ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.022.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 22

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
26ta' Jannar 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 59/2011 tal-25 ta’ Jannar 2011 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-inbejjed li joriġinaw fir-Repubblika tas-Serbja

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 60/2011 tal-25 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

4

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/49/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE fir-rigward ta’ miżura ta’ projbizzjoni adottata mill-awtoritajiet tar-Renju Unit fir-rigward tal-ħwejjeġ protettivi għal nies imħarrġa fl-isport tal-iżgirma (notifikata bid-dokument numru C(2011) 268)  ( 1 )

6

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat ( ĠU L 286, 29.10.2008 )

8

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

26.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 59/2011

tal-25 ta’ Jannar 2011

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-inbejjed li joriġinaw fir-Repubblika tas-Serbja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144(1), b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tas-Serba, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni”), iffirmat fid-29 ta’ April 2008, jinsab fil-proċess ta’ ratifika.

(2)

Il-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r Repubblika tas-Serbja min-naħa l-oħra (2) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim Interim”), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/36/KE (3) tad-29 ta’ April 2008, jistipula l-implimentazzjoni bikrija tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni dwar il-kummerċ u l-materji relatati mal-kummerċ.

(3)

Il-Ftehim Interim u l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jistipulaw li l-inbejjed li joriġinaw fis-Serbja jistgħu jiġu importati fl-Unjoni Ewropea, fil-limiti tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni, u bil-kondizzjoni li l-ebda sussidji fuq l-esportazzjoni ma għandhom jitħallsu għall-esportazzjonijiet ta’ dawn il-kwantitajiet mis-Serbja, b’rata ta’ dazju żero.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ dawk il-kwoti tariffarji tal-Unjoni.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (4), stabbilixxa r-regoli amministrattivi għall-kwoti tariffarji mfassla biex jintużaw skont l-ordni kronoloġika tad-dati tal-approvazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali.

(6)

Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex ikun żgurat li l-importaturi kollha tal-Unjoni jkollhom aċċess ugwali u kontinwu għall-kwoti tariffarji u li jkun applikat bla waqfien id-dazju b’rata żero għall-importazzjonijiet kollha tal-prodotti konċernati fl-Istati Membri sakemm il-kwoti huma eżawriti. Sabiex tkun żgurata l-effiċjenza ta’ amministrazzjoni komuni għal dawk il-kwoti, ma għandhiex tkun ostakolata l-awtorizzazzjoni lill-Istati Membri biex dawn jiġbdu l-kwantitajiet neċessarji mill-volumi tal-kwoti u li jikkorispondu għall-importazzjonijiet attwali. Il-Komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, safejn ikun possibbli għandha ssir permezz tat-trażmissjoni elettronika.

(7)

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Frar 2010, id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Interim u għandu jkompli japplika wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni għas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B’dan infetħet kwota tariffarja tal-importazzjoni b’dazju doganali b’rata żero għall-inbejjed importati fl-Unjoni Ewropea u li joriġinaw fir-Repubblika tas-Serbja kif stabbilit fl-Anness.

2.   Id-dazju b’rata żero hija applikata soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

L-inbejjed importati għandhom ikunu akkumpanjati minn prova tal-oriġini kif stipulat fil-Protokoll 2 tal-Ftehim Interim u tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni;

(b)

l-inbejjed importati ma għandhomx jibbenefikaw minn sussidji fuq l-esportazzjoni

Artikolu 2

Il-kwota tarffarja msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun amministrata mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Frar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 28, 30.1.2010, p. 2.

(3)  ĠU L 28, 30.1.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

Kwoti tariffarji għal inbejjed li joriġinaw fir-Repubblika tas-Serbja u li jiġu importati fl-Unjoni Ewropea

Nru tal-Ordni

Kodiċi NM (1)

Estensjoni TARIC

Deskrizzjoni

Volum tal-kwota annwali (f’hl) (2)

Dazju fuq il-kwota tariffarja

09.1526

2204 10 93

 

Nbid spumanti ta’ kwalità, minbarra Champagne jew Asti spumante; nbid ieħor minn għeneb frisk, f’kontenituri ta’ 2 litri jew anqas

Mill-1 ta’ Frar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010:

53 000  hl.

Mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011 u s-snin sussegwenti:

53 000  hl

Eżenzjoni

2204 10 94

 

2204 10 96

 

2204 10 98

 

2204 21 06

 

2204 21 07

 

2204 21 08

 

2204 21 09

 

ex 2204 21 93

19, 29, 31, 41 u 51

ex 2204 21 94

19, 29, 31, 41 u 51

2204 21 95

 

ex 2204 21 96

11, 21, 31, 41 u 51

2204 21 97

 

ex 2204 21 98

11, 21, 31, 41 u 51

09.1527

2204 29 10

 

Nbid ieħor minn għeneb frisk, f’kontenituri ta’ aktar minn 2 litri

Mill-1 ta’ Frar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010:

10 000  hl.

Mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011 u s-snin sussegwenti:

10 000  hl

Eżenzjoni

2204 29 93

 

ex 2204 29 94

11, 21, 31, 41 u 51

2204 29 95

 

ex 2204 29 96

11, 21, 31, 41 u 51

2204 29 97

 

ex 2204 29 98

11, 21, 31, 41 u 51


(1)  Minkejja r-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, it-test tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies li huwa ta’ valur indikattiv biss, billi l-iskema hija determinata, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, mill-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM. Fejn huma indikati ex-kodiċijiet NM, l-iskema preferenzjali għandha tkun determinata mill-applikazzjoni tal-kodiċi NM flimkien mad-deskrizzjonji korrispondenti.

(2)  Jistgħu jsiru konsultazzjonijiet għat-talba ta’ waħda mill-Partijiet biex il-kwoti jiġu adattati permezz tat-trasferiment ta’ kwantitajiet mill-kwota li tapplika għall-pożizzjoni ex 2204 29 (numru tal-ordni 09.1527) għall-kwota li tapplika l-pożizzjonijiet ex 2204 10 u ex 2204 21 (numru tal-ordni 09.1526).


26.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 60/2011

tal-25 ta’ Jannar 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

78,3

MA

58,9

TN

100,1

TR

102,1

ZZ

84,9

0707 00 05

EG

182,1

JO

84,0

TR

139,2

ZZ

135,1

0709 90 70

MA

49,1

TR

127,7

ZZ

88,4

0709 90 80

EG

66,7

ZZ

66,7

0805 10 20

AR

41,5

BR

41,5

EG

55,2

MA

58,3

TN

49,7

TR

67,1

ZA

41,5

ZZ

50,7

0805 20 10

IL

217,9

MA

58,3

TR

79,6

ZZ

118,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

69,9

IL

93,1

JM

93,8

MA

108,3

PK

51,5

TR

63,4

ZZ

80,0

0805 50 10

AR

45,3

TR

55,5

UY

45,3

ZZ

48,7

0808 10 80

AR

78,5

CA

88,5

CL

81,7

CN

90,2

MK

46,1

NZ

78,5

US

126,2

ZZ

84,2

0808 20 50

CN

73,5

US

130,0

ZA

83,2

ZZ

95,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

26.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Jannar 2011

dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE fir-rigward ta’ miżura ta’ projbizzjoni adottata mill-awtoritajiet tar-Renju Unit fir-rigward tal-ħwejjeġ protettivi għal nies imħarrġa fl-isport tal-iżgirma

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 268)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/49/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 89/686/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (APP) jistipula li fejn Stat Membru jiżgura li apparat personali protettiv bil-marka CE u li hu użat skont l-iskop maħsub tiegħu jista’ jikkomprometti s-sikurezza tal-persuni, tal-annimali domestiċi jew tal-proprjetà, huwa għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex ineħħi mis-suq dan l-apparat personali protettiv, u jipprojbixxi t-tqegħid tiegħu fis-suq jew il-moviment liberu tiegħu.

(2)

Skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati, hija mistennija li tiddikjara jekk issibx din il-miżura ġġustifikata jew le. Jekk il-miżura tinstab li hija ġġustifikata, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri biex dawn ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri xierqa kollha fir-rigward tal-apparat ikkonċernat, b’konformità mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 2(1).

(3)

Fil-25 ta’ Awwissu 2008, l-awtoritajiet tar-Renju Unit innotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea b’miżura li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-ħwejjeġ protettivi ta’ dawk imħarrġa fl-isport tal-iżgirma, ġakketta u qalziet qasir li jasal u jintrabat taħt l-irkoppa (breeches) tat-tip Jiang 350N, manifatturati minn Wuxi Husheng Sports Goods Plant, Donghu Industrial District, Donghutang, WuXi 214196, iċ-Ċina u importati minn Liam Patterson Associates LLP t/a Jiang-UK, 9 Spencer Road, Buxton, Derbyshire, ir-Renju Unit.

(4)

Skont id-dokumenti ppreżentati lill-Kummissjoni Ewropea, dawn il-ħwejjeġ protettivi għall-isport tal-iżgirma kienu soġġetti għal “Ċertifikat ta’ Konformità” bid-data Ottubru 2005, ċertifikat Nru C0508M29HS11 maħruġ minn Ente Certificazione Macchine (Numru tal-Korp Innotifikat 1282).

(5)

L-awtoritajiet tar-Renju Unit indikaw li d-deċiżjoni tagħhom kienet imsejsa fuq il-fatt li l-prodotti kkonċernati naqsu milli jkunu konformi mal-ħtiġiet bażiċi ta’ saħħa u sikurezza (BHSR) li hemm imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/686/KEE minħabba applikazzjoni żbaljata tal-istandards imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tar-Renju Unit indikaw li l-ħwejjeġ protettivi għal nies imħarrġa fl-isport tal-iżgirma ma kellhomx il-livell ta’ reżistenza għall-penetrazzjoni meħtieġ mill-istandard EN 13567:2002 – Ħwejjeġ protettivi – protetturi tal-idejn, tad-dirgħajn, tal-addome, tas-saqajn, tal-ġenitali u tal-wiċċ għal nies imħarrġa fl-isport tal-iżgirma – Ħtiġijiet u metodi tat-testijiet. Id-deċiżjoni tar-Renju Unit kienet appoġġjata minn rapport ta’ test.

(6)

Fis-17 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni kitbet lill-impurtatur u stednitu biex jikkomunika l-osservazzjonijiet tiegħu dwar il-miżura meħuda mill-awtoritajiet tar-Renju Unit. Sa issa, ma waslet l-ebda risposta.

(7)

Fis-17 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni kitbet ukoll lil Ente Certificazione Macchine u stiednet lil dan il-Korp biex jikkomunika l-osservazzjonijiet tiegħu dwar il-miżura meħuda mill-awtoritajiet tar-Renju Unit u, b’mod partikolari, biex jiċċara jekk ħariġx iċ-ċertifikat Nru C0508M29HS11 għall-prodotti inkwistjoni. Sa issa, ma waslet l-ebda risposta.

(8)

Il-Kummissjoni tfakkar li l-ħwejjeġ protettivi għal nies imħarrġa fl-isport tal-iżgirma għandhom ikunu konformi mal-BHSR stabbiliti fit-Taqsima 3.1.1 tal-Anness II tad-Direttiva 89/686/KEE dwar il-protezzjoni kontra l-oġġetti penetranti. Dan ir-rekwiżit huwa appoġġjat mill-ispeċifikazzjonijiet tal-klawsoli minn 4.6 sa 4.8 tal-istandard armonizzat relevanti EN 13567 u mill-ispeċifikazzjonijiet għat-testijiet tal-penetrazzjoni stabbiliti fil-klawsola 5.10 tal-istandard.

Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li l-ħwejjeġ protettivi għal nies imħarrġa fl-isport tal-iżgirma huma soġġetti għall-proċedura tal-istima tal-konformità stabbilita fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 89/686/KEE (eżami tat-tip KE minn Korp Innotifikat). Il-Kummissjoni tinnota li Ente Certificazione Macchine huwa Korp Innotifikat (numru ta’ identifikazzjoni 1282) għad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju (2) u mhux għad-Direttiva tal-APP. Konsegwentement, dak il-Korp ma għandux id-dritt biex jesegwixxi l-proċedura tal-eżami tat-tip KE għall-APP. Ir-referenza minn Ente Certificazione Macchine għan-numru ta’ identifikazzjoni attribwit mill-Kummissjoni fuq “ċertifikat ta’ konformità” għall-APP hija għalhekk qarrieqa.

(9)

Fit-8 ta’ April 2010, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-Awtoritajiet Taljani sabiex tiċċara għalfejn Ente Certificazione Macchine ħareġ iċ-ċertifikat inkwistjoni u talbet lill-Awtoritajiet Taljani biex jieħdu l-miżuri neċessarji biex jintemm l-użu ħażin tan-numru ta’ identifikazzjoni attribwit lil Ente Certificazione Macchine mill-Kummissjoni.

(10)

Fir-risposta tagħhom tat-23 ta’ Ġunju 2010, l-Awtoritajiet Taljani kkonfermaw li Ente Certificazione Macchine uża ħażin in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu u infurmaw lill-Kummissjoni li l-Korp ġie mitlub jieqaf milli jkompli joħroġ ċertifikati bħal dawn u biex jinforma lill-awtorità dwar xi ċertifikati simili li nħarġu.

(11)

Fid-dawl tad-dokumentazzjoni disponibbli, u tal-kummenti tal-partijiet ikkonċernati l-Kummissjoni tikkonsidra li l-Awtoritajiet tar-Renju Unit urew li l-ħwejjeġ protettivi għal nies imħarrġa fl-isport tal-iżgirma, ġakketta u qalziet qasir li jasal u jintrabat taħt l-irkoppa (breeches) tat-tip Jiang 350N, jonqsu milli jkunu konformi mal-BHSR applikabbli tad-Direttiva 89/686/KEE u li dan in-nuqqas ta’ konformità jagħti lok għal riskju serju għall-utenti.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżura ta’ projbizzjoni meħuda mill-awtoritajiet tar-Renju Unit kontra l-ħwejjeġ protettivi għal nies imħarrġa fl-isport tal-iżgirma, ġakketta u qalziet qasir li jasal u jintrabat taħt l-irkoppa (breeches) tat-tip Jiang 350N, manifatturati minn Wuxi Husheng Sports Goods Plant, hija ġġustifikata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi-President


(1)  ĠU L 399, 30.12.1989, p. 18.

(2)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.


Rettifika

26.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/8


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 286, tad-29 ta’ Ottubru 2008 )

Fit-Titolu:

minflok:

“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat”,

aqra:

“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999”.

F’Paġna 8, it-tieni sentenza tal-Artikolu 6(2):

minflok:

“Artikolu 14…”,

aqra:

“Artikolu 13…”.

F’Paġna 28, Anness II, punt 11:

minflok:

“Regolament (KE) Nru…/…(*)”,

aqra:

“Regolament (KE) Nru 1005/2008”.

F’Paġna 31, Anness III, punt 1(c):

minflok:

“Artikolu 13”,

aqra:

“Artikolu 12”.