibbli biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u imprevedibbli li għalihom il-bank ma jkunx responsabbli (18), u soġġett għal kundizzjonijiet aktar stretti, bħal remunerazzjoni ogħla lill-Istat u/jew miżuri kompensatorji ogħla.

(30)

L-aċċess għas-salvataġġ tal-assi għandu dejjem ikun kondizzjonali fuq numru xieraq ta’ restrizzjonijiet fuq l-imġiba. B’mod partikolari, banek benefiċjarji għandhom ikunu suġġetti għal salvagwardji li jiżguraw li l-effetti kapitali tas-salvataġġ jintużaw sabiex jiġi pprovdut il-kreditu sabiex tiġi ssodisfata d-domanda b’mod xieraq skont kriterji kummerċjali u mingħajr diskriminazzjoni u mhux għall-iffinanzjar ta’ strateġija ta’ tkabbir (b’mod partikolari l-akkwist ta’ banek tajbin) għad-detriment tal-kompetituri.

(31)

Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll restrizzjonijiet fuq il-politika tad-dividendi u limiti fuq ir-remunerazzjonijiet eżekuttivi. Il-forma speċifika tar-restrizzjonijiet fuq l-imġiba għandha tkun iddeterminata fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-proporzjonalità li tqis id-diversi fatturi li jistgħu jimplikaw il-ħtieġa ta’ ristrutturar (ara t-taqsima 6).

5.4.   Eliġibbiltà tal-assi

(32)

Meta tkun qed tiġi ddeterminata l-firxa ta’ assi eliġibbli għas-salvataġġ, jinħtieġ li jinstab bilanċ bejn li jintlaħaq l-għan immedjat tal-istabbiltà finanzjarja u l-ħtieġa li jiġi żgurat ir-ritorn għall-funzjonament normali tas-suq fuq perjodu ta’ tul medju. Assi komunement imsejħa ‘assi tossiċi’ (eż. titoli Amerikani msejsa fuq ipoteki u koperturi u derivattivi assoċjati), li kienu l-bidu tal-kriżi finanzjarja u li fil-parti l-kbira m’għadhomx likwidi jew huma suġġetti għal tnaqqis qawwi tal-valur tagħhom, jidhru li jirrappreżentaw il-parti l-kbira tal-inċertezza u x-xettiċiżmu dwar il-vijabbiltà tal-banek. Li tiġi ristretta l-firxa tal-assi eliġibbli għal dawn l-assi jkun jillimita l-iskopertura tal-Istat għal telf possibbli u jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tat-tfixkil tal-kompetizzjoni (19). Madankollu, b’miżura ta’ salvataġġ dejqa żżejjed, ikun hemm ir-riskju li ma jintlaħaqx għal kollox l-għan li terġa’ tissawwar il-kunfidenza fis-settur finanzjarju, fid-dawl tad-differenzi bejn il-problemi speċifiċi li jeżistu fi Stati u banek differenti taż-ŻEE u fid-dawl ta’ kemm il-problema tal-indeboliment issa xterdet għal assi oħra. Dan huwa argument favur approċċ pragmatiku li jinkludi elementi ta’ flessibbiltà, u li jiżgura li assi oħra jibbenefikaw ukoll mill-miżuri ta’ salvataġġ sa kemm hu xieraq u fejn hu debitament ġustifikat.

(33)

Approċċ komuni u kkoordinat fi ħdan iż-ŻEE għall-identifikazzjoni tal-assi eliġibbli għall-miżuri ta’ salvataġġ huwa meħtieġ sew sabiex jiġi evitat it-tfixkil tal-kompetizzjoni fost l-Istati taż-ŻEE u fi ħdan is-settur bankarju taż-ŻEE, u kif ukoll sabiex jiġu limitati l-inċentivi sabiex banek transkonfinali jwettqu arbitrage fost miżuri ta’ salvataġġ nazzjonali differenti. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fl-identifikazzjoni ta’ assi eliġibbli fl-Istati taż-ŻEE, għandhom jiġu żviluppati kategoriji (‘gruppi’) ta’ assi li jirriflettu l-grad ta’ indeboliment eżistenti. Linji gwida aktar dettaljati dwar id-definizzjoni ta’ dawn il-kategoriji huma pprovduti fl-Anness 3. L-użu ta’ dawn il-kategoriji ta’ assi jista’ jiffaċilita l-paragun bejn il-banek u l-profili tar-riskju tagħhom madwar iż-ŻEE. L-Istati tal-EFTA mbagħad ikunu jeħtieġu li jiddeċiedu liema kategoriji ta’ assi jistgħu jkunu koperti u sa liema punt, bla ħsara għall-analiżi tal-Awtorità tal-grad ta’ indeboliment tal-assi magħżula.

(34)

Ikun meħtieġ li jiġi żviluppat approċċ proporzjonat sabiex jippermetti lil Stat tal-EFTA li s-settur bankarju tiegħu huwa addizzjonalment affettwat minn fatturi oħra ta’ tali kobor li jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja (bħall-fqigħ tal-‘bżiezaq’ fis-swieq tal-propjetà immobbli tiegħu stess) sabiex jestendi l-eliġibbiltà għal kategoriji ta’ assi definiti sew li jikkorrispondu għal din it-theddida sistemika b’ġustifikazzjoni xierqa u mingħajr restrizzjonijiet kwantitattivi.

(35)

Tista’ wkoll tkun ikkunsidrata flessibbiltà ulterjuri billi tiġi prevista l-possibbiltà li l-banek jiġu meħlusa minn assi indeboliti barra mill-ambitu tal-eliġibbiltà stipulat hawn fuq u mingħajr il-ħtieġa ta’ ġustifikazzjoni speċifika għal massimu ta’ 10-20 % tal-assi totali ta’ bank partikolari koperti minn mekkaniżmu ta’ salvataġġ fid-dawl tad-diversità ta’ ċirkostanzi tal-Istati tal-EFTA u l-banek differenti. Madankollu, assi li bħalissa ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala indeboliti m’għandhomx ikunu koperti minn programmi ta’ salvataġġ. Is-salvataġġ tal-assi m’għandux jipprovdi assigurazzjoni bla limiti kontra l-konsegwenzi futuri ta’ reċessjoni.

(36)

Bħala prinċipju ġenerali, aktar ma jkunu wiesgħa l-kriterji tal-eliġibbiltà, u aktar ma jkun kbir il-proporzjon li l-assi kkonċernati jirrappreżentaw fil-portafoll tal-bank, aktar għandhom isiru bir-reqqa r-ristrutturar u r-rimedji sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kompetizzjoni. Fi kwalunkwe każ, l-Awtorità ma tikkunsidrax assi bħala eliġibbli għall-miżuri ta’ salvataġġ fejn dawn ikunu daħlu fil-karta tal-bilanċ ta’ bank benefiċjarju wara data speċifika qabel it-tħabbir tal-programm ta’ salvataġġ (20). Li jsir mod ieħor jista’ jirriżulta f’arbitrage tal-assi u jwassal għal riskju morali inaċċettabbli billi jipprovdi inċentivi għall-banek sabiex jastjenu milli jivvalutaw kif xieraq ir-riskji fis-self futur u investimenti futuri oħra u b’hekk jirrepetu l-istess żbalji li wasslu għall-kriżi preżenti (21).

5.5.   Valutazzjoni ta’ assi eliġibbli għas-salvataġġ, u pprezzar

(37)

Approċċ korrett u konsistenti għall-valutazzjoni tal-assi, inklużi assi li huma aktar kumplessi u inqas likwidi, hija ta’ importanza kbira biex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kompetizzjoni u biex jiġu evitati kompetizzjonijiet tas-sussidji bejn l-Istati taż-ŻEE. Il-valutazzjoni għandha ssegwi metodoloġija ġenerali stabbilita fil-livell taż-ŻEE u għandha tiġi kkoordinata mill-qrib ex ante mill-Awtorità fl-Istati tal-EFTA sabiex tiġi assigurata l-effikaċja massima tal-miżura ta’ salvataġġ tal-assi u jitnaqqas ir-riskju ta’ distorsjonijiet u arbitrage ta’ ħsara, partikolarment għal banek transkonfinali. Jistgħu jkunu meħtieġa metodoloġiji alternattivi sabiex jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi li jirrigwardaw, pereżempju, d-disponibbiltà fil-ħin tad-dejta relevanti, sakemm dawn jilħqu livelli ekwivalenti ta’ trasparenza. Fi kwalunkwe każ, banek eliġibbli għandhom jivvalutaw il-portafolli tagħhom kuljum u jwettqu żvelar regolari u frekwenti lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tagħhom.

(38)

Fejn il-valutazzjoni tal-assi tidher partikolarment kumplessa, jistgħu jiġu kkunsidrati approċċi alternattivi bħall-ħolqien ta’ “bank tajjeb” fejn l-Istat jixtri l-assi t-tajbin minflok dawk indeboliti. Sjieda pubblika ta’ bank (inkluża n-nazzjonalizzazzjoni) tista’ tkun għażla alternattiva, bil-ħsieb li titwettaq il-valutazzjoni maż-żmien f’kuntest ta’ ristrutturar jew ta’ stralċ b’mod ordnat, u b’hekk tiġi eliminata kwalunkwe inċertezza dwar il-valur reali tal-assi kkonċernati (22).

(39)

Bħala l-ewwel stadju, l-assi għandhom jiġu vvalutati fuq il-bażi tal-valur kurrenti tagħhom fis-suq, kull meta dan ikun possibbli. B’mod ġenerali, kwalunkwe trasferiment ta’ assi koperti minn skema b’valutazzjoni akbar mill-prezz tas-suq ikun jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Il-valur tas-suq attwali jista’, madankollu, ikun pjuttost ‘il bogħod mill-valur kontabbli ta’ dawk l-assi fiċ-ċirkostanzi kurrenti, jew ineżistenti fin-nuqqas ta’ suq (għal xi assi l-valur jista’ effettivament ikun żero).

(40)

Bħala t-tieni stadju, il-valur attribwit lil assi indeboliti fil-kuntest ta’ programm ta’ salvataġġ tal-assi (il-“valur tat-trasferiment”) inevitabbilment ikun ogħla mill-prezzijiet kurrenti tas-suq sabiex jinkiseb l-effett ta’ salvataġġ. Sabiex tiġi żgurata konsistenza fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna, l-Awtorità tikkunsidra valur tat-trasferiment li jirrifletti l-valur ekonomiku sottostanti fit-tul (il-“valur ekonomiku reali”) tal-assi, fuq il-bażi tal-flussi tal-flus sottostanti u orizzonti ta’ żmien aktar wiesgħa, standard aċċettabbli li jindika l-kompatibbiltà tal-ammont ta’ għajnuna bħala l-minimu meħtieġ. Se jkollu jiġi kkunsidrat tnaqqis uniformi applikabbli għal ċerti kategoriji ta’ assi biex jiġi approssimat il-valur ekonomiku reali ta’ assi li huma tant kumplessi li jidher imprattikabbli tbassir affidabbli tal-iżviluppi fil-futur prevedibbli.

(41)

Konsegwentement, il-valur tat-trasferiment għal miżuri tax-xiri tal-assi jew tal-assigurazzjoni tal-assi (23) għandu jkun ibbażat fuq il-valur ekonomiku reali tagħhom. Barra minn hekk, għandha tiġi żgurata remunerazzjoni adegwata għall-Istat. Fejn l-Istati tal-EFTA jidhrilhom li hu meħtieġ - partikolarment sabiex tiġi evitata insolvenza teknika - li jintuża valur tat-trasferiment tal-assi li jeċċedi l-valur ekonomiku reali, l-element ta’ għajnuna fil-miżura huwa proporzjonalment akbar. Dan jista’ jiġi aċċettat biss jekk ikun akkumpanjat minn ristrutturar wiesa’ u l-introduzzjoni ta’ kundizzjonijiet li jippermettu l-irkupru ta’ din l-għajnuna addizzjonali fi stadju iktar tard, pereżempju permezz ta’ mekkaniżmi ta’ claw-back.

(42)

Il-proċess ta’ valutazzjoni kemm fir-rigward tal-valur tas-suq, u l-valur ekonomiku reali, u kif ukoll ir-remunerazzjoni tal-Istat, għandu jsegwi l-istess proċessi u prinċipji ta’ gwida elenkati fl-Anness 4.

(43)

Meta tkun qed tivvaluta l-metodi ta’ valutazzjoni mressqa mill-Istati tal-EFTA għall-miżuri tas-salvataġġ tal-assi, u l-implimentazzjoni tagħhom f’każijiet individwali, l-Awtorità tista’ tikkkonsulta esperti tal-valutazzjoni (24). L-Awtorità se tibni wkoll fuq il-ħiliet professjonali esperti tal-korpi eżistenti organizzati fuq il-livell tal-UE sabiex tiġi assigurata l-konsistenza tal-metodoloġija tal-valutazzjoni.

5.6.   Amministrazzjoni tal-assi soġġetti għal miżuri ta’ salvataġġ

(44)

Huwa għall-Istati tal-EFTA sabiex jagħżlu l-aħjar mudell sabiex jeħilsu lill-banek mill-assi, mill-firxa ta’ għażliet stabbiliti fit-taqsima 4, fid-dawl tad-daqs tal-problema tal-assi indeboliti, tas-sitwazzjoni individwali tal-banek ikkonċernati u kunsiderazzjonijiet baġitarji. L-għan tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat huwa li jiġi żgurat li l-karatteristiċi tal-mudell magħżul huma mfassla sabiex jiżguraw trattament ugwali u jevitaw tfixkil bla bżonn tal-kompetizzjoni.

(45)

Filwaqt li l-arranġamenti speċifiċi tal-ipprezzar għal miżura ta’ għajnuna jistgħu jvarjaw, il-karatteristiċi distintivi tagħhom m’għandhomx ikollhom impatt apprezzabbli fuq it-tqassim adegwat tal-piż bejn l-Istat u l-banek benefiċjarji. Fuq il-bażi ta’ valutazzjoni korretta, il-mekkaniżmu ta’ finanzjament ġenerali ta’ kumpanija tal-ġestjoni tal-assi, assigurazzjoni jew soluzzjoni ibrida għandu jiżgura li l-bank ikollu jassumi l-istess proporzjon ta’ telf. Klawsoli ‘claw-back’ jistgħu jiġu kkunsidrati f’dan il-kuntest. B’mod ġenerali, l-iskemi kollha għandhom jiżguraw li l-banek benefiċjarji jġorru t-telf imġarrab fit-trasferiment ta’ assi (ara aktar fil-para. 50 u n-nota 11 ta’ qiegħ il-paġna).

(46)

Ikun xi jkun il-mudell, sabiex ikun eħfef għall-bank biex jiffoka fuq ir-restawr tal-vijabbiltà u biex ikunu evitati kunflitti ta’ interess possibbli, huwa meħtieġ li tiġi żgurata separazzjoni funzjonali u organizzattiva ċara bejn il-bank benefiċjarju u l-assi indeboliti tiegħu, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-amministrazzjoni, il-persunal u l-klijentela tagħhom.

5.7.   Aspetti proċedurali

(47)

Gwida dettaljata dwar l-implikazzjonijiet ta’ dawn il-linji gwida dwar il-proċedura tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward ta’ kemm in-notifika inizjali tal-għajnuna u kif ukoll il-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ ristrutturar, fejn neċessarju, hi pprovduta fl-Anness 5.

6.   Miżuri ta’ segwitu - ristrutturar u ritorn għall-vijabbiltà

(48)

Il-prinċipji u l-kundizzjonijiet imsemmija aktar ‘il fuq jistabbilixxu l-qafas għat-tfassil ta’ miżuri ta’ salvataġġ tal-assi f’konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għandhom il-mira, fil-kuntest preżenti, li jassiguraw l-appoġġ massimu li jinvolvi l-anqas distorsjoni għat-tneħħija ta’ riskji relatati ma’ kategorija separata tal-assi mill-banek benefiċjarji sabiex titħejja art solida għar-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul mingħajr appoġġ mill-Istat. Filwaqt li t-trattament ta’ assi indeboliti skont il-prinċipji ta’ hawn fuq huwa pass neċessarju għal ritorn lejn il-vijabbiltà għall-banek, fih innifsu dan mhux biżżejjed biex jintlaħaq dak l-għan. Skont is-sitwazzjoni u l-karatteristiċi partikolari tagħhom, il-banek se jkollhom jieħdu miżuri xierqa fl-interess tagħhom stess sabiex jiġi evitat li jerġgħu jseħħu problemi simili u tiġi żgurata profitabbiltà sostenibbli.

(49)

Taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u partikolarment dawk dwar l-għajnuna għas-salvataġġ u r-ristrutturar, dan is-salvataġġ tal-assi jammonta għal operazzjoni strutturali u jeħtieġ evalwazzjoni bir-reqqa ta’ tliet kundizzjonijiet: i) kontribuzzjoni adegwata tal-benefiċjarju għall-ispejjeż tal-programm tal-assi indeboliti; ii) azzjoni xierqa biex ikun garantit ir-ritorn għall-vijabbiltà; u iii) miżuri neċessarji sabiex jiġi rrimedjat it-tfixkil għall-kompetizzjoni.

(50)

L-ewwel kundizzjoni għandha normalment tinkiseb billi jitwettqu r-rekwiżiti stabbiliti fil-kapitoli preċedenti, partikolarment l-iżvelar, il-valutazzjoni, l-ipprezzar u l-qsim tal-piżijiet. Dan għandu jiżgura kontribuzzjoni mill-benefiċjarju ta’ mill-inqas it-telf kollu mġarrab fit-trasferiment ta’ assi lill-Istat. Fejn dan mhux materjalment possibbli, l-għajnuna tista’ xorta waħda tiġi awtorizzata, bħala eċċezzjoni, suġġetta għal rekwiżiti aktar stretti rigward iż-żewġ kundizzjonijiet l-oħra.

(51)

L-obbligi tar-ritorn għall-vijabbiltà u l-ħtieġa għal rimedji għat-tfixkil tal-kompetizzjoni għandhom jiġu determinati fuq bażi ta’ każ b’każ. Rigward it-tieni kundizzjoni, il-ħtieġa għar-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul, għandu jiġi nnotat li s-salvataġġ tal-assi jista’ jikkontribwixxi għal dan il-għan. Ir-reviżjoni tal-vijabbiltà għandha tiċċertifika l-adegwatezza attwali u prospettiva tal-kapital tal-bank wara evalwazzjoni sħiħa u kunsiderazzjoni tal-fatturi possibbli tar-riskju (25).

(52)

L-evalwazzjoni tal-Awtorità tar-ristrutturar meħtieġ, wara l-awtorizzazzjoni inizjali tal-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi, għandha tkun determinata fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin: il-kriterji mfissra fil-komunikazzjoni mill-Awtorità dwar ir-rikapitalizzazzjoni tal-banek, il-proporzjon tal-assi tal-bank suġġetti għal salvataġġ; il-prezz tat-trasferiment ta’ dawn l-assi meta mqabbel mal-prezz tas-suq; il-karatteristiċi speċifiċi tas-salvataġġ tal-assi indeboliti mogħti; id-daqs totali tal-iskopertura tal-istat imqabbla mal-assi ta’ bank bil-piż differenzjat skont ir-riskju; in-natura u l-oriġini tal-problemi tal-bank benefiċjarju; u s-saħħa tal-mudell tan-negozju u l-istrateġija tal-investiment tal-bank. Hija tqis ukoll kwalunkwe għoti addizzjonali ta’ garanzija mill-Istat jew rikapitalizzazzjoni mill-Istat, sabiex tibni l-istampa sħiħa tas-sitwazzjoni tal-bank benefiċjarju (26).

(53)

Il-vijabbiltà fit-tul titlob li l-bank ikun kapaċi jopera mingħajr ebda appoġġ mill-Istat, u dan jimplika pjanijiet ċari sabiex jitħallas lura kwalunkwe kapital riċevut mill-Istat u jiġu rrinunzjati l-garanziji mill-Istat. Skont ir-riżultat ta’ din l-evalwazzjoni, ir-ristrutturar ikollu jinkludi analiżi fil-fond tal-istrateġija u l-attività tal-bank, inkluż, pereżempju, enfasi fuq in-negozju ċentrali, riorjentament tal-mudelli tan-negozju, l-għeluq jew ċessjoni ta’ diviżjonijiet/sussidjarji, bidliet fil-ġestjoni tal-assi-obbligazzjonijiet u bidliet oħra.

(54)

Il-ħtieġa għal ristrutturar fil-fond tkun preżunta meta valutazzjoni xierqa tal-assi indeboliti skont il-prinċipji stipulati fit-taqsima 5.5 u l-Anness 4 tkun se twassal għal ekwità negattiva/insolvenza teknika mingħajr intervent mill-Istat. Talbiet ripetuti għall-għajnuna u t-tbegħid mill-prinċipji ġenerali stabbiliti normalment juru l-ħtieġa għal ristrutturar fil-fond bħal dan.

(55)

Ristrutturar fil-fond ikun meħtieġ ukoll meta l-bank ikun diġà rċieva għajnuna mill-Istat fi kwalunkwe forma li tikkontribwixxi jew għall-kopertura jew għall-evitar ta’ telf, jew b’kollox taqbeż 2 % tat-total tal-assi tal-bank bil-piż differenzjat skont ir-riskju, filwaqt li jitqiesu b’mod dovut il-karatteristiċi speċifiċi tas-sitwazzjoni ta’ kull benefiċjarju (27).

(56)

Iż-żmien li fih jittieħdu kwalunkwe miżuri meħtieġa sabiex tingħata lura l-vijabbiltà għandhom jieħdu kont tas-sitwazzjoni speċifika tal-bank ikkonċernat, kif ukoll tas-sitwazzjoni ġenerali fis-settur bankarju, mingħajr ma jiddewmu aktar milli huwa neċessarju l-aġġustamenti meħtieġa.

(57)

It-tielet, id-dimensjoni tal-miżuri kompensatorji neċessarji għandha tiġi eżaminata, fuq il-bażi tat-tfixkil tal-kompetizzjoni li tirriżulta mill-għajnuna. Dan jista’ jinvolvi tnaqqis jew bejgħ ta’ unitajiet ta’ negozju jew sussidjarji li huma profitabbli, jew impenji ta’ imġiba sabiex tiġi limitata l-espansjoni kummerċjali.

(58)

Il-ħtieġa għal miżuri ta’ kumpens tkun preżunta jekk il-bank benefiċjarju ma jwettaqx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi preċedenti u partikolarment dawk tal-iżvelar, il-valutazzjoni, l-ipprezzar u l-qsim tal-piżijiet.

(59)

L-Awtorità tivvaluta l-ambitu tal-miżuri kompensatorji meħtieġa, skont l-evalwazzjoni tagħha tat-tfixkil tal-kompetizzjoni li jirriżulta mill-għajnuna, u speċjalment fuq il-bażi tal-fatturi li ġejjin: l-ammont totali tal-għajnuna, inkluż minn miżuri ta’ garanzija u rikapitalizzazzjoni; il-volum tal-assi indeboliti li jibbenefikaw mill-miżura; il-proporzjon ta’ telf li jirriżulta mill-assi; is-solidità ġenerali tal-bank; il-profil tar-riskju tal-assi soġġetti għal salvataġġ; il-kwalità tal-ġestjoni tar-riskju tal-bank; il-proporzjonijiet tal-livell tas-solvenza fl-assenza tal-għajnuna; il-pożizzjoni tas-suq tal-bank benefiċjarju u t-tfixkil tal-kompetizzjoni mill-attivitajiet tas-suq li jkomplu għaddejjin tal-bank; u l-impatt tal-għajnuna fuq l-istruttura tas-settur bankarju.

7.   Dispożizzjoni Finali

(60)

Dan il-Kapitolu tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat japplika mid-data tal-adozzjoni tiegħu, wara li ġie kkunsidrat il-kuntest ekonomiku finanzjarju u ekonomiku li jitlob azzjoni immedjata.


(1)  Dan il-Kapitlu jikkorrispondi mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea bl-isem Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-trattament ta’ assi indeboliti fis-settur bankarju tal-Komunità.

(2)  Filwaqt li d-dejta uffiċjali għaż-żona tal-euro tissuġġerixxi li s-self tal-banek lill-impriżi għadu b’saħħtu, ix-xejra sottostanti qed tiddgħajjef, bi tnaqqis sostanzjali fir-rati tat-tkabbir tas-self xahar fuq xahar lejn tmiem l-2008. F’Diċembru 2008, is-self tal-benek lill-ekonomija privata (self mhux lil MFI, esklużi l gvernijiet) naqas b’0,4 % meta mqabbel ma’ Novembru.

(3)  Min-nofs l-2007 sal-ewwel trimestru tal-2009, kien hemm total ta’ USD 1 063 biljun fi tniżżil fil-valur tal-assi, li minnhom USD 737,6 biljun ġew irrappurtati minn banek ibbażati fl-Istati Uniti u USD 293,7 biljun ġew irrappurtati minn banek ibbażati fl-Ewropa. Minn dawn tal-aħħar, USD 68 biljun ġew irrappurtati fl-Isvizzera. Minkejja l-iskala tat-tniżżil fil-valuri kontabbli rrappurtati, l-IMF fil-preżent jikkalkula li t-total tat-telf tal-banek relatat mat-tniżżil fil-valur kontabbli tal-assi probabbli li jilħaq l-USD 2 200 biljun. Din l-istima hija bbażata fuq il-holdings globali ta’ dejn ta’ ipoteki, tal-konsumaturi u l-kumpaniji, li oriġina u ġie titolizzat fl-Istati Uniti u żdied kontinwament sa mill-bidu tal-kriżi. Xi kummentaturi tas-suq huma tal-fehma li t-telf totali jista’ jkun sostanzjalment ogħla. Pereżempju, Nouriel Roubini, li konsistentement saħaq li l-istimi uffiċjali huma baxxi wisq, issa qed jgħid li t-telf totali jista’ jkun ta’ USD 3 600 biljun għall-Istati Uniti biss.

(4)  Dawn l-arranġamenti huma diskussi f’aktar dettall fl-Anness 2.

(5)  Ix-xiri ta’ assi mill-gvern m’għandux għalfejn jimplika spejjeż baġitarji kbar fit-tul jekk parti sostanzjali mill-assi akkwistati jistgħu sussegwentement jinbiegħu bi profitt (ara l-eżempji tal-Istati Uniti u l-Isvezja fl-Anness II). Madankollu, huwa jimplika ħruġ immedjat mill-baġit li jista’ jżid id-dejn pubbliku gross u l-ħtiġijiet grossi ta’ finanzjament tal-gvern. Approċċ ibbażat fuq l-iskambju ta’ dejn tal-gvern ma’ assi indeboliti jista’ jintuża sabiex titħaffef il-problema operattiva fir-rigward tal-ħruġ, iżda ma jevitax l-impatt fuq iċ-ċifri baġitarji jew żieda fil-provvista ta’ dejn tal-gvern fuq is-suq.

(6)  Il-banek tipikament iżommu varjetà ta’ assi, inklużi: flus, assi finanzjarji (treasury bills, titoli ta’ dejn, titoli ta’ ekwità, self innegozjat, u prodotti bażiċi), derivattivi (swaps u opzjonijiet), self, investimenti finanzjarji, assi intanġibbli, propjetà, impjanti u tagħmir. Jista’ jiġi mġarrab telf meta l-assi jinbiegħu b’anqas mill-valur kontabbli tagħhom, meta l-valur tagħhom jonqos u jinħolqu riżervi għal telf possibbli jew ex-post meta l-flussi tad-dħul fil-maturità huma anqas mill-valur kontabbli.

(7)  Garanzija hija preżunta li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat meta l-bank benefiċjarju ma jistax isib operatur privat indipendenti fis-suq li hu lest jipprovdi garanzija simili. L-ammont tal-għajnuna mill-Istat huwa l-obbligazzjoni massima netta għall-Istat.

(8)  Parti VIII tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat: “L-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat għal miżuri meħuda fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja globali attwali, il għadha ma”, ġietx ippubblikata f'ĠU L 17, 20.1.2011 p. 1 u s-Suppliment ŻEE Nru 3 tal-20.1.2011 p. 1. Il-verżjoni aġġornata tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat hija ppubblikata fis-sit elettroniku tal-Awtorità:

http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/

(9)  Parti VIII tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat: “Ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja preżenti: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u protezzjoni kontra tfixkil tal-kompetizzjoni bla bżonn”, il għadha ma ġietx ippubblikata f'ĠU L 17, 20.1.2011 p. 1 u s-Suppliment ŻEE Nru 3 tal-20.1.2011 p. 1. Il-verżjoni aġġornata tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat hija ppubblikata fis-sit elettroniku tal-Awtorità:

http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/

(10)  Bla ħsara għall-ħtieġa li l-impatt fuq il-karta tal-bilanċ ta’ miżura ta’ salvataġġ tal-assi jkun mgħarraf lill-pubbliku, li jimplika qsim debitu tal-piżijiet, it-termini “trasparenza” u “żvelar sħiħ” għandhom jinftiehmu li jfissru trasparenza fir-rigward tal-awtoritajiet nazzjonali, l-esperti indipendenti involuti u l-Awtorità.

(11)  L-ammont tal-għajnuna jikkorrispondi mad-differenza bejn il-valur tat-trasferiment tal-assi (normalment ibbażat fuq il-valur ekonomiku reali tagħhom) u l-prezz tas-suq. F’dan il-Kapitolu, it-telf li jiġġarrab jikkorrispondi mad-differenza bejn il-valur tat-trasferiment u l-valur kontabbli tal-assi. It-telf reali normalment ikun magħruf biss ex post.

(12)  Miżuri ta’ salvataġġ tal-assi huma b’xi modi kumparabbli ma’ injezzjonijiet ta’ kapital għaliex jipprovdu mekkaniżmu tal-assorbiment tat-telf u għandhom effett ta’ kapital regolatorju. Madankollu, b’tal-ewwel, l-istat ġeneralment jesponi ruħu għal riskju akbar, relatat ma’ portafoll speċifiku ta’ assi indeboliti, mingħajr kontribuzzjoni diretta ta’ attivitajiet oħra bankarji li jiġġeneraw id-dħul u tal-fondi tal-bank, u lil hinn mis-sehem possibbli tiegħu fil-bank. Fid-dawl tal-aspetti negattivi akbar, u l-aspetti pożittivi aktar limitati, ir-remunerazzjoni għas-salvataġġ tal-assi normalment għandha tkun ogħla milli għall-injezzjonijiet tal-kapital.

(13)  Meta jitqabbel il-valur kontabbli tal-assi mal-valur tat-trasferiment tagħhom (jiġifieri l-valur ekonomiku reali tagħhom)

(14)  Il-protezzjoni tal-azzjonisti għandha, madankollu, normalment tiġi eskluża. Ara d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni NN 39/2008 (id-Danimarka, Għajnuna għal-likwidazzjoni ta’ Roskilde Bank) u NN 41/2008 (ir-Renju Unit, għajnuna ta’ salvataġġ għal Bradford & Bingley).

(15)  Dan jista’ jkun il-każ fejn id-daqs tal-bank jew it-tip ta’ attività ma jkunux jistgħu jiġu ġestiti fi proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja jew permezz ta’ stralċ ordnat mingħajr ma jkun hemm implikazzjonijiet sistemiċi perikolużi fuq istituzzjonijiet finanzjarji oħra jew fuq is-self lill-ekonomija reali. Ġustifikazzjoni mill-awtorità monetarja u/jew ta’ superviżjoni tkun neċessarja f’dan ir-rigward.

(16)  Fatturi oħra, pereżempju remunerazzjoni ogħla, jistgħu jinfluwenzaw il-livell xieraq. Minbarra dan, għandu jiġi nnutat li l-kumpensi ex post jistgħu jsiru biss bosta snin wara li l-miżura tkun ġiet introdotta u jistgħu għalhekk itawlu b’mod mhux sodisfaċenti l-inċertezza marbuta mal-valutazzjoni tal-assi indeboliti. Klawżoli ta’ claw-back ibbażati fuq valutazzjoni ex ante ma jkollhomx din il-problema.

(17)  Każ ta’ enrolled assets li jistgħu jimmaturaw wara.

(18)  “Ċirkustanza mhux prevedibbli” hija ċirkustanza li ma tista’ bl-ebda mod tiġi antiċipati mill-maniġment tal-kumpanija meta jieħu d-deċiżjoni tiegħu li ma jidħolx fi programm tas-salvataġġ tal-assi matul il-perjodu ta’ reġistrazzjoni u li ma tkunx ir-riżultat ta’ negliġenza jew żball min-naħa tal-maniġment tal-kumpanija jew deċiżjonijiet tal-grupp li għalih tappartjeni. “Ċirkustanza eċċezzjonali” għandha tinftiehem bħala eċċezzjonali indipendentement mill-kriżi kurrenti. Stati tal-EFTA li jixtiequ jinvokaw ċirkostanzi bħal dawn għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni neċessarja kollha lill-Awtorità.

(19)  Dan jidher li hu l-approċċ li ntgħażel għal Citigroup u Bank of America.

(20)  Ġeneralment, l-Awtorità tqis li data tat-tmiem uniformi u oġġettiva, bħal tmiem l-2008, tassigura kundizzjonijiet ekwi bejn il-banek u l-Istati taż-ŻEE.

(21)  Fejn neċessarju, l-appoġġ mill-istat fir-rigward tar-riskji għall-assi futuri jista’ jiġi ġestit fuq il-bażi tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat, b’mod partikolari l-Kapitolu dwar il-Garanziji mill-Istat u l-Kapitolu dwar il-Qafas Temporanju għall-miżuri tal-għajnuna mill-Istat f’appoġġ għall-qasam finanzjarju fil-kriżi finanzjarja u ekonomika kurrenti.

(22)  Dan ikun il-każ, pereżempju, jekk l-Istat jiskambja l-assi ma’ bonds tal-gvern skont l-ammont tal-valur nominali tagħhom iżda jirċievi warrants kontinġenti fuq il-kapital bankarju, li l-valur tagħhom jiddependi fuq il-prezz tal-bejgħ eventwali tal-assi indeboliti.

(23)  Fil-każ ta’ miżura tal-assigurazzjoni, il-valur tat-trasferiment huwa mifhum bħala l-ammont assigurat.

(24)  L-Awtorità se tuża l-opinjoni ta’ dawn l-esperti tal-valutazzjoni b’mod simili għal proċedimenti oħra tal-għajnuna mill-Istat, fejn tista’ tirrikorri għal esperti esterni.

(25)  Tkun trid tiġi assigurata wkoll il-konformità mal-kriterji tal-paragrafu 40 tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar Ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja kurrenti sa fejn huma applikabbli.

(26)  Għal dawk il-banek diġà suġġetti għall-obbligu ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni, wara l-għoti ta’ għajnuna preċedenti mill-Istat, dan il-pjan ikollu debitament iqis l-għajnuna l-ġdida u jikkunsidra l-għażliet kollha mir-ristrutturazzjoni sal-istralċ b’mod ordnat.

(27)  Il-parteċipazzjoni fi skema awtorizzata ta’ garanzija tal-kreditu, mingħajr mal-garanzija jkollha tiġi invokata sabiex tkopri t-telf, m’għandhiex titqies għall-finijiet tal-paragrafu preżenti.

ANNESS 1

LINJI GWIDA TAL-EUROSYSTEM DWAR MIŻURI TA’ APPOĠĠ GĦALL-ASSI GĦALL-BANEK

Il-Eurosystem identifikat seba’ prinċipji ta’ gwida għall-miżuri ta’ appoġġ għall-assi bankarji:

l-eliġibbiltà tal-istituzzjonijiet, li għandha tkun volontarja, bil-possibbiltà ta’ prijorità għall-istituzzjonijiet b’konċentrazzjonijiet kbar ta’ assi indeboliti fil-każ ta’ restrizzjonijiet;

definizzjoni tal-assi eliġibbli għall-appoġġ li tkun relattivament wiesgħa;

valutazzjoni tal-assi eliġibbli li tkun trasparenti, preferibbilment ibbażata fuq firxa ta’ metodi u kriterji komuni li jiġu adottati madwar l-Istati taż-ŻEE, ibbażata fuq opinjonijiet esperti indipendenti minn partijiet terzi, l-użu ta’ mudelli li jużaw inputs tal-livell mikro biex jistmaw il-valur ekonomiku tat-telf mistenni u l-probabbiltajiet relatati miegħu, u ta’ tnaqqis speċifiku għal assi individwali fuq il-valuri kontabbli tal-assi meta l-evalwazzjoni tal-valur tas-suq hija partikolarment diffiċli, jew meta s-sitwazzjoni teħtieġ azzjoni rapida;

grad adegwat ta’ qsim tar-riskju bħala element neċessarju ta’ kull skema sabiex tiġi limitata l-ispiża għall-gvern, jiġu pprovduti l-inċentivi xierqa lill-istituzzjonijiet parteċipanti u jinżamm ambjent ekwu għan-negozju bejn dawn l-istituzzjonijiet;

tul suffiċjenti tal-iskemi ta’ appoġġ għall-assi, li possibbilment jaqbel mal-istruttura tal-maturità tal-assi eliġibbli;

governanza tal-istituzzjonijiet li għandhom ikomplu jitmexxew skont prinċipji kummerċjali, u jagħtu preferenza lil skemi li jipprevedu strateġiji ta’ ħruġ definiti tajjeb; u

kondizzjonalità tal-iskemi ta’ appoġġ pubbliku fuq xi kriterji li jistgħu jitkejlu, bħal impenji li jkompli jiġi pprovdut kreditu sabiex tiġi ssodisfata d-domanda b’mod xieraq skont kriterji kummerċjali.

ANNESS 2

Id-diversi approċċi konċepibbli għas-salvataġġ tal-assi u l-esperjenza bl-użu ta’ soluzzjonijiet ta’ bank ħażin fl-Istati Uniti, l-Isvezja, Franza, l-Italja, il-Ġermanja u l-Isvizzera

I.   APPROĊĊI POSSIBBLI

Fil-prinċipju, jistgħu jiġu kkunsidrati żewġ approċċi wiesgħa għall-ġestjoni ta’ assi soġġetti għal miżuri ta’ salvataġġ:

Is-segregazzjoni tal-assi indeboliti mill-assi tajba f’bank jew fis-settur bankarju kollu kemm hu. Jistgħu jiġu kkunsidrati diversi varjanti ta’ dan l-approċċ. Kumpanija tal-ġestjoni tal-assi (bank ħażin jew ‘tarka tar-riskju’) jistgħu jiġu maħluqa għal kull bank, u bihom l-assi indeboliti jkunu trasferiti lil entità ġuridika separata, filwaqt li l-assi jkomplu jkunu ġestiti mill-bank f’diffikultà jew minn entità separata u t-telf possibbli jinqasam bejn il-bank tajjeb u l-Istat. Alternattivament, l-Istat jista’ jistabbilixxi istituzzjoni awtonoma (li spiss tissejjaħ ‘aggregator bank’) biex tixtri l-assi indeboliti ta’ banek individwali jew tas-settur bankarju kollu kemm hu, u b’hekk tippermetti lill-banek sabiex jerġgħu lura għall-imġiba normali tas-self li ma tkunx imfixkla mir-riskju tat-tniżżil fil-valur kontabbli tal-assi. Dan l-approċċ jista’ jinvolvi wkoll nazzjonalizzazzjoni minn qabel, li biha l-Istat jieħu kontroll ta’ xi wħud mill-banek fis-settur jew minnhom kollha qabel ma jwettaq is-segregazzjoni tal-assi tajba u ħżiena tagħhom.

Skema tal-assigurazzjoni tal-assi fejn banek iżommu l-assi indeboliti fuq il-karti tal-bilanċ tagħhom iżda jiġu indennizzati mill-Istat kontra t-telf. Fil-każ ta’ assigurazzjoni tal-assi, l-assi indeboliti jibqgħu fuq il-karta tal-bilanċ tal-banek, li jiġu indennizzati mill-Istat kontra xi telf jew kontra t-telf kollu. Kwistjoni speċifika dwar l-assigurazzjoni tal-assi hija l-iffissar tal-primjum xieraq għal assi eteroġeni u kumplessi, li fil-prinċipju għandhom jirriflettu taħlita ta’ karatteristiċi ta’ valutazzjoni u ta’ riskju tal-assi assigurati. Kwistjoni oħra hija li huwa teknikament diffiċli li skemi ta’ assigurazzjoni jitħaddmu f’sitwazzjoni meta l-assi assigurati huma mifruxa fuq numru kbir ta’ banek minflok ikkonċentrati fi ftit banek akbar. Fl-aħħar nett, il-fatt li l-assi assigurati jibqgħu fuq il-karta tal-bilanċ tal-banek jippermetti l-possibbiltà ta’ kunflitti ta’ interessi u jneħħi l-effett psikoloġiku importanti li jiġi sseparat b’mod ċar il-bank tajjeb mill-assi l-ħżiena.

II.   L-ESPERJENZA B’BANEK ĦŻIENA

Fl-Istati Uniti, ir-Resolution Trust Corporation (RTC) inħolqot fl-1989 bħala kumpanija tal-gvern tal-ġestjoni tal-assi. L-RTC kienet inkarigata bil-likwidazzjoni tal-assi (l-aktar assi relati mal-propjetà immobbli, inkluż self ipotekarju) li kienu assi ta’ assoċjazzjonijiet tat-tfaddil u s-self (“S&LVL”) iddikjarati falluti mill-Office of Thrift Supervision, bħala konsegwenza tal-kriżi tal-istituzzjonjiet tat-tfaddil u s-self (1989-1992). L-RTC ħadet f’idejha wkoll il-funzjonijiet tal-assigurazzjoni ta’ dak li kien il-Federal Home Loan Bank Board. Bejn l-1989 u nofs l-1995, ir-Resolution Trust Corporation għalqet jew solviet b’mod ieħor 747 “thrifts” b’assi totali ta’ USD 394 biljun. Fl-1995, id-dmirijiet tagħha kienu ġew trasferiti lis-Savings Association Insurance Fund tal-Federal Deposit Insurance Corporation. B’kollox, l-ispiża għall-kontribwenti tat-taxxa ġiet stmata għal USD 124 biljun f’dollari tal-1995.

L-RTC ħadmet permezz ta’ hekk imsejħa ‘programmi ta’ sħubija fl-ekwità’. Is-sħubijiet kollha fl-ekwità kienu jinvolvu msieħeb mis-settur privat li jakkwista interess parzjali f’ġabra ta’ assi. Billi żammet interess fil-portafolli tal-assi, l-RTC setgħet tieħu sehem fir-rendita qawwija ħafna li gawdew l-investituri fil-portafolli. Minbarra dan, is-sħubijiet tal-ekwità ppermettiew lill-RTC tibbenefika mill-isforzi ta’ ġestjoni u likwidazzjoni tal-imsieħba tas-settur privat tagħhom, u l-istruttura għenet biex jiġi assigurat allinjament tal-inċentivi superjuri għal dak li tipikament jeżisti f’relazzjoni bejn prinċipal u kuntrattur. Il-forom varji ta’ sħubijiet fl-ekwità huma dawn li ġejjin: Multiple Investment Fund (sħubija limitata u magħżula, portafoll ta’ assi mhux identifikat), Mortgage Trusts serje N u serje S (offerta kompetittiva għal portafoll identifikat ta’ assi), Fond tal-Art (sabiex jittieħdu profitti aktar fit-tul mill-irkupru u l-iżvilupp tal-art), u Sħubija JDC (għażla ta’ soċju ġenerali fuq il-bażi ta’ “beauty contest” għal pretensjonijiet mhux garantiti jew ta’ valur dubjuż).

Fl-Isvezja, żewġ korporazzjonijiet tal-ġestjoni tal-assi tal-banek (AMCs) Securum u Retriva, twaqqfu biex jamministraw is-self inadempjenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji bħala parti mill-politika tar-riżoluzzjoni tal-kriżi finanzjarja fl-1992/1993. L-assi ta’ bank f’diffikult nqasmu f’assi “tajbin” u “ħżiena”, bl-assi ħżiena mbagħad jiġu trasferiti lejn waħda mill-korporazzjonijiet tal-ġestjoni tal-assi, l-aktar lil Securum (1). Karatteristika importanti tal-programm Svediż kienet li l-banek jiġu sfurzati jiżvelaw it-telf mistenni fuq is-self u jattribwixxu valuri realistiċi għall-assi ta’ propjetà immobbli u oħrajn. Għal dan, l-Awtorità tas-Sorveljanza Finanzjarja għamlet ir-regoli tagħha dwar id-definizzjoni ta’ telf probabbli mis-self kif ukoll dwar il-valutazzjoni ta’ propjetà immobbli aktar stretti. Sabiex tikseb valutazzjoni uniformi tal-holdings ta’ propjetà immobbli tal-banek li japplikaw għall-appoġġ, l-Awtorità tas-Sorveljanza Finanzjarja waqqfet Bord tal-Valutazzjoni ma’ esperti tal-propjetà immobbli. Il-valuri baxxi tas-suq assenjati lill-assi fil-proċess ta’ diliġenza debita, b’mod effettiv għenu biex jistabbilixxu limitu minimu għall-valuri tal-assi. Minħabba li l-parteċipanti fis-suq ma stennewx li l-prezzijiet kienu se jaqgħu taħt dan il-livell, seta’ jitkompla n-negozju (2). Aktar fit-tul, iż-żewġ korporazzjonijiet tal-ġestjoni tal-assi tal-banek irriżultaw bħala suċċess fis-sens li l-ispiża baġitarja tal-appoġġ għas-sistema finanzjarja kienet tista’ tgħid ibbilanċjata mid-dħul riċevut mill-korporazzjonijiet tal-ġestjoni tal-assi tal-banek, mil-likwidazzjoni tal-assi li kellhom f’idejhom.

Fi Franza, fis-snin disgħin inħoloq korp pubbliku li jgawdi minn garanzija Statali istituzzjonali mingħajr limitu sabiex jieħu f’idejh u jillikwida matul iż-żmien l-assi ħżiena tal-Credit Lyonnais. Il-bank ħażin iffinanzja l-akkwist tal-assi permezz ta’ self mill-Credit Lyonnais. Dan tal-aħħar, għalhekk, seta’ jevita l-irreġistrar tat-telf fuq l-assi u jillibera l-kapital għal ammont ekwivalenti ta’ assi bil-piż differenzjat skont ir-riskju, ladarba s-self lill-bank ħażin seta’ jgawdi minn piż tar-riskju ta’ 0 % fid-dawl tal-garanzija mill-Istat. Il-Kummissjoni Ewropea approvat il-bank ħażin bħala għajnuna għar-ristrutturar. Karatteristika tal-mudell kienet is-separazzjoni ċara bejn il-bank tajjeb u dak ħażin sabiex ikunu evitati l-kunflitti ta’ interess u l-klawsola ‘de retour à meilleure fortune’ dwar il-qligħ tal-bank tajjeb għall-benefiċċju tal-Istat. Wara ftit snin, il-bank kien privatizzat b’suċċess. Madankollu, it-trasferiment tal-assi lill-bank ħażin skont il-valur kontabbli ħares lill-azzjonisti mir-responsabbiltà għat-telf u implika spiża għolja għall-Istat matul iż-żmien.

Madwar sentejn wara, fl-Italja, il-Banco di Napoli kien maqsum f’bank ħażin u bank tajjeb wara l-assorbiment tat-telf mill-azzjonisti eżistenti u rikapitalizzazzjoni mit-Teżor sal-limitu meħtieġ biex il-bank jibqa’ jopera. Banco di Napoli ffinanzja l-akkwist mill-bank ħażin tal-assi skontati iżda xorta waħda indeboliti permezz ta’ self issussidjat tal-Bank Ċentrali kontro-garantit mit-Teżor. Il-bank imnaddaf ġie pprivatizzat sena wara. La fil-każ tal-Credit Lyonnais u lanqas f’dak ta’ Banco di Napoli ma kien hemm nefqa baġitarja immedjata għat-Teżor għall-akkwist tal-assi ħżiena, minbarra l-forniment ta’ kapital għall-banek.

Forma limitata ta’ bank ħażin intużat reċentament mill-Ġermanja sabiex tittratta l-assi ħżiena tal-Landesbanken tagħha. Fil-każ SachsenLB, il-benefiċjarju kien mibjugħ bħala negozju avvjat wara li l-assi ħżiena ta’ madwar EUR 17,5 biljun ġew imqiegħda fi strument apposta (SPV) maħsub sabiex iżomm l-assi sal-maturità. L-ex sidien, il-Land tas-Sassonja, taw garanzija għat-telf għal madwar 17 % tal-valur nominali, li kien meqjus bħala l-massimu assolut ta’ telf possibbli fi stress test (fil-każ bażi kien stmat li t-telf kellu jkun biss ta’ 2 %). Il-proprjetarju l-ġdid ħa f’idejh il-biċċa l-kbira tal-finanzjament mill-ġdid u kopra l-bqija tar-riskju. L-ammont ta’ għajnuna kien mill-inqas jitqies li jasal sal-agħar stima ta’ madwar 4 %. Fil-każ WestLB, portafoll ta’ assi ta’ EUR 23 biljun ġie mgħoddi f’SPV u mgħammar b’garanzija tal-gvern ta’ EUR 5 biljun sabiex jiġi kopert it-telf eventwali u tiġi mħarsal-karta tal-bilanċ mill-aġġustament tal-valur tal-assi skont l-IFRS. Dan ippermetta lil WestLB biex ineħħi l-volatilità tal-assi mill-karta tal-bilanċ tiegħu. Ħlas ta’ garanzija ta’ 0,5 % ngħata lill-Istat. It-tarka tar-riskju għadha qiegħda titħaddem u hija meqjusa bħala għajnuna mill-Istat.

Fl-Isvizzera, il-gvern ħoloq fond ġdid li lilu l-UBS ittrasferixxa portafoll ta’ assi tossiċi li kienu vvalutati minn parti terza qabel it-trasferiment. Biex ikun żgurat il-finanzjament ta’ dan il-fond, l-Isvizzera l-ewwel injettat kapital fil-UBS (fil-forma ta’ noti konvertibbli f’ishma tal-UBS), li l-UBS immedjatament ħassarhom mill-karta tal-bilanċ u ttrasferihom lill-Fond. Il-bqija tal-finanzjament tal-Fond kien assigurat permezz ta’ self mill-Bank Nazzjonali Svizzeru.

Fl-aħħar tas-snin 1990, il-kundizzjonijiet tas-self tal-banek Ċeki lill-korporazzjonijiet kienu laxki ħafna. Il-banek Ċeki sofrew ħsara kbira minħabba dan u fl-aħħar tas-snin 1990 kellhom jiġu salvati mill-gvern. Proċessi kbar ta’ tindif tal-karti tal-bilanċ tal-banek kienu mwettqa sabiex tiġi stabbilita industrija bankarja b’saħħitha.

Fi Frar 1991, il-gvern Ċek ħoloq bank ta’ konsolidazzjoni (Konsolidační banka, KOB), stabbilit sabiex jieħu fuqu self ħażin mis-settur bankarju akkumulat qabel l-1991 - bħal djun li wirtu mill-ekonomija ppjanata ċentralment, speċjalment dawk relatati mal-kummerċ fi ħdan il-blokk Sovjetiku. F’Settembru 2001, il-bank speċjali nbidel f’aġenzija li kellha wkoll tassorbi self ħażin konness ma self “ġdid innovattiv” (speċjalment l-hekk imsejjaħ self tal-privatizzazzjoni, self inadempjenti u self frawdolenti).

Sa mill-1991, il-banek il-kbar kienu meħlusa mis-self ħażin u sa mill-1994 l-enfasi nbidel għal fuq banek iżgħar. B’mod partikolari, il-falliment ta’ Kreditní banka f’Awwissu 1996, u l-paniku bankarju parzjali dwar Agrobanka, ikkawża xi stress lis-sistema bankarja Ċeka. Il-programmi kkonċernati wasslu biss għal żieda temporanja fis-sjieda tal-Istat fil-banek fl-1995, u għal darba oħra fl-1998, minħabba r-revoka tal-liċenzja ta’ Agrobanka. Globalment, is-sehem tal-gvern fl-operazzjonijiet bankarji żdied għal 32 % fi tmiem l-1995 minn 29 % fl-1994.

Barra minn hekk, biex jiġu appoġġjati l-banek iż-żgħar, programm ieħor - il-Programm ta’ Stabbilizzazzjoni - kien approvat fl-1997. Dan essenzjalment kien jikkonsisti f’sostituzzjoni ta’ assi ta’ kwalità baxxa b’likwidità sa massimu ta’ 110 % tal-kapital ta’ kull bank li pparteċipa, permezz tal-akkwist ta’ assi ta’ kwalità baxxa mill-bank minn kumpanija speċjali msejħa Česká finanční, flimkien max-xiri lura sussegwenti tal-ammont residwu ta’ dawn l-assi f’medda ta’ żmien minn 5 sa 7 snin. Sitt banek issieħbu fil-programm, imma ħamsa minn dawn kienu esklużi wara li naqsu milli jikkonformaw mal-kriterji tiegħu u sussegwentement fallew. Għalhekk, il-Programm ta’ Stabbilizzazzjoni ma rnexxiex u twaqqaf.

Sa tmiem l-1998, kienu ngħataw 63 liċenzja bankarja (60 minn dawn qabel tmiem l-1994). Fit-tmiem ta’ Settembru 2000, 41 bank u fergħa ta’ banek barranin komplew joperaw, 16 kienu taħt reġimi straordinarji (8 f’likwidazzjoni, 8 involuti fi proċeduri ta’ falliment), 4 kienu ngħaqdu ma’ banek oħra, u l-liċenzja ta’ bank barrani wieħed kienet ġiet revokata minħabba li dan kien naqas milli jibda l-operazzjonijiet tiegħu. Mit-42 istituzzjoni li kien fadal (inkluża CKA) 15 kienu kkontrollati domestikament u 27 kienu kkontrollati minn barranin, inklużi sussidjarji u fergħat barranin.

F’Mejju 2000 l-Att emendat dwar il-Falliment u l-Likwidazzjoni u l-Att dwar l-Irkanti Pubbliċi saru effettivi, u kellhom l-għan li jaċċelleraw il-proċeduri tal-falliment u jibbilanċjaw id-drittijiet tal-kredituri u d-debituri billi jippermettu lil ditti jew persuni legali speċjalizzati sabiex jaġixxu bħala fiduċjarji fi proċeduri ta’ falliment u billi joffru l-possibbiltà ta’ negozjar ‘il barra mill-qorti.


(1)  Ara Bergström, Englund and Thorell (2002) u Heikensten (1998a u b).

(2)  Dan b’kuntrast qawwi mal-politika Ġappuniża li tpoġġi valuri għolja wisq fuq l-assi “ħżiena”, li b’hekk iffriżat is-suq tal-propjetà immobbli għal madwar għaxar snin.

ANNESS 3

Id-definizzjoni tal-kategoriji (“gruppi”) ta’ assi eliġibbli u l-iżvelar sħiħ dwar l-assi indeboliti kif ukoll l-attivitajiet kollha tan-negozju ta’ bank

I.   ID-DEFINIZZJONI TAL-KATEGORIJI (“GRUPPI”) TA’ ASSI ELIĠIBBLI

Id-definizzjoni tal-gruppi tal-assi finanzjarji indeboliti tal-banek għandhom ikunu d-denominatur komuni bbażat fuq il-kategoriji diġà użati għal:

1.

rappurtar u valutazzjoni prudenzjali (pilastru 3 ta’ Basel = CRD Anness XII; FINREP u COREP);

2.

Rappurtar u valutazzjoni finanzjarji (IAS 39 u IFRS 7 in partikolari);

3.

Rappurtar speċjalizzat ad hoc dwar il-kriżi tal-kreditu: ix-xogħol tal-IMF, l-FSF, Roubini u CEBS dwar it-trasparenza.

L-użu ta’ denominatur komuni ta’ kategoriji eżistenti ta’ rappurtar u valutazzjoni għad-definizzjoni ta’ gruppi ta’ assi ser iwassal sabiex:

jiġi evitat kull piż addizzjonali ta’ rappurtar għall-banek;

ikun possibbli li jiġi evalwat il-grupp ta’ assi indeboliti ta’ banek individwali skont estimi taż-ŻEE u globali (li jistgħu jkunu rilevanti għad-determinazzjoni tal-“valur ekonomiku” f’punt fiż-żmien); u

jingħataw punti ta’ tluq oġġettivi (ċċertifikati) għall-valutazzjoni ta’ assi indeboliti.

Filwaqt li jittieħed kont ta’ dan, l-Awtorità tissuġġerixxi l-gruppi li ġejjin ta’ assi finanzjarji bħala punt ta’ bidu għad-determinazzjoni tal-“valur ekonomiku” u s-salvataġġ tal-assi indeboliti:

Tabella 1

I.   Prodotti finanzjarji strutturati/titolizzati

 

It-tip ta’ prodott

Kategorija kontabbli

Bażi ta’ valutazzjoni għall-iskema

Kummenti

 

 

 

Valur tas-suq

Valur Ekonomiku

Valur tat-Trasferiment

 

1

RMBS

FVPL/AFS (*)

 

 

 

Analizzat aktar fid-dettall skont dawn li ġejjin: Żona ġeografika, prijorità tat-tranches, klassifikazzjonijiet, relatati ma’ sub-prime jew Alt-A, jew assi sottostanti oħra, maturità/età, allowances u tħassir mill-kontijiet.

2

CMBS

FVPL/AFS

 

 

 

3

CDO

FVPL/AFS

 

 

 

4

ABS

FVPL/AFS

 

 

 

5

Dejn ta’ kumpaniji

FVPL/AFS

 

 

 

6

Self ieħor

FVPL/AFS

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

II.   Self mhux titolizzat

 

It-tip ta’ prodott

Kategorija kontabbli

Bażi ta’ valutazzjoni għall-iskema

Kummenti

 

 

 

Cost (**)

Valur ekonomiku

Valur tat-trasferiment

 

7

Ta’ kumpaniji

HTM/L&R (*)

Cost (**)

 

 

Analiżi aktar fid-dettall dwar: żona ġeografika, riskju tal-kontroparti (PD), mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu (kollateral) u strutturi tal-maturità; allowances u tħassir.

8

Djar

HTM/L&R

Cost

 

 

9

Oħrajn personali

HTM/L&R

Cost

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

II.   ŻVELAR SĦIĦ DWAR ASSI INDEBOLITI U L-ATTIVITAJIET TAN-NEGOZJU RELATATI

Fuq il-bażi ta’ dawn il-gruppi ta’ assi, l-informazzjoni pprovduta dwar l-assi indeboliti ta’ bank li għandhom jiġu koperti minn miżura ta’ salvataġġ tal-assi għandha tiġi ppreżentata bi grad ogħla ta’ granularità kif issuġġerit fil-kolonna tal-kummenti tat-Tabella 1.

Fuq il-bażi ta’ prassi tajba osservata mill-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (1) (CEBS) għal żvelar fuq attivitajiet affettwati mit-taqlib fis-swieq, l-informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-bank relatati mal-assi indeboliti li tipprovdi inputs għall-analiżi tal-vijabbiltà msemmija fit-taqsima 5.1 tista’ tkun strutturata kif ġej:

Tabella 2

Prattiċi tajba osservati CEBS

Senior Supervisors Group (SSG):

Komunikazzjoni ta’ Informazzjoni dwar l-Aħjar Prattiċi

Mudell tan-negozju

Deskrizzjoni tal-mudell tan-negozju (jiġifieri tar-raġunijiet li għalihom isiru l-attivitajiet u tal-kontribuzzjoni għall-proċess tal-ħolqien tal-valur) u, jekk applikabbli, tal-bidliet li jsiru (pereżempju b’riżultat tal-kriżi).

Deskrizzjoni tal-istrateġiji u l-objettivi.

Deskrizzjoni tal-importanza tal-attivitajiet u l-kontribuzzjoni għan-negozju (inkluża diskussjoni f’termini kwantitattivi).

Deskrizzjoni tat-tip ta’ attivitajiet inkluża deskrizzjoni tal-istrumenti flimkien mal-funzjonament tagħhom u l-kriterji tal-kwalifika li l-prodotti/investimenti jridu jissodisfaw.

Deskrizzjoni tar-rwol u d-dimensjoni tal-involviment tal-istituzzjoni, jiġifieri l-impenji u l-obbligazzjonijiet.

Attivitajiet (SPE). (***)

In-natura tal-iskopertura (promotur, likwidità u/jew fornitur tat-tisħiħ tal-kreditu) (SPE).

Diskussjoni kwalitattiva tal-politika (LF).

Riskji u ġestjoni tar-riskju

Deskrizzjoni tan-natura u d-dimensjoni tar-riskji fir-rigward tal-attivitajiet u l-istrumenti.

Deskrizzjoni tal-prattiċi tal-ġestjoni tar-riskju ta’ relevanza għall-attivitajiet, u d-dgħufijiet identifikati u kull miżura korrettiva li tittieħed sabiex tindirizzahom.

Fil-kriżi kurrenti, għandha tingħata attenzjoni partikolari għar-riskju tal-likwidità.

 

Impatt tal-kriżi fuq ir-riżultati

Deskrizzjonijiet kwalitattivi u kwantitattivi tar-riżultati, b’enfasi fuq it-telf (fejn applikabbli) u t-tniżżil li jkollu impatt fuq ir-riżultati.

Analiżi tat-tniżżil/telf skont it-tipi ta’ prodotti u strumenti affettwati mill-kriżi (CMBS, RMBS, CDO, ABS u LBO, imqassma wkoll skont il-kriterji differenti).

Deskrizzjoni tar-raġunijiet u l-fatturi responsabbli għall-impatt.

Tqabbbil ta’ i) l-impatti bejn il-perjodi (relevanti) u ta’ ii) bilanċi tad-dikjarazzjoni tad-dħul qabel u wara l-impatt tal-kriżi.

Tqassim tat-tniżżil bejn ammonti realizzati u ammonti mhux realizzati.

Deskrizzjoni tal-influwenza li l-kriżi kellha fuq il-prezz tal-ishma tad-ditta.

Żvelar tar-riskju massimu tat-telf u deskrizzjoni ta’ kif is-sitwazzjoni tal-istituzzjoni tista’ tiġi affettwata minn tnaqqis ekonomiku ulterjuri jew minn irkupru tas-suq.

Żvelar tal-impatt tal-movimenti tal-firxa tal-kreditu għall-obbligazzjonijiet fuq ir-riżultati u fuq il-metodi użati sabiex jiġi ddeterminat dan l-impatt.

Bidla fl-iskopertura mill-perjodu ta’ qabel, inkluż bejgħ u tniżżil (CMB/LF)

Livelli u tipi ta’ skopertura

Ammont nominali (jew spiża amortizzata) u valuri ġusti tal-iskoperturi pendenti.

Informazzjoni dwar il-protezzjoni tal-kreditu (pereżempju permezz ta’ credit default swaps) u l-effett tagħha fuq l-iskoperturi.

Informazzjoni dwar in-numru ta’ prodotti

Żvelar granulari ta’ skoperturi b’analiżijiet ipprovduti skont:

il-livell ta’ prijorità tal-partijiet (tranches);

il-livell tal-kwalità tal-kreditu (pereżempju klassifikazzjonijiet, grad ta’ investiment, data tal-ħruġ);

l-oriġini ġeografika;

jekk l-iskoperturi jkunux ġew oriġinati, miżmuma, warehoused jew mixtrija;

karatteristiċi tal-prodott: pereżempju klassifikazzjoni, sehem ta’ self ipotekarju ta’ kwalità baxxa (sub-prime), rati ta’ skont, attachment points, firxiet, finanzjament;

karatteristiċi tal-assi sottostanti: pereżempju, dati tal-ħruġ, proporzjon tas-self mal-valur, informazzjoni dwar piżijiet, ħajja medja bil-piż differenzjat tal-assi sottostanti, preżunzjonijiet dwar ir-rata tal-ħlas lura antiċipat, telf mistenni mill-kreditu.

Skedi ta’ moviment tal-iskoperturi bejn perjodi relevanti ta’ rappurtar u r-raġunijiet sottostanti (bejgħ, disponimenti, xiri eċċ).

Diskussjoni dwar l-iskoperturi li ma ġewx ikkonsolidati (jew li ġew rikonoxxuti matul il-kriżi) u r-raġunijiet relatati.

Skopertura għal assiguraturi monoline u l-kwalità tal-assi assigurati:

ammonti nominali (jew spiża amortizzata) tal-iskoperturi assigurati u kif ukoll l-ammont tal-protezzjoni tal-kreditu mixtri;

valuri ġusti tal-iskoperturi pendenti u kif ukoll tal-protezzjoni relatata tal-kreditu;

ammont tat-tniżżil u t-telf, differenzjat f’ammonti realizzati u ammonti mhux realizzati;

analiżi tal-iskoperturi skont il-klassifikazzjonijiet jew il-kontroparti.

Daqs tal-istrument imqabbel mal-iskopertura totali tal-impriża (SPE/CDO).

Kollateral: tip, tranches, klassifikazzjoni tal-kreditu, distribuzzjoni ġeografika, maturità medja, data tal-ħruġ (SPE/CDO/CMB/LF).

Koperturi, inklużi skoperturi għal monolines, kontropartijiet oħra (CDO). Affidabbiltà tal-kreditu tal-kontropartijiet tal-kopertura (CDO).

Self sħiħ, RMBS, derivattivi, oħrajn (O).

Dettalji dwar il-kwalità tal-kreditu (bħall-klassifikazzjoni tal-kreditu, il-proporzjonijiet tas-self mal-valur, kejl tal-prestazzjoni) (O).

Bidla fl-iskopertura mill-perjodu ta’ qabel, inkluż bejgħ u tniżżil (CMB/LF)

Distinzjoni bejn l-istrumenti konsolidati u dawk mhux konsolidati. Raġuni għall-konsolidazzjoni (jekk applikabbli) (SPE).

Skopertura finanzjata u impenji mhux finanzjati (LF).

Politiki kontabbli u kwistjonijiet tal-valutazzjoni

Klassifikazzjoni tat-tranżazzjonijiet u l-prodotti strutturati għall-finijiet tal-kontabbiltà u t-trattament kontabbli relatat.

Konsolidament tal-SPE u mezzi oħra (bħall-VIE) u rikonċiljazzjoni ta’ dawn mal-prodotti strutturati affettwati mill-kriżi tas-self ta’ kwalità baxxa.

Komunikazzjoni dettaljata tal-valuri ġusti tal-istrumenti finanzjarji:

strumenti finanzjarji li għalihom huma applikati l-valuri ġusti;

il-ġerarkija tal-valur ġust (analiżi tal-iskoperturi kollha mkejla bil-valur ġust skont il-livelli differenti tal-ġerarkija tal-valur ġust u analiżi bejn il-flus u l-istrumenti derivattivi u kif ukoll żvelar dwar il-migrazzjonijiet bejn il-livelli differenti);

trattament ta’ profitti tal-ewwel jum (inkluża informazzjoni kwantitattiva);

użu tal-għażla tal-valur ġust (inklużi l-kundizzjonijiet għall-użu tagħha) u l-ammonti relatati (b’analiżi xierqa).

Komunikazzjoni ta’ tekniki tal-immudellar użati għall-valutazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, inklużi diskussjonijiet dwar dan li ġej:

deskrizzjoni tat-tekniki tal-immudellar u tal-istrumenti li għalihom huma applikati;

deskrizzjoni tal-proċessi tal-valutazzjoni (inklużi b’mod partikolari diskussjonijiet dwar il-preżunzjonijiet u l-fatturi tal-input li l-mudelli jiddependu fuqhom);

tip ta’ aġġustamenti applikati sabiex jirriflettu r-riskju tal-mudell u inċertezzi oħra tal-valutazzjoni;

sensittività tal-valuri ġusti; u

simulazzjonijiet ta’ kriżi.

Metodoloġiji tal-valutazzjoni u elementi determinanti prinċipali (CDO).

Aġġustamenti tal-valutazzjoni tal-kreditu għal kontropartijiet speċifiċi (CDO).

Sensittività tal-valutazzjoni għal tibdiliet fil-preżunzjonijiet u l-inputs ewlenin (CDO).

Aspetti oħra tal-iżvelar

Deskrizzjoni tal-politika dwar l-iżvelar u l-prinċipji li huma użati għall-iżvelar u għar-rappurtar finanzarju.

 

Kwistjonijiet ta’ preżentazzjoni

Żvelar relevanti sabiex jiġi mifhum l-involviment ta’ istituzzjoni f’ċerta attività għandu kemm jista’ jkun jingħata f’post wieħed.

Fejn l-informazzjoni hija maqsuma bejn partijiet jew sorsi differenti, għandhom jiġu pprovduti r-referenzi sabiex il-qarrej interessat ikun jista’ jsib trieqtu bejn il-partijiet differenti.

L-iżvelar f’forma ta’ kliem għandu jkun kemm jista’ jkun issupplimentat b’tabelli u taqsiriet illustrattivi sabiex tiżdied iċ-ċarezza.

L-Istituzzjonijiet għandhom jassiguraw li t-terminoloġija użata sabiex jiġu deskritti strumenti finanzjarji u tranżazzjonijiet kumplessi tkun akkumpanjata minn spjegazzjonijiet ċari u adegwati.

 


(*)  FVPL = Valur ġust permezz ta’ qligħ u telf = portafoll tan-negozju + għażla tal-valur ġust); AFS = disponibbli għall-bejgħ, HTM = Miżmum sal-maturità, L&R = self u riċevibbli.

(**)  Valur oriġinali jfisser l-ammont kontabbli tas-self bl-indeboliment imnaqqas minnu.

(1)  Sors: Ir-rapport tas-CEBS (Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej) dwar it-trasparenza tal-banek dwar l-attivitajiet u l-prodotti affettwati mit-taqlib riċenti fis-suq, 18 ta’ Ġunju 2008.

(***)  Fir-Rapport SSG, kull karatteristika tirreferi għal tip speċifiku ta’ SPE, jew għalihom kollha bħala ħaġa waħda, li huma dawn li ġejjin: SPE (Entitajiet bi Skop Speċifiku b’mod ġenerali), LF (Finanzjament b’Self), CMB (Titoli Kummerċjali Appoġġjati minn Ipoteki), O (Skoperturi oħra sub-prime u Alt-A), CDO (Obbligi ta’ Dejn Kollateralizzat).

ANNESS 4

PRINĊIPJI U PROĊESSI TA’ VALUTAZZJONI U PPREZZAR

I.   Metodoloġija u proċedura tal-valutazzjoni

Għall-iskopijiet tal-miżuri, l-assi għandhom jiġu kklassifikati skont it-tabelli illustrattivi 1 u 2 fl-Anness 3.

Id-determinazzjoni tal-valur ekonomiku reali fis-sens ta’ dan il-Kapitolu tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità (ara taqsima 5.5) għandha tkun ibbażata fuq inputs osservabbli tas-suq u ipoteżijiet prudenti u realistiċi dwar il-flussi futuri tal-flus.

Il-metodu ta’ valutazzjoni li għandu jiġi applikat għal assi eliġibbli għandu jiġi miftiehem fil-livell taż-ŻEE u jista’ jvarja skont l-assi individwali jew gruppi ta’ assi kkonċernati. Kull meta jkun possibbli, din il-valutazzjoni għandha terġa’ tiġi evalwata b’referenza għas-suq f’intervalli regolari matul il-ħajja tal-assi.

Fil-passat, diversi għażliet ta’ valutazzjoni ġew applikati tista’ tgħid b’suċċess. Proċeduri sempliċi ta’ reverse auction kienu utli fil-każ ta’ kategoriji ta’ assi fejn hemm ċertezza raġonevoli dwar il-valuri tas-suq. Madankollu, dan l-approċċ falla fil-valutazzjoni ta’ assi aktar kumplessi fl-Istati Uniti. Proċeduri ta’ irkant aktar sofistikati huma iktar adattati fejn hemm inqas ċertezza dwar il-valuri tas-suq u jkun meħtieġ metodu aktar eżatt ta’ skoperta tal-prezzijiet ta’ kull assi. Sfortunatament, l-istruttura tagħhom mhix ċara. L-alternattiva ta’ kalkoli bbażati fuq il-mudelli għall assi kumplessi tippreżenta l-inkonvenjent li hija sensittiva għall-ipoteżijiet sottostanti (1).

L-għażla tal-applikazzjoni ta’ tnaqqis uniformi fil-valutazzjoni għall-assi kumplessi kollha tissimplifika l-proċess ta’ valutazzjoni ġenerali, għalkemm tirriżulta f’ipprezzar anqas preċiż tal-assi individwali. Il-banek ċentrali għandhom esperjenza sostanzjali dwar kriterji u parametri possibbli għal kollateral mirhun għal finanzjament mill-ġdid, li tista’ sservi ta’ referenza utli.

Hu x’inhu l-mudell magħżul, il-proċess ta’ valutazzjoni u partikolarment il-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ telf fil-futur għandu jkun ibbażat fuq stress-testing rigoruż fuq il-bażi ta’ riċessjoni globali fit-tul.

Il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq standards u kejl rikonoxxuti internazzjonalment. Metodoloġija komuni ta’ valutazzjoni miftehma fil-livell taż-ŻEE u implimentata b’mod konsistenti mill-Istati taż-ŻEE tista’ tikkontribwixxi ħafna biex jitnaqqas it-tħassib dwar it-theddid għal ambjent ekwu għan-negozju li jirriżulta mill implikazzjonijiet potenzjalment sinifikanti ta’ sistemi ta’ valutazzjoni diskrepanti. Meta tevalwa l-metodi ta’ valutazzjoni mressqa mill-Istati tal-EFTA għall-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi, l-Awtorità, fil-prinċipju, tista’ tikkonsulta esperti tal-valutazzjoni (2).

II.   L-ipprezzar tas-sostenn mill-Istat fuq il-bażi tal-valutazzjoni

Il-valutazzjoni tal-assi għandha tkun distinta mill-ipprezzar ta’ miżura ta’ sostenn. Xiri jew assigurazzjoni fuq il-bażi tal-valur stabbilit tas-suq jew il-‘valur ekonomiku reali’, li jqisu l-projezzjonijiet tal-flussi futuri tal-flus fuq bażi ta’ żamma sal-maturità, fil-prattika ta’ sikwit jeċċedi l-kapaċitajiet preżenti tal-banek benefiċjarji għall-qsim tal-piżijiet (3). L-objettiv tal-ipprezzar għandu jkun ibbażat fuq valur tat-trasferiment li jkun qrib kemm jista’ jkun għall-valur ekonomiku reali identifikat. Filwaqt li jimplika vantaġġ meta mqabbel mal-valur tas-suq preżenti u għaldaqstant għajnuna mill-Istat, l-ipprezzar fuq il-bażi tal-“valur ekonomiku reali” jista’ jiġi perċepit bħala kontrobilanċ għall-esaġerazzjonijiet tas-suq alimentati mill-kundizzjonijiet attwali ta’ kriżi li wasslu għad-deterjorament jew saħansitra għall-kollass ta’ ċerti swieq. Akbar ma tkun kbira kwalunkwe devjazzjoni tal-valur tat-trasferiment mill-“valur ekonomiku reali”, u għalhekk l-ammont ta’ għajnuna, iktar ikun hemm il-ħtieġa għal miżuri ta’ rimedju biex jiżguraw prezzar preċiż matul iż-żmien (pereżempju, permezz ta’ klawsoli “better fortune”) u għal ristrutturar aktar fil-fond. Id-devjazzjoni ammissibbli mir-riżultat tal-valutazzjoni għandha tkun aktar ristretta għall-assi li l-valur tagħhom jista’ jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ input affidabbli tas-suq milli għal dawk li għalihom is-swieq mhumiex likwidi. In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn il-prinċipji jirrappreżenta indikatur qawwi għall-ħtieġa ta’ ristrutturar u ta’ miżuri ta’ kumpens wiesa’ jew saħansitra stralċ b’mod ordnat.

Fi kwalunkwe każ, l-ipprezzar ta’ kull salvataġġ tal-assi għandu jinkludi remunerazzjoni għall-Istat li tqis b’mod adegwat ir-riskji ta’ telf futur li jeċċedi dak li huwa pproġettat fid-determinazzjoni tal-“valur ekonomiku reali” u kull riskju addizzjonali li jirriżulta minn valur tat-trasferiment ogħla mill-valur ekonomiku reali.

Dan il-ħlas jista’ jiġu pprovdut permezz tal-iffissar tal-prezz ta’ trasferiment tal-assi taħt il-“valur ekonomiku reali” sa livell suffiċjenti sabiex jipprovdi għal kumpens xieraq għar-riskju fil-forma ta’ potenzjal ta’ qligħ proporzjonat, jew billi tiġi adattata l-miżata tal-garanzija b’mod xieraq.

L-identifikazzjoni tal-mira għar-rendita meħtieġa tista’ tkun ‘ispirata’ mir-remunerazzjoni li kieku kienet tkun meħtieġa għal miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni sal-limitu tal-effett tal-kapital tas-salvataġġ tal-assi propost. Dan għandu jkun konformi mal-Kapitolu tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar ir-rikapitalizzazzjoni tal-banek, filwaqt li jqis il-karatteristiċi speċifiċi tal-miżuri tas-salvataġġ tal-assi u partikolarment il-fatt li dawn jistgħu jinvolvu skopertura ogħla mill-injezzjonijiet tal-kapital (4).

Is-sistema ta’ pprezzar tista’ wkoll tinkludi warrants għall-ishma fil-banek ugwali għall-valur għall-assi (li jimplika li prezz ogħla mħallas jirriżulta f’sehem ta’ ekwità potenzjali ogħla). Mudell wieħed għal sistema ta’ pprezzar bħal din jista’ jkun xenarju ta’ xiri ta’ assi, fejn dawn il-warrants jingħataw lura lill-bank ladarba l-assi jinbiegħu mill-bank ħażin u jekk huma jkunu ġabu r-rendita neċessarja maħsuba. Jekk l-assi ma jġibux din ir-rendita, il-bank għandu jħallas id-differenza fi flus biex tintlaħaq ir-rendita maħsuba. Jekk il-bank ma jħallasx dawn il-flus, l-Istat ibigħ il-warrants sabiex tintlaħaq ir-rendita maħsuba.

F’xenarju ta’ garanzija tal-assi, il-miżata għall-garanzija tista’ titħallas fil-forma ta’ ishma, b’imgħax kumulattiv fiss li jirrappreżenta r-rendita maħsuba. Fejn ikun meħtieġ li tittieħed il-garanzija, l-Istat tal-EFTA jista’ juża l-warrants sabiex jakkwista ishma li jikkorrispondu għall-ammonti li kellhom jiġu koperti mill-garanzija.

Kwalunkwe sistema ta’ pprezzar ikollha tiżgura li l-kontribut kumplessiv tal-banek benefiċjarji jnaqqas l-intervent nett mill-Istat għall-minimu neċessarju.


(1)  Fi kwalunkwe każ, irkant ikun possibbli biss għal klassijiet omoġeni ta’ assi u fejn ikun jeżisti numru kbir biżżejjed ta’ bejjiegħa potenzjali. Minbarra dan, ikun jinħtieġ li jiġi introdott prezz ta’ riżerva sabiex tiġi assigurata l-protezzjoni tal-interessi tal-Istat u mekkaniżmu ta’ claw back għal li jista’ jkun it-telf finali jeċċedi l-prezz ta’ riżerva, sabiex tiġi assigurata kontribuzzjoni suffiċjenti mill-bank benefiċjarju. Sabiex jiġu evalwati dawn il-mekkaniżmi, għandhom jitressqu xenarji komparattivi b’alternattivi u skemi ta’ garanzija/xiri, inklużi stress tests, sabiex tiġi garantita l-ekwivalenza finanzjarja globali tagħhom.

(2)  L-Awtorità se tuża l-opinjoni ta’ dawn l-esperti tal-valutazzjoni b’mod simili għal proċedimenti oħra tal-għajnuna mill-Istat, fejn tista’ tirrikorri għal kompetenzi esperti esterni.

(3)  Ara t-taqsima 5.2 ta’ dawn il-linji gwida.

(4)  F’xenarju ta’ garanzija ta’ assi, ikollu jitqies ukoll li f’kuntrast mal-miżuri tar-rikapitalizzazzjoni, ma tiġi pprovduta l-ebda likwidità.

ANNESS 5

PROĊEDURA TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT

Stati tal-EFTA li jinnotifikaw miżuri ta’ salvataġġ tal-assi għandhom jipprovdu lill-Awtorità b’tagħrif sħiħ u ddettaljat dwar l-elementi kollha relevanti għall-valutazzjoni tal-miżuri ta’ appoġġ pubbliku taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti f’dan il-Kapitolu tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat (1). Dan jinkludi b’mod partikolari deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija tal-valutazzjoni u l-implimentazzjoni ppjanata tagħha bl-involviment ta’ esperti terzi indipendenti (2). L-approvazzjoni tal-Awtorità tingħata għal perjodu ta’ 6 xhur, u kundizzjonalment fuq l-impenn li jiġi ppreżentat jew pjan ta’ ristrutturar jew analiżi tal-vijabbiltà għal kull istituzzjoni benefiċjarja fi żmien 3 xhur mill-adeżjoni tagħha mal-programm tas-salvataġġ tal-assi.

Fejn bank jingħata għajnuna kemm bħala miżura individwali jew taħt skema approvata ta’ salvataġġ tal-assi, l-Istat tal-EFTA għandu jipprovdi lill-Awtorità, l-aktar tard fin-notifika individwali dwar il-pjan ta’ ristrutturar jew l-analiżi tal-vijabbiltà, b’informazzjoni dettaljata dwar l-assi koperti u l-valutazzjoni fil-waqt li tali għajnuna individwali hija mogħtija, kif ukoll ir-riżultati ċertifikati u validati tal-iżvelar ta’ indebolimenti li jikkonċernaw l-assi koperti mill-miżura ta’ salvataġġ (3). L-analiżi sħiħa tal-attivitajiet u tal-karta tal-bilanċ tal-bank għandha tiġi pprovduta kemm jista’ jkun malajr biex jinbdew diskussjonijiet dwar il-karattru xieraq u l-firxa tar-ristrutturar kmieni biżżejjed qabel il-preżentazzjoni formali ta’ pjan ta’ ristrutturar bil-għan li jiġi aċċellerat il-proċess u li tiġi pprovduta ċarezza u ċertezza legali kemm jista’ jkun malajr.

Għall-banek li diġà bbenefikaw minn forom oħra ta’ għajnuna mill-Istat, kemm jekk tkun taħt skemi ta’ garanzija approvata, skambji ta’ assi jew ta’ rikapitalizzazzjoni jew miżuri individwali, kwalunkwe għajnuna mogħtija taħt l-skema ta’ salvataġġ tal-assi għandha tiġi rrappurtata l-ewwel taħt l-obbligi eżistenti ta’ rappurtar sabiex l-Awtorità jkollha stampa sħiħa ta’ miżuri ta’ salvataġġ mill-Istat multipli li jibbenefika minnhom destinatarju tal-għajnuna u tkun tista’ tapprezza aħjar l-effikaċja tal-miżuri ta’ qabel u l-kontribuzzjoni li l-Istat tal-EFTA jipproponi li jintroduċi fl-evalwazzjoni globali.

l-Awtorità għandha terġa’ tevalwa l-għajnuna mogħtija taħt approvazzjoni temporanja fid-dawl tal-adegwatezza tar-ristrutturar propost u l-miżuri ta’ rimedju (4), u għandha tieħu pożizzjoni dwar il-kompatibbiltà tagħha għal żmien itwal minn 6 xhur permezz ta’ deċiżjoni ġdida.

L-Istati tal-EFTA għandhom jipprovdu wkoll rapport lill-Awtorità kull sitt xhur dwar il-funzjonament tal-programm ta’ salvataġġ tal-assi u dwar l-iżvilupp tal-pjanijiet ta’ ristrutturar tal-banek. Fejn l-Istat tal-EFTA diġà huwa soġġett għal obbligu ta’ rrapurtar għal forom oħra ta’ għajnuna lill-banek tiegħu, rapport bħal dan għandu jiġi kkumplimentat bl-informazzjoni meħtieġa dwar il-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi u l-pjanijiet ta’ ristrutturar tal-banek.


(1)  Huwa inkoraġġit li jsir kuntatt qabel in-notifika.

(2)  Ara t-taqsima 5.5 aktar ’il fuq u l-Anness 4.

(3)  Ittra mill-kap tal-awtorità tas-superviżjoni li tiċċertifika r-riżultati dettaljati għandha tiġi pprovduta.

(4)  Sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità, l-Awtorità se tkun ippreparata li teżamina notifiki miġbura flimkien ta’ każijiet simili ta’ ristrutturar/stralċ. L-Awtorità tista’ tikkunsidra li m’hem l-ebda ħtieġa li jitressaq pjan għall-istralċ pur ta’ istituzzjoni, jew fejn id-daqs tal-istituzzjoni huwa negliġibbli.


Rettifika

27.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/53


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1261/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2010 li jimponi dazju kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti staneg tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw mill-Indja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 343, tad-29 ta’ Diċembru 2010 )

1.

Fil-paġna 74 it-tabella fl-Artikolu 1 għandha tiġi mibdula bit-tabella li ġejja:

“Il-kumpanija

Dazju (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Chandan Steel Ltd., Mumbai

3,4

B002

Venus Wire Industries Pvt. Ltd, Mumbai;

Precision Metals, Mumbai;

Hindustan Inox Ltd., Mumbai;

Sieves Manufacturer India Pvt. Ltd., Mumbai

3,3

B003

Viraj Profiles Vpl. Ltd., Thane

4,3

B004

Il-kumpaniji elenkati fl-Anness

4,0

B005

Il-kumpaniji l-oħra kollha

4,3

B999 ”

2.

fil-paġna 75, l-Anness, fit-titolu tat-tabella:

minflok:

Il-Kodiċi Addizzjonali TARIC AXXX”,

aqra:

Il-Kodiċi Addizzjonali TARIC B005”.