ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.019.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 19

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
22ta' Jannar 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 53/2011 tal-21 ta’ Jannar 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 54/2011 tal-21 ta’ Jannar 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 447/2010 li jiftaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti, fir-rigward tad-data tal-ħżin tat-trab tal-ħalib xkumat tal-intervent

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 55/2011 tal-21 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

8

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 56/2011 tal-21 ta’ Jannar 2011 li jiffissa l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mis-17 sat-18 ta' Jannar 2011 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta’ Jannar 2011

10

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/37/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2007/884/KE li tawtorizza lir-Renju Unit biex ikompli japplika miżura ta’ deroga mill-Artikoli 26(1)(a), 168 u 169 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

11

 

 

2011/38/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2011 li tawtorizza lil Franza biex tapplika livelli differenti ta’ tassazzjoni fuq fjuwils tal-magni skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE

13

 

 

2011/39/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2011 li taħtar membru Awstrijak u żewġ membri supplenti Awstrijaċi fil-Kumitat tar-Reġjuni

15

 

 

2011/40/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2011 li taħtar membru supplenti Slovakk fil-Kumitat tar-Reġjuni

16

 

 

2011/41/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2011 li taħtar tliet membri Olandiżi u sitt membri supplenti Olandiżi tal-Kumitat tar-Reġjuni

17

 

 

2011/42/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2011 li taħtar membru Pollakk u membru Pollakk supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni

18

 

 

2011/43/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/468/UE li tipprovdi għat-tqegħid temporanju fis-suq tal-varjetajiet ta’ Avena strigosa Schreb. li mhumiex inklużi fil-katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli jew fil-katalgi nazzjonali tal-varjetajiet tal-Istati Membri (notifikata bid-dokument numru C(2011) 156)  ( 1 )

19

 

 

2011/44/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument numru C(2011) 179)  ( 1 )

20

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/45/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Komunità/Kumitat tal-Isvizzera dwar it-trasport intern tat-22 ta’ Diċembru 2010 li temenda l-Anness 1 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq

34

 

 

2011/46/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2011 tal-Kumitat konġunt bejn l-UE u l-Isvizzera tal-14 ta’ Jannar 2011 li temenda t-Tabelli III u IV(b) tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fir-rigward ta’ prodotti agrikoli proċessati

40

 

 

Rettifika

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 47/2011 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 ( ĠU L 18, 21.1.2011 )

43

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

22.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 53/2011

tal-21 ta’ Jannar 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 121, it-tielet u r-raba' subparagrafu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 (2) il-prattiki enoloġiċi awtorizzati huma stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament. L-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) adottat prattiki enoloġiċi ġodda. Sabiex ikun hemm konformità mal-istandards internazzjonali fis-seħħ f’dan il-qasam, u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw il-possibbiltajiet ġodda offruti lill-produtturi ta’ pajjiżi terzi, jeħtieġ li dawn il-prattiki enoloġiċi ġodda jkunu awtorizzati fl-Unjoni taħt il-kundizzjonijiet għall-użu stabbiliti mill-OIV.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 jawtorizza l-użu ta’ enżimi pektolitiċi u preparazzjonijiet enżimatiċi ta’ beta-glukanażi għall-kjarifikazzjoni. Dawn l-enżimi kif ukoll preparazzjonijiet enżimatiċi oħrajn jintużaw ukoll għall-maċerazzjoni, il-kjarifikazzjoni, l-istabbilizzazzjoni, il-filtrazzjoni u l-iżvilupp tal-prekursuri aromatiċi tal-għenba li jinsabu fil-most u fl-inbid. Dawn il-prattiki enoloġiċi huma adottati mill-OIV u jeħtieġ li dawn il-prattiki jkunu awtorizzati taħt il-kundizzjonijiet għall-użu stabbiliti mill-OIV.

(3)

L-inbejjed intitolati għad-denominazzjonijiet protetta tal-oriġini “Malta” u “Gozo” għandhom kontenut ta’ zokkor ta’ aktar minn 45 g/l u jiġu prodotti fi kwantitajiet żgħar. Bl-istess mod, ċerti nbejjed bojod Franċiżi b’indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jista’ jkollhom qawwa alkoħolika totali akbar minn 15 % vol. u kontenut ta’ zokkor ta’ aktar minn 45 g/l. Biex dawn l-inbejjed iżommu tajjeb, l-Istati Membri kkonċernati, Malta u Franza rispettivament, talbu deroga mil-limitu massimu tal-kontenut ta’ diossidu tal-kubrit stabbilit fl-Anness I B tar-Regolament (KE) Nru 606/2009. Dawn l-inbejjed għandhom jissemmew fil-lista ta’ nbejjed li għandhom limitu massimu ta’ kontenut ta’ diossidu tal-kubrit ta’ 300 milligramma għal kull litru.

(4)

L-inbejjed intitolati għall-espressjoni tradizzjonali “Késői szüretelésű bor” għandhom kontenut għoli ħafna ta’ zokkor u jiġu prodotti fi kwantitajiet żgħar. Biex dawn l-inbejjed iżommu tajjeb, l-Ungerija talbet deroga mil-limitu massimu tal-kontenut ta’ diossidu tal-kubrit. Jeħtieġ li jkun awtorizzat limitu massimu ta’ kontenut ta’ diossidu tal-kubrit ta’ 350 milligramma għal kull litru fil-każ ta’ dawn l-inbejjed.

(5)

L-inbejjed intitolati għad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Douro” segwita mill-kliem “colheita tardia” jidderogaw mil-limitu massimu ta’ kontenut ta’ diossidu tal-kubrit. L-inbejjed intitolati għall-indikazzjoni ġeografika protetta “Duriense” għandhom l-istess karatteristiċi ta’ dawn l-inbejjed. Fuq din il-bażi, il-Portugall talab deroga mil-limitu massimu tal-kontenut ta’ diossidu tal-kubrit. Jeħtieġ li jkun awtorizzat limitu massimu ta’ kontenut ta’ diossidu tal-kubrit ta’ 400 milligramma għal kull litru fil-każ ta’ dawn l-inbejjed.

(6)

Biex l-ismijiet tal-varjetajiet tad-dwieli jkunu aktar ċari, jeħtieġ li l-ismijiet tal-varjetajiet ikunu indikati fil-lingwi differenti tal-pajjiżi fejn jintużaw dawn il-varjetajiet.

(7)

Ċerti dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ċerti nbejjed likuri huma differenti mill-ispeċifikazzjonijiet ta’ dawn l-inbejjed. Jeħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet jinbidlu skont l-ispeċifikazzjonijiet inkwistjoni.

(8)

Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 606/2009.

(9)

Il-produzzjoni tal-inbid mill-għeneb maħsud waqt is-sena tal-għasra 2010 diġà bdiet. Sabiex ma jkunx hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-inbid, il-prattiki enoloġiċi l-ġodda għandhom ikunu awtorizzati mill-bidu tas-sena tal-għasra 2010 għall-produtturi kollha. Jeħtieġ li dan ir-Regolament ikun applikabbli retrospettivament mid-data tal-1 ta’ Awwissu 2010, il-bidu tas-sena tal-għasra 2010.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konsistenti mal-opinjoni tal-Kumitat regolatorju stabbilit fl-Artikolu 195(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

L-Anness I A għandu jkun emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

b)

L-Anness I B għandu jkun emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

c)

L-Anness II għandu jkun emendat skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

d)

L-Anness III għandu jkun emendat skont l-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu jibda japplika mill-1 ta’ Awwissu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1.


ANNESS I

L-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 għandu jkun emendat kif ġej:

1)

It-tabella għandha tkun emendata kif ġej:

a)

il-linja 10 għandha tkun sostitwita bil-linja li ġejja:

“10

il-kjarifikazzjoni permezz ta’ waħda jew iżjed mis-sustanzi għall-użu enoloġiku li ġejjin:

il-ġelatina tal-ikel,

proteini veġetali mill-qamħ jew mill-piżelli,

l-isinglass,

il-kaseina u l-kaseinat tal-potassju,

l-albumina tal-bajd,

il-bentonite,

id-diossidu tas-siliċju f’forma ta’ ġell jew soluzzjoni kollojdali,

il-kaolin,

it-tannin,

il-kitosan ta’ oriġini fungali,

il-kitina-glukan ta’ oriġini fungali

 

Għall-ipproċessar tal-inbejjed, il-limitu massimu ta’ użu ta’ kitosan huwa ta’ 100 g/hl.

Għall-ipproċessar tal-inbejjed, il-limitu massimu ta’ użu ta’ kitina-glukan huwa ta’ 100 g/hl.”

b)

għandhom jiżdiedu l-linji li ġejjin:

“44

L-ipproċessar permezz ta’ kitosan ta’ oriġini fungali

Skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi 13

 

45

L-ipproċessar permezz ta’ kitina-glukan ta’ oriġini fungali

Skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi 13

 

46

L-aċidifikazzjoni permezz ta’ pproċessar bl-elettromembrani

Kundizzjonijiet u limiti stipulati fl-Anness XV(a), punti C u D tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u fl-Artikoli 11 u 13 ta’ dan ir-Regolament.

Skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi 14

 

47

Użu ta’ preparazzjonijiet enżimatiċi ta’ użu enoloġiku għall-maċerazzjoni, il-kjarifikazzjoni, l-istabbilizzazzjoni, il-filtrazzjoni u l-iżvilupp tal-prekursuri aromatiċi tal-għenba li jinsabu fil-most u fl-inbid.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9(2) ta’ dan ir-Regolament, il-preparazzjonijiet enżimatiċi u l-attivitajiet enżimatiċi tagħhom (jiġifieri: pektinalażi, metil-esterażi tal-pektina, poligalatturonażi, emiċellulażi, ċellulażi, beta-glukanażi u glikosidażi) għandhom ikunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet dwar il-purezza u l-identità korrispondenti tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali ppubblikat mill-OIV.”

 

2)

L-Appendiċi 1 għandu jitneħħa.

3)

L-Appendiċi 13 u 14 għandhom jiddaħħlu kif ġej:

Appendiċi 13

Rekwiżiti għall-ipproċessar tal-inbejjed permezz ta’ kitosan ta’ oriġini fungali u għall-ipproċessar tal-inbejjed permezz ta’ kitina-glukan ta’ oriġini fungali

Oqsma ta’ applikazzjoni:

a)

Tnaqqis tal-kontenut ta’ metall tqil, b’mod partikolari ħadid, ċomb, kadmju, ram

b)

Prevenzjoni ta’ kontaminazzjoni mill-ħadid u mir-ram,

c)

Tnaqqis ta’ kontaminanti possibbli, b’mod partikolari l-okratossina A

d)

Tnaqqis tal-popolazzjonijiet ta’ mikroorganiżmi mhux mixtieqa, b’mod partikolari l-Brettanomyces, permezz tal-ipproċessar bil-kitosan biss.

Rekwiżiti:

Id-dożi li għandhom jintużaw għandhom jiġu stabbiliti wara analiżi preċedenti. Id-doża massima ta’ użu għandha tkun inqas minn jew ugwali għal:

100 g/hl għall-applikazzjonijiet a) u b),

500 g/hl għall-applikazzjoni c),

10 g/hl għall-applikazzjoni d).

Is-sedimenti għandhom jitneħħew permezz ta’ proċessi fiżiċi.

Appendiċi 14

Rekwiżiti għall-aċidifikazzjoni permezz tal-ipproċessar bl-elettromembrani

Il-membrani katjoniċi għandhom ikunu magħmula b’tali mod li jippermettu biss l-estrazzjoni tal-katjoni u b’mod partikolari tal-katjon K+.

Il-membrani bipolari għandhom ikunu impermeabbli għall-anjoni u għall-katjoni tal-most u tal-inbid.

L-implimentazzjoni tal-ipproċessar għandha ssir taħt ir-responsabbiltà ta’ enologu jew ta’ tekniku kwalifikat.

Il-membrani użati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u tad-Direttiva 2002/72/KE u tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, adottati għall-implimentazzjoni tagħha. Dawn għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-monografija ‘Membrani tal-elettrodijalisi’ tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali ppubblikat mill-OIV.


ANNESS II

Il-parti A(2), tal-Anness I B tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 għandha tkun emendata kif ġej:

1)

il-punt c) għandu jkun emendat kif ġej:

a)

fit-13-il inċiż, għandhom jiddaħħlu dawn is-subinċiżi:

“—

Vin de pays de l’Agenais,

Vin de pays des terroirs landais,

Vin de pays des Landes,

Vin de pays d’Allobrogie,

Vin de pays du Var;”

b)

għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

l-inbejjed ta’ Malta b’qawwa alkoħolika totali tal-volum ogħla minn jew ugwali għal 13,5 % vol. b’kontenut ta’ zokkor ogħla minn jew ugwali għal 45 g/l u intitolati għad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini ‘Malta’ u ‘Gozo’ ”

2)

fil-punt d), għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

l-inbejjed intitolati għall-espressjoni tradizzjonali ‘Késői szüretelésű bor’.”

3)

fil-punt e), id-disa’ inċiż għandu jkun sostitwit b'dan il-kliem:

“—

l-inbejjed bojod intitolati għad-denominazzjoni protetta tal-oriġini ‘Douro’ jew għall-indikazzjoni ġeografika protetta ‘Duriense’, segwita mill-kliem ‘colheita tardia’;”


ANNESS III

Fl-Appendiċi 1 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 606/2009, l-ismijiet tal-varjetajiet tad-dwieli li ġejjin għandhom jiddaħħlu fil-lista, fl-ordni alfabetika xierqa:

“Albariño”, “Macabeo B”, “il-Malvasías kollha” u “il-Muskatelli kollha”.


ANNESS IV

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 għandu jkun emendat kif ġej:

a)

Fil-parti A(4)(a), it-tieni inċiż għandu jkun sostitwit mill-kliem li ġej:

“—

most tal-għeneb ikkonċentrat, most tal-għeneb ikkonċentrat rettifikat jew most tal-għeneb imqadded li miegħu jkun ġie miżjud alkoħol newtrali mid-dwieli biex ma sseħħx il-fermentazzjoni, għall-inbid Spanjol indikat bil-kliem tradizzjonali ‘vino generoso de licor’, bil-kundizzjoni li ż-żieda tal-qawwa alkoħolika totali tal-volum tal-inbid ikkonċernat ma taqbiżx it-8 % vol,”

b)

Il-parti B għandha tkun emendata kif ġej:

i)

fil-punt 3, it-tieni inċiż għandu jkun sostitwit mill-kliem li ġej:

“Madankollu, f’dak li jirrigwarda l-inbejjed likuri bid-denominazzjoni protetta tal-oriġini ‘Málaga’ jew ‘Jerez-Xérès-Sherry’, il-most tal-għeneb imqadded li miegħu jkun ġie miżjud alkoħol newtrali mid-dwieli biex ma sseħħx il-fermentazzjoni, mill-varjetà tad-dielja Pedro Ximénez, jista’ joriġina mir-reġjun ta’ ‘Montilla-Moriles’.”

ii)

fil-punt 10, l-ewwel inċiż għandu jkun sostitwit mill-kliem li ġej:

“—

miksub minn ‘vino generoso’ imsemmi fil-punt 8, jew minn inbid taħt flor xieraq biex jagħti tali ‘vino generoso’, li jkun ġie miżjud kemm b’most tal-għeneb imqadded li jkun ġie miżjud b’alkoħol newtrali tad-dwieli biex ma sseħħx il-fermentazzjoni, kif ukoll minn most ikkonċentrat rettifikat, kif ukoll minn ‘vino dulce natural’,”

c)

L-Appendiċi 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

i)

fil-punt A, fil-lista ta’ Spanja, il-linji li ġejjin għandhom jiddaħħlu fl-ordni alfabetika xierqa:

“Condado de Huelva

Pedro Ximénez

Moscatel

Mistela

Empordà

Mistela

Moscatel”

ii)

fil-punt B.5, fil-lista ta’ Spanja, il-linja li ġejja għandha tiddaħħal fl-ordni alfabetika xierqa:

“Empordà

Garnacha / Garnatxa”

d)

L-Appendiċi 2, għandu jkun emendat kif ġej:

i)

fil-punt A 2, l-inbid likur ta’ denominazzjoni protetta tal-oriġini “Trentino” għandu jitneħħa mil-lista tal-Italja.

ii)

fil-punt A 3, għandha tiżdied il-lista li ġejja:

L-ITALJA

Trentino”

e)

Fl-Appendiċi 3, għandhom jiżdiedu l-ismijiet tal-varjetajiet ta’ dwieli li ġejjin:

“Muskatelli — Garnacha”


22.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 54/2011

tal-21 ta’ Jannar 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 447/2010 li jiftaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti, fir-rigward tad-data tal-ħżin tat-trab tal-ħalib xkumat tal-intervent

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(f) u (j) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 447/2010 tal-21 ta' Mejju 2010 (2) jistabbilixxi li t-trab tal-ħalib xkumat tal-intervent imqiegħed għall-bejgħ kellu jinħażen qabel l-1 ta' Mejju 2009.

(2)

Minħabba s-sitwazzjoni attwali fis-suq tat-trab tal-ħalib xkumat f'termini ta' domanda u prezzijiet u l-livell ta' ħażniet ta' intervent, huwa xieraq li l-butir li nħażen qabel l-1 ta' Novembru 2009 jitqiegħed għall-bejgħ.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 447/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Sabiex it-trab tal-ħalib xkumat jitqiegħed għall-bejgħ mingħajr dewmien, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ b'mod immedjat wara l-pubblikazzjoni ta' dan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 447/2010 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Ambitu

Il-bejgħ, permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti, tat-trab tal-ħalib xkumat maħżun qabel l-1 ta' Novembru 2009, huwa miftuħ skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fit-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Štefan FÜLE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 126, 22.5.2010, p. 19.


22.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 55/2011

tal-21 ta’ Jannar 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

61,3

TN

120,5

TR

96,2

ZZ

92,7

0707 00 05

EG

158,2

JO

87,5

TR

96,8

ZZ

114,2

0709 90 70

MA

37,4

TR

122,4

ZZ

79,9

0709 90 80

EG

66,7

ZZ

66,7

0805 10 20

AR

41,5

BR

41,5

EG

57,7

MA

54,7

TR

68,3

ZA

41,5

ZZ

50,9

0805 20 10

MA

74,8

TR

79,6

ZZ

77,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

69,6

IL

67,2

JM

101,1

MA

109,6

PK

69,0

TR

73,7

ZZ

81,7

0805 50 10

AR

45,3

TR

52,6

UY

45,3

ZZ

47,7

0808 10 80

AR

78,5

CA

96,7

CL

82,0

CN

97,4

MK

54,3

US

140,6

ZZ

91,6

0808 20 50

CN

58,3

NZ

97,8

US

127,9

ZA

101,0

ZZ

96,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


22.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 56/2011

tal-21 ta’ Jannar 2011

li jiffissa l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mis-17 sat-18 ta' Jannar 2011 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta’ Jannar 2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1) u (2) tal-Protokoll Nru 1 (3) tal-ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Tuneżina min-naħa l-oħra (4), jistabbilixxi kwota tariffarja b’dazju doganali ta’ żero għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mhux raffinat li jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM 1509 10 10 u 1509 10 90, prodott kollu kemm hu fit-Tuneżija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż lejn l-Unjoni Ewropea, fil-limiti stipulati għal kull sena.

(2)

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jiftaħ u jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji f’dak li jirrigwarda ż-żejt taż-żebbuġa li joriġina fit-Tuneżija (5) jipprovdi għal limiti kwantitattivi ta’ kull xahar għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, tressqu applikazzjonijiet għand l-awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għal kwantità totali li taqbeż il-limitu pprovdut għax-xahar ta’ Jannar fl-Artikolu 2(2) tar-Regolamernt imsemmi.

(4)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta’ allokazzjoni li jippermetti l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni pro rata għall-kwantità disponibbli.

(5)

Ġaladarba ntlaħaq il-limitu għax-xahar ta’ Jannar, għax-xahar imsemmi ma tista’ tinħareġ l-ebda liċenzja tal-importazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa fis-17 u t-18 ta' Jannar 2011 skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, għandhom jinħarġu skond koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 21,673003 %.

Il-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet mitluba mill-24 ta’ Jannar 2011 huwa sospiż għal Jannar 2011.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 57.

(4)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 2.

(5)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84.


DEĊIŻJONIJIET

22.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/11


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Jannar 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2007/884/KE li tawtorizza lir-Renju Unit biex ikompli japplika miżura ta’ deroga mill-Artikoli 26(1)(a), 168 u 169 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(2011/37/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz ta’ ittra rreġistrata mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fit-22 ta’ Lulju 2010, ir-Renju Unit talab l-awtorizzazzjoni biex tiġi estiża miżura ta’ deroga sabiex jibqa’ jkun hemm restrizzjoni fuq id-dritt ta’ tnaqqis tal-VAT mill-kerrej jew mill-persuna li tieħu b’titolu ta’ lease fuq l-ispejjeż għall-kiri jew il-lease ta’ vettura tal-passiġġieri meta l-vettura ma tintużax esklussivament għal skopijiet kummerċjali.

(2)

Il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra bit-talba tar-Renju Unit permezz ta’ ittra datata t-12 ta’ Ottubru 2010. Permezz ta’ ittra datata l-15 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Renju Unit li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tikkunsidra t-talba.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/884/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 li tawtorizza lir-Renju Unit biex ikompli japplika miżura ta’ deroga mill-Artikoli 26(1)(a), 168 u 169 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), awtorizzat lir-Renju Unit biex jillimita sa 50 % d-dritt tal-kerrej jew ta’ dak li jagħti b’titolu ta’ lease li jnaqqas id-dħul tal-VAT fuq l-ispejjeż għall-kiri jew il-lease ta’ vettura tal-passiġġieri meta l-vettura ma tkunx tintuża esklussivament għal skopijiet kummerċjali. Ir-Renju Unit kien awtorizzat ukoll biex ma jqisx bħala provvisti ta’ servizzi bi ħlas l-użu privat ta’ karozza mikrija jew meħuda b’titolu ta’ lease minn persuna taxxabbli għall-finijiet ta’ negozju tiegħu stess. Din il-miżura ta’ simplifikazzjoni eliminat il-ħtieġa li l-kerrej jew il-persuna li tieħu b’titolu ta’ lease jżommu rekords tal-kilometri li kull karozza tal-impriża tkun għamlet għal skop privat u li jagħti kont għal skopijiet ta’ taxxa dwar il-kilometri reali magħmla minn kull vettura għal skop privat.

(4)

Skont l-informazzjoni mogħtija mir-Renju Unit, il-limitazzjoni ta’ 50 % għadha tikkorrispondi għaċ-ċirkostanzi reali f’dak li jirrigwarda l-użu kummerċjali u dak mhux kummerċjali mill-kerrej jew mill-persuna li tieħu b’titolu ta’ lease tal-vetturi kkonċernati. Għalhekk huwa xieraq li r-Renju Unit ikun awtorizzat biex japplika l-miżura għal perijodu limitat ulterjuri, sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(5)

Meta r-Renju Unit jikkunsidra li hija meħtieġa estensjoni ulterjuri lilhinn mill-2013, għandu jiġi ppreżentat rapport lill-Kummissjoni li jinkludi reviżjoni tal-persentaġġ applikat flimkien mat-talba għal estensjoni, mhux aktar tard mill-1 ta’ April 2013.

(6)

Fid-29 ta’ Ottubru 2004, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 77/388/KEE, issa d-Direttiva 2006/112/KE, li tinkludi l-armonizzazzjoni tal-kategoriji ta’ spejjeż li għalihom jistgħu japplikaw l-esklużjonijiet mid-dritt tat-tnaqqis. Skont din il-proposta, l-esklużjonijiet mid-dritt tat-tnaqqis jistgħu jiġu applikati għal vetturi tat-triq bil-mutur. Il-miżuri ta’ deroga previsti f’din id-Deċiżjoni għandhom jiskadu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ tali Direttiva li temenda, jekk dik id-data tkun qabel id-data ta’ skadenza prevista f’din id-Deċiżjoni.

(7)

Id-deroga m’għandha l-ebda impatt fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mit-taxxa fuq il-valur miżjud.

(8)

Id-Deċiżjoni 2007/884/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2007/884/KE hija sostitwita b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-regoli tal-Unjoni li jiddeterminaw in-nefqa marbuta mal-vetturi tat-triq bil-mutur li ma tikkwalifikax għal tnaqqis totali tal-VAT, jew fil-31 ta’ Diċembru 2013, skont liema tiġi l-ewwel.

Kwalunkwe talba għall-estensjoni tal-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-1 ta’ April 2013.

Kwalunkwe talba għall-estensjoni għandha tkun akkumpanjata b’rapport li jinkludi reviżjoni tal-persentaġġ ta’ restrinzjoni applikat fuq id-dritt għal tnaqqis tal-VAT dovut fuq il-kiri jew il-lease ta’ vetturi li ma jintużawx esklussivament għal skopijiet kummerċjali.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tan-notifika tagħha.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

Gy. MATOLCSY


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 346, 29.12.2007, p. 21.


22.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/13


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Jannar 2011

li tawtorizza lil Franza biex tapplika livelli differenti ta’ tassazzjoni fuq fjuwils tal-magni skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE

(2011/38/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/767/KE tawtorizza lil Franza biex tapplika, għal perjodu ta’ tliet snin, livelli differenti ta’ tassazzjoni fuq nafta u petrol bla ċomb. Dik l-awtorizzazzjoni kienet mitluba, f’dak iż-żmien, fil-kuntest ta’ riforma amministrattiva li tinvolvi d-deċentralizzazzjoni ta’ ċerti setgħat speċifiċi li kienu preċedentement eżerċitati mill-gvern ċentrali. Id-Deċiżjoni 2005/767/KE (2) tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2009.

(2)

Bl-ittra datata 12 ta’ Awwissu 2009, Franza talbet awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika rati ta’ differenza ta’ tassazzjoni taħt l-istess kundizzjonijiet għal sitt snin oħra wara l-31 ta’ Diċembru 2009.

(3)

Id-Deċiżjoni 2005/767/KE kienet adottata fuq il-bażi li l-miżura mitluba minn Franza laħqet ir-rekwiżti stipulati fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE. B’mod partikolari, kien ikkunsidrat li l-miżura mhux se tfixkel it-tħaddim tajjeb tas-suq intern. Kien ikkunsidrat ukoll li kienet f’konformità mal-politiki relevanti tal-Komunità.

(4)

Il-miżura nazzjonali hija parti minn politika maħsuba biex iżżid l-effiċjenza amministrattiva billi ttejjeb il-kwalità u tnaqqas l-ispiża tas-servizzi pubbliċi, kif ukoll hija parti minn politika ta’ sussidjarità. Din toffri lir-reġjuni inċentiv addizzjonali biex itejbu l-kwalità tal-amministrazzjoni tagħhom b’mod trasparenti. F’dan ir-rigward, id-Deċiżjoni 2005/767/KE teħtieġ li t-tnaqqis ikun marbut mal-kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi tar-reġjuni fejn huma applikati. B’mod ġenerali, il-miżura nazzjonali hi bbażata fuq kunsiderazzjonijiet ta’ politika speċifiċi.

(5)

Il-limiti stretti stabbiliti għad-differenza tar-rati fuq bażi reġjonali kif ukoll l-esklużjoni tan-nafta użat għall-skopijiet kummerċjali mill-miżura jimplikaw li r-riskju ta’ distorsjonijiet kompetittivi fis-suq intern huwa baxx ħafna. Barra minn hekk, l-applikazzjoni tal-miżura sa issa wriet tendenza qawwija ta’ reġjuni li jimponu r-rata massima permessa u li din kompliet tnaqqas kull distorsjoni kompetittiv potenzjali.

(6)

L-ebda ostaklu għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern ma kien irrappurtat fir-rigward, b’mod partikolari, iċ-ċirkulazzjoni tal-prodotti kkonċernati fil-kapaċità tagħhom bħala prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa.

(7)

Meta ġiet oriġinarjament mitluba, il-miżura nazzjonali kienet preċeduta minn żieda fit-taxxa ugwali għall-marġini għal tnaqqis reġjonali. F’dan il-kuntest u fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni kif ukoll tal-esperjenza miġbura, f’dan l-istadju ma jidhirx li l-miżura nazzjonali hija f’kunflitt mal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima.

(8)

Mill-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 2003/96/KE joħroġ li kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dak l-Artikolu trid tkun limitata b’mod strett biż-żmien. Minħabba l-iżviluppi possibbli futuri tal-qafas tal-Unjoni dwar l-enerġija u t-tassazzjoni, din l-awtorizzazzjoni għandha tiġi limitata għall-perjodu ta’ tliet snin. Barra minn hekk huwa xieraq ukoll li tiġi evitata kwalunkwe qabża ta’ żmien fir-rigward tal-applikazzjoni tal-awtroizzazzjoni.

ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Franza hija hawnhekk awtorizzata biex tapplika rati mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq petrol bla ċomb u nafta użat bħala fjuwil. In-nafta għall-użu kummerċjali fi ħdan it-tifsira tal-Artikoli 7(2) tad-Direttiva 2003/96/KE mhux se jkun eliġibbli għal kull tnaqqis bħal dan.

2.   Ir-reġjuni amministrattivi jistgħu jkunu permessi li japplikaw tnaqqis differenzjati sakemm dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a)

It-tnaqqis mhuwiex iktar minn EUR 35,4 għal kull 1 000 litru ta’ petrol bla ċomb jew EUR 23,0 għal kull 1 000 litru ta’ nafta;

(b)

it-tnaqqis mhuwiex iktar mid-differenza bejn il-livelli ta’ tassazzjoni għan-nafta għall-użu mhux kummerċjali u nafta għall-użu kummerjċali;

(c)

it-tnaqqis huwa marbut mal-għanijiet tal-kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi tar-reġjuni fejn huma applikati;

(d)

L-applikazzjoni tat-tnaqqis reġjonali ma jkolliex l-effett li tagħti reġjun vantaġġ kompetittiv fil-kummerċ intra-Unjoni.

3.   Ir-rati mnaqqsa jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/96/KE, u b’mod partikolari mar-rati minimi tabbiliti fl-Artikolu 7.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tan-notifika tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Hija għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

Gy. MATOLCSY


(1)  ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.

(2)  ĠU L 290, 4.11.2005, p. 25.


22.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Jannar 2011

li taħtar membru Awstrijak u żewġ membri supplenti Awstrijaċi fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2011/39/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Awstrijak,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE u 2010/29/UE li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015 (1).

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Franz VOVES sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Hermann SCHÜTZENHÖFER u s-Sur Walter PRIOR saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Landesrat Dr. Christian BUCHMANN, Landesrat in der Steiermärkischen Landesregierung

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sinjura Landesrätin Mag. Elisabeth GROSSMANN, Landesrätin in der Steiermärkischen Landesregierung

Is-Sur Klubobmann Christian ILLEDITS, Abgeordneter zum Burgenländischen Landtag; Klubobmann der SPÖ-Fraktion.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

Gy. MATOLCSY


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22, u ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


22.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Jannar 2011

li taħtar membru supplenti Slovakk fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2011/40/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Slovakk,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE u 2010/29/UE li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015 (1).

(2)

Post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara tmiem il-mandat tas-Sur Pavol FREŠO,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

Mr Juraj BLANÁR

predseda Žilinského samosprávneho kraja

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

Gy. MATOLCSY


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22 u ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


22.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Jannar 2011

li taħtar tliet membri Olandiżi u sitt membri supplenti Olandiżi tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2011/41/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Olandiż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/EU u 2010/29/EU li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015 (1).

(2)

Il-postijiet ta’ tliet membri fil-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti b’segwitu għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Annemarie JORRITSMA-LEBBINK, is-Sinjura Luzette WAGENAAR-KROON u s-Sur Rob BATS.

(3)

Il-postijiet ta’ erba’ membri supplenti saru vakanti b’segwitu għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Ellie FRANSSEN, is-Sur Job COHEN, is-Sinjura Rinda DEN BESTEN u s-Sur Hendrikus DE LANGE.

(4)

Il-postijiet ta’ żewġ membri supplenti ser isiru vakanti b’segwitu tal-ħatra tas-Sur Hans KOK u s-Sur Henk KOOL bħala membri tal-Kumitat tar-Reġjuni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membri:

Is-Sur H.A.J. (Hans) KOK, Burgemeester (Sindku ta’ ‘t Hof van Twente)

Is-Sur H.P.M (Henk) KOOL, Wethouder (alderman tal-Aja)

Is-Sur S.B. (Sipke) SWIERSTRA, Gedeputeerde (membru tal-Kunsil Eżekuttiv) tal-Provinċja ta’ Drenthe

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur H.A.J. (Henk) AALDERINK, Burgemeester (Sindku ta’ Bronckhorst)

Is-Sur (Jean Paul) GEBBEN, Burgemeester (Sindku ta’ Renkum)

Is-Sur J.P.W. (Jan Willem) GROOT, Wethouder (alderman ta’ Amstelveen)

Is-Sinjura L.W.C.M. (Loes) van der MEIJS, Wethouder (alderman ta’ Doetinchem)

Is-Sur N.A. (André) van de NADORT, Burgemeester (Sindku ta’ Ten Boer)

Is-Sur F. (Frank) de VRIES, Wethouder (alderman ta’ Groningen)

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2011.

Ghall-Kunsill

Il-President

Gy. MATOLCSY


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22, u ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


22.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Jannar 2011

li taħtar membru Pollakk u membru Pollakk supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2011/42/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Pollakk,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE u 2010/29/UE li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015 (1).

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Jerzy KROPIWNICKI sar vakanti post ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Post ta’ membru supplenti ser isir vakanti wara l-ħatra tas-Sur Tadeusz TRUSKOLASKI bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membru:

Tadeusz TRUSKOLASKI, Prezydent Miasta Bialegostoku

u

(b)

bħala membru supplenti:

Pawel ADAMOWICZ, Prezydent Miasta Gdańska

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

Gy. MATOLCSY


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22, u ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


22.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Jannar 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2010/468/UE li tipprovdi għat-tqegħid temporanju fis-suq tal-varjetajiet ta’ Avena strigosa Schreb. li mhumiex inklużi fil-katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli jew fil-katalgi nazzjonali tal-varjetajiet tal-Istati Membri

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 156)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/43/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież [ċereali] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/468/UE (2) tawtorizza, sal-31 ta’ Diċembru 2010, it-tqegħid fis-suq fl-Unjoni taż-żerriegħa tal-varjetajiet ta’ Avena strigosa Schreb. (minn hawn ’il quddiem ‘A. strigosa’) li mhumiex inklużi fil-katalgi komuni ta’ varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli jew fil-katalgi nazzjonali tal-varjetajiet tal-Istati Membri.

(2)

Id-diffikultajiet temporanji fil-provvista ġenerali tal-A. strigosa u li kienu r-raġuni għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2010/468/UE għadhom hemm. Għaldaqstant hemm bżonn li jiġi estiż il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni stipulata f’dik id-Deċiżjoni.

(3)

Mill-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jidher li għall-2011 hemm bżonn ta’ kwantità totali addizzjonali ta’ 5 130 tunnellata biex jiġu solvuti dawn id-diffikultajiet fil-provvista, minħabba li l-Belġju indika lill-Kummissjoni li għal dak il-perjodu għandu bżonn kwantità ta’ 300 tunnellata, Franza kwantità ta’ 3 700 tunnellata, il-Ġermanja kwantità ta’ 300 tunnellata, l-Italja kwantità ta’ 280 tunnellata, Spanja kwantità ta’ 300 tunnellata u l-Portugall kwantità ta’ 250 tunnellata.

(4)

Id-Deċiżjoni 2010/468/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal Propagattiv għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/468/UE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, il-kliem ‘31 ta’ Diċembru 2010’ għandu jinbidel b’‘31 ta’ Diċembru 2011’;

(b)

Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

‘2.   Il-kwantità totali ta’ żerriegħa awtorizzata għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni skont din id-Deċiżjoni ma għandhiex taqbeż l-4 970 tunnellata fl-2010. Il-kwantità totali ta’ żerriegħa awtorizzata għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni skont din id-Deċiżjoni ma għandhiex taqbeż il-5 130 tunnellata fl-2011.’

(2)

Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 il-kliem ‘31 ta’ Diċembru 2010’ għandu jinbidel b’‘31 ta’ Diċembru 2011’.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66.

(2)  ĠU L 226, 28.8.2010, p. 46.


22.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Jannar 2011

dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 179)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/44/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Jannar 2011 il-Bulgarija rraportat każ tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer f’ċingjal maqtul fir-reġjun ta’ Burgas fix-Xlokk tal-Bulgarija f’żona ta’ sorveljanza rinforzata mal-fruntiera tat-Turkija. Il-Kummissjoni għalhekk adottat id-Deċiżjoni 2011/8/UE tas-6 ta’ Jannar 2011 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (3).

(2)

Fid-9 ta’ Jannar 2011 il-Bulgarija rraportat tifqigħat tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer f’annimali ħajjin fl-istess żona. Is-sitwazzjoni epidemoloġika titlob ir-reviżjoni tal-miżuri li kienu adottati qabel, fid-dawl tal-informazzjoni mogħtija mill-Bulgarija u tad-diskussjonijiet mal-Istati Membri fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tat-12 ta’ Jannar 2011.

(3)

Il-qagħda tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija tista’ tipperikola l-merħliet fl-Istati Membri l-oħra, fid-dawl tal-kummerċ ta’ annimali bijungulati ħajjin u tat-tqegħid fis-suq ta’ ċerti prodotti tagħhom.

(4)

Il-Bulgarija ħadet il-miżuri fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (4), partikolarment il-miżuri previsti fis-Sezzjoni 3 tal-Kapitolu II u fl-Artikolu 85(4) tagħha.

(5)

It-territorju sħiħ tal-Bulgarija huwa suġġett għar-restrizzjonijiet tal-Artikoli 2, 4, 5, 6, 8b u 11 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (5). Madankollu, billi hija elenkata fil-Parti II tal-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni, il-Bulgarija, f’ċerti kundizzjonijiet sanitarji, tista’ tibgħat laħam tal-majjal frisk u preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u prodotti li jsiru minn dan il-laħam.

(6)

Minħabba l-qagħda tal-marda fil-Bulgarija jeħtieġ li jissaħħu l-miżuri ta’ kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fil-Bulgarija.

(7)

Huwa xieraq li jiġu ddefiniti bħala miżura permanenti ż-żoni ta’ riskju għoli u baxx fl-Istati Membri affettwati u li tiġi stipulata l-projbizzjoni fuq id-dispaċċ ta’ annimali suxxettibbli miż-żoni ta’ riskju għoli u baxx u fuq id-dispaċċ ta’ prodotti li joriġinaw minn annimali suxxettibbli fiż-żona ta’ riskju għoli. Id-Deċiżjoni għandha wkoll tistipula r-regoli applikabbli għad-dispaċċ minn dawk iż-żoni ta’ prodotti sikuri li jew kienu prodotti qabel ir-restrizzjonijiet, minn materja prima li oriġinat minn barra ż-żoni ristretti jew li għaddew minn trattament li kien ippruvat effettiv f’li jinattiva l-possibilità tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

(8)

Id-daqs taż-żoni definiti ta’ riskju huwa funzjoni diretta tar-riżultat minn traċċar ta’ kuntatti possibbli ma’ azjenda infettata u jqis il-possibilità li jkunu implimentati kontrolli suffiċjenti dwar il-moviment ta’ annimali u prodotti. F’dan il-waqt u fuq il-bażi tal-informazzjoni provduta mill-Bulgarija, ir-reġjun sħiħ ta’ Burgas għandu jibqa’ żona ta’ riskju għoli għalissa.

(9)

Il-projbizzjoni tad-dispaċċ għandha tkopri biss prodotti li ġejjin minn annimali ta’ speċi suxxettibbli li ġejjin minn jew inkisbu minn annimali li joriġinaw fiż-żoni ta’ riskju għoli elenkati fl-Anness I u ma għandhiex teffettwa t-tranżitu minn dawn iż-żoni ta’ prodotti bħal dawn li jkunu ġejjin minn jew inkisbu minn annimali li joriġinaw f’żoni oħra.

(10)

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (6), tirrigwarda problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini u suwini.

(11)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE (7), tirrigwarda kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intrakomunitarju fl-animali ovini u kaprini.

(12)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE (8), tirrigwarda, fost l-oħrajn, il-kummerċ ta’ bijungulati oħra u fis-semen, l-ova u l-embrijuni tan-nagħaġ u l-mogħoż, u tal-embrijuni ta’ annimali porċini.

(13)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (9) jirrigwarda, fost l-oħrajn, il-kundizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u l-bejgħ ta’ laħam frisk, laħam ikkapuljat, laħam separat mekkanikament, preparati tal-laħam, laħam tal-kaċċa minn stabbilimenti agrikoli, prodotti tal-laħam, inklużi stonkijiet, vexxiki (bżieżaq) u msaren ittrattati, u prodotti tal-ħalib.

(14)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (10) jirrigwarda, fost l-oħrajn, l-immarkar sanitarju ta’ ikel li joriġina mill-annimali.

(15)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (11) tipprovdi għat-trattament speċifiku tal-prodotti tal-laħam li jiżgura l-inattivazzjoni tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali.

(16)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/304/KE tal-11 ta’ April 2001 dwar l-immarkar u l-użu ta’ ċerti prodotti tal-annimali skont id-Deċiżjoni 2001/172/KE dwar miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (12) tirrigwarda marka sanitarja speċifika li għandha tkun applikata għal ċerti prodotti ta’ oriġini mill-annimali li għandhom ikunu ristretti għas-suq nazzjonali. Huwa xieraq li jiġu stipulati f’Anness separat marki simili fil-każ ta’ marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija.

(17)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE (13) tistipula r-rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f’regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A (I) mad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE.

(18)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (14) jipprovdi għal firxa ta’ trattamenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali li huma tajbin biex jinattivaw il-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

(19)

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE (15) tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ semen iffriżat ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini.

(20)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE (16) tirrigwarda kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-komunitarju u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina.

(21)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE (17) tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi porċina.

(22)

Il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni tas-semen, ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ovina u kaprina u tal-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi porċina huma stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE tas-26 ta’ Awwissu 2010 li tistabbilixxi mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina, ovina u kaprina u tal-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi porċina (18).

(23)

Sa fejn prodotti mediċinali definiti fid-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward prodotti medicinali veterinarji (19), id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali għal użu uman (20), u d-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri relatati mal-implimentazzjoni ta’ prattika klinika tajba fil-mod kif isiru l-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għal użu uman (21) ma għadhomx jaqgħu aktar fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. Huma għandhom ikunu esklużi minn restrizzjonijiet marbuta mas-saħħa tal-annimali stabbiliti minn din id-Deċiżjoni.

(24)

L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta’ April 2007 rigward listi ta’ annimali u prodotti soġġetti għal kontrolli f’postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE (22) jistipula deroga mill-iċċekkjar veterinarju għal ċerti prodotti li jkun fihom prodotti tal-annimali. Huwa xieraq li jitħalla jsir dispaċċ miż-żoni ta’ riskju għoli ta’ prodotti bħal dawn skont sistema ta’ ċertifikazzjoni simplifikata.

(25)

Ir-riskju tal-imxija tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-Unjoni Ewropea minħabba l-movimenti u l-kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali ta’ natura mhux kummerċjali għandha tiġi kkunsidrata fid-dawl tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija. Għalhekk dawn il-movimenti għandhom jinżammu biex tkun evitata aktar imxija tal-marda. Il-Bulgarija għandha tiżgura li l-konformità mar-restrizzjonijiet imposti minn din id-Deċiżjoni fuq ċerti prodotti li ġejjin minn annimali tal-ispeċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer hija żgurata ukoll mil-lat tal-moviment mhux kummerċjali ta’ dawn il-prodotti. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jissorveljaw il-bagalji personali ta’ passiġġieri partikolarment dawk li jivvjaġġaw miż-żoni ta’ riskju għoli kif ukoll f’kampanji ta’ tagħrif biex jiġi evitat li jiddaħħlu prodotti ta’ oriġini mill-annimali fit-territorji ta’ Stati Membri għajr il-Bulgarija.

(26)

L-Istati Membri barra l-Bulgarija għandhom jappoġġjaw il-miżuri ta’ kontroll tal-marda li jsiru fiż-żoni affettwati billi jiżguraw li annimali suxxettibbli ħajjin ma jintbagħtux lejn dawk iż-żoni.

(27)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KEE tas-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (23) tipprovdi għal mekkaniżmu biex ikunu kkumpensati azjendi effettwati għal telf li jkun sar minħabba f’ miżuri ta’ kontroll tal-marda.

(28)

Is-sitwazzjoni tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer ġiet riveduta fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tat-12 ta’ Jannar 2011 u l-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni 2011/8/UE ġew adattati fid-dawl tal-informazzjoni mibgħuta mill-Bulgarija dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni epidemoloġika. Id-Deċiżjoni 2011/8/KE għandha għalhekk titħassar u tiġi midbdula b’ din id-Deċiżjoni.

(29)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Annimali ħajjin

1.   Il-Bulgarija għandha tiżgura li l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 7 ta’ dan l-Artikolu ikunu sodisfatti, mingħajr ħsara għall-miżuri meħuda minn dak l-Istat Membru fi ħdan il-qafas:

(a)

tad-Direttiva 2003/85/KE, u

(b)

tad-Decizjoni 2008/855/KE.

2.   Ebda annimal ħaj tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u ta’ bijungulati oħra ma għandu jiġi spostat bejn iż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II.

3.   Ebda annimal ħaj tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u ta’ bijungulati oħra ma jintbagħat minn jew jiġi spostat bejn iż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II.

4.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija jistgħu jawtorizzaw it-tranżitu dirett u bla interruzzjoni ta’ annimali bijungulati bejn iż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II f’toroq prinċipali u f’linji tal-ferroviji.

5.   Iċ-ċertifikati tas-saħħa, kif previst fid-Direttiva 64/432/KEE għall-annimali bovini ħajjin u, mingħajr ħsara għall-Artikoli 8b u 9 tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, għall-annimali porċini u fid-Direttiva 91/68/KEE għall-annimali ovini u kaprini ħajjin, annimali supplementari mibgħuta minn partijiet tat-territorju tal-Bulgarija li mhumiex elenkati fl-Anness I u l-Anness II lil Stati Membri oħra għandu jkun fihom il-kliem li ġejjin:

“Annimali konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (*).

6.   Iċ-ċertifikati tas-saħħa li jakkumpanjaw il-bijungulati, għajr dawk koperti biċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 5, mibgħuta minn partijiet tat-territorju tal-Bulgarija li mhumiex elenkati fl-Anness I u l-Anness II lil Stati Membri oħra għandu jkun fihom il-kliem li ġejjin:

“Bijungulati ħajjin konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (**).

7.   Annimali akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali kif imsemmi fil-paragrafi 5 u 6 jistgħu biss jintbagħtu lejn Stati Membri oħra jekk l-awtorità veterinarja lokali fil-Bulgarija tkun innotifikat, tlitt ijiem qabel il-moviment, lill-awtoritajiet veterinarji ċentrali u lokali fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

8.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija jistgħu jawtorizzaw it-trasport ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer mill-azjenda li tinsab fiż-żoni elenkati fl-Anness II għal biċċerija li tinsab fiż-żoni elenkati fl-Anness I.

9.   Skont id-deroga mill-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tal-Bulgarija tista’ tawtorizza t-trasport ta’ ħnieżer li ġejjin minn azjendi barra ż-żona ta’ sorveljanza stabbilita skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2003/85/KE għall-qtil immedjat f’biċċeriji nnominati li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness II taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-ħnieżer ġejjin minn azjendi fiż-żona elenkata fl-Anness I minn fejn jista’ jitqassam laħam tal-majjal frisk u preparati tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu jew li fihom laħam ta’ dawk il-ħnieżer skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/855/KE;

L-awtoritajiet veterinarji ċentrali tal-Bulgarija għandhom jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni il-lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

(b)

matul il-21 jum qabel id-data tat-trasport lejn il-biċċerija, l-annimali nżammu taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji kompetenti f’azjenda waħda li tkun tinsab fiċ-ċentru ta’ ċirku madwar l-istabbiliment b’radju ta’ mil-inqas 10 km, fejn ma kienx hemm tifqigħat tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, għal mil-inqas 30 jum qabel id-data tat-tagħbija.

(ċ)

l-ebda annimal ta’ speċi suxxettibli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer ma ġie introdott fl-azjenda imsemmija fis-sentenza introduttorja ta’ dan il-paragrafu matul il-21 jum qabel id-data tat-tagħbija, għajr fil-każ ta’ ħnieżer li ġejjin minn azjenda ta’ forniment li tikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (b), u f’dan il-każ il-perjodu ta’ 21 jum jista’ jitnaqqas għal 7 ijiem;

(d)

it-trasport tal-ħnieżer huwa awtorizzat biss wara t-tlestija sodisfaċenti tal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2003/85/KE.

Artikolu 2

Laħmijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “laħmijiet” jinkludu “laħam frisk”, “laħam ikkapuljat”, “laħam separat mekkanikament” u “preparati tal-laħam” kif definiti fil-punti 1.10, 1.13, 1.14 u 1.15 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

2.   Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat laħmijiet tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina jew porċina u bijungulati oħra li ġejjin jew li nkisbu minn annimali li joriġinaw fiż-żoni elenkati fl-Anness I.

3.   Laħmijiet li mhumiex eliġibbli biex jintbagħtu mill-Bulgarija skont din id-Deċiżjoni għandhom ikunu mmarkati skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1), tad-Direttiva 2002/99/KE jew skont l-Anness IV.

4.   Mingħajr ħsara għall-Artikoli 6 u 8b tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-projbizzjoni mniżżla fil-paragrafu 2 ma għandhiex tapplika għal laħmijiet li jkollhom il-marka tas-saħħa fi qbil mal-Kapitolu III tas-Sezzjoni I tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004, sakemm:

(a)

il-laħam ikun identifikat b’mod ċar, u li kien trasportat u maħżun mid-data tal-produzzjoni separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli, skont din id-Deċiżjoni, għal dispaċċ barra ż-żoni elenkati fl-Anness I;

(b)

il-laħam ikun konformi ma’ waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ikun inkiseb qabel il-9 ta’ Diċembru 2010; jew

(ii)

ikun ġej minn annimali mrobbija għal mill-inqas 90 jum, jew minn twelidhom jekk għandhom età ta’ inqas minn 90 jum, qabel id-data tal-qatla u li nqatlu, jew fil-każ ta’ laħam li nkiseb mill-kaċċa selvaġġa ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer li nqatlu, barra miż-żoni elenkati fl-Anness I u II; jew

(iii)

li jikkonforma mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (c), (d) u (e);

(ċ)

il-laħam inkiseb minn ungulati domestiċi jew minn annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer, kif speċifikat għall-kategorija rispettiva ta’ laħam f’waħda mill-kolonni xierqa minn 4 sa 7 fl-Anness III, u jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-annimali trabbew għal mill-inqas 90 jum qabel id-data tal-qtil, jew minn twelidhom jekk għandhom età ta’ inqas minn 90 jum, f’azjendi li jinsabu fi ħdan iż-żoni speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 tal-Anness III, fejn ma kien hemm l-ebda tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer matul mill-inqas 90 jum qabel id-data tal-qatla;

(ii)

matul il-21 jum qabel id-data ta’ trasport lejn il-biċċerija, jew fil-każ ta’ annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer qabel id-data tal-qtil fir-razzett, l-annimali baqgħu taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji kompetenti f’azjenda waħda li tinsab fiċ-ċentru ta’ ċirku b’radju ta’ mill-inqas 10 km madwar l-istabbiliment, fejn ma kienx hemm tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer matul mill-inqas 30 jum qabel id-data tat-tagħbija;

(iii)

l-ebda annimali ta’ speċi suxxettibli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer ma kien introdott fl-azjenda msemmija fil-punt (ii) matul il-21 jum qabel id-data tat-tagħbija, jew fil-każ ta’ annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer qabel id-data tal-qatla fir-razzett, minbarra fil-każ ta’ ħnieżer li ġejjin minn azjenda ta’ forniment li tikkonforma mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punt (ii), li f’dan il-każ il-perjodu ta’ 21 jum jista’ jitnaqqas għal 7 t ijiem;

Minkejja dan, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-introduzzjoni fl-azjenda msemmija fil-punt (ii) ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (i) u (ii) u li

ġejjin minn azjenda fejn l-ebda annimal ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer ma kien introdott matul il-21 jum qabel id-data ta’ trasport lejn l-azjenda msemmija fil-punt (ii), ħlief fil-każ ta’ ħnieżer li ġejjin minn azjenda ta’ forniment li f’dan il-każ il-perjodu ta’ 21 jum jista’ jitnaqqas għal 7 t ijiem; jew

kienu soġġetti b’riżultati negattivi għal test għall-antikorpi kontra l-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer imwettaq fuq kampjun tad-demm li ttieħed fi żmien għaxart ijiem qabel id-data ta’ trasport lejn l-azjenda msemmija fil-punt (ii); jew

li ġejjin minn azjenda li kienet soġġetta b’riżultati negattivi għal servej serjoloġiku skont protokoll ta’ teħid ta’ kampjuni adattat sabiex jiżvela 5 % prevalenza tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer b’mill-inqas 95 % livell ta’ fiduċja;

(iv)

l-annimali jew, fil-każ ta’ annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer li nqatlu fir-razzett, il-karkassi ġew ittrasportati taħt kontroll uffiċjali f’mezzi tat-trasport li tnaddfu u ġew diżinfettati qabel it-tagħbija mill-istabbiliment imsemmi fil-punt (ii) lejn il-biċċerija nnominata;

(v)

l-annimali tbiċċru f’inqas minn 24 siegħa wara l-ħin tal-wasla fil-biċċerija u separatament minn annimali li laħamhom mhuwiex eliġibbli għad-dispaċċ miż-żona elenkata fl-Anness I;

(d)

il-laħam, jekk immarkat pożittiv fil-kolonna 8 tal-Anness III, inkiseb minn annimali tal-kaċċa ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer, li nqatlu f’żoni fejn ma kien hemm l-ebda tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal mill-inqas perjodu ta’ 90 jum qabel id-data tal-qatla u f’distanza ta’ mill-inqas 20 km miż-żoni mhumiex speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 tal-Anness III;

(e)

Laħam imsemmi fil-punti (c) u (d) irid ukoll jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

id-dispaċċ ta’ laħam tali għandu jkun awtorizzat biss mill-awtorità veterinarja kompetenti tal-Bulgarija, jekk

l-annimali msemmija fil-punt (c)(iv) kienu ttrasportati lejn l-istabbiliment mingħajr kuntatt ma’ azjendi li jinsabu f’żoni mhux speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 tal-Anness III; u

l-istabbiliment ma jinsabx fiż-żona ta’ protezzjoni;

(ii)

il-laħam huwa f’kull mument identifikat b’mod ċar, u jkun ittrattat, ittrasportat u maħżun separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli għad-dispaċċ miż-żoni elenkati fl-Anness I;

(iii)

matul l-ispezzjoni post-mortem mill-veterinarju uffiċjali fl-istabbiliment tad-dispaċċ, jew fil-każ ta’ qtil fir-razzett ta’ annimali tal-kaċċa mrobbija fir-razzett ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer li jinsabu fl-azjenda msemmija fil-punt (c)(ii), jew fil-każ ta’ kaċċa ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-istabbiliment ta’ ġestjoni tal-annimali tal-kaċċa, l-ebda sinjal kliniku jew evidenza post-mortem tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer ma ġew stabbiliti;

(iv)

il-laħam baqa’ fl-istabbilimenti jew l-azjendi msemmija fil-punt (e)(iii) għal mill-inqas 24 siegħa wara l-ispezzjoni post-mortem tal-annimali msemmija fil-punti (c) u (d),

(v)

kull preparazzjoni ulterjuri tal-laħam għad-dispaċċ barra miż-żona elenkata fl-Anness I għandha tiġi sospiża:

fil-każ fejn il-marda tal-ilsien u d-dwiefer ġiet dijanjostikata fl-istabbilimenti jew l-azjendi msemmija fil-punt (e)(iii), sakemm jitlesta kompletament il-qtil tal-annimali kollha preżenti u t-tneħħija tal-laħam u l-annimali kollha, u jkunu għaddew mill-inqas 24 siegħa mit-tlestija tat-tindif u d-diżinfezzjoni totali ta’ dawk l-istabbilimenti u l-azjendi taħt kontroll ta’ veterinarju uffiċjali, u

fil-każ ta’ tbiċċir fl-istess stabbiliment ta’ annimali suxxettibbli għal marda tal-ilsien u d-dwiefer li ġejjin minn azjendi li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-punt 4(c) jew (d), sakemm jitlestew it-tbiċċir ta’ annimali tali u t-tindif u d-diżinfestazzjoni ta’ dawk l-istabbilimenti taħt il-kontroll ta’ veterinarju uffiċjali;

(vi)

l-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni lista ta’ dawk l-istabbilimenti u l-azjendi li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punti (c), (d) u (e).

5.   Il-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 3 u 4 għandha tkun iċċekkjata mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

6.   Mingħajr ħsara għall-Artikoli 6 u 8b tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika għal-laħam frisk minn annimali mrobbija barra ż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II u ttrasportati, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 1(2) u (3), direttament u taħt kontroll uffiċjali mingħajr kuntatt ma’ azjendi li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness I barra ż-żona ta’ protezzjoni għal tbiċċir immedjat, bil-kondizzjoni li laħam frisk ta’ din ix-xorta jitqiegħed fis-suq biss fiż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II u li dan jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

kull laħam frisk ta’ din ix-xorta għandu jkun immarkat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/99/KE jew skont l-Anness IV għal din id-Deċiżjoni;

(b)

il-biċċerija

(i)

hija operata taħt kontroll veterinarju strett;

(ii)

tissospendi kull preparazzjoni ulterjuri ta’ laħam għal dispaċċ ‘il barra miż-żoni elenkati fl-Anness I fil-każ ta’ tbiċċir fl-istess biċċerija ta’ annimali suxxettibbli għal marda tal-ilsien u d-dwiefer li ġejjin minn azjendi li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness I, sakemm jitlesta l-qtil ta’ annimali tali u t-tindif u d-diżinfestazzjoni ta’ dawk il-biċċeriji taħt il-kontroll ta’ veterinarju uffiċjali;

(ċ)

il-laħam frisk ikun identifikat b’mod ċar, u jkun ittrasportat u maħżun separatament minn laħam li huwa eliġibbli biex jintbagħat barra mill-Bulgarija.

Il-konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu għandha tkun iċċekkjata mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

L-awtoritajiet veterinarji ċentrali tal-Bulgarija għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

7.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ma għandhiex tapplika għal-laħam frisk minn impjanti tat-tqattigħ li jinsabu barra miż-żoni elenkati fl-Anness I bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

fl-istess jum, f’dak l-impjant tat-tqattigħ jiġi pproċessat laħam frisk biss kif deskritt fil-paragrafu 4(b).

Wara l-ipproċessar ta’ kwalunkwe laħam li ma jissodisfax dan ir-rekwiżit, isir it-tindif u d-diżinfezzjoni;

(b)

kull laħam jeħtieġlu jkollu fuqu l-marka sanitarja bi qbil mal-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004/KE;

(ċ)

l-impjant tat-tqattigħ ikun imħaddem taħt kontroll veterinarju strett,

(d)

il-laħam frisk ikun identifikat b’mod ċar, u jkun ittrasportat u maħżun separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli biex jintbagħat barra miż-żoni elenkati fl-Anness I.

Il-konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu għandha tkun iċċekkjata mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

L-awtoritajiet veterinarji ċentrali tal-Bulgarija għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni l-lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

8.   Prodotti tal-laħam mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat uffiċjali, li jkollu l-kliem li ġejjin:

“Laħam konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (***).

9.   Mingħajr ħsara għall-Artikoli 6 u 8b tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika għal-laħam frisk li ġej minn ħnieżer imrobbija fiż-żoni elenkati fl-Anness I u ttrasportati skont l-Artikolu 1(9) lejn biċċerija li tinsab fiż-żoni elenkati fl-Anness II għal qatla immedjata, sakemm it-tali laħam frisk jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-laħam frisk huwa mmarkat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/99/KE jew skont l-Anness IV ma’ din id-Deċiżjoni u mqiegħed fis-suq fiż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II biss.

(b)

il-biċċerja:

(i)

hija operata taħt kontroll veterinarju;

(ii)

tissospendi kull preparazzjoni ulterjuri ta’ laħam għal dispaċċ barra miż-żoni elenkati fl-Anness I fil-każ ta’ qtil fl-istess biċċerija ta’ annimali suxxettibbli għal marda tal-ilsien u d-dwiefer li ġejjin minn azjendi oħra li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness I, sakemm jitlesta l-qtil ta’ annimali tali u t-tindif u d-diżinfezzjoni tal-biċċeriji taħt il-kontroll ta’ veterinarju uffiċjali;

(ċ)

il-laħam frisk ikun identifikat u jkun ittrasportat u maħżun separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli biex jintbagħat barra mill-Bulgarija.

Il-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 għandha tkun iċċekkjata mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

L-awtoritajiet veterinarji ċentrali tal-Bulgarija għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni l-lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 3

Prodotti tal-laħam

1.   Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat prodotti tal-laħam, inklużi stonkijiet, vexxiki (bżieżaq) u msaren trattati, ta’ annimali tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina jew porċina u bijungulati oħra (“prodotti tal-laħam”) li jkunu ġejjin miż-żoni elenkati fl-Anness I jew ippreparati bl-użu ta’ laħam miksub minn annimali li joriġinaw f’dawk iż-żoni.

2.   Mingħajr ħsara għall-Artikoli 6 u 8b tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-projbizzjoni mniżżla fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal prodotti tal-laħam, inklużi stonkijiet, vexxiki (bżieżaq) u msaren ittrattati, li jkollhom il-marka tas-saħħa bi qbil mal-Kapitolu III tas-Sezzjoni I tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004, bil-kundizzjoni li l-prodotti tal-laħam:

(a)

ikunu identifikati b’mod ċar u jkunu ġew ittrasportati u maħżuna mid-data tal-produzzjoni separatament minn prodotti tal-laħam li mhumiex eliġibbli, skont din id-Deċiżjoni, għal dispaċċ barra ż-żoni elenkati fl-Anness I;

(b)

ikunu konformi ma’ waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

jew ikunu magħmula minn laħmijiet imsemmija fl-Artikolu 2(4); jew

(ii)

ikunu għaddew mill-inqas minn wieħed mit-trattamenti rilevanti stipulati għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Parti 1 tal-Anness III tad-Direttiva 2002/99/KE.

Il-konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu għandha tkun iċċekkjata mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

3.   Prodotti tal-laħam mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat uffiċjali, li jkollu l-kliem li ġejjin:

“Prodotti tal-laħam, inklużi stonkijiet, vexxiki (bżieżaq) u msaren trattati, konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (****).

4.   B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ prodotti tal-laħam, konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2 u li jkunu ġew ipproċessati fi stabbiliment li jopera l-Hazard Analysis and Critical Control Points (HACCP) u proċedura standard verifikabbli li tiżgura li l-istandards tal-ipproċessar jintlaħqu u jiġu rreġistrati, għandu jkun biżżejjed li l-konformità mal-kundizzjonijiet rekwiżiti għat-trattament stabbiliti fil-punt (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 titniżżel fid-dokument kummerċjali li jakkumpanja l-kunsinna, approvat bi qbil mal-Artikolu 9(1).

5.   B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ prodotti tal-laħam li jkunu għaddew minn trattament bis-sħana skont il-punt (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 f’kontenituri ssiġillati ermetikament biex jiġi żgurat li jżommu stabbli fit-tul, għandu jkun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b’dokument kummerċjali li jiddikjara t-trattament bis-sħana li jkun ġie applikat.

Artikolu 4

Kolostru u ħalib

1.   Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat kolostru u ħalib minn annimali tal-ispeċijiet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer maħsuba jew mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem miż-żoni elenkati fl-Anness I.

2.   Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal ħalib prodott minn annimali bovini, ovini u kaprini miżmuma f’żoni elenkati fl-Anness I li jkunu ġew soġġetti għal trattament fi qbil ma’:

(a)

Il-Parti A tal-Anness IX tad-Direttiva 2003/85/KE, jekk il-ħalib ikun maħsub għall-konsum uman; jew

(b)

Il-Parti B tal-Anness IX tad-Direttiva 2003/85/KE, jekk il-ħalib ma jkunx maħsub għall-konsum uman jew inkella jkun maħsub għall-għalf tal-annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

3.   Bil-kundizzjonjiet li ġejjin, il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-ħalib minn annimali bovini, ovini u kaprini ppreparat fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkata fl-Anness I:

(a)

il-ħalib kollu użat fl-istabbiliment jeħtieġlu jew ikun konformi mal-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2 jew inkella jinkiseb minn annimali mrobbija u maħluba barra ż-żoni elenkati fl-Anness I;

(b)

l-istabbiliment ikun imħaddem taħt kontroll veterinarju strett;

(ċ)

il-ħalib ikun identifikat ċar, u jkun ittrasportat u maħżun separatament minn ħalib u prodotti tal-ħalib li mhuwiex/mhumiex eliġibbli biex jintbagħat/jintbagħtu barra miż-żoni elenkati fl-Anness I;

(d)

it-trasport ta’ ħalib mhux ipproċessat minn azjendi barra miż-żoni elenkati fl-Anness I lejn l-istabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness I isir f’vetturi li jkunu tnaddfu u ġew diżinfettati qabel l-operazzjoni u li ma jkun kellhom l-ebda kuntatt sussegwenti ma’ azjendi fiż-żoni elenkati fl-Anness I li jżommu annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer;

Il-konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu għandha tkun iċċekkjata mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

4.   Ħalib mibgħut mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun akkumpanjat b’ċertifikat uffiċjali, li jkollu l-kliem li ġejjin:

“Ħalib konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (*****).

5.   B’deroga mill-paragrafu 4, fil-każ ta’ ħalib konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2 u li jkun ġie pproċessat fi stabbiliment li jopera l-HACCP u proċedura standard verifikabbli li tiżgura li l-istandards tal-ipproċessar jintlaħqu u jiġu rreġistrati, għandu jkun biżżejjed li l-konformità mal-kundizzjonijiet rekwiżiti titniżżel fid-dokument kummerċjali li jakkumpanja l-kunsinna, approvat fi qbil mal-Artikolu 9(1).

6.   B’deroga mill-paragrafu 4, fil-każ ta’ ħalib konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2(a) jew (b) u li jkun għadda minn trattament bis-sħana f’kontenituri ssiġillati ermetikament biex jiġi żgurat li jżomm stabbli fit-tul, għandu jkun biżżejjed li jkun akkumpanjat b’dokument kummerċjali li jiddikjara t-trattament bis-sħana li jkun ġie applikat.

Artikolu 5

Prodotti tal-ħalib

1.   Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat prodotti tal-ħalib minn annimali tal-ispeċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer maħsuba jew mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem miż-żoni elenkati fl-Anness I.

2.   Il-projbizzjoni deskritta fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal prodotti tal-ħalib:

(a)

prodotti qabel il-9 ta’ Diċembru 2010; jew

(b)

ippreparati minn ħalib konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(2) jew (3), jew

(ċ)

għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz fejn il-kundizzjonijiet tal-importazzjoni jippermettu li prodotti bħal dawn jgħaddu minn trattament differenti minn dak stipulat fl-Artikolu 4(2) li jiżgura l-inattivazzjoni tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

3.   Bla ħsara għall-Kapitolu II tat-Taqsima IX tal-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-projbizzjoni deskritta fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika għal prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman li jkunu:

(a)

prodotti tal-ħalib ġejjin minn ħalib ta’ pH ikkontrollat ta’ anqas minn 7.0 u li jkun għadda minn trattament tas-sħana b’temperatura ta’ mill-anqas 72 °C u għal mill-inqas 15-il sekonda, bil-kundizzjoni li dan it-trattament ma jkunx meħtieġ għal prodotti finali li l-ingredjenti tagħhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet rispettivi tas-saħħa tal-annimali stipulati fl-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ din id-Deċiżjoni;

(b)

prodotti tal-ħalib ġejjin minn ħalib mhux ipproċessat ta’ annimali bovini, ovini jew kaprini li għal mill-inqas 30 jum, kienu residenti f’azjenda li tinsab f’żona elenkata fl-Anness I, fiċ-ċentru ta’ ċirku ta’ raġġ ta’ mhux anqas minn 10 km li fih ma tkun seħħet l-ebda tfaqqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fit-30 jum qabel il-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat, u li jeħtiġilhom jgħaddu minn proċess ta’ maturazzjoni ta’ mhux anqas minn 90 jum, li matulu l-pH titniżżel taħt 6.0 fis-sustanza kollha, u li l-qoxra tagħhom tkun ġiet trattata b’0,2 % aċidu ċitriku immedjatament qabel it-tgeżwir jew il-pakkeġġar.

4.   Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-prodotti tal-ħalib ippreparati fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness I fil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-ħalib kollu użat fl-istabbiliment jeħtieġlu jew ikun konformi mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 4(2) jew inkella jkun minn annimali barra miż-żoni elenkati fl-Anness I;

(b)

il-prodotti kollha tal-ħalib użati fil-prodott finali jew ikunu konformi mal-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2(a) u (b) jew il-paragrafu 3 jew inkella jkunu magħmulin minn ħalib minn annimali barra ż-żoni elenkati fl-Anness I;

(ċ)

l-istabbiliment ikun imħaddem taħt kontroll veterinarju strett;

(d)

il-prodotti tal-ħalib ikunu identifikati ċar, u jkunu ttrasportati u maħżuna separatament minn ħalib u prodotti tal-ħalib li mhuwiex/mhumiex eliġibbli biex jintbagħat/jintbagħtu barra miż-żoni elenkati fl-Anness I.

Il-kontroll tal-konformità mal-kundizzjonijiet imniżżla fl-ewwel subparagrafu għandu jkun iċċekkjat mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

5.   Il-projbizzjoni mniżżla fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal prodotti tal-ħalib ippreparati fi stabbiliment li jkun barra ż-żoni elenkati fl-Anness I li juża ħalib miksub qabel id-9 ta’ Diċembru 2010, sakemm il-prodotti tal-ħalib ikunu identifikati b’mod ċar u ttrasportati u maħżuna separatament minn prodotti tal-ħalib li ma jkunux eliġibbli għal dispaċċ barra dawk iż-żoni.

6.   Prodotti tal-ħalib mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat uffiċjali, li jkollu l-kliem li ġejjin:

“Prodotti tal-ħalib konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (******).

7.   B’deroga mill-paragrafu 6, fil-każ ta’ ħalib konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2(a) u (b) u l-paragrafi 3 u 4 u li jkun ġie pproċessat fi stabbiliment li jopera l-HACCP u proċedura standard verifikabbli li tiżgura li l-istandards tal-ipproċessar jintlaħqu u jiġu rreġistrati, għandu jkun biżżejjed li l-konformità mal-kundizzjonijiet rekwiżiti titniżżel fid-dokument kummerċjali li jakkumpanja l-kunsinna, approvat fi qbil mal-Artikolu 9(1).

8.   B’deroga mill-paragrafu 6, fil-każ ta’ prodotti tal-ħalib konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2(a) u (b), l-paragrafi 3 u 4 u li jkunu għaddew minn trattament bis-sħana f’kontenituri ssiġillati ermetikament biex jiġi żgurat li jżommu stabbli fit-tul, għandu jkun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b’dokument kummerċjali li jiddikjara t-trattament bis-sħana li jkun ġie applikat.

Artikolu 6

Semen, ova u embrijuni

1.   Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat semen, ova u embrijuni tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u ta’ bijungulati oħra (“semen, ova u embrijuni”) miż-żoni elenkati fl-Anness I u fl-Anness II.

2.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-projbizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal:

(a)

semen, ova u embrijuni prodotti qabel id-9 ta’ Diċembru 2010;

(b)

Semen iffriżat ta’ bovini u embrijuni imnisslin in-vivo, semen iffriżat tal-porċina, u semen u embrijuni ffriżati tal-kaprini importati fil-Bulgarija skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi 88/407/KEE, 89/556/KEE, 90/429/KEE jew 92/65/KEE rispettivament, u li, mill-introduzzjoni tagħhom fil-Bulgarija nħażnu u ġew trasportati separatament minn semen, ova u embrijuni li mhumiex eliġibbli li jintbagħtu skont il-paragrafu 1;

(ċ)

semen u embrijuni ffriżati miksuba minn annimali bovini, porċini, ovini u kaprini miżmuma għal mill-inqas 90 jum qabel id-data ta’ u matul il-ġabra minn barra ż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II li:

(i)

inħażnu f’kondizzjonijiet approvati għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data ta’ dispaċċ, u

(ii)

inġabru minn annimali donaturi li jinsabu f’ċentri jew f’azjendi li ilhom ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal mill-inqas tliet xhur qabel id-data ta’ ġbir tas-semen jew l-embrijuni u 30 jum wara d-data ta’ ġbir u li jinsabu fiċ-ċentru ta’ żona b’raġġ ta’ 10 km li fiha ma kien hemm l-ebda każ tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal mill-inqas 30 jum qabel id-data ta’ ġbir.

(d)

Qabel id-dispaċċ tas-semen jew l-embrijuni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) l-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista ta’ ċentri u timijiet huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

3.   Iċ-ċertifikat sanitarju stipulat fid-Direttiva 88/407.KEE u li jakkumpanja s-semen bovin iffriżat mibgħut mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:

“Semen tal-bovini ffriżat konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (*******).

4.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 9(b) tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, iċ-ċertifikat sanitarju stipulat fid-Direttiva 90/429/KEE u li jakkumpanja s-semen porċina ffriżat mibgħut mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:

“Semen porċina ffriżat konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (********).

5.   Iċ-ċertifikat sanitarju stipulat fid-Direttiva 89/556/KEE u li jakkumpanja l-embrijuni bovini ffriżati imnissla in-vivo mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:

“Embrijuni bovini ffriżati imnissla in-vivo konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (*********).

6.   Iċ-ċertifikat sanitarju stipulat fid-Direttiva 92/65/KEE u li jakkumpanja s-semen iffriżat tal-ovini u l-kaprini mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:

“Semen tal-ovini/kaprini ffriżat konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (**********).

7.   Iċ-ċertifikat sanitarju stipulat fid-Direttiva 92/65.KEE u li jakkumpanja l-embrijuni ffriżati tal-ovini u l-kaprini mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:

“Embrijuni ffriżati tal-ovini/kaprini konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (***********).

8.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 9(c) tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, iċ-ċertifikat sanitarju stipulat fid-Direttiva 92/65/KEE u li jakkumpanja l-embrijuni tal-porċini ffriżati mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:

“Embrijuni tal-porċini ffriżati konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (************).

Artikolu 7

Ġlud

1.   Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat ġlud tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u ta’ bijungulati oħra (“ġlud”) miż-żoni elenkati fl-Anness I.

2.   Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal ġlud li:

(a)

jkunu prodotti fil-Bulgarija qabel id-9 ta’ Diċembru 2010, jew jew

(b)

ikunu konformi mar-rekwiżiti skont il-punt (2)(c) jew (d) tal-Parti A tal-Kapitolu VI tal-Anness VIII mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002; jew

(ċ)

kienu prodotti barra ż-żoni elenkati fl-Anness I fi qbil mal-kundizzjonijiet imniżżla fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, u minn mindu ddaħħlu fil-Bulgarija kienu maħżuna u ttrasporatati separatament minn ġlud mhux eliġibbli għal dispaċċ fi qbil mal-paragrafu 1.

Ġlud ittrattati għandhom ikunu sseparati minn ġlud mhux ittrattati ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

3.   Il-Bulgarija għandha tiżgura li l-ġlud li jkunu se jintbagħtu lejn Stati Membri oħra għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat uffiċjali li jkun fih il-kliem li ġej:

“Ġlud konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (*************).

4.   B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ ġlud li jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-punti (1)(b) sa (e) tal-Parti A tal-Kapitolu VI tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, ikun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b’dokument kummerċjali li jiddikjara konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti.

5.   B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ ġlud li jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-punt (2)(c) jew (d) tal-Parti A tal-Kapitolu VI tal-Anness VIII mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, ikun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b’dokument kummerċjali li jiddikjara konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fi qbil mal-Artikolu 9(1).

Artikolu 8

Prodotti oħra tal-annimali

1.   Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat prodotti tal-annimali tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u bijungulati oħra mhux imsemmija fl-Artikoli 2 sa 7 prodotti wara d-9 ta’ Diċembru 2010 li jkunu ġejjin miż-żoni elenkati fl-Anness I, jew inkisbu minn annimali li joriġinaw fiż-żoni elenkati fl-Anness I.

Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat demel tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u ta’ bijungulati oħra miż-żoni elenkati fl-Anness I.

2.   Il-projbizzjoni deskritta fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal:

(a)

prodotti tal-annimali li:

(i)

kienu soġġetti għal trattament tas-sħana

trattament bis-sħana f’kontenitur ermetikament issiġillat b’valur Fo ta’ 3,00 jew aktar, jew

trattament bis-sħana li fih it-temperatura ċentrali titla’ sa mill-anqas 70 °C; jew

(ii)

kienu prodotti barra ż-żoni elenkati fl-Anness I fi qbil mal-kundizzjonijiet imniżżla fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, u minn mindu ddaħħlu fil-Bulgarija nħażnu u ġew trasportati separatament minn prodotti tal-annimali mhux eliġibbli għal dispaċċ fi qbil mal-paragrafu 1;

(b)

demm u prodotti tad-demm kif definiti fil-punti 4 u 5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 li jkunu għaddew minn talanqas wieħed mit-trattamenti stipulati bil-punti 4(a) tal-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, segwiti b’eżami tal-effikaċja, jew ġew importati skont il-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

(ċ)

xaħam u xaħmijiet maħlula li jkunu għaddew mit-trattament bis-sħana stipulat bil-punt 2(d)(iv) tal-Parti B tal-Kapitolu IV tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

(d)

imsaren konformi mal-kundizzjonijiet fil-Parti A tal-Kapitolu 2 tal-Anness I tad-Direttiva 92/118/KEE u li jkunu tnaddfu, inbarxu, u mbagħad jew tmellħu, ġew ibbliċjati jew tnixxfu, u li wara jkunu tteħdulhom passi effikaċi biex ma jħallux li l-imsaren jerġgħu jiġu kkontaminati;

(e)

suf tan-nagħaġ, xagħar ir-ruminanti u lanżit tal-majjal li jkunu għaddew minn tindif fil-fabbrika jew li jkunu nkisbu mill-ikkunzar tal-ġlud u suf tan-nagħaġ mhux ipproċessat, xagħar ir-ruminanti u lanżit tal-majjal li jkunu magħluqin għal kollox fil-pakkeġġar u nexfin;

(f)

ikel tal-annimali domestiċi li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punti 2 3 jew 4 tal-Parti B tal-Kapitolu II tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

(g)

prodotti komposti li mhumiex suġġetti għal aktar ipproċessar u li fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali, fil-fehma li t-trattament mhuwiex meħtieġ għall-prodotti finali li l-ingredjenti tagħhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet rispettivi tas-saħħa tal-annimali stipulati b’din id-Deċiżjoni,

(h)

trofej tal-kaċċa skont il-punti 1, 3 jew 4 tal-Parti A tal-Kapitolu VII tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

(i)

prodotti tal-annimali ppakkjati maħsuba għall-użu bħala reaġenti dijanjostiċi in-vitro tal-laboratorju;

(j)

prodotti mediċinali kif deskritti fid-Direttiva 2001/83/KE, tagħmir mediku manifatturat bl-użu ta’ tessut tal-annimali li jiġi kkawżat bħala mhux vijabbli kif imsemmi fl-Artikolu 1(5)(g) tad-Direttiva 93/42/KEE, prodotti mediċinali veterinarji kif definiti fid-Direttiva 2001/82/KE u prodotti mediċinali investigattivi kif definiti fid-Direttiva 2001/20/KE.

3.   Il-Bulgarija għandha tiżgura li l-prodotti tal-annimali msemmija fil-paragrafu 2 li jkunu se jintbagħtu lejn Stati Membri oħra għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat uffiċjali li jkun fih il-kliem li ġej:

“Prodotti tal-annimali konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (**************).

4.   B’deroga mill-paragrafu 3, għandu jkun biżżejjed, fil-każ ta’ prodotti msemmija fil-paragrafu 2(a) sa (d) u (f) ta’ dan l-Artikolu li l-konformità mal-kondizzjonijiet tat-trattament imsemmija fid-dokument kummerċjali meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni rispettiva tal-Unjoni tkun approvata skont l-Artikolu 9(1).

5.   B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ prodotti msemmija fil-paragrafu 2(e), għandu jkun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b’dokument kummerċjali li jiddikjara jew it-tindif fil-fabbrika jew l-oriġini mill-ikkonzar, jew inkella l-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 1 u 4 tal-Parti A tal-Kapitolu VIII tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

6.   B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ prodotti msemmija fil-paragrafu 2(g) u li jkunu saru fi stabbiliment li jopera l-HACCP u proċedura standard verifikabbli tal-operat li tiżgura li l-ingredjenti pproċessati minn qabel jikkonformaw mal-kundizzjonijiet rispettivi tas-saħħa tal-annimali stipulati b’din id-Deċiżjoni, għandu jkun biżżejjed li dan jitniżżel fid-dokument li jakkumpanja l-kunsinna, approvat skont l-Artikolu 9(1).

7.   B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ prodotti msemmija fil-paragrafu 2(i) u (j), għandu jkun biżżejjed li jkunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali li jiddikjara li l-prodotti jkunu għall-użu bħala reaġenti dijanjostiċi in-vitro tal-laboratorju, prodotti mediċinali jew tagħmir mediku, bil-kundizzjoni li l-prodotti jkollhom tikketta li tgħid ċar “għall-użu dijanjostiku in-vitro biss” jew “għall-użu fil-laboratorju biss” bħala “prodotti mediċinali” jew bħala “tagħmir mediku”.

8.   B’deroga mid-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 3, fil-każ ta’ prodotti komposti li jissodifaw il-kundizzjonijiet mniżżla fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni 2007/275/KE, ikun biżżejjed li jkunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali, li jkollu l-kliem li ġej:

“Dawn il-prodotti komposti għandhom ħajja ta’ fuq l-ixkaffa stabbli f’temperatura tal-ambjent jew li fil-manifattura tagħhom ikunu għaddew b’mod ċar minn proċess komplut ta’ tisjir jew trattament bis-sħana mas-sustanza kollha tagħhom, biex kull materja prima tkun ġiet żnaturata”.

Artikolu 9

Ċertifikazzjoni

1.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija għandhom jiżguraw li d-dokument kummerċjali stipulat mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal kummerċ bejn l-Istati Membri jkun approvat permezz ta’ hemża ta’ kopja ta’ ċertifikat uffiċjali li jiddikjara li:

(a)

il-prodotti kkonċernati saru

(i)

fi proċess ta’ produzzjoni li kien ivverifikat u li nstab konformi mar-rekwiżiti xierqa fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar saħħet l-annimali u tajjeb biex jeqred il-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, jew

(ii)

minn materjali pproċessati minn qabel li jkunu ġew iċċertifikati skont dan; u

(b)

dispożiżżjonijiet ikunu fis-seħħ biex tkun evitata l-possibilità ta’ kontaminazzjoni mill-ġdid bil-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer wara t-trattament.

It-tali ċertifikazzjoni ta’ verifika tal-proċess tal-produzzjoni għandu jkun fiha referenza għal din id-Deċiżjoni, tkun valida għal 30 jum, tiddikjara d-data tal-iskadenza u tkun tista’ tiġġedded wara spezzjoni tal-istabbiliment.

2.   Fil-każ ta’ prodotti għal bejgħ bl-imnut lill-konsumatur finali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija jistgħu jawtorizzaw kunsinni konsolidati ta’ prodotti tal-annimali barra laħam frisk, laħam ikkapuljat, laħam separat mekkanikament u preparati tal-laħam, kull wieħed minnhom ikun eliġġibbli għal dispaċċ fi qbil ma’ din id-Deċiżjoni, ikunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali li jkun approvat bl-hemża ta’ kopja ta’ ċertifikat veterinarju uffiċjali li jikkonferma li:

(a)

il-post tad-dispaċċ għandu fil-post sistema li tassigura li l-prodotti jistgħu jintbagħtu biss jekk ikunu traċċabbli għal evidenza dokumentarja ta’ konformità ma’ din id-Deċiżjoni, u

(b)

is-sistema li għaliha hemm referenza f’(a) kienet ivverifikata u misjuba sodisfaċenti.

It-tali ċertifikazzjoni ta’ verifika tas-sistema ta’ traċċabbiltà għandu jkun fiha referenza għal din id-Deċiżjoni, tkun valida għal 30 jum, tiddikjara d-data tal-iskadenza u tkun tista’ tiġġedded biss wara li l-istabbiliment ikun għadda minn verifika b’riżultati sodisfaċenti.

L-awtoritajiet veterinarji kompetenti tal-Bulgarija għandhom jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni il-lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 10

Tindif u diżinfezzjoni

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-Bulgarija għandha tiżgura li l-vetturi li jkunu ntużaw għat-trasport tal-annimali ħajjin fiż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati wara kull operazzjoni, u għandhom jipprovdu l-provi ta’ din id-diżinfezzjoni, fi qbil mal-Artikolu 12(2)(d) tad-Direttiva 64/432/KEE..

2.   Il-Bulgarija għandha tiżgura li l-vetturi li ntużaw fiż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II għat-trasport ta’ annimali u partijiet tal-annimali tal-ispeċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer imsemmija fl-Artikolu 5(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 u prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti sekondarji pproċessati ġejjin minn annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati wara kull operazzjoni, u li tali tindif u diżinfezzjoni u kull tip ta’ kuntatt mal-azjendi li jżommu annimali tal-ispeċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer ikunu ddokumentati fil-ġurnal tal-vjaġġ tal-vettura kkonċernata.

Artikolu 11

Ċerti prodotti eżentati

Ir-restrizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 3, 4, 5 u 8 ma għandhomx japplikaw meta jintbagħtu miż-żoni elenkati fl-Anness I prodotti tal-annimali msemmija f’dawk l-Artikoli, kemm-il darba t-tali prodotti kienu:

(a)

jew ma ġewx prodotti fil-Bulgarija u baqgħu fil-pakkeġġar oriġinali tagħhom bl-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini tal-prodotti, jew

(b)

ġew prodotti fi stabbiliment approvat li jinsab fiż-żoni elenkati fl-Anness I minn prodotti proċessati minn qabel li ma joriġinawx minn dawk iż-żoni, li:

(i)

mindu ddaħħlu fit-territorju tal-Bulgarija, kienu ttrasportati, maħżuna jew pproċessati separatament minn prodotti li ma jkunux eliġibbli għal dispaċċ barra ż-żoni elenkati fl-Anness I,

(ii)

ikunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali jew ċertifikat uffiċjali kif mitlub minn din id-Deċiżjoni.

Artikolu 12

Kooperazzoni bejn l-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jissorveljaw il-bagalji personali ta’ passiġġieri li jivvjaġġaw minn dawk iż-żoni elenkati fl-Anness I kif ukoll f’kampanji ta’ tagħrif biex ma jħallux li jiddaħħlu prodotti ta’ oriġini mill-annimali fit-territorji ta’ Stati Membri għajr il-Bulgarija.

Artikolu 13

Miżuri li għandhom jieħdu l-Istati Membri barra l-Bulgarija

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 1(4), l-Istati Membri barra l-Bulgarija għandhom jiżguraw li annimali ħajjin tal-ispeċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer ma jintbagħtux lejn iż-żoni elenkati fl-Anness I.

2.   L-Istati Membri barra l-Bulgarija għandhom jieħdu l-miżuri ta’ prekawzjoni relatati ma’ annimali suxxettibbli mibgħuta mill-Bulgarija bejn id-9 ta’ Diċembru 2010 u s-6 ta’ Jannar 2011. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

iżolazzjoni u spezzjoni klinika,

(b)

fejn huwa meħtieġ, testijiet fil-laboratorju li jindikaw jew jeskludu l-infezzjoni tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

Artikolu 14

Implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ biex iġibuhom konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Artikolu 15

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2011/8/KE għandha tiġi revokata.

Referenzi għad-Deċiżjoni revokata għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 16

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Marzu 2011.

Artikolu 17

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 6, 11.1.2011, p. 15.

(4)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.

(5)  ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.

(6)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(7)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.

(8)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(9)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(10)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(11)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(12)  ĠU L 104, 13.4.2001, p. 6.

(13)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 49.

(14)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.

(15)  ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10.

(16)  ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1.

(17)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62.

(18)  ĠU L 228, 31.8.2010, p. 15.

(19)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.

(20)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(21)  ĠU L 121, 1.5.2001, p. 34.

(22)  ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9.

(23)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.


ANNESS I

Iż-żoni li ġejjin fil-Bulgarija:

Ir-Reġjun ta’ Burgas


ANNESS II

Iż-żoni li ġejjin fil-Bulgarija:

Ir-Reġjuni ta’ Kardjali, Haskovo, Yambol, Sliven, Shumen u Varna.


ANNESS III

Iż-żoni li ġejjin fil-Bulgarija:

1

2

3

4

5

6

7

8

GRUPP

ADNS

Unità Amministrattiva

B

S/G

P

FG

WG

Il-Bulgarija

00002

Ir-Reġjun ta’ Burgas

ADNS

=

Kodiċi ta’ Sistema ta’ Notifikazzjoni għall-Mard tal-Annimali (Deċiżjoni 2005/176/KE)

B

=

laħam bovin

S/G

=

laħam tan-nagħaġ u l-mogħoż

P

=

laħam tal-ħanżir

FG

=

annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer

WG

=

kaċċa tal-ispeċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer


ANNESS IV

Il-marka sanitarja msemmija fl-Artikolu 2(3):

Id-dimensjonijiet:

BG= 7 mm

Nru tal-istabbiliment= 10 mm

Dijametru estern taċ-ċirku= 50 mm

Ħxuna tal-linja taċ-Ċirku= 3 mm

Image

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

22.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/34


DEĊIŻJONI Nru 1/2010 TAL-KOMUNITÀ/KUMITAT TAL-ISVIZZERA DWAR IT-TRASPORT INTERN

tat-22 ta’ Diċembru 2010

li temenda l-Anness 1 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq

(2011/45/UE)

IL-KUMITAT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq, u b’mod partikolari l-Artikolu 52(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 52(4) tal-Ftehim jipprovdi li l-Kumitat Konġunt jadotta d-deċiżjonijiet li jirrevedu l-Anness 1.

(2)

L-Anness 1 ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni 1/2009 tal-Kumitat Konġunt tas-17 ta’ Ġunju 2009.

(3)

Ġew adottati atti legali ġodda tal-Unjoni Ewropea f'oqsma koperti bil-Ftehim. Għalhekk l-Anness 1 għandu jerġa' jinkiteb biex ikun konformi mat-tibdil fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness 1 tal-Ftehim huwa b’dan irrevokat u ssostitwit bit-test mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2011.

Magħmul f’Berne, it-22 ta’ Diċembru 2010.

Il-President

Peter FÜGLISTALER

Il-Kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Enrico GRILLO PASQUARELLI


ANNESS

“ANNESS 1

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI

Skont l-Artikolu 52(6) ta’ dan il-Ftehim, l-Isvizzera għandha tapplika d-dispożizzjonijiet legali ekwivalenti għal dawn li ġejjin:

Dispożizzjonijiet rilevanti tal-Liġi Komunitarja

TAQSIMA 1 –   DĦUL GĦALL-IMPJIEG

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar dħul għall-impjieg ta’ operatur ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq u operatur ta’ trasport ta’ passiġġieri bit-triq u r-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali intenzjonati li jiffaċilitaw għal dawn l-operaturi d-dritt tal-libertà li jistabbilixxu ħidmiet ta’ trasport nazzjonali jew internazzjonali (ĠU L 124, 23.5.1996, p. 1), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 98/76/KE tal-1 ta' Ottubru 1998 (ĠU L 277, 14.10.1998, p. 17).

TAQSIMA 2 –   STANDARDS SOĊJALI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 68/2009 tat-23 ta’ Jannar 2009 (ĠU L 21, 24.1.2009, p. 3).

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 484/2002 tal-1 ta' Marzu 2002, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92 u (KEE) Nru 3118/93 għall-iskopijiet li jistabbilixxi attestazzjoni tax-xufiera (ĠU L 76, 19.3.2002, p. 1).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim,

(a)

L-Artikolu 1 biss tar-Regolament (KE) Nru 484/2002 għandu japplika;

(b)

il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera għandhom jeżentaw liċ-ċittadini kollha tal-Konfederazzjoni Svizzera, tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u tal-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea mill-obbligu li jkollhom attestazzjoni tas-sewwieq.

(c)

il-Konfederazzjoni Svizzera ma tistax teżenta liċ-ċittadini ta’ Stati oħra minbarra dawk imsemmija fil-punt b) mill-obbligu li jkollhom fil-pussess tagħhom attestazzjoni mingħajr ma l-ewwel tikkonsulta u tikseb approvazzjoni mill-Komunità Ewropea.

Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ prodotti jew passiggieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4).

Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35).

Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2009 tat-23 ta’ Jannar 2009 addattament għad-disa’ darba għall-progress tekniku tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 21, 24.1.2009, p. 3).

TAQSIMA 3 –   STANDARDS TEKNIĊI

Vetturi bil-mutur

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2411/98 tat-3 ta' Novembru 1998 dwar kif jingħaraf fit-traffiku inter-Komunitarju d-distintiv tal-Istat Membru fejn ikunu rreġistrati l-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom (ĠU L 299, tal-10.11.1998, p. 1).

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/542/KEE tal-1 ta' Ottubru 1991 li temenda d-Direttiva 88/77/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu gassużi minn magni li jaħdmu bid-diesel għall-użu f'vetturi (ĠU L 295, tal-25.10.1991, p. 1).

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta’ Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta' vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/85/KE tal-5 ta’ Novembru 2002 (ĠU L 327, 4.12.2002, p. 8).

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/24/KEE tal-31 ta' Marzu 1992 relatata ma' tagħmir li jillimita l-veloċità jew sistemi bħal dawn abbord li jillimitaw il-veloċità ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 129, 14.5.1992, p. 154).

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/97/KEE tal-10 ta' Novembru 1992 li temenda d-Direttiva 70/157/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur (ĠU L 371, 19.12.1992, p. 1).

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/7/KE tat-18 ta’ Frar 2002 (ĠU L 67, 9.3.2002, p. 47).

Id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2000 dwar l-ispezzjoni teknika tal-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità humiex tajba għat-triq (ĠU L 203, tal-10.8.2000, p. 1).

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/20/KE tat-8 ta' April 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-użu mandatorju taċ-ċintorini tas-sigurtà f'vetturi ta' inqas minn 3.5 tunnellati (ĠU L 115, 9.5.2003, p. 63).

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/26/KE tat-3 ta' April 2003 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limitaturi tal-veloċità u l-emissjonijiet tal-exhaust ta' vetturi kummerċjali (ĠU L 90, 8.4.2003, p. 37).

Id-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 141, 6.6.2009, p.12).

Trasport ta’ oġġetti perikolużi

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE tas-6 ta’ Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU L 249, 17.10.1995, p. 35), kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kunsill 2008/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 11).

Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim id-derogi li ġejjin tad-Direttiva 2008/68/KE japplikaw fl-Isvizzera:

1.   It-trasport bit-triq

Id-derogi għall-Isvizzera skont l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Kunsill tal- 24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

RO-a-CH-1

Suġġett: It-trasport ta' fjuwil tad-diżil u ż-żejt għat-tisħin bin-numru NU 1202 fil-kontenituri-tank.

Ir-referenza għall-Anness I, I.1, għal din id-Direttiva: 1.1.3.6 u 6.8

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: L-eżenzjonijiet relatati mal-kwantitajiet ittrasportati għal kull unità ta' trasport, ir-regolamenti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni ta' tankijiet.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-kontenituri-tank li mhumiex mibnija skont is-6.8 imma skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jkollhom kapaċità ta' anqas minn jew daqs 1210 l u li jintużaw għat-trasport ta żejt għat-tisħin jew fjuwil tad-diżil bin-numru NU 1202 jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet skont 1.1.3.6 ADR.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi 1, paragrafi 1.1.3.6.3(b) u 6.14, tal-Ordinanza dwar it–traport fit-toroq ta' oġġetti perikolużi (SDR; RS 741621).

Data ta’ skadenza: 1 ta' Jannar 2017.

RO-a-CH-2

Suġġett: L-eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport għal ċerti kwantitajiet ta' oġġetti perikolużi kif iddefinit f'1.1.3.6.

Ir-referenza għall-Anness I, I.1, għal din id-Direttiva: 1.1.3.6 u 5.4.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżit li jkun hemm dokument tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ kontenituri vojta mhux imnaddfa li jidħlu fil-Kategorija tat-Trasport 4 u ċilindri tal-gass mimlija jew vojta għal tagħmir tan-nifs għall-użu minn servizzi ta' emerġenza jew bħala tagħmir għal taħt l-ilma, fi kwantitajiet li jaqbżux il-limiti stipulati fi 1.1.3.6, mhuwiex suġġett għall-obbligu li jiġi ttrasportat dokument previst fi 5.4.1.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi 1, paragrafi 1.1.3.6.3(c) tal-Ordinanza dwar it–trasport fit-toroq ta' oġġetti perikolużi (SDR; RS 741621).

Data ta’ skadenza: 1 ta' Jannar 2017.

RO-a-CH-3

Suġġett: It-trasport ta' tankijiet vojta u mhux imnaddfa minn kumpaniji li jagħtu servizz ta' manutenzjoni lill-faċilitajiet tal-ħżin għal-likwidi perikolużi għall-ilma.

Ir-referenza għall-Anness I, I.1, għal din id-Direttiva: 6.5, 6.8, u 8.2 u 9.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Il-kostruzzjoni, it-tagħmir u l-ispezzjoni ta' tankijiet u vetturi; it-taħriġ tas-sewwieq.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-vetturi u t-tankijiet/kontenituri vojta u mhux imnaddfa użati minn kumpaniji li jagħtu servizz ta' manutenzjoni lill-faċilitajiet tal-ħżin għal-likwidi perikolużi għall-ilma biex iżommu l-likwidi waqt li t-tankijiet wieqfa tkun qed issirilhom il-manutenzjoni mhumiex suġġetti għar-regolamenti tal-kostruzzjoni, it-tagħmir u l-ispezzjoni jew għar-regolamenti dwar l-identifikazzjoni tat-tikkettar u tal-“orange-plate” stipulati mill-ADR. Huma suġġetti għal regolament ta' tikkettar u identifikazzjoni partikolari, u s-sewwieq tal-vettura mhuwiex obbligat li jkun ħa t-taħriġ deskritt fi 8.2

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-appendiċi 1, il-paragrafu 1.1.3.6.3.10. tal-Ordinanza dwar it-trasport fit-toroq ta' oġġetti perikolużi (SDR; RS 741621).

Data ta’ skadenza: 1 ta Jannar 2017.

Derogi għall-Isvizzera skont l-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE tal- 24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

RO-bi–CH-1

Suġġett: It-trasport ta' skart domestiku li jkun fih oġġetti perikolużi għal impjanti għar-rimi tal-iskart.

Ir-referenza għall-Anness I, I.1, għal din id-Direttiva: 2, 4.1.10, 5.2 u 5.4.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ imħallat, l-immarkar u t-ttikkettar, id-dokumentazzjoni.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-regoli jinkludu dispożizzjonijiet li jirrelataw għall-klassifikazzjoni ssimplifikata ta' skart domestiku li jkun fih oġġetti perikolużi (domestiċi) minn espert rikonoxxut mill-awtorità kompetenti, għall-użu ta' reċipjenti xierqa u għat-taħriġ tas-sewwieq. L-iskart domestiku li ma jistax jiġi kklassifikat mill-espert jista' jiġi ttrasportat għal ċentru ta' trattament fi kwantitajiet żgħar identifikati bill-pakkett u bl-unità tat-trasport.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-appendiċi 1, il-paragrafu 1.1.3.7, tal-Ordinanza dwar it-trasport fit-triq ta' oġġetti perikolużi (SDR; RS 741621).

Kummenti: Dawn ir-regoli jistgħu jiġu applikati għat-trasport ta' skart domestiku li jkun fih oġġetti perikolużi bejn il-postijiet tat-trattament pubbliċi u l-impjanti għar-rimi tal-iskart.

Data ta’ skadenza: 1 ta' Jannar 2017

RO-bi–CH-2

Suġġett: It-trasport tar-ritorn tal-logħob tan-nar

Ir-referenza għall-Anness I, I.1, għal din id-Direttiva: 2.1.2, 5.4.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Il-Klassifikazzjoni u d-Dokumentazzjoni.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bil-għan li jiġi ffaċilitat it-trasport tar-ritorn tal-logħob tan-nar bin-numri NU 0335,0336 u 0337 minn bejjiegħa bl-imnut għal fornituri, huma previsti l-eżenzjonijiet fir-rigward tal-indikazzjoni tal-massa netta u l-klassifikazzjoni tal-prodott fid-dokument tat-trasport.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-appendiċi 1, il-paragrafu 1.1.3.8, tal-Ordinanza dwar it-trasport fit-triq ta' oġġetti perikolużi (SDR; RS 741621).

Kummenti: Il-verifika iddettaljata tal-kontenuti eżatti ta' kull oġġett ta' prodott mhux mibjugħ f'kull pakkett hija prattikament impossibbli għal prodotti maħsuba għall-kummerċ bl-imnut.

Data ta’ skadenza: 1 ta' Jannar 2017.

RO-bi–CH-3

Suġġett: Iċ-ċertifikati ta' taħriġ tal-ADR għal vjaġġi li saru bl-iskop li jiġu ttrasportati vetturi li ġratilhom il-ħsara, jitwettqu tiswijiet, biex jinkiseb l-għarfien espert ta' vettura bit-tank/tank, u għal vjaġġi li saru f'vetturi bit-tank minn esperti responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-vettura kkonċernata.

Ir-referenza għall-Anness I, I.1, għal din id-Direttiva: 8.2.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Is-sewwieqa tal-vetturi għandhom jattendu korsijiet ta’ taħriġ.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Iċ-ċertifikati ta' taħriġ tal-ADR mhumiex rikjesti għal vjaġġi li saru bl-iskop li jiġu ttrasportati vetturi li ġratilhom il-ħsara jew għal provi tas-sewqan relatati ma' tiswijiet, vjaġġi li saru f'vetturi bit-tank bil-għan li jinkiseb l-għarfien espert ta' vettura bit-tank/tank, u għal vjaġġi li saru f'vetturi bit-tank minn esperti responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-vettura kkonċernata.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-istruzzjonijiet tat-30 ta' Settembru 2008 tad-Dipartiment Federali tal-Ambjent, it-Trasport, l-Enerġija u l-Komunikazzjoni (DETEC) dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq.

Kummenti: F'xi wħud mill-każijiet, il-vetturi li ġratilhom il-ħsara jew li qed isirulhom it-tiswijiet u vetturi bit-tank li qed jitħejjew għal spezzjoni teknika jew li qed jiġu vverifikati matul l-ispezzjoni jkunu għadhom qed iġorru oġġetti perikolużi.

Ir-rekwiżiti fil-punt 1.3 u 8.2.3 għadhom applikabbli.

Data ta’ skadenza: 1 ta Jannar 2017.

2.   It-trasport bil-ferrovija

Derogi għall-Isvizzera skont l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

RA-a-CH-1

Suġġett: It-trasport ta' fjuwil tad-diżil u ż-żejt għat-tisħin bin-numru NU 1202 fil-kontenituri-tank.

Ir-referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 6.8

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-Regolamenti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni tat-tankijiet.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-kontenituri-tank li mhumiex mibnija skont is-6.8 imma skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jkollhom kapaċità ta' anqas minn jew daqs 1210 l u li jintużaw għat-trasport ta żejt għat-tisħin jew fjuwil tad-diżil bin-numru NU 1202 huma awtorizzati.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-Anness għall-Ordinanza tad-DETEC tat-3 ta' Diċembru 1996 li tirrelata mat-trasport ta' oġġetti perikolużi bil-ferrovija u bl-installazzjoni tal-funikular (RSD, RS 742.401.6) u l-Appendiċi 1, il-Kapitolu 6.14, tal-Ordinanza li tirrelata mat-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR, RS 741621).

Data ta’ skadenza: 1 ta' Jannar 2017.

RA-a-CH-2

Suġġett: Id-dokument tat-trasport

Ir-referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 5.4.1.1.1

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Informazzjoni ġenerali rikjesta fid-dokument tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-użu ta' terminu kollettiv fid-dokument tat-trasport u lista mehmuża li fiha l-informazzjoni preskritta kif stipulat hawn fuq.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-Anness għall-Ordinanza tad-DETEC tat-3 ta' Diċembru 1996 li tirrelata mat-trasport ta' oġġetti perikolużi bil-ferrovija u bl-installazzjoni tal-funikular (RSD, RS 742.401.6).

Data ta’ skadenza: 1 ta Jannar 2017.

TAQSIMA 4 –   DRITTIJIET TA’ AĊĊESS U TRANŻITU FIR-RIGWARD TAL-FERROVIJI

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar il-liċenzjar ta' impriżi ferrovjarji (ĠU L 143, 27.6.1995, p. 70).

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/19/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji u l-ħlas ta' drittijiet tal-infrastruttura (ĠU L 143, 27.6.1995, p. 75).

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25).

TAQSIMA 5 –   OQSMA OĦRA

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/82/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxi tas-sisa fuq żjut minerali (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 19).

Id-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-ħtiġijiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq (ĠU L 167, 30.4.2004, p.39).”


22.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/40


DEĊIŻJONI Nru 1/2011 TAL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U L-ISVIZZERA

tal-14 ta’ Jannar 2011

li temenda t-Tabelli III u IV(b) tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fir-rigward ta’ prodotti agrikoli proċessati

(2011/46/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Kumitat Ekonomiku Ewropew u l-Konfederazzjoni Svizzera, iffirmat fi Brussell fit-22 ta’ Lulju 1972 (1) minn hawn ’il quddiem imsemmi ‘il-Ftehim’, kif emendat bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jemenda l-Ftehim fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għal prodotti agrikoli proċessati (2) ffirmat fil-Lussemburgu fis-26 ta’ Ottubru 2004, u l-Protokoll 2 tiegħu, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 ta’ dak il-Protokoll,

Billi:

(1)

Għall-implimentazzjoni tal-Protokoll 2 tal-Ftehim, il-prezzijiet domestiċi ta’ referenza ġew stabbiliti għall-Partijiet Kontraenti.

(2)

Il-prezzijiet reali nbidlu fis-swieq domestiċi tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward ta’ materji primi li għalihom huma applikati miżuri ta’ kumpens għall-prezzijiet.

(3)

Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu aġġornati l-prezzijiet ta’ referenza u l-ammonti elenkati fit-Tabelli III u IV(b) tal-Protokoll 2 skont dan.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll 2 tal-Ftehim huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Tabella III hija sostitwita bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni

(b)

It-Tabella IV, il-punt (b) hija sostitwita bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ dakinhar li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din għandha tapplika mill-1 ta’ Frar 2011.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

M. O'SULLIVAN


(1)  ĠU L 300, 31.12.1972, p. 189.

(2)  ĠU L 23, 26.1.2005, p. 19.


ANNESS 1

“TABELLA III

Il-prezzijiet domestiċi ta’ referenza tal-UE u l-Isvizzera

Agrikultura Materja prima

Prezz domestiku ta’ referenza għall-Isvizzera

Prezz domestiku ta’ referenza għall-UE

L-Artikolu 4(1)

Applikat fuq in-naħa tal-Isvizzera. Id-

Differenza fil-prezz ta’ referenza UE/Svizzera

L-Artikolu 3(3)

Applikat fuq in-naħa tal-UE. Id-

Differenza fil-prezz ta’ referenza UE/Svizzera

CHF kull 100 kg nett

CHF kull 100 kg nett

CHF kull 100 kg nett

EUR kull 100 kg nett

Qamħ komuni

48,05

28,20

19,85

0,00

Qamħ durum

1,20

0,00

Segala

41,45

27,40

14,05

0,00

Xgħir

Qamħirrun

Qamħ komuni

97,00

54,50

42,50

0,00

Trab tal-ħalib

611,55

362,40

249,15

0,00

Trab tal-ħalib xkumat

428,95

297,60

131,35

0,00

Butir

1 055,15

480,10

575,05

0,00

Zokkor abjad

Bajd

38,00

0,00

Patata friska

43,20

28,60

14,60

0,00

Xaħam veġetali

170,00

0,00 ”


ANNESS II

“TABELLA IV

(b)

L-ammonti bażiċi għal materji prima tal-agrikoltura li ġew ikkunsidrati għall-kalkolu tal-komponenti agrikoli:

Materja prima tal-agrikoltura

Applikat fuq in-naħa tal-Isvizzera, l-Art. 3(2) Ammont bażiku applikat

Applikat fuq in-naħa tal-UE, l-Art. 4(2) Ammont bażiku applikat

CHF kull 100 kg nett

EUR kull 100 kg nett

Qamħ komuni

17,00

0,00

Qamħ durum

1,00

0,00

Segala

12,00

0,00

Xgħir

Qamħirrun

Qamħ komuni

36,00

0,00

Trab tal-ħalib

212,00

0,00

Trab tal-ħalib xkumat

112,00

0,00

Butir

489,00

0,00

Zokkor abjad

Bajd

32,00

0,00

Patata friska

12,00

0,00

Xaħam veġetali

145,00

0,00 ”


Rettifika

22.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/43


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 47/2011 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 18 tal-21 ta’ Jannar 2011 )

F’paġna 18, premessa 4:

għal:

“(4)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,”

aqra:

“(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,”