|
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2011.007.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 7 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 54 |
|
|
|
IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom |
|
|
|
|
2011/5/KE |
|
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009 Dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (notifikata bid-dokument numru C(2009) 8107) ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
|
11.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 7/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-24 ta’ Frar 2010
Dwar il-Kuntratti ta’ servizz pubbliku ta’ trasport bejn il-Ministeru Daniż tat-Trasport u Danske statsbaner (Għajnuna mill-Istat C 41/08 (ex NN 35/08))
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 975)
(Il-test Daniż biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/3/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu (1),
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
wara li stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom skont id-dispożizzjonijiet tal-istess Artikoli (2),
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Wara żewġ ilmenti u bosta skambji bejn, minn naħa waħda, il-Kummissjoni u ż-żewġ partijiet li ressqu l-ilment, u min-naħa l-oħra bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Daniżi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fl-10 ta’ Settembru 2008 f’dan il-każ u għalhekk stiednet lid-Danimarka u lill-partijiet interessati, permezz tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ ftuħ f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), sabiex iressqu l-kummenti tagħhom. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali kienet parzjalment is-suġġett ta’ rikors ta’ annullament ippreżentat minn wieħed mill-partijiet li ressqu l-ilment quddiem il-Qorti tal-Unjoni Ewropea. Dan l-appell ġie miċħud bħala inammissibbli permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Novembru 2009 (4). |
|
(3) |
Permezz ta’ ittra tas-17 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni stiednet lid-Danimarka u lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-bażi legali xierqa għar-reviżjoni tal-kompatibbiltà ta’ Għajnuna mill-Istat f’dan il-każ, minħabba d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 u Nru 1107/70 (5). |
2. PREŻENTAZZJONI TAL-BENEFIĊJARJU U TAL-PERSUNI LI QED JIPPREŻENTAW L-ILMENT
2.1. IL-BENEFIĊJARJU TAL-MIŻURI: DANSKE STATSBANER
2.1.1. IL-KUMPANIJA FERROVJARJA STORIKA DANIŻA
|
(4) |
Danske Statsbaner SV (DSB) hija l-kumpanija ferrovjarja ewlenija fid-Danimarka. |
|
(5) |
DSB hija proprjetà sħiħa tal-Istat Daniż (6). DSB topera biss servizzi ta’ trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u servizzi relatati (7). DSB hija attiva wkoll permezz tas-sussidjarji tagħha b’mod partikolari fl-Isvezja, fin-Norveġja u fir-Renju Unit. |
|
(6) |
Fl-1998, il-Parlament Daniż adotta liġi li tifred l-infrastruttura ferrovjarja mill-attivitajiet ta’ trasport ferrovjarju ta’ DSB (8). |
|
(7) |
Fl-2008, DSB kellha madwar 9 200 impjegat. Il-fatturat tagħha fl-2008 kien jammonta għal madwar DKK 9,85 biljun (EUR 1,32 biljun). |
2.1.2. IL-ĦOLQIEN TAL-KUMPANIJA PUBBLIKA DSB
|
(8) |
Fl-1999, DSB ġiet trasformata f’kumpanija pubblika indipendenti (9). |
|
(9) |
Għal dan il-għan ġie stabbilit mudell ġdid ta’ ġestjoni finanzjarja tal-kumpanija. Il-bilanċ ta’ ftuħ tal-kumpanija ġie elaborat fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tal-attiv u tal-passiv. L-awtoritajiet Daniżi indikaw li għall-karigi kollha sinifikanti, DSB kisbet evalwazzjoni oħra magħmula minn esperti indipendenti. |
|
(10) |
L-awtoritajiet Daniżi spjegaw li l-kapital ta’ ekwità ta’ DSB ġie kkalkolat permezz ta’ tqabbil ma’ kumpaniji simili li għandhom assi fissi kbar. Il-bilanċ ta’ ftuħ finali tal-kumpanija kien ibbażat fuq proporzjon ta’ likwidità ta’ 36 % u fuq allokazzjoni inizjali. |
|
(11) |
Barra minn hekk, għandu jkun innotat li l-qafas legali applikabbli għal DSB ġie ssupplimentat permezz ta’ standards ta’ kontabilità u linji gwida nazzjonali tal-kompetizzjoni li jobbligaw lill-kumpanija żżomm kontijiet separati tal-attivitajiet ewlenin tagħha u b’hekk tevita l-kontrosussidji. Il-kontijiet tal-ħlasijiet kuntrattwali mogħtija lil DSB fuq il-bażi tal-kuntratti ta’ servizzi pubbliċi tat-trasport jiġu wkoll miżmuma separati mill-attivitajiet l-oħra li jsiru fuq bażi strettament kummerċjali. |
|
(12) |
Il-kontijiet ta’ DSB huma miżmuma għal kull attività u huma bbażati fuq kontabilità analitika dettaljata li tuża bażi ta’ tqassim tal-ispejjeż u tal-prodotti (10). |
2.1.3. IL-GRUPP DSB
i. DSB S-tog a/s
|
(13) |
Il-Grupp DSB jinkludi wkoll is-sussidjarja DSB S-tog a/s, proprjetà 100 % ta’ DSB SV, li topera s-servizzi ferrovjarji suburbani kollha tal-belt ta’ Kopenħagen. |
|
(14) |
Il-kontijiet ta’ DSB S-tog a/s jinżammu separati minn DSB SV minħabba li hija kumpanija indipendenti. Bl-istess mod, ir-regolament tal-kontabilità ta’ DSB jipprovdi li t-transazzjonijiet bejn DSB u DSB S-tog a/s għandhom isiru skont il-kundizzjonijiet tas-suq. |
|
(15) |
Il-bilanċ żejjed iġġenerat mis-sussidjarja DSB S-tog a/s ttieħed inkunsiderazzjoni, wara li tneħħiet it-taxxa, fir-riżultat konsolidat ta’ DSB SV. Il-politika tal-Istat Daniż fil-qasam ta’ dividendi hija definita meta mqabbla mal-kumpanija ewlenija DSB SV fis-sens li d-dividendi jitħallsu minn din tal-aħħar. |
ii. Ishma oħra
|
(16) |
DSB għandha 100 % tal-ishma ta’ DSB Sverige AB, DSB Norge u DSB UK Ltd AS li l-attività tagħhom tikkonsisti, kif intqal aktar ‘il fuq, fil-provvista tas-servizzi ta’ trasport tal-passiġġieri u attivitajiet oħrajn relatati, rispettivament, fl-Isvezja, fin-Norveġja u fir-Renju Unit. |
|
(17) |
Barra minn hekk, DSB għandha 60 % ta’ Roslagståg AB li topera l-linja Roslag fir-reġjun ta’ Stokkolma. DSB għandha l-kumpanija privata BSD ApS, inkarigata mill-ħarsien tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. |
|
(18) |
Barra minn hekk, DSB u DSB S-tog a/s għandhom flimkien l-azjenda DSB Rejsekort A/S, li għandha 52 % ta’ Rejsekort A/S, operatur tal-biljetterija elettronika (e-Ticketing) tat-trasport pubbliku. |
|
(19) |
Fl-aħħar nett, DSB għandha 100 % ta’ Kort & Godt, katina ta’ ħwienet fl-istazzjonijiet. |
2.2. IL-PARTIJIET LI RESSQU L-ILMENT
2.2.1. L-EWWEL PARTI LI RESSQET L-ILMENT
|
(20) |
L-ewwel parti li ressqet l-ilment hija Gråhundbus, kumpanija privata ta’ trasport tal-passiġġieri bix-xarabank (minn hawn ‘il quddiem Gråhundbus). |
2.2.2. IT-TIENI PARTI LI RESSQET L-ILMENT
|
(21) |
It-tieni parti li ressqet l-ilment hija Dansk Kollektiv Traffik, assoċjazzjoni professjonali li tirrappreżenta diversi operaturi tat-trasport Daniżi (minn hawn ‘il quddiem DKT). |
3. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-KUNTRATTI TA’ SERVIZZ PUBBLIKU TA’ TRASPORT BEJN IL-MINISTERU TAT-TRASPORT DANIŻ U DSB
3.1. IL-QAFAS LEGALI TAL-KUNTRATTI TA’ SERVIZZ PUBBLIKU TA’ TRASPORT FID-DANIMARKA
|
(22) |
Sal-1 ta’ Jannar 2000, DSB kellha l-monopolju tas-servizzi ta’ trasport ferrovjarju tal-passiġġieri fid-Danimarka. Minn dakinhar ‘l hawn, il-leġiżlatur Daniz abolixxa l-monopolju u pprovda żewġ skemi alternattivi għall-provvediment tas-servizzi ta’ trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija (11):
|
|
(23) |
Skont l-awtoritajiet Daniżi, bħalissa ma jopera l-ebda servizz ta’ trasport tal-passiġġieri, fuq bażi regolari taħt l-iskema ta’ traffiku ħieles. |
|
(24) |
Fil-każ tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku ta’ trasport, il-qafas regolatorju Daniż jagħmel distinzjoni bejn żewġ tipi ta’ kuntratti:
|
|
(25) |
F’dan il-kuntest, DSB topera servizzi prinċipali, reġjonali u lokali ta’ trasport ferrovjarju tal-passiġġieri taħt kuntratti ta’ servizz pubbliku konklużi minn żmien għal żmien mal-Ministeru tat-Trasport. |
|
(26) |
Barra minn hekk, l-użu ta’ proċeduri ta’ sejħa għall-offerti żviluppa gradwalment matul is-snin. Fl-2002, Arriva fil-fatt kisbet parti mit-trasport pubbliku reġjonali fid-Danimarka tal-Punent. Fl-2007, kumpanija bi sħab bejn DSB u First Group (DSB First) ukoll kisbet parti mit-trasport pubbliku reġjonali fid-Danimarka tal-Lvant u fin-Nofsinhar tal-Isvezja li kien jinkludi rotot transnazzjonali reġjonali ta’ trasport pubbliku. |
|
(27) |
L-awtoritajiet Daniżi indikaw ukoll l-intenzjoni tagħhom li jippreżentaw aktar kuntratti għal proċedura ta’ sejħa għall-offerti. |
3.2. IL-KUNTRATT TA’ SERVIZZ PUBBLIKU TA’ TRASPORT GĦALL-PERJODU 2000-2004
|
(28) |
Dan il-kuntratt jirrigwarda t-trasport tal-linji prinċipali u reġjonali li jitħaddem taħt servizz pubbliku minn DSB matul il-perjodu 2000-2004. |
|
(29) |
Is-sezzjoni 1 tipprovdi li “l-għan ta’ dan il-kuntratt huwa li jippromwovi żvilupp pożittiv tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri billi jieħu bħala punt ta’ tluq is-sitwazzjoni finanzjarja solida ta’ DSB, il-kumpanija ferrovjarja pubblika Daniża”. |
|
(30) |
Il-premessi li ġejjin jiġbru fil-qosor id-dispożizzjonijiet l-aktar rilevanti għall-analiżi ta’ dan il-kuntratt ta’ servizz pubbliku. |
3.2.1. KONTENUT TAL-KUNTRATT (12)
|
(31) |
L-Artikolu 3 jiddefinixxi l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-kuntratt. Huwa jirreferi għall-provvista ta’ servizzi ta’ trasport ferrovjarju u ta’ servizzi lill-passiġġieri. Il-kuntratt ma jkoprix is-servizzi pubbliċi ta’ trasport mogħtija permezz ta’ sejħa għall-offerti u lanqas it-trasport fit-traffiku ħieles inkluż it-trasport tal-merkanzija. |
|
(32) |
Is-servizzi ta’ trasport ipprovduti minn DSB huma spjegati fid-dettall fl-Artikolu 7 tal-kuntratt. DSB għandha l-obbligu li tagħti ċertu ammont ta’ prestazzjonijiet [imkejla fi produzzjoni ta’ kilometri-ferrovjarji (minn hawn ‘il quddiem kilometri-ferrovjarji)] għat-tul tal-kuntratt. Produzzjoni ta’ kilometri-ferrovjarji għat-tul tal-kuntratt
|
|
(33) |
L-Artikolu 7(1)(a) jistabbilixxi l-mira ta’ produzzjoni annwali ta’ 51 miljun kilometri-ferrovjarji li għandha tintlaħaq mill-1 ta’ Jannar 2006. |
|
(34) |
L-Artikolu 8 tal-kuntratt jispeċifika madankollu li l-Ministeru Daniż tat-Trasport jista’ jiddeċiedi li joħroġ sejħa għall-offerti għal ċerta parti tal-produzzjoni ta’ kilometri-ferrovjarji, li jirriżulta fit-tmiem tal-kuntratt. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 jagħtu dettalji tas-sistema legali applikabbli għas-sejħiet għall-offerti. Jispeċifikaw ukoll il-konsegwenzi b’mod partikolari t-tnaqqis tal-kumpens u l-implikazzjonijiet li jirrigwardaw materjal ferrovjarju (magni u vaguni) (rolling stock). |
|
(35) |
L-Artikolu 7 jistabbilixxi wkoll ir-regoli li jirrigwardaw il-ħinijiet u l-frekwenza tas-servizzi ta’ trasport. Fil-każ tal-ħinijiet, l-Artikolu 9 jipprovdi l-koordinazzjoni tal-iskedi tal-ħinijiet. Diversi dispożizzjonijiet huma mfassla sabiex jiżguraw li DSB tista’ timplimenta sistema ta’ trasport pubbliku koerenti billi joffru l-possibbiltà ta’ koordinazzjoni bejn il-karozzi tal-linja u l-ferroviji. |
|
(36) |
L-Artikolu 10 fih id-dispożizzjonijiet dwar l-użu u l-akkwist ta’ materjal ferrovjarju ġdid li jikkorrispondi għal ammont totali ta’ DKK 5,6 biljun sal-2006. Dan il-materjal ferrovjarju ġdid huwa mudell ġdid ta’ ferroviji li jaħdmu bid-diżil imsejħa IC4. Il-karatteristiċi tekniċi ta’ dawn il-ferroviji ġodda f’termini ta’ veloċità, numru ta’ postijiet jew il-livell ta’ kumdità huma definiti fl-Artikolu 10, bħall-kundizzjonijiet ta’ użu ta’ dawn il-ferroviji fuq ċerti rotot. Dawn l-investimenti huma kkumpensati permezz ta’ ħlasijiet kuntrattwali deskritti hawn taħt. |
|
(37) |
Id-dispożizzjonijiet l-oħrajn rilevanti li jistħoqqilhom jissemmew huma:
|
3.2.2. IL-ĦLASIJIET KUNTRATTWALI
|
(38) |
Il-kumpens finanzjarju għal DSB huwa definit fl-Artikolu 4 tal-kuntratt. |
|
(39) |
Id-dħul mill-bejgħ tal-biljetti jmur għand DSB. Barra minn hekk, DSB tirċievi ħlas kuntrattwali mill-Ministeru tat-Trasport Daniż għas-servizzi stabbiliti mill-kuntratt. |
|
(40) |
Il-ħlasijiet kuntrattwali huma deskritti fit-tabella ta’ hawn taħt: Ħlasijiet kuntrattwali 2000-2004
|
|
(41) |
Dawn il-ħlasijiet huma indiċjati fuq l-indiċi tal-prezzijiet netti kull sena. |
|
(42) |
It-total tal-ħlasijiet kuntrattwali huwa bbażat fuq il-previżjoni fuq għaxar snin tal-baġit ta’ DSB li ġie adottat fil-11 ta’ Ġunju 1999 u li jiddefinixxi l-istrateġija finanzjarja fit-tul ta’ DSB. |
|
(43) |
L-Artikolu 4 jipprovdi wkoll ċerti aġġustamenti b’konnessjoni mal-implimentazzjoni tal-Ftehim qafas għal ħames snin mis-26 ta’ Novembru 1999 applikabbli għas-settur tat-trasport ferrovjarju. Dan il-Ftehim qafas wassal għall-adozzjoni ta’ bosta addenda speċifiċi għall-kuntratt rigward:
|
|
(44) |
Il-ħlasijiet kuntrattwali jkopru l-amortizzament u l-imgħax fuq il-materjal ferrovjarju mixtri skont l-Artikolu 10 tal-kuntratt. Madankollu, l-addenda l-oħra jistgħu jimplikaw żieda fil-ħlasijiet kuntrattwali. |
|
(45) |
L-Artikolu 5 jirrigwarda l-ispejjeż ferrovjarji. Il-ħlasijiet kuntrattwali jinkludu l-infiq ta’ DSB għall-ħlas tal-ispejjeż ferrovjarji dovuti għall-ferroviji koperti mill-kuntratt. L-Artikolu 5 jipprovdi wkoll skema ta’ aġġustament annwali tal-ispejjeż ferrovjarji. |
3.2.3. IT-TRASPORT URBAN
|
(46) |
Ġie konkluż ukoll kuntratt bejn il-Ministeru tat-Trasport Daniż u DSB S-tog a/s rigward il-provvista ta’ trasport pubbliku fuq in-netwerk ferrovjarju metropolitan li jaħdem bl-elettriku matul il-perjodu 2000-2004. |
|
(47) |
Dan il-kuntratt huwa mibni fuq l-istess mudell u fih dispożizzjonijiet simili għal dawk tal-kuntratt li jirrigwarda s-servizzi ta’ trasport tal-linji prinċipali u reġjonali. Huwa jiddeskrivi fid-dettall is-servizzi ta’ trasport pubbliku metropolitan li għandha tipprovdi DSB S-tog a/s, billi jistabbilixxi l-obbligu li jsir ċertu ammont ta’ servizzi (imkejjel fi produzzjoni ta’ kilometri-ferrovjarji) għat-tul tal-kuntratt. Jinkludi obbligi li jirrigwardaw il-ħinijiet u l-frekwenza tas-servizzi kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar l-użu u l-akkwist ta’ materjal ferrovjarju ġdid. |
|
(48) |
Is-sistema ta’ kumpens prevista minn dan il-kuntratt hija identika għal dik tal-kuntratt dwar is-servizzi ta’ trasport pubbliċi ta’ linji prinċipali u ta’ linji reġjonali. Il-ħlasijiet kuntrattwali huma ddeterminati fuq l-istess bażi ta’ kalkolu (qligħ fuq il-kapital ta’ ekwità ta’ 6 % wara t-taxxa). |
|
(49) |
Il-ħlasijiet kuntrattwali huma deskritti fit-tabella hawn taħt u soġġetti għall-istess termini bħall-kuntratt li jirrigwarda s-servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-linji prinċipali u reġjonali: Ħlasijiet kuntrattwali 2000-2004
|
3.3. IL-KUNTRATT TA’ SERVIZZ PUBBLIKU TA’ TRASPORT GĦALL-PERJODU 2005-2014
|
(50) |
It-tieni kuntratt bejn il-Ministeru tat-Trasport Daniż u DSB jirrigwarda l-provvista ta’ servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-linji prinċipali u reġjonali matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2005 – u l-31 ta’ Diċembru 2014. |
|
(51) |
L-għan tal-kuntratt huwa deskritt fl-introduzzjoni kif ġej: “L-istabbiliment ta’ qafas ċar biex dan is-servizz pubbliku jingħata b’mod li jiggarantixxi lill-Istat l-aħjar riżultat possibbli f’termini ta’ trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija, bir-riżorsi finanzjarji magħmula disponibbli għat-trasport ferrovjarju u l-iżgurar li DSB jkollha sitwazzjoni finanzjarja soda”. |
3.3.1. KONTENUT TAL-KUNTRATT (13)
|
(52) |
L-Artikolu 1.1 jiddefinixxi l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-kuntratt. Dan fih is-sezzjonijiet speċifiċi tan-netwerk li fih it-traffiku huwa żgurat bħala servizz pubbliku b’mod konformi mal-kuntratt. |
|
(53) |
Għandu jiġi nnutat li fuq żewġ rotot speċifiċi, DSB ma tirċievi l-ebda dħul mill-biljetti. Il-kuntratt jirrigwarda wkoll rotot internazzjonali mal-Ġermanja u r-rotta Kopenħagen – Ystad, li qabel kienet tiġi operata fit-traffiku ħieles. |
|
(54) |
Is-servizzi ta’ trasport li għandha tagħti DSB huma definiti fi pjan ta’ traffiku (numru u spazjar tal-ferroviji), pjan tal-waqfiet (servizz tal-waqfiet) u pjan tal-linji (ħtiġijiet ta’ rotot). Dawn it-tliet pjanijiet huma deskritti fl-ewwel Artikolu l-istess bħar-regoli li jirrigwardaw il-kapaċità f’postijiet bilqiegħda, il-frekwenza, l-affidabbiltà, is-sodisfazzjon tal-passiġġieri, il-waqfien tas-servizz u l-kundizzjonijiet speċjali l-oħra. |
|
(55) |
L-Artikolu 2 jipprovdi t-termini ta’ ffissar tal-prezzijiet, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw il-vjaġġi li jgħaddu minn Øresund. |
|
(56) |
L-Artikolu 3 jirrigwarda l-ambitu ta’ applikazzjoni tas-servizzi ta’ trasport rilevanti meta mqabbla ma’ dawk ipprovduti fit-traffiku ħieles. B’mod partikolari, fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu huwa speċifikat li s-servizzi pubbliċi ta’ trasport jistgħu jiġu estiżi lil hinn mill-qafas attwali, mingħajr żieda fil-ħlasijiet kuntrattwali. |
|
(57) |
L-Artikolu 4 jistabbilixxi r-regoli, ir-responsabbiltajiet u l-obbligi li jirrigwardaw l-immodernizzar tal-istazzjonijiet. DSB għandha tħejji pjanijiet għall-immodernizzar tal-istazzjonijiet li għandhom jiġu sottomessi lill-Ministeru Daniż tat-Trasport bħala informazzjoni. |
|
(58) |
L-Artikolu 5 tal-kuntratt jelenka l-impenji speċifiċi ta’ DSB għall-operat tal-attivitajiet ta’ trasport. Dawn l-impenji jirrigwardaw fost oħrajn l-informazzjoni, l-ispezzjonijiet tat-tagħmir, l-obbligu li materjal ferrovjarju jkun magħmul disponibbli għall-operaturi f’każ ta’ sejħa għall-offerti fuq ċerti rotot jew ċerti kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ biljetti jew ta’ pass b’xejn għal ċerti kategoriji ta’ passiġġieri. |
|
(59) |
Fl-aħħar nett, l-Artikolu 6 jipprovdi l-possibbiltà u l-kundizzjonijiet għall-organizzazzjoni tas-sejħiet għall-offerti fuq ċerti rotot u t-tnaqqis tal-ħlasijiet kuntrattwali li jikkorrispondi għas-servizzi kkonċernati li jirriżultaw minnha. |
3.3.2. ĦLASIJIET KUNTRATTWALI
|
(60) |
Il-kumpens finanzjarju għal DSB huwa stabbilit fl-Artikolu 7 tal-kuntratt. |
|
(61) |
Id-dħul mill-bejgħ tal-biljetti jmur għand DSB (14). Barra minn hekk, DSB tirċievi ħlas kuntrattwali mill-Ministeru tat-Trasport Daniż għas-servizzi previsti mill-kuntratt. |
|
(62) |
Il-ħlasijiet kuntrattwali huma deskritti fit-tabella ta’ hawn taħt: Ħlasijiet kuntrattwali 2005-2014
|
|
(63) |
Dawn il-ħlasijiet huma fissi u mhumiex soġġetti għal xi aġġustamenti awtomatiċi sakemm ma jkunx speċifikat xort’oħra fil-kuntratt. Madankollu, dawn jiġu riveduti kull sena fuq il-bażi tal-evoluzzjoni tal-indiċi tal-prezzijiet netti inklużi fl-Att tal-Finanzi. |
|
(64) |
Il-kuntratt ma jispeċifikax kif jiġi kkalkulat it-total ta’ ħlasijiet kuntrattwali. Il-Ministeru Daniż tat-Trasport indika li l-ħlasijiet huma bbażati fuq previżjoni tal-baġit ta’ għaxar snin, ibbażati fuq stima tal-ispejjeż u tad-dħul. |
|
(65) |
Il-ħlasijiet kuntrattwali jkopru, fost elementi oħrajn, l-amortizzament u l-imgħax fuq il-materjal ferrovjarju l-ġdid, kif deskritt f’din it-tabella: Amortizzament tal-materjal ferrovjarju l-ġdid 2005-2014
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(66) |
Il-pjan ta’ kunsinna għall-investimenti annwali f’materjal ferrovjarju ġdid huwa ppreżentat f’din it-tabella li ġejja: Kunsinna tal-materjal ferrovjarju l-ġdid
|
|
(67) |
Iddaħħlu diversi dispożizzjonijiet fil-kuntratt li jikkunsidraw id-dewmien fil-kunsinna tal-materjal ferrovjarju fil-qafas tal-kuntratt għall-perjodu 2000-2004. |
|
(68) |
L-Artikolu 7.1.2. jipprovdi l-possibbiltà li l-ħlasijiet kuntrattwali jiġu aġġustati kull sena fuq il-bażi tal-kunsinna tal-materjal ferrovjarju l-ġdid. Dawn l-aġġustamenti m’għandhomx iwasslu sabiex DSB tirċievi kumpens akbar. Dan l-aġġustament ma jsirx meta t-tnaqqis ikun inqas minn DKK 8 miljun. |
3.3.3. IT-TRASPORT URBAN
|
(69) |
Kuntratt ieħor bejn il-Ministeru Daniż tat-Trasport u DSB S-tog a/s jirrigwarda l-provvista ta’ servizzi pubbliċi ta’ trasport fuq in-netwerk ferrovjarju metropolitan li jaħdem bl-elettriku matul il-perjodu tal-1 ta’ Jannar 2005 sal 31 ta’ Diċembru 2014. |
|
(70) |
Dan il-kuntratt jibbaża fuq sistema ta’ dispożizzjonijiet simili għall-kuntratt dwar is-servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-linji prinċipali u reġjonali. Huwa jiddefinixxi l-prestazzjonijiet li għandhom jiġu żgurati minn DSB S-tog a/s rigward il-linji rilevanti, is-servizzi ta’ trasport, ir-rekwiżiti f’termini ta’ kapaċità, regolarità, u affidabbiltà tas-servizz kif ukoll il-livell ta’ sodisfazzjon tal-passiġġieri jew il-waqfien tas-servizz. Il-kuntratt jispeċifika wkoll il-kundizzjonijiet tal-iffissar tal-prezzijiet, tal-immodernizzar tal-istazzjonijiet u l-komunikazzjoni tal-informazzjoni. Huwa jipprovdi s-sanzjonijiet f’każ ta’ ksur tal-kuntratt. |
|
(71) |
Is-sistema ta’ kumpens stabbilita f’dan il-kuntratt hija wkoll identika għal dik tal-kuntratt li jirrigwarda s-servizzi ta’ trasport tal-linji prinċipali u reġjonali. Il-ħlasijiet kuntrattwali huma ddeterminati fuq l-istess bażi ta’ kalkolu (qligħ fuq il-kapital ta’ ekwità ta’ 6 % wara t-taxxa). |
|
(72) |
Il-ħlasijiet kuntrattwali huma deskritti fit-tabella ta’ hawn taħt: Ħlasijiet kuntrattwali 2005-2014
|
|
(73) |
Bħall-kuntratt li jirrigwarda s-servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-linji prinċipali u reġjonali, il-kuntratt jipprovdi l-kundizzjonijiet ta’ reviżjoni ta’ dawn il-ħlasijiet kif ukoll il-ħlasijiet kuntrattwali għall-amortizzament tal-materjal ferrovjarju. |
4. RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-ADOZZJONI TAD-DEĊIŻJONI TA’ FTUĦ TAL-PROĊEDURA
|
(74) |
Fid-Deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ proċedura tagħha, il-Kummissjoni esprimiet dubji rigward il-kompatibbiltà tal-kumpens għall-għoti tas-servizz pubbliku mħallas lil DSB mas-suq intern. Il-Kummissjoni semmiet li l-għan tal-proċedura kien li tiddetermina jekk dawn il-kuntratti ta’ servizz pubbliku jimplikawx l-għoti ta’ għajnuniet mill-Istat lil DSB u jekk il-ħlasijiet kuntrattwali mħallsa wasslux għal kumpens żejjed għall-ispejjeż imġarrba minn DSB biex taqdi l-missjoni ta’ servizz pubbliku definita fil-kuntratti. |
|
(75) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku favur DSB. Għal dan hija applikat il-kriterji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Altmark (15). |
|
(76) |
Għalkemm il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kumpanija benefiċjarja kienet effettivament responsabbli għall-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku ta’ trasport definiti b’mod ċar (premessi 69 sa 76 tad-Deċiżjoni ta’ ftuħ), madankollu hija esprimiet id-dubji tagħha dwar l-eżistenza ta’ parametri stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti li fuq il-bażi tagħhom kien ġie kkalkulat il-kumpens għall-perjodu 2009-2014 (premessi 77 sa 80 tad-Deċiżjoni msemmija). |
|
(77) |
Il-Kummissjoni esprimiet dubji wkoll dwar il-fatt li l-kumpens ma jaqbiżx dak li huwa meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjez imġarrba mill-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, waqt li jitqies id-dħul rilevanti kif ukoll profitt raġonevoli għat-twettiq ta’ dawn il-missjonijiet. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni xtaqet speċifikament tirrevedi l-qliegħ mid-dħul ta’ DSB (premessi 83 sa 90 tad-Deċiżjoni ta’ ftuħ), id-dewmien fil-kunsinna tal-materjal ferrovjarju (premessi 91 sa 100 tad-Deċiżjoni msemmija) u l-każ speċifiku tar-rotta Kopenħagen – Ystad (premessi 101 sa 103 tad-Deċiżjoni msemmija). |
|
(78) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnutat li l-kuntratti ta’ servizz pubbliku ma ngħatawx wara proċedura ta’ sejħa għall-offerti. Għaldaqstant hija esprimiet id-dubji tagħha dwar il-fatt li l-livell ta’ kumpens meħtieġ ġie ddeterminat fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ispejjeż li kumpanija medja, ġestita tajjeb u mgħammra b’mezzi ta’ trasport adegwati sabiex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ servizz pubbliku, kien ikollha ssostni sabiex twettaq dawn l-obbligi, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kif ukoll profitt raġonevoli għat-twettiq ta’ dawn l-obbligi (premessi 104 sa 107 tad-Deċiżjoni msemmija). |
|
(79) |
Minħabba li l-kumpens għas-servizz pubbliku huwa riżors tal-Istat u aktarx joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni għalhekk esprimiet dubji li l-kuntratti ta’ servizz pubbliku ta’ trasport jimplikaw għajnuniet mill-Istat favur DSB. |
|
(80) |
Wara dan, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-kompatibbiltà ta’ dawn il-kuntratti ta’ servizz pubbliku mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 (16). |
|
(81) |
Il-Kummissjoni esprimiet dubji wkoll dwar jekk l-ammont tal-kumpens, jiġifieri l-prezz imħallas mill-gvern Daniż, kienx limitat għal dak li kien meħtieġ sabiex ikopri l-ispejjeż iġġenerati mit-twettiq ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku, għar-raġunijiet mogħtija hawn fuq fl-evalwazzjoni tas-sodisfar tat-tielet kriterju stabbilit mis-sentenza Altmark. B’mod partikolari, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-ġbid ta’ dividendi mill-Istat Daniż fuq id-dħul ta’ DSB kif ukoll it-tnaqqis ta’ ħlasijiet kuntrattwali annwali evitawx kull riskju ta’ kumpens żejjed (premessi 129 u 131 tad-Deċiżjoni msemmija). |
5. ARGUMENTI TAL-AWTORITAJIET DANIŻI WARA L-FTUĦ TA’ PROĊEDURA
Rimarki preliminari
|
(82) |
Fl-ittra tagħhom tat-12 ta’ Diċembru 2008, l-awtoritajiet Daniżi kkunsidraw li huma kienu diġà pprovdew bħala parti mill-inkjesta preċedenti tal-Kummissjoni, l-elementi fattwali u legali li kienet teħtieġ il-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi li l-ħlasijiet kuntrattwali mhumiex għajnuna mill-Istat jew, għall-inqas, li kwalunkwe għajnuna mill-Istat hija kompatibbli mat-Trattat. L-awtoritajiet Daniżi għalhekk fakkru l-elementi fattwali u legali ppreżentati lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, huma żviluppaw argumenti dwar l-elementi fattwali u legali li għandhom jiġu koperti fid-dettall minħabba avvenimenti li seħħew sadanittant jew fid-dawl tal-kummenti magħmula mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura ta’ eżami formali. |
|
(83) |
Fil-prinċipju, l-awtoritajiet Daniżi jindikaw ukoll li jappoġġaw ir-raġunament tal-Kummissjoni dwar minn naħa l-verifika tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat bl-applikazzjoni tal-kriterji tas-sentenza Altmark, u min-naħa l-oħra l-bażi legali biex tistabbilixxi l-kompatibbiltà mat-Trattat. |
|
(84) |
Madankollu, l-awtoritajiet Daniżi jesprimu n-nuqqas ta’ qbil tagħhom dwar l-interpretazzjoni magħmula mill-Kummissjoni tas-sentenza Danske Busvognmænd (magħrufa wkoll bħala s-sentenza “Combus”) (17). Il-Kummissjoni fil-fatt iddikjarat li jekk il-kuntratt ta’ servizz pubbliku jimplika għajnuna mill-Istat, din kien imissha ġiet notifikata. Għall-kuntrarju, l-awtoritajiet Daniżi jqisu li jekk ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 huwa applikabbli u l-kumpens previst taħt il-kuntratt ta’ servizz pubbliku huwa konformi mar-Regolament, allura dan il-kumpens huwa eżentat mill-obbligu tan-notifika skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69. |
|
(85) |
Fl-aħħar nett, id-Danimarka tenfasizza li, fil-ġurisprudenza reċenti, u b’mod partikolari fil-kawża T-289/03 BUPA e. a./Kummissjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza, huwa speċifikat li l-kriterji stabbiliti fis-sentenza Altmark għandhom jiġu applikati b’kunsiderazzjoni għas-sitwazzjoni fis-settur ikkonċernat u li l-Istati Membri għandhom diskrezzjoni wiesgħa. |
Dwar it-tieni kriterju tas-sentenza Altmark
|
(86) |
L-awtoritajiet Daniżi jinnutaw li l-Kummissjoni rrikonoxxiet li t-tieni kriterju tas-sentenza Altmark kien issodisfat f’dak li jirrigwarda l-kumpens imħallas għall-perjodu 1998-2008 iżda li hija għandha dubji dwar il-perjodu 2009-2014. |
|
(87) |
L-awtoritajiet Daniżi jemmnu li dawn id-dubji huma bbażati fuq interpretazzjoni żbaljata, minħabba li l-kumpens, bħal fil-każ tal-perjodu preċedenti, ġie kkalkulat fuq il-bażi ta’ baġit ta’ għaxar snin għall-perjodu 2005-2014. |
|
(88) |
Huma bagħtu dan il-baġit lill-Kummissjoni u ppreżentaw it-tbassir u s-suppożizzjonijiet użati sabiex jibbażaw dan il-baġit, jiġifieri:
|
|
(89) |
Barra minn hekk, id-Danimarka tgħid li dan il-baġit tfassal inizjalment fuq il-bażi tal-obbligi li jirrigwardaw l-ispejjeż marbuta mal-infrastruttura fl-2003. Il-bidliet li saru f’dawn l-obbligi u t-tnaqqis sussegwenti tal-kumpens mogħti lil DSB sadanittant, ġew inklużi fil-kuntratt qabel ma dan ġie ffirmat. Il-Ministeru tat-Trasport spjega l-kontenut tal-kuntratt u l-baġit fl-Att Nru 112 tal-2004 u din id-dejta ġiet inkluża fl-Att tal-Finanzi. |
Dwar it-tielet kriterju tas-sentenza Altmark
|
(90) |
L-awtoritajiet Daniżi ressqu xi argumenti u elementi ta’ informazzjoni dwar it-tliet aspetti li fuqhom il-Kummissjoni esprimiet dubji rigward riskju ta’ kumpens żejjed. |
i. Titjib fir-riżultati ta’ DSB
|
(91) |
L-ewwel nett, l-awtoritajiet Daniżi jemmnu li t-titjib fid-dħul ta’ DSB mhuwiex dovut għal xi kumpens żejjed. Skont id-Danimarka, il-bażi ta’ kalkolu tal-kumpens kienet tajba u għalhekk it-titjib fir-riżultati miksuba mhumiex attribwibbli għal xi kumpens żejjed iżda huwa dovut għal ċirkostanzi oħrajn. |
Kapital ta’ ekwità
|
(92) |
Id-Danimarka pprovdiet analiżi dettaljata tal-bidliet fil-kapital ta’ ekwità ta’ DSB li żdiedu matul il-perjodu 1999-2004 minn 4,797 biljun DKK għal 7,701 biljun DKK (jiġifieri żieda ta’ 2,852 biljun DKK). Iż-żieda fl-ekwità hija dovuta għal ċerti ċirkostanzi li ma kinux ġew ikkunsidrati waqt it-tfassil tal-baġit, fosthom titjib qawwi mhux mistenni fl-effiċjenza ta’ DSB u dħul ogħla min-normal minn pereżempju l-bejgħ ta’ proprjetà immobbli. Dawn mhumiex ċirkostanzi li l-gvern Daniż seta’ raġonevolment jikkunsidra biex jistabbilixxi l-baġit u b’hekk jistabbilixxi l-ammont ta’ kumpens. |
|
(93) |
L-awtoritajiet Daniżi jispjegaw li ż-żieda fil-kapital ta’ ekwità mhijiex madankollu dovuta għal xi sussidji operattivi mħallsa mill-Istat iżda għal ħames fatturi oħra li wħud minnhom ma kinux mistennija:
|
|
(94) |
Skont id-Danimarka, dawn l-elementi juru li ż-żieda fil-kapital ta’ ekwità ta’ DSB mhijiex dovuta għal xi sussidji operattivi għolja mħallsa mill-Istat u għandha titqies skont l-aspetti finanzjarji, ta’ kontabilità u tat-taxxa msemmija hawn fuq. DSB għalhekk ma użatx is-sussidji mogħtija mill-Istat sabiex iżżid il-kapital ta’ ekwità tagħha fi proporzjonijiet ogħla mit-total previst fil-baġit ta’ kostituzzjoni. |
Riżultati operattivi
|
(95) |
Fir-rigward tar-riżultati operattivi mniżżla fil-baġit qabel it-tqassim tad-dividendi, l-awtoritajiet Daniżi jenfasizzaw li t-titjib fir-riżultati osservati mhuwiex indikazzjoni tal-fatt li DSB irċeviet xi kumpens żejjed. Dan it-titjib huwa pjuttost dovut għal diversi fatturi – li kellhom effetti pożittivi jew negattivi – li ma setgħux ikunu kkunsidrati meta ġie stabbilit il-livell ta’ kumpens. |
|
(96) |
Id-Danimarka tqis li varjazzjonijiet bħal dawn mill-baġit inizjali huma inevitabbli fil-każ ta’ kuntratti multiannwali li jirrigwardaw it-twettiq ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku. F’dan il-każ, mhuwiex possibbli li wieħed jistabbilixxi l-ammont tal-kumpens b’mod li wieħed ikun jista’ jgħid, wara reviżjoni ex post, li jirrifletti preċiżament l-ispejjeż reali, wara tnaqqis tad-dħul u profitt raġonevoli. |
|
(97) |
Skont l-awtoritajiet Daniżi, anki fil-każ li obbligu ta’ servizz pubbliku jirriżulta minn għoti ta’ sejħa għall-offerti, jistgħu jseħħu bidliet fis-suq u fis-sitwazzjoni tal-kumpanija kkonċernata, bħal meta riżultat effettivament miksub ma jkunx jaqbel ma’ dak li l-kumpanija allokata tkun bassret fil-konklużjoni tal-kuntratt. |
|
(98) |
Id-Danimarka temmen għalhekk li ma jistax jintuża l-argument tat-titjib jew tat-tnaqqis tar-riżultati mhux mistennija attribwibbli għal dan it-tip ta’ fatturi imprevisti biex wieħed isostni li l-kumpens ġie ffissat b’mod li jimplika l-għoti ta’ kumpens żejjed jew ta’ kumpens nieqes. |
|
(99) |
F’dan il-każ, it-titjib irrappurtat tar-riżultati huwa dovut għall-azzjoni simultanja ta’ diversi fatturi bħall-bidla ġenerali taċ-ċirkostanzi, l-iżviluppi fis-suq ikkonċernat, il-produttività (pereżempju permezz ta’ tnaqqis tal-ispiża tax-xogħol jew ta’ aċċess għall-infrastruttura wara l-bejgħ tal-fergħa tal-merkanzija, tnaqqis tal-amortizzament jew titjib fil-ġestjoni finanzjarja). |
|
(100) |
Id-Danimarka żżid li l-kuntratti konklużi ma’ DSB huma kkaratterizzati mill-fatt li l-imsieħba kuntrattwali qablu dwar ħlas fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjonijiet normali f’ekonomija tas-suq, bil-livell ta’ ħlas jiġi ddeterminat b’mod li jkopri l-ispejjeż ta’ DSB, b’konsiderazzjoni tad-dħul mistenni u ta’ profitt raġonevoli. Il-fatt li DSB finalment kisbet riżultati aħjar minn dawk previsti mill-baġit, ma jfissirx li l-ammont ta’ kumpens stabbilit fil-kuntratti kien għoli wisq. |
Tnaqqis tal-kumpens u tqassim tad-dividendi
|
(101) |
L-awtoritajiet Daniżi josservaw li anki jekk, fl-opinjoni tagħhom, ma kienx hemm kumpens żejjed, ir-riskju ta’ kumpens żejjed huwa xorta waħda eliminat mill-politika tal-gvern Daniż dwar id-dividendi deskritta fl-Att tal-Finanzi Nru 249/1999 u mit-tnaqqis sussegwenti tal-kumpens fil-ftehim li sar ma’ DSB. |
|
(102) |
Fil-fatt, id-Danimarka tikkunsidra li hija żgura, permezz tal-politika tagħha dwar id-dividendi, li DSB ma żżidx il-kapital ta’ ekwità tagħha aktar mil-livell previst u b’hekk, mhux aktar mil-livell meħtieġ. Għalkemm ma ġiet stabbilita l-ebda regola legali vinkolanti, din il-politika tad-dividendi tipprova tirrikonċilja żewġ aspetti:
|
|
(103) |
L-awtoritajiet Daniżi jiddikjaraw li l-ħlasijiet ta’ dividendi lill-Istat għandhom jintużaw bħala mezz ta’ korrezzjoni tad-daqs tal-kapital ta’ ekwità ta’ DSB fis-snin ta’ wara l-kostituzzjoni u bħala mezz kif jitranġa l-ammont żejjed operattiv jekk wara jirriżulta li DSB tkun kisbet fil-fatt riżultati ogħla minn dawk mistennija. Dan il-prinċipju jirriżulta mill-Att tal-Finanzi Nru 249/1999. Il-ħlas tad-dividendi għandu jintuża sabiex jirregola kontinwament l-istruttura tal-kapital ta’ DSB u, b’hekk, is-sussidju operattiv nett reali. Il-politika dwar id-dividendi tipprovdi wkoll li DSB tkun inċentivata sabiex ittejjeb l-effiċjenza tagħha minħabba li l-punt ta’ tluq kien li d-dividendi kellhom jikkorrispondu għal nofs il-bilanċ wara t-taxxa ta’ DSB. Għaldaqstant dan it-titjib fl-effiċjenza huwa, sa ċertu punt, ta’ benefiċċju għal DSB u ma jirriżultax biss f’ritorn sussegwenti tas-sussidju operattiv. |
|
(104) |
L-awtoritajiet Daniżi jqisu li dan huwa konformi mal-kunsiderazzjonijiet ġenerali ta’ ekonomija tas-suq li skonthom huwa possibbli li jintużaw inċentivi li jiddeterminaw dak li huwa msejjaħ profitt raġonevoli, kif irrakkomandat mill-Kummissjoni (18). |
|
(105) |
Id-Danimarka tinnota li l-applikazzjoni ta’ din il-politika dwar id-dividendi wasslet, għall-perjodu 1999-2006, b’konnessjoni mal-missjonijiet imwettqa skont il-kuntratti, sabiex l-Istat jitħallas madwar 3 biljun DKK addizzjonali meta mqabbla mal-figura prevista inizjalment. |
|
(106) |
Skont l-awtoritajiet Daniżi, il-politika dwar id-dividendi ħadmet, fil-fatt, bħala “skema ta’ restituzzjoni”, li tagħmel tajjeb għal kwalunkwe kumpens żejjed. Huma jenfasizzaw li l-parti tal-kumpens ta’ DSB li ngħatat lura lill-Istat taħt forma ta’ dividendi hija, barra minn hekk, sostanzjalment ogħla mid-differenza bejn l-ammont li kien previst mill-baġit ta’ DSB u dak li fil-fatt inkiseb. Il-politika tad-dividendi għaldaqstant ikkontribwiet, b’dan il-mod, sabiex tiggarantixxi li DSB ma tkunx tista’ tapprofitta mis-sussidju operattiv tal-Istat sabiex tikseb vantaġġ kompetittiv – pereżempju billi tiżviluppa l-kapital ta’ ekwità tagħha lil hinn mil-livell previst billi tuża l-bilanċ annwali. |
|
(107) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Daniżi jemmnu li huwa diffiċli ħafna li jiġu stabbiliti regoli kuntrattwali li jirrigwardaw korrezzjoni sussegwenti għas-sussidju operattiv. B’kuntrast, l-Istat jista’ – permezz tal-politika tad-dividendi, skont il-liġi Daniża dwar il-kumpaniji – jkun żgurat li s-sussidju operattiv nett jiġi effettivament korrett, jekk ir-riżultat tas-sena jkun akbar minn dak li kien mistenni jew previst meta ġie konkluż il-kuntratt. Fil-fehma tiegħu, it-tqassim tad-dividendi huwa għalhekk, fil-prattika, mezz ferm effettiv ta’ protezzjoni kontra l-kumpens żejjed. |
|
(108) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Daniżi jsemmu li l-Qorti tal-Prim’Istanza stabbiliet ukoll li l-Istati Membri għandu jkollhom marġini wiesgħa ta’ diskrezzjoni fir-rigward tad-determinazzjoni tal-kumpens meta din tiddependi fuq evalwazzjoni ta’ fatti ekonomiċi kumplessi (19). Huma jfakkru wkoll li, fil-liġi Komunitarja, ma jeżisti l-ebda obbligu li jipprovdu li reviżjoni ‘l isfel tas-sussidju operattiv nett għandha dejjem issir b’ċertu mod, pereżempju billi jiġu applikati regoli kuntrattwali jew b’mod ekwivalenti. L-importanti huwa, skont il-kriterji tas-sentenza Altmark, li l-Istat jiżgura verament li ma jkun hemm l-ebda kumpens żejjed. Madankollu, huma l-Istati Membri li jiddeċiedu b’liema mod jipproċedu fil-prattika. |
ii. Dewmien fil-kunsinna tal-materjal ferrovjarju
|
(109) |
Skont l-awtoritajiet Daniżi, id-dewmien fil-kunsinna tal-ferroviji IC4 u IC2 ma wassalx għal vantaġġ ekonomiku għal DSB. |
|
(110) |
Huma jikkonfermaw li l-kunsinna tal-ferroviji l-ġodda IC4 u IC2, ordnati qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ trasport għall-2005-2014 u li kellhom ikunu kkonsenjati mill-2003, kienet soġġetta għal dewmien attribwibbli lill-manifattur (AnsaldoBreda). L-awtoritajiet Daniżi jindikaw li kieku l-kunsinna saret skont l-iskeda, DSB kien ikollha ssostni l-ispejjeż għall-amortizzament tal-ferroviji u għall-imgħax, u li kienu koperti mill-ħlasijiet kuntrattwali. |
kuntratt ta’ trasport 2005-2014
|
(111) |
Peress li DSB ma ħallsitx dawn l-ispejjeż, il-ħlasijiet kuntrattwali ġew imnaqqsa skont il-kuntratt ta’ trasport għall-2005-2014. L-ammont eżatt tal-ispejjeż evitati huwa kkalkulat fuq il-bażi tas-self kuntrattat realment minn DSB u fuq perjodu ta’ amortizzament ta’ 20 sena, skont il-prattiċi tal-kontabilità ta’ DSB (jiġifieri 4 miljuni DKK iffrankati għal dewmien ta’ sena fuq il-ferrovija IC4 u 2.7 miljuni DKK iffrankati għal dewmien ta’ sena fuq il-ferrovija IC2). |
|
(112) |
Għalhekk, il-ħlasijiet lil DSB tnaqqsu skont il-kuntratt b’645 miljun DKK (252 miljun DKK fl-2005 u 393 miljun DKK fl-2006). |
|
(113) |
Minħabba dawn l-elementi, id-Danimarka tqis li wieħed ma jistax jikkunsidra li d-dewmien fil-kunsinna tal-ferroviji IC4 u IC2 wassal, f’dak li jirrigwarda l-kuntratt ta’ trasport 2005-2014, għal kumpens żejjed għal DSB. |
kuntratti addizzjonali
|
(114) |
Biex ikollha materjal modern biżżejjed, DSB ilha tuża materjal mikri sa mill-2001 – kuntratti addizzjonali – li kellhom ikunu estiżi wara l-2006 minħabba dewmien konsiderevoli mill-fornitur tagħha, AnsaldoBreda (estensjoni sa 4 snin oħra). |
|
(115) |
L-awtoritajiet Daniżi jiddikjaraw minn naħa li l-ħlas kuntrattwali mogħti lil DSB skont il-kuntratt innegozjat ma kienx ikopri l-ispejjeż marbuta mal-ikkummissjonar tal-ferroviji (amortizzament u interessi) fil-każ li dawn il-ferroviji ma jiġux ikkummissjonati u li l-kuntratt innegozjat ma kien jipprovdi l-ebda obbligu għal DSB li tikkummissjoni tagħmir ta’ sostituzzjoni fuq il-linji msemmija qabel. |
|
(116) |
Għalhekk, skont l-awtoritajiet Daniżi, il-kuntratti addizzjonali jimponu lil DSB obbligi ta’ servizz pubbliku addizzjonali (kummissjonar tat-tagħmir ta’ sostituzzjoni modern fuq ċerti linji) filwaqt li jagħtuha kumpens għall-ispejjeż tal-kiri. |
kuntratt ta’ trasport 2000-2004
|
(117) |
L-awtoritajiet Daniżi jikkunsidraw li l-impatt ekonomiku pożittiv nett dovut għad-dewmien huwa attribwibbli għall-fatt li l-kuntratt inizjali ta’ 5 snin, bħall-kuntratt addizzjonali għall-2001-2004, ma kienx jipprovdi dispożizzjonijiet dwar it-tnaqqis tal-kumpens f’każ ta’ dewmien fil-kunsinna tal-ferroviji IC4. Għall-kuntrarju, il-kuntratt ta’ trasport 2005-2014 fis-seħħ fih kif xieraq dispożizzjonijiet relatati mat-tnaqqis tal-kumpens f’każ ta’ dewmien. |
|
(118) |
Huma jistmaw dan l-impatt pożittiv nett matul il-perjodu 2001-2004 għal 104 miljun DKK minħabba d-dewmien fil-kunsinna tal-ferroviji. Madankollu, dan l-impatt dirett ma jkoprix il-konsegwenzi ekonomiċi reali tad-dewmien għal DSB li ma setgħetx tuża l-ferroviji ġodda (manutenzjoni tal-ferroviji l-antiki, dannu f’termini ta’ immaġini, dħul mitluf). |
|
(119) |
Barra minn hekk, id-Danimarka tiddikjara li l-kumpens li rċeviet DSB mingħand AnsaldoBreda huwa biss kumpens provviżorju għat-telf ekonomiku minħabba d-dewmien fil-kunsinna tal-ferroviji. Mal-kunsinna, jiġi ddeterminat l-ammont definittiv tad-dannu ta’ DSB u l-ammont totali tal-kumpens ta’AnsaldoBreda jkun jista’ jiġi stabbilit. |
|
(120) |
L-awtoritajiet Daniżi jikkunsidraw għalhekk li dan il-kumpens ser jikkorrispondi eżattament għat-telf ekonomiku ta’ DSB u għaldaqstant ser ikun newtrali għall-kontabilità ta’ DSB. Għall-istess raġuni, l-impatt nett tal-kumpens ta’ AnsaldoBreda mhuwiex kumpens żejjed għal DSB. Id-dewmien fil-kunsinna tal-ferroviji ma tax u mhuwiex ser jagħti fil-futur vantaġġ ekonomiku lil DSB. |
|
(121) |
Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Daniżi jfakkru li fi kwalunkwe każ, il-politika tad-dividendi tal-gvern Daniż tiżgura li kull impatt pożittiv eventwali tal-kumpens li ħadet DSB ser ikun eliminat mal-ħlasijiet tad-dividendi. |
iii. Il-każ speċifiku tar-rotta Kopenħagen – Ystad
Kumpens għal servizz pubbliku
|
(122) |
L-awtoritajiet Daniżi jiddikjaraw li huwa biss l-operat tal-linja inkwistjoni minn DSB fil-perjodu 2005-2014 li ta lok għal kumpens. |
|
(123) |
Fil-fatt, għandhom jiġu distinti tliet perjodi għall-operat ta’ din il-linja:
|
|
(124) |
Id-Danimarka tispeċifika għalhekk li ma tħallset l-ebda riżorsa pubblika għall-operat tal-linja qabel l-2005. |
|
(125) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Daniżi jfakkru li din il-linja kienet tagħmel telf meta kienet operata bħala traffiku ħieles u li ma jistax ikun argumentat li porzjon żgħir tad-dħul attwali jista’ jkun dovut għall-konsegwenzi indiretti tal-bidu tal-operat tal-linja Kopenħagen-Ystad minn DSB biex jingħad li DSB irċeviet kumpens żejjed. Fi kwalunkwe każ, DSB naturalment kienet tkun intitolata għal profitt raġonevoli fil-forma ta’ profitt fuq il-kapital investit. Huma jqisu li dan mhuwiex biżżejjed biex jingħad li d-dħul attwali wassal għal kumpens żejjed għal DSB, jekk wieħed jikkunsidra l-kisba ta’ profitt raġonevoli. |
Qsim bil-vapur
|
(126) |
F’dak li jirrigwarda l-kwistjoni tal-ispejjeż imħallsa minn DSB għall-bejgħ tal-biljetti li jinkludu l-qsim bil-vapur bejn Ystad u Rønne, port tal-wasla fuq il-gżira ta’ Bornholm, l-awtoritajiet Daniżi bagħtu t-tariffi użati minn Bornholmstrafikken, kumpanija li topera l-vapur. Skont l-awtoritajiet Daniżi, minn dan jirriżulta li ma ġewx applikati rati differenti f’dak li jirrigwarda DSB u Gråhundbus. |
|
(127) |
Huma taw ukoll elementi ta’ informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet ta’ operat tal-konnessjoni bil-vapur mill-kumpanija Bornholmstrafikken A/S. Abbażi ta’ kuntratt konkluż mal-gvern wara sejħa għall-offerti:
|
|
(128) |
Skont l-awtoritajiet Daniżi, minn dan jirriżulta li l-gvern m’għandux il-possibbiltà li jinfluwenza l-operat ta’ Bornholmstrafikken għajr li jagħmel mod li Bornholmstrafikken tirrispetta d-dispożizzjonijiet tal-kuntratt. Bornholmstrafikken tuża – u dejjem użat matul il-perjodu kollu inkwistjoni sa mis-sena 2000 – l-istess prezzijiet f’dak li jirrigwarda DSB u Gråhundbus, rispettivament, u għaldaqstant DSB ma bbenefikatx minn vantaġġ. |
|
(129) |
L-awtoritajiet Daniżi jinfurmaw madankollu li l-uniku prezz li huwa applikabbli biss għal DSB huwa l-prezz speċjali għal DSB Orange bil-qsim tal-Grand Belt. Dan huwa l-prezz li jirrigwarda tip ta’ biljett DSB speċjali ħafna, li jista’ jintuża biss mill-klijenti li jixtru biljett DSB Orange meta jitilqu minn Jutland għal Bornholm. Skont l-awtoritajiet Daniżi, Bornholmstrafikken tagħti skont fuq dan it-tip partikolari ta’ biljett minħabba li tixtieq tattira aktar klijenti minn Jutland lejn Bornholm. Dan l-iskont speċjali mhuwiex impost mill-kuntratt bejn l-Istat Daniż u l-operatur tal-vapur. Hija riżultat tax-xewqa kummerċjali li tiġi żviluppata klijentela fil-Jutland u b’hekk tiżviluppa l-klijentela kollha. |
|
(130) |
F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Daniżi jikkunsidraw li din hija miżura kummerċjali ġenerali li toħloq skontijiet bl-għan li tiżdied il-klijentela. Huma jispeċifikaw li Gråhundbus topera l-linja Kopenħagen-Ystad, u, b’hekk, ma taqsamx il-Grand Belt. Għalhekk, fil-fehma tagħhom huwa ovvju li t-tnaqqis li jikkorrispondi għal din ir-rotta ma jidhirx fil-prezzijiet mitluba minn Gråhundbus. |
|
(131) |
L-awtoritajiet Daniżi jispeċifikaw ukoll li din l-offerta kienet tirrigwarda biss madwar […] (*2) passiġġier matul il-perjodu 2003-2008. Ibbażata fuq inizjattiva tal-operaturi, din l-offerta setgħet infetħet għal kumpaniji tal-karozzi tal-linja li xtaqu joffru l-istess servizz. Huma jindikaw ukoll li din l-offerta kummerċjali ma baqgħetx disponibbli mill-2009. |
|
(132) |
Għaldaqstant, id-Danimarka tqis li DSB ma ħaditx vantaġġ marbut mal-operat tal-linja Kopenħagen-Ystad, kemm fil-forma ta’ kumpens żejjed kif ukoll fil-forma ta’ prezz partikolarment baxx għall-qsim bil-vapur bejn Rønne uYstad. |
Dwar ir-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark
|
(133) |
Dwar il-kwistjoni jekk il-kumpens kienx iddeterminat fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ispejjeż li jkollha ssostni kumpanija medja ġestita sew, l-awtoritajiet Daniżi jikkunsidraw li, fil-qafas tal-kostituzzjoni ta’ DSB bħala kumpanija indipendenti, saru l-analiżijiet kollha meħtieġa u fattibbli fil-prattika. |
|
(134) |
Huma josservaw ukoll li s-separazzjoni ta’ DSB mill-Istat saret fuq il-bażi tar-rapport Bernstein, li kien fih analiżi dettaljata tal-possibbiltajiet li tiżdied l-effiċjenza ta’ DSB (20), li wara ġew implimentati fi pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ skala akbar fl-1996. Dawn il-miżuri effettivament saħħew l-effiċjenza kummerċjali ta’ DSB u li żiedu l-produttività tagħha bi 32 %. |
|
(135) |
Fil-kuntest tal-kostituzzjoni ta’ DSB, l-awtoritajiet Daniżi stabbilixxew baġit fuq għaxar snin, ibbażat fuq diversi kundizzjonijiet inizjali, fosthom titjib tal-produttività, u li fuqu ġie stabbilit is-sussidju operattiv ta’ DSB għall-perjodu 1999-2004. |
|
(136) |
Dan il-baġit, li ddaħħal fil-Liġi Nru 249 tal-11 ta’ Ġunju 1999, kien ibbażat fuq l-aspettativi ta’ dħul fuq il-kapital ta’ ekwità wara t-taxxa ta’ 6 %, li l-awtoritajiet Daniżi kienu stmaw li huwa profitt raġonevoli. |
|
(137) |
Skont l-awtoritajiet Daniżi, is-sussidju operattiv kien għalhekk ir-riżultat ta’ evalwazzjoni globali tal-ispejjeż, tad-dħul u ta’ profitt raġonevoli, li saret fuq il-bażi tal-elementi li kienu disponibbli fl-1999 u skont il-prinċipji tal-ekonomija tas-suq. L-istabbiliment tal-baġit fuq għaxar snin, kif ukoll il-kalkolu sussegwenti tal-ħlasijiet kuntrattwali mogħtija lil DSB, għaldaqstant saru skont ir-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark. |
|
(138) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Daniżi jfakkru l-liġi tal-Unjoni (21) u jenfasizzaw id-diffikultajiet, f’dan il-każ, li jsir paragun konkret ma’ operatur ieħor. |
Dwar il-kompatibbiltà
|
(139) |
Anki jekk il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li ngħatat għajnuna mill-Istat lil DSB, l-awtoritajiet Daniżi huma tal-fehma li dan il-kumpens huwa xorta waħda kompatibbli mas-suq intern. |
|
(140) |
Mill-perspettiva tagħhom, bħala parti mill-konklużjoni tal-kuntratti nnegozjati, saru l-aktar analiżijiet u kalkoli preċiżi li setgħu jsiru fil-prattika biex jiżguraw kalkolu korrett tal-kumpens. |
|
(141) |
L-awtoritajiet Daniżi jaqblu mar-raġunament tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta’ ftuħ tagħha, li, fil-fatt, il-kumpens jista’ jitqies kompatibbli mas-suq intern sakemm it-tielet kriterju tas-sentenza Altmark ikun issodisfat. |
|
(142) |
Kif indikat hawn fuq, l-awtoritajiet Daniżi jemmnu li dak kollu li seta’ raġonevolment ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat li DSB ma tirċievi l-ebda kumpens żejjed sar u li – mill-inqas – jeħtieġ li jkun konkluż li l-ħlas kuntrattwali li rċeviet DSB taħt il-kuntratti nnegozjati huwa għajnuna kompatibbli mas-suq intern. |
|
(143) |
Għall-kuntrarju, kif indikat qabel, l-awtoritajiet Daniżi ma jaqblux mar-raġunament tal-Kummissjoni dwar id-distinzjoni bejn kuntratti u missjonijiet ta’ servizz pubbliku u l-legalità tal-għajnuna. Huma jqisu f’dan il-każ li jekk DSB irċeviet għajnuna mill-Istat, din l-għajnuna ma kellhiex tkun notifikata. Jekk il-Kummissjoni ssostni r-raġunament tagħha, dan ikun ifisser differenza fundamentali u mhux ġustifikata skont jekk Stat Membru li jimponi lil kumpanija li hija proprjetà tiegħu 100 % l-obbligu li twettaq missjonijiet ta’ trasport jinkludix l-ambitu, il-kwalità u l-prezz tas-servizzi f’kuntratt jew le. |
|
(144) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-awtoritajiet Daniżi jemmnu li m’hemm l-ebda raġuni li jitolbu restituzzjoni tal-għajnuna mill-Istat li tista’ tiġi kkunsidrata bħala mhux kompatibbli mas-suq intern. |
Dwar it-taxxa fuq il-pagi
|
(145) |
L-awtoritajiet Daniżi josservaw li, fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar it-tbassir tat-tneħħija tat-taxxa fuq il-pagi, il-Kummissjoni ma eżaminatx il-kwistjoni ta’ din it-taxxa f’din il-proċedura. |
|
(146) |
Għall-għanijiet prattiċi kollha, l-awtoritajiet Daniżi ddikjaraw li l-bidliet fit-taxxa fuq il-pagi ddaħħlu mil-Liġi Nru 526 tal-25 ta’ Ġunju 2008 u li dawn daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009. |
Dwar il-bażi legali għar-reviżjoni tal-kompatibbiltà
|
(147) |
L-awtoritajiet Daniżi indikaw permezz ta’ ittra tat-8 ta’ Jannar 2010 li m’għandhomx kummenti partikolari dwar id-determinazzjoni mill-Kummissjoni tal-bażi legali applikabbli bejn ir-Regolamenti (KEE) Nru 1191/69 u (KE) Nru 1370/2007. |
6. KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI WARA L-FTUĦ TAL-PROĊEDURA
|
(148) |
Ġew sottomessi kummenti minn DSB, il-kumpanija benefiċjarja tal-miżuri inkwistjoni u minn DKT, it-tieni parti li ppreżentat l-ilment. Għandu jiġi nnutat li Gråhundbus, l-ewwel parti li ppreżentat ilment ma ssottomettietx kummenti. |
6.1. KUMMENTI SOTTOMESSI MINN DSB
|
(149) |
Permezz ta’ ittra datata t-30 ta’ Diċembru 2008, DSB bagħtet il-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura tal-Kummissjoni. |
|
(150) |
DSB taqbel kompletament mal-kummenti tal-awtoritajiet Daniżi u teżamina biss jekk il-Kummissjoni tistax titlob l-irkupru tal-għajnuna kieku kellha tasal għall-konklużjoni li l-kuntratti ta’ servizz pubbliku jinvolvu għajnuna mill-Istat li mhijiex kompatibbli mas-suq intern. |
|
(151) |
DSB tqis li l-irkupru ta’ tali għajnuna, f’dan il-każ, ikun kuntrarju għall-prinċipju tal-fiduċja leġittima, biex b’hekk ifixkel l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 dwar il-bidliet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (22). |
|
(152) |
L-ewwel nett, DSB tikkunsidra li hija setgħet leġittimament temmen li l-ħlasijiet kuntrattwali tal-gvern Daniż li jirrigwardaw il-kuntratti ta’ 5 snin u ta’ 10 snin ma kienux għajnuna mill-Istat. Hija tqis fil-fatt li s-sitwazzjoni ma kinitx ċara f’dak li jirrigwarda l-kontroll li kien meħtieġ isir sabiex tkun ivverifikata l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fil-qasam tat-trasport fuq l-art. |
|
(153) |
Barra minn hekk, DSB tikkunsidra li jeħtieġ li wieħed imur lura għaż-żmien meta saret it-transazzjoni biex jivvaluta jekk il-gvern tax xi vantaġġ lil DSB. Il-fatt li jista’ jeżisti ċertu nuqqas ta’ ċertezza rigward l-ispejjeż tas-servizzi u s-sorsi oħrajn possibbli ta’ dħul m’għandux iwaqqaf lill-Istat milli jikkonkludi ftehim bi prezz li jirrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq. Skont DSB, kull ftehim normalment ikun fih xi nuqqas ta’ ċertezza u, f’relazzjonijiet kuntrattwali normali, hija l-kumpanija li tassumi dan ir-riskju. Sistema bħal din fejn DSB iġġorr waħedha r-riskju ta’ varjazzjonijiet mhux mistennija fil-bejgħ tal-biljetti jew tal-infiq hija l-aħjar mezz kif tinkoraġġiha ttejjeb is-servizzi tagħha u tattira aktar vjaġġaturi (23), li jippermetti lill-Istat iżid il-valur tal-ħlasijiet kuntrattwali li jagħti lil DSB u li jġiegħlha tbati r-riskju f’każ ta’ prestazzjoni fqira pereżempju minħabba ġestjoni ħażina jew telf ta’ dħul. DSB għaldaqstant hija tal-fehma li l-Istat, waqt il-konklużjoni taż-żewġ kuntratti, aġixxa bħala investitur razzjonali li jagħmel l-aħjar użu mill-possibbiltajiet tiegħu li jikseb l-aħjar ritorn possibbli mill-imsemmija kuntratti. |
|
(154) |
It-tieni, DSB tikkunsidra li kienet ibbażata fuq fiduċja leġittima minħabba l-fatt li l-ħlasijiet kuntrattwali xorta kienu jissodisfaw il-kriterji ffissati mir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 u kienu jibbenefikaw minn eżenzjoni kategorika taħt dan ir-Regolament. Hija tesprimi d-dubji tagħha dwar l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal-Artikolu 14 tiegħu. |
|
(155) |
DSB tfakkar fil-fatt li t-taqsima V tar-Regolament – li ma fihiex dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-ammont tal-kumpens – tikkontrasta mat-taqsimiet II sa IV tal-istess Regolament li fihom dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-ammont ta’ kumpens għall-obbligi ta’ servizz pubbliku. Skont DSB, ir-Regolament kien maħsub sabiex iwieġeb għax-xewqa li jingħata kumpens raġonevoli lill-operaturi. Madankollu, f’każ ta’ impenji volontarji, it-trasportaturi marbuta b’kuntratti ta’ servizz pubbliku huma f’sitwazzjoni differenti ħafna minn dawk ta’ operaturi li l-Istat ikun imponilhom obbligi ta’ servizz pubbliku b’mod unilaterali, kif rifless fir-Regolament. F’dawn il-kundizzjonijiet, il-Kummissjoni ma tistax tinterpreta r-Regolament (KEE) Nru 1191/69 fid-dawl tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE (24). |
|
(156) |
Fl-aħħar nett, DSB ma taqbilx mal-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal-Artikolu 17 tar-Regolament, li l-eċċezzjoni ta’ notifika prevista tapplika biss għall-kumpens għall-missjonijiet ta’ servizz pubbliku u mhux għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku. |
Dwar il-bażi legali għar-reviżjoni tal-kompatibbiltà
|
(157) |
DSB ippreżentat il-kummenti tagħha permezz ta’ ittra tat-8 ta’ Jannar 2010. DSB tikkuntesta fil-prinċipju l-fatt li f’dan il-każ il-Kummissjoni tapplika r-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
|
(158) |
DSB tfakkar li l-kuntratti ta’ trasport ikkonċernati bejn DSB u l-Istat Daniż ġew konklużi qabel l-adozzjoni tar-Regolament u qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu. Jekk ir-Regolament għandu jkun applikat, ikun liġi b’effett retroattiv, li DSB temmen li huwa kuntrarju għall-prinċipji legali fundamentali, kemm il-prinċipju tas-sigurtà legali u l-prinċipju tal-protezzjoni tal-fiduċja leġittima. DSB tinnota wkoll li xejn ma jissuġġerixxi li l-leġiżlatur tal-UE kellu l-ħsieb li jagħti effett retroattiv lir-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
|
(159) |
Għall-kuntrarju DSB tinnota li r-Regolament jipprovdi introduzzjoni gradwali tar-regoli l-ġodda, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ma japplikawx ġeneralment għall-kuntratti eżistenti jekk it-tul tagħhom huwa limitat. It-tul tal-kuntratti inkwistjoni kien konsistenti ma’ dak preskritt fid-dispożizzjonijiet tranżitorji, u għalhekk DSB tikkunsidra li huma regolati biss mil-liġijiet fis-seħħ meta ġew konklużi, jiġifieri r-Regolamenti (KEE) Nru 1191/69 u (KEE) Nru 1107/70. |
|
(160) |
DSB tibbaża wkoll fuq id-Deċiżjonijiet l-aktar reċenti tal-Kummissjoni, li fihom il-Kummissjoni kkunsidrat li r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 ma jistax jiġi applikat għal kuntratti konklużi qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament fit-3 ta’ Diċembru 2009 (25). |
|
(161) |
Alternattivament, DSB ipprovdew elementi li juru li l-kuntratti ta’ trasport jirrispettaw fi kwalunkwe każ id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
6.2. KUMMENTI SOTTOMESSI MINN DKT
|
(162) |
Permezz ta’ ittra datata s-16 ta’ Frar 2009, DKT issottomettiet il-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura. Dawn il-kummenti huma miġbura fil-qosor kif ġej. |
Rimarki preliminari
|
(163) |
DKT tirreferi għall-elementi kollha mibgħuta lill-Kummissjoni bħala parti mill-ilment tagħha u kuntatti ta’ qabel il-ftuħ tal-proċedura. |
|
(164) |
DKT tinnota li d-Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-Kummissjoni tidher li tirreferi biss għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku ta’ DSB li jirrigwardaw l-attivitajiet tagħha ta’ trasport ferrovjarju klassiku u ma tirrigwardax l-attivitajiet ta’ trasport urban imwettqa mis-sussidjarja tagħha DSB S-tog a/s, li madankollu ssemmew fl-ilment inizjali tagħha. |
|
(165) |
DKT tinnota li l-kuntratti li jirrigwardaw it-trasport urban huma simili u jqajmu l-istess dubji. F’dawn iċ-ċirkostanzi, DKT tinsisti fuq il-fatt li din ir-reviżjoni tal-Kummissjoni għandha wkoll tirrigwarda l-kuntratti ta’ servizz pubbliku tat-trasport urban. |
|
(166) |
B’mod ġenerali, DKT tikkunsidra li f’dan il-każ il-kriterji tas-sentenza Altmark mhumiex issodisfati u li l-kuntratti inkwistjoni għalhekk jiġu akkumpanjati minn għajnuna mill-Istat. DKT temmen li dawn l-għajnuniet mhumiex kompatibbli u lanqas legali u li l-Kummissjoni għandha tordna l-irkupru tagħhom. |
Dwar l-ewwel kriterju tas-sentenza Altmark
|
(167) |
Anki jekk il-Kummissjoni ma wrietx dubji dwar is-sodisfar tal-ewwel kriterju tas-sentenza Altmark, DKT xorta waħda kkumentat dwar dan il-punt. |
|
(168) |
DKT tikkunsidra li l-marġni wiesgħa ta’ flessibbiltà li għandhom l-Istati Membri sabiex jistabbilixxu obbligi ta’ servizz pubbliku m’għandhiex twassal għal sitwazzjonijiet arbitrarji li fihom il-partijiet terzi ma jkunux jistgħu jikkontestaw il-fatt li attività hija operata bħala parti minn missjoni ta’ servizz pubbliku. Skont DKT, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li timmotiva l-ħtieġa li jiġu imposti obbligi ta’ servizz pubbliku. |
|
(169) |
Fuq il-bażi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-prattika tal-Kummissjoni, DKT tikkontesta l-analiżi tal-Kummissjoni li tinnota n-nuqqas ta’ żball ovvju ta’ evalwazzjoni. DKT temmen b’mod partikolari li l-eżistenza ta’ miri rigward il-puntwalità, il-kwalità u r-regolarità tas-servizz mhijiex biżżejjed biex tistabbilixxi li servizz jaqa’ taħt missjoni ta’ servizz pubbliku. |
|
(170) |
Il-Kummissjoni għandha pjuttost twettaq din l-analiżi fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 u teżamina l-proporzjonalità tal-missjonijiet tas-servizz pubbliku. Skont DKT, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra b’mod partikolari jekk l-operat tas-servizzi inkwistjoni skont l-għanijiet ta’ puntwalità, ta’ kwalità u ta’ regolarità imposti huwiex profittabbli. |
|
(171) |
DKT tikkunsidra fil-fatt li l-kumpens għal servizz pubbliku huwa ġġustifikat biss meta s-servizzi ma jkunux profittabbli u meta kumpens ikun essenzjali għall-operat tagħhom, li jfisser li għandha ssir reviżjoni separata ta’ kull rotta ferrovjarja kkonċernata. |
Dwar it-tieni kriterju tas-sentenza Altmark
|
(172) |
DKT tikkontesta r-raġunament tal-Kummissjoni li l-baġits għal għaxar snin li fuqhom huwa bbażat il-kalkolu tal-kumpens ta’ DSB jilħqu t-tieni kriterju tas-sentenza Altmark. Hija temmen fil-fatt li dawn il-baġits ma fihomx il-parametri u l-analiżi dettaljata tal-ispejjeż li jippermettu l-iffissar tal-livell tal-kumpens meħtieġ għal kull linja ferrovjarja kkonċernata. |
Dwar it-tielet kriterju tas-sentenza Altmark
|
(173) |
DKT tikkunsidra li dan it-tielet kriterju għandu jkun analizzat flimkien mar-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark, peress li jekk il-kumpanija ma tistax titqies bħala kumpanija medja ġestita sew, ir-reviżjoni tat-tielet kriterju ssir żejda għaliex ma tkunx tista’ tiġi bbażata fuq l-analiżi tal-ispejjeż ta’ din il-kumpanija. |
Dwar ir-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark
|
(174) |
DKT tfakkar li l-għoti tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku inkwistjoni ma sarx permezz ta’ sejħa għall-offerti. Barra minn hekk, DKT hija mħassba wkoll bħall-Kummissjoni dwar kemm il-baġits fuq għaxar snin u l-metodoloġija applikata mill-Istat Daniż jistgħu jissodisfaw ir-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark. |
|
(175) |
F’dan ir-rigward, DKT targumenta b’mod partikolari li sejħiet għall-offerti organizzati fuq ċerti linji wrew li kompetituri ta’ DSB kienu kapaċi joperaw is-servizzi għal prezz ta’ inqas minn madwar 27 % mill-ispejjeż ta’ DSB. Barra minn hekk, DKT tfakkar li DSB timpjega bħala persunal uffiċjali ta’ kariga pubblika, li jeskludi s-sodisfar tar-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark. |
Dwar in-nuqqas ta’ kompatibbiltà tal-kumpens żejjed
|
(176) |
DKT ma taqbilx mar-raġunament tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna. Hija tikkunsidra fil-fatt li r-Regolament (KEE) Nru 1191/69 jagħmel distinzjoni bejn, minn naħa, approċċ ibbażat fuq l-ispejjeż reali inkluż fit-taqsimiet II, III u IV tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 u, min-naħa l-oħra, approċċ ibbażat fuq il-prezz offrut minn fornitur meta mqabbel ma’ kompetitur li joffri l-istess servizz, inkluż fit-taqsima V tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69. Skont DKT, din id-distinzjoni hija riflessa fin-natura differenti bejn il-missjonijiet u l-kuntratti ta’ servizz pubbliku, li jibbażaw fuq rekwiżiti proċedurali differenti. |
|
(177) |
Għalhekk, ir-raġunament tal-Kummissjoni, ibbażat fuq approċċ ta’ spejjeż reali u l-prinċipji marbuta mal-implimentazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE ma jistgħux ikunu applikati għar-reviżjoni tal-prezz fiss f’kuntratti ta’ servizz pubbliku. DKT tqis li tali approċċ huwa kuntrarju għall-ġurisprudenza Komunitarja (kawża Combus), għall-prattika tal-Kummissjoni (Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku (26) u għad-Deċiżjoni ta’ ftuħ innifisha li ssostni l-karattru ta’ lex specialis tal-Artikolu 93 tat-TFUE. |
|
(178) |
Peress li f’dan il-każ il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tapplika l-approċċ ibbażat fuq l-ispejjeż reali għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku, DKT xorta waħda kkumentat dwar dan l-approċċ. |
|
(179) |
Fil-fatt, DKT tikkunsidra li d-dejta ppreżentata mill-awtoritajiet Daniżi sabiex isostnu n-nuqqas ta’ kumpens żejjed hija żbaljata. DKT tavvanza diversi argumenti:
|
|
(180) |
Il-benefiċċji għoljin ta’ DSB huma skont DKT il-prova li l-kumpanija ngħatat kumpens żejjed għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(181) |
Fl-aħħar nett, DKT tikkunsidra li l-argument li l-perċezzjoni ta’ dividendi għenet sabiex jiġi evitat kumpens żejjed għandu jkun miċħud għar-raġunijiet li ġejjin:
|
Dwar it-taxxa fuq il-pagi
|
(182) |
DKT tindika li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-pagi tneħħiet mill-Istat Daniż fl-2008. Hija tirreferi għall-abbozz ta’ liġi Daniża li fih l-ispiża tal-issuġġettar ta’ DSB għal din it-taxxa kienet stmata għal 80 miljun DKK fis-sena. Fuq din il-bażi, DKT tqis li l-eżenzjoni tat-taxxa kellha effett negattiv sinifikanti fuq il-kompetizzjoni ta’ kważi 800 miljun DKK fuq għaxar snin, somma li l-Istat Daniż għandu jirkupra. |
|
(183) |
Barra minn hekk, DKT ġibdet l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar il-fatt li l-Istat Daniż iddeċieda li jikkumpensal-issuġġettar ta’ DSB għat-taxxa fil-futur billi jżid il-ħlasijiet kuntrattwali. |
|
(184) |
DKT tixtieq li l-Kummissjoni titratta din il-kwistjoni taħt din il-proċedura, il-proċedura CP78/06 li għaliha kienet qiegħda tirreferi fid-Deċiżjoni ta’ ftuħ li minn dakinhar ‘l hawn ingħalqet. |
Dwar il-bażi legali għar-reviżjoni tal-kompatibbiltà
|
(185) |
Fl-10 ta’ Jannar 2010, DKT bagħtet lill-Kummissjoni l-kummenti tagħha dwar l-għażla tal-bażi legali xierqa bejn ir-Regolamenti (KEE) Nru 1191/69 u (KE) Nru 1370/2007. |
|
(186) |
DKT tikkunsidra li minħabba li r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 daħal fis-seħħ biss fit-3 ta’ Diċembru 2009, ir-reviżjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ għajnuna inkwistjoni fuq il-bażi ta’ dan ir-Regolament hija żball legali. Wara li fakkret ċerti prinċipji marbuta mal-applikazzjoni ratione temporis tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuniet mill-Istat, DKT temmen li għandha ssir distinzjoni skont jekk dawn humiex miżuri ta’ għajnuna notifikata jew le. DKT hija bbażata fuq il-każ SIDE (28) tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Unjoni Ewropea sabiex tistabbilixxi li f’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-kompatibbiltà fuq il-bażi tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69. |
|
(187) |
Il-konklużjoni ta’ DKT tibbaża b’mod speċjali fuq il-fatt li l-kuntratti ta’ servizz pubbliku inkwistjoni jkopru l-perjodi 1999-2004 u 2005-2014 u li l-għajnuniet jingħataw fil-ħlasijiet kuntrattwali ta’ kull xahar. Barra minn hekk, DKT tinnota li r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 ma jipprovdi l-ebda dispożizzjoni għall-għajnuniet mill-Istat diġà mogħtija jew li huma soġġetti għal proċedura ta’ inkjesta. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-10 ta’ Settembru 2008 ma tirreferix għar-Regolament il-ġdid għalkemm dan kien diġà ġie adottat. Fl-aħħar nett, DKT tindika wkoll kontradizzjoni mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-evalwazzjoni tal-għajnuniet illegali mill-Istat (29). |
|
(188) |
Għall-inqas, DKT temmen li r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jista’ jkun biss il-bażi legali xierqa għar-reviżjoni tal-kompatibbiltà fir-rigward tal-effetti futuri tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku, jiġifieri l-ħlasijiet kuntrattwali ta’ wara t-3 ta’ Diċembru 2009. |
7. KUMMENTI TAD-DANIMARKA DWAR L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI
|
(189) |
Skont id-Danimarka, l-osservazzjonijiet ta’ DKT ma jagħtux lok għal evalwazzjoni differenti tal-fatti inkwistjoni. Id-Danimarka ssostni fil-fatt li l-erba’ kriterji tas-sentenza Altmark huma ssodisfati f’dan il-każ u li DSB ma rċevietx kumpens żejjed. |
Dwar l-ambitu tar-reviżjoni tal-Kummissjoni
|
(190) |
Id-Danimarka tikkunsidra li l-kuntratti li jirrigwardaw it-trasport fir-reġjun tal-kapitali mhumiex koperti mill-proċedura formali ta’ reviżjoni u li għaldaqstant m’hemmx ħtieġa ta’ kkumentar fuq l-opinjoni ta’ DKT dwar dawn il-kuntratti. |
|
(191) |
Id-Danimarka tindika madankollu li DSB S-tog a/s hija 100 % sussidjarja ta’ DSB SV u li d-dejta dwar DSB S-tog a/s hija inkluża fil-kontijiet ikkonsolidati tal-grupp DSB u d-dejta ġiet sottomessa mill-awtoritajiet Daniżi. |
|
(192) |
L-awtoritajiet Daniżi jispeċifikaw li l-ħlasijiet provviżorji u kuntrattwali li jirrigwardaw it-trasport minn S-tog ukoll ġew iddeterminati fuq il-bażi ta’ dħul fuq il-kapital ta’ ekwità wara t-taxxa ta’ 6 %. Ir-riżultat ta’ DSB S-tog a/s iddaħħal fil-baġit ta’ DSB SV, u l-ħlasijiet kuntrattwali li għandhom jitħallsu lill-kumpanija għat-trasport fuq distanza twila u reġjonali ġew ikkalkulati skont dan. Barra minn hekk, ir-riżultat tal-operat iġġenerat mis-sussidjarja DSB S-tog a/s ttieħdet inkunsiderazzjoni fir-riżultat ikkonsolidat ta’ DSB SV. Ir-riżultat maħruġ mit-traffiku S-tog huwa għalhekk meqjus fir-riżultat finanzjarju totali ta’ DSB SV. |
Dwar il-kriterji tas-sentenza Altmark
|
(193) |
Skont id-Danimarka, il-kummenti ta’ DKT ma jqajmux dubji dwar il-fatt li l-erba’ kriterji tas-sentenza Altmark f’dan il-każ huma ssodisfati. |
|
(194) |
Rigward l-ewwel kriterju, l-awtoritajiet Daniżi jfakkru li l-Kummissjoni ma wrietx dubji dwar dan il-punt. Il-kwistjoni ta’ jekk il-linja Kopenħagen-Århus hijiex obbligu ta’ servizz pubbliku hija wkoll indirizzata hawn taħt. |
|
(195) |
Rigward it-tieni kriterju, l-awtoritajiet Daniżi jfakkru li l-Kummissjoni ma wrietx dubji dwar il-perjodu attwali sal-2008 u jispeċifikaw li għall-perjodu bejn l-2009 u l-2014, il-kumpens mogħti lil DSB ukoll ġie kkalkulat fuq il-bażi ta’ baġit ta għaxar snin mibgħut lill-Kummissjoni. |
|
(196) |
Rigward il-kummenti ta’ DKT dwar it-tielet kriterju u l-fatt li m’għandux jiġi kkunsidrat għajr jekk ir-raba’ kriterju jiġi ssodifat minn qabel, l-awtoritajiet Daniżi ma jaqblux ma’ din l-opinjoni u jikkunsidraw li l-kriterji jistgħu wkoll jitqiesu indipendentement minn xulxin u fl-ordni li l-Qorti tal-Ġustizzja segwiet fis-sentenza Altmark. |
|
(197) |
Rigward ir-raba’ kriterju, l-awtoritajiet Daniżi finalment jirrifjutaw l-argumenti ta’ DKT li jwasslu għal konklużjoni ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dan il-kriterju. Fil-fatt, huma jindikaw li l-baġits fuq għaxar snin tfasslu fuq il-bażi tad-dejta kollha dejta disponibbli u analiżi suffiċjenti tal-ispejjeż, li tinkludi l-perspettivi ta’ titjib fit-tul. Barra minn hekk, il-baġit ġie rivedut matul in-negozjati tat-tieni kuntratt u l-ħlasijiet kuntrattwali tnaqqsu biex jikkunsidraw iż-żidiet fl-effiċjenza. L-awtoritajiet Daniżi jindikaw ukoll li l-fatt li l-kumpanija ġġorr, għal raġunijiet storiċi, spejjeż straordinarji relatati ma’ ħaddiema impjegati taħt status pubbliku m’għandu l-ebda rabta mal-ġestjoni tajba jew ħażina tal-kumpanija. Huma jfakkru wkoll li jeżistu differenzi kbar fl-istruttura tal-kapital, il-profil tar-riskju, eċċ., tad-diversi kumpaniji ferrovjarji, li jagħmel it-tqabbil ma’ kumpaniji oħrajn impossibbli. Bl-istess mod, il-fatt li DSB First setgħet toffri servizz bi prezz – mal-ewwel daqqa t’għajn – aktar baxx għal-linja Kystbanen ma jirriflettix, u lanqas jindika, il-fatt li l-ħlasijiet mogħtija lil DSB kienu kbar wisq, minħabba li din l-offerta saret minn kumpanija separata u hija bbażata fuq parametri differenti (il-persunal kuntrattwali biss, tagħmir ġdid, inqas persunal abbord). |
Dwar il-kompatibbiltà
|
(198) |
Id-Danimarka tfakkar id-dubji tagħha dwar ir-raġunament żviluppat mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69, li hija tqis suġġett għal nuqqas konsiderevoli ta’ ċertezza legali, b’mod partikolari rigward l-obbligu ta’ notifika tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku. |
|
(199) |
Id-Danimarka ma taqbilx madankollu mal-interpretazzjoni ta’ DKT, b’mod speċjali rigward l-użu tal-kelma “prezz” fl-Artikolu 14(2)(b) u n-nuqqas ta’ applikabbiltà tar-regoli dwar l-għajnuniet mill-Istat fil-każ li r-Regolament (KEE) Nru 1191/69 ikun applikabbli. |
i. Punti ġenerali rigward l-analiżi
|
(200) |
Id-Danimarka ma taqbilx assolutament mal-argument ta’ DKT li l-kumpens għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tal-ispejjeż fil-livell ta’ kull linja kkonċernata. L-ebda bażi legali ma titlob li l-kumpens mogħti taħt kuntratt ġenerali ta’ twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku jkun ikkalkulat fuq il-bażi ta’ analiżijiet, f’livell “mikro”, ta’ kull obbligu li jkun aċċetta l-fornitur tas-servizzi. |
|
(201) |
L-awtoritajiet Daniżi jikkuntestaw l-interpretazzjoni magħmula minn DKT tas-sentenza Fred Olsen (każ T-17/02) u jenfasizzaw li f’dan il-każ, dan huwa netwerk koerenti, integrat u operat taħt kuntratt innegozjat globali. Għaldaqstant l-iffissar tal-ammont tal-kumpens fuq il-bażi ta’ analiżi linja b’linja mhuwiex meħtieġ u jista’ jwassal għal riżultati qarrieqa. Din toħloq inċertezzi akbar dwar it-tqassim tal-ispejjeż komuni minn sommarju tad-dħul u tal-infiq kollu marbuta mat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti mill-kuntratt. |
|
(202) |
Huma jenfasizzaw madankollu li d-dejta ta’ kontabilità ta’ DSB li tirrigwarda s-servizzi pprovduti taħt il-kuntratt tista’ tiġi eżaminata b’mod iżolat minħabba li dawn huma bbażati fuq kontabilità separata. |
ii. Rotta Kopenħagen-Århus
|
(203) |
L-awtoritajiet Daniżi ma jaqblux mal-opinjoni li provvista ta’ servizzi li tista’ ssir mingħajr għajnuna finanzjarja ma tistax tkun obbligu ta’ servizz pubbliku. L-Istat jista’ jiddeċiedi li jinkludiha f’servizz pubbliku koerenti ta’ skala kbira (ħtiġijiet f’termini ta’ ħinijiet ta’ servizz, ta’ kapaċità, ta’ tariffi, eċċ.), li huwa l-każ hawnhekk minħabba li din il-linja hija integrata mill-qrib mal-bqija tas-servizzi ta’ DSB minħabba konnessjonijiet lejn it-tramuntana ta’ Århus, il-konnessjoni ma’ linji oħrajn kif ukoll id-diviżjoni jew il-ġbir fi gruppi tal-ferroviji li jivvjaġġaw fuqhom. |
|
(204) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Daniżi jindikaw li l-kumpens mogħti lil DSB huwa kkalkulat fuq il-bażi tad-dħul u tal-ispejjeż marbuta mal-obbligi kollha ta’ servizz pubbliku. Jekk ċerti linji jew servizzi li jistgħu jkunu żejda huma inklużi, id-dħul marbut magħhom jiġi integrat fil-kontijiet ta’ kollox. Għalhekk, l-esklużjoni ta’ ċerti linji li jistgħu jġibu profitt iżidu biss l-għajnuna totali mħallsa lil DSB u l-inklużjoni ta’ linja li ma turix telf mhux bilfors twassal għal kumpens żejjed. |
|
(205) |
Minbarra dan, l-awtoritajiet Daniżi jinnotaw li l-kalkoli ta’ DKT li jirrigwardaw il-linja Kopenħagen-Århus mhumiex eżatti u jipprovdu evidenza sabiex jikkonfermaw dan. Huma jindikaw li DKT ma tispeċifikax biżżejjed kif saru l-kalkoli u jindikaw li ma jafux il-figuri mogħtija. Skont id-Danimarka, stima ottimista twassal għal dħul inqas ta’ […] miljun DKK fuq din il-linja minn dak ikkwotat minn DKT, […]. |
iii. Produttività
|
(206) |
L-awtoritajiet Daniżi jikkontestaw l-argument li DSB ma kinitx irreġistrat qligħ sinifikanti fil-produttività fl-1999-2007. Huma jikkuntestaw fil-fatt il-metodu ta’ kalkolu ta’ DKT ibbażat fuq il-proporzjon tal-ispejjeż ta’ persunal nominali/fatturat. Issa, l-fatturat ta’ DSB huwa influwenzat minn ċertu numru ta’ fatturi mikro u makroekonomiċi li għandhom l-effett li ma jkun hemm l-ebda korrelazzjoni proporzjonali kostanti bejn il-produzzjoni u l-fatturat (fatturi: il-kompetizzjoni lokali, it-tibdil taċ-ċirkostanzi, il-prijoritajiet politiċi, l-inflazzjoni, it-tibdil fil-kompożizzjoni soċjali tal-vjaġġaturi, eċċ). |
|
(207) |
L-awtoritajiet Daniżi jipproponu żewġ metodi ta’ evalwazzjoni tal-produttività tal-attivitajiet ta’ DSB:
|
|
(208) |
Dawn iż-żewġ metodi juru żieda tal-produttività ta’ 1,9 % u 2 % fis-sena rispettivament. |
iv. Tnaqqis tal-ħlasijiet kuntrattwali
|
(209) |
L-awtoritajiet Daniżi jgħidu li l-figuri mressqa minn DKT f’dan ir-rigward mhumiex eżatti. Il-“ħlasijiet kuntrattwali” li jidhru fil-kontijiet ta’ DSB u użati minn DKT jirrigwardaw kemm il-kuntratt konkluż mal-Istat li huwa deskritt hawnhekk kif ukoll ħlasijiet oħrajn marbuta ma’ kuntratti oħrajn (kuntratti konklużi minn DSB fl-Isvezja; kuntratt ma’ Hovedstadens Udviklingsråd (HUR) u kuntratt ta’ trasport temporanju fuq il-linja Langå-Struer). |
|
(210) |
Huma jispjegaw li t-tnaqqis ta’ biljun DKK joħroġ b’mod ċar mill-Att tal-Finanzi għall-2003 (Artikolu 28.61.01, paragrafu 10). L-Atti tal-Finanzi għall-2003 u l-2004 juru wkoll li kien sar aġġustament għaż-żieda fl-ammonti li kienu tnaqqsu fl-2003 u fl-2004. Id-Danimarka bagħtet sommarju li juri li t-tnaqqis totali spiċċa biex żdied għal 1018 miljun DKK. |
v. Kilometri-ferrovjarji
|
(211) |
L-awtoritajiet Daniżi jindikaw li l-obbligu previst fil-kuntratt f’termini ta’ produzzjoni ta’ kilometri-ferrovjarji huwa inqas mill-figura ppreżentata minn DKT, peress li wieħed għandu jikkunsidra s-sejħa għall-offerti dwar is-servizz ta’ trasport minn Jutland taċ-Ċentru u tal-Punent f’Novembru 2003. Huma bagħtu l-figuri eżatti f’tabella, li juru li b’kollox DSB għamlet 1,5 miljun kilometri-ferrovjarji aktar minn kemm kien previst fil-kuntratt u għaldaqstant ma jistax jingħad li DSB irċeviet kumpens għal servizzi li ma ngħatawx. Barra minn hekk, huma jenfasizzaw li DSB bagħtet rapport dwar il-produzzjoni kuntrattwali tagħha kull tliet xhur lill-Ministeru tat-Trasport. |
vi. Riżultati ta’ DSB
|
(212) |
Id-Danimarka tikkunsidra li l-estimi tal-baġit ta’ DSB – ibbażat fuq rata mbassra ta’ marġini tal-profitt ta’ 6 % – kienu raġonevoli u realistiċi. Il-fatt li r-rata ta’ marġini tal-profitt fil-fatt kienet ogħla minn dik tal-estimi tal-baġit hija attribwibbli għal sensiela ta’ ċirkostanzi mhux mistennija li l-gvern elimina l-effett tagħhom billi għamel tnaqqis speċjali tal-ħlasijiet kuntrattwali, minn naħa, u billi ġabar xi dividendi, min-naħa l-oħra. |
|
(213) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Daniżi għandhom dubji dwar ir-rilevanza tad-dejta dwar il-prestazzjonijiet tal-kumpaniji Ewropej ta’ trasport ferrovjarju tal-vjaġġaturi. Huma jenfasizzaw ukoll id-diffikultà li jsiru dawn il-paraguni (differenzi ta’ struttura tal-kapital u tal-livell ta’ kapital investit, kundizzjonijiet ta’ riskju tal-operat, fatturi makroekonomiċi u strutturali li jinfluwenzaw id-dejta tal-kontabilità tal-kumpaniji) u jikkwotaw rapport li sar mill-Kummissjoni Ewropea, li ma jurix li DSB tagħmel aktar profitt mill-kompetituri tagħha fis-suq Ewropew. |
|
(214) |
Barra minn hekk, id-Danimarka ma tikkontestax li l-bidla fir-riżultati ta’ DSB uriet li kienet aktar favorevoli minn dak previst mill-baġits inizjali. L-awtoritajiet Daniżi madankollu jipprovdu kjarifiki dwar l-effetti tal-bidla fir-rati tat-taxxa u bagħtu sommarju tar-riżultati ta’ DSB. |
|
(215) |
Id-Danimarka fl-aħħar nett bagħtet dejta reċenti dwar is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ DSB, u indikat li r-riżultati wara t-taxxa għall-attività ta’ servizz pubbliku kienu jammontaw rispettivament għal 670 miljun DKK fl-2007 u għal 542 miljun DKK fl-2008. |
vii. Politika dwar id-dividendi
|
(216) |
Id-Danimarka temmen li, flimkien ma’ baġit dettaljat, il-politika dwar id-dividendi hija mezz effikaċi ħafna biex wieħed iħares lilu nnifsu mill-kumpens żejjed minħabba li hija għodda li toffri flessibbiltà biex jiġi evitat kwalunkwe kumpens żejjed f’każ li l-assunzjonijiet tal-baġit jirriżultaw żbaljati. Il-politika dwar id-dividendi taħdem bħala addizzjoni mal-baġit dettaljat li fuqu jibbaża l-kuntratt ta’ trasport. |
|
(217) |
L-awtoritajiet Daniżi jfakkru li l-kumpens huwa definit minn qabel fuq il-bażi ta’ stima dokumentata tal-prodotti u tal-ispejjeż u mhuwiex riżorsa li DSB tista’ tuża b’mod illimitat. Huma jispeċifikaw ukoll li jekk il-figuri reali jindikaw differenza negattiva mill-estimi tal-baġit – pereżempju minħabba li l-ispejjeż jaqgħu (żbalji ta’ ġestjoni, żieda fil-pagi, fl-ispejjeż jew fix-xiri) jew minn telf fid-dħul assoċjat ma’ tnaqqis fit-traffiku meta mqabbel mal-previżjonijiet, DSB ma tistax tikseb kumpens addizzjonali mill-Istat. DSB għalhekk tassumi parti mir-riskju f’każ ta’ prestazzjoni ħażina. |
|
(218) |
Għaldaqstant, skont l-awtoritajiet Daniżi, il-politika dwar id-dividendi għandha r-rwol ta’ sigurtà addizzjonali kontra kwalunkwe kumpens żejjed fil-każ li r-riżultat juri differenza pożittiva mill-estimi tal-baġit. Hija sservi bħala strument flessibbli li permezz tiegħu l-Istat jista’ jiżgura li ammont partikolari jittieħed lill-kumpanija. |
|
(219) |
Id-Danimarka tindika li DSB ma kellhiex il-possibbiltà li tibbenefika minn vantaġġ possibbli fi flus kontanti biex toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni fuq is-suq billi toffri servizzi oħrajn, eċċ., b’mod partikolari permezz ta’ sussidju transversali. |
|
(220) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Daniżi jispeċifikaw li l-ammont totali ta’ dividendi li jirreferu għall-kontijiet tas-snin finanzjarji mill-1999 sal-2007 jirrappreżenta 3469 miljun DKK aktar minn kemm stmat fil-baġit. Huma indikaw li DSB kienet ħallset lill-Istat Daniż 607 miljuni DKK f’dividendi fl-2007 u 359 miljun fl-2008. |
|
(221) |
Skont id-Danimarka, anki jekk huwa veru li l-ħlasijiet ta’ dividendi ma sarux esklussivament fuq il-bażi ta’ kalkolu li jiddetermina l-kumpens żejjed possibbli, l-ammont ta’ dividendi miġbura jaqbeż sew id-differenza bejn ir-riżultati mistennija u r-riżultati reali. Jekk DSB irrilaxxat riżultati li jeċċedu l-figuri mbassra, dawn l-eċċessi ħarġu kompletament mill-kumpanija fil-forma ta’ dividendi. Għaldaqstant, id-Danimarka tikkunsidra li ma kien hemm l-ebda kumpens żejjed. |
viii. Introduzzjoni ta’ skema ta’ restituzzjoni
|
(222) |
Bħala parti mill-formulazzjoni tal-kummenti tagħha u d-diskussjonijiet mal-Kummissjoni, id-Danimarka indikat il-pjan li ddaħħal mekkaniżmu ta’ rkupru fil-kuntratti ta’ servizz pubbliku inkwistjoni ma’ DSB. |
|
(223) |
L-iskema proposta għandha l-karatteristiċi li ġejjin: |
Tħaddim tal-iskema ta’ restituzzjoni
|
(224) |
Skont l-awtoritajiet Daniżi, f’każ li jkollhom minn qabel informazzjoni perfetta dwar il-prestazzjoni ta’ DSB, l-iskema ta’ kumpens għandha tkun espressa skont din l-ekwazzjoni: Total tad-dħul (passiġġieri + ħlasijiet kuntrattwali) – profitt raġonevoli – Total tal-infiq = 0 |
|
(225) |
Issa, l-awtoritajiet Daniżi indikaw li huma ma jistgħux ikollhom minn qabel informazzjoni perfetta għat-tul ta’ kuntratti multiannwali u li għaldaqstant din l-ekwazzjoni rarament tkun ugwali għal żero fil-prattika. |
|
(226) |
Fis-sistema attwali, l-ekwazzjoni hija, fil-fatt, aġġustata fuq ir-riżultat (in-naħa tal-lemin tal-ekwazzjoni) bl-użu tal-politika dwar id-dividendi. Soluzzjoni oħra proposta mill-awtoritajiet Daniżi tkun li jsiru aġġustamenti fuq id-dħul kollu (in-naħa tax-xellug tal-ekwazzjoni), bl-adattament annwali tal-ħlasijiet kuntrattwali permezz ta’ mekkaniżmu ta’ rkupru. |
|
(227) |
Il-kobor tal-aġġustament għandu jirrifletti t-tnaqqis gross espress f’din l-ekwazzjoni. Total tad-dħul – profitt raġonevoli – Total tan-nefqa = tnaqqis gross |
Aġġustamenti rigward l-effiċjenza u t-titjib tal-kwalità (tnaqqis nett)
|
(228) |
Biex ikun assigurat li DSB tkompli tkun imħeġġa ttejjeb l-effiċjenza tagħha u biex tattira passiġġieri ġodda, il-klawsola ta’ restituzzjoni għandha skont l-awtoritajiet Daniżi tippremja t-titjib fil-prestazzjoni tal-kumpanija f’termini ta’ parametri determinati minn qabel. Għaldaqstant, DSB għandha tkun tista’ żżomm parti mit-tnaqqis gross sakemm it-tnaqqis gross (li huwa ekwivalenti għal profitt raġonevoli/qligħ fuq il-kapital ta’ ekwità ogħla minn dak iffissat fl-ekwazzjoni) ikun dovut għal:
|
|
(229) |
Għaldaqstant, l-awtoritajiet Daniżi jipproponu li jaġġustaw l-iskema ta’ restituzzjoni f’dan il-mod:
|
|
(230) |
L-awtoritajiet Daniżi indikaw li t-total tat-tnaqqis minħabba titjib fil-prestazzjoni ma jistax jaqbeż it-tnaqqis gross ta’ sena partikolari. Għalhekk, it-tnaqqis nett għandu jkun bejn żero u t-tnaqqis gross. |
|
(231) |
L-iskema ta’ restituzzjoni għandha għalhekk issegwi din l-ekwazzjoni: Skema ta’ restituzzjoni = tnaqqis gross – varjabbli (Δ. + pas.km Δ) = tnaqqis nett |
Impatt fuq il-politika dwar id-dividendi
|
(232) |
L-awtoritajiet Daniżi indikaw li l-introduzzjoni ta’ tali skema ta’ restituzzjoni jkollha impatt sinifikanti fuq il-politika tad-dividendi tal-Istat Daniż, kif indikat fit-tabella hawn taħt: Attivitajiet ta’ servizz pubbliku Total tad-Dħul Total tal-Ispejjeż Skema ta’ restituzzjoni Riżultat – Attivitajiet ta’ servizz pubbliku Attivitajiet kummerċjali Dħul Spejjeż Riżultat – Attivitajiet kummerċjali Politika dwar id-Dividendi DSB Riżultat – Attivitajiet ta’ servizz pubbliku + Riżultat – Attivitajiet kummerċjali Riżultat ta’ DSB Taxxa, riżultat nett u dividendi |
Mekkaniżmu ta’ rkupru u livell massimu ta’ profitt raġonevoli
|
(233) |
L-awtoritajiet Daniżi indikaw ukoll li dan il-mekkaniżmu ta’ rkupru jkun komplut permezz tal-istabbiliment ta’ limitu massimu biex ikun żgurat li DSB ma tingħatax benefiċċju li l-ammont tiegħu jaqbeż dak li hu kkunsidrat bħala livell raġonevoli. |
|
(234) |
L-awtoritajiet Daniżi qed jikkunsidraw li jiffissaw dan il-limitu massimu meta mqabbel mal-qligħ fuq il-kapital ta’ ekwità ta’ DSB, li lil hinn mil-livell ta’ 6 % stabbilit fil-kuntratti jikkunsidra l-profitti addizzjonali ġġenerati mit-titjib fl-effiċjenza jew iż-żieda fl-għadd ta’ passiġġieri. Dan il-limitu massimu għandu jkun stabbilit skont din l-ekwazzjoni:
|
|
(235) |
Għaldaqstant, il-fatturi ta’ inċentiva fl-iskema ta’ restituzzjoni jistgħu jipprovdu benefiċċju addizzjonali għal DSB, jekk il-kumpanija ttejjeb l-istruttura tal-ispejjeż tagħha jew jekk jiżdied l-għadd ta’ passiġġieri (Δ. + Pas.km Δ). |
|
(236) |
L-awtoritajiet Daniżi indikaw li fil-kalkolu ġiet ikkunsidrata biss il-parti tal-kapital ta’ ekwità ta’ DSB li tikkorrispondi għall-attività ta’ servizz pubbliku tagħha fuq il-bażi ta’ separazzjoni tal-kontabilità. |
|
(237) |
Skont din l-iskema, il-limitu massimu tal-profitt raġonevoli jista’ jiġi ffissat għal qligħ fuq il-kapital ta’ ekwità ta’ 12 %. L-awtoritajiet Daniżi jindikaw li l-limitu annwali ma jistax jaqbeż 10 % imqassma fuq tliet snin. |
Eżempju prattiku
|
(238) |
L-awtoritajiet Daniżi bagħtu lill-Kummissjoni analiżi li turi fil-prattika x’kien ikun l-impatt ta’ skema ta’ restituzzjoni bħal dan fuq il-perjodu 2004-2008, kif indikat fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
|
(239) |
Għalhekk, l-applikazzjoni tal-iskema ta’ restituzzjoni kienet twassal għal qligħ fuq il-kapital ta’ ekwità ta’ DSB fuq il-perjodu 2004-2008 li jvarja bejn 8.8 % u 11.9 %. |
|
(240) |
Minħabba r-regola tal-medja ta’ 10 % fuq 3 snin, li nqabżet b’0.2 % fl-2006, l-iskema ta’ restituzzjoni kienet tinvolvi ħlas mill-ġdid ta’ 38 miljun DKK għal din is-sena finanzjarja. |
Taxxa fuq il-pagi
|
(241) |
Id-Danimarka tfakkar li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-pagi issa tneħħiet. |
|
(242) |
Skont l-awtoritajiet Daniżi, din l-eżenzjoni ma ġabet l-ebda vantaġġ ekonomiku għall-kumpaniji bħal DSB li kienu jibbenefikaw minnha. L-eżenzjoni ġiet ikkunsidrata fil-kuntratt, bħalma ġiet ikkunsidrata fis-sejħiet għall-offerti li kienu jirrigwardaw il-kuntratti ta’ trasport, eċċ., b’tali mod li l-offerenti kollha sabu ruħhom fuq bażi ugwali. |
|
(243) |
Rigward il-possibbiltà ta’ kumpens lil DSB wara s-sottomissjoni għat-taxxa fuq il-pagi, l-awtoritajiet Daniżi jinnutaw li l-ħlasijiet kuntrattwali mogħtija lil DSB inizjalment ġew ikkalkulati fuq il-prinċipju li DSB ma kellhiex tħallas taxxa fuq il-pagi. Il-kumpens għaldaqstant “tnaqqas” b’dan l-ammont. Peress li DSB issa hija soġġetta għat-taxxa fuq il-pagi, il-bażi ta’ kalkolu tal-kumpens ma kinitx aktar valida u ingħata kumpens lil DSB biex din il-bidla tkun ikkunsidrata fil-parametri tal-kalkolu. Dan il-kumpens jammonta għal madwar 80 miljun DKK fis-sena u jirrigwarda biss l-attivitajiet ta’ servizz pubbliku ta’ DSB. |
|
(244) |
Skont id-Danimarka, l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-pagi u t-tneħħija sussegwenti tal-eżenzjoni kellhom effet newtrali fuq il-finanzi ta’ DSB. |
8. EVALWAZZJONI TAL-MIŻURI INKLUŻI FIL-KUNTRATTI TA’ SERVIZZ PUBBLIKU TA’ TRASPORT
8.1. L-AMBITU TAD-DEĊIŻJONI
|
(245) |
Din id-Deċiżjoni tirrigwarda l-kompatibbiltà tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku ta’ trasport konklużi bejn il-Ministeru Daniż tat-Trasport u Danske Statsbaner mar-regoli Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
(246) |
Il-ftuħ ta’ proċedura tal-10 ta’ Settembru 2008 u, b’mod partikolari, il-kummenti tal-awtoritajiet Danizi u l-osservazzjonijiet tal-partijiet interessati ippermettew lill-Kummissjoni sabiex tispeċifika l-limitu u l-ambitu tad-diversi kuntratti ta’ servizz pubbliku involuti, il-metodi ta’ determinazzjoni tal-kumpens għas-servizz pubbliku kif ukoll iċ-ċirkostanzi kollha li setgħu wasslu għall-għoti ta’ kumpens żejjed lil Danske Statsbaner. |
|
(247) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni identifikat erba’ kuntratti ta’ servizz pubbliku għall-perjodi 2000-2004 u 2005-2014 u li jirrigwardaw is-servizzi tat-trasport tal-linji prinċipali, reġjonali u lokali, li jistgħu jinvolvu elementi ta’ għajnuna mill-Istat (ara l-premessi 28, 46, 50 u 69 aktar “‘il fuq). Ma’” dawn jiżdiedu wkoll il-kuntratti addizzjonali konklużi biex jittrattaw id-dewmien fil-kunsinna tal-materjal ferrovjarju (ara l-premessa 114). |
|
(248) |
Il-Kummissjoni tinnota f’dan ir-rigward li l-partijiet interessati bagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom fuq id-diversi punti ta’ diskussjoni u ta’ dubju li esprimiet il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta’ ftuħ tagħha, u dan għall-kuntratti kollha. |
|
(249) |
Il-Kummissjoni teżamina wkoll l-impatt ta’ miżuri fiskali oħrajn fuq il-kompatibbiltà tal-kumpens għas-servizz pubbliku inkwistjoni (31). |
8.2. L-EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA
|
(250) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, “Ħlief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.” |
8.2.1. RIŻORSI TAL-ISTAT
|
(251) |
Il-kuntratt ta’ servizz pubbliku jipprovdi l-ħlas ta’ kumpens għat-twettiq tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku lil DSB permezz tal-baġit tal-Istat Daniż. Għalhekk dan il-kumpens jingħata permezz ta’ riżorsi tal-Istat. |
8.2.2. SELETTIVITÀ
|
(252) |
DSB, kumpanija fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, hija l-uniku benefiċjarju tal-kumpens għas-servizz pubbliku previst fil-kuntratt. Il-miżura għaldaqstant hija selettiva fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
8.2.3. VANTAĠĠ EKONOMIKU
|
(253) |
Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, kumpanija ma tirċevix vantaġġ ekonomiku meta l-kumpens għal servizz pubbliku jissodisfa l-erba’ kriterji stabbiliti fis-sentenza Altmark. Għalhekk jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-kuntratti ta’ servizz pubbliku konklużi bejn il-gvern Daniż u DSB jissodisfawx b’mod kumulattiv dawn l-erba’ kriterji. |
|
(254) |
Minħabba li l-kriterji stabbiliti mis-sentenza Altmark huma kumulattivi, in-nuqqas ta’ ssodisfar ta’ wieħed minn dawn il-kriterji huwa biżżejjed sabiex jivverifika li l-miżuri eżaminati jagħtu vantaġġ selettiv. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u fir-rigward tal-partikolaritajiet tal-każ, il-Kummissjoni l-ewwel se tanalizza jekk f’dan il-każ partikolari hijiex effettivament kumpanija fdata b’obbligi ta’ servizzi pubbliċi u bħala tali tirċevix kumpens stabbilit fuq bażi oġġettiva u trasparenti (l-ewwel żewġ kriterji Altmark) sabiex wara teżamina jekk fil-fatt l-għażla ta’ din il-kumpanija saritx permezz ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku jew jekk le, jekk il-kumpens li jingħatalha għal dan il-għan huwiex ibbażat fuq l-analiżi tal-ispejjeż ta’ kumpanija medja ġestita sew (ir-raba’ kriterju Altmark). |
L-ewwel kriterju: il-kumpanija benefiċjarja attwalment inkarigata mit-twettiq ta’ missjonijiet ta’ servizz pubbliku definiti b’mod ċar
|
(255) |
Fid-Deċiżjoni ta’ ftuħ tagħha, il-Kummissjoni sabet li DSB kienet fil-fatt inkarigata mit-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku definiti b’mod ċar u li għaldaqstant l-ewwel kriterju tas-sentenza Altmark kien issodisfat. |
|
(256) |
Għalkemm il-Kummissjoni ma esprimietx dubji dwar dan il-kriterju, DKT ikkontestat ir-raġunament tagħha, billi l-Kummissjoni kellha tivverifika l-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku. |
|
(257) |
DKT hija wkoll tal-fehma li l-ħtieġa għandha tkun eżaminata linja b’linja u li l-proporzjonalità għandha tkun evalwata skont il-profittabbiltà potenzjali ta’ kull linja involuta, minħabba l-limitazzjonijiet u r-rekwiżiti imposti mill-awtorità. Biex tappoġġja l-argument tagħha, DKT tikkwota l-eżempju tal-linja ferrovjarja Kopenħagen-Århus, koperta mill-kuntratti ta’ servizz pubbliku, meta hija profittabbli skont analiżi magħmula minn DKT stess. |
|
(258) |
L-awtoritajiet Daniżi rrifjutaw dawn l-argumenti u rrifjutaw il-kalkoli magħmula minn DKT rigward il-linja ferrovjarja Kopenħagen-Århus, billi qalu li dawn mhumiex dettaljati biżżejjed u ma jikkorrispondux mal-figuri li għandhom. Skont l-awtoritajiet Daniżi, il-linja inkwistjoni ġġib ukoll it-telf. |
|
(259) |
Il-Kummissjoni tfakkar li fis-settur tat-trasport tal-passiġġieri fuq l-art, il-ħtieġa ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali għandha tkun evalwata fid-dawl tal-Artikolu 93 tat-TFUE u tal-leġiżlazzjoni, f’dan il-każ ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69, sat-3 ta’ Diċembru 2009, u minn dakinhar ‘il quddiem, ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
|
(260) |
L-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 kien jipprovdi: “Sabiex [jiġu żgurati] servizzi ta’ trasport adegwati li b’mod partikolari jieħdu inkonsiderazzjoni fatturi soċjali u ambjentali u l-ippjanar ta’ bliet u rħula, jew bil-għan li jiġu offruti nollijiet partikolari lil ċerti kategoriji ta’ passiġġieri, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jagħmlu kuntratti ta’ servizz pubbliċi ma’ kull intrapriża tat-trasport”. |
|
(261) |
L-Artikolu 14(1) tal-imsemmi Regolamenti kien jiddefinixxi l-kontenut u l-karatteristiċi tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku – rekwiżiti ta’ kontinwità, ta’ regolarità, ta’ kapaċità u ta’ kwalità, tariffi u kundizzjonijiet partikolari. |
|
(262) |
L-obbligi ta’ servizz pubbliku issa huma definiti fl-Artikolu 2(e) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 bħala: “rekwiżit definit jew determinat minn awtorità kompetenti sabiex jiġu żgurati servizzi tat-trasport pubbliku għall-passiġġieri fl-interess ġenerali li operatur, li kieku kellu jqis l-interessi kummerċjali tiegħu, ma jassumix jew ma jassumix sal-istess punt jew taħt l-istess kondizzjonijiet mingħajr kumpens”. |
|
(263) |
Il-Kummissjoni għalhekk tinnota li l-leġiżlazzjoni speċifika fis-seħħ bl-ebda mod ma tillimita l-possibbiltà li tafda missjonijiet ta’ servizzi li jkopru sett ta’ linji għall-istabbiliment ta’ sistema ta’ trasport koerenti, b’mod partikolari bil-ħsieb li tippermetti ċerta kontinwità ta’ trasport. L-ebda kriterju ma huwa ffissat dwar il-profittabbiltà jew le tal-linji individwali kkonċernati. Fl-aħħar nett, din il-possibbiltà lanqas ma hija limitata mill-eżistenza ta’ servizzi ta’ trasport komparabbli, kif kien argumentat mill-ewwel parti li ppreżentat l-ilment fil-każ speċifiku tal-linja Kopenħagen-Ystad. |
|
(264) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li l-argumenti użati minn DKT rigward mezzi oħra ta’ trasport mhumiex rilevanti minħabba li l-leġiżlatur stabbilixxa regoli differenti għal kull wieħed minn dawn il-mezzi, li huma dovuti b’mod partikolari għal grad differenti ta’ ftuħ tas-suq għall-kompetizzjoni u ta’ karatteristiċi individwali differenti għall-utent u l-awtoritajiet pubbliċi. |
|
(265) |
Fl-aħħar nett, il-fatt li servizz ta’ trasport jirrigwarda rotta transfrontali jew internazzjonali ma jtellifx l-opportunità li tkun operata bħala parti minn missjoni ta’ servizz pubbliku. Il-Kummissjoni tenfasizza f’dan ir-rigward li anki f’setturi miftuħa kompletament għall-kompetizzjoni, jeżistu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali għal rotot internazzjonali (32). |
|
(266) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li d-Danimarka ma tagħmilx żball manifest ta’ evalwazzjoni jekk tinkludi f’kuntratt ta’ servizz pubbliku linja profittabbli waħda jew aktar, sakemm dawn il-linji jiddaħħlu f’sistema ta’ trasport koerenti, u dan mingħajr preġudizzju għall-eżistenza ta’ tali linji, li d-Danimarka tiċħad f’dan il-każ. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li jekk linja minn din is-sistema kellha tkun ta’ benefiċċju, dan id-dħul għandu jitqies fil-kalkolu globali tal-ispejjeż u d-dħul marbuta mas-servizzi kkonċernati u għad-determinazzjoni tal-livell ta’ kumpens. Minn dan jirriżulta li r-riżultati ta’ linja profittabbli jwasslu finalment għat-tnaqqis ekwivalenti tal-kumpens finanzjarju meħtieġ għall-operat tal-linji l-oħra mhux profittabbli ta’ din is-sistema. Fin-nuqqas ta’ regoli kontrarji preċiżi, l-Istat Membru jibqa’ ħieles li jevalwa l-portata tal-missjoni ta’ servizz pubbliku li jixtieq jafda lil kumpanija sabiex jistabbilixxi sistema ta’ trasport adegwata. |
|
(267) |
Il-Kummissjoni temmen li l-evalwazzjoni ta’ hawn fuq hija kkonfermata mill-ġurisprudenza stabbilita li tgħid: “Fir-rigward tal-kompetenza sabiex tiġi ddeterminata n-natura u l-portata ta’ funzjoni SIEĠ fis-sens tat-Trattat, kif ukoll tal-livell ta’ stħarriġ li l-istituzzjonijiet Komunitarji għandhom jeżerċitaw f’dan il-kuntest, jirriżulta […] mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza li l-Istati Membri għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tad-definizzjoni ta’ dak li huma jikkunsidraw bħala SIEĠ u li d-definizzjoni ta’ dawn is-servizzi minn Stat Membru tista’ tiġi kkontestata mill-Kummissjoni biss f’każ ta’ żball manifest” (33). |
|
(268) |
Ir-rwol tal-Kummissjoni huwa għaldaqstant limitat għall-verifika li l-Membru Danimarka ma wettaqx żball manifest ta’ evalwazzjoni fid-determinazzjoni tal-portata tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku previsti mill-kuntratti inkwistjoni. |
|
(269) |
B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni ssostni li jirriżulta mill-bażi legali fil-liġi nazzjonali tal-kuntratt, jiġifieri l-liġi Daniża dwar it-trasport ferrovjarju, li DSB hija responsabbli mit-twettiq ta’ servizz pubbliku fuq il-bażi ta’ kuntratti nnegozjati mal-Ministeru Daniż tat-Trasport. Hija tfakkar ukoll li l-kuntratti jiddeskrivu fid-dettall l-obbligi ta’ DSB f’dak li jirrigwarda r-rotot, il-puntwalità, il-kwalità u l-frekwenza tas-servizzi bil-ferrovija li għandha tipprovdi, għal żmien determinat (il-kuntratti ġew konklużi għall-perjodu 2000-2004 u l-2005-2014, rispettivament). |
|
(270) |
Il-Kummissjoni tinnota li d-Danimarka wriet li l-għan ta’ dawn il-kuntratti ta’ servizz pubbliku kien li tiġi stabbilita sistema ta’ trasport koerenti u ta’ skala kbira li tipprovdi servizz ta’ kwalità lill-passiġġieri u li tilħaq l-għanijiet ta’ servizz tal-pajjiż. |
|
(271) |
Rigward il-każ speċifiku tar-rotta Kopenħagen - Ystad, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Daniżi taw ukoll kjarifika dwar iċ-ċirkostanzi u l-passi differenti li wasslu għall-inklużjoni tagħha fis-sistema ta’ trasport kopert mill-kuntratti ta’ servizz pubbliku. Fil-fatt, l-awtoritajiet Daniżi spjegaw kif din il-linja ġiet operata suċċessivament bħala “attività ta’ traffiku ħieles” sal-2002, imbagħad bħala “traffiku ta’ servizz pubbliku” iżda mingħajr kumpens addizzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2004 biex finalment ġiet inkluża fil-kuntratt ta’ servizz pubbliku għall-perjodu 2005-2014 (ara rigward dan il-premessa 122). Hija tinnota li din il-linja ma kinitx tagħmel qligħ meta kienet operata bħala “traffiku ħieles” u li ma ngħatat l-ebda riżorsa pubblika għall-operat ta’ din il-linja qabel l-2005. |
|
(272) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll l-għan iddikjarat mill-awtoritajiet Daniżi li jgħaqqdu l-gżira ta’ Bornholm mhux biss ma’ Kopenħagen iżda wkoll mal-bqija tat-territorju Daniż – kif turi l-offerta ta’ tariffi li tinkoraġġixxi b’mod partikolari r-rotot bejn Jutland u Bornholm (DSB Orange). Barra minn hekk, l-awtoritajiet Daniżi kkunsidraw li l-eżistenza ta’ servizz ferrovjarju kienet tindirizza ċertu tħassib speċifiku li s-servizz tal-karozzi tal-linja eżistenti ma kienx jindirizza, bħas-servizz lill-ibliet ġirien Żvediżi fuq ir-rotta tal-ferrovija bi tliet waqfiet fl-ibliet Żvediżi ta’ Fosieby (Malmö), Svedala u Skurup. Dan is-servizz jikkonforma wkoll max-xewqa li jissaħħu l-possibbiltajiet ta’ aċċess għall-gżira ta’ Bornholm. Kif indikat hawn fuq fil-premessa 263, il-Kummissjoni tinnota li l-fatt li din ir-rotta taqsam u tinkludi waqfiet fi Stat membru ieħor ma tqajjimx dubju dwar l-eżistenza ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku jew ta’ SIEĠ. F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat l-interess li ċ-ċittadini Daniżi jistgħu jsibu f’servizz aqwa għall-ibliet Żvediżi kkonċernati. |
|
(273) |
Dawn l-elementi jikkumplimentaw dawk deskritti fid-Deċiżjoni ta’ ftuħ u jsaħħu l-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-gvern Daniż m’għamilx żball manifest ta’ evalwazzjoni meta daħħal il-linja Kopenħagen - Ystad fis-sistema ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku. |
|
(274) |
B’mod ġenerali, il-Kummissjoni tikkonferma l-konklużjoni inizjali tagħha u tikkunsidra li l-ewwel kriterju definit mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Altmark huwa ssodisfat. |
It-tieni kriterju: parametri li fuqhom jiġi kkalkulat il-kumpens stabbilit minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti
|
(275) |
Il-Kummissjoni nnutat fid-Deċiżjoni ta’ ftuħ li l-livell ta’ kumpens ta’ DSB sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ servizz pubbliku kien ġie ddeterminat fuq il-bażi ta’ stima ta’ baġit fuq għaxar snin. Il-Kummissjoni f’dan l-istadju kellha biss il-baġit fuq għaxar snin għall-perjodu 1999-2008. Għalhekk hija esprimiet dubji rigward il-perjodu 2009-2014 li wkoll kien kopert mill-kuntratti ta’ servizzi pubbliċi. |
|
(276) |
Fil-kummenti tagħhom, l-awtoritajiet Daniżi spjegaw il-parametri applikabbli għal dan it-tieni perjodu billi bagħtu lill-Kummissjoni il-baġit fuq għaxar snin magħmul għall-perjodu 2005-2014, imħejji skont il-perspettivi ta’ żvilupp operattiv ta’ DSB matul il-perjodu kkonċernat. Għalhekk huma kkonfermaw li l-kumpens maħsub għal kull wieħed mill-kuntratti ta’ servizz pubbliku kien jibbaża fuq stima ta’ baġit għal 10 snin. |
|
(277) |
DKT madankollu kkontestat il-fatt li dawn l-estimi ta’ baġits jistgħu jkunu biżżejjed biex jissodisfaw il-ħtiġijiet stabbiliti fis-sentenza Altmark, meta wieħed iqis li ma kinux jikkunsidraw b’mod dettaljat biżżejjed il-parametri magħżula u li l-kumpens kellu jkun ibbażat fuq analiżi tal-ispejjeż linja b’linja. |
|
(278) |
L-ewwel baġit 1999-2008 kien stabbilit fuq il-bażi ta’ analiżi ekonomika prospettiva dettaljata ta’ DSB. Dan ġie mfassal bħala bażi għat-tħejjija tal-liġi li tistabbilixxi lil DSB bħala kumpanija indipendenti (ara premessa 8). Imbagħad, dan ġie aġġornat fir-rebbiegħa tal-1999 u ppreżentat lill-Kummissjoni tal-Finanzi tal-Parlament Daniż u approvat permezz tal-adozzjoni tal-Liġi Nru 249 tal-11 ta’ Ġunju 1999. |
|
(279) |
Huwa kien jibbaża b’mod partikolari fuq is-suppożizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(280) |
L-awtoritajiet Daniżi spjegaw li t-tieni stima ta’ baġit għall-2005-2014 kienet saret fuq il-bażi tad-dejta u s-suppożizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(281) |
Fuq il-bażi ta’ dawn l-elementi, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-baġits jibbażaw fuq dejta u suppożizzjonijiet raġonevoli u dettaljati biżżejjed sabiex ikunu stabbiliti l-parametri tal-kalkolu tal-kumpens. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li saru xi aġġustamenti sabiex tiġi kkunsidrata r-reviżjoni tal-livell tal-ispejjeż fl-2003 u li dawn il-parametri kollha kienu spjegati mill-Ministeru Daniż tat-Trasport fil-leġiżlazzjoni rilevanti (34). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-ħlasijiet kuntrattwali kienu stabbiliti minn qabel minħabba li l-ammont tagħhom kien speċifikat fil-kuntratti, fuq bażi annwali, għall-perjodu kollu tal-kuntratti. |
|
(282) |
Kif indikat qabel, il-Kummissjoni tqis li, taħt il-kuntratti ta’ servizz pubbliku li jipprovdu sistema ta’ trasport magħmul minn diversi linji interdipendenti, l-Istat Membru mhux bilfors jiddetermina l-ammont ta’ kumpens għal kull linja individwali. It-tieni kriterju tas-sentenza Altmark jeħtieġ li l-Istat Membru jiddefinixxi minn qabel, b’mod trasparenti u oġġettiv, il-parametri li jistabbilixxu l-ammont globali tal-ħlasijiet għall-kumpens tal-obbligi kollha li jirriżultaw mill-kuntratt. |
|
(283) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li l-ħlasijiet kuntrattwali ġew ikkalkulati fuq il-bażi ta’ parametri stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti u li t-tieni kriterju tas-sentenza Altmark huwa wkoll issodisfat. |
Ir-raba’ kriterju: sejħa għall-offerti jew livell ta’ kumpens meħtieġ iddeterminat fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ispejjeż ta’ kumpanija medja, ġestita sew u mgħammra b’mod adegwat b’mezzi ta’ trasport
|
(284) |
Il-kuntratt ta’ servizz pubbliku ma kienx soġġett għal sejħa għall-offerti. Għalhekk jeħtieġ li jkun stabbilit jekk l-ammont totali tal-kuntratt kienx iddeterminat fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ispejjeż li kumpanija medja, ġestita sew u mgħammra b’mod adegwat b’mezzi ta’ trasport sabiex tkun tista’ tissodisfa l-eżiġenzi ta’ servizz pubbliku, kien ikollha ssostni sabiex twettaq dawn l-obbligi, filwaqt li jitqies id-dħul rilevanti kif ukoll profitt raġonevoli għat-twettiq ta’ dawn l-obbligi. |
|
(285) |
Id-Danimarka tikkunsidra li dan il-kriterju huwa ssodisfat u bagħtet xi kummenti sabiex tneħħi d-dubji tal-Kummissjoni rigward il-metodoloġija użata għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ ħlasijiet kuntrattwali u tal-kumpens globali tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku. |
|
(286) |
L-awtoritajiet Daniżi fil-fatt innutaw li l-istabbiliment ta’ DSB bħala kumpanija indipendenti mill-Istat kien akkumpanjat minn analiżi ekonomika dettaljata (rapport Bernstein) u minn azzjonijiet li jsaħħu l-effiċjenza u l-produttività tal-kumpanija. Bl-istess mod, ġew inklużi għanijiet ta’ kisbiet fl-effiċjenza fil-baġits ta’ kull għaxar snin li fuqhom ġew ikkalkulati l-ħlasijiet kuntrattwali. L-awtoritajiet Daniżi jargumentaw li l-objettiv ta’ qligħ fuq il-kapital ta’ ekwità ta’ 6 % huwa profitt raġonevoli. L-approċċ magħżul għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ kumpens fil-fehma tagħha huwa għalhekk ibbażat fuq evalwazzjoni ġenerali tad-dejta disponibbli u antiċipazzjoni tal-kisbiet ta’ effikaċja, skont il-prinċipji tal-ekonomija tas-suq. |
|
(287) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Daniżi kienu inizjalment ipprovdew elementi ta’ paragun (proporzjonijiet) ma’ kumpaniji ferrovjarji oħrajn. Il-kummenti mibgħuta mid-Danimarka bħala parti mill-proċedura madankollu kienu jindikaw id-diffikultajiet biex isiru paraguni bejn ir-rendiment finanzjarju tal-operaturi ferrovjarji, nazzjonali jew Ewropej. Dawn id-diffikultajiet huma dovuti għall-karatteristiċi individwali ta’ dawn il-kumpaniji u tas-swieq ikkonċernati u għan-nuqqas ta’ komparabbiltà tad-dejta tal-kontabilità u dawk finanzjarji b’mod partikolari fis-settur ferrovjarju. |
|
(288) |
Barra minn hekk, DKT osservat ukoll li sussidjarja ta’ DSB setgħet tipparteċipa f’sejħiet għal offerti billi toffri servizzi u prezzijiet imnaqqsa meta mqabbla ma’ dawk li DSB impenjat ruħha li toffri taħt il-kuntratti ta’ servizz pubbliku. L-awtoritajiet Daniżi insistew fuq il-fatt li DSB u s-sussidjarja tagħha DSB First ma jistgħux jitqabblu, minħabba li ż-żewġ kumpaniji għandhom karatteristiċi u strutturi ta’ prezzijiet differenti (persunal, materjal, prattiki kummerċjali). |
|
(289) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-Ministeru Daniż tat-Trasport ħa miżuri – studji finanzjarji u miżuri strutturali ta’ ristrutturazzjoni – sabiex tistabbilixxi lil DSB bħala kumpanija indipendenti effikaċi. Hija tinnota wkoll l-għanijiet kwantifikati għall-qligħ fuq il-kapital ta’ ekwità u għall-kisbiet ta’ produttività. |
|
(290) |
Madankollu, il-Kummissjoni tinnota wkoll il-komparabbiltà baxxa bejn il-kumpaniji tas-settur, ammessa kemm mill-awtoritajiet Daniżi kemm minn DKT, li ma tpoġġix l-indikaturi tal-prestazzjonijiet ta’ DSB f’paragun ma’ dawk ta’ operaturi oħrajn. |
|
(291) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-eżempju msemmi tal-prestazzjonijiet tas-sussidjarja DSB First jissuġġerixxi li hemm opportunitajiet għal DSB li tagħmel kisbiet, fuq żmien twil, ta’ produttività billi tapplika l-miżuri kollha jew parti mill-miżuri implimentati minn DSB First sabiex tnaqqas l-ispejjeż tagħha. |
|
(292) |
Minn dan jirriżulta li l-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi b’mod ċert li l-kumpens mogħti lil DSB kien fil-fatt iddeterminat fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ispejjeż reali ta’ kumpanija medja, ġestita sew u mgħammra b’mod adegwat b’mezzi ta’ trasport. |
|
(293) |
F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni tqis li r-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark mhuwiex issodisfat. |
|
(294) |
Minħabba li l-kriterji definiti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Altmark għandhom ikunu evalwati b’mod kumulattiv, m’hemmx ħtieġa li jiġi eżaminat it-tielet kriterju u li jkun ivverifikat, f’dan l-istadju tar-raġunament, in-nuqqas ta’ kumpens żejjed. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kumpens seta’ ta vantaġġ ekonomiku lil DSB. |
8.2.4. DISTORSJONI TAL-KOMPETIZZJONI U L-EFFETT FUQ IL-KUMMERĊ BEJN L-ISTATI MEMBRI
|
(295) |
Il-vantaġġ huwa mogħti lil kumpanija ta’ trasport, li hija attiva fit-trasport ferrovjarju fid-Danimarka, iżda wkoll fil-pajjiżi ġirien. Fid-Danimarka, is-swieq ta’ trasport ferrovjarju tal-passiġġieri huma miftuħa għall-kompetizzjoni. Għaldaqstant, l-appoġġ finanzjarju joħloq distorsjoni jew jhedded li joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni. |
|
(296) |
Kif osservat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Altmark, bosta Stati Membri fetħu wkoll is-suq nazzjonali tagħhom, u fost dawn hemm xi wħud mill-pajjiżi ġirien tad-Danimarka bħall-Isvezja jew il-Ġermanja. L-operaturi stabbiliti ta’ dawn il-pajjiżi, iżda wkoll applikanti ġodda għandhom attivitajiet f’bosta Stati Membri tal-Komunità. Għaldaqstant, għajnuna mogħtija lil kumpanija ferrovjarja Daniża tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri li diġà fetħu t-trasport tan-nies bil-ferrovija għall-kompetizzjoni jew li l-kumpaniji tagħhom jinsabu fuq is-swieq nazzjonali miftuħa għall-kompetizzjoni. |
|
(297) |
Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi kkunsidrata l-kompetizzjoni bejn id-diversi mezzi ta’ trasport, pereżempju it-trasport tal-passiġġieri bil-karozzi tal-linja. |
|
(298) |
Minħabba dan, il-miżuri ta’ appoġġ f’dan il-każ jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(299) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li l-kumpens għas-servizz pubbliku huwa għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
8.3. KOMPATIBBILTÀ MAS-SUQ INTERN
8.3.1. BAŻI ĠURIDIKA TA’ KOMPATIBBILTÀ MAT-TFUE
|
(300) |
L-Artikolu 93 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdi l-kondizzjonijiet għall-kompatibbiltà ta’ “miżuri ta’ għajnuna meħtieġa għall-koordinament tat-trasport, jew li jikkorrispondu ma’ rimborżi dwar ċerti piżijiet li jeżistu fil-prinċipju ta’ servizz pubbliku.” Dan l-Artikolu huwa lex specialis meta mqabbel mal-Artikoli 106(2) (35) u 107(2) u (3) tat-TFUE. |
|
(301) |
Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Regolamenti (KEE) Nru 1191/69 u (KEE) Nru 1107/70 tal-4 ta’ Ġunju 1970 dwar l-għajnuniet mogħtija fil-qasam tat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-baħar (36) jimplimentaw b’mod eżawrjenti l-Artikolu 93 tat-TFUE, li ma jistax jiġi applikat direttament (37). |
|
(302) |
Fid-Deċiżjoni ta’ ftuħ tagħha, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-kumpens inkwistjoni ma jistax jitqies kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tar-Regolament (KEE) Nru 1107/70. |
|
(303) |
F’din l-istess Deċiżjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kuntratti konklużi bejn il-gvern Daniż u Danske Statsbaner jirrappreżentaw kuntratti ta’ servizz pubbliku fis-sens tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 u li l-kompatibbiltà tal-għajnuniet inkwistjoni għandha tkun evalwata fuq il-bażi ta’ dan ir-Regolament. |
|
(304) |
Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li fit-3 ta’ Diċembru 2009, ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 dwar is-servizzi pubbliċi ta’ trasport ta’ passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq daħal fis-seħħ, u li dan fl-istess ħin ħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1191/69 u (KEE) Nru 1107/70. Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-eżami tal-kompatibbiltà issa għandu jibbaża fuq ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007, għaliex din kienet il-leġiżlazzjoni applikabbli meta l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni tagħha. |
|
(305) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Daniżi ma fformulawx kummenti dwar dan it-tibdil ta’ bażi legali. DSB u DKT għall-kuntrarju ppreżentaw argumenti li l-Kummissjoni għandha ssostni l-evalwazzjoni tagħha fuq il-bażi tar-regoli fis-seħħ meta ġew konklużi l-kuntratti. |
|
(306) |
Wara li eżaminat l-argumenti ta’ DSB u ta’ DKT, il-Kummissjoni tikkunsidra madankollu li l-argumenti mressqa ma jitfgħux dubji dwar l-approċċ tagħha tal-applikazzjoni ratione temporis tar-regoli tal-UE dwar l-għajna mill-Istat li jwassal għall-konklużjoni li l-Kummissjoni għandha tibbaża r-raġunament tagħha fuq il-liġi applikabbli meta tagħmel id-Deċiżjoni tagħha. Il-Kummissjoni tqis li ż-żewġ kuntratti ta’ servizz pubbliku għandhom ikunu evalwati fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, u dan għar-raġunijiet li ġejjin. |
|
(307) |
Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni tinnota li r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jipprovdi huwa stess il-modalitajiet għad-dħul fis-seħħ tiegħu u l-applikazzjoni tiegħu ratione temporis. Skont l-Artikolu 12 tiegħu, ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2009. Skont l-Artikolu 10(1) ir-Regolament Nru 1191/69 sadanittant huwa mħassar b’effett minn din l-istess data. Għaldaqstant mhuwiex possibbli għall-Kummissjoni li tibbaża fuq ir-Regolament Nru 1191/69, li ma kienx aktar fis-seħħ meta ttieħdet id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni; għall-kuntrarju, il-Kummissjoni għandha tibbaża l-evalwazzjoni tagħha fuq ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
|
(308) |
Fit-tieni lok, il-Kummissjoni ssib li m’hemm l-ebda indikazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 li dan mhuwiex maħsub sabiex japplika għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku konklużi qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu. Fil-fatt, l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fih regoli tranżitorji għall-kuntratti konklużi qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu. Din id-dispożizzjoni fir-realtà hija deroga għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament li jirrigwarda r-rispett tar-regoli relatati mal-għoti tal-kuntratti, huma wkoll definiti fl-Artikolu 5. Madankollu, għandu jkun innutat li dawn ir-regoli tranżitorji straordinarji rigward l-għoti tal-kuntratti ma kinux ikunu meħtieġa kieku l-kuntratti ta’ servizz pubbliku konklużi qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament ma kinux jaqgħu taħt l-ambitu ta’ applikazzjoni tiegħu. Għall-kuntrarju, l-Artikolu 8 jikkonferma li d-dispożizzjonijiet l-oħra tar-Regolament japplikaw għal dawn il-kuntratti. |
|
(309) |
Fit-tielet lok, il-Kummissjoni tiddikjara li l-Komunikazzjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-evalwazzjoni tal-għajnuniet illegali tal-Istat (38) mhijiex applikabbli f’dan il-każ. Fil-fatt, din il-Komunikazzjoni tindika b’mod espliċitu li din ma taffettwax l-interpretazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuniet mill-Istat. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jipprovdi regoli speċifiċi għall-applikazzjoni provviżorja tagħha. |
|
(310) |
Fir-raba’ lok, il-Kummissjoni tinnota li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat ukoll il-prinċipju li regola ġdida tapplika minnufih għall-effetti futuri ta’ sitwazzjoni li tkun inħolqot taħt ir-regola l-antika. Hija ddeċidiet ukoll li l-prinċipju tal-fiduċja leġittima ma jistax ikun estiż sal-punt li ma jħallix, b’mod ġenerali, li regola ġdida tapplika għall-effetti futuri ta’ sitwazzjonijiet li jinħolqu taħt ir-regola l-antika (39). |
|
(311) |
Fil-ħames lok, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li r-regoli Komunitarji tad-dritt sostantiv għandhom ikunu interpretati bħala li japplikaw biss għal sitwazzjonijiet preżenti qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom safejn jirriżulta b’mod ċar mit-termini tagħhom, mill-finalità tagħhom jew mill-ekonomija tagħhom li għandu jingħatalhom tali effett (40). Madankollu, din l-aħħar kundizzjoni hija, manifestament issodisfata fil-każ tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, kif indikat hawn fuq. |
|
(312) |
Fis-sitt lok, il-Kummissjoni tinnota wkoll li fl-istess każ, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li kien jirriżulta li meta s-sistema legali li taħtha Stat Membru jkun għamel notifika ta’ għajnuna ppjanata tinbidel qabel ma l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni, din għandha tiddeċiedi fuq il-bażi tar-regoli l-ġodda (41). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat ukoll li n-notifika minn Stat Membru dwar għajnuna ppjanata ma toħloqx sitwazzjoni legali definittivament stabbilita u ma toħloqx aspettattiva leġittima li jimplika li l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà tagħhom mas-suq komuni billi tapplika regoli fis-seħħ fid-data li fiha tkun saret in-notifika. Għaldaqstant, ma jkunx konsistenti li Stat Membru li, f’każ kuntrarju, ma kienx jirrispetta l-obbligu ta’ notifika jitħalla jistabbilixxi sitwazzjoni legali definittivament stabbilita billi jagħti għajnuniet illegali. |
|
(313) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li s-sentenza SIDE mhijiex rilevanti f’dan il-każ (42). Dan il-każ jirrigwarda l-kwistjoni tal-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ liġi primarja, jiġifieri l-Artikolu 87(3)(d) tat-Trattat tal-KE. Kif stabbiliet il-Qorti tal-Prim’Istanza f’dan il-każ, it-Trattat tal-KE ma kien fih l-ebda dispożizzjoni tranżitorja għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, lanqas xi indikazzjoni li kien maħsub sabiex japplika għal sitwazzjonjiet maħluqa qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu (43). Għaldaqstant din is-sitwazzjoni mhijiex komparabbli ma’ dan il-każ. Fil-fatt ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jipprovdi dispożizzjonijiet tranżitorji, li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li r-Regolament japplika għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku konklużi qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, ħlief għar-regoli li jirrigwardaw l-għoti tal-kuntratti. |
|
(314) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 japplika f’dan il-każ. |
8.3.2. KOMPATIBBILTÀ MAS-SUQ INTERN FUQ IL-BAŻI TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1370/2007
|
(315) |
L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jipprovdi li “Meta awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħti lill-operatur magħżul minnha dritt esklussiv u/jew kumpens, ta’ kwalunkwe tip, bi tpattija għat-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku, għandha tagħmel dan fi ħdan il-qafas ta’ kuntratt għal servizz pubbliku”. F’dan il-każ, il-missjonijiet ta’ servizz pubbliku kienu fdati lil DSB permezz ta’ diversi kuntratti ta’ servizz pubbliku kif indikat fil-premessa 247 hawn fuq. |
Kontenut tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku
|
(316) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jiddefinixxi l-kontenut obbligatorju tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku. Hawnhekk, il-Kummissjoni sejra teżamina suċċessivament l-elementi differenti deskritti f’din id-dispożizzjoni tar-Regolament. |
|
(317) |
Skont il-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu, il-kuntratti ta’ servizz pubbliku “jiddefinixxu biċ-ċar l-obbligi ta’ servizz pubbliku li magħhom għandu jkun konformi l-operatur ta’ servizz pubbliku u ż-żoni ġeografiċi kkonċernati”. Jirriżulta mill-evalwazzjoni li għamlet il-Kummissjoni tal-kuntratti inkwistjoni rigward l-ewwel kriterju tas-sentenza Altmark kemm fid-Deċiżjoni ta’ ftuħ tagħha kif ukoll hawn fuq (ara l-premessa 274) li f’dan il-każ din il-kondizzjoni hija ssodisfata. |
|
(318) |
Fl-evalwazzjoni tat-tieni kriterju tas-sentenza Altmark (ara l-premessa 269), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ħlasijiet kuntrattwali ġew ikkalkulati fuq il-bażi ta’ parametri stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti, li jġiegħla tikkunsidra li l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 huwa wkoll issodisfat. Din id-dispożizzjoni tipprovdi fil-fatt li l-kuntratti ta’ servizz pubbliku “jistabbilixxu minn qabel, b’mod oġġettiv u trasparenti: i) il-parametri li abbażi tagħhom il-kumpens, jekk ikun hemm, għandu jiġi kkalkolat, u, ii) in-natura u l-firxa ta’ kwalunkwe drittijiet esklussivi mogħtija, b’mod li jevita l-kumpens żejjed”. Il-kwistjoni tal-eżistenza tal-possibbiltà ta’ kumpens żejjed fil-kuntratti taħt reviżjoni sejra tkun analizzata fid-dettal hawn taħt. Bl-istess mod, il-Kummissjoni tinnota li dawn il-kuntratti ta’ servizz pubbliku jiddefinixxu l-mod kif jinqasmu l-ispejjeż marbuta mal-provvista tas-servizzi. Rigward l-eżistenza ta’ profitt raġonevoli, il-Kummissjoni tirreferi għar-raġunament li ġej. |
|
(319) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-kuntratti ta’ servizz pubbliku inkwistjoni jiddefinixxu l-mod tat-tqassim tad-dħul marbut mal-bejgħ ta’ biljetti, skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. F’dan il-każ dan id-dħul jibqa’ għand DSB. |
|
(320) |
Barra minn hekk, it-tul tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku, rispettivament ta’ 5 u 10 snin huwa wkoll konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4(3) li jistabbilixxi t-tul massimu tal-kuntratti għas-servizz ta’ trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija jew mezzi oħra ferrovjarji għal 15-il sena. |
|
(321) |
Minħabba li d-dispożizzjonijiet l-oħra mhumiex rilevanti f’dan il-każ, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kuntratti ta’ servizz pubbliku konklużi bejn il-Ministeru Daniż u DSB huma konformi mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
Għoti ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku
|
(322) |
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jipprovdi r-regoli tal-għoti tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku. Madankollu, l-Artikolu 8 ta’ dan l-istess Regolament jipprovdi ċerti regoli tranżitorji rigward dan. |
|
(323) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-kuntratti kollha ta’ servizz pubbliku taħt reviżjoni jirrigwardaw is-servizzi ta’ trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u li kollha ngħataw b’mod dirett mill-Ministeru Daniż tat-Trasport lil DSB. Barra minn hekk, dawn il-kuntratti ġew iffirmati kemm qabel is-26 ta’ Lulju 2000 kif ukoll mis-26 ta’ Lulju 2000 u qabel it-3 ta’ Diċembru 2009. Huma ġew konklużi għal tul ta’ żmien ta’ 5 u 10 snin rispettivament. Il-Kummissjoni tinnota għalhekk li l-għoti tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
|
(324) |
Skont l-Artikolu 8(2) “mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-għoti ta’ kuntratti għal servizz pubbliku bil-ferrovija u bit-triq għandu jikkonforma mal-Artikolu 5 mit-3 ta’ Diċembru 2019”. Fuq din il-bażi, il-kuntratti ta’ servizz pubbliku inkwistjoni setgħu wkoll jingħataw direttament. |
|
(325) |
Din id-dispożizzjoni tipprovdi wkoll li “matul dan il-perjodu ta’ transizzjoni l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jikkonformaw gradwalment mal-Artikolu 5 sabiex jevitaw problemi strutturali serji b’mod partikolari relatati mal-kapaċità tat-trasport”. Madankollu, jeħtieġ li jkun innutat li l-Artikolu 5(6) iżomm il-possibbiltà għall-awtoritajiet kompetenti li jagħtu direttament kuntratti ta’ servizz pubbliku ta’ trasport bil-ferrovija. |
|
(326) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-kuntratti ta’ servizz pubbliku inkwistjoni huma konformi mar-regoli tal-għoti stabbiliti mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
Kumpens għal servizz pubbliku
|
(327) |
L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1370 jitlob li “kull kumpens marbut ma’ regola ġenerali jew ma’ kuntratt għal servizz pubbliku għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 4, irrispettivament mill-mod li bih ingħata l-kuntratt. Il-kumpens kollu, ta’ kwalunkwe tip, marbut ma’ kuntratt mogħti direttament skont l-Artikolu 5, paragrafi 2, 4, 5 jew 6, jew marbut ma’ regola ġenerali għandu wkoll jikkonforma mad-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Anness”. |
|
(328) |
Għaldaqstant, il-kompatibbiltà tal-kumpens għal servizz pubbliku għandha tkun evalwata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, peress li l-kuntratti inkwistjoni ingħataw b’mod dirett skont l-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
|
(329) |
Dan l-Anness jispeċifika li “il-kumpens ma jistax jaqbeż l-ammont li jikkorrispondi għall-effett finanzjarju nett ekwivalenti għat-total tal-effetti, pożittivi jew negattivi, ta’ konformità mal-obbligu ta’ servizz pubbliku fuq l-ispejjeż u d-dħul tal-operatur ta’ servizz pubbliku”. Dan ifisser essenzjalment li l-Kummissjoni għandha tivverifika li l-ħlasijiet kuntrattwali ma tawx lok għal kumpens żejjed, filwaqt li jitqies profitt raġonevoli għal DSB. F’dan, hija tibbaża ruħha fuq il-kriterji definiti fl-Anness. |
|
(330) |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li l-kalkolu tal-ispejjeż u tad-dħul sar b’konformità mar-regoli tal-kontabilità u dawk fiskali fis-seħħ. Hija tfakkar li l-qafas legali applikabbli għal DSB dwar l-istandards tal-kontabilità u r-regoli nazzjonali tal-kompetizzjoni jeħtieġ li l-kumpanija żżomm kontijiet separati tad-diversi attivitajiet taghħa. Il-kontijiet tal-ħlasijiet kuntrattwali mogħtija lil DSB fuq il-bażi tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku jiġu wkoll miżmuma separati mill-attivitajiet l-oħra li jsiru fuq bażi kummerċjali. Għalhekk dawn ir-regoli jevitaw is-sussidji reċiproċi. |
|
(331) |
Għalkemm il-kuntratti ta’ servizz pubbliku fihom dispożizzjonijiet rigward il-kontroll u r-reviżjoni tal-kumpens, il-Kummissjoni tinnota madankollu li dawn il-mekkaniżmi ma jevitawx il-possibbiltà ta’ kumpens żejjed u li l-kuntratti ma fihomx skema li tippermetti r-rimbors tiegħu. |
|
(332) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra fil-fatt li l-possibbiltà ta’ kumpens żejjed tista’ tkun evitata biss permezz tal-istabbiliment ta’ skema ta’ restituzzjoni. Konsegwentement, il-kuntratti ta’ servizz pubbliku konklużi bejn il-Ministeru Daniż tat-Trasport u DSB għandhom jinbidlu sabiex jikkonformaw mal-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, b’mod partikolari billi tiddaħħal skema ta’ restituzzjoni. |
|
(333) |
Fid-Deċiżjoni ta’ ftuħ tagħha, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-kwistjoni ta’ jekk il-kumpens kienx limitat għal dak li kien meħtieġ sabiex ikopri l-ispejjeż iġġenerati mit-twettiq tal-obbligi tas-servizz pubbliku. Dawn id-dubji kienu bbażati fuq ir-raġunijiet esposti fl-evalwazzjoni tar-rispett tat-tielet kriterju stabbilit mill-ġurisprudenza Altmark, jiġifieri:
|
|
(334) |
Il-Kummissjoni sejra teżamina dawn it-tliet aspetti suċċessivament sabiex tevalwa l-eżistenza ta’ kumpens żejjed bħala parti mit-twettiq tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku u l-miżuri meħtieġa biex ikun evitat kwalunkwe kumpens żejjed fil-futur. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tqis id-definizzjoni ta’ profitt raġonevoli mogħtija fil-punt 6 tal-Anness, jiġifieri “rata ta’ dħul fuq il-kapital li hija normali għas-settur fi Stat Membru partikolari u li tieħu kont tar-riskju, jew in-nuqqas ta’ riskju, li jkun għamel l-operatur ta’ servizz pubbliku permezz tal-intervent tal-awtorità pubblika”. |
i. Il-bilanċ favorevoli tar-riżultati ta’ DSB
|
(335) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-iżvilupp tal-kapital ta’ ekwità u r-riżultati ta’ DSB, f’dak li jirrigwarda l-attivitajiet tagħha ta’ servizz pubbliku, għat-tul tal-kuntratti inkwistjoni. Dan l-eżami jibbaża essenzjalment fuq l-analiżi dettaljata tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ DSB fuq il-perjodu 1999-2006, li saret minn KPMG fit-30 ta’ Jannar 2008 f’isem l-Istat Daniż. L-awtoritajiet Daniżi barra minn hekk bagħtu elementi ulterjuri rigward is-snin finanzjarji 2007 u 2008 kif ukoll kjarifiki fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. |
|
(336) |
Il-Kummissjoni tinnota b’mod partikolari informazzjoni li ngħatat mill-awtoritajiet Daniżi sabiex jispjegaw dawn l-iżviluppi f’konfront mal-baġits fuq għaxar snin, b’mod partikolari dwar l-istabbiliment tal-baġit ta’ kostituzzjoni ta’ DSB fl-1999, il-bidla ta’ ċerti regoli ta’ kontabilità jew tal-livell tat-taxxa. L-iżvilupp tal-amortizzament, tal-ġestjoni finanzjarja jew tar-rati ta’ interess ġew spjegati wkoll. Bl-istess mod, hija tammetti li DSB setgħet għamlet kisbiet ta’ effikaċja li jippermettulha li ttejjeb ir-riżultati tagħha u s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha. |
|
(337) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra madankollu li l-elementi kollha setgħu jibdlu l-livell tal-ispejjeż ta’ DSB għall-operat tas-servizzi ta’ trasport previsti fil-kuntratti differenti ta’ servizz pubbliku. Għaldaqstant, it-titjib tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ DSB kellu jġib tnaqqis tal-ispiża għall-Istat Daniż għall-operat tal-imsemmija servizzi meta mqabbel mal-projezzjonijiet tal-baġits fuq għaxar snin. Dan it-tnaqqis jimplika għalhekk tnaqqis globali tal-kumpens għas-servizz pubbliku. |
|
(338) |
Fin-nuqqas ta’ korrezzjoni ekwivalenti tal-ħlasijiet kuntrattwali, il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn il-fatturi differenti jirriflettu l-fatt li DSB irċeviet kumpens ogħla mill-ispejjeż ikkawżati mit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku flimkien ma’ profitt raġonevoli ffissat għal 6 %. Il-Kummissjoni tinnota li l-ħlasijiet kuntrattwali tnaqqsu biss għas-snin 2002, 2003 u 2004 għal ammont ta’ 1,018-il biljun DKK. |
|
(339) |
Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Daniżi ma jikkuntestawx il-fatt li, b’kunsiderazzjoni ta’ dawn l-elementi kollha, DSB esperjenzat livelli ta’ profitti ogħla minn dak li kien oriġinarjament imbassar fil-baġits ta’ għaxar snin, li kienu jirrappreżentaw il-bażi tal-kalkolu tal-kumpens għas-servizz pubbliku. Din il-konklużjoni toħroġ ukoll mill-kummenti mibgħuta mill-partijiet interessati, minkejja li t-tqabbil tal-prestazzjonijiet tal-kumpaniji ferrovjarji fid-Danimarka u fl-Ewropa jibqa’ diffiċli kif indikat qabel (ara l-premessi 290-292). |
|
(340) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li r-riżultati ta’ DSB s-tog a/s, sussidjarja 100 % ta’ DSB SV huma kkonsolidati fil-livell tal-kumpanija prinċipali u li l-livell ta’ profitt raġonevoli mistenni huwa l-istess għaż-żewġ kumpaniji. Għaldaqstant, il-Kummissjoni teżamina globalment il-bilanċ tar-riżultati taħt id-diversi kuntratti ta’ servizz pubbliku fil-livell ta’ DSB. |
|
(341) |
Il-Kummissjoni tinnota għalhekk li l-kontijiet ta’ DSB juru żieda fir-riżultat wara t-taxxa ta’ DSB fuq il-perjodu 1999-2006 ta’ 2,715-il biljun DKK meta mqabbel mal-estimi tal-baġit. Id-dejta mibgħuta mill-awtoritajiet Daniżi turi li DSB irreġistrat riżultat wara t-taxxa ta’ 670 miljun DKK fl-2007 u ta’ 542 miljun DKK fl-2008, jiġifieri 227 miljun u 97 miljun DKK aktar rispettivament mill-estimi tal-baġit għal dawn is-sentejn (44). Għall-perjodu kollu bejn l-1999-2008, il-Kummissjoni tistma għalhekk bilanċ tar-riżultati ta’ 3,039 biljun DKK meta mqabbel mal-baġits inizjali għal DSB. |
|
(342) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan il-bilanċ juri li l-ħlasijiet kuntrattwali qabżu dak li kien meħtieġ sabiex jikkumpensal-ispejjeż iġġenerati mit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku flimkien ma’ profitt raġonevoli. |
|
(343) |
Il-Kummissjoni tfakkar madankollu li, skont l-awtoritajiet Daniżi, dan il-bilanċ tar-riżultat ma wassalx għal akkumulazzjoni tal-kapital għal DSB akbar minn dak li kien previst fil-bidu fl-estimi tal-baġit. Fil-fatt, l-awtoritajiet Daniżi jargumentaw li parti mill-bilanċ tar-riżultati ngħatat lura lill-Istat Daniż fil-forma ta’ dividendi. |
|
(344) |
Il-Kummissjoni tinnota li DSB fil-fatt ħallset lill-Istat Daniż 4,826 biljun DKK f’dividendi bejn l-1999 u l-2007. Dan l-ammont jikkorrispondi għal madwar 3,5 biljun DKK f’dividendi għall-perjodu 1999-2007 aktar minn dak li kien previst fl-estimi tal-baġits. Fl-2008, DSB ħallset ukoll lill-Istat Daniż 359 miljun DKK, jiġifieri madwar 150 miljun aktar minn dak li kien previst ukoll fl-estimi tal-baġits (45). B’kollox, il-Kummissjoni tinnota li bejn l-1999 u l-2008, l-Istat Daniż ġabar madwar 3,65 biljun DKK f’dividendi addizzjonali. |
|
(345) |
Kuntrarju għal dak li jsostnu l-awtoritajiet Daniżi, il-Kummissjoni tqis li l-politika tad-dividendi ma tistax tiġi mqabbla ma’ klawżola ta’ restituzzjoni li taġġusta l-kumpens għas-servizz pubbliku u li tevita l-kumpens żejjed. Il-ġbir tad-dividendi ma jissodisfax b’mod strutturali r-rekwiżiti definiti fir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 u b’mod partikolari l-Anness tiegħu. Fil-fatt, il-ġbir tad-dividendi huwa deċiżjoni tal-azzjonisti tal-kumpanija u ma joffrix l-awtomatiċità meħtieġa biex ikun evitat il-kumpens żejjed. Barra minn hekk, id-dividendi ġeneralment jinġabru aktar tard fis-sena meta mqabbla mal-aġġustamenti tal-kumpens li għandhom isiru fl-aħħar tas-sena finanzjarja. |
|
(346) |
Fiċ-ċirkostanzi ta’ dan il-każ, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-Istat Daniż ġabar matul il-perjodu 1999-2008 dividendi addizzjonali (meta mqabbla ma’ dawk li kienu ġew stmati fil-bidu) ta’ ammont globali li jaqbeż sew dak tal-bilanċ tar-riżultat ta’ DSB. Il-Kummissjoni tinnota li d-dividendi addizzjonali miġbura mid-Danimarka huma ogħla b’madwar 20 % mill-bilanċ tar-riżultati ta’ DSB. |
|
(347) |
B’mod ġenerali, il-Kummissjoni tinnota li, mill-aspett tal-kontabilità, il-ġbir ta’ dividendi jseħħ wara d-determinazzjoni tar-riżultat u ġeneralment ma jevitax il-kumpens żejjed. Madankollu l-Kummissjoni ma tistax ma tinnutax li, fil-fatt, permezz tal-ġbir tad-dividendi mill-kumpanija tiegħu, l-Istat Daniż aġġusta kompletament is-sitwazzjoni tal-bilanċ ta’ DSB b’mod li din ma ngħatatx kumpens żejjed fil-prattika. Fil-fatt, l-effetti ekonomiċi tal-bilanċ tar-riżultat akbar mis-6 % previst fil-bidu ġew innewtralizzati mill-ġbir ta’ dividendi u DSB ma setgħetx tużah sabiex iżżid il-kapital ta’ ekwità tagħha jew tkabbar il-ġid tagħha.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(348) |
Il-Kummissjoni tenfasizza li din il-konklużjoni tirrigwarda lil DSB SV, sakemm ir-riżultati ta’ DSB S-tog a/s jiġu kkonsolidati fil-livell tal-kumpanija prinċipali u l-politika tad-dividendi hija ddeterminata fil-livell ta’ din il-korporazzjoni. |
|
(349) |
Madankollu, il-Kummissjoni tenfasizza li dan ir-raġunament ma jiggarantix in-nuqqas ta’ kumpens żejjed b’mod sostenibbli għat-tul kollu tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku. Dan jibbaża fuq eżami empiriku u dettaljat tal-kontijiet ta’ DSB fuq il-perjodu li għadda, iżda ma joffrix soluzzjoni strutturali għall-aġġustamenti annwali meħtieġa fil-livell ta’ kumpens għas-servizz pubbliku. |
|
(350) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Daniżi jikkunsidraw li jemendaw il-kuntratti ta’ servizz pubbliku kurrenti sabiex idaħħlu skema ta’ restituzzjoni. L-iskema ta’ restituzzjoni deskritta hawn fuq (ara l-premessi 222-240) għandha taġġusta fuq il-bażi ta’ ekwazzjoni ta’ kontabilità l-ammont tal-ħlasijiet kuntrattwali. Skont skema bħal din, il-ħlasijiet żejda potenzjali jkunu jistgħu jitħallsu lura lill-Istat fuq il-bażi tal-kontijiet fl-aħħar tas-sena finanzjarja, u dan sabiex ikun żgurat li l-qligħ fuq il-kapital ta’ ekwità ta’ DSB jibqa’ fil-limiti previsti mill-Istat. |
|
(351) |
Fil-fatt, l-iskema ta’ restituzzjoni taħseb sabiex taġġusta l-ħlasijiet kuntrattwali fl-aħħar tas-sena finanzjarja (ara l-premessa 227). L-applikazzjoni tiegħu twassal għal tnaqqis gross tal-ħlasijiet kuntrattwali sabiex jinżamm livell ta’ profitt raġonevoli ffissat għal 6 % tal-qligħ fuq il-kapital ta’ ekwità skont din l-ekwazzjoni: Total tad-dħul – profitt raġonevoli – Total tan-nefqa = tnaqqis gross |
|
(352) |
Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li din l-iskema ta’ restituzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti definiti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 iżda wkoll fil-qafas Komunitarju tal-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku (46). Fil-fatt, il-Kummissjoni tinnota li sistema bħal din tixbaħ il-kontrolli deskritti fis-sezzjoni 3 ta’ dan il-qafas. Hija tinnota wkoll li l-livell ta’ profitt raġonevoli bażiku jibqa’ ffissat għal 6 % tal-qligħ fuq il-kapital ta’ ekwità, li hija tqis bħala livell raġonevoli għal dan it-tip ta’ attività, meta wieħed iqis il-livelli miksuba mill-kompetituri nazzjonali attwali ta’ DSB kif indikat DKT. |
|
(353) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li din l-iskema tinkludi aġġustamenti dwar l-effiċjenza u t-titjib kwalitattiv. L-iskema proposta tipprovdi fil-fatt modulazzjoni tat-tnaqqis gross sabiex DSB tkun tista’ żżomm parti minnu minħabba t-tnaqqis tal-ispejjeż għal kull passiġġier-kilometru u ż-żieda fin-numru ta’ passiġġieri mkejla f’kilometri-passiġġieri (ara l-premessa 228). Dawn l-aġġustamenti huma applikati skont din l-ekwazzjoni: Skema ta’ restituzzjoni = tnaqqis gross – aġġustamenti (spejjeż Δ. + pas.km Δ) = tnaqqis nett |
|
(354) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-parametri li jiddeterminaw it-tnaqqis nett u għaldaqstant il-kunsiderazzjoni ta’ dawn l-aġġustamenti huma ddeterminati minn qabel u kkwantifikati (ara l-premessa 229). Fil-fatt, l-iskema ta’ restituzzjoni tista’ tiġi aġġustata kif ġej: — spejjeż Δ: jekk DSB tnaqqas l-ispejjeż tagħha (għal kull passiġġier-kilometru) meta mqabbla mal-ispiża medja tal-aħħar erba’ snin, dan it-titjib għandu jkun ikkalkulat kif ġej: differenzjal fl-ispiża għal kull passiġġier-kilometru (f’perċentwal) meta mqabbel mal-ispiża medja tal-aħħar erba’ snin immultiplikat b’bażi ta’ spiża totali; u — pas.km Δ: jekk in-numru tal-passiġġieri jiżdied, iż-żieda fit-traffiku tal-passiġġieri mkejla f’kilometri-passiġġieri tkun immultiplikata b’0,80 DKK, u t-tnaqqis gross ikun ukoll imnaqqas minn dan l-ammont (47). |
|
(355) |
Il-Kummissjoni tinnota li dawn l-aġġustamenti huma konformi mal-punt 7 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 li jipprovdi li: “Il-metodu ta’ kumpens għandu jippromwovi ż-żamma jew l-iżvilupp ta’ ġestjoni effettiva min-naħa tal-operatur tas-servizz pubbliku, li tista’ tkun is-suġġett ta’ valutazzjoni oġġettiva, u il-forniment ta’ servizzi tat-trasport tal-passiġġieri ta’ standard għoli biżżejjed”. |
|
(356) |
F’dan il-każ, l-aġġustament previst, ibbażat fuq iż-żieda fin-numru ta’ passiġġieri u t-tnaqqis fil-prezz tal-unità, jirrifletti sew il-kunċetti ta’ titjib effiċjenti u ta’ kwalità fil-ġesjoni tas-servizz ipprovdut. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li kull aġġustament jista’ jsir biss sakemm kull wieħed mill-parametri magħżula jirrifletti wkoll titjib meta mqabbel mar-riżultati miksuba qabel fuq dawn il-parametri. Din ir-restrizzjoni fil-fatt hija meħtieġa sabiex jiġi evitat li f’każ ta’ titjib kbir ta’ wieħed mill-parametri, ikun jista’ jinkiseb bonus taħt il-parametru l-ieħor minkejja li dan it-tieni parametru jirrifletti biss inqas titjib minn dak imbassar. |
|
(357) |
Fl-aħħar nett, l-iskema ta’ restituzzjoni hija kompluta permezz tal-istabbiliment ta’ limitu għoli maħsub sabiex jiżgura li l-livell tal-profitt ma jaqbiżx dak ta’ profitt raġonevoli skont din l-ekwazzjoni (ara l-premessi 233-237):
|
|
(358) |
Għaldaqstant, l-aġġustamenti applikati sabiex jiġu kkunsidrati l-kisbiet fl-effiċjenza u/jew it-titjib fil-kwalità tas-servizz għandhom ivarjaw il-profitt raġonevoli bejn 6 % u 12 %, b’limitu annwali ffissat għal 10 % fuq tliet snin, fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi (ara l-premessi 235-237). |
|
(359) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li f’din il-medda l-profitt mogħti mid-Danimarka lil DSB bħala parti mill-attivitajiet tagħha ta’ servizz pubbliku jibqa’ raġonevoli speċjalment minħabba li huwa limitat għal 10 % fuq tliet snin. Il-konklużjoni tal-Kummissjoni tibbaża fuq firxa ta’ provi fuq il-bażi ta’ informazzjoni li għandha sabiex tevalwa l-karattru raġonevoli tal-livell tal-profitt. |
|
(360) |
Għaldaqstant, l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni hija bbażata b’mod partikolari fuq studju tas-sitwazzjoni tal-kumpaniji ferrovjarji fl-Ewropa (48) li jippreżenta b’mod partikolari paragun tal-profitt ekonomiku (49) tal-kumpaniji ferrovjarji fl-2004. Skont din l-analiżi, ir-redditu fuq l-ishma (ROE) ta’ DSB stabbilit fl-2004 (9 %) jikkorrispondi għal redditu fuq l-attiv (ROA) ta’ 3 % għall-kumpanija; ta’ min jinnota li din il-figura ta’ 9 % ta’ ROE tikkorrispondi għall-medja tal-medda mogħtija lil DSB taħt il-kuntratt. Din l-analiżi turi wkoll li ċerti kumpaniji ferrovjarji f’dan il-perjodu kellhom dħul ekonomiku dgħajjef jekk mhux saħansitra negattiv (PKP, Eurostar, NSB). Skont dan l-istudju, diversi kumpaniji għall-kuntrarju kellhom dħul ekonomiku simili (SNCB: 2 %, SNCF: 2 %, Trenitalia 3 %) jekk mhux saħansitra ogħla ħafna (Arriva Tog a/s 21,3 %, Chiltern Railways 16,1 %, Arriva Trains Wales 16 %, Great North Eastern Railway 12,2 %, DB Regio AG 12 %) mil-livell ta’ ROA ta’ 3 % ta’ DSB. |
|
(361) |
Il-Kummissjoni tibbaża wkoll fuq id-Deċiżjonijiet preċedenti tagħha rigward is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (50). |
|
(362) |
Barra minn hekk, l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tikkunsidra l-fatt li DSB iġġorr parti mir-riskju marbut ma’ din l-attività, minħabba li l-ħlasijiet kuntrattwali huma stabbiliti minn qabel u ma jistgħux jiżdiedu f’każ ta’ devjazzjoni negattiva meta mqabbla mat-tbassir li tirrifletti tnaqqis fil-prestazzjoni ta’ DSB li jkun ikkawżat pereżempju minn żieda fl-ispejjeż jew tnaqqis fid-dħul tal-kumpanija. Il-Kummissjoni tinnota li minħabba li l-kumpanija hija esposta għal dan ir-riskju negattiv fuq il-profittabilità tagħha, li ma jagħtihiex garanzija li l-profittabilità kuntrattwali prevista ta’ 6 % sejra tintlaħaq, jidher xieraq li għandha tkun imħeġġa sabiex tikseb żieda fl-effiċjenza u, billi tagħmel dan, iżżomm parti mill-profitt iġġenerat b’dan il-mod inkluż meta taqbeż il-livell kuntrattwali, u dan fil-medda deskritta hawn fuq. |
|
(363) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota fuq il-bażi tad-dimostrazzjoni empirika li għamlu l-awtoritajiet Daniżi li l-applikazzjoni ta’ din l-iskema ta’ restituzzjoni fil-passat kienet twassal għal qligħ fuq il-kapital ta’ ekwità ta’ DSB li jvarja bejn it-8.8 % u l-11.9 % fuq il-perjodu 2004-2008 u li dan kien jinvolvi restituzzjoni ta’ 38 miljun DKK fuq is-sena 2006 skont ir-regola ta’ 10 % fuq tliet snin (ara l-premessi 238-240). |
|
(364) |
B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-bilanċ tar-riżultat ta’ DSB ifisser li l-ħlasijiet kuntrattwali qabżu dak li kien meħtieġ għall-kumpens tal-ispejjeż ikkawżati mit-twettiq tal-obbligi taħt il-kuntratti kollha ta’ servizz pubbliku flimkien ma’ profitt raġonevoli. F’dawn il-fatti, il-Kummissjoni tqis li l-ġbir ta’ dividendi addizzjonali ta’ ammont ogħla sew minn dan il-bilanċ evita li DSB tingħata kumpens żejjed. Għalkemm il-Kummissjoni tikkonkludi li ma kienx hemm kumpens żejjed f’dan il-każ, hija tibbaża l-konklużjoni tagħha fuq il-kundizzjoni li tiġi implimentata l-iskema ta’ restituzzjoni kif deskritta f’din id-Deċiżjoni u spjegata fil-premessa 356 hawn fuq. |
ii. Dewmien fil-kunsinna tal-materjal ferrovjarju
|
(365) |
Il-Kummissjoni tinnota li ħadd ma jikkontesta l-fatt li kien hemm dewmien kbir fil-kunsinna tal-materjal ferrovjarju prevista taħt il-kuntratti ta’ servizz pubbliku mill-manifattur Ansaldobreda. Biex twettaq l-obbligi tagħha, DSB kellha tuża materjal mikri, li kien soġġett għal kuntratti oħra mal-Ministeru Daniż tat-Trasport. |
|
(366) |
Il-Kummissjoni tfakkar li skont il-kuntratti ta’ servizz pubbliku konklużi bejn il-Ministeru Daniż tat-Trasport u DSB, din tal-aħħar kellha teħel l-ispejjeż tal-amortizzament tal-ferroviji u tal-interessi, u li dawn l-ispejjeż kienu koperti mill-ħlasijiet kuntrattwali. |
|
(367) |
Il-Kummissjoni tinnota madankollu li l-konsegwenzi finanzjarji tad-dewmien u l-impatt tagħhom fuq il-ħlasijiet kuntrattwali ma kienux previsti fil-kuntratt ta’ servizz pubbliku għall-2000-2004. Għall-kuntrarju, kienu previsti fil-kuntratt ta’ servizz pubbliku għall-2005-2014. |
|
(368) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li jeħtieġ li wieħed jiddistingwi tliet aspetti. |
|
(369) |
L-ewwel nett, taħt il-kuntratt ta’ servizz pubbliku għall-2000-2004, il-Kummissjoni tinnota li l-konsegwenzi tad-dewmien ma ġewx ikkunsidrati kompletament fil-kalkolu tal-ħlasijiet kuntrattwali. L-awtoritajiet Daniżi ammettew li dan wassal għal impatt pożittiv ta’ 154 miljun DKK. Minn din is-somma, 50 miljun tħallsu lill-Istat fil-forma ta’ tnaqqis volontarju tal-ħlasijiet kuntrattwali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li DSB irċeviet ħlasijiet kuntrattwali ta’ 104 miljuni DKK li jikkorrispondu għal spejjeż li ma ġarrbitx. |
|
(370) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tikkunsidra li ma jistax ikun argumentat li din is-somma kienet tikkumpensa (parzjalment) id-dannu ekonomiku ta’ DSB marbut mad-dewmien. Fil-fatt, il-kwistjoni tad-dannu li sofriet DSB taqa’ taħt il-kuntratt ta’ kunsinna bejn DSB u l-fornitur tagħha, li jista’ jkun soġġett għal proċeduri ta’ soluzzjoni (amikevoli, arbitrali jew kontenzjuża). Il-Kummissjoni tinnota li din il-kwistjoni ma ġietx solvuta definittivament, minkejja li tħallas xi kumpens provviżorju. |
|
(371) |
It-tieni, taħt il-kuntratt ta’ servizz pubbliku għall-2005-2014, il-Kummissjoni tinnota li għall-kuntrarju l-konsegwenzi tad-dewmien ġew ikkunsidrati fil-kalkolu tal-ħlasijiet kuntrattwali. L-awtoritajiet Daniżi wrew kif kienet taħdem l-iskema ta’ aġġustament tal-ħlasijiet kuntrattwali minħabba d-dewmien fil-kunsinna u skont it-tip ta’ materjal ikkonċernat. Il-Kummissjoni tinnota li l-ħlasijiet kuntrattwali tnaqqsu b’645 miljun DKK fuq l-ewwel sentejn tal-kuntratt. Hija tqis għalhekk li d-dewmien fil-kunsinna tal-materjal ferrovjarju ma wassalx għal kumpens żejjed taħt il-kuntratt ta’ servizz pubbliku. |
|
(372) |
It-tielet, il-Kummissjoni ssib li l-materjal ferrovjarju ta’ sostituzzjoni mikri kien soġġett għal kuntratti oħra bejn il-Ministeru Daniż tat-Trasport u DSB. Hija tinnota li DSB ma kinitx teħtieġ, skont il-kuntratti ta’ servizz pubbliku, li tuża materjal ta’ sostituzzjoni. Il-Kummissjoni tinnota li dawn il-kuntratti addizzjonali kienu qegħdin jindirizzaw sitwazzjoni ġdida li ma kinitx ġiet ikkunsidrata fil-kuntratti, jiġifieri l-konsegwenzi tad-dewmien fil-kunsinna tal-ferroviji l-ġodda. Hija tqis għalhekk li l-kumpens mogħti lil DSB kien qed jindirizza obbligi ġodda tal-operatur ferrovjarju u, għaldaqstant, ma kienx iwassal għal kumpens żejjed taħt il-kuntratti ta’ servizz pubbliku. |
|
(373) |
Il-Kummissjoni tispjega f’dan ir-rigward li jekk il-proċeduri ta’ soluzzjoni (amikevoli, arbitrarja jew kontenzjuża) bejn DSB u Ansaldobreda dwar id-dewmien fil-kunsinna jwasslu biex jiġu rikonoxxuti ċerti danni għal DSB, jekk dawn id-danni jirrigwardaw l-użu ta’ materjal ferrovjarju ta’ sostituzzjoni mikri u jekk jiġi deċiż xi kumpens min-naħa ta’ Ansaldobreda biex jagħmel tajjeb għal dan, dan il-kumpens għandu għalhekk jingħata lill-Istat Daniż għaliex huwa assuma l-ispiża tagħhom permezz ta’ kuntratti addizzjonali. Il-Kummissjoni tqis il-ħtieġa li timponi din il-kundizzjoni lill-Istat Daniż. |
|
(374) |
Fid-dawl ta’ dan li ntqal, il-Kummissjoni tikkonkludi li DSB irċeviet kumpens żejjed ta’ 104 miljun DKK minħabba d-dewmien fil-kunsinna tal-materjal ferrovjarju previst fil-kuntratti ta’ servizz pubbliku. Il-Kummissjoni tikkunsidra madankollu li l-effetti ta’ dan il-kumpens żejjed ġew evitati permezz tal-ġbir tad-dividendi kif deskritt qabel. Fil-fatt, id-dividendi addizzjonali li nġabru mill-Istat Daniż jibqgħu globalment ogħla mill-bilanċ kollu tar-riżultati miżjuda minn dan l-ammont li jirrigwarda d-dewmien tal-kunsinna tal-materjal ferrovjarju. Il-Kummissjoni tikkonkludi għalhekk li fil-fatt DSB ma rċeviet l-ebda kumpens żejjed. |
iii. Il-każ speċifiku tar-rotta Kopenħagen – Ystad
|
(375) |
Fid-Deċiżjoni ta’ ftuħ tagħha, il-Kummissjoni kienet esprimiet dubji speċifiċi dwar il-fatt li DSB setgħet ingħatat vantaġġ sabiex topera din il-linja partikolari. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat żewġ aspetti. |
|
(376) |
Minn naħa, il-Kummissjoni vverifikat li għall-perjodu 2000-2004 DSB ma kinitx irċeviet appoġġ finanzjarju fil-forma ta’ sussidji mill-kuntratt ta’ servizz pubbliku waqt li r-rotta kienet qiegħda titħaddem mingħajr ma kienet soġġetta għal servizz pubbliku. |
|
(377) |
Il-Kummissjoni tinnota f’dan ir-rigward li l-awtoritajiet Daniżi iċċaraw il-kundizzjonijiet tal-operat tal-linja Kopenħagen-Ystad sa mis-sena 2000. Huma spjegaw b’mod partikolari li din ma kinitx ġiet inkluża fl-iskema ta’ “traffiku ta’ servizz pubbliku” qabel l-2002 permezz ta’ kuntratt speċifiku meta kien deher li din il-linja ma setgħetx tagħmel profitt. Huma indikaw ukoll li dan il-kuntratt speċifiku ma kien jipprovdi l-ebda kumpens addizzjonali min-naħa tal-Istat Daniż lil DSB għall-operat ta’ din il-linja bejn l-2002 u l-2004. L-awtoritajiet Daniżi għaldaqstant stabbilixxew li l-linja ferrovjarja bejn Kopenħagen u Ystad ma ngħatat l-ebda finanzjament pubbliku qabel l-2005. |
|
(378) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-inklużjoni ta’ din il-linja fl-iskema ta’ “traffiku ta’ servizz pubbliku” bejn l-2000 u l-2004 mingħajr kumpens addizzjonali meta mqabbel mal-kumpens imħallas taħt il-kuntratt ta’ servizz pubbliku ma’ DSB għall-perjodu 2000-2004 ma tiġġenerax kumpens żejjed. Fil-fatt, l-inklużjoni tagħha fl-iskema ta’ traffiku ta’ trasport pubbliku rriżultat fiż-żieda tal-obbligi ta’ DSB mingħajr ma żdiedu l-ħlasijiet kuntrattwali. Hija kienet tfisser ukoll l-integrazzjoni tad-dħul minn din il-linja fid-dħul kollu ta’ DSB taħt l-attivitajiet tagħha ta’ servizz pubbliku. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota l-fatt li din il-linja ma kinitx tagħmel qligħ fl-2002 u huwa proprju minħabba din ir-raġuni li ġiet inkluża fl-iskema ta’ “traffiku ta’ servizz pubbliku”. Din l-integrazzjoni għaldaqstant ma twassalx għal kumpens żejjed. |
|
(379) |
Fi kwalunkwe każ, kieku l-linja kienet tkun ta’ benefiċċju, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-dħul speċifiku għal din il-linja kien ikabbar id-dħul kollu ta’ DSB taħt l-attività tagħha ta’ servizz pubbliku. L-evalwazzjoni tal-possibbiltà ta’ kumpens żejjed tkun għalhekk koperta mill-eżami globali tal-possibbiltà ta’ kumpens żejjed lil DSB permezz tal-bilanċ tar-riżultati tagħha fil-kuntest tat-twettiq tal-kuntratt ta’ servizz għall-perjodu 2000-2004. Il-Kummissjoni tirreferi għalhekk għar-raġunament tagħha fil-premessi 324-353 ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(380) |
Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni eżaminat l-ispejjeż ta’ DSB fuq ir-rotta kollha bejn Kopenħagen u Bornholm u, b’mod partikolari, il-kunsiderazzjoni tal-korrispondenza bil-vapur bejn Ystad u Rønne (51) fil-biljetti integrati għall-passiġġieri tagħha. |
|
(381) |
Il-Kummissjoni tfakkar li r-rotta bil-baħar bejn dawn iż-żewġ portijiet hija operata minn Bornholmtrafikken A/S, kumpanija pubblika, fuq il-bażi ta’ kuntratt konkluż mal-Istat Daniż wara sejħa għall-offerti. L-awtoritajiet Daniżi spjegaw l-obbligi ta’ Bornholmtrafikken A/S taħt dan il-kuntratt, b’mod partikolari f’termini ta’ koordinazzjoni tal-ħinijiet mal-operaturi tal-karozzi tal-linja jew tal-ferroviji. Huma spjegaw ukoll li ma ġie stabbilit l-ebda obbligu rigward il-politika ta’ tariffi minbarra l-iffissar ta’ tariffi minimi. |
|
(382) |
Fid-dawl tal-elementi mibgħuta mill-awtoritajiet Daniżi, il-Kummissjoni tinnota li l-prezzijiet mitluba minn Bornholmtrafikken A/S huma l-istess bħal ta’ DSB u ta’ Gradhundbus. L-unika rata li hija applikabbli biss għal DSB hija l-prezz speċjali għal DSB Orange fil-qsim tal-Grand Belt. Din ir-rata madankollu twieġeb għal għanijiet kummerċjali speċifiċi ta’ Bornholmtrafikken A/S sakemm il-programm DSB Orange jiġbed vjaġġaturi mill-Jutland għal Bornholm. Il-kisba ta’ din ir-rata speċifika twieġeb għal kundizzjonijiet preċiżi (xi ferroviji biss huma kkonċernati, sistema ta’ riservar permezz tal-Internet, numru ta’ biljetti limitati, eċċ) u tindirizza servizzi differenti minn dawk offruti mill-operaturi tal-karozzi tal-linja fuq din il-linja. Il-Kummissjoni tinnota li din l-offerta kienet tirrigwarda biss numru limitat ħafna ta’ passiġġieri u li ma baqgħetx tiġi proposta mill-2009. |
|
(383) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-prezzijiet mitluba għal dan il-vjaġġ bil-vapur minn Bornholmtrafikken A/S ma tawx vantaġġ lil DSB meta mqabbla mal-kompetituri tagħha li jipproponu rotta bil-karozza tal-linja u jipprattikaw ukoll is-sistema ta’ prezzijiet integrati. Il-Kummissjoni għalhekk hija tal-fehma li l-fatturazzjoni tar-rotot bil-vapur ma wasslitx għal kumpens żejjed lil DSB. |
|
(384) |
In ġenerali, il-Kummissjoni tqis għalhekk li l-kumpens għas-servizz pubbliku inkwistjoni kien ikkalkulat skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
|
(385) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mill-Istat misjuba fil-ħlasijiet kuntrattwali u mħallsa taħt il-kuntratti ta’ servizz pubbliku bejn il-Ministeru Daniż tat-Trasport u DSB huma kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 li jimplimenta l-Artikolu 93 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
8.3.3. L-IMPATT TA’ ĊERTI MIŻURI FISKALI FUQ IL-KOMPATIBBILTÀ TAL-KUMPENS GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU.
|
(386) |
Fid-Deċiżjoni ta’ ftuħ tagħha, il-Kummissjoni sabet li l-kumpaniji privati Daniżi li joperaw f’setturi eżentati mill-VAT bħas-settur tat-trasport pubbliku huma soġġetti għal sistema ta’ taxxa speċjali fuq il-pagi (“lønsumsafgift”). Hija nnutat madankollu li l-kumpaniji pubbliċi bħal DSB ma kinux soġġetti għal din it-taxxa. |
|
(387) |
Għalkemm DKT, it-tieni parti li ppreżentat l-ilment, allegat li l-eżenzjoni ta’ DSB minn din it-taxxa fuq il-pagi setgħet tagħtiha vantaġġ kompetittiv, il-Kummissjoni ma eżaminatx il-kwistjoni tat-taxxa fuq il-pagi, minħabba li din kienet soġġetta għal reviżjoni globali tal-Kummissjoni fi proċedura separata (52). Il-parti li ppreżentat l-ilment stess kienet ikkwotat mistoqsija parlamentari u t-tweġiba li kienet għamlet is-Sinjura Kroes għall-Kummissjoni (53). |
|
(388) |
Permezz ta’ ittra tad-9 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni infurmat lil DKT li wara reviżjoni tal-miżuri inkwistjoni, il-Kummissjoni kienet iddeċidiet li tagħlaq il-proċedura msemmija hawn fuq. Il-Kummissjoni fil-fatt indikat li saru diskussjonijiet u skambji ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Daniżi sabiex tikseb kjarifiki dwar il-problemi potenzjali u l-ambigwitajiet li jirriżultaw minn din l-eżenzjoni fir-rigward tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet Daniżi aċċettaw li jibdlu l-leġiżlazzjoni tagħhom. |
|
(389) |
Il-Kummissjoni tinnota għaldaqstant li d-Danimarka adottat il-Liġi Nru 526 tal-25 ta’ Ġunju 2008 li tneħħi kwalunkwe distorsjoni potenzjali bejn il-kumpaniji pubbliċi u privati fir-rigward tal-implimentazzjoni tat-taxxa fuq il-pagi. Hija tinnota wkoll li din il-liġi daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009 u li minn din id-data DSB hija soġġetta għat-taxxa fuq il-pagi. |
|
(390) |
Għall-finijiet ta’ din ir-reviżjoni, il-Kummissjoni tinnota li l-eżenzjoni ta’ DSB minn din it-taxxa kienet inkluża fil-parametri li wasslu għad-determinazzjoni tal-livell tal-ħlasijiet kuntrattwali ta’ DSB taħt il-kuntratti ta’ servizz pubbliku, kif indikat fil-premessa 88 ta’ din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni tinnota li l-eżenzjoni tat-taxxa kienet tnaqqas l-ispejjeż operattivi ta’ DSB għall-operat tas-servizzi ta’ trasport previsti mill-kuntratti ta’ servizz pubbliku. Għaldaqstant, hija tikkonkludi li fin-nuqqas ta’ eżenzjoni, l-Istat Daniż kellu jżid b’daqstant l-ammont tal-ħlasijiet kuntrattwali tiegħu. |
|
(391) |
B’hekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li jekk l-eżenzjoni mit-taxxa ta’ DSB kienet tinvolvi għajnuna mill-Istat, dawn għandhom ikunu ttrattati bħala “ħlasijiet kuntrattwali addizzjonali” ta’ ammont ekwivalenti għall-ispiża fiskali eżentata. F’dan il-każ, il-Kummissjoni tikkonkludi li dawn il-“ħlasijiet kuntrattwali addizzjonali” ma wasslux għal kumpens żejjed lil DSB. |
|
(392) |
Il-Kummissjoni tinnota barra minn hekk li mill-1 ta’ Jannar 2009 DSB hija soġġetta għat-taxxa fuq il-pagi. Għalhekk, l-ispejjeż fiskali ta’ DSB żdiedu, fatt li jħalli impatt fuq l-ispejjeż operattivi meħtieġa għall-operat tas-servizzi ta’ trasport previsti fil-kuntratti ta’ servizz pubbliku. L-awtoritajiet Daniżi indikaw li l-ispejjeż żejda ġġenerati għal DSB sejrin ikunu kkumpensati biex jirriflettu din il-bidla fil-parametri tal-kalkolu tal-ħlasijiet kuntrattwali. |
|
(393) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tqis li l-kumpens tal-ispejjeż fiskali addizzjonali li rriżultaw mit-tmiem tal-eżenzjoni fiskali ta’ DSB jagħmel parti mill-ekonomija ġenerali tas-sistema ta’ kumpens għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku. Il-Kummissjoni kkunsidrat li dan il-kumpens kien jikkorrispondi b’mod strett għall-ispiża fiskali addizzjonali mħallsa minn DSB taħt l-attivitajiet esklussivi tagħha ta’ servizz pubbliku. |
|
(394) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kumpens mill-Istat Daniż għat-taxxa fuq il-pagi mħallsa minn DSB ma wassalx għal kumpens żejjed u għaldaqstant għandu jitqies kompatibbli mas-suq intern skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007. |
9. KONKLUŻJONI
|
(395) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kuntratti ta’ servizz pubbliku konklużi bejn il-Ministeru Daniż tat-Trasport u DSB jinvolvu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
(396) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi madankollu li din l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007, sakemm id-Danimarka ddaħħal l-iskema ta’ restituzzjoni deskritta f’din id-Deċiżjoni fil-premessi 222 sa 240 u 356 fil-kuntratti ta’ servizz pubbliku fis-seħħ. F’dawn il-kundizzjonijiet, l-għajnuniet ikkonċernati huma kompatibbli sat-tmiem tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku fis-seħħ. |
|
(397) |
L-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuniet soġġetti għal din id-Deċiżjoni saret fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, applikabbli fiż-żmien li l-Kummissjoni ħadet id-Deċiżjoni tagħha. |
|
(398) |
Il-Kummissjoni tinnota li r-regoli ta’ evalwazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 huma sostanzjalment simili għal dawk tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69, kif spjegati u interpretati mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta’ ftuħ tagħha. Hija tikkonkludi fil-fatt li, f’dan il-każ, l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 ma kinitx twassal għal konklużjoni differenti. |
|
(399) |
Fl-aħħar nett, l-għajnuniet ikkonċernati huma kompatibbli sat-tmiem tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku fis-seħħ. Fil-fatt, dawn huma kuntratti konklużi fl-2004, jiġifieri mis-26 ta’ Lulju 2000 u qabel it-3 ta’ Diċembru 2009, mingħajr proċedura għal kompetizzjoni ġusta u ta’ tul ta’ 10 snin. B’hekk huma jaqgħu taħt l-Artikolu 8(3)(d) u l-aħħar sentenza u ta’ qabel tal-aħħar tal-paragrafu 3, tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. Il-Kummissjoni tfakkar madankollu li skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jikkonformaw gradwalment mar-regoli tal-għoti tal-imsemmija kuntratti skont ir-regoli tal-Artikolu 5 qabel it-3 ta’ Diċembru 2019, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kuntratti ta’ servizz pubbliku konklużi bejn il-Ministeru Daniż tat-Trasport u Danske Statsbaner jinvolvu għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Din l-għajnuna mill-Istat hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 93 tat-TFUE.
Artikolu 2
Id-Danimarka ddaħħal f’kull kuntratt ta’ servizz pubbliku ta’ Danske Statsbaner fis-seħħ l-iskema ta’ restituzzjoni deskritta fil-premessi 222 sa 240 u 356 ta’ din id-Deċiżjoni li l-karatteristiċi ewlenin tagħha huma dawn:
|
— |
Aġġustament tal-ħlasijiet kuntrattwali fl-aħħar tas-sena finanzjarja għad-determinazzjoni ta’ tnaqqis gross ikkalkulat fuq il-bażi ta’ din l-ekwazzjoni: Total tad-dħul – profitt raġonevoli – Total tan-nefqa = tnaqqis gross |
|
— |
Modulazzjoni tat-tnaqqis gross biex jiġu kkunsidrati kisbiet fl-effiċjenza u ta’ titjib fil-kwalità tas-servizz skont l-ekwazzjoni u l-parametri li ġejjin: Skema ta’ restituzzjoni = tnaqqis gross – korrezzjoni (spejjeż Δ. + pas.km Δ) = tnaqqis nett
|
|
— |
L-istabbiliment ta’ limitu massimu għall-iskema ta’ restituzzjoni li jiggarantixxi ż-żamma ta’ profitt fil-livell raġonevoli skont il-formola u l-karatteristiċi li ġejjin:
|
Artikolu 3
Il-kumpens li jista’ jitħallas lil DSB mill-kumpanija AnsaldoBreda minħabba d-dewmien fil-kunsinna tal-materjal ferrovjarju għandu jingħata lill-Istat Daniż.
Artikolu 4
Id-Danimarka tinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li tkun ħadet sabiex tikkonforma mal-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-Deċiżjoni fix-xahrejn ta’ wara n-notifika tagħha.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2010.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi-president
(1) B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE saru l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Iż-żewġ dispożizzjonijiet huma sostanzjalment identiċi għal dawk ta’ qabel. Fil-kuntest ta’ din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE jekk ikun il-każ.
(2) ĠU C 309, 4.12.2008, p. 14.
(3) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.
(4) Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Novembru 2009 fil-kawża T-87/09, Jørgen Andersen vs Il-Kummissjoni.
(5) ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1.
(6) Liġi Nru 485 tal-1 ta’ Lulju 1998 li wassal għall-ħolqien tal-kumpanija pubblika indipendenti DSB SV u DSB Cargo mill-1 ta’ Jannar 1999 (“il-Liġi DSB”).
(7) L-attivitajiet ta’ trasport tal-merkanzija ta’ DSB inbiegħu lid-Deutsche Bahn fl-2001.
(8) Issa l-ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja u l-manutenzjoni tagħha hija pprovduta minn Banedanmark, li hija kumpanija separata.
(9) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 5.
(10) L-awtoritajiet Daniżi spjegaw li d-diversi kontijiet tal-prodotti tħejjew fuq il-bażi ta’ allokazzjoni u mhux ta’ sistema ta’ kontabilità. Ma setgħux jinħarġu karti tal-bilanċ separati għal kull attività mill-kontijiet.
(11) Lov om jernbanevirksomhed m.v. Liġi Nru 289 tat-18 ta’ Mejju 1998 kif sussegwentement emendata. Il-Liġi kkonsolidata l-aktar reċenti hija l-Liġi Nru 1171 tat-2 ta’ Diċembru 2004.
(12) Il-kuntratt fih preambolu, 22 Artikoli u 5 Annessi.
(13) Il-kuntratt fih preambolu, 10 Artikoli u 9 Annessi.
(14) Ara l-eċċezzjonijiet hawn fuq.
(*1) Data not available when the contract was concluded.
(15) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Lulju 2003, Kawża C-280/00, Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH (“Altmark” ), Ġabra 2003, p. I-7747.
(16) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 tas-26 ta’ Ġunju 1969 dwar azzjoni mill-Istati Membri dwar l-obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 156, 28.6.1969, p. 1). Rettifika ĠU L 169, 29.6.1991, p. 1.
(17) Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Marzu 2004 fil-kawża T-157/01 Danske Busvognmænd, punti 77 sa 79.
(18) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta’ Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat KE għall-għajnuniet mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku mogħtija lil ċerti kumpaniji inkarigati mill-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67); ara b’mod partikolari l-Artikolu 5(4).
(19) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-12 ta’ Frar 2008, BUPA vs Il-Kummissjoni, T-289/03, Ġabra 2008, punt 214.
(*2) Informazzjoni kunfidenzjali
(20) Ir-rapport Bernstein sar fl-1993 wara valutazzjoni mitluba mill-Ministeru Daniż tat-Trasport.
(21) B’mod partikolari, is-sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-12 ta’ Frar 2008, BUPA vs Il-Kummissjoni, T-289/03, Ġabra 2008, u tat-22 ta’ Ottubru 2008 — TV 2/Danmark vs Il-KummissjoniTV2, kawżi magħquda T-309/04, T-317/04, T-329/04 u T-336/04, mhux ippubblikati.
(22) Ġurnal Uffiċjali L 83, 27.3.1999, p. 1.
(23) Ara b’mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2006, Nru 604/2005 – il-Ġermanja – Servizzi ta’ trasport pubbliku bil-karozzi tal-linja f’Wittenberg, ĠU C 209, 31.8.2006, p. 7, punti 78 u segwenti.
(24) B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikolu 86 tat-Trattat KE sar l-Artikolu 106 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Iż-żewġ dispożizzjonijiet huma sostanzjalment identiċi. Fil-kuntest ta’ din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikolu 106 tat-TFUE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikolu 86 tat-Trattat KE jekk ikun il-każ.
(25) Ara rigward dan id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2009/325/KE tas-26 ta’ Novembru 2008 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 3/08 (ex NN102/05) – ir-Repubblika Ċeka – Kumpens għas-servizz pubbliku mogħti lil kumpaniji tal-karozzi tal-linja tal-Moravja tan-Nofsinhar, ĠU L 97, 16.4.2009, p. 14 (premessa 111); id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2009/845/KE tas-26 ta’ Novembru 2008 dwar l-Għajnuna mill-Istat – l-Awstrija – Appoġġ pubbliku lil Postbus fid-distrett ta’ Lienz, C 16/07 (ex NN 55/06), ĠU L 306, 20.11.2009, p. 26 (premessa 104).
(26) ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4.
(27) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Ottubru 2007 – C47/07 – kuntratt ta’ servizz pubbliku bejn deutsche Bahn Regio u l-land ta’ Berlin-Brandenbourg (ĠU C 35, 8.2.2008, p. 13).
(28) Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ April 2008, kawża T-348/04, Société internationale de diffusion et d’édition SA (SIDE).
(29) ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22.
(30) L-ammont ta’ 0,80 DKK jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għad-dħul unitarju għal kull passiġġier-kilometru fit-trasport ferrovjarju reġjonali u interreġjonali.
(31) Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirreferi għad-Deċiżjoni ta’ ftuħ tagħha, li sabet li DSB ma kienet tgawdi mill-ebda garanzija espliċita jew impliċita mill-Istat Daniż li tippermettilha li tikseb kundizzjonijiet ta’ kreditu aktar favorevoli minn dawk offruti lill-kumpaniji privati. Ara għal sitwazzjoni simili u għal konklużjoni simili, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-26.06.08 fil-kawża T-442/03, punti 121 sa 127.
(32) Ara rigward dan ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli komuni għall-operat ta’ servizzi bl-ajru fil-Komunità, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3); ara wkoll il-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuniet mill-Istat lit-trasport marittimu, u b’mod partikolari l-punt 9(2) (ĠU C 13, 17.1.2004 p. 3).
(33) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-26 ta’ Ġunju 2008, SIC vs Il-Kummissjoni, T-442/03, li għadha ma ġietx ippubblikata, punti 195-196, kif ukoll is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-12 ta’ Frar 2008, BUPA vs Il-Kummissjoni, T-289/03, Ġabra 2008, punt 166 u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Ġunju 2005, Olsen vs Il-Kummissjoni, T-17/02, Ġabra p. II-2031, punt 216.
(34) Liġi Daniża Nru 112 tal-2004.
(35) Premessa 17 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2005 msemmija hawn fuq.
(36) ĠU L 130, 15.6.1970, p. 1.
(37) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Lulju 2003, kawża C 280/00, Altmark Trans, imsemmija iktar ‘il fuq, punti 101, 106 u 107.
(38) ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22.
(39) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11.12.08 fil-kawża C-334/07 P, Freiststaat Sachsen, punt 43.
(40) C-334/07 P, Freiststaat Sachsen, punt 44.
(41) C-334/07 P, Freiststaat Sachsen, punt 53.
(42) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 28.
(43) C 348/04, SIDE, punt 56. 56
(44) Kalkoli magħmula fuq il-bażi tar-rapport ta’ KPMG mibgħuta mill-awtoritajiet Daniżi lill-Kummissjoni (tabella 2.4 u t-tabelli 2.2, 2.3 u 2.28 aġġornati).
(45) Dan l-ammont huwa evalwat fuq il-bażi ta’ riżultat wara t-taxxa fl-estimi tal-baġit għal 399 miljun DKK għas-sena 2008 tar-regola ta’ ġbir f’dividendi ta’ nofs il-bilanċ wara t-taxxa ta’ DSB stabbilita fil-premessa 102 ta’ din id-Deċiżjoni.
(46) ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4. Għalkemm din il-linja gwida ma tapplikax normalment għas-settur tat-trasport, il-prinċipji tagħha jistgħu jintużaw b’analoġija fl-ispeċifikar tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. Ara rigward dan id-Deċiżjoni ta’ ftuħ, iċċitata iktar ‘il fuq, u Deċiżjoni 2009/325/KE, Deċiżjoni 2009/845/KE, Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2007, C 31/07 – l-Irlanda – Għajnuna mill-Istat lil Kumpaniji tal-karozzi tal-linja ta’ Córas Iompair Éireann (Dublin Bus u Irish Bus), (ĠU C 217, 15.9.2007, p. 44); 23 ta’ Ottubru 2007, Għajnuna mill-Istat C 47/2007 – il-Ġermanja – Kuntratt ta’ servizz pubbliku bejn id-Deutsche Bahn Regio u l-Länder ta’ Berlin u Brandebourg (ĠU C 35, 8.2.2008, p. 13).
(47) Ara n-nota ta qiegħ il-paġna 30.
(48) “Analysis of the financial situation of railway undertakings in the European Union” (Analiżi tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriżi ferrovjarji fl-Unjoni Ewropea), minn ECORYS f’isem il-Kummissjoni Ewropea, Frar 2006 http://ec.europa.eu/transport/rail/studies/doc/2006_financial_situation_railway_undertakings.zip
(49) Il-Kummissjoni tagħmel it-tqabbil tagħha b’mod partikolari fuq il-bażi tal-profitt ekonomiku (ROA – return on assets) sabiex tevita l-problemi ta’ tqabbil marbut mal-istrutturi ta’ djun-kapital differenti ħafna bejn il-kumpaniji ferrovjarji.
(50) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2007, Għajnuna mill-Istat N388/2007 – Renju Unit, Post Office Limited (POL) programm ta’ trasformazzjoni (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 19), b’mod partikolari l-punt 53.
(51) Port tal-wasla tal-vapur f’Bornholm.
(52) L-ilment ġie rreġistrat għand il-Kummissjoni. Dan il-fajl iġib ir-referenza CP78/2006.
(53) L-ittra tas-Sinjura Kroes lis-Sinjura Riis-Jørgensen tad-19 ta’ Jannar 2009, D(09)6.
|
11.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 7/40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta' Lulju 2010
dwar għajnuna mill-Istat li l-Ġermanja qed tippjana li tagħti lil Deutsche Solar AG C 34/08 (ex N 170/08)
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 4489)
(Il-verżjoni Ġermaniża biss hi awtentika)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/4/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet msemmija hawn fuq (1),
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Permezz ta' notifika elettronika tat-28 ta' Marzu 2008, irreġistrata bħala posta li dieħla fil-Kummissjoni fl-istess jum, il-Ġermanja, fl-eżerċizzju tal-obbligu tagħha li tinnotifika l-każijiet individwali skont il-linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013 (“il-Linji gwida”) (2), innotifikat lill-Kummissjoni li kellha l-intenzjoni li tagħti għajnuna reġjonali lil Deutsche Solar AG, għall-istabbiliment ta' impjant għall-produzzjoni ta' wejfers solari fi Frieburg,. |
|
(2) |
Fis-27 ta' Frar u fil-25 ta' Ġunju 2008 saru laqgħat bejn rappreżentanti tal-Kummissjoni u rappreżentanti Ġermaniżi. Il-Kummissjoni talbet dettalji addizzjonali permezz ta' ittra tat-28 ta' Mejju 2008, u fl-10 ta' Ġunju 2008 bagħtet talba għall-informazzjoni. Il-Ġermanja pprovdiet l-informazzjoni addizzjonali permezz ta' ittra tas-16 ta' Ġunju 2008. |
|
(3) |
Permezz ta' ittra datata s-16 ta' Lulju 2008 (ref. C(2008) 3507 finali), il-Kummissjoni informat lill-Ġermanja li kienet iddeċidiet li ser tagħti bidu għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward tal-għajnuna. |
|
(4) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti bidu għall-proċedura kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta' Awwissu 2008 (3). Hemmhekk il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżura tal-għajnuna. |
|
(5) |
Permezz tal-ittri datati s-7 ta' Awwissu u s-26 ta' Settembru 2008 (refs A/16575 u A/19789), il-Ġermanja talbet għal estensjoni taż-żmien allokat biex tissottometti l-kummenti tagħha. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-Ġermanja fil-31 ta' Ottubru u fit-2 ta' Diċembru 2008 (refs A/22972 u A/25961). Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment minn partijiet terzi. |
|
(6) |
Permezz tal-ittri datati s-7 ta' April (A/8226), id-29 ta' Mejju (A/13120), l-4 ta' Diċembru (A/25461) u s-17 ta' Diċembru (A/26433) 2009, u t-12 ta' Jannar (A/550), is-26 ta' April (A/7045), l-14 ta' Mejju (A/8206) u l-10 ta' Ġunju (A/9628) 2010, il-Ġermanja bagħtet aktar informazzjoni lill-Kummissjoni. |
|
(7) |
Fit-12 ta' Ottubru 2009, saret laqgħa f’Berlin bejn rappreżentanti tal-Kummissjoni, il-Ġermanja u l-investitur. |
2. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-GĦAJNUNA
2.1. Għan tal-miżura tal-għajnuna
|
(8) |
Il-proġett tal-għajnuna għandu l-għan li jippromwovi l-iżvilupp reġjonali. L-investiment għandu jsir fil-Ġermanja tal-Lvant, fi Frieburg, fl-Art ta' Saxony, li hija żona li tikkwalifika għall-assistenza taħt l-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE. |
|
(9) |
Il-Ġermanja tipproponi li tipprovdi għajnuna għall-investiment reġjonali lil Deutsche Solar AG għall-istabbiliment ta' impjant għall-produzzjoni ta' wejfers solari. L-ispejjeż eliġibbli totali tal-investiment notifikat jammontaw għal EUR 350 miljum f’valur nominali. |
2.2. Riċevitur
|
(10) |
Ir-riċevitur tas-sostenn finanzjarju tkun Deutsche Solar, kumpannija li tipproduċi wejfers solari tas-silikon tal-kristallina. Deutsche Solar hi sussidjarja bi sjieda sħiħa ta' SolarWorld AG. Il-grupp SolarWorld hu attiv madwar id-dinja kollha fl-industrija tal-enerġija solari (b’siti tal-produzzjoni fil-Ġermanja, l-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel), u jikkombina l-istadji kollha tal-katina tal-valur solari, mill-materja prima, is-silikon, għal impjanti turnkey tal-enerġija solari. Il-grupp jipproduċi wejfers solari, ċelluli solari u moduli solari bl-eċċezzjoni ta' sistemi solari (4). Fl-2009, il-grupp SolarWorld kellu 2 000 impjegat u dħul konsolidat ta' aktar minn EUR 1 biljun. |
|
(11) |
Flimkien mal-impjant maħsub, li għandu jkun fil-qasam industrijali ta' Freiberg-Ost, Deutsche Solar diġà għandha żewġ impjanti oħra tal-produzzjoni fi Frieburg, wieħed fil-qasam ta' Freiberg-Süd u ieħor fil-qasam ta' Freiberg Saxonia. It-tliet impjanti huma lokalizzati f’distanza ta' ħames jew sitt kilometri bogħod minn xulxin. Fl-2007, Deutsche Solar għamlet qligħ ta' EUR 318 miljun. Kellha 770 impjegat fl-2008. Il-grupp SolarWorld għandu sussidjarji oħra bi sjieda sħiħa lokalizzati fi Frieburg: Deutsche Cell GmbH (produzzjoni ta' ċelluli solari), Solar Factory GmbH (produzzjoni ta' moduli solari), Sunicon AG (riċiklaġġ ta' silikon), SolarWorld Innovations GmbH (R&D), u SolarWorld Solicium GmbH (produzzjoni ta' silikon). SolarWorld għandu wkoll sehem ta' 49 % fi JSSi GmbH ibbażat fi Frieburg (produzzjoni ta' silikon), li hi impriża konġunta ma' Evonik Degussa GmbH. |
2.3. Il-proġett
2.3.1. Proġett notifikat (Freiberg-Ost)
|
(12) |
L-għajnuna notifikata mill-Ġermanja hi għal proġett ta' investiment kbir ippjanat minn Deutsche Solar, li jikkonsisti mill-istabbiliment ta' impjant ġdid għall-produzzjoni ta' wejfers solari multi-kristallini fi Freiberg-Ost. L-impjant il-ġdid ikollu kapaċità nominali kull sena ta' 500 megawatts peak (MWp) (5). |
|
(13) |
Il-proġett beda fit-18 ta' Diċembru 2007. L-investiment għandu jitlesta fl-2010, u għandha tintlaħaq il-produzzjoni sħiħa sal-aħħar tal-2010. |
|
(14) |
Deutsche Solar tiddikjara li l-proġett ser joħloq tal-anqas 130 impjieg b’mod dirett u l-istess numru ta' impjiegi b’mod indirett, f’reġjun fejn ir-rati tal-qgħad huma għolja. |
2.3.2. Proġetti ta' qabel (Freiberg-Süd)
|
(15) |
Fiż-żmien tan-notifika, il-Ġermanja informat lill-Kummissjoni li l-għajnuna kellha tingħata wkoll lil investiment ieħor ta' Deutsche Solar, il-proġett P3 fi Freiberg-Süd, li kien jikkonsisti mill-estensjoni tal-impjant tal-wejfers solari eżistenti minn 350 għal 500 MWp; dak il-proġett kien inbeda fl-1 ta' Settembru 2007, kważi simultaljament mal-proġett notifikat. L-ispejjeż eliġibbli għall-proġett P3 kellhom valur nominali ta' EUR 49 miljun. Il-Ġermanja pproponiet li tagħti għajnuna reġjonali b’valur nominali ta' EUR 14 miljun lill-investiment. Iżda l-għajnuna għal dak il-proġett ġiet irtirata, u wara li kien ingħata bidu għall-investigazzjoni formali f’dan il-każ il-Ġermanja informat lill-Kummissjoni li l-ebda għajnuna ma kienet tħallset u l-ebda għajnuna ma kienet ser tingħata għall-proġett P3. |
|
(16) |
Wara l-ftuħ tal-investigazzjoni formali, il-Ġermanja informat lill-Kummissjoni li l-ebda għajnuna ma kienet ingħatat lil investiment ieħor ta' Deutsche Solar qabel il-proġett P3 imsemmi hawn fuq, li beda fl-1 ta' Ġunju 2006, l-istess fi żmien tliet snin mill-bidu tal-proġett ta' investiment notifikat fi Freiberg-Ost. Dak il-proġett, il-proġett P2, kien għal espansjoni aktar qabel tal-impjant tal-wejfers solari eżistenti, minn 270 għal 350 MWp. L-għajnuna ammontat għal EUR 16 905 000 nominali, lejn spejjeż eliġibbli ta' EUR 49 995 991. Ġiet approvata fl-2006 abbażi tal-iskemi tal-għajnuna eżistenti (6). |
2.4. Bażi legali
|
(17) |
L-għajnuna għall-proġett ta' Frieburg-Ost notifikat għandha tingħata taħt skemi tal-għajnuna eżistenti, fil-forma ta' għotja diretta u primjum ta' investiment. |
|
(18) |
L-għajnuna diretta għandha tkun ibbażata fuq is-sitta u tletin pjan ġenerali taħt l-iskema konġunta tal-Gvern Federali/Ländergħat-titjib tal-istruttura ekonomika reġjonali (“l-iskema konġunta”) (7). |
|
(19) |
Il-primjum ta' investiment għandu jkun ibbażat fuq il-Liġi tal-2007 dwar il-primjums tal-investiment (Investitionszulagengesetz 2007) (8) u jekk neċessarju fuq is-suċċessur tagħha, il-Liġi tal-2010 dwar il-primjums tal-investiment (“l-iskemi tal-primjums tal-investiment”) (9). |
2.5. Spejjeż tal-investiment
|
(20) |
L-ispejjeż tal-investiment eliġibbli tal-proġett notifikat fi Freiberg-Ost għandhom valur nominali totali ta' EUR 350 000 000. It-taqsim tal-ispejjeż eliġibbli matul is-snin qed jingħata fit-tabella hawn taħt:
|
|||||||||||||||
2.6. Finanzjament
|
(21) |
Sabiex tiffinanzja l-proġett notifikat fi Freiberg-Ost, Deutsche Solar ikollha tirrikorri għar-riżorsi proprji tagħha u għal self bankarju minbarra l-għajnuna li applikat għaliha. Ħarsa ġenerali lejn l-ammonti rilevanti għal kull sors qed tingħata fit-tabella hawn taħt (valuri nominali):
|
||||||||||||
2.7. L-intensità massima tal-għajnuna reġjonali
|
(22) |
Frieburg, Saxony tinsab f’żona assistita taħt l-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE; skont il-Linji gwida u l-mappa tal-għajnuna mill-Istat reġjonali Ġermaniż li kienet tapplika fiż-żmien tan-notifika (10), intrapriżi kbar fiż-żona jistgħu jikkwalifikaw għal għajnuna sa intensità massima ta' 30 % għotja sħiħa ekwivalenti (GGE). |
2.8. Ammont tal-għajnuna u intensità tal-għajnuna
|
(23) |
Ir-riċevitur applika għall-għajnuna għall-proġett notifikat fis-17 ta' Awwissu 2007. Permezz ta' ittra datata t-22 ta' Awwissu 2007, il-Ġermanja informat lir-riċevitur li l-proġett kien eliġibbli għall-għajnuna. Il-Ġermanja ntrabtet li ma tagħtix l-għajnuna qabel ma tkun awtorizzata mill-Kummissjoni u li ma teċċedix l-ammont massimu tal-għajnuna approvata. |
|
(24) |
L-għajnuna reġjonali li l-Ġermanja inizjalment innotifikat għall-proġett ta' investiment ta' Deutsche Solar fi Frieburg-Ost kienet tammonta għal EUR 48 miljum (valur nominali). Il-Kummissjoni tat bidu għal investigazzjoni formali fir-rigward ta' dik l-għajnuna peress li ssuspettat li l-proġett notifikat u proġett assistit preċedentement fi Freiberg-Süd kellhom jiġu kkunsidrati bħala proġett ta' investiment wieħed (Linji gwida, paragrafu 60), li kien ifisser li meta ġie applikat il-mekkaniżmu ta' tnaqqis fil-paragrafu 67 tal-Linji gwida l-intensità tal-għajnuna notifikata kienet ser teċċedi l-massimu permissibbli. |
|
(25) |
Wara li kien ingħata bidu għall-investigazzjoni formali, il-Ġermanja informat lill-Kummissjoni li kienet irtirat l-għajnuna għall-proġett ta' qabel, il-proġett P3 fi Freiberg-Süd. Il-Ġermanja naqqset ukoll l-għajnuna notifikata għall-proġett ta' Deutsche Solar fi Freiberg-Ost għal EUR 40 364 760 (valur skontat) (11), li tikkorrispondi għal intensità tal-għajnuna ta' 12,97 % GGE: jekk il-proġett notifikat u l-proġetti ta' qabel imwettqa fi żmien tliet snin, il-proġetti P2 u P3, kellhom jiġu kkunsidrati bħala proġett ta' investiment wieħed, dan iwassal biex l-għajnuna totali mogħtija lejn l-ispejjeż eliġibbli kkombinati (EUR 402 865 942 bil-valur skontat) fil-limitu tal-massimu permissibbli (li jkun EUR 55 749 652 bil-valur skontat, jew 14,06 % GGE). |
2.9. Obbligi ġenerali
|
(26) |
Il-Ġermanja impenjat ruħha mal-Kummissjoni biex twettaq dan li ġej:
|
3. RAĠUNIJIET GĦALL-GĦOTI TA' BIDU TAL-INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(27) |
Fid-deċiżjoni tagħha li tagħti bidu għall-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni qalet li hi għandu d-dubji jekk l-għajnuna kinitx kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE u l-Linji gwida. |
|
(28) |
Il-paragrafu 60 tal-Linji gwida jiddikjara li sabiex ikun evitat li proġett ta' investiment kbir jinqasam b’mod artifiċjali f’sottoproġetti sabiex jiġu evitati d-dispożizzjonijiet tal-Linji gwida, proġett ta' investiment jiġi kkunsidrat bħala “proġett ta' investiment wieħed” jekk l-investiment inizjali jsir minn impriża waħda jew aktar f’perjodu ta' tliet snin u jikkonsisti minn assi fissi kkombinati b’mod ekonomikament indiviżibbli. |
|
(29) |
In-nota 55 f’qiegħ il-paġna tgħid li sabiex tivvaluta jekk investiment inizjali huwiex ekonomikament indiviżibbli, il-Kummissjoni tqis il-konnessjonijiet tekniċi, funzjonali u strateġiċi u l-prossimità ġeografika immedjata. |
|
(30) |
Jekk il-proġett notifikat u l-proġett P3 fi Freiberg-Süd jiġu kkunsidrati bħala proġett ta' investiment wieħed, l-ispejjeż eliġibbli kkombinati taż-żewġ proġetti huma soġġetti għall-mekkaniżmu ta' tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 67 tal-Linji gwida. L-għajnuna notifikata kkombinata mal-għajnuna mogħtija għall-proġett P3 għalhekk teċċedi l-massimu permissibbli, u l-eċċess hu inkompatibbli mal-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE |
|
(31) |
Fid-deċiżjoni tagħha li tagħti bidu għall-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni osservat li l-lokazzjonijiet tal-proġett notifikat (Frieburg-Ost) u l-proġett ta' qabel P3 (Freiberg-Süd) kienu biss ħames kilometri bogħod minn xulxin, u dan jista’ jitqies bħala prossimità ġeografika immedjata. Il-Kummissjoni osservat ukoll li bejn iż-żewġ investimenti kien hemm xi konnessjonijiet funzjonali u tekniċi u konnessjonijiet strateġiċi kbar. Il-Kummissjoni għalhekk iddubitat l-opinjoni tal-Ġermanja li l-proġett notifikat u l-proġett P3 fi Freiberg-Süd ma kinux jikkostitwixxu “proġett ta' investiment wieħed” fit-tifsira tal-paragrafu 60 u tan-nota 55 f’qiegħ il-paġna tal-Linji gwida, u stiednet lil partijiet terzi biex jikkummentaw dwar il-kwistjoni tal-indiviżibilità taż-żewġ proġetti ta' investiment ta' Deutsche Solar fi Frieburg. |
|
(32) |
Fid-deċiżjoni tagħha li tagħti bidu għall-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll jekk il-miżura notifikata kinitx kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Linji gwida u mar-regoli speċifiċi għall-għajnuna għal proġetti ta' investiment kbar fil-paragrafu 68(a) u (b), u kkonkludiet li filfatt kienet. |
4. KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI
|
(33) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda kummenti minn partijiet interessati oħra. |
5. KUMMENTI MILL-ĠERMANJA
5.1. Kummenti inizjali sottomessi mill-Ġermanja
|
(34) |
Fil-kummenti inizjali tagħha, sottomessi lill-Kummissjoni fil-31 ta' Ottubru u fit-2 ta' Diċembru 2008, il-Ġermanja esprimiet l-opinjoni li t-testijiet fil-paragrafu 60 u n-nota 55 f’qiegħ il-paġna tal-Linji gwida (prossimità ġeografika u konnessjonijiet tekniċi, funzjonali u strateġiċi) ma pprovdewx metodu xieraq biex ikun determinat jekk żewġ proġetti ta' investiment għandhomx jiġu kkunsidrati bħala “ekonomikament indiviżibbli”, peress li ma tefgħu ebda dawl fuq iċ-ċirkostanzi fejn proġett wieħed seta’ jitqies bħala ekonomikament vijabbli mingħajr l-ieħor. Iżda l-kwistjoni jekk proġett wieħed kienx ekonomikament fattibbli mingħajr l-ieħor kienet l-uniku fattur deċiżiv għall-interpretazzjoni tal-kunċett legali tal-indiviżibilità ekonomika. |
|
(35) |
Il-Ġermanja kkunsidrat li l-argument tal-Kummissjoni li kien hemm xi konnessjonijiet funzjonali u tekniċi bejn il-proġetti fi Freiberg-Ost u Freiberg-Süd bħala mhux suffiċjenti biex ikun stabbilit li dawn kienu ekonomikament indiviżibbli. Il-Ġermanja kkonkludiet li r-raġunijiet tal-Kummissjoni li tagħti bidu għall-investigazzjoni formali kienu bbażati fuq użu ħażin tas-setgħa diskrezzjonali konferita lilha bl-Artikolu 107(3) tat-TFUE, u li dan irriżulta f’deċiżjoni sproporzjonata li tmur kontra l-interessi tar-riċevitur. |
|
(36) |
Barra minn hekk, it-test tal-prossimità ġeografika ma pprovdiex mod xieraq għall-prevenzjoni taż-żidiet tas-sussidji, peress li mhux il-verżjonijiet tal-lingwi kollha tan-nota 55 f’qiegħ il-paġna tal-Linji gwida kienu jeħtieġu li l-impjanti jkunu fi prossimità ġeografika “immedjata” ma' xulxin: il-verżjoni Franċiża, pereżempju, titkellem biss fuq “prossimità ġeografika” u mhux fuq prossimità ġeografika “immedjata”. It-testijiet tan-nota 55 f’qiegħ il-paġna għalhekk ma pprovdewx qafas legali uniformi għar-regolazzjoni ta' ċikli ta' sussidji. |
|
(37) |
Il-Ġermanja kkonkludiet li l-proġetti ta' Deutsche Solar fi Freiberg-Süd u Freiberg-Ost ma kinux ekonomikament indiviżibbli, u m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala li jiffurmaw proġett ta' investiment wieħed fit-tifsira tal-paragrafu 60 u n-nota 55 f’qiegħ il-paġna tal-Linji gwida. Il-Ġermanja argumentat li b’konsegwenza ta' dan, l-għajnuna notifikata għal Freiberg-Ost ma kelliex titnaqqas bl-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' tnaqqis għall-ispejjeż tal-investiment eliġibbli kkombinati tal-proġetti ta' Deutsche Solar fi Freiberg-Süd u Freiberg-Ost. |
|
(38) |
Mal-kummenti inizjali tagħha, il-Ġermanja ssottomettiet ukoll informazzjoni aġġornata dwar il-proġetti tal-investiment imwettqa minn Deutsche Solar fi Freiberg-Süd u Freiberg-Ost fi żmien tliet snin mill-bidu tal-proġett notifikat: qabel il-proġett P3 fi Freiberg-Süd (espansjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni ta' wejfers solari minn 350 għal 500 MWp), kien hemm proġett ieħor fl-istess lokazzjoni, il-proġett P2 (estensjoni ta' qabel tal-kapaċità tal-produzzjoni ta' wejfers solari, minn 270 għal 350 MWp). Dak il-proġett kien ukoll irċieva l-għajnuna (taħt skemi tal-għajnuna eżistenti). Barra minn hekk, il-Ġermanja informat lill-Kummissjoni li l-għajnuna kienet ser tingħata lill-proġett P3 biss fil-forma ta' primjum ta' investiment (taħt l-iskemi tal-primjum ta' investiment). |
5.2. Aktar informazzjoni aġġornata sottomessa lill-Kummissjoni – emenda tan-notifika inizjali
|
(39) |
Wara l-kummenti inizjali tagħha, il-Ġermanja f’diversi stadji ssottomettiet informazzjoni aġġornata dwar il-proġetti ta' investiment imwettqa jew li kellhom jitwettqu mill-grupp fi Freiberg-Süd f’perjodu ta' tliet snin mill-bidu tal-proġett ta' investiment notifikat. |
|
(40) |
L-istampa finali tas-sitwazzjoni hi mqassra fit-tabella hawn taħt:
|
|
(41) |
Il-bidliet prinċipali tan-notifika inizjali huma li l-għajnuna kollha li kellha tingħata għall-proġett P3 fi Freiberg-Süd ġiet irtirata, u l-għajnuna li kellha tingħata għall-proġett notifikat fi Freiberg-Ost tnaqqset. Il-Ġermanja impenjat ruħha wkoll li l-ebda għajnuna ma ingħatat u lanqas se tingħata għall-proġett P3. |
|
(42) |
Tul il-kors tal-investigazzjoni formali l-Ġermanja informat lill-Kummissjoni li, għalkemm hi ma ammettietx espliċitament li l-proġett notifikat fi Frieburg-Ost u l-proġetti ta' qabel fi Freiberg-Süd kienu ser jifformaw proġett ta' investiment wieħed fit-tifsira tal-paragrafu 60 u n-nota 55 f’qiegħ il-paġna tal-Linji gwida, hi madankollu kienet ser tillimita l-għajnuna totali mogħtija lejn l-ispejjeż eliġibbli kkombinati tat-tliet proġetti P2, P3 u l-proġett notifikat (EUR 402 865 942 bil-valur skontat) għall-massimu permissibbli f’xenarju ta' “proġett ta' investiment wieħed” (EUR 55 749 652 bil-valur skontat, jew 14,06 % GGE). |
|
(43) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja pprovdiet informazzjoni dwar proġett ta' investiment kbir fil-futur li għandu jitwettaq mill-grupp SolarWorld fi Freiburg Saxonia, il-proġett SF III (l-istabbiliment ta' impjant ġdid għall-produzzjoni ta' moduli solari), li kellu jibda fi żmien tliet snin mill-bidu tal-proġett notifikat, fejn qalet li kellha l-intenzjoni li tagħti għajnuna għal dan il-proġett. Il-Ġermanja impenjat ruħha li tinnotifika l-għajnuna għall-proġett SF III b’mod separat u tkun ikkondizzjonata mill-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni. |
6. VALUTAZZJONI
6.1. Għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE
|
(44) |
Fid-deċiżjoni tagħha li tagħti bidu għall-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-appoġġ finanzjarju li kellu jingħata mill-Ġermanja lil Deutsche Solar abbażi tal-iskemi tal-għajnuna reġjonali eżistenti (l-iskema konġunta u l-iskemi tal-primjum ta' investiment) kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Il-Ġermanja ma kkontestatx din il-konklużjoni. |
6.2. Rekwiżit tan-notifika, legalità tal-għajnuna, u l-liġi applikabbli
|
(45) |
Il-Ġermanja nnotifikat il-miżura tal-għajnuna ppjanata fit-28 ta' Marzu 2008, qabel ma daħħlitha fis-seħħ, u b’dan il-mod kienet konformi mal-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 108(3) tat-TFUE u mar-rekwiżit tan-notifika individwali fl-Artikolu 7(e) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna għall-investiment nazzjonali bi skop reġjonali (ir-regolament dwar l-eżenzjoni sħiħa għall-għajnuna reġjonali). |
|
(46) |
Ladarba nstab li l-miżura tinkludi għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, għandu jiġi stabbilit jekk l-għajnuna tistax tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq intern. Peress li l-għajnuna involuta hija għajnuna għall-investiment reġjonali, il-Kummissjoni vvalutata fid-dawl tal-Linji gwida, u b’mod speċifiku tat-taqsima 4.3 tal-Linji gwida, li titratta proġetti ta' investiment kbar. |
6.3. Kompatibilità tal-għajnuna mad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Linji gwida
|
(47) |
Fid-deċiżjoni tagħha li tagħti bidu għall-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni indikat li l-għajnuna notifikata kellha tingħata skont l-iskemi tal-għajnuna b’eżenzjoni sħiħa li kienet konformi mal-kriterji ġenerali stabbiliti fil-Linji gwida. |
|
(48) |
Il-proġett jikkostitwixxi investiment inizjali fit-tifsira tal-Linji gwida, peress li jirrikjedi l-istabbiliment ta' stabbiliment ġdid. L-ispejjeż eliġibbli għall-għajnuna għall-investiment huma definiti skont il-Linji gwida, u r-regoli dwar l-għajnuna li tingħata fuq għajnuna oħra huma rispettati. |
|
(49) |
Deutsche Solar applikat għall-għajnuna, u qabel Deutsche Solar bdiet ix-xogħol, il-Ġermanja kkonfermat bil-miktub li l-proġett kien eliġibbli u qablet li tagħti l-għajnuna sakemm ikun hemm l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni. |
|
(50) |
Deutsche Solar tkun meħtieġa li żżomm l-investiment f’minimu ta' madwar ħames snin wara t-tlestija tal-proġett. |
|
(51) |
Deutsche Solar għandha hi nnifisha tiffinanzja mill-inqas 25 % tal-ispejjeż eliġibbli f’forma ħielsa minn kwalunkwe appoġġ pubbliku. |
6.4. Kompatibilità mar-regoli dwar l-għajnuna għal proġetti ta' investiment kbar
6.4.1. Proġett ta' investiment wieħed u intensità tal-għajnuna massima
|
(52) |
Il-paragrafu 60 tal-Linji gwida jgħid li sabiex ikun evitat li proġett ta' investiment kbir jinqasam b’mod artifiċjali f’subproġetti sabiex jiġu evitati d-dispożizzjonijiet tal-Linji gwida, proġett ta' investiment jiġi kkunsidrat bħala “proġett ta' investiment wieħed” jekk l-investiment inizjali jitwettaq minn intrapriża waħda jew aktar f’perjodu ta' tliet snin u jikkonsisti minn assi fissi kkombinati b’mod ekonomikament indiviżibbli. |
|
(53) |
Aktar milli jinnotifikaw proġett ta' investiment wieħed, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jinnotifikaw diversi proġetti separatament, biex jiżguraw li wara li jiġi applikat il-mekkaniżmu ta' tnaqqis fil-paragrafu 67 tal-Linji gwida l-intensità tal-għajnuna massima permessa tkun ogħla (12). |
|
(54) |
Fil-każ preżenti, il-Kummissjoni tat bidu għall-investigazzjoni formali peress li beżgħet li jekk il-proġett u proġett li kien ġie sussidjat qabel fi Freiberg-Süd, il-proġett P3, kienu jifformaw proġett ta' investiment wieħed, l-għajnuna notifikata kienet ser teċċeddi l-massimu permissibbli. Il-proġett P3 huwa proġett ta' segwitu għal proġett P2. It-tnejn għandhom x’jaqsmu mal-espansjoni gradwali tal-kapaċità tal-produzzjoni ta' impjant tal-wejfers solari eżistenti, l-ewwel minn 270 għal 350 MW u mbagħad minn 350 għal 500 MW. Dan hu eżempju klassiku ta' xenarju ta' “proġett ta' investiment wieħed”. L-investimenti qed jitwettqu fi spazju ta' tliet snin f’prossimità ġeografika immedjata (fl-istess impjant integrat li jappartjeni għall-grupp SolarWorld fi Freiberg-Süd); jippreżentaw konnessjonijiet ċari, tekniċi (l-istess prodott u teknoloġija tal-produzzjoni), funzjonali (l-istess materja prima, fornituri u klijenti komuni u servizzi komuni) u strateġiċi (strateġija integrata għal kapaċità miżjuda li tindirizza l-istess suq). |
|
(55) |
Il-Ġermanja rtirat l-għajnuna kollha għall-proġett P3, u emendat in-notifika biex tnaqqas l-intensità tal-għajnuna għall-proġett notifikat, sabiex l-għajnuna totali mogħtija għall-ispejjeż eliġibbli kkombinati tal-proġett notifikat fi Frieberg-Ost u ż-żewġ proġetti ta' qabel fi Freiberg-Süd (P2 u P3) tkun limitata għall-massimu permissibbli għal proġett ta' investiment wieħed li jinkludi l-proġetti kollha mwettqa fi żmien tliet snin. Għaldaqstant m’hemm l-ebda ħtieġa għall-Kummissjoni biex tinvestiga aktar u tiddetermina l-kwistjoni jekk il-proġett notifikat u l-proġetti ta' qabel jifformawx investiment wieħed. |
|
(56) |
Il-Ġermanja qablet li meta tiġi kkalkulata l-intensità tal-għajnuna massima permissibbli, il-proġetti P2 u P3 jitqiesu kif kienu jitqiesu fil-każ ta' investiment wieħed li jinkludi l-proġett notifikat u ż-żewġ proġetti ta' qabel flimkien. |
|
(57) |
Għaldaqstant għall-kalkolu tal-intensità tal-għajnuna massima permissibbli, kif provdut fil-paragrafu 41 tal-Linji gwida, l-ispejjeż eliġibbli kollha tnaqqsu għas-sena li fiha ngħatat l-għajnuna l-ewwel darba għall-proġett P2 (it-12 ta' Settembru 2006), bl-użu tar-rata tal-iskont applikabbli f’dik id-data, li kienet ta' 4,36 %: l-ispejjeż totali jammontaw għal EUR 402 865 942 bil-valur skontat. L-għajnuna massima permissibbli bil-valur skontat hi b’hekk EUR 55 749 652 (13), li tikkorrispondi għal intensità tal-għajnuna għal proġett ta' investiment wieħed ta' 14,06 % GGE. |
|
(58) |
Peress li diġà ingħataw EUR 15 384 891 (valur skontat) għall-proġett P2, l-għajnuna massima permissibbli għall-proġett notifikat tkun EUR 40 364 760 (valur skontat), li tikkorrispondi għal intensità tal-għajnuna ta' 12.97 % GGE. Il-Ġermanja impenjat ruħha li tirrispetta dan il-massimu, sabiex ikun jista’ jiġi konkluż li anke jekk il-proġett notifikat u l-proġetti ta' qabel sussidjati fit-tliet snin ta' qabel jikkostitwixxu proġett ta' investiment wieħed, issir konformità mal-mekkaniżmu ta' tnaqqis fil-paragrafu 67 tal-Linji gwida. |
|
(59) |
Peress li l-Ġermanja impenjat ruħha li tinnotifika l-għajnuna għall-proġett futur SF III fi Freiberg Saxonia b’mod separat, u tkun ikkondizzjonata mill-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni m’għandiex bżonn tieħu pożizzjoni fid-Deċiżjoni preżenti dwar fuq il-kwistjoni jekk il-proġett notifikat u l-proġett futur SF III jifformawx investiment wieħed. |
6.4.2. Kompatibilità mal-kriterji fil-paragrafu 68 tal-Linji gwida
|
(60) |
Jekk il-Kummissjoni tippermettix għajnuna reġjonali għal proġett ta' investiment kbir li jaqa’ taħt il-paragrafu 68 tal-Linji gwida jiddependi fuq l-ishma tas-suq tar-riċevitur qabel u wara l-investiment u fuq il-kapaċità li joħloq l-investiment. Sabiex tapplika t-testijiet fil-paragrafu 68(a) u (b) tal-Linji gwida, il-Kummissjoni trid tiddefinixxi s-swieq tal-prodott rilevanti u dawk ġeografiċi. |
|
(61) |
Fid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ l-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni osservat li l-prodott li miegħu hu marbut il-proġett ta' investiment notifikat kien wejfers solari tas-silikon multi-kristallini. |
|
(62) |
Il-paragrafu 69 tal-Linji gwida jgħid li meta l-proġett jirrelata ma' prodott intermedjarju, u parti sinifikanti tal-prodott ma jkunx mibjugħ fis-suq, il-prodotti kkonċernati jistgħu jinkludu l-prodott downstream. Meta ħadet id-deċiżjoni li tagħti bidu għall-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni ma setgħetx ma tikkunsidrax il-possibiltà li l-wejfers solari prodotti fi Frieburg-Ost setgħu jintużaw, tal-anqas parti minnhom, fil-grupp ta' riċeviment għall-produzzjoni downstream ta’ ċelluli solari jew moduli solari. Għaldaqstant il-Kummissjoni kkunsidrat li l-prodotti kkonċernati mill-proġett notifikat kienu jinkludu mhux wejfers solari biss iżda wkoll ċelluli solari u moduli solari. Għall-finijiet tal-paragrafu 68(a) tal-Linji gwida, il-Kummissjoni kkunsidrat li s-suq tal-prodott rilevanti kien jinkludi s-swieq għal Wejfers solari, Ċelluli solari u moduli solari, u li s-Suq ġeografiku kien wieħed dinji. |
|
(63) |
Fid-deċiżjoni tagħha li tagħti bidu għall-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkalkulat l-ishma tas-swieq kollha rilevanti miżmuma mill-grupp ta' riċeviment qabel u wara l-investiment (2006-2011), filwaqt li qieset l-agħar xenarju possibbli fejn is-suq ma kienx ser jikber wara l-2010 (peress li l-istudju indipendenti ma pprovdiex tbassir għas-snin wara l-2010). Skont dawn il-kalkoli, l-ishma kollha tas-suq kienu taħt l-20 % qabel l-investiment u taħt il-15 % wara l-investiment, u l-Kummissjoni kkonkludiet li l-ishma tas-suq mhux ser jeċċedu l-25 % u li għaldaqstant l-għajnuna notifikata kienet skont il-paragrafu 68(a) tal-Linji gwida. |
|
(64) |
Ir-rata tat-tkabbir annwali komposta tal-konsum evidenti ta' prodotti fotovoltajċi fiż-ŻEE għas-snin 2001 sa 2006 kienet ta' 35 %, b’mod ċar ogħla mir-rata tat-tkabbir annwali komposta tal-PGD fiż-ŻEE għall-istess snin, li kienet ta' 1,97 %; fid-deċiżjoni tagħha li tagħti bidu għall-investigazzjoni, il-Kummissjoni kienet għalhekk tal-opinjoni li għalkemm ma kien hemm ebda dejta disponibbli fuq il-prodotti intermedjarji fiż-ŻEE, ma seta’ jkun ebda dubju li rata tat-tkabbir annwali komposta tal-konsum evidenti ta' prodotti intermedjarji fiż-ŻEE għall-istess snin tkun ukoll ħafna ogħla minn 1,97 %. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-għajnuna notifikata kienet kompatibbli mal-paragrafu 68(b) tal-Linji gwida. |
|
(65) |
Waqt l-investigazzjoni formali ma ħarġet l-ebda evidenza li setgħet tixħet dubju fuq id-dikjarazzjonijiet t’hawn fuq rigward il-kompatibilità mal-paragrafu 68 tal-Linji gwida. Barra minn hekk, l-analiżi fid-deċiżjoni tal-ftuħ uriet li l-ishma tas-swieq rilevanti kollha li l-grupp SolarWorld mistenni li jżomm fl-2011 kienu inqas minn 15 %; għaldaqstant ma hemm l-ebda periklu li meta dawk l-ishma jiġu kalkulati mill-ġdid abbażi ta' studji aktar reċenti jeċċedu l-25 %. |
|
(66) |
Il-Kummissjoni għaldaqstant ikkonfermat il-konklużjoni li waslet għaliha fid-deċiżjoni li tagħti bidu għall-investigazzjoni formali li l-għajnuna notifikata hija kompatibbli mal-paragrafu 68 tal-Linji gwida. |
6.5. Konklużjonijiet
|
(67) |
Abbażi ta' din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżura ta' għajnuna notifikata hi kompatibbli mal-Linji gwida u mal-mappa tal-għajnuna reġjonali għall-Ġermanja fis-seħħ fiż-żmien tan-notifika, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
(1) L-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja tippjana li tagħti lil Deutsche Solar AG, li tammonta għal EUR 40 364 760 bil-valur skontat, li tikkorrispondi għal intensità tal-għajnuna ta' 12,97 % GGE, hi kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsir tal-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(2) L-għoti tal-għajnuna li tammonta għal EUR 40 364 760 bil-valur skontat, li tikkorrispondi għal intensità tal-għajnuna ta' 12,97 % GGE, hu għalhekk awtorizzat.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmula fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi-President
(1) ĠU C 217, 26.8.2008, p. 19.
(3) Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna. Ġiet approvata corrigendum għad-deċiżjoni fit-28 ta' April 2009 u ppubblikata fil-ĠU C 203, 28.8.2009, p. 11.
(4) Il-grupp SolarWorld ma jagħmilx jew ma jbigħx sistemi tal-enerġija solari Għandu sehem ta' 29 % f’Solarparc AG, li n-negozju prinċipali tagħha hu li tipproduċi u tinstalla impjanti solari. Iżda peress li dan hu biss pussess ta' ishma ta' minorità, Solarparc AG ma ġietx meqjusa fil-valutazzjoni tas-suq fil-każ tal-għajnuna mill-Istat preżenti.
(5) Megawatt peak(MWp) waħda tikkorrispondi għal 1 000 000 watts peak (Wp). “ Watt peak ” hija unità tal-kejl għall-kapaċità (prodott nominali) ta' ċelluli solari u moduli solari. Watt peak hija l-istandard normalment użata fl-industrija tal-fotovoltajċi għall-kejl tal-kapaċità teknika ta' moduli solari; din tesprimi l-prodott nominali tal-modulu taħt kundizzjonijiet ta' testijiet standard.
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ottubru 2003 dwar il-miżura tal-għajnuna mill-Istat Nru N 642/2002, tiġdid tal-iskema konġunta għat-titjib tal-istruttura ekonomika reġjonali (ĠU C 284, 27.11.2003, p. 5); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Jannar 2005 dwar il-miżura tal-għajnuna mill-Istat Nru N 142a/04, il-liġi dwar primja tal-investiment, 2005 – regoli standard (ĠU C 235, 23.9.2005, p. 4); u l-iskema ta' eżenzjoni Nru XR 6/2007, Liġi dwar primja tal-investiment, 2007 (ĠU C 41, 24.2.2007, p. 9).
(7) Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna tal-investiment reġjonali nazzjonali (ir-regolament dwar l-eżenzjoni sħiħa għall-għajnuna reġjonali, ĠU L 302, 1.11.2006, p. 29), il-Ġermanja ssottomettiet sommarju tal-għajnuna li tista’ tingħata taħt din l-iskema, li ġie rreġistrat fil-Kummissjoni taħt ir-referenza XR 31/2007 (ĠU C 102, 5.5.2007, p. 11).
(8) Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1628/2006, il-Ġermanja ssottomettiet sommarju tal-għajnuna li tista’ tingħata taħt din l-iskema, li ġie rreġistrat fil-Kummissjoni taħt ir-referenza XR 31/2007 (ĠU C 102, 5.5.2007, p. 9).
(9) Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008 li jiddikjara ċertu kategoriji tal-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni fl-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ir-regolament dwar l-eżenzjoni sħiħa ġenerali, ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3), il-Ġermanja ssottomettiet sommarju tal-għajnuna li tista’ tingħata taħt din l-iskema, li ġie rreġistrat fil-Kummissjoni taħt ir-referenza XR 167/2008 (ĠU C 280, 20.11.2009, p. 5).
(*1) Sigriet tan-negozju.
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Novembru 2006 dwar il-miżura tal-għajnuna mill-Istat Nru N 459/2006, mappa tal-għajnuna mill-Istat reġjonali nazzjonali: Ġermanja, 2007–2013 (ĠU C 295, 5.12.2006, p. 6).
(11) Bi skont għas-sena li fiha kienet ingħatat l-ewwel għajnuna għall-proġett P2 (12 ta' Settembru 2006), bl-użu tar-rata tal-iskont applikabbli f’dik id-data (4,36 %).
(*2) Il-Ġermanja rtirat l-għajnuna ppjanata inizjalment ta' EUR 4 miljun għal P3.
(*3) Il-Ġermanja naqqset l-għajnuna għall-proġett notifikat fi Frieburg-Ost.
(12) Jekk proġett wieħed li jiswa aktar minn EUR 100 miljun jinqasam f’żewġ proġetti, l-Istat Membru jista’ japplika l-limitu massimu tal-għajnunareġjonali għall-ewwel EUR 50 miljun ta' kull proġett, u għalhekk għal darbtejn (l-ebda tnaqqis fil-limitu massimu tal-għajnuna reġjonali applikabbli ma hu meħtieġ), u nofs dak il-limitu għall-EUR 50 miljun ta' wara għal kull wieħed, ukoll għal darbtejn. Għal spejjeż eliġibbli ta' iżjed minn EUR 100 miljun, l-għajnuna reġjonali massima permissibbli titnaqqas għal terz (34 %).
(13) Din il-figura tiġi kkalkulata bl-applikazzjoni tal-limitu massimu reġjonali ta' 35 % GGE għal spejjeż eliġibbli relatati mal-proġett P2, abbażi tal-mappa tal-għajnuna reġjonali Ġermaniża fis-seħħ fiż-żmien meta l-għajnuna ingħatat għal dak il-proġett (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' April 2003 dwar il-miżura tal-għajnuna mill-Istat Nru N 641/02, mappa tal-għajnuna tal-Istat reġjonali nazzjonali: Ġermanja, 2004-2006 (ĠU C 186, 6.8.2003, p. 18)), u ta' 30 % GGE għall-proġett P3 u l-proġett notifikat, peress li l-limitu massimu standard reġjonali tnaqqas fil-mappa tal-għajnuna ġdida Ġermaniża applikabbli mill-2007.
IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom
|
11.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 7/48 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ Ottubru 2009
Dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 8107)
(It-test Spanjol biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/5/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li sejħet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom (1) skont id-dispożizzjonijiet iċċitati hawn fuq u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
I. PROĊEDURA
|
(1) |
Permezz ta’ mistoqsijiet bil-miktub indirizzati lill-Kummissjoni (Nri E-4431/05, E-4772/05 u E-5800/06) diversi MEPs indikaw li Spanja kienet waqqfet skema speċjali li allegatament tipprovdi inċentiv tat-taxxa inġust għall-kumpaniji Spanjoli li jiksbu ishma sinjifikanti f’kumpaniji barranin, skont l-Artikolu 12(5) tal-Att Spanjol dwar it-Taxxa Korporattiva (Real Decreto Legislativo 4/2004, de 5 de marzo, por el que se aprueba el texto refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades, minn hawn ‘il quddiem “TRLIS”). (2) |
|
(2) |
Permezz tal-mistoqsija bil-miktub Nru P-5509/06, is-Sur David Martin MEP lmenta mal-Kummissjoni dwar offerti ta’ xiri ostili mill-produttur tal-enerġija Spanjol Iberdrola li tinvolvi x-xiri ta’ ishma tal-ġeneratur u d-distributur tal-enerġija tar-Renju Unit, ScottishPower. Skont is-Sur Martin, Iberdrola kien inġustament ibbenefika minn għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ inċentiv tat-taxxa għall-akkwist. Is-Sur Martin talab lill-Kummissjoni biex teżamina l-kwistjonijiet kollha ta’ kompetizzjoni li joħorġu mill-akkwiżizzjoni, li kienet ġiet notifikata fit-12 ta’ Jannar 2007 għal eżaminażżjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (minn hawn ‘il quddiem “ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet [fużjonijiet]”). (3) Permezz tad-Deċiżjoni datata s-26 ta’ Marzu 2007 (Każ Nru COMP/M.4517 – Iberdrola/ScottishPower, SG-Greffe(2007) D/201696), (4) il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix l-operat notifikat u li tiddikjarah kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. |
|
(3) |
Permezz ta’ ittri datati l-15 ta’ Jannar 2007 (D/50164) u s-26 ta’ Marzu 2007 (D-51351), il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Spanjoli biex jipprovdu informazzjoni sabiex jevalwaw l-ambitu u l-effetti tal-Artikolu 12(5) TRLIS fir-rigward tal-klassifikazzjoni possibbli tiegħu bħala għajnuna mill-Istat u l-kompatibbiltà tiegħu mas-suq komuni. |
|
(4) |
Permezz ta’ ittri datati s-16 ta’ Frar 2007 (A/31454) u l-4 ta’ Ġunju 2007 (A/34596), l-awtoritajiet Spanjoli wieġbu dawn il-mistoqsijiet. |
|
(5) |
Permezz ta’ faks datat it-28 ta’ Awwissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet ilment minn operatur privat li permezz tiegħu ġie allegat li l-iskema mwaqqfa mill-Artikolu 12(5) TRLIS kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u ma kinitx kompatibbli mas-suq komuni. Il-persuna li għamlet l-ilment talbet biex l-identità tagħha ma tiġix żvelata. |
|
(6) |
Permezz ta’ Deċiżjoni tal-10 ta’ Ottubru 2007 (minn hawn ‘il quddiem “id-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura”), il-Kummissjoni bdiet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat fir-rigward tal-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju provdut mill-Artikolu 12(5) TRLIS, għax kien jidher li kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha biex titqies bħala għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat. Il-Kummissjoni nfurmat lil Spanja li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat. Id-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura tal-proċedura kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, (5) u ssejjaħ lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom. |
|
(7) |
Permezz ta’ ittra datata l-5 ta’ Diċembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn Spanja dwar id-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura. |
|
(8) |
Bejn it-18 ta’ Jannar u s-16 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar id-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura minn 32 parti interessata. Il-partijiet interessati li ma talbux li jibqgħu anonimi huma mniżżla fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
|
(9) |
Permezz ta’ ittri datati d-9 ta’ April 2008 (D/51431), il-15 ta’ Mejju 2008 (D/51925), it-22 ta’ Mejju 2008 (D/52035) u s-27 ta’ Marzu 2009 (D/51271), il-Kummissjoni għaddiet il-kummenti hawn fuq imsemmija lill-awtoritajiet Spanjoli, sabiex tagħtihom l-opportunità li jagħtu r-reazzjonijiet tagħhom. Permezz ta’ ittri datati t-30 ta’ Ġunju 2008 (A/12911) u t-22 ta’ April 2009 (A/9531), l-awtoritajiet Spanjoli taw ir-reazzjonijiet tagħhom għall-kummenti tal-partijiet interessati. |
|
(10) |
Fit-18 ta’ Frar 2008, it-12 ta’ Mejju u t-8 ta’ Ġunju 2009, saru laqgħat tekniċi bejn l-awtoritajiet Spanjoli u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni biex jiċċaraw, inter alia, ċerti aspetti tal-applikazzjoni tal-iskema inkwistjoni u l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni Spanjola rilevanti għall-każ. |
|
(11) |
Fis-7 ta’ April 2008, saret laqgħa bejn ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u Banco de Santander SA; fis-16 ta’ April 2008 saret laqgħa bejn ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u d-ditta legali J & A Garrigues SL li tirrapreżenta diversi partijiet interessati; fit-2 ta’ Lulju 2008 saret laqgħa bejn rappreżentanti tal-Kummissjoni u Altadis S.A.; fit-12 ta’ Frar 2009, saret laqgħa bejn rappreżentanti tal-Kummissjoni u Telefónica S.A. |
|
(12) |
Fl-14 ta’ Lulju 2008, l-awtoritajiet Spanjoli ssottomettew iżjed informazzjoni dwar il-miżura inkwistjoni, b’mod partikolari d-dejta estratta mid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tal-2006, li provdew deskrizzjoni tal-kontribwenti li kienu bbenefikaw mill-miżura inkwistjoni. |
|
(13) |
Permezz ta’ ittra elettronika datata s-16 ta’ Ġunju 2009, l-awtoritajiet Spanjoli provdew elementi oħra li permezz tagħhom argumentaw li l-kumpaniji Spanjoli xorta għadhom jiffaċċaw numru ta’ ostakli għal fużjonijiet transkonfinali fil-Komunità. |
II. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA
|
(14) |
Il-miżura inkwistjoni tinvolvi l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju li jirriżulta mill-akkwiżizzjoni ta’ ishma sinjifikanti f’kumpanija barranija fil-mira. |
|
(15) |
Il-miżura hija rregolata bl-Artikolu 12(5) TRLIS. B’mod partikolari, l-Artikolu 2(5) tal-Att 24/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 emenda l-Att Spanjol dwar it-Taxxa Korporattiva Nru 43/1995 tas-27 ta’ Diċembru 1995, billi ntroduċa l-Artikolu 12(5). Id-Digriet Leġiżlattiv Irjali Nru 4/2004 tal-5 ta’ Marzu 2004 ikkonsolida l-emendi li kienu saru sa dak iż-żmien fl-Att Spanjol dwar it-Taxxa Korporattiva f’verżjoni riformulata. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni hija konxja li l-leġiżlazzjoni Spanjola evolviet mid-data tad-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura. (6) Minkejja dan, il-Kummissjoni tqis li l-aħħar emendi aktarx li mhux ser ikollhom effett jew jibdlu l-inċertezzi espressi fid-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura. Għall-finijiet ta’ konsistenza, f’din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni ser tirreferi għan-numri mogħtija fil-leġiżlazzjoni Spanjola kif indikati fid-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura, anke jekk din tkun għaddiet minn emendi oħra. Kwalunkwe dispożizzjoni legali ġdida ser tiġi identifikata bħala tali. |
|
(17) |
L-Artikolu 12(5) TRLIS, li huwa parti mill-Artikolu 12 “Aġġustamenti tal-valur: telfien ta’ valur tal-assi”, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2002. Huwa essenzjalment jipprovdi li kumpanija li hija taxxabbli fi Spanja tista’ tnaqqas mill-introjtu taxxabbli tagħha l-avvjament finanzjarju li jkun ġej mill-akkwiżizzjoni ta’ ishma ta’ mill-inqas 5 % ta’ kumpanija barranija, fi ħlas perjodiku annwali, għal massimu ta’ 20 sena wara l-akkwist. |
|
(18) |
L-avvjament huwa mifhum li jirrapreżenta l-valur ta’ isem tan-negozju rispettat sew, relazzjonijiet tajbin ma’ klijenti, ħiliet tal-impjegati, u tali fatturi oħra li huma mistennija li jsarrfu fi qligħ ikbar milli evidenti fil-futur. Skont il-prinċipji tal-kontabilità Spanjoli, (7) il-prezz imħallas għall-akkwiżizzjoni ta’negozju li jaqbeż il-valur fis-suq tal-assi li jikkostitwixxu n-negozju huwa definit bħala “avvjament” u għandu jitniżżel fil-kotba bħala assi intanġibbli separat hekk kif il-kumpanija akkwirenti tieħu l-kontroll tal-kumpanija fil-mira. (8) |
|
(19) |
Skont il-prinċipji tal-politika tat-taxxa Spanjola, bl-eċċezzjoni tal-miżura inkwistjoni, l-avvjament jista’ jiġi amortizzat biss wara kombinament tan-negozju li tqum jew minħabbaakkwiżizzjoni jew b’kontribuzzjoni tal-assi miżmuma minn kumpaniji indipendenti jew wara operazzjoni ta’ fużjoni jew firda. |
|
(20) |
“Avvjament finanzjarju”, kif użat fis-sistema tat-taxxa Spanjola, huwa l-avvjament li kien jitniżżel fil-kotba kieku l-kumpanija li għandha l-ishma u l-kumpanija fil-mira kienu ngħaqdu. Il-kunċett ta’ avvjament finanzjarju skont l-Artikolu 12(5) TRLIS għaldaqstant jintroduċi fil-qasam tal-akkwiżizzjonijiet tal-ishma kunċett li normalment jintuża fit-trasferiment tal-assi jew transazzjonijiet ta’ kombinament tan-negozju. Skont l-Artikolu 12(5) TRLIS, l-avvjament finanzjarju jiġi determinat billi jitnaqqas il-valur tas-suq tal-assi tanġibbli u intanġibbli tal-kumpanija akkwiżita mill-prezz tal-akkwiżizzjoniimħallas għall-ishma. |
|
(21) |
L-Artikolu 12(5) TRLIS jipprovdi li l-amortizzazzjoni tal-avvjament finanzjarju huwa dipendenti fuq li jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin, stabbiliti b’referenza għall-Artikolu 21 TRLIS:
|
|
(22) |
Flimkien mal-miżura kkontestata, huwa xieraq li jiġu deskritti fil-qasir id-dispożizzjonijiet tat-TRLIS li ġejjin li għalihom ser tirreferi din id-Deċiżjoni:
|
|
(23) |
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:
|
III. RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA
|
(24) |
Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat fir-rigward tal-miżura inkwistjoni għax kien jidher li din kienet tilħaq il-kundizzjonijiet kollha biex titqies bħala għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat. Il-Kummissjoni kellha wkoll dubji dwar jekk il-miżura inkwistjoni setgħetx titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni, għax l-ebda mill-eċċezzjonijiet provduti fl-Artikolu 87(2) u (3) ma dehru li huma applikabbli. |
|
(25) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni qieset li l-miżura inkwistjoni telqet mill-ambitu ordinarju tas-sistema tat-taxxa korporattiva Spanjola, li hija s-sistema ta’ taxxa ta’ referenza. Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll li l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju mill-akkwiżizzjoni ta’ 5 % tal-ishma f’kumpanija fil-mira barranija dehret li kkostitwixxiet inċentiv eċċezzjonali. |
|
(26) |
Il-Kummissjoni osservat li l-amortizzazzjoni tat-taxxa kienet disponibbli biss għal kategorija speċifika ta’ impriżi, prinċipalement impriżi li akkwistaw ċerti ishma, li jammontaw għal mill-inqas 5 % tal-kapital f’ishma ta’ kumpanija fil-mira, u rigwardanti biss kumpaniji fil-mira barranin soġġetti għall-kriterji skont l-Artikolu 21(1) TRLIS. Il-Kummissjoni ssottolineat ukoll li skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, tnaqqis fit-taxxa li jiffavorixxi biss esportazzjonijiet ta’ prodotti nazzjonali jikkostitwixxi għajnuna mill-istat. (15) Il-miżura inkwistjoni għaldaqstant dehret li hija waħda selettiva. |
|
(27) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni qieset ukoll li l-vantaġġ selettiv ma deherx li huwa ġustifikat min-natura inerenti tas-sistema tat-taxxa. B’mod partikolari, qieset li d-differenzjar maħluq mill-miżura inkwistjoni, li tbiegħed mir-regoli ġenerali tas-sistemi tal-kontabilità u tat-taxxa Spanjoli ma setax jiġi ġustifikat b’raġunijiet konnessi ma’ teknikalitajiet tas-sistema tat-taxxa. Fil-fatt, l-avvjament jista’ jitnaqqas biss fil-każ ta’ kombinament tan-negozju jew trasferiment tal-assi, minbarra skont id-dispożizzjonijiet tal-miżura inkwistjoni. Il-Kummissjoni qieset ukoll li l-miżura inkwistjoni kienet sproporzjonata fil-pretensjoni tagħha li ser tilħaq l-għanijiet ta’ newtralità mixtieqa mis-sistema Spanjola għax kienet limitata biss għall-akkwiżizzjoni ta’ ishma sinjifikanti f’kumpaniji barranin. |
|
(28) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li l-miżura inkwistjoni kienet timplika l-użu ta’ riżorsi tal-Istat għax kienet tinvolvi d-dħul tat-taxxa msemmi mit-Teżor Spanjol. Finalment, il-miżura setgħet tfixkel il-kompetizzjoni fis-suq tal-akkwiżizzjonitan-negozju Ewropew billi tipprovdi vantaġġ ekonomiku selettiv lil kumpaniji Spanjoli nvoluti fl-akkwiżizzjoni ta’ ishma sinjifikanti f’kumpaniji barranin. Il-Kummissjoni lanqas ma sabet raġunijiet għalxiex għandha tqis il-miżura kompatibbli mas-suq komuni. |
|
(29) |
Għaldaqstant il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżura inkwistjoni setgħet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli. F’dan il-każ, għandu jseħħ l-irkupru skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat KE. Għaldaqstant il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Spanjoli u l-partijiet interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-preżenza possibbli ta’ aspettattivi leġittimi jew kwalunkwe prinċipju ġenerali ieħor tal-liġi tal-Komunità li jippermetti lill-Kummissjoni biex b’mod eċċezzjonali tirrinunzja għall-irkupru skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill hawn fuq ikkwotat. |
IV. KUMMENTI MILL-AWTORITAJIET SPANJOLI U PARTIJIET TERZI INTERESSATI
|
(30) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-awtoritajiet Spanjoli (16) u minn tnejn u tletin partijiet terzi interessati, (17) li tmienja minnhom kienu assoċjazzjonijiet. |
|
(31) |
Fil-qosor, l-awtoritajiet Spanjoli jqisu li l-Artikolu 12(5) TRLIS jikkostitwixxi miżura ġenerali u mhux eċċezzjoni għas-sistema tat-taxxa Spanjola peress li din id-dispożizzjoni tippermetti l-amortizzazzjoni ta’ assi intanġibbli, li japplika għal kwalunkwe kontribwent tat-taxxa li jakkwista ishma sinjifikanti f’kumpanija barranija. Fid-dawl tal-prassi tal-Kummissjoni u l-każistika rilevanti, l-awtoritajiet Spanjoli jikkonkludu li l-miżuri kkontestati ma jistgħux jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsir tal-Artikolu 87 tat-Trattat. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Spanjoli jqisu li konklużjoni differenti tkun kuntrarja għall-prinċipju taċ-ċertezza legali. L-awtoritajiet Spanjoli jikkontestaw ukoll il-kompetenza tal-Kummissjoni li tisfida din il-miżura ġenerali għax iqisu li l-Kummissjoni ma tistax tuża r-regoli tal-għajnuna mill-Istat bħala l-bażi għall-armonizzazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ taxxa. |
|
(32) |
B’mod ġenerali, tletin parti interessata (minn hawn ‘il quddiem “it-tletin parti interessata”) jappoġġjaw il-fehmiet tal-awtoritajiet Spanjoli, filwaqt li żewġ partijiet terzi oħra (minn hawn ‘il quddiem “iż-żewġ partijiet”) iqisu li l-Artikolu 12(5) TRLIS jikkostitwixxi miżura ta’ għajnuna mill-Istat illegali li hija inkompatibbli mas-suq komuni. Għaldaqstant l-argumenti tat-partijiet terzi interessati ser jiġu preżentati flimkien mal-pożizzjoni tal-awtoritajiet Spanjoli, filwaqt li l-argumenti taż-żewġ partijiet ser jiġu deskritti separatament. |
A. Kummenti mill-awtoritajiet spanjoli u t-tletin parti interessata
|
(33) |
Bħala kumment tal-bidu, l-awtoritajiet Spanjoli saħqu li t-tassazzjoni diretta taqa’ taħt il-kompetenza tal-Istati Membri. Għaldaqstant, l-azzjoni tal-Kummissjoni f’dan il-qasam għandu jikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Spanjoli jfakkru li l-Artikoli 3 u 58(1)(a) tat-Trattat jippermettu lill-Istati Membri li jistabbilixxu sistemi tat-taxxa differenti skont il-lokazzjoni tal-investiment jew ir-residenza tat-taxxa tal-kontribwent, mingħajr ma’ dan jitqies bħala restrizzjoni fuq il-moviment ħieles tal-kapital. |
|
(34) |
It-tletin parti interessata jsostnu wkoll li deċiżjoni negattiva tal-Kummissjoni tikser il-prinċipju tal-awtonomija fiskali nazzjonali stabbilita fit-Trattat, kif ukoll l-Artikolu 56 tat-Trattat, li jipprojbixxi r-restrizzjonijiet fuq il-moviment ħieles tal-kapital. |
A.1. Il-miżura inkwistjoni ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat
|
(35) |
L-awtoritajiet Spanjoli u t-tletin parti interessata jqisu li l-miżura inkwistjoni ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsir tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat peress li: (i) ma tagħtix vantaġġ ekonomiku; (ii) ma tiffavorixxix lil ċerti impriżi; u (iii) ma tfixkilx jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri. B’konformità mal-loġika tas-sistema tat-taxxa Spanjola, huma jsostnu li l-miżura inkwistjoni għandha titqies bħala miżura ġenerali li tapplika b’mod mhux diskriminatorju għal kwalunkwe tip ta’ kumpanija u attività. |
A.1.1
|
(36) |
Kuntrarju għall-pożizzjoni tal-Kummissjoni kif espressa fid-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura, l-awtoritajiet Spanjoli jsostnu li l-Artikolu 12(5) TRLIS ma jikkostitwixxix eċċezzjoni għas-sistema tat-taxxa korporattiva Spanjola peress li: (i) is-sistema tal-kontabilità Spanjola mhijiex punt ta’ referenza xierqa biex issaħħaħ l-eżistenza ta’ eċċezzjoni għas-sistema tat-taxxa; u (ii) anke kieku kienet hekk, il-karatterizzazzjoni tal-avvjament finanzjarju bħala assi deprazzabbli matul iż-żmien storikament kienet karatteristika ġenerali tas-sistemi tal-kontabilità u tat-taxxa korporattiva Spanjola. |
|
(37) |
L-ewwel nett, minħabba n-nuqqas ta’ armonizzazzjoni tar-regoli tal-kontabilità, ir-riżultat tal-kontabilità ma jistax iservi bħala punt ta’ referenza sabiex tiġi stabbilita n-natura eċċezzjonali tal-miżura inkwistjoni. Fil-fatt, fi Spanja, il-bażi tat-taxxa hija kkalkulata fuq il-bażi tar-riżultat tal-kontabilità, aġġustat skont ir-regoli tat-taxxa. Għaldaqstant, f’dan il-każ, il-kunsiderazzjonijiet tal-kontabilità ma jistgħux, fil-fehma ta’ Spanja, iservu bħala punt ta’ referenza għal miżura ta’ taxxa. |
|
(38) |
It-tieni nett, mhuwiex korrett li l-amortizzazzjoni tal-avvjament titqies li ma taqax fil-loġika tas-sistema tal-kontabilità Spanjola għax kemm l-avvjament (18) u kif ukoll l-avvjament finanzjarju (19) jistgħu jiġu amortizzati fuq perjodi massimi ta’ 20 sena. Dawn ir-regoli empiriċi jirriflettu t-telfien tal-valur tal-assi li jaqgħu taħthom, sew jekk tanġibbli jew le. Għaldaqstant, l-Artikolu 12(5) TRLIS ma jikkostitwixxix eċċezzjoni għax ma jitbiegħedx mir-regoli tal-amortizzazzjoni tal-avvjament stabbiliti fis-sistemi tal-kontabilità u tat-taxxa Spanjoli. |
|
(39) |
It-tielet nett, l-awtoritajiet Spanjoli jindikaw li l-miżura inkwistjoni ma tikkostitwixxix vantaġġ ekonomiku veru peress li, fil-każ ta’ bejgħ tal-ishma akkwiżiti, l-ammont imnaqqas huwa rkuprat mit-tassazzjoni tal-qligħ kapitali, biex b’hekk il-kontribwent tat-taxxa jitpoġġa fl-istess sitwazzjoni daqs li kieku l-Artikolu 12(5) TRLIS ma kienx ġie applikat. |
|
(40) |
Ir-raba’ nett, il-Kummissjoni inkorrettament tirreferi għall-Artikoli 11(4) u 89(3) TRLIS biex tistabbilixxi l-eżistenza ta’ vantaġġ. Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura, il-Kummissjoni tgħid li la kombinament tan-negozju u lanqas xiri tal-kumpanija fil-mira ma huma neċessarji biex tibbenefika mill-Artikolu 12(5) TRLIS. Din id-dikjarazzjoni tirrifletti nuqqas ta’ fehim tas-sistema tat-taxxa Spanjola peress li dawn iż-żewġ Artikoli ma jipprevjenux li grupp ta’ kumpaniji li konġuntament jakkwistaw kontroll ta’ kumpanija fil-mira milli jnaqqsu frazzjoni korrispondenti tal-avvjament riżultanti mill-operazzjoni. Għaldaqstant, l-applikazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Artikoli ma tirrikjedix kontroll individwali tal-kumpanija fil-mira sabiex jibbenefikaw mill-miżura inkwistjoni. F’dan il-kuntest, ma jkunx xieraq li jiġi kkunsidrat li l-Artikolu 12(5) TRLIS joffri trattament iżjed favorevoli mill-Artikoli 11(4) jew 89(3) TRLIS fir-rigward tal-pożizzjoni ta’ kontroll tal-benefiċjarji. Finalment, għandu jkun innotat li l-kriterju ta’ żamma tal-ishma ta’ 5 % huwa konsistenti mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 89(3) TRLIS u anke mal-linji gwida u l-prassi tal-Kummissjoni. (20) |
|
(41) |
L-awtoritajiet Spanjoli jindikaw li l-Kummissjoni inkorrettament ukoll tirreferi għall-Artikolu 12(3) TRLIS biex tistabbilixxi vantaġġ allegat skont l-Artikolu 12(5) TRLIS: l-Artikolu 12(3) japplika għal sitwazzjonijiet ta’ deprezzament f’każ ta’ telfien oġġettiv irreġistrat mill-kumpanija fil-mira, fil-waqt li l-Artikolu 12(5) TRLIS jikkumplimenta din id-dispożizzjoni u jirrifletti t-telfien tal-valur attribwibbli għad-deprezzament tal-avvjament finanzjarju. |
|
(42) |
Il-ħames nett, l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat għal miżuri relatati ma’ tassazzjoni tan-negozju diretta (21) (minn hawn ‘il quddiem “l-Avviż tal-Kummissjoni”) b’mod espliċitu jgħid li r-regoli tal-amortizzazzjoni ma jimplikawx għajnuna mill-istat. Peress li l-koeffiċjent tal-amortizzazzjoni attwali għal avvjament finanzjarju fuq minimu ta’ 20 sena huwa l-istess bħal koeffiċjent tal-amortizzazzjoni għall-avvjament, ir-regola ma tikkostitwixxix eċċezzjoni għas-sistema tat-taxxa ġenerali. |
|
(43) |
Finalment, it-tletin parti interessata jqisu wkoll li jekk il-miżuri inkwistjoni kienu jikkostitwixxu vantaġġ, il-benefiċjarji finali jkunu l-azzjonisti tal-kumpanija fil-mira għax jirċievu l-prezz imħallas mill-kumpanija akkwirenti li tibbenefika mill-miżura inkwistjoni. |
A.1.2.
|
(44) |
L-ewwel nett, Spanja tisħaq li l-Artikolu 12(5) TRLIS huwa miżura ġenerali għax huwa miftuħ għal kwalunkwe kumpanija Spanjola irrispettivament mill-attività, settur, daqs, forma jew karatteristiċi oħra. L-unika kundizzjoni biex kontribwent tat-taxxa jkun jista’ jibbenefika mill-miżura inkwistjoni hija li jkun residenti fi Spanja għall-finijiet tat-taxxa. Il-fatt li mhux il-kontribwenti tat-taxxa kollha jibbenefikaw mill-miżura inkwistjoni ma jagħmilhiex selettiva. Għaldaqsant, l-Artikolu 12(5) TRLIS mhuwiex selettiv la de facto u lanqas de jure skont it-tifsir tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat. Għaldaqstant, b’ittra datata l-14 ta’ Lulju 2008, (22) l-awtoritajiet Spanjoli provdew dejta estratta mid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa Spanjoli tal-2006 li turi li t-tipi kollha ta’ kumpaniji (SMEs u impriżi kbar), kif ukoll kumpaniji attivi f’setturi ekonomiċi differenti, kienu bbenefikaw mill-miżura inkwistjoni. L-awtoritajiet Spanjoli jisħqu wkoll li f’sentenza riċenti, (23) il-Qorti tal-Prim Istanza indikat li numru limitat ta’ benefiċjarji mhuwiex biżżejjed fih innifsu biex jistabbilixxi s-selettività tal-miżura peress li dak il-grupp jista’ fil-fatt jirrapreżenta l-impriżi kollha f’sitwazzjoni legali u fattwali partikolari. B’mod partikolari, l-awtoritajiet Spanjoli jisħqu li l-miżura inkwistjoni għandha similaritajiet ma’ każ riċenti (24) li l-Kummissjoni qieset li huwa miżura ġenerali u għaldaqstant jitolbu l-istess trattament. |
|
(45) |
It-tieni nett, skont l-awtoritajiet Spanjoli u t-tletin parti interessata, fid-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura tagħha l-Kummissjoni ħalltet il-kunċett ta’ selettività u l-kundizzjonijiet oġġettivi tal-miżura inkwistjoni li jirreferu biss għal ċerti tranżazzjonijiet (i.e. ishma f’kumpanija fil-mira barranija). Fil-fatt, il-Kummissjoni allegat li l-Artikolu 12(5) TRLIS huwa selettiv peress li l-istess trattament mhux mogħti lil investimenti komparabbli f’kumpaniji Spanjoli. Madankollu, il-Kummissjoni tonqos milli tirrikonoxxi li l-kriterju tas-selettività mhuwiex determinat mill-fatt li l-benefiċjarju tal-miżura inkwistjoni huwa grupp ta’ kumpaniji jew kumpanija multinazzjonali li għandhom sehem f’kumpanija fil-mira. Il-fatt li miżura tagħti benefiċċji biss lill-kumpaniji li jikkonformaw mal-kriterju oġġettiv stabbilit fil-miżura inkwistjoni ma jagħmilhiex fiha nnifisha selettiva. Il-kriterju ta’ selettività jimplika li għandhom jiġu imposti restrizzjonijiet soġġettivi fuq il-benefiċjarju tal-miżura inkwistjoni. Il-kriterju ta’ selettività maħluq għal din il-proċedura huwa inkonsistenti mal-prassi preċedenti tal-Kummissjoni u huwa wisq vag u wiesa’. Jekk wieħed iwessa’ iżjed dan il-kunċett jasal għall-konklużjoni żbaljata li l-biċċa l-kbira mill-ispejjeż li jistgħu jitnaqqsu jaqgħu taħt l-ambitu tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat. |
|
(46) |
L-awtoritajiet Spanjoli jżidu li l-fatt tal-limitazzjoni tal-avvjament finanzjarju għal dak li jirriżulta mill-akkwiżizzjoni ta’ ishma sinjifikanti f’kumpanija fil-mira mhuwiex biżżejjed biex jitneħħa l-karattru ġenerali tal-miżura inkwistjoni, għax japplika b’mod mhux diskriminatorju għal kwalunkwe kumpanija li hija residenti fi Spanja għall-finijiet tat-taxxa mingħajr rekwiżiti oħra. B’konformità mal-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, (25) miżura li tibbeneifika l-impriżi kollha fit-territorju nazzjonali, mingħajr distinzjoni, ma tistax għaldaqstant titqies li tikkostitwixxi għajnuna mill-istat. |
|
(47) |
It-tielet nett, fir-rigward tal-massimu ta’ 5 %, dan il-livell ma jistabbilixxi l-ebda ammont minimu li għandu jiġi investit u għaldaqstant il-miżura inkwistjoni ma tibbenefikax biss lill-impriżi l-kbar. Fir-rigward tal-fatt li ma hemmx rekwiżit għall-bejjiegħ li jħallas qligħ kapitali sabiex il-miżura inkwistjoni tkun tapplika, l-awtoritajiet Spanjoli jqisu li dan huwa irrelevanti għax il-kontroll tal-introjtu irċevut minn barra l-pajjiż minn bejjiegħ li mhuwiex taxxabbli fi Spanja jaqa’ lil hinn mill-qasam ta’ kompetenza tagħhom. Fl-aħħar nett, il-limitazzjoni tal-ambitu tal-miżura – għal raġunijiet tekniċi fiskali – għal akkwiżizzjonijiet tal-ishma f’kumpaniji fil-mira hija konsistenti mas-sitwazzjoni riżultanti mill-implimentazzjoni ta’ diversi Direttivi tal-Komunità. Pereżempju, b’konsegwenza għad-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta’ imgħax u ta’ drittijiet bejn kumpaniji assoċjati ta’ Stati Membri differenti (26) (minn hawn ‘il quddiem “id-Direttiva dwar il-Ħlas ta’ Imgħax u Royalties [Drittijiet] Transkonfinali”) u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/123/KE tat-22 ta’ Diċembru 2003 li temenda d-Direttiva 90/435/KEE dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u s-sussidjarji tagħhom fi Stati Membri differenti (27) (minn hawn ‘il quddiem “id-Direttiva dwar Kumpaniji Parent[Prinċipali]-Sussidjarji”), it-trattament tat-taxxa fuq dividendi, imgħax jew drittijiet jista’ jinbidel skont jekk il-ħlas isirx lil kumpanija domestika jew barranija. |
|
(48) |
Ir-raba’ nett, l-introduzzjoni tal-miżura inkwistjoni hija fi kwalunkwe każ ġustifikata bil-prinċipju tan-newtralità, li huwa l-bażi tal-leġiżlazzjoni Spanjola kollha fuq it-taxxa. Dan il-prinċipju jimplika li t-trattament tat-taxxa ta’ investiment għandu jkun newtrali irrispettivament mill-istrumenti użati, sew jekk trasferiment tal-assi, kombinament tan-negozju jewakkwiżizzjoni tal-ishma. Għaldaqstant l-amortizzazzjoni tat-taxxa ta’ investiment għandha tkun identika jkun xi jkun l-istrument użat biex jitwettaq l-akkwiżizzjoniinkwistjoni. L-għan finali tal-miżura inkwistjoni, f’din il-perspettiva usa’, huwa li jiżgura l-moviment ħieles tal-kapital billi jiġi evitat trattament tat-taxxa diskriminatorju fi tranżazzjonijiet ma’ kumpaniji fil-mira u tranżazzjonijiet purament domestiċi. Peress li l-akkwiżizzjonijiet ta’ ishma sinjifikanti f’kumpaniji domestiċi jistgħu jwasslu għal kombinament tan-negozju tal-kumpaniji akkwirenti u li qed jiġu akkwiżiti mingħajr l-ebda ostakli legali jew fiskali, l-avvjament li jirriżulta għall-finijiet tat-taxxa b’konsegwenza tal-kombinament jista’ jiġi amortizzat. (28) Madankollu, l-avvjament ta’ operazzjonijiet transkonfinali ma jistax iseħħ għax l-armonizzazzjoni fil-livell Komunitarju mhux komplut jew - agħar minn hekk - għax ma hemmx armonizzazzjoni barra l-Komunità. Skont l-awtoritajiet Spanjoli, (29) is-sistema tat-taxxa Spanjola tipprovdi għal skemi tat-taxxa differenti, bħal fil-każ ta’ akkwiżizzjonijiet tal-ishma f’kumpaniji barranin meta mqabbla ma’ akkwiżizzjonijiet f’kumpaniji Spanjoli (impossibbli li jitwettqu operazzjonijiet ta’ fużjonijiet, teħid tar-riskju, eċċ.), sabiex tinkiseb in-newtralità tat-taxxa mfittxa mil-leġiżlazzjoni domestika Spanjola u l-liġi tal-Komunità nnifisha u anke sabiex tiżgura li s-sistema tat-taxxa Spanjola tkun konsistenti u effiċjenti. Għalkemm id-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpaniji ta’ Stati Membri differenti (30) (minn hawn ‘il quddiem “id-Direttiva dwar it-Tassazzjoni Transkonfinali”) neħħiet l-ostakli tat-taxxa, id-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta’ kumpaniji ta’ responsabbiltà limitata (31) (minn hawn ‘il quddiem “id-Direttiva dwar Fużjonijiet Transkonfinali”) (32) għadha ma ġietx trasposta fil-liġi nazzjonali. Fil-prattika, din is-sitwazzjoni tagħmel il-kombinamenti tan-negozju bein il-kumpaniji minn Stati Membri differenti impossibbli. Għaldaqstant, l-għan tal-miżura inkwistjoni huwa li jitneħħa l-impatt negattiv ta’ dawn l-ostakli, li għall-eżistenza tagħhom Spanja mhijiex responsabbli. (33) B’konsegwenza ta’ dan, il-limitazzjoni tal-ambitu tal-miżura inkwistjoni għal akkwiżizzjonijiet transkonfinali hija meħtieġa biex tinforza l-prinċipju tan-newtralità. B’dan il-mod, dejjem skont l-awtoritajiet Spanjoli, is-sistema tat-taxxa Spanjola titratta b’mod differenti l-kontribwenti tat-taxxa li jinsabu f’sitwazzjonijiet differenti, (34) biex b’hekk jiġi żgurat li s-sistema tat-taxxa Spanjola tibqa’ newtrali kif meħtieġ mis-sistema tat-taxxa Spanjola nnifisha u t-Trattat. B’mod partikolari, fis-16 ta’ Ġunju 2009 l-awtoritajiet Spanjoli rrikonoxxew li għalkemm id-Direttiva dwar l-Fużjonijiet Transkonfinali kellha impatt pożittiv, il-kumpaniji Ewropew xorta kienu ser jaffrontaw numru ta’ ostakli (35) għal fużjonijiet transkonfinali minħabba n-nuqqas ta’ armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali (drittijiet ta’ azzjonisti f’minorità, drittijiet ta’ kredituri, kwistjonijiet ta’ trejdmarks, aspetti regolatorji usa’ inklużi l-liġi tax-xogħol, kunsiderazzjonijiet politiċi u strateġiċi ġenerali). |
|
(49) |
B’konklużjoni, il-miżura kkontestata hija ddisinjata biex tneħħi l-ostakli tat-taxxa li s-sistema tat-taxxa Spanjola tiġġenera fid-deċiżjonijiet tal-investiment billi jiġu penalizzati akkwiżizzjonijiet tal-ishma f’kumpaniji barranin kif opposti għal akkwiżizzjonijiet f’kumpaniji domestiċi. Il-miżura inkwistjoni tiggarantixxi l-istess trattament tat-taxxa għaż-żewġ tipi ta’ akkwiżizzjonijiet (akkwiżizzjonijiet diretti tal-assi u akkwiżizzjonijiet indiretti permezz tax-xiri ta’ ishma): l-avvjament li joħroġ mit-tnejn li huma (avvjament dirett u avvjament finanzjarju) jista’ għaldaqstant jiġi identifikat sabiex jippromwovi l-integrazzjoni ta’ swieq differenti, sakemm l-ostakli fattwali u legali għal kombinamenti tan-negozju transkonfinali jkunu tneħħew. L-awtoritajiet Spanjoli għaldaqstant jiżguraw li l-kontribwenti tat-taxxa jkunu jistgħu jagħżlu li jinvestu fuq livell lokali jew transkonfinali mingħajr ma jkunu ġew affetwati minn dawn l-ostakli. L-Artikolu 12(5) TRLIS bażikament jirrestawra kundizzjonijiet ġusti ta’ kompetizzjoni billi jelimina l-impatti negattivi tal-ostakli. |
A.1.3.
|
(50) |
L-awtoritajiet Spanjoli jistqarru li l-Kummissjoni ma stabbilitx fl-istandard legali meħtieġ li l-Artikolu 12(5) TRLIS jirristrinġi l-kompetizzjoni, peress li (i) l-allegat “suq għall-akkwiżizzjoni ta’ ishma fil-kumpaniji” ma jikkostitwixxix suq rilevanti għall-finijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni; u (ii) anke kieku dan kien il-każ, l-amortizzazzjoni tal-avvjament finanzjarju per ser ma taffetwax il-pożizzjoni kompetittiva tal-impriżi Spanjoli. |
|
(51) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni kkwalifikat il-miżura inkwistjoni bħala vantaġġ kontra l-kompetizzjoni fuq il-bażijiet li l-Artikolu 12(5) jippermetti lill-kontribwenti tat-taxxa Spanjoli li jiksbu primjum għall-akkwiżizzjoni ta’ ishma sinjifikanti f’kumpanija fil-mira. Madankollu, il-Kummissjoni ma wettqet l-ebda studju ta’ punti ta’ riferiment fuq iċ-ċirkostanzi ekonomiċi ta’ kumpaniji Spanjoli u internazzjonali. |
|
(52) |
It-tieni nett, peress li l-miżura inkwistjoni hija miftuħa għal kwalunkwe kumpanija Spanjola mingħajr restrizzjonijiet, ma tistax tfixkel il-kompetizzjoni. Fil-fatt, kwalunkwe kumpanija fl-istess sitwazzjoni bħal benefiċjarju tal-miżura inkwistjoni tista’ tibbenefika mill-miżura, biex b’hekk jitnaqqas il-piż tat-taxxa tagħha, li jikkanċella kwalunkwe vantaġġ kompetittiv li jista’ joħroġ minnha. Barra minn hekk, rata ta’ tassazzjoni iżjed baxxa fi Stat Membru li tista’ żżid il-vantaġġ kompetittiv ta’ kumpaniji lokali ma għandhiex taqa’ taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat sakemm tkun ta’ natura ġenerali. |
|
(53) |
Finalment, il-Kummissjoni diġà eżaminat ħafna operazzjonijiet Spanjoli transkonfinali skont ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (36) li setgħu bbenefikaw mill-miżura inkwistjoni. Madankollu l-Kummissjoni ma qajmet l-ebda tħassib dwar it-tfixkil potenzjali tal-kompetizzjoni fi kwalunkwe minn dawn il-każijiet. |
|
(54) |
L-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni mhux biss maqtugħin mir-realtà iżda huma wkoll distakkati meta mqabbla mas-sitwazzjoni tal-kumpaniji Spanjoli. Il-miżura inkwistjoni la tfixkel il-kompetizzjoni u lanqas ma taffetwa negattivament il-kundizzjonijiet tal-kummerċ fil-Komunità sa punt li jmur kontra l-interess komuni. |
|
(55) |
F’suq mhux armonizzat, minħabba l-kompetizzjoni bejn sistemi tat-taxxa, l-operazzjonijiet identiċi għandhom impatt fiskali differenti skont fejn huma residenti n-negozjanti. Din is-sitwazzjoni tfixkel il-kompetizzjoni anke jekk il-miżuri nazzjonali inkwistjoni huma miżuri ġenerali. Fi kliem ieħor, dan it-tfixkil mhuwiex ir-riżultat tal-għajnuna mill-Istat iżda ta’ nuqqas ta’ armonizzazzjoni. Jekk ir-raġunament tal-Kummissjoni jiġi segwit, hija jkollha tiftaħ investigazzjonijiet formali fil-mijiet ta’ miżuri nazzjonali, li toħloq sitwazzjoni ta’ inċertezza legali li hija ta’ ħsara kbira għall-investiment barrani. |
A.2. Kompatibbiltà
|
(56) |
Anke jekk il-Kummissjoni tqis li l-Artikolu 12(5) TRLIS jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsir tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat, din id-dispożizzjoni hija kompatibbli mal-Artikolu 87(3) tat-Trattat għax tikkontribwixxi lejn l-interess tal-Komunità li tippromwovi l-integrazzjoni ta’ kumpaniji internazzjonali. |
|
(57) |
Kif imsemmi fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Għajnuna mill-Istat, (37) miżura tista’ titqies kompatibbli jekk tindirizza nuqqas tas-suq, jekk tissodisfa għanijiet ta’ interess komuni definiti ċari u jekk ma tfixkilx il-kompetizzjoni u l-kummerċ intra-Komunitarji sa punt li jmur kontra l-interess komuni. F’dan il-każ, in-nuqqas tas-suq huwa d-diffikultà (jew l-impossibbiltà virtwali) tat-twettiq ta’ kombinamenti tan-negozju transkonfinali. L-effett tal-Artikolu 12(5) TRLIS huwa li jippromwovi l-ħolqien ta’ impriżi pan-Ewropej, billi akkwiżizzjonijiet domestiċi u transkonfinali jitpoġġew fuq l-istess livell. |
|
(58) |
Għaldaqstant, għall-awtoritajiet Spanjoli, l-Artikolu 12(5) TRLIS huwa kompatibbli mas-suq komuni peress li, fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni tat-taxxa Ewropea, jilħaq l-għan li jneħħi l-ostakli għal investiment transkonfinali b’mod proporzjonali. Il-miżura inkwistjoni hija effettivament immirata lejn it-tneħħija tal-impatt negattiv tal-ostakli għal kombinamenti tan-negozju transkonfinali u għall-allinjament tat-trattament tat-taxxa ta’ kombinamenti tan-negozju transkonfinali u lokali sabiex tiżgura li d-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta’ tali operazzjonijiet ikunu bbażati mhux fuq kunsiderazzjonijiet fiskali iżda esklużivament fuq kunsiderazzjonijiet ekonomiċi. |
A.3. Aspettattivi leġittimi u ċertezza legali
|
(59) |
Finalment, u fil-każ li l-Kummissjoni tiddikjara li l-Artikolu 12(5) TRLIS jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq komuni, il-Kummissjoni għandha tirrikonoxxi l-eżistenza ta’ ċerti ċirkostanzi li jiġġustifikaw in-nuqqas ta’ rkupru tal-allegata għajnuna mill-Istat irċevuta skont l-Artikolu 12(5) TRLIS. Il-benefiċjarji għandu jkollhom id-dritt li jikkompletaw l-amortizzazzjoni eċċezzjonali tal-avvjament finanzjarju li jikkorrispondi mal-akkwiżizzjonijiet magħmula qabel id-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni finali. |
|
(60) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni jidher li tirrikonoxxi, fid-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura tagħha, l-eżistenza probabbli tal-aspettattivi leġittimi. Għaldaqstant, b’konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Prim Istanza, (38) din id-dikjarazzjoni tikkostitwixxi indikazzjoni ċara tal-eżistenza ta’ aspettattivi leġittimi. Peress li l-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura ma tippreġudikax ir-riżultat tal-investigazzjoni formali, l-aspettattivi leġittimi għandhom jiġu rikonoxxuti għall-operazzjonijiet kollha li seħħew qabel id-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni finali. |
|
(61) |
It-tieni nett, fit-tweġibiet tagħha għall-mistoqsijiet bil-miktub mill-MEPs, (39) il-Kummissjoni qalet li l-Artikolu 12(5) TRLIS ma jikkostitwixxix għajnuna mill-istat. Din id-dikjarazzjoni tikkostitwixxi pożizzjoni ċara mill-Kummissjoni li toffri aspettattivi leġittimi ovvji għall-awtoritajiet Spanjoli u l-benefiċjarji tal-miżura inkwistjoni. |
|
(62) |
It-tielet nett, skont il-konklużjoni milħuqa mill-Kummissjoni f’każijiet simili, (40) il-Kummissjoni pprovdiet sett ta’ provi indiretti li l-Artikolu 12(5) TRLIS ma jikkostitwixxi għajnuna mill-istat. Minħabba dawn id-Deċiżjonijiet, impriża prudenti ma kinitx tkun kapaċi li tipprevedi li l-Kummissjoni setgħet tieħu pożizzjoni opposta. |
|
(63) |
Finalment, il-miżura inkwistjoni għandha tibqa’ tapplika għall-operazzjonijiet kollha qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni negattiva sakemm titlesta l-amortizzazzjoni tal-avvjament finanzjarju. Il-miżura inkwistjoni tikkorrispondi ma’ dritt għat-tnaqqis ta’ ammont stabbilit, determinat fil-mument tal-akkwist, liema tnaqqis huwa mifrux fuq l-20 sena li jsegwu. Barra minn hekk, minħabba l-pożizzjoni meħuda mill-Kummissjoni f’każijiet simili, (41) huwa ġustifikat li wieħed jassumi li l-aspettattivi leġittimi għandhom jibqgħu sad-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni finali. |
B. Kummenti miż-żewġ partijiet
|
(64) |
Skont iż-żewġ partijiet, l-Artikolu 12(5) TRLIS jikkostitwixxi għajnuna mill-istat. Huma jsostnu li ma hemmx aspettattivi leġittimi fil-każ inkwistjoni u għaldaqstant isejħu lill-Kummissjoni biex jordnaw l-irkupru ta’ kwalunkwe għajnuna illegali mogħtija. |
B.1. Il-miżura inkwistjoni tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat
B.1.1.
|
(65) |
Skont iż-żewġ partijiet, l-Artikolu 12(5) TRLIS huwa eċċezzjonali fin-natura tiegħu għax is-sistema tat-taxxa Spanjola, bl-eċċezzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, ma tippermettix l-amortizzazzjoni tal-avvjament finanzjarju iżda biss tnaqqis fil-każ ta’ test ta’ dannu. Sal-introduzzjoni tal-Artikolu 12(5) TRLIS, il-leġislazzjoni tat-taxxa korporattiva Spanjola ma kinitx tippermetti l-amortizzazzjoni tal-ishma irrispettivament minn jekk attwalment kienx hemm restrizzjoni. Huma jsostnu li l-Artikolu 12(5) TRLIS huwa probabbilment uniku fil-kuntest Ewropew għax l-ebda Stat Membru ieħor ma għandu sistema simili għal tranżazzjonijiet transkonfinali li ma jinvolvux l-akkwiżizzjoni ta’ ishma ta’ kontroll. |
|
(66) |
Taħt is-sistema tat-taxxa Spanjola, l-avvjament jista’ jiġi amortizzat biss jekk ikun hemm kombinament tan-negozju – l-unika eċċezzjoni hija l-miżura inkwistjoni, li tippermetti l-amortizzazzjoni f’każ eċċezzjonali: jekk minorità ta’ ishma tiġi akkwiżita f’kumpanija fil-mira. Dan jitbiegħed mis-sistema tat-taxxa ġenerali għax l-amortizzazzjoni hija possibbli mhux biss mingħajr ma jkun hemm kombinament tan-negozju iżda wkoll f’każijiet fejn ix-xerrej lanqas biss jakkwista kontroll tal-kumpanija barranija fil-mira. L-Artikolu 12(5) TRLIS għaldaqstant jikkonferixxi benefiċċju lil ċerti kumpaniji Spanjoli vis à vis (a) kumpaniji Spanjoli oħra li joperaw biss fil-livell nazzjonali u (b) operaturi oħra tal-Komunità li jikkompetu internazzjonalment mal-benefiċjarji Spanjoli tal-miżura inkwistjoni. |
|
(67) |
Minn aspett ekonomiku, l-awtoritajiet Spanjoli mhux biss jipprovdu self mingħajr imgħax li jingħata fuq perjodu ta’ għoxrin sena (differiment tat-taxxa mingħajr imgħax), iżda wkoll effettivament iħallu d-data tal-ħlas lura tas-self mingħajr imgħax għad-diskrezzjoni ta’ min jissellef - jekk fil-fatt is-self jitħallas lura. Jekk l-investitur ma jittrasferixxix l-ishma sinjifikanti, l-effett huwa l-istess bħal kanċellament tad-dejn mill-awtoritajiet Spanjoli. F’dan il-każ, il-miżura ssir eżenzjoni permanenti mit-taxxa. |
|
(68) |
Waħda miż-żewġ partijiet jistmaw li, b’konsegwenza tal-miżura inkwistjoni, l-akkwirenti Spanjoli, pereżempju fis-settur bankarju, huma kapaċi jħallsu xi 7 % iżjed milli kieku kienu jkunu kapaċi. Madankollu, tirrikonoxxi wkoll li peress li l-prezz tal-offerta huwa kombinament ta’ diversi elementi addizzjonali, il-miżura inkwistjoni mhijiex l-uniku fattur, għalkemm probabbilment ikun wieħed mill-fatturi l-iżjed deċisivi wara l-aggressività tal-offerenti Spanjoli li jibbenefikaw mill-miżura inkwistjoni. Din il-parti tikkunsidra wkoll li l-miżura tipprovdi vantaġġ definittiv għall-offerenti Spanjoli f’irkanti internazzjonali. |
B.1.2.
|
(69) |
Jezisti parallel ċar bejn il-każ inkwistjoni u ċ-ċirkostanzi li wasslu għas-sentenza tal-Qorti tal-15 ta’ Lulju 2004. (42) Minkejja l-argumenti mressqa mill-awtoritajiet Spanjoli li l-miżura inkwistjoni fl-aħħar każ mhijiex selettiva għax l-Artikolu 37 TRLIS japplika għall-impriżi Spanjoli kollha li jinvestu internazzjonalment, il-Qorti kkonkludiet li l-miżura tikkostitiwixxi għajnuna mill-Istat għax kienet limitata għal kategorija waħda ta’ impriżi, jiġifieri impriżi li jagħmlu ċerti investimenti internazzjonali. Dan l-istess raġunament jista’ jiġi applikat għall-Artikolu 12(5) TRLIS. Is-selettività tal-Artikolu 12(5) TRLIS hija għaldaqstant minħabba l-fatt li l-kumpaniji li jakkwistaw ishma f’kumpaniji barranin biss huma eliġibbli għal din id-dispożizzjoni. |
|
(70) |
Barra minn hekk, l-impriżi ta’ ċertu daqs u saħħa finanzjarja b’operazjonijiet multinazzjonali biss jistgħu jibbenefikaw mill-Artikolu 12(5) TRLIS. Għalkemm il-karta tal-bilanċ tiżvela l-valuri kontabbli tal-assi, mhuwiex probabbli li din tkun tirrifletti wkoll il-valuri impliċitu tal-assi fis-suq. Għaldaqstant, fil-prattika, l-operaturi b’interess ta’ kontroll fil-kumpaniji fil-mira biss għandhom aċċess suffiċjenti għal rekords ta’ kumpanija biex jaċċertaw il-valur impliċitu tal-assi tal-kumpanija fis-suq. B’konsegwenza, il-limitu massimu ta’ 5 % jiffavorixxi kumpaniji li jwettqu operazzjonijiet multinazzjonali. |
|
(71) |
Barra minn hekk, operatur Spanjol b’negozju eżistenti fi Spanja biss ikollu bażi tat-taxxa Spanjola u jista’ jibbenefika mid-deprazzament. Għaldaqstant, il-kumpaniji li huma residenti fi Spanja b’bażi ta’ taxxa sinjifikanti fi Spanja biss jistgħu fil-prattika jibbenefikaw minnu, għax il-benefiċċju potenzjali huwa konness mad-daqs tal-operat Spanjol aktar milli mal-akkwist. Għalkemm l-Artikolu 12(5) TRLIS huwa abbozzat biex japplika għall-operaturi kollha stabbiliti fi Spanja, fil-prattika huma biss numru limitat u identifikabbli ta’ kumpaniji b’bażi ta’ taxxa Spanjola, li jagħmlu akkwiżizzjonijiet barranin fis-sena tat-taxxa rilevanti u li għandhom bażi ta’ taxxa mdaqqsa li magħha jistgħu jpaċu t-tnaqqis tal-avvjament finanzjarju, jistgħu jibbenefikaw mill-applikazzjoni tal-miżura fuq bażi annwali. B’konsegwenza ta’ dan, il-miżura inkwistjoni fil-fatt tagħti trattament tat-taxxa differenti anke lill-operaturi Spanjoli fl-istess pożizzjoni li jagħmlu l-akkwiżizzjonijiet barra l-pajjiż. |
|
(72) |
Iż-żewġ partijiet iqisu li ma kinux kapaċi jidentifikaw kwalunkwe kriterju jew kundizzjoni oġġettivi jew orizzontali li jiġġustifikaw il-miżura inkwistjoni. Għall-kuntrarju, huma tal-fehma li l-intenzjoni bażika tal-miżura hija li tagħti benefiċċju lil ċerti operaturi Spanjoli. Barra minn hekk, jekk il-miżura inkwistjoni hija inerenti għas-sistema tat-taxxa Spanjola, l-ishma barranin akkwiżiti qabel dik id-data jikkwalifikaw ukoll għall-miżura, li mhuwiex il-każ peress li l-ħelsien mit-taxxa jingħata biss għal ishma akkwiżiti wara l-1 ta’ Jannar 2002. |
|
(73) |
Għaldaqstant, u fid-dawl tal-politika tal-Kummissjoni, (43) il-miżura inkwistjoni għandha titqies bħala selettiva. |
B.1.3.
|
(74) |
Il-miżura inkwistjoni hija kjarament diskriminatorja għax tagħti lill-operaturi Spanjoli benefiċċju fiskali u monetarju ċar li l-operaturi barranin ma jistgħux igawdu. F’sitwazzjoni ta’ rkant jew proċedura kompetittiva oħra għall-akkwiżizzjoni ta’ kumpanija, vantaġġ ta’ din ix-xorta jagħmel differenza sinjifikanti. |
|
(75) |
Offerti ta’ akkwiżizzjoni normalment jippreżumu l-ħlas ta’ primjum fuq il-prezz tal-ishma tal-kumpanija fil-mira li kważi dejjem tirriżulta f’avvjament finanzjarju. F’diversi okkażjonijiet, l-istampa finanzjarja rrapurtat dwar akkwiżizzjonijiet kbar minn kumpaniji Spanjoli u l-benefiċċji tat-taxxa rispettivi li joħorġu mir-regoli tat-taxxa Spanjoli fuq l-amortizzazzjoni tal-avvjament finanzjarju. Għal wieħed minn dawn l-akkwiżizzjonijiet minn bank tal-investiment, il-benefiċċju tat-taxxa li jirriżulta mill-Artikolu 12(5) TRLIS kien stmat li huwa €1.7 biljun, jew 6.5 % tal-prezz tal-offerta. Rapport ieħor indika li l-akkwirent Spanjol kien kapaċi joffri madwar 15 % iżjed mill-kompetituri mhux Spanjoli. |
|
(76) |
Il-miżura inkwistjoni tidher li tiffavorixxi ċerti attivitajiet tal-esportazzjoni (għajnuna għall-esportazzjoni għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin) ta’ kumpaniji Spanjoli, li ma taqbilx mal-politika tal-Kummissjoni (44) f’dan il-qasam. |
B.1.4.
|
(77) |
Il-miżura inkwistjoni hija ta’ benefiċċju għall-impriżi li jilħqu ċerti rekwiżiti u tippermettilhom li jnaqqsu l-bażi ta’ taxxa tagħhom u għaldaqstant l-ammont ta’ taxxa li normalment ikun dovut f’sena partikolari jekk id-dispożizzjoni ma kinitx teżisti. Għaldaqstant tipprovdi l-benefiċjarju b’vantaġġ finanzjarju, li l-ispiża tiegħu titħallas mill-baġit tal-Istat Membru kkonċernat. |
V. REAZZJONI MINN SPANJA GĦAL KUMMENTI MINN PARTIJIET TERZI
|
(78) |
L-awtoritajiet Spanjoli jindikaw li l-maġġoranza vasta tal-kummenti ta’ partijiet terzi jappoġġjaw il-fehma tagħhom. Żewġ partijiet biss iqisu li l-miżura inkwistjoni tikkostitwixxi għajnuna mill-istat, filwaqt li l-oħrajn kollha jikkonkludu li l-Artikolu 12(5) TRLIS ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsir tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat. Inkella, inqas operaturi ekonomiċi kienu jissottomettu kummenti. Barra minn hekk, il-firxa wiesgħa ta’ attivitajiet u daqs ta’ partijiet terzi interessati turi n-natura ġenerali tal-miżura inkwistjoni. |
|
(79) |
Fir-rigward tan-natura eċċezzjonali tal-miżura inkwistjoni, l-awtoritajiet Spanjoli ma jaċċettawx din il-kwalifika billi jfakkru l-karatteristika komuni tal-amortizzazzjoni tal-avvjament u l-avvjament finanzjarju skont ir-regoli tal-kontabilità Spanjoli. (45) Barra minn hekk, it-tnaqqis tal-amortizzazzjoni tal-avvjament jikkostitwixxi r-regola ġenerali tas-sistema tat-taxxa korporattiva Spanjola skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 11(4) u 89(3) TRLIS. L-Artikolu 12(5) TRLIS isegwi l-istess loġika. Mhuwiex korrett li l-Artikolu 12(3) TRLIS jiġi preżentat bħala r-regola ġenerali għall-amortizzazzjoni tal-avvjament finanzjarju peress li dan l-Artikolu jirreferi għat-tnaqqis tal-ishma f’entitajiet mhux elenkati. Din id-dispożizzjoni hija relatata mad-deprezzament tal-valur tal-kontabilità teoretiku u mhux mal-avvjament finanzjarju. L-Artikolu 12(3) u 12(5) TRLIS huma żewġ regoli ġenerali komplimentari: l-ewwel wieħed jirreferi għad-deprezzament attribwibbli għat-telfien iġġenerat mill-kumpanija fil-mira, filwaqt li t-tieni jirreferi biss għat-tnaqqis tal-parti tad-deprezzament attribwibbli għad-deprezzament tal-avvjament finanzjarju. Finalment, il-fatt li l-ebda Stat Membru ieħor ma għandu miżura simili għall-miżura inkwistjoni huwa irrilevanti peress li s-sistemi tat-taxxa mhumiex armonizzati fl-Unjoni Ewropa. |
|
(80) |
Rigward n-natura selettiva tal-miżura inkwistjoni, il-paralleli magħmula mas-sentenza tal-Qorti tal-15 ta’ Lulju 2004 (46) mhumiex korretti għax f’dak il-każ il-Kummissjoni kienet iddefinixxiet b’mod ċar il-profil tal-benefiċjarju, filwaqt li fil-każ preżenti dan ma setax isir. Fil-fatt, l-Artikolu 12(5) TRLIS ma jirrikjedi l-ebda konnessjoni bejn l-akkwiżizzjonital-ishma u l-esportazzjoni tal-oġġetti u s-servizzi. Għaldaqstant il-miżura inkwistjoni ma għandhiex l-effett taż-żieda tal-esportazzjoni ta’ oġġetti jew servizzi Spanjoli. Il-fatt li din il-miżura mhux selettiva mhix disponibbli għal operazzjonijiet domestiċi ma jaffetwax in-natura ġenerali tagħha. Fil-fatt, l-għan finali tal-miżura inkwistjoni huwa l-istess bħal dak tad-Direttiva dwar it-Taxxa Transkonfinali, li huwa li jiżgura li d-deċiżjonijiet tal-investiment huma bbażati fuq kunsiderazzjonijiet ekonomiċi iżjed milli kunsiderazzjonijiet tat-taxxa. Għaldaqstant, peress li huwa possibbli li jitwettqu kombinamenti tan-negozju ma’ akkwiżizzjonijiet domestiċi u mhux ma’ akkwiżizzjonijiet transkonfinali, it-trattament ta’ operazzjonijiet domestiċi u operazzjonijiet transkonfinali b’mod differenti mhux biss huwa legalment ġustifikat iżda wkoll meħtieġ sabiex jiggarantixxi n-newtralità tas-sistema tat-taxxa. |
|
(81) |
Fir-rigward tal-allegati karatteristiċi ta’ tfixkil mill-miżura inkwistjoni, l-awtoritajiet Spanjoli jindikaw li kwalunkwe ħelsien mit-taxxa li jnaqqas l-ispejjeż operattivi ta’ kumpanija, iżid il-vantaġġ kompetittiv tal-benefiċjarju. Madankollu, din id-dikjarazzjoni hija irrelevanti peress li l-miżura inkwistjoni hija miżura ġenerali. Ir-rati tat-taxxa differenti japplikaw fl-Istati Membri, li għandhom impatt fuq il-kompetittività tal-kumpaniji residenti tagħhom, ma jaqgħux taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-istat. Barra minn hekk, ma ntweriex li l-miżura inkwistjoni taffetwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, il-konsegwenza tal-amortizzazzjoni tal-avvjament finanzjarju mhijiex neċessarja biex iżżid il-prezz offrut minn kompetitur. |
|
(82) |
Fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-miżura kkontestata mas-suq komuni, l-awtoritajiet Spanjoli jqisu li l-Artikolu 12(5) TRLIS huwa xieraq u proporzjonali biex jindirizza n-nuqqas fis-suq billi jistabbilixxi sistema tat-taxxa newtrali għal operazzjonijiet domestiċi u transkonfinali li trawwem l-iżvilupp ta’ kumpaniji pan-Ewropej. |
VI. VALUTAZZJONI TAL-ISKEMA
|
(83) |
Sabiex jiġi aċċertat jekk miżura tikkostitwixxix għajnuna, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk il-miżura inkwistjoni tissodisfax il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat. Din id-dispożizzjoni tgħid li: “Bla ħsara ta’ kull deroga kontemplata f’dan it-Trattat, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq komuni”. Fid-dawl ta’ din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ser tevalwa hawn taħt jekk il-miżura inkwistjoni tikkostitwixxix għajnuna mill-istat. |
A. Selettività u vantaġġ inerenti fil-miżura
|
(84) |
Sabiex titqies bħala għajnuna mill-istat, miżura għandha tkun speċifika jew selettiva fis-sens li tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti biss. |
|
(85) |
L-Avviż tal-Kummissjoni (47) jgħid li “Il-kriterju ewlieni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 92(1) [issal-Artikolu 87(1)] għal miżura tat-taxxa huwa għaldaqstant li l-miżura tipprovdi, eċċezzjoni għall-applikazzjoni tas-sistema tat-taxxa favur ċerti impriżi fl-Istat Membru. Is-sistema komuni applikabbli għandha għaldaqstant tiġi l-ewwel determinata. Imbagħad għandu jiġi eżaminat jekk l-eċċezzjoni għas-sistema jew id-differenzjar fi ħdan dik is-sistema humiex ġustifikati ‘minħabba n-natura jew l-iskema ġenerali’ tas-sistema tat-taxxa, jiġifieri, jekk joħorġux direttament mill-prinċipji bażiċi jew ta’ gwida tas-sistema tat-taxxa fl-Istat Membru kkonċernat.” |
|
(86) |
Skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, (48)“rigward l-valutazzjoni tal-kundizzjoni ta’ selettività, li tagħmel parti mill-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita li l-Artikolu 87(1) KE jimponi l-obbligu li jiġi stabbilit jekk, fil-kuntest ta’ skema ġuridika partikolari, miżura nazzjonali hijiex tali li tiffavorixxi “ċerti impriżi jew ċerti produtturi” meta mqabbla ma’ oħrajn, li jinsabu, fid-dawl tal-għan imfittex mill-imsemmija skema, f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika komparabbli”. (49) |
|
(87) |
F’diversi okkażjonijiet il-Qorti qalet ukoll li l-Artikolu 87(1) tat-Trattat ma jiddistingwix bejn il-kawżiet u l-għanijiet tal-għajnuna mill-istat, iżda tiddefnixxiehom b’rabta mal-effetti tagħhom. (50) B’mod partikolari, miżuri fiskali, li ma jikkostitwixxux adattament tas-sistema ġenerali għal karatteristiċi partikolari ta’ ċerti impriżi, li iżda jkunu nħolqu bħala mezz għat-titjib tal-kompetittività tagħhom, jaqgħu taħt l-ambitu tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat. (51) |
|
(88) |
Il-kunċett ta’ għajnuna mill-istat, madankollu, ma japplikax għal miżuri tal-Istat li jiddivrenzjaw bejn impriżi fejn dak id-differenzjar joħroġ min-natura jew l-istruttura ġenerali tas-sistema li jiffurmaw parti minnha. Kif spjegat fl-Avviż tal-Kummissjoni, (52)“xi kundizzjonijiet jistgħu jkunu ġustifikati b’differenzi oġġettivi bejn il-kontribwenti tat-taxxa”. |
|
(89) |
Kif spjegat f’iżjed dettall fit-taqsima li ġejja, il-Kummissjoni tqis li l-miżura inkwistjoni hija selettiva fis-sens li tiffavorixxi biss ċerti gruppi ta’ impriżi li jwettqu ċertu investiment barra l-pajjiż u li dan il-karattru speċifiku mhuwiex ġustifikat min-natura tal-iskema, irrispettivament minn jekk is-sistema ta’ referenza hix definita bħala r-regoli dwar it-trattament tat-taxxa ta’ avvjament finanzjarju taħt is-sistema tat-taxxa Spanjola (ara l-premessi 92 sa 114) jew bħala t-trattament tat-taxxa tal-avvjament li ġej minn interess ekonomiku f’kumpanija residenti f’pajjiż ieħor minbarra Spanja (ara l-premessi 115 sa 119). Il-Kummissjoni tqis li l-miżura inkwistjoni għandha tiġi evalwata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ġenerali tas-sistema tat-taxxa korporattiva kif applikabbli għal sitwazzjonijiet li fihom it-tfaċċar tal-avvjament iwassal għal benefiċċju fiskali (ara l-premessi 35 sa 55), essenzjalment għax il-Kummissjoni tqis li s-sitwazzjonijiet li fihom l-avvjament finanzjarju jista’ jiġi amortizzat ma jkoprux il-kategoriji kollha ta’ kontribwenti li jitpoġġew f’sitwazzjoni fattwali u legali simili. |
|
(90) |
Barra minn hekk, anke kieku kellha tintgħażel sistema ta’ referenza alternattiva ispirata minn dik suġġerita mill-awtoritajiet Spanjoli (ara l-premessi 56 sa 58), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura inkwistjoni tkun għadha tikkostitwixxi miżura ta’ għajnuna mill-Istat essenzjalment minħabba l-kundizzjonijiet fattwali u legali differenti meħtieġa għax-xenarji differenti sabiex jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet fuq l-avvjament li joħroġ mill-interess ekonomiku akkwiżit f’kumpanija residenti f’pajjiż ieħor minbarra Spanja. |
|
(91) |
F’dan ix-xenarju alternattiv, il-miżura inkwistjoni hija wisq impreċiża u arbitrarja għax ma tistabbilixxi l-ebda kundizzjoni, bħal l-eżistenza ta’ sitwazzjonijiet speċifiċi, legalment determinati li jiġġustifikaw trattament tat-taxxa differenti. B’konsegwenza ta’ dan, sitwazzjonijiet li ma ntwerewx li huma differenti biżżejjed biex jiġġustifikaw eċċezzjoni selettiva mir-regoli tal-avvjament ġenerali jispiċċaw jibbenefikaw mill-miżura inkwistjoni. Għaldaqstant il-Kummissjoni tqis li l-miżura inkwistjoni tikkonsisti f’ħelsien mit-taxxa għal tipi speċifiċi ta’ spejjeż u tkopri kategorija wiesgħa ta’ tranżazzjonijiet b’mod diskriminatorju, li ma jistgħux jiġu ġustifikati b’differenzi oġġettivi bejn il-kontribwenti u għaldaqstant tirriżulta fi tfixkil tal-kompetizzjoni. (53) |
A.1. Trattament tat-taxxa ta’ avvjament finanzjarju skont is-sistema tat-taxxa Spanjola fir-rigward ta’ akkwiżizzjonijiet intra-Komunitarji
A.1.1.
|
(92) |
Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura, il-Kummissjoni tqis li s-sistema ta’ referenza xierqa hija s-sistema tat-taxxa korporattiva Spanjola, b’mod partikolari r-regoli dwar it-trattament tat-taxxa ta’ avvjament finanzjarju li hemm fis-sistema tat-taxxa Spanjola. Dan l-approċċ huwa konsistenti mal-prassi preċedenti tal-Kummissjoni u l-każistika tal-Qrati Ewropej, li jqisu s-sistema tat-taxxa korporattiva ordinarja bħala s-sistema ta’ referenza (54) Il-kummenti tal-awtoritajiet Spanjoli jisħqu li r-restrizzjonijiet fuq il-kombinamenti tan-negozju transkonfinali jpoġġu lill-kontribwenti li jixtru l-ishma f’kumpaniji domestiċi f’sitwazzjoni legali u fattwali differenti minn dawk li jixtru l-ishma f’kumpaniji barranin. Skont l-awtoritajiet Spanjoli, ir-raġuni għal din is-sitwazzjoni hija l-eżistenza ta’ ostakli li, wara l-akkwiżizzjonijiet tal-ishma, ma jippermettux lill-investituri Spanjoli li jwettqu kombinamenti transkonfinali, filwaqt li dan jista’ jsir f’kuntest nazzjonali. |
|
(93) |
L-ewwel nett, fir-rigward tal-eżistenza ta’ dawn l-allegati ostakli, għandu jiġi enfasizzat li l-awtoritajiet Spanjoli u t-tletin parti interessata ma pprovdewx informazzjoni dettaljata dwar l-eżistenza ta’ dawn l-ostakli u kkonfinaw lilhom infushom, anke fl-aħħar sottomissjonijiet tagħhom, għal allegazzjonijiet ġenerali u mhux sostanzjati, li jiġbdu l-attenzjoni għal karatteristiċi ġenerali li joħorġu min-nuqqas ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji, differenzi li jikkonċernaw id-drittijiet tal-azzjonisti f’minoranza, id-drittijiet tal-kredituri, il-liġi tax-xogħol, it-trejdmark nazzjonali, u kunsiderazzjonijiet politiċi jew kummerċjali ġenerali. Jekk l-elementi mhux sostanzjati u ġenerali bħal dawn setgħu jiġu kkunsidrati għad-determinazzjoni tal-ambitu tal-Artikolu 87 tat-Trattat, il-kunċett ta’ għajnuna jirriskja li jsir fil-biċċa l-kbira arbitrarju. Barra minn hekk, dawn id-dikjarazzjonijiet suġġettivi la huma żviluppati u lanqas ġustifikati. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Spanjoli jikkwotaw ukoll ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar Offerti ta’ Xiri (55) iżda ma spjegawx il-konnessjoni bejn l-ostakli għax-xiri u l-allegati ostakli għall-kombinamenti tan-negozju transkonfinali. |
|
(94) |
It-tieni nett, fir-rigward tan-natura ta’ dawn l-allegati ostakli, l-awtoritajiet Spanjoli u t-tletin parti ma identifikawx b’mod espliċitu xi ostaklu fiskali fis-suq komuni. Mill-1 ta’ Jannar 1992, id-data meta l-Istati Membri kellhom jimplimentaw id-Direttiva dwar it-Taxxa Transkonfinali, l-ostakli tat-taxxa għal kombinamenti tan-negozju transkonfinali tneħħew. It-trattament tat-taxxa ta’ kombinamenti tan-negozju, sew fil-kuntest ta’ operazzjonijiet domestiċi jew transkonfinali, għaldaqstant huwa meqjus li huwa armonizzat. Fir-rigward ta’ ostakli mhux tat-taxxa u b’mod partikolari ostakli tal-liġi dwar il-kumpanija attribwibbli għall-pajjiżi ta’ residenza tal-kumpanija fil-mira, il-Kummissjoni tqis li mit-8 ta’ Ottubru 2004, id-data meta d-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat-8 ta’ Ottubru 2001 li tissupplimenta l-Istatut għal kumpanija Ewropea rigward tal-involviment tal-ħaddiema, (56) flimkien mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta’ Ottubru 2001 dwar l-Istatut ta’ kumpannija Ewropea (SE) (57) jew, mhux iżjed tard mid-data tat-traspożizzjoni (58) tad-Direttiva dwar il-Mergers Transkonfinali, l-ostakli għal kombinamenti tan-negozju ġew eliminati fis-suq komuni. Għaldaqstant, it-trattament tal-liġi tal-kumpaniji ta’ kombinamenti tan-negozju hu, għall-inqas mill-15 ta’ Diċembru 2007, l-istess għal operazzjonijiet domestiċi u transkonfinali. Il-preambolu għall-Att Spanjol Nru 3/2009 tat-3 ta’ April 2009 dwar modifiki strutturali ta’ kumpaniji, (59) li jittrasponi d-Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji, jikkonferma din l-analiżi meta jgħid li “… il-prassi Spanjola diġà kienet familjari ma’ fużjonijiet transkonfinali bejn kumpaniji soġġetti għal-liġijiet ta’ Stati Membri differenti …”. Il-Kummissjoni ma ġietx notifikata mill-awtoritajiet Spanjoli jew it-tletin parti interessata bi kwalunkwe ostaklu sostanzjat ieħor li jista’ jiġġustifika t-trattament legali differenti bħal fil-każ tal-miżura inkwistjoni. Għalkemm l-awtoritajiet Spanjoli provdew lista ta’ problemi (60) konnessi mar-restrizzjonijiet ta’ kombinamenti tan-negozju transkonfinali fis-16 ta’ Ġunju 2009, dan id-dokument ma fihx informazzjoni sostanzjata jew elementi fattwali rilevanti li jiġġustifikaw l-aspetti diskriminatorji tal-miżura inkwistjoni. |
|
(95) |
It-tielet nett, il-Kummissjoni tinnota li, b’konsistenza mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, (61) jekk l-Istati Membri ma jittrattawx il-kombinamenti tan-negozju transkonfinali f’termini simili għal kombinamenti tan-negozju domestiċi, dan jista’ jikkostitwixxi ksur tal-obbligi li joħorġu mit-Trattament. Fil-fatt, meta liġi nazzjonali tistabbilixxi differenza fit-trattament bejn il-kumpaniji skont in-natura interna jew transkonfinali tal-fużjoni, dan aktarx li jfixkel l-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment stabbilit fit-Trattat. Iżjed preċiżament, “differenza fit-trattament bħal din tammonta għal restrizzjoni fis-sens tal-Artikoli 43 u 48 KE u tmur kontra d-dritt ta’ stabbiliment. Għalhekk, ma tistax tiġi aċċettata sakemm mhix intiża biex jintlaħaq għan leġittimu kompatibbli mat-Trattat jew sakemm ma tkunx iġġustifikata minħabba raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali”. (62) Barra minn hekk, għandu jitfakkar li d-diskrezzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 87(3) tat-Trattat ma tippermettilhiex li tawtorizza l-Istati Membri jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Komunità minbarra dawk relatati mal-applikazzjoni tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat. (63) |
|
(96) |
Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tqis li ma hemmx raġuni għalxiex titbiegħed mis-sistema ta’ referenza fid-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura: il-qafas ta’ referenza xieraq għall-valutazzjoni tal-miżura inkwistjoni huwa kostitwit mis-sistema tat-taxxa korporattiva Spanjola ġenerali, u iżjed preċiżament, mir-regoli dwar it-trattament tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju li hemm fis-sistema tat-taxxa. |
A.1.2
|
(97) |
Taħt is-sistema tat-taxxa Spanjola, il-bażi tat-taxxa huwa kkalkulat mid-dikjarazzjoni tal-kontabilità, li fiha mbagħad isiru aġġustamenti billi jiġu applikati regoli tat-taxxa speċifiċi. Bħala rimarka preliminari u fuq bażi sussidjarja, il-Kummissjoni tinnota li l-miżura inkwistjoni tidderoga mis-sistema tal-kontabilità Spanjola. L-aspett tal-avvjament finanzjarju jista’ jiġi kkalkulat biss b’mod astratt billi jiġu kkonsolidati l-kontijiet tal-kumpanija fil-mira ma’ dawk tal-kumpanija akkwirenti. Madankollu, sont is-sistema tal-kontabilità Spanjola, il-konsolidazzjoni tal-kontijiet hija meħtieġa f’każ ta’ “kontroll” (64) u ssir kemm għal assoċjazzjonijiet ta’ kumpaniji domestiċi u kif ukoll għal dawk barranin, sabiex jipprovdu s-sitwazzjoni globali ta’ grupp ta’ kumpaniji soġġetti għal kontroll unitarju. Tali sitwazzjoni titqies li teżisti, (65) pereżempju, jekk il-kumpanija prinċipali jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-voti tal-kumpanija sussidjarja. Minkejja dan, il-miżura inkwistjoni ma tirrikjedi l-ebda tip ta’ kontroll u tapplika minn livell ta’ ishma ta’ 5 %. Finalment, il-Kummissjoni tinnota wkoll li mill-1 ta’ Jannar 2005, (66) skont ir-regoli tal-kontabilità, l-avvjament finanzjarju ma jistax jibqa’ jiġi amortizzat minn kwalunkwe kumpanija. Fil-fatt, f’din il-konnessjoni t-tletin parti interessata jirreferu għal dispożizzjonijiet (67) li ma għadhomx fis-seħħ taħt is-sistema tal-kontabilità Spanjola attwali. B’konsegwenza tal-Att Nru 16/2007 tal-4 ta’ Lulju 2007 li jirriforma u jadatta l-liġi kummerċjali fil-qasam tal-kontabilità għall-finijiet tal-armonizzazzjoni tal-kontabilità internazzjonali taħt il-leġiżlazzjoni tal-UE, kif ukoll id-Digriet Irjali 1514/2007 tas-16 ta’ Novembri 2007 dwar il-Pjan ta’ Kontabilità Ġenerali, minn aspett ta’ kontabilità, la l-amortizzazzjoni tal-avvjament u lanqas l-avvjament finanzjarju ma jiġu permessi iżjed. Dawn l-emendi għal-liġi tal-kontabilità Spanjola huma konformi mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità. (68) Għaldaqstant, fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-miżura inkwistjoni tikkostitwixxi tluq mir-regoli ordinarji tal-kontabilità applikabbli fi Spanja. |
|
(98) |
Minkejja dan, minħabba n-natura fiskali tal-miżura inkwistjoni, l-eżistenza ta’ eċċezzjoni għandha tiġi evalwata bi tqabbil mas-sistema ta’ taxxa ta’ referemza, u mhux biss fuq bażi ta’ kontabilità. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li s-sistema tat-taxxa Spanjola qatt ma ppermettiet l-amortizzazzjoni tal-avvjament finanzjarju, ħlief skont l-Artikolu 12(5) TRLIS. B’mod partikolari, l-ebda tali amortizzazzjoni ma hija possibbli għal tranżazzjonijiet domestiċi. Dan jintwera bil-fatturi li ġejjin: |
|
(99) |
Għall-finijiet tat-taxxa Spanjola, l-avvjament jista’ jitniżżel biss b’mod separat wara kombinament tan-negozju, (69) li jimmaterjalizza jew f’każ ta’akkwiżizzjoni jew trasferiment tal-assi li jagħmlu negozju indipendenti, jew wara kombinament ta’ negozju legali. F’dawn il-każijiet, l-avvjament joħroġ bħala d-differenza fil-kontabilità bejn l-ispiża tal-akkwiżizzjoniu l-valur tas-suq tal-assi li jikkostitwixxu n-negozju akkwiżit jew miżmuma mill-kumpanija kkombinata. Meta l-akkwiżizzjonitan-negozju jsir permezz tal-akkwiżizzjoni tal-ishma, bħal fil-każ tal-miżura inkwistjoni, l-avvjament jista’ joħroġ biss jekk il-kumpanija akkwirenti sussegwentament tikkombina mal-kumpanija akkwiżita, li fuqha mbagħad tikseb kontroll. |
|
(100) |
Madankollu, taħt il-miżura inkwistjoni, la l-kontroll u lanqas il-kombinament taż-żewġ negozji ma huma neċessarji. Is-sempliċiakkwiżizzjoni ta’ minimu ta’ 5 % tal-ishma f’kumpanija barranija huwa biżżejjed. Għaldaqstant, li jiġi permess li l-avvjament finanzjarju, li huwa l-avvjament li kien jitniżżel fil-kotba kieku l-kumpaniji kienu ngħaqdu, jidher separatament – anke jekk ma kienx hemm kombinament tan-negozju – jikkostitwixxi deroga mis-sistema ta’ referenza. Għandu jiġi enfasizzat li d-deroga mhijiex dovuta minħabba t-tul tal-perjodu li fih l-avvjament finanzjarju jiġi amortizzat meta mqabbel mal-perjodu li japplika għal avvjament tradizzjonali (70) iżda għat-trattament differenti rċevut minn tranżazzjonijiet domestiċi u transkonfinali. Il-miżura inkwistjoni ma tistax titqies bħala regola ta’ kontabilità ġenerali fiha nnifisha għax l-amortizzazzjoni tal-avvjament finanzjarju li jiġi mill-akkwiżizzjonital-ishma domestiċi mhuwiex permess. Meta wieħed iqis il-kunsiderazzjonijiet kollha ta hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura inkwistjoni tidderoga mis-sistema ta’ referenza. Kif ser jintwera fil-premessi 128 sa 138, il-Kummissjoni tqis li la l-awtoritajiet Spanjoli u lanqas it-tletin parti interessata ma ressqu argumenti konvinċenti biżżejjed biex jibdlu din il-konklużjoni. |
A.1.3.
|
(101) |
Skont l-Artikolu 12(5) TRLIS, parti mill-avvjament finanzjarju li ġej mill-akkwiżizzjoni ta’ ishma f’kumpaniji barranin tista’ titnaqqas mill-bażi tat-taxxa permezz ta’ deroga mis-sistema ta’ referenza. Għaldaqstant, billi jitnaqqas il-piż tat-taxxa tal-benefiċjarju, l-Artikolu 12(5) TRLIS jipprovdihom b’vantaġġ ekonomiku. Jieħu l-forma ta’ tnaqqis fit-taxxa li għaliha l-kumpaniji kkonċernati kienu jkunu inkella responsabbli. Dan it-tnaqqis huwa proporzjonali għad-differenza bejn il-prezz imħallas u l-valur tas-suq tal-assi mniżżla fil-kotba tal-ishma mixtrija. |
|
(102) |
L-ammont preċiż tal-vantaġġ fir-rigward tal-prezz imħallas għall-akwiżizzjoni imħallas jikkorrispondi mal-valur nett skontat tat-tnaqqis tal-piż tat-taxxa provdut bl-amortizzazzjoni li hija deduċibbli matul il-perjodu ta’ amortizzazzjoni wara l-akkwiżizzjoni. Għaldaqstant huwa kontinġenti fuq ir-rata tat-taxxa tal-kumpanija fis-snin korrispondenti u r-rata ta’ interess skontata applikabbli. |
|
(103) |
Jekk l-ishma akkwiżiti mill-ġdid jerġgħu jinbiegħu, parti minn dan il-vantaġġ ikun irkuprat permezz ta’ taxxa fuq il-qligħ kapitali. Fil-fatt, billi tiġi permessal-amortizzazzjoni tal-avvjament finanzjarju, jekk l-ishma barranin inkwistjoni jergħu jinbiegħu, l-ammont imnaqqas iwassal għal żieda fil-qliegħ kapitali mitlub fiż-żmien tal-bejgħ. Madankollu, fil-każ ta’ dawn iċ-ċirkostanzi inċerti, il-vantaġġ ma jgħibx għal kollox għax it-tassazzjoni fi stadju iżjed tard ma tikkunsidrax l-ispiża tal-likwidità. Kif korrettament indikat miż-żewġ partijiet, minn aspett ekonomiku, l-ammont tal-vantaġġ huwa mill-inqas simili għal dak ta’ linja tal-kreditu mingħajr interessi li jippermetti sa għoxrin ġibda annwali ta’ parti waħda minn għoxrin tal-avvjament finanzjarju sakemm l-ishma jinżammu fuq il-kotba ta’ min iħallas it-taxxa. |
|
(104) |
Biex nagħtu eżempju ipotetiku, diġà msemmi mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura, ishma akkwiżiti fl-2002 irendu vantaġġ korrispondenti għal 20,6 % tal-ammont tal-avvjament finanzjarju, bil-preżunzjoni ta’ rata ta’ interessi skontata ta’ 5 % (71) u meta wieħed iqis l-istruttura eżistenti tar-rati tat-taxxa korporattiva sal-2022 kif attwalment stabbilit bl-Att Nru 35/2006. (72) It-partijiet terzi ma kkontestawx dawn il-figuri. Jekk l-ishma akkwiżiti jinbiegħu mill-ġdid, il-vantaġġ ikun jikkorrispondi għall-interess li kien ikun dovut lill-kontribwent għal linja ta’ kreditu bil-karatteristiċi deskritti fil-premessa preċedenti. |
|
(105) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-fehmiet tal-awtoritajiet Spanjoli u t-tletin parti interessata li l-benefiċjarju finali tal-miżura inkwistjoni jkun il-bejjiegħ tal-ishma barranin għax kien jirċievi prezz ogħla. L-ewwel nett, ma hemm l-ebda mekkaniżmu li jiggarantixxi li l-vantaġġ jingħata kompletament lill-bejjiegħ. It-tieni nett, il-prezz tal-akkwiżizzjonijirriżulta minn sensiela ta’ elementi differenti, mhux biss mill-miżura inkwistjoni. It-tielet nett, fis-sitwazzjoni ipotetika li vantaġġ ekonomiku jkun trasferit lill-bejjiegħ, b’konsegwenza tal-miżura inkwistjoni l-akkwirent iżid il-prezz tal-akkwiżizzjonitiegħu, li huwa tal-ogħla importanza fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’akkwiżizzjoni kompetittiva. |
|
(106) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi li, fi kwalunkwe każ, il-miżura inkwistjoni tipprovdi vantaġġ fil-mument tal-akkwiżizzjonital-ishma barranin. |
A.1.4.
|
(107) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li, taħt il-każistika deċiża tal-Qorti, (73) il-miżuri li jikkostitwixxu differenzjar bejn l-impriżi ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat meta dak id-differenzjar joħroġ min-natura jew l-istruttura ġenerali tas-sistema ta’ tariffi li minnha jiffurmaw parti. Il-ġustifikazzjoni bbażata fuq in-natura jew l-istruttura ġenerali tas-sistema tat-taxxa tirrifletti l-konsistenza ta’ miżura tat-taxxa speċifika bil-loġika interna tas-sistema tat-taxxa in ġenerali. |
|
(108) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tqis, l-ewwel nett, li l-awtoritajiet Spanjoli ma wrewx li l-effett tal-miżura inkwistjoni jkun li tiġi eliminata t-tassazzjoni doppja. L-iskema fil-fatt ma tistabbilixxi l-ebda kundizzjonijiet biex jiġi pruvat li l-bejjiegħ ġie effettivament intaxxat fuq il-qligħ derivat mit-trasferiment tal-ishma, avolja tali kundizzjoni hija imposta għall-amortizzazzjoni tal-avvjament li toħroġ minn kombinament tan-negozju. (74) Għandu jiġi sottolineat li għalkemm l-awtoritajiet Spanjoli jisħqu li mhumiex kompetenti li jeżerċitaw kontroll fuq bejjiegħ barrani li jwettaq l-operazzjonijiet barra l-pajjiż, il-Kummissjoni tinnota li din il-kundizzjoni hija meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra tat-taxxa Spanjoli (75) iżda mhux għall-miżura inkwistjoni. |
|
(109) |
It-tieni nett, il-miżura kkontestata ma tikkostitwixxix mekkaniżmu biex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja ta’ dividendi futuri li jiġu ntaxxati meta ssir ir-realizzazzjoni ta’ profitti futuri u ma għandhomx jiġu ntaxxati darbtejn meta mqassma lill-kumpanija li għandha ishma sinjifikanti li għaliha l-avvjament finanzjarju kien tħallas. Fil-fatt, il-miżura kkontestata ma toħloq l-ebda relazzjoni bejn id-dividendi irċevuti u t-tnaqqis eżistenti b’konsegwenza tal-miżura. Għall-kuntrarju, id-dividendi irċevuti minn żamma ta’ ishma sinjifikanti diġà jibbenefikaw kemm mill-eċċezzjoni provduta fl-Artikolu 21 TRLIS u n-newtralità tat-taxxa diretta provduta fl-Artikolu 32 TRLIS sabiex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja internazzjonali. F’din il-konnessjoni, l-amortizzazzjoni tal-avvjament finanzjarju tirriżulta f’vantaġġ addizzjonali fir-rigward tal-ishma sinjifikanti f’kumpaniji barranin. |
|
(110) |
It-tielet nett, l-awtoritajiet Spanjoli ma wrewx li l-miżura inkwistjoni kienet ser tkun estensjoni tar-regoli ta’ restrizzjoni li jippreżumu li hemm provi oġġettivi ta’ telfien ibbażati fuq kalkolu dettaljat u oġġettiv li mhuwiex meħtieġ mill-miżura inkwistjoni. Għall-kuntrarju, l-Artikolu 12(3) TRLIS jippermetti tnaqqis parzjali għal deprezzament ta’ żamma ta’ ishma ekwitarja f’entitajiet domestiċi u barranin li mhumiex imniżżla fuq suq sekondarju għal danni li jseħħu bejn il-bidu u t-tmiem tas-sena tat-taxxa. Il-miżura inkwistjoni li, għall-benefiċjarji, hija kompatibbli mal-Artikolu 12(3) TRLIS, (76) tipprovdi għal iżjed tnaqqis apparti t-tnaqqis fil-valur tal-kontabilità teoretiku konness mar-restrizzjoni. |
|
(111) |
Ir-raba’ nett, il-Kummissjoni tinnota li l-avvjament finanzjarju li ġej mill-akkwiżizzjoni tal-ishma Spanjoli ma jistax jiġi amortizzat filwaqt li l-avvjament finanzjarju ta’ kumpaniji barranin jista’ jiġi amortizzat taħt ċerti kundizzjonijiet. It-trattament tat-taxxa differenti tal-avvjament finanzjarju ta’ kumpaniji barranin meta mqabbla ma’ dawk domestiċi huwa differenzjar introdott bil-miżura inkwistjoni li la huwa meħtieġ u lanqas proporzjonali f’termini tal-loġika tas-sistema tat-taxxa. Fil-fatt, il-Kummissjoni tqis li huwa sproporzjonali għal din l-iskema li tiġi imposta tassazzjoni nominali u effettiva sostanzjalment differenti fuq kumpaniji f’sitwazzjonijiet komparabbli sempliċiment għax uħud minnhom huma involuti f’opportunitajiet ta’ investiment barra l-pajjiż. |
|
(112) |
Finalment, l-awtoritajiet Spanjoli jargumentaw ukoll li l-miżura inkwistjoni hija ġustifikata bil-prinċipju ta’ newtralità li għandu jiġi applikat fil-kuntest tat-taxxa korporattiva. (77) Fil-fatt, il-memorandum spjegattiv tal-Att dwar it-Taxxa Korporattiva (78) fis-seħħ meta ġiet introdotta l-miżura inkwistjoni għamel referenza ċara għal dan il-prinċipju. F’din il-konnessjoni, il-Kummissjoni tinnota li “il-prinċipju ta’ kompetittività” (79) invokat mill-awtoritajiet Spanjoli, li b’mod ċar jirreferu għal “żieda fl-esportazzjonijiet”, twassal ukoll għal din ir-riforma. F’dan il-kuntest, għandu jiġi mfakkar li skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni preċedenti, (80) huwa sproporzjonali li tingħata tassazzjoni effettiva differenti lil kumpaniji f’sitwazzjonijiet komparabbli sempliċiment għax huma involuti f’attivitajiet relatati mal-esportazzjoni jew għax ifittxu opportunitajiet ta’ investiment barra l-pajjiż. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li kif qalet il-Qorti (81)“… filwaqt li l-prinċipji ta’ trattament ugwali fit-tassazzjoni u ta’ kapaċità kontributtiva ċertament jifformaw parti mill-bażi tas-sistema tat-taxxa Spanjola, huma ma jeħtieġux li l-persuni taxxabbli li jkunu f’sitwazzjoni differenti jiġu mogħtija l-istess trattament …”. |
|
(113) |
Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tqis li l-prinċipju ta’ newtralità ma jistax jiġġustifika l-miżura inkwistjoni. Fil-fatt, kif indikat ukoll miż-żewġ partijiet, il-fatt li l-akkwiżizzjoni ta’ minoranza ta’ ishma ta’ 5 % jibbenefika mill-miżura inkwistjoni juri li l-miżura tinkludi ċerti sitwazzjonijiet li ma għandhom l-ebda similarità reali. B’dan il-mod, jista’ jingħad li, taħt is-sistema ta’ referenza, sitwazzjonijiet li huma fattwalment u legalment differenti jiġu trattati b’mod identiku. Il-Kummissjoni għaldaqstant tqis li l-prinċipju ta’ newtralità ma jistax jiġi invokat sabiex jiġġustifika l-miżura inkwistjoni. |
|
(114) |
Fid-dawl tal-premessi 107 sa 113, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-karattru ta’ vantaġġ selettiv tal-iskema tat-taxxa inkwistjoni mhuwiex ġustifikat min-natura tas-sistema tat-taxxa. Għaldaqstant, il-miżura kkonestata għandha titqies li tinkludi element diskriminatorju, fil-forma ta’ limitazzjoni dwar il-pajjiż li fih isseħħ it-tranżazzjoni li tibbenefika mill-vantaġġ tat-taxxa (82) – u din id-diskriminazzjoni mhijiex ġustifikata bil-loġika tas-sistema tat-taxxa Spanjola. |
A.2. Raġunament addizzjonali: analiżi tal-miżura inkwistjoni skont sistema ta’ referenza li tikkonsisti fit-trattament tal-avvjament fi transżazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi
|
(115) |
L-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li l-għan tal-miżura inkwistjoni huwa li tiġi evitata differenza fit-trattament tat-taxxa bejn, min-naħa l-waħda,akkwiżizzjoni segwit minnufih b’kombinament tan-negozju u, min-naħa l-oħraakkwiżizzjoni ta’ ishma mingħajr kombinament tan-negozju. Fuq din il-bażi, l-ambitu tal-iskema kkuntestata jkun limitata għall-akkwiżizzjoni ta’ ishma sinjifikanti f’kumpanija mhux residenti fi Spanja għax xi ostakli jagħmluha iżjed diffiċli li titwettaq kombinament tan-negozju transkonfinali iżjed milli waħda lokali. (83) Minħabba dawn l-ostakli, il-kontribwenti tat-taxxa Spanjoli li jinvestu barra l-pajjiż ikunu qed jitqiegħdu, legalment u fattwalment, f’sitwazzjoni differenti minn dawk li jinvestu fi Spanja. Fil-fatt, l-awtoritajiet Spanjoli jgħidu dan. (84)“Fil-qosor, is-sempliċi natura differenzjali ta’ ċerti miżuri tat-taxxa ma timplikax b’mod neċessarju li huma għajnuna mill-istat, għax dawn il-miżuri għandhom jiġu eżaminati wkoll biex wieħed jara jekk humiex meħtieġa jew funzjonali fir-rigward tal-effiċjenza tas-sistema tat-taxxa, kif imniżżel fl-Avviż tal-Kummissjoni. Għaldaqstant is-sistema tat-taxxa Spanjola tipprevedi skemi tat-taxxa differenti għal sitwazzjonijiet objettivament differenti, bħal fil-każ ta’ akkwiżizzjonijiet ta’ ishma f’kumpaniji differenti meta mqabbla ma’ akkwiżizzjonijiet f’kumpaniji Spanjoli (impossibbli li jitwettqu operazzjonijiet ta’ fużjoni, ġestjoni tar-riskju, eċċ.) bil-għan li tinkiseb in-newtralità tat-taxxa imposta mil-leġiżlazzjoni domestika Spanjola u mil-liġi tal-Komunità nnifisha, u li jiġi żgurat li l-loġika tas-sistema tat-taxxa Spanjola hija konsistenti u effiċjenti.” |
|
(116) |
Skont l-awtoritajiet Spanjoli, il-provvista ta’ trattament fiskali speċjali għal akkwiżizzjonijiet tal-ishma transkonfinali tkun meħtieġa biex tiżgura n-newtralità tas-sistema tat-taxxa Spanjola u biex jiġi evitat li l-akkwiżizzjonijiet tal-ishma Spanjoli jiġu trattati b’mod iżjed favorevoli. Għaldaqstant, l-awtoritajiet Spanjoli u t-tletin parti interessata jqisu li l-qafas ta’ referenza korrett għall-valutazzjoni tal-miżura inkwistjoni jkun it-trattament tat-taxxa tal-avvjament għal akkwiżizzjonijiet barranin. |
|
(117) |
Għalkemm il-Kummissjoni tqis li taħt il-proċedura preżenti, l-awtoritajiet Spanjoli u t-tletin parti interessata ma pprovdewx biżżejjed provi biex jiġġustifikaw it-trattament tat-taxxa differenti tat-tranżazzjonijiet tal-ishma Spanjoli u t-tranżazzjonijiet bejn kumpaniji stabbiliti fil-Komunità (kif deskritti fil-premessi 92 sa 96), il-Kummissjoni ma tistax a priori teskludi kompletament id-differenzjar fir-rigward tat-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw pajjiżi terzi. Fil-fatt barra l-Komunità, ostakli legali għal kombinamenti tan-negozju transkonfinali jistgħu jippersistu, u dan ipoġġi tranżazzjonijiet transkonfinali f’sitwazzjoni legali u fattwali differenti minn tranżazzjonijiet intra-Komunitarji. B’konsegwenza ta’ dan, l-akkwiżizzjonijiet ekstra-Komunitarji li setgħu iwasslu għall-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament – bħal fil-każ ta’ maġġoranza ta’ ishma – jistgħu jkunu esklużi minn dan il-vantaġġ tat-taxxa għax ikun impossibbli li jitwettqu kombinamenti tan-negozju. L-amortizzazzjoni tal-avvjament finanzjarju għal dawn it-tranżazzjonijiet, li taqa’ barra mill-qafas fattwali u legali tal-Komunità, tista’ tkun meħtieġa biex tiżgura n-newtralità tat-taxxa. |
|
(118) |
Kif inhi l-miżura bħalissa, tippermetti l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju toħroġ separatament, inkluż f’każijiet fejn il-benefiċjarju jikseb 5 % tal-ishma, u għaldaqstant il-miżura inkwistjoni tkun tista’ tikkostitwixxi deroga mis-sistema ta’ referenza, anke kieku dan kien definit skont il-premessa 117. |
|
(119) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni żżomm il-proċedura, kif mibdija bid-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura tal-10 ta’ Ottubru 2007, miftuħa għal akkwiżizzjonijiet ekstra-Komunitarji fid-dawl ta’ elementi ġodda li l-awtoritajiet Spanjoli obbligaw ruħhom li jipprovdu fir-rigward tal-ostakli għal fużjonijiet transkonfinali ekstra-Komunitarji. Il-proċedura kif miftuħa fl-10 ta’ Ottubru 2007 għaldaqstant għadha għaddejja għal akkwiżizzjonijiet ekstra-Komunitarji. |
B. Preżenza tar-riżorsi tal-Istat
|
(120) |
Il-miżura tinvolvi l-użu tar-riżorsi tal-Istat għax timplika telf mid-dħul tat-taxxa għall-ammont korrispondenti mar-responsabbiltà tat-taxxa mnaqqsa tal-kumpaniji taxxabbli fi Spanja li jakkwistaw ishma sinjifikanti f’kumpaniji barranin, għal perjodu minimu ta’ 20 sena wara l-akkwiżizzjoni. |
|
(121) |
L-eżenzjoni mid-dħul tat-taxxa jtaffi it-tariffi li huma normalment inklużi fil-baġit ta’ impriża u li għaldaqstant, mingħajr ma huma sussidji fis-sens strett tal-kelma, huma simili fin-natura tagħhom u għandhom l-istess effett. Bl-istess mod, miżura li tippermetti li ċerti impriżi jibbenefikaw minn tnaqqis fit-taxxa jew li tippostponi l-ħlas tat-taxxa normalment dovuta tammonta għal għajnuna mill-istat. Minn aspett baġitarju u skont il-każistika tal-Qorti (85) u l-Avviż tal-Kummissjoni, (86) il-miżura inkwistjoni twassal għal telfien tad-dħul tat-taxxa għall-Istat, minħabba t-tnaqqis fil-bażi tat-taxxa, li hija ekwivalenti għall-użu tar-riżorsi tal-istat. |
|
(122) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li l-miżura inkwistjoni tinvolvi l-użu tar-riżorsi tal-Istat. |
C. Tfixkil ta’ kompetizzjoni u kummerċ bejn l-istati membri
|
(123) |
Skont il-każistika tal-Qorti (87), “… għall-finijet tal-kategorizzazzjoni ta’ miżura nazzjonali bħala għajnuna mill-Istat projbita, huwa meħtieġ, mhux li jiġi stabbilit li l-għajnuna kellha effett reali fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u li l-kompetizzjoni ġiet attwalment imfixkla, iżda li jiġi eżaminat biss jekk l-għajnuna hix kapaċi li taffweta l-kummerċ u tfixkel il-kompetizzjoni. B’mod partikolari, meta l-għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi oħra li jikkompetu fil-kummerċ intra-Komunitarju, dan tal-aħħar għandu jitqies li ġie milqut minn dik l-għajnuna … Barra minn hekk, mhux meħtieġ li l-impriża benefiċjarja nnifisha tkun involuta fil-kummerċ intra-Komunitarju. Għajnuna mogħtija minn Stat Membru lil impriża tista’ tgħin biex tinżamm jew tiżdied l-attività domestika, bir-riżultat li l-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra jkollhom inqas possibbiltà li jippenetraw is-suq tal-Istat Membru kkonċernat.” Barra minn hekk, taħt il-każistika deċiża tal-Qorti, (88) biex miżura tfixkel il-kompetizzjoni, huwa biżżejjed li r-reċipjent tal-għajnuna jikkompeti ma’ impriżi oħra fi swieq miftuħa għall-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-każistika jintlaħqu għar-raġunijiet li ġejjin: |
|
(124) |
L-ewwel nett, il-miżura inkwistjoni tipprovdi vantaġġ f’termini ta’ finanzjament u, għaldaqstant, issaħħaħ il-pożizzjoni tal-unità ekonomika li tista’ tiġi ffurmata mill-benefiċjarju u l-kumpanija fil-mira. F’dak ir-rigward, u skont il-każistika tal-Qorti, (89) is-sempliċi fatt li wieħed ikollu ishma ta’ kontroll f’kumpanija fil-mira u li jeżerċita dak il-kontroll billi jinvolvi lilu nnifsu direttament jew indirettament fil-ġestjoni, għandu jitqies li wieħed qed jieħu sehem fl-attività ekonomika mwettqa mill-impriża kkontrollata. |
|
(125) |
It-tieni nett, il-miżura inkwistjoni hija kapaċi tfixkel il-kompetizzjoni, l-iżjed fost kompetituri Ewropej, billi tipprovdi tnaqqis fit-taxxa lil kumpaniji Spanjoli li jiksbu żamma ta’ ishma sinjifikanti fil-kumpaniji fil-mira. Din l-analiżi hija kkonfermata mill-fatt li diversi kumpaniji lmentaw jew intervjenew wara d-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura biex jgħidu li l-miżura inkwistjoni kienet tipprovdi vantaġġ sinjifikanti li ħajjar lill-kumpaniji Spanjoli għall-fużjoni, b’mod partikolari fil-kuntest tal-irkanti. Dawn l-interventi almenu jikkonfermaw li serje ta’ kumpaniji mhux Spanjoli jqisu li l-pożizzjoni tagħhom fuq is-suq hija affetwata mill-miżura inkwistjoni, irrispettivament mill-korrettezza tas-sottomissjonijiet iddettaljati tagħhom fir-rigward tal-eżistenza tal-għajnuna. |
|
(126) |
Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura inkwistjoni hija kapaċi li taffetwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u tfixkel il-kompetizzjoni, l-iżjed fis-suq intern, billi potenzjalment ittejjeb il-kundizzjonijiet operattivi tal-benefiċjarji li huma direttament involuti fl-attivitajiet ekonomiċi taxxabbli fi Spanja. |
D. Ir-reazzjoni tal-kummissjoni għall-kummenti rċevuti
|
(127) |
Qabel ma tikkonkludi fuq il-klassifikazzjoni tal-miżura, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li jiġu analizzati f’iżjed dettall ċerti argumenti mqajma mill-awtoritajiet Spanjoli u minn partijiet terzi li għadhom ma ġewx b’mod espliċitu jew impliċitu ndirizzati fit-taqsimiet li jikkonċernaw il-valutazzjoni tal-iskema (premessi 83 et seq). |
D.1. Reazzjoni għad-dejta estratta mid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tal-2006 u għall-kummenti dwar is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-501/00
|
(128) |
Fir-rigward tad-dejta estratta mill-awtoritajiet Spanjoli mid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tal-2006 sabiex jintwera li l-miżura inkwistjoni mhijiex selettiva, (90) il-Kummissjoni tissottolinea n-nuqqas ġenerali ta’ preċiżjoni fl-informazzjoni sottomessa. L-ewwel nett, id-dejta tagħti d-distribuzzjoni tal-benefiċjarji bil-kategorija (attività, fatturat), iżda ma tindikax jekk il-benefiċjarji kkonċernati kinux jirrapreżentaw parti żgħira jew kbira ta’ kull waħda mill-kategoriji kkonċernati. It-tieni nett, għalkemm l-istatistika bbażata fuq id-daqs tal-fatturat tal-benefiċjarji tista’ tkun indikatur interessanti sabiex juru li l-miżura inkwistjoni tapplika għall-kumpaniji kollha fi Spanja, għandu jiġi sottolineat li l-miżura inkwistjoni hija relatata mal-akkwiżizzjonijiet tal-ishma. Dan it-tip ta’ investiment mhux neċessarjament jiġġenera dħul sinjifikanti, li jimplika, pereżempju, li l-kumpaniji parteċipattivi (holding) jistgħu jkunu inklużi bħala SMEs fid-dejta inkwistjoni. Għaldaqstant, sabiex id-dejta titqies li hija rilevanti, jkun meħtieġ li jiġu kkunsidrati indikaturi addizzjonali, bħal figuri totali tal-karta tal-bilanċ, kif ukoll jekk il-benefiċjarji jistgħux jikkonsolidaw il-bażi tat-taxxa tagħhom ma’ kontribwenti oħra tat-taxxa Spanjoli. It-tielet nett, id-dejta tidher ukoll li mhix rappreżentattiva għax ma fihiex indikazzjoni tal-livell tal-ishma akkwiżiti (maġġoranza jew minoranza biss tal-ishma) mill-benefiċjarji. Finalment, id-dejta rċevuta ma tipprovdi l-ebda indikazzjoni li tagħmilha possibbli li jiġi determinat jekk il-kundizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-SMEs tal-2003 ġewx milħuqa. (91) Għaldaqstant il-Kummissjoni tqis li l-konklużjoni tagħha li l-miżura tal-għajnuna kkontestata hija selettiva minħabba l-karatteristiċi integrali tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni ma ġietx ikkuntestata bid-dejta parzjali u mhux rappreżentattiva provduta mill-awtoritajiet Spanjoli. |
|
(129) |
Minkejja dan, anke jekk l-argumenti preżentati mill-awtoritajiet Spanjoli kienu kumplimentati minn evidenza addizzjonali, dan ma jneħħix in-natura selettiva tal-miżura inkwistjoni għax ċerti impriżi biss jibbenefikaw mill-miżura, anke skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ C-501/00 Renju ta’ Spanja vs Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej. (92) Fil-fatt, fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-awtoritajiet Spanjoli tal-miżura bħala miżura ġenerali (93) għax hija miftuħa għal kwalunkwe impriża residenti fi Spanja, xieraq li wieħed ifakkar din is-sentenza tal-Qorti. Dak il-każ ikkonċerna wkoll eċċezzjoni għat-taxxa korporattiva Spanjola, b’mod speċifiku miżura ntitolata “tnaqqis għal attivitajiet tal-esportazzjoni”. L-awtoritajiet Spanjoli rribattew quddiem il-Qorti li l-iskema kienet miftuħa għal kwalunkwe impriża bid-domiċilju tat-taxxa tagħha fi Spanja. Madankollu, il-Qorti kkunsidrat li t-tnaqqis tat-taxxa seta’ “ tibbenefika minnu kategorija waħda ta’ impriżi, jiġifieri dawk li għandhom attivitajiet ta’ esportazzjoni u li jagħmlu ċerti investimenti msemmija fil-miżuri in kwistjoni”. (94) Il-Kummissjoni tqis li anke f’dan il-każ, il-miżura kkontestata għandha l-għan li tiffavorixxi l-esportazzjoni tal-kapital barra minn Spanja, sabiex issaħħaħ il-pożizzjoni tal-kumpaniji Spanjoli barra l-pajjiż, biex b’hekk tittejjeb il-kompetittività tal-benefiċjarji tal-iskema. |
|
(130) |
F’dan ir-rigward huwa notevoli li, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, “sabiex il-miżuri in kwistjoni jiġu ġġustifikati fir-rigward tan-natura jew tal-iskema ġenerali tas-sistema fiskali li tinkludi dawn il-miżuri, mhuwiex biżżejjed li jiġi affermat li dawn huma intiżi sabiex jippromwovu l-kummerċ internazzjonali. Għan bħal dan żgur li jikkostitwixxi għan ekonomiku, iżda ma ġiex stabbilit li dan jikkorrispondi għal loġika globali tas-sistema fiskali. Il-fatt li l-miżuri in kwistjoni għandhom għan ta’ politika kummerċjali jew industrijali, bħalma hija l-promozzjoni tal-kummerċ internazzjonali billi jiġu sostnuti l-investimenti f’pajjiżi barranin, mhuwiex biżżejjed sabiex ma jaqgħux taħt il-kwalifika ta’ ‘għajnuna’ skont l-Artikolu 4(c) KEFA.” (95) Fil-każ preżenti, l-awtoritajiet Spanjoli sempliċiment iddikjaraw li l-miżura inkwistjoni għandha l-għan li tippromwovi l-kummerċ internazzjonali u li tikkonsolida l-kumpaniji, mingħjar ma tipprova li din il-miżura hija ġustifikata bil-loġika tas-sistema. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonferma l-analiżi tagħha li l-miżura inkwistjoni hija selettiva. |
D.2. Reazzjoni għall-kummenti fuq il-prassi tal-Kummissjoni
|
(131) |
Fir-rigward tar-referenza magħmula għall-allegata interpretazzjoni innovattiva tal-kunċett tas-selettività fil-każ preżenti, għandu l-ewwel jiġi sottolineat li dan l-approċċ huwa kompletament konformi mal-prassi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u l-każistika tal-Qorti kif deskritt fil-premessa 92. L-approċċ f’dan il-każ partikolari lanqas ma jitbiegħed mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 480/2007 (96) li għaliha jirreferu l-awtoritajiet Spanjoli. Fil-fatt, din id-Deċiżjoni kkunsidrat in-natura speċifika tal-għan imfittex billi għamlet referenza (97) għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew – Lejn użu aktar effettiv ta’ inċentivi tat-taxxa favur ir-R&D. (98) F’dan il-każ, il-miżura kkontestata ma tfittix għan simili. Barra minn hekk, b’differenza mill-każ preżenti, il-miżura Spanjola nvoluta f’din id-Deċiżjoni preċedenti ma għamlet l-ebda distinzjoni bejn it-tranżazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali. |
|
(132) |
Finalment, fir-rigward tad-deroga mis-sistema tat-taxxa korporattiva li tirriżulta mill-implimentazzjoni tad-Direttivi (99) bħad-Direttiva dwar Kumpaniji Prinċipali-Sussidjarja jew id-Direttiva dwar il-Ħlas ta’ Imgħax u Drittijiet Transkonfinali, il-Kummissjoni tqis li s-sitwazzjoni li tirriżulta mill-implimentazzjoni ta’ dawn id-Direttivi hija kompletament konsistenti fir-raġunament żviluppat f’din id-Deċiżjoni. Wara l-armonizzazzjoni fi ħdan il-Komnunità, l-operazzjonijiet transkonfinali fi ħdan il-Komunità u fi ħdan kull Stat Membru għandhom jitqiesu li huma f’sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tixtieq li tissottolinea li l-Qorti tal-Prim Istanza stqarret li: (100)“fl-Istat attwali tad-dritt Komunitarju, it-tassazzjoni diretta taqa’ fil-kompetenza tal-Istati Membri, minkejja li, skont ġurisprudenza stabbilita, dawn tal-aħħar għandhom jeżerċitaw din il-kompetenza b’mod konsistenti ma’ dan id-dritt (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-14 ta’ Settembru 1999, Gschwind, C-391/97, Ġabra p. I-5451, punt 20) u, konsegwentement, għandhom jevitaw illi, f’dan il-kuntest, jadattow kull miżur li tista’ jikkostitwixxi għajnuna mogħtija minn Stat inkomptabbli mas-suq komuni.” |
D.3. Reazzjoni għall-kummenti fuq l-Artikolu 58(1)(a) tat-Trattat
|
(133) |
L-ewwel nett, kif diġà indikat qabel, wieħed għandu jżomm f’moħħu li, għalkemm it-tassazzjoni diretta taqa’ taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, dawn għandhom minkejja dan jeżerċitaw dik il-kompetenza b’mod konsistenti mal-liġi tal-Komunità, (101) inklużi d-dispożizzjonijiet tat-Trattat fuq l-għajnuna mill-istat. Fi kliem ieħor, l-Artikolu 58(1)(a) tat-Trattat għandu jiġi interpretat b’mod kompatibbli mar-regoli tat-Trattat fuq l-għajnuna mill-Istat inklużi dawk li jagħtu kompetenzi tal-kontroll lill-Kummissjoni f’dak il-qasam. |
|
(134) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 58 tat-Trattat, kif invokat mill-awtoritajiet Spanjoli, għandu jinqara flimkien mal-Artikolu 56 tat-Trattat KE, li jipprojbixxi r-restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri. Fil-fatt, l-Artikolu 58(1) tat-Trattat jipprovdi li “id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 56 ma għandhomx ikunu ta’ ħsara għad-dritt tal-Istati Membri: (a) li japplikaw id-disposizzjonijiet relevanti tal-liġi fiskali tagħhom li jagħmlu distinzjoni bejn persuni li jħallsu t-taxxa li mhumiex fl-istess sitwazzjoni rigward il-post ta’ residenza tagħhom jew rigward il-post fejn il-kapital tagħhom ikun investit”. |
|
(135) |
Il-possibbiltà mogħtija lill-Istati Membri bl-Artikolu 58(1)(a) tat-Trattat, li japplikaw d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni tat-taxxa tagħhom li jiddistingwu bejn il-kontribwenti skont il-post tar-residenza tagħhom jew il-post fejn il-kapital tagħhom ikun investit, diġà ġiet aċċettata mill-Qorti. Skont il-każistika qabel id-dħul fis-seħħ tal-Artikolu 58(1)(a) tat-Trattat, id-dispożizzjonijiet tat-taxxa nazzjonali li jistabbilixxu ċerti distinzjonijiet ibbażati, b’mod partikolari, fuq ir-residenza tal-kontribwenti, jistgħu jkunu kompatibbli mal-liġi tal-Komunità sakemm dawn ikunu japplikaw għal sitwazzjonijiet li ma kinux oġġettivament komparabbli (102) jew li jistgħu jiġu ġġustifikati b’raġunijiet ewlenija ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari relatati mal-koeżjoni tas-sistema tat-taxxa. (103) Fi kwalunkwe każ, l-għanijiet ta’ natura purament ekonomika ma jistgħux jikkostitwixxu raġuni aktar importanti ta’ interess ġenerali li tiġġustifika r-restrizzjoni tal-libertà fundamentali garantita mit-Trattat. (104) |
|
(136) |
Anke fir-rigward tal-perjodu wara d-dħul fis-seħħ tal-Artikolu 58(1)(a) tat-Trattat, il-Qorti eżaminat il-preżenza possibbli ta’ sitwazzjonijiet oġġettivament komparabbli li setgħu jiġġustifikaw leġiżlazzjoni li tirristrinġi l-moviment ħieles tal-kapital. B’referenza għal ċerti leġiżlazzjonijiet tat-taxxa, li kellhom l-effett li żammew lura kontribwenti li jgħixu fi Stat Membru milli jinvestu l-kapital tagħhom f’kumpaniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor u li produċew ukoll effett restrittiv b’rabta ma’ kumpaniji stabbiliti fi Stati Membri oħra, fis-sens li jikkostitwixxu ostaklu għall-ġenerazzjoni tal-kapital tagħhom fl-Istat Membru kkonċernat, il-Qorti konsistentament qalet li dawn il-leġiżlazzjonijiet ma setgħux ikunu ġustifikati b’differenza oġġettiva f’sitwazzjoni ta’ dan it-tip li tiġġustifika differenza fit-trattament tat-taxxa, skont l-Artikolu 58(1)(a) tat-Trattat. (105) |
|
(137) |
Fi kwalunkwe każ, wieħed għandu jżomm f’moħħu li l-Artikolu 58(3) tat-Trattat jgħid speċifikament li d-dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fl-Artikolu 58(1)(a) ma għandhomx jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-moviment ħieles tal-kapital u l-ħlas. (106) |
|
(138) |
Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tqis li, fil-każ preżenti, l-akkwiżizzjonijiet tal-ishma domestiċi u l-akkwiżizzjonijiet tal-ishma fil-kumpaniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor huma, għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, f’sitwazzjoni oġġettivament komparabbli u ma hemmx raġunijiet ewlenija ta’ interess ġenerali li jistgħu jiġġustifikaw trattament differenti tal-kontribwenti fir-rigward tal-post fejn il-kapital tagħhom huwa investit. |
E. Konklużjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-miżura kkontestata
|
(139) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha hawn fuq imsemmija, il-Kummissjoni tqis li l-miżura inkwistjoni, safejn tapplika għal akkwiżizzjonijiet intra-Komunitarji, tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 87(1) tat-Trattat u għandha titqies bħala għajnuna mill-istat. |
F. Kompatibbiltà
|
(140) |
Kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura, il-Kummissjoni tqis li l-iskema tal-għajnuna inkwistjoni ma tikkwalifikax għal kwalunkwe mill-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 87(2) u (3) tat-Trattat. |
|
(141) |
Tul il-kors tal-proċedura, l-awtoritajiet Spanjoli u t-tletin parti interessata ppreżentaw l-argumenti tagħhom biex juru li l-eżenzjonijiet provduti fl-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat japplikaw fil-każ inkwistjoni. (107) Iż-żewġ partijiet qiesu li l-ebda mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 87(2) jew l-Artikolu 87(3) tat-Trattat ma kienu japplikaw f’dan il-każ. |
|
(142) |
L-eżenzjonijiet fl-Artikolu 87(2) tat-Trattat, li jikkonċernaw l-għajnuna ta’ natura soċjali mogħtija lill-konsumaturi individwali, għajnuna biex tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali jew okkorrenzi eċċezzjonali u għajnuna mogħtija f’ċerti żoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ma japplikawx f’dan il-każ. |
|
(143) |
Lanqas ma tapplika l-eżenzjoni provduta fl-Artikolu 87(3)(a), li tawtorizza l-għajnuna għall-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni fejn l-istandard tal-għajxien huwa baxx b’mod anormali jew fejn hemm sotto-impjieg serju għax il-miżura mhix kondizzjonali fuq it-twettiq ta’ kwalunkwe tip ta’ attività f’reġjuni speċifiċi. (108) |
|
(144) |
Bl-istess mod, il-miżura kkonestata adottata fl-2001 ma tistax titqies li tippromowvi t-twettiq ta’ proġett ta’ interess Ewropew komuni jew ir-rimedjar ta’ disturbanza serja fl-ekonomija ta’ Spanja, kif provdut fl-Artikolu 87(3)(b). Lanqas ma huwa l-iskop tagħha li tippromwovi l-kultura u l-konservazzjoni tal-wirt kulturali kif provdut fl-Artikolu 87(3)(d). |
|
(145) |
Finalment, il-miżura inkwistjoni għandha tiġi eżaminata fid-dawl tal-Artikolu 87(3)(c), li jipprovdi għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti żoni ekonomiċi, fejn tali għajnuna ma taffetwax b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa limitu li huwa kuntrarju għall-interess komuni. F’dan ir-rigward, għandu l-ewwel jiġi nnotat li l-miżura inkwistjoni ma taqax taħt kwalunkwe mill-oqsfa jew linji gwida li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet għall-kunsiderazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq komuni. |
|
(146) |
Fir-rigward tal-argumenti mressqa mill-awtoritajiet Spanjoli u mit-tletin parti interessata bbażati fuq il-Pjan ta’ Għajnuna mill-Istat tal-2005, (109) fejn dawn iqisu li ċerti miżuri jistgħu jkunu kompatibbli jekk essenzjalment jirrispondu għal nuqqas fis-suq, il-Kummissjoni tinnota li d-diffikultajiet ġenerali allegati fit-twettiq ta’ fużjonijiet transkonfinali ma jistgħux jitqiesu bħala nuqqas fis-suq. |
|
(147) |
Il-fatt li kumpanija speċifika tista’ ma tkunx kapaċi li twettaq ċertu proġett jew tranżazzjoni mingħajr għajnuna ma tfissirx neċessarjament li hemm nuqqas fis-suq. Ikun biss meta l-forzi tas-suq ma jkunux fihom infushom kapaċi li jilħqu riżultat effiċjenti - i.e. meta ma jsirx il-qligħ potenzjali kollu mit-tranżazzjoni - nistgħu ngħidu li jeżisti nuqqas fis-suq. |
|
(148) |
Il-Kummissjoni ma tikkontestax li l-ispejjeż involuti f’xi tranżazzjonijiet jistgħu jkunu verament ogħla minn dawk fi tranżazzjonijiet oħra. Madankollu, peress li dawn l-ispejjeż huma spejjeż reali li b’mod preċiż jirriflettu n-natura tal-proġetti kkunsidrati – i.e. spejjeż relatati mal-lokazzjoni ġeografika differenti tagħhom jew l-ambjent legali differenti li fihom iseħħu – huwa effiċjenti għall-kumpaniji li jqisu dawn l-ispejjeż b’mod sħiħ meta jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom. Għall-kuntrarju, ikun hemm riżultati ineffiċjenti jekk dawn l-ispejjeż reali jiġu injorati jew, fil-fatt, ikkompensati bl-għajnuna mill-istat. L-istess tip ta’ differenzi fl-ispejjeż reali jqumu wkoll meta mqabbla ma’ tranżazzjonijiet differenti fl-istess pajjiż kif ukoll meta jiġu mqabbla tranżazzjonijiet transkonfinali, u l-eżistenza ta’ dawn id-differenzi ma tfissirx li ser ikun hemm riżultati tas-suq ineffiċjenti. |
|
(149) |
L-eżempji provduti mill-awtoritajiet Spanjoli tal-allegati spejjeż miżjuda għat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet internazzjonali mqabbla ma’ tranżazzjonijiet nazzjonali huma kolla relatati ma’ spejjeż reali fit-twettiq ta’ tranżazzjonijiet, li għandhom jiġu kkunsidrati b’mod sħiħ mill-parteċipanti fis-suq sabiex jiksbu riżultati effiċjenti. |
|
(150) |
Sabiex nuqqas fis-suq ikun preżenti, essenzjalment irid ikun hemm esternalitajiet (effetti mifruxa pożittivi) iġġenerati mit-tranżazzjonijiet jew informazzjoni sinjifikanti mhux kompluta jew asimettrika li twassal biex ma jitwettqux tranżazzjonijiet li mill-bqija huma effċjenti. Filwaqt li dawn jistgħu jkunu, teoretikament, preżenti f’ċerti tranżazzjonijiet, kemm internazzjonali u nazzjonali (eż. fil-kuntest ta’ programmi tar-R&D konġunti), ma jistgħux jitqiesu li huma b’mod inerenti preżenti fit-tranżazzjonijiet internazzjonali kollha, u għaldaqstant lanqas fit-tranżazzjonijiet tat-tip inkwistjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tqis li l-allegazzjoni relatata man-nuqqasijiet fis-suq ma tistax tiġi aċċettata. |
|
(151) |
Barra minn hekk għandu jiġi mfakkar li, meta wieħed jevalwa jekk l-għajnuna tistax titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni, il-Kummissjoni tibbilanċja l-impatt pożittiv tal-miżura biex jintlaħaq għan ta’ interess komuni kontra l-effetti sekondarji potenzjalment negattivi, bħal tfixkil tal-kummerċ u l-kompetizzjoni. Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Għajnuna mill-Istat, fuq il-bażi tal-prassi eżistenti, ifformalizza “test ta’ bilanċ” fuq tliet passi. L-ewwel żewġ passi jindirizzaw l-effetti pożittivi tal-għajnuna mill-Istat u t-tielet jindirizza l-effetti negattivi u l-ibbilanċjar riżultanti tal-effetti pożittivi u negattivi. It-test ta’ bilanċ huwa strutturat kif ġej:
|
|
(152) |
L-ewwel nett huwa meħtieġ li jiġi valutat jekk l-għan intiż mill-għajnuna jistax jitqies li huwa fl-interess komuni. Minkejja l-allegat għan tat-trawwim ta’ integrazzjoni ta’ suq wieħed, fil-każ preżenti l-għan intiż mill-għajnuna mhuwiex definit f’mod ċar għax imur lil hinn mill-integrazzjoni tas-suq, billi jippromwovi l-espansjoni ta’ kumpaniji Spanjoli b’mod partikolari fis-suq Ewropew. |
|
(153) |
It-tieni pass jirrikjedi valutazzjoni dwar jekk l-għajnuna ġietx iddisinjata b’mod xieraq biex jintlaħaq l-għan speċifiku tal-interess komuni. Iżjed preċiżament, l-għajnuna mill-Istat għandha tibdel l-imġiba ta’ impriża benefiċjarja b’mod li tinvolvi ruħha f’attivitajiet li jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-għan tal-interess komuni, li ma twettaqx mingħajr l-għajnuna jew li kienet twettaq b’mod limitat jew differenti. L-awtoritajiet Spanjoli u t-tletin parti interessata ma ppreżentaw l-ebda argumenti speċifiċi li juru l-probabbiltà li dan l-effett ta’ inċentiv għandu jiġi prodott. |
|
(154) |
It-tielet mistoqsija tindirizza l-effetti negattivi tal-għajnuna mill-istat. Anke jekk tkun iddisinjata tajjeb biex tindirizza għan ta’ interess komuni, l-għajnuna mogħtija lil impriża partikolari jew settur ekonomiku tista’ twassal għal tfixkil serju ta’ kompetizzjoni u kummerċ bejn l-Istati Membri. F’dan ir-rigward, it-tletin parti interessata jqisu li l-iskema tal-għajnuna ma għandhiex impatt fuq is-sitwazzjoni kompetittiva tal-kumpaniji responsabbli għat-taxxa korporattiva fi Spanja, għax l-effett finanzjarju tal-Artikolu 12(5) ikun negliġibbli. Madankollu, kif diġà indikat hawn fuq fil-premessi 101 et seq., hemm indikazzjonijiet serji li l-effett tal-Artikolu 12(5) assolutament mhuwiex negliġibbli. Barra minn hekk, peress li l-iskema tal-għajnuna hija applikabbli biss għal tranżazzjonijiet barranin, b’mod ċar għandha l-effett li tiffoka fuq it-tfixkil tal-kompetizzjoni fi swieq barranin. |
|
(155) |
L-aħħar pass fl-analiżi tal-kompatibilità huwa li jiġi evalwat jekk l-effetti pożittivi tal-għajnuna, jekk hemm, humiex iżjed mill-effetti negattivi. Kif indikat hawn fuq, f’dan il-każ, l-awtoritajiet Spanjoli u t-tletin parti interessata ma wrewx l-eżistenza ta’ għan speċifiku li jwassal għal effetti pożittivi ċari. Huma jqisu, f’termini ġenerali, li l-Artikolu 12(5) TRLIS jilħaq l-għan tal-Komunità tal-promozzjoni ta’ tranżazzjonijiet transkonfinali, mingħajr ma jagħmlu evalwazzjoni tal-effetti negattivi potenzjali u attwali tal-miżura inkwistjoni. Fi kwalunkwe każ, anke jekk wieħed jassumi li l-effett pożittiv tal-miżura huwa li tippromwovi t-tranżazzjonijiet transkonfinali billi telimina l-ostakli f’tali tranżazzjonijiet, il-Kummissjoni tqis li l-effetti pożittivi mhumiex iżjed mill-effetti negattivi tagħha, partikolarment għax l-ambitu tal-miżura huwa impreċiż u mhux diskriminatorju. |
|
(156) |
B’konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li, fir-rigward tal-analiżi skont l-Artikolu 87(3)(c) b’mod partikolari, il-vantaġġi tat-taxxa mogħtija taħt il-miżura inkwistjoni mhumiex relatati mal-investiment, il-ħolqien ta’ impjiegi jew proġetti speċifiċi. Huma sempliċiment jeżentaw l-impriżi kkonċernati mit-tariffi normalment dovuti minn dawk l-impriżi u għaldaqstant għandhom jitqiesu bħala għajnuna operattiva. Bħala regola ġenerali, l-għajnuna operattiva ma taqax taħt l-ambitu tal-Artikolu 87(3)(c) għax tfixkel il-kompetizzjoni fis-setturi li fihom tingħata u fl-istess ħin mhijiex kapaċi, min-natura tagħha stess, li tikseb kwalunkwe mill-għanijiet stabbiliti f’dik id-dispożizzjoni. (110) Skont il-prassi standard tal-Kummissjoni, tali għajnuna ma tistax titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni, għax la tiffaċilita l-iżvilupp ta’ kwalunkwe attività jew oqsma ekonomiċi u lanqas ma hija limitata fiż-żmien, digressiva jew proporzjonali ma’ dak li huwa meħtieġ biex jiġi rrimedjat n-nuqqas ekonomiku speċifiku fl-oqsma kkonċernati. Ir-riżultat tat-“test ta’ bilanċ” jikkonferma din l-analiżi. |
|
(157) |
Fid-dawl ta’ dan, irid jiġi konkluż li l-iskema tal-għajnuna inkwistjoni, sa fejn tapplika għall-akkwiżizzjonijiet intra-Komunitarji, hija inkompatibbli mas-suq komuni. |
G. Irkupru tal-għajnuna
|
(158) |
Il-miżura inkwistjoni ġiet implimentata mingħajr ma ġiet notifikata bil-quddiem lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Għaldaqstant, il-miżura, safejn tapplika għal akkwiżizzjonijiet intra-Komunitarji, tikkostitwixxi għajnuna illegali. |
|
(159) |
Meta għajnuna mill-Istat mogħtija b’mod illegali tinsab li hi inkompatibbli mas-suq komuni, il-konsegwenza ta’ tali sejba hija li l-għajnuna għandha tiġi rkuprata mir-reċipjenti skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat KE. (111) Permezz tal-irkupru tal-għajnuna, il-pożizzjoni kompetittiva li kienet teżisti qabel ma ngħatat tiġi restawrata safejn huwa possibbli. L-ebda argument imressaq mill-awtoritajiet Spanjoli jew mit-tletin parti interessata ma jiġġustifika tbegħid ġenerali minn dan il-prinċipju bażiku. |
|
(160) |
Madankollu, l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 jipprovdi li “il-Kummissjoni ma għandhiex teħtieġ fl-irkupru tal-għajnuna jekk dan ikun kuntrarju għal prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Komunità”. Il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-prassi tal-Kummissjoni stabbilixxew li ordni għall-irkupru tal-għajnuna jikser prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Komunità fejn, b’konsegwenza tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni, il-benefiċjarju ta’ miżura għandu aspettattivi leġittimi li l-għajnuna tkun ingħatat skont il-liġi tal-Komunità. (112) |
|
(161) |
Fis-sentenza tagħha fil-każ Forum 187, (113) il-Qorti qalet li “id-dritt li wieħed joqgħod fuq il-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jestendi għal kwalunkwe persuna f’sitwazzjoni fejn awtorità tal-Komunità tkun ikkawżatlu li jkollu aspettattivi li huma ġustifikati. Madankollu, persuna ma tistax tinvoka l-ksur tal-prinċipju sakemm ma tkunx ingħatat ċertezzi preċiżi mill-amministrazzjoni. B’mod simili, jekk operatur ekonomiku prudenti u attent seta’ jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżura tal-Komunità li aktarx li tolqotlu l-interessi tiegħu, ma jistax jinvoka dak il-prinċipju jekk il-miżura hija adottata”. |
|
(162) |
L-awtoritajiet Spanjoli u t-tletin parti interessata essenzjalment invokaw l-eżistenza tal-aspettattivi leġittimi bbażati, l-ewwel nett, fuq ċerti risposti tal-Kummissjoni għal mistoqsijiet parlamentari bil-miktub, u t-tieni nett, fuq l-allegata similarità tal-iskema ta’ għajnuna ma’ miżuri preċedenti li ġew iddikjarati kompatibbli mill-Kummissjoni. It-tielet nett, l-awtoritajiet Spanjoli u t-tletin parti interessata jqisu li l-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi jimplika li l-Kummissjoni la tista’ titlob għall-irkupru tat-tnaqqis li twettaq diġà u lanqas tat-tnaqqis kollu li għadu dovut, sal-perjodu ta’ 20 sena stabbilit mit-TRLIS. |
|
(163) |
Fir-rigward tal-allegata similarità tal-iskema tal-għajnuna għal miżuri oħra, li ġew ikkunsidrati li ma jikkostitwixxux għajnuna mill-istat, il-Kummissjoni tqis li l-iskema tal-għajnuna hija sostanzjalment differenti mill-miżuri evalwati mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tal-1984 dwar iċ-ċentri tal-koordinazzjoni Belġjani. (114) Il-miżura inkwistjoni għandha ambitu differenti għax ma tikkonċernax attivitajiet fi grupp, bħal fil-każ taċ-ċentri tal-koordinazzjoni Belġjani. Barra minn hekk, il-miżura inkwistjoni għandha struttura differenti, li tagħmilha selettiva, notevolment għax tapplika biss għal tranżazzjonijiet konnessi ma’ pajjiżi barranin. |
|
(164) |
Fir-rigward tal-impatt tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-aspettattivi leġittimi tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni tqis li għandha ssir distinzjoni bejn iż-żewġ perjodi: (a) il-perjodu li jibda mid-dħul fis-seħħ tal-miżura fl-1 ta’ Jannar 2002 sad-data tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-21 ta’ Diċembru 2007; u (b) il-perjodu wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura f’Il-Ġurnal Uffiċjali. |
|
(165) |
B’referenza għall-ewwel perjodu, il-Kummissjoni tirrikonoxxi t-tweġibiet tagħha għall-mistoqsijiet parlamentari mis-Sur Erik Mejier u s-Sra Sharon Bowles dwar in-natura possibbli tal-għajnuna mill-Istat tal-miżura inkwistjoni. Iżjed preċiżament, b’risposta għall-mistoqsija parlamentari mis-Sur Erik Meijer MEP, fid-19 ta’ Jannar 2006, Kummissarju wieġeb għan-nom tal-Kummissjoni kif ġej: “Il-Kummissjoni ma tistax tikkonferma jekk l-offerti għoljin mill-kumpaniji Spanjoli humiex dovuti għall-fatt li l-leġiżlazzjoni tat-taxxa Spanjola tippermetti lill-impriżi li jiddepprezzaw l-avvjament iżjed malajr mill-kontropartijiet Franċiżi jew Taljani tagħhom. Il-Kummissjoni tista’ tikkonferma, madankollu, li dawn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali ma jaqgħux taħt l-ambitu tal-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-istat, għax iżjed jikkostitwixxu regoli tad-deprezzament ġenerali applikabbli għall-impriżi kollha fi Spanja”. (115) Fis-17 ta’ Frar 2006, bħala tweġiba għall-mistoqsija parlamentari imposta mis-Sra Sharon Bowles MEP, wieġeb Kummissarju, għan-nom tal-Kummissjoni, kif ġej: “Skont l-informazzjoni li għandha preżentament fil-pussess tagħha, madankollu l-Kummissjoni hija tal-fehma li r-regoli (tat-taxxa) Spanjoli relatati mad-deprezzament tal-‘avvjamenta’ huma applikabbli għall-impriżi kollha fi Spanja b’mod indipendenti mid-daqsijiet, is-setturi, il-forom legali tagħhom jew jekk ikunu proprjetà privata jew pubblika għax jikkostitwixxu regoli ta’ deprezzament ġenerali. Għaldaqstant, ma jidhrux li jaqgħu taħt l-ambitu tal-applikazzjoni tar-rego li tal-għajnuna mill-istat”. (116) |
|
(166) |
B’dawn id-dikjarazzjonijiet lill-Parlament, il-Kummissjoni provdiet ċertezzi speċifiċi, mhux kondizzjonali u konsistenti ta’ tali natura li l-benefiċjarji tal-miżura inkwistjoni kellhom tamiet ġustifikati li l-iskema tal-amortizzazzjoni tal-avvjament kienet legali, fis-sens li ma kenitx taqa’ fl-ambitu tar-regoli tal-għajnuna mill-istat, (117) u li kwalunkwe vantaġġi derivati minnha ma setgħux, għaldaqstant, ikunu soġġetti għal proċeduri ta’ rkupru sussegwenti. Għalkemm dawn id-dikjarazzjonijiet ma jammontawx għal deċiżjoni formali tal-Kummissjoni li tistabbilixxi li l-iskema tal-amortizzazzjoni ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-istat, l-effett tagħhom kien ekwivalenti mill-aspett tal-ħolqien ta’ aspetattiva leġittima, b’mod speċjali minħabba l-fatt li l-proċeduri applikabbli li jiżguraw ir-rispett tal-prinċipju tal-kolleġjalità kienu ġew segwiti f’dan il-każ. Peress li l-kunċett ta’ għajnuna mill-istat huwa oġġettiv (118) u l-Kummissjoni ma għandhiex setgħa diskrezzjonarja fir-rigward tal-interpretazzoni tagħha – għall-kuntrarju ta’ dak li jiġri meta tiġi evalwata l-kompatibbiltà – kwalunkwe dikjarazzjoni preċiża u inkondizzjonali għan-nom tal-Kummissjoni li jkollha l-effett li miżura nazzjonali ma għandhiex titqies li hija għajnuna mill-Istat għandha naturalment tinftiehem li tfisser li l-miżura “mhux għajnuna” mill-bidu (i.e. anke qabel id-dikjarazzjoni inkwistjoni). Kwalunkwe impriża li qabel ma kinitx ċerta dwar jekk fil-futur kinitx ser tkun kapaċi, skont ir-regoli tal-għajnuna mill-istat, tirkupra l-vantaġġi li kienet kisbet taħt l-iskema tal-amortizzazzjoni tal-avvjament li joħorġu mit-tranżazzjonijiet li tkun daħlet fihom qabel d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni setet tistabbilixxi li din l-inċertezza ma kellhiex bażi, għax ma setetx tkun mistennija li turi diliġenza akbar mill-Kummissjoni f’dan ir-rigward. F’dawn iċ-ċirkostanzi speċifiċi, u meta wieħed iżomm f’moħħu li l-liġi tal-Komunità ma titlobx id-dimostrazzjoni ta’ konnessjoni każwali bejn l-assigurazzjonijiet mogħtija minn istituzzjoni tal-Komunità u l-imġiba minn ċittadini jew impriżi li magħhom huma relatati dawn l-assigurazzjonijiet, (119) kwalunkwe imprenditur diliġenti seta’ raġonevolment jistenna li l-Kummissjoni sussegwentament ma kienet ser timponi l-ebda rkupru (120) fir-rigward ta’ miżuri li hija stess kienet ikklassifikat qabel, f’dikjarazzjoni lil istituzzjoni oħra tal-Komunità, bħala li ma jikkostitwixxux għajnuna, irrispettivament minn meta kienet ġiet konkluża t-tranżazzjoni li tibbenefika mill-miżura tal-għajnuna. |
|
(167) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-benefiċjarji tal-miżura kkontestata kellhom aspettattiva leġittima li l-għajnuna ma kinitx ser tiġi rkuprata u għaldaqstant mhijiex titlob irkupru tal-għajnuna fiskali mogħtija lil dawk il-benefiċjarji fil-kuntest ta’ kwalunkwe ishma miżmuma minn kumpanija akkwirenti Spanjola, direttament jew indirettament f’kumpanija barranija qabel id-data tal-pubblikazzjoni (121) f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tibda l-proċedura tal-investigazzjoni formali skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat, li setgħet imbagħad tibbenefika mill-miżura inkwistjoni. Fil-fatt, sa mid-data tal-ftuħ tal-investigazzjoni formali u skont il-prassi tagħha, (122) il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe negozjant diliġenti messu kkunsidra d-dubji li kienet espremiet fir-rigward tal-kompatibilità tal-miżura inkwistjoni. |
|
(168) |
Il-Kummissjoni tqis ukoll li dawk il-benefiċjarji għandhom ikomplu jgawdu l-benefiċċji tal-miżura inkwistjoni sal-aħħar tal-perjodu tal-amortizzazzjoni stabbilit mill-miżura. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-operazzjonijiet kienu ppjanati u li saru investimenti fl-aspettattiva raġonevoli u leġittima ta’ ċertu livell ta’ kontinwità fil-kundizzjonijiet ekonomiċi, inkluża l-miżura inkwistjoni. Għaldaqstant, skont il-każistika preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-prassi tal-Kummissjoni, (123) fin-nuqqas ta’ interess pubbliku ewlieni, (124) il-Kummissjoni tqis li l-benefiċjarji għandhom jitħallew igawdu l-benefiċċji tal-miżura inkwistjoni, fuq il-perjodu tal-amortizzazzjoni sħiħ provdut bl-Artikolu 12(5) TRLIS. |
|
(169) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li perjodu ta’ tranżizzjoni raġonevoli għandu jiġi prevvist għal kumpaniji li kienu diġà kisbu, fi prospettiva fuq perjodu taż-żmien twil, drittijiet f’kumpaniji barranin u li ma kinux żammew dawn id-drittijiet għal perjodu mhux interrott ta’ mill-inqas sena fid-data tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura. Il-Kummissjoni għaldaqstant tqis li l-kumpaniji li laħqu il-kundizzjonijiet rilevanti kollha tal-Artikolu 12(5) TRLIS (ara l-premessa 21) sal-21 ta’ Diċembru 2007, apparti mill-kundizzjoni li jkollhom l-ishma għal perjodu mhux interrott ta’ mill-inqas sena, għandhom jibbenefikaw ukoll minn aspettattivi leġittimi, jekk kellhom dawn id-drittijiet għal perjodu mhux interrott ta’ mill-inqas sena sal-21 ta’ Diċembru 2008. |
|
(170) |
Min-naħa l-oħra, fil-każijiet fejn il-kumpanija akkwirenti Spanjola ma kellhiex id-drittijiet direttament jew indirettament sa wara l-21 ta’ Diċembru 2007, kwalunkwe għajnuna inkompatibbli għandha tiġi rkuprata minn dan il-benefiċjarju sakemm, l-ewwel nett, qabel il-21 ta’ Diċembru 2007, il-kumpanija akkwirenti Spanjola ma tkunx daħlet f’obbligu irrevokabbli biex iżżomm dawn id-drittijiet; it-tieni nett, il-kuntratt kien fih kundizzjoni sospensiva konnessa mal-fatt li l-operazzjoni inkwistjoni hija soġġetta għall-approvazzjoni mandatorja ta’ awtorità regolatorja u, it-tielet nett, l-operazzjoni kienet ġiet notifikata qabel il-21 ta’ Diċembru 2007. Fil-fatt, wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura f’Il-Ġurnal Uffiċjali, ma jistax jiġi argumentat li negozjant prudenti ma setax jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżura tal-Komunità li setgħet taffetwa l-interessi tiegħu bħal fid-Deċiżjoni preżenti. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-irkupru għandu jsir fil-każijiet kollha li mhumiex koperti bil-premessi 167 u 169 ta’ din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-miżura inkwistjoni ma tikkostitwixxix għajnuna jekk, fiż-żmien li l-benefiċjarji bdew igawdu l-benefiċċji tagħha, ikunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-leġiżlazzjoni adottata skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 994/98 u applikabbli fiż-żmien li dgawda t-tnaqqis tat-taxxa. |
|
(171) |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, f’sena partikolari, għal benefiċjarju partikolari, l-ammont preċiż tal-għajnuna jikkorrispondi mal-valur nett skontat tat-tnaqqis fil-piż tat-taxxa mogħti mill-amortizzazzjoni skont l-Artikolu 12(5) TRLIS. Għaldaqstant dan huwa kontinġenti fuq ir-rata tat-taxxa tal-kumpanija fis-snin ikkonċernati u fuq ir-rata tal-interessi skontata applikabbli. |
|
(172) |
Għal sena partikolari u għal benefiċjarju partikolari, il-valur nominali tal-għajnuna jikkorrispondi mat-tnaqqis fit-taxxa mogħti bl-applikazzjoni tal-Artikolu 12(5) TRLIS għal drittijiet f’kumpaniji barranin li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet deskritti fil-premessi 167 u 169. |
|
(173) |
Il-valur skontat huwa kkalkulat bl-applikazzjoni tar-rata tal-interess għall-valur nominali, skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 271/2008. |
|
(174) |
Meta jiġi kkalkulat il-piż tat-taxxa tal-benefiċjarji fin-nuqqas ta’ miżura tal-għajnuna illegali, l-awtoritajiet Spanjoli għandhom jibbażaw lilhom infushom fuq it-tranżazzjonijiet li jkunu twettqu fil-perjodu ta’ qabel il-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura f’Il-Ġurnal Uffiċjali, kif indikat hawn fuq. Mhuwiex possibbli li jiġi argumentat li, kieku dawn il-vantaġġi illegali ma kinux jeżistu, il-benefiċjarji kienu jistrutturaw it-tranżazzjonijiet tagħhom b’mod differenti sabiex jitnaqqas il-piż tat-taxxa tagħhom. Kif indikat b’mod ċar mill-Qorti fis-sentenza Unicredito, (125) dawn il-kunsiderazzjonijiet ipotetiċi ma jistgħux jiġu kkunsidrati għall-finijiet tal-kalkolu tal-għajnuna. |
VII. KONKLUŻJONI
|
(175) |
Il-Kummissjoni tqis li, fid-dawl tal-każistika hawn fuq imsemmija u l-ispeċifitajiet tal-każ, l-Artikolu 12(5) TRLIS jikkostitiwixxi skema ta’ għajnuna mill-Istat skont it-tifsir tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat sal-livell li dan japplika għal akkwiżizzjonijiet intra-Komunitarji. Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-miżura inkwistjoni, wara li ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat, kienet tikkostitwixxi skema ta’ għajnuna illegali safejn tapplika għal akkwiżizzjonijiet intra-Komunitarji. Madankollu, minħabba l-preżenza tal-aspettattivi leġittimi sad-data tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura, il-Kummissjoni eċċezzjonalment tirrinunzja għall-irkupru ta’ kwalunkwe benefiċċji tat-taxxa derivanti mill-applikazzjoni tal-iskema tal-għajnuna għal għajnuna konnessa ma’ ishma miżmuma direttament jew indirettament minn kumpanija akkwirenti Spanjola f’kumpanija barranija qabel id-data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda proċedura tal-investigazzjoni formali skont l-Artikolu 88(2), ħlief meta, l-ewwel nett, qabel il-21 ta’ Diċembru, il-kumpanija akkwirenti Spanjola ma tkunx daħlet f’obbligu irrevokabbli biex iżżomm dawn id-drittijiet; it-tieni nett, il-kuntratt kien fih kundizzjoni sospensiva konnessa mal-fatt li l-operazzjoni inkwistjoni hija soġġetta għall-approvazzjoni mandatorja ta’ awtorità regolatorja u, it-tielet nett, l-operazzjoni kienet ġiet notifikata qabel il-21 ta’ Diċembru 2007. |
|
(176) |
Il-Kummissjoni ssostni li l-proċedura mibdija fl-10 ta’ Ottubru 2007 hija miftuħa fir-rigward tal-operazzjonijiet ekstra-Komunitarji fid-dawl tal-elementi l-ġodda li l-awtoritajiet Spanjoli obbligaw ruħhom li jipprovdu, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-iskema tal-għajnuna implimentata minn Spanja skont l-Artikolu 12(5) tad-Digriet Irjali Leġiżlattiv Nru 4/2004 tal-5 ta’ Marzu 2004, li tikkonsolida l-emendi magħmula fl-Att Spanjol dwar it-Taxxa Korporattiva, imdaħħla fis-seħħ illegalment mir-Renju Spanjol bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat mhijiex kompatibbli mas-suq komuni fir-rigward tal-għajnuna mogħtija lill-benefiċjarji fir-rigward tal-akkwiżizzjonijiet intra-Komunitarji.
2. Minkejja dan, it-tnaqqis fit-taxxa li jgawdu l-benefiċjarji fir-rigward tal-akkwiżizzjonijiet intra-Komunitarji, permezz tal-Artikolu 12(5) TRLIS, li huma relatati ma’ drittijiet miżmuma direttament jew indirettament f’kumpaniji barranin li jilħqu l-kundizzjonijiet rilevanti tal-iskema tal-għajnuna sal-21 ta’ Diċembru 2007, apparti mill-kundizzjoni li jżommu l-ishma tagħhom għal perjodu mhux interrott ta’ mill-inqas sena, jista’ jibqa’ japplika għall-perjodu sħiħ tal-amortizzazzjoni stabbilit mill-iskema tal-għajnuna.
3. It-tnaqqis fit-taxxa li jgawdu l-benefiċjarji fir-rigward tal-akkwiżizzjonijiet intra-Komunitarji, permezz tal-Artikolu 12(5) TRLIS li huma relatati ma’ obbligu irrevokabbli li jkunu daħlu fih qabel il-21 ta’ December 2007 li jżommu dawn id-drittijiet meta l-kuntratt ikun fih kundizzjoni sospensiva konnessa mal-fatt li l-operazzjoni inkwistjoni hija soġġetta għall-approvazzjoni mandatorja ta’ awtorità regolatorja u meta d-deċiżjoni u l-operazzjoni jkunu ġew notifikati qabel il-21 ta’ Diċembru 2007, jista’ jibqa’ japplika għall-perjodu sħiħ tal-amortizzazzjoni stabbilit mill-iskema tal-għajnuna għall-parti tad-drittijiet miżmuma sa mid-data meta l-kundizzjoni sospensiva ma tkunx għadha tgħodd.
Artikolu 2
It-tnaqqis fit-taxxa mogħti mill-iskema msemmija fl-Artikolu 1 ma jikkostitwixxix għajnuna sakemm f’dak iż-żmien li jkun ingħata kien jilħaq il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni adottata skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 994/98 u applikabbli fiż-żmien li l-għajnuna tkun ingħatat.
Artikolu 3
It-tnaqqis fit-taxxa mogħti mill-iskema msemmija fl-Artikolu 1 li, fiż-żmien meta ingħata, kien jilħaq il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni adottata skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 994/98 jew minn kwalunkwe skema oħra tal-għajnuna li kienet fis-seħħ dak iż-żmien, huwa kompatibbli mas-suq komuni, sal-intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli għal dik it-tip ta’ għajnuna.
Artikolu 4
1. Spanja għandha tirkupra l-għajnuna inkompatibbli korrispondenti għat-tnaqqis fit-taxxa taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1(1) mill-benefiċjarji li d-drittijiet tagħhom f’kumpaniji barranin, miksuba fil-kuntest tal-akkwiżizzjonijiet intra-Komunitarji, ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet deskritti fl-Artikolu 1(2).
2. L-ammonti li jiġu rkuprati għandu jkollhom interessi mid-data li fiha saru disponibbli għall-benefiċjarju sal-irkupru attwali.
3. L-interessi għandhom jiġu kkalkulati fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004, kif ġie emendat mir-Regolament (KE) Nru 271/2008.
4. Spanja għandha tikkanċella kwalunkwe tnaqqis tat-taxxa li għadu dovut taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1(1) b’effett mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, minbarra għat-tnaqqis relatat mad-drittijiet fil-kumpaniji barranin li jissodisfaw il-kundizzjonijiet deskritti fl-Artikolu 1(2).
Artikolu 5
1. L-irkupru tal-għajnuna mogħtija taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.
2. Spanja għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 6
1. Fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, Spanja għandha tissottometti l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
il-lista ta’ benefiċjarji li rċievew l-għajnuna taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 u l-ammont totali tal-għajnuna rċevuta minn kull wieħed minnhom taħt l-iskema; |
|
(b) |
l-ammont totali (interessi prinċipali u tal-irkupru) li għandhom jiġu rkuprati minn kull benefiċjarju; |
|
(c) |
deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u li huma ppjanati li jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni; |
|
(d) |
dokumenti li juru li l-benefiċjarji ġew ordnati li jħallsu lura l-għajnuna. |
2. Spanja għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata bil-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sakemm l-irkupru tal-għajnuna mogħtija taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 ikun lest. Għandha minnufih tissottometti, fuq talba mill-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u li huma ppjanati li jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni. Għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti tal-għajnuna u l-interess li diġà ġew irkuprati mill-benefiċjarji.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lir-Renju ta’ Spanja
Magħmula fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 311, 21.12.2007, p. 21.
(2) Pubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat Spanjola tal-11.3.2004.
(4) Ara: http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/decisions/m4517_20070326_20310_en.pdf
(5) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 1.
(6) Att Nru 4/2008 tat-23 ta’ Diċembru 2008, li daħħal emendi għal bosta dispożizzjonijiet tal-liġi tat-taxxa.
(7) Ara l-Artikoli 46 u 39 tal-Kodiċi Kummerċjali 1885.
(8) Riżultat tal-implimentazzjoni tal-Att Nru 16/2007 tal-4 ta’ Lulju 2007 dwar ir-riforma u l-adattament tal-liġi dwar il-kumpaniji fil-qasam tal-kontabilità għall-armonizzazzjoni internazzjonali tagħha skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
(9) Ara l-Artikolu 21(1)(a) TRLIS.
(10) Ara l-Artikolu 21(1)(b) TRLIS.
(11) Ara l-Artikolu 21(1)(c)(1) TRLIS.
(12) Ara l-Artikolu 21(1)(c)(2) TRLIS.
(13) Taħt il-leġiżlazzjoni attwali, din id-dispożizzjoni hija numerata bħala l-Artikolu 12(6) TRLIS.
(14) Kif imsemmi b’mod espliċitu fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 12(5): “It-tnaqqis ta’ din id-differenza għandu jkun kompatibbli, fejn xieraq, mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.”
(15) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każijiet konġunti 6/69 u 11/69 Commission v France [1969] ECR 523. Ara wkoll il-punt 18 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli ta’ għajnuna mill-Istat għall-miżuri relatati mat-tassazzjoni tan-negozju dirett (ĠU C 384, 10.12.1998, p. 3).
(16) Ara l-premessa 7.
(17) Ara l-premessa 8.
(18) L-awtoritajiet Spanjoli rreferew għall-Artikolu 194 tad-Digriet Irjali 1564/1989 tat-22.12.1989.
(19) L-awtoritajiet Spanjoli rreferew għar-Riżoluzzjoni tal-ICAC (Istitut tal-Kontabilità u l-Verifiki) Nru 3, BOICAC, 27.11.1996.
(20) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Settembru 2004, N 354/04, Irish Company Holding Regime (ĠU C 131, 28.5.2005, p. 10).
(21) ĠU C 384, 10.12.1998, p. 3.
(22) Ara l-premessa 12.
(23) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Każ T-233/04 L-Olanda vs Il-Kummissjoni [2008] ECR, II-591.
(24) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2008, N 480/07, Tnaqqis fid-dħul minn ċerti assi intanġibbli (ĠU C 80, 1.4.2008, p. 1).
(25) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-143/99 Adria-Wien Pipeline GmbH u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke [2001] ECR I-8365.
(26) ĠU L 157, 26.6.2003, p. 49.
(27) ĠU L 7, 13.1.2004, p. 41.
(28) Skont l-Artikolu 89(3) TRLIS.
(29) Ara l-ittra tal-awtoritajiet Spanjoli tal-5 ta’ Diċembru 2007 lill-Kummissjoni, p. 35, kif imsemmija fil-premessa 7.
(30) ĠU L 225, 20.8.1990, p. 1.
(31) ĠU L 310, 25.11.2005, p. 1.
(32) Il-kummenti mill-awtoritajiet Spanjoli ġew irċevuti fil-5 ta’ Diċembru 2007 filwaqt li l-Istati Membri kellhom japplikaw id-Direttiva 2005/56/KE sal-15 ta’ Diċembru 2007.
(33) Ara l-premessi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) (ĠU L 207, 18.8.2003, p. 1), u l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tat-28 ta’ April 2004, COM(2003) 703 finali – 2003/2077(COD).
(34) Kif imniżżel fil-paġna 8 tal-ittra tal-awtoritajiet Spanjoli tat-30 ta’ Ġunju 2008 – ara l-premessa 9 hawn fuq.
(35) B’referenza għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ Akkwiżizzjoni (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12).
(36) Ara d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ġunju 2005, Cesky Telecom; tal-10 ta’ Jannar 2005, O2; tat-23 ta’ Mejju 2006, Quebec, GIC, BAA; tal-15 ta’ Settembru 2004, Abbey National; u tas-26 ta’ Marzu 2007, ScottishPower, disponibbli fuq http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/
(37) Pjan ta’ azzjoni għall-għajnuna mill-Istat – Għajnuna mill-Istat inqas u mmirata aħjar: pjan direzzjonali għal riforma tal-għajnuna mill-Istat 2005-2009, COM(2005) 107 finali (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).
(38) Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Każ T-348/03 Koninklijke Friesland Campina vs Il-Kummissjoni [2007] ECR II-101.
(39) Mistoqsijiet bil-miktub E-4431/05 u E-4772/05.
(40) Pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Lulju 2004 fil-każ N 354/2004, Irish Company Holding Regime (ĠU C 131, 28.5.2005, p. 11) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2006 fil-każ C-4/2007 (ex N 465/2006), Groepsrentebox (ĠU C 66, 22.3.2007, p. 30).
(41) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2001/168/ECSC tal-31 ta’ Ottubru 2000 fuq il-liġijiet tat-taxxa korporattiva Spanjoli (ĠU L 60, 1.3.2001, p. 57).
(42) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-501/00 Renju ta’ Spanja vs Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej [2004] ECR I-6717.
(43) Ara t-Taqsima II.1.b) ff) tar-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat fuq miżuri relatati ma’ tassazzjoni tan-negozji diretti disponibbli fuq http://ec.europa.eu/competition/state_aid/studies_reports/rapportaidesfiscales_en.pdf
(44) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 82/364/KEE tas-17 ta’ Mejju 1982 dwar is-sussidjar ta’ rati ta’ imgħax fuq krediti għal esportazzjonijiet minn Franza għall-Greċja wara l-adeżjoni ta’ dak il-pajjiż fil-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU L 159, 10.6.1982, p. 44), b’mod partikolari l-parti IV, li tirreferi għall-Każijiet 6/69 u 11/69 Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża.
(45) Ara r-Riżoluzzjoni ICAC Nru 3 ta’ Novembru 1996, BOICAC 27.
(46) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 42.
(47) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 21.
(48) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-143/99 Adria-Wien, ara n-nota f’qiegħ il-paġna 25 paragrafu 41; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-308/01 GIL Insurance [2004] ECR I-4777, paragrafu 68; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-172/03 Wolfgang Heiser vs Finanzamt Innsbruck [2005] ECR I-1627, paragrafu 40; u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-88/03 ir-Repubblika Portugiża vs Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej [2006] ECR I-7115, paragrafu 54.
(49) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-88/03 Il-Portugall vs Il-Kummissjoni [2006] ECR I-7115, paragrafu 54.
(50) Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-56/93 Ir-Renju tal-Belġju vs Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1996] ECR I-723, paragrafu 79; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-241/94 Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1996] ECR I-4551, paragrafu 20; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-75/97 Ir-Renju tal-Belġju vs Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1999] ECR I-3671, paragrafu 25; u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-409/00 Renju ta’ Spanja vs Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej [2003] ECR I-10901, paragrafu 46.
(51) Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-66/02 Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej [2005] ECR I-10901, paragrafu 101. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 2009 dwar l-iskema Groepsrentebox (C-4/2007 - ex N 465/06), li għadha ma ġietx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali, b’mod partikolari l-premessi 75 et seq.
(52) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 21.
(53) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 52, Deċiżjoni dwar l-iskema Groepsrentebox, b’mod partikolari l-premessi 83 et seq.
(54) Ara, inter alia, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Każ T-308/00 Salzgitter AG vs Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej [2004] ECR II-1933, paragrafu 82.
(55) Ara d-dokument SEC(2007) 268 tal-21.2.2007.
(56) ĠU L 294, 10.11.2001, p. 22, Direttiva li tidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Novembru 2001.
(57) ĠU L 294, 10.11.2001 p. 1, Regolament li jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Ottubru 2004.
(58) 15 ta’ Diċembru 2007, skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji.
(59) Disponibbli fuq http://noticias.juridicas.com/base_datos/Vacatio/l3-2009.html
(60) Nuqqas ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Mergers Transkonfinali, drittijiet tal-azzjonisti f’minoranza, drittijiet tal-kredituri, il-liġi dwar ix-xogħol, it-trejdmark nazzjonali, sħab lokali, is-sistema regolatorja, sinerġiji ekonomiċi, kunsiderazzjonijiet politiċi, strateġiċi u kummerċjali.
(61) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-411/03 SEVIC Systems ECR I-10805, paragrafi 23-31.
(62) Sentenza fil-Każ C-411/03 SEVIC Systems, iċċitat hawn fuq, paragrafu 23.
(63) Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Każ T-184/97 BP Chemicals Ltd v Commission ECR II-3145, paragrafu 55; ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każijiet C-134/91 u C-135/91 Kerafina, paragrafu 20 u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-225/91 Matra SA v Commission, paragrafu 41.
(64) Skont l-Artikolu 42 tal-Kodiċi Kummerċjali 1885.
(65) Ara l-Artikolu 42(1) tal-Kodiċi Kummerċjali 1885.
(66) Kumpaniji li ħarġu titoli negozjabbli f’suq regolat ta’ kwalunkwe Stat Membru skont it-tifsir tal-Artikolu 1(13) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE, skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva.
(67) L-Artikolu 194 tad-Digriet Irjali 1564/1989 tat-22 ta’ Diċembru 1989 li japprova l-Liġi riveduta dwar Kumpaniji Pubbliċi ta’ Responsabbiltà Limitata.
(68) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(69) Skont l-Artikolu 89(3) TRLIS.
(70) Skont l-Artikolu 11(4) TRLIS.
(71) Skont it-TRLIS kif emendat mill-Att 35/2006, ir-rata ta’ taxxa korporattiva użata għall-kalkolu kienet ta’ 35 % mill-2002 sal-2006, 32,5 % fl-2007 u 30 % minn dak iż-żmien ‘il quddiem.
(72) It-tmien dispożizzjoni addizzjonali, Att 35/2006 tat-28 ta’ Novembru dwar it-Taxxa fuq id-Dħul Personali u l-emenda parzjali tal-Liġijiet tat-Taxxa Korporattiva u fuq it-Taxxa tad-Dħul għal Persuni mhux Residenti u Taxxa fuq il-Ġid Nett Personali, Gazzetta Uffiċjali tal-Istat Nru 285, 29.11.2006.
(73) Ara l-Każ C-88/03 Il-Portugall vs Il-Kummissjoni, paragrafu 81, iċċitat fin-nota f’qiegħ il-paġna 49; ara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Każ T-227/01 Territorio Histórico de Álava - Diputación Foral de Álava u Comunidad autónoma del País Vasco - Gobierno Vasco et. vs Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li għadu ma ġiex ippubblikat, paragrafu 179; u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Każ T-230/01 Territorio Histórico de Álava - Diputación Foral de Álava u Comunidad autónoma del País Vasco - Gobierno Vasco et. vs Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li għadha ma ġietx ippubblikata, paragrafu 190.
(74) Skont l-Artikolu 89(3)(a)(1) TRLIS.
(75) Ara l-Artikoli 89, 21 u 22 TRLIS.
(76) Kif imsemmi b’mod espliċitu fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(5): “it-tnaqqis ta’ din id-differenza (i.e. Artikolu 12(5) TRLIS) ikun kompatibbli, fejn xieraq, mat-telfien ta’ dannu msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.”
(77) Ara, b’mod partikolari, l-premessa 48.
(78) L-Att dwar it-Taxxa Korporattiva 43/1995, li jitħassar mid-Digriet Leġiżlattiv Irjali 4/2004.
(79) Definit mill-awtoritajiet Spanjoli fil-memorandum spjegattiv għall-Att 43/1995, bħala “Il-prinċipju ta’ kompetittività jirrikjedi li s-sistema tat-taxxa korporattiva tappoġġja u tkun konsistenti mal-miżuri ta’ politika ekonomika biex tittejjeb il-kompetittività …, u tirrikjedi wkoll inċentivi sabiex in-negozji jsiru iżjed internazzjonali u għaldaqstant jagħtu lok għal żieda fl-esportazzjonijiet, sabiex jikkonformaw ma’ dan il-prinċipju.”
(80) Ara, inter alia, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Marzu 2006 dwar inċentivi tat-taxxa diretti favur investimenti relatati mal-esportazzjoni, ĠU C 302, 14.12.2007, p. 3, premessa 51.
(81) Ara l-paragrafu 127 tas-sentenza ċċitata fin-nota f’qiegħ il-paġna 42.
(82) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 2009 fil-każ C-2/2007, Groepsrentebox, li għadha ma ġietx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali, b’mod partikolari l-premessa 107.
(83) Ara l-ittra elettronika tas-16 ta’ Ġunju 2009 mill-awtoritajiet Spanjoli ċċitata fil-premessa 13.
(84) Ara, b’mod partikolari, paġna 6 tal-ittra tal-awtoritajiet Spanjoli tat-22 ta’ April 2009 (A-9531), iċċitata fil-premessa 9.
(85) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-222/04 Ministero dell’Economia e delle Finanze vs Cassa di Risparmio di Firenze SpA, Fondazione Cassa di Risparmio di San Miniato u Cassa di Risparmio di San Miniato SpA. [2006] KE I-289.
(86) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 21. B’mod partikolari, ara l-punti 9 u 10 tal-Avviż tal-Kummissjoni.
(87) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 42, paragrafi 139 – 143.
(88) Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Każ T-214/95 Vlaams Gewest v Commission [1998] ECR II-717.
(89) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-222/04 diġà ċċitata fin-nota f’qiegħ il-paġna 85.
(90) Ara l-premessa 12.
(91) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
(92) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 42.
(93) Ara, b’mod partikolari, il-premessi 31 u 44.
(94) Ara, b’mod partikolari, il-paragrafu 120 tas-sentenza.
(95) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 42 (124).
(96) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 24 u l-premessa 44.
(97) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2008, każ N 480/07, diġà ċċitata fin-nota f’qiegħ il-paġna 24.
(98) SEC(2006) 1515, COM/2006/0728 finali, taqsima 1.2.
(99) Ara l-premessa 47.
(100) Ara l-paragrafu 123 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-501/00, iċċitata fin-nota f’qiegħ il-paġna 42.
(101) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-80/94 Wielockx [1995] ECR I-2493, paragrafu 16; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-264/96 ICI v Colmer (HMIT) [1998] ECR I-4695, il-paragrafu 19; u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-311/97 Royal Bank of Scotland [1999] ECR I-2651, paragrafu 19.
(102) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-279/93 Schumacker [1995] ECR I-225.
(103) Ara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-204/90 Hanns-Martin Bachmann vs Stat Belġjan [1992] ECR I-249 u l-Każ C-300/90 Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju [1992] ECR I-305
(104) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-120/95 Nicolas Decker vs Caisse de maladie des employés privés [1998] ECR I-1831, paragrafu 39; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-158/96 Raymond Kohll vs Union des caisses de maladie [1998] ECR I-1931, paragrafu 41; u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-35/98 Staatssecretaris van Financiën vs B.G.M. Verkooijen, diġà ċċitat; paragrafu 48.
(105) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-315/02 Anneliese Lenz vs Finanzlandesdirektion für Tirol [2004] ECR I-7063; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-319/02 Petri Manninen [2004] ECR I-7477.
(106) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-35/98 Staatssecretaris van Financiën vs B.G.M. Verkooijen, diġà ċċitata, paragrafu 44.
(107) Ara l-premessa 56 et seq.
(108) Ara eżempji oħra ta’ prassi preċedenti tal-Kummissjoni, bħad-Deċiżjoni 2004/76/KE tat-13 ta’ Mejju 2003, dwar skema ta’ għajnuna mill-Istat implimentata minn Franza għal kwartieri ġenerali u ċentri tal-loġistika, ĠU L 23, 28.1.2004, p. 1, premessa 73; ara wkoll, għal raġunament simili, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/515/KE, tas-17 ta’ Frar 2003, dwar għajnuna mill-Istat implimentata mill-Olanda għal attivitajiet ta’ finanzjament internazzjonali, ĠU L 180, 18.7.2003, p. 52, premessa 105; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/77/KE, tal-24 ta’ Ġunju 2003, dwar skema ta’ għajnuna implimentata mill-Belġju – Sistema ta’ deċiżjonijiet tat-taxxa għal korporazzjonijiet tal-bejgħ barranin fl-Istati Uniti, ĠU L 23, 28.1.2004, p. 14, premessa 70.
(109) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 37.
(110) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Każ T-211/05 Italy v Commission, li għadha ma ġietx rappurtata, paragrafu 173; ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Każ T-459/93 Siemens v Commission [1995] ECR II-1675, paragrafu 48.
(111) ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.
(112) Ara d-Deċiżjonijiet imsemmija fin-nota f’qiegħ il-paġna 108.
(113) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każijiet C-182/03 u C-217/03 Forum 187 ASBL [2006] ECR I-5479, paragrafu 147; Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-506/03 Germany v Commission, li għadu ma ġiex irrapurtat, paragrafu 58; u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-265/85 Van den Bergh en Jurgens BV v Commission [1987] ECR 1155, paragrafu 44.
(114) Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG(84) D/6421 tas-16 ta’ Mejju 1984.
(115) Mistoqsija Miktuba E-4431-05
(116) Mistoqsija Miktuba E-4772/05.
(117) Fuq il-prinċipju tal-aspettattiva leġittima, ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Van den Bergh en Jurgens BV v Commission, diġà ċċittata, paragrafu 44; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każijiet Konġunti C-182/03 u C-217/03 ir-Renju tal-Belġju (C-182/03) u Forum 187 ASBL (C-217/03) vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej [2006] ECR I-5479, paragrafu 147; u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Każ T-290/97 Mehibas Dordtselaan BV vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej [2000] ECR II-15, paragrafu 59.
(118) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-487/06 P British Aggregates Association vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej u ir-Renju Unit, paragrafi 111-114 u 185 u 186; sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Każ T-98/00 Linde AG vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej, paragrafu 33.
(119) i.e. mhuwiex neċessarju li jintwera li l-individwu jew l-impriża kienet involuta f’attivitajiet li kieku ma kinitx tagħmel, skont iċ-ċertezza inkwistjoni.
(120) Ara, bħala analoġija, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Frar 2003 fuq iċ-ċentri tal-koordinazzjoni Belġjani (2003/757/KE) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2006, GIE Fiscaux (C46/2004).
(121) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 1.
(122) Ara, inter alia, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/375/KE tas-7 ta’ Frar 2007 dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa għal żjut minerali użati bħala karburant għal produzzjoni tal-alumina f’Gardanne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardinja implimentata minn Franza l-Irlanda u l-Italja (ĠU L 147, 8.6.2007, p. 29) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ġunju 2003 dwar l-iskema tal-għajnuna implimentata mill-Belġju, diġà ċċitata, premessa 79.
(123) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/755/KE tas-17 ta’ Frar 2003 dwar l-iskema tal-għajnuna implimentata mill-Belġju għal ċentri tal-koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju (ĠU L 282, 30.10.2003, p. 25), u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każijiet Konġunti C-182/03 u C-217/03 Forum 187 ASBL, paragrafi 162 u 163.
(124) Ara s-sentenza fil-każ Forum 187, diġà ċċitat, paragrafu 149; ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ 74/74 Comptoir national technique agricole (CNTA) SA vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1975] ECR 533, paragrafu 44.
(125) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-148/04 Unicredito Italiano SpA vs Agenzia delle Entrate, Ufficio Genova 1 [ECR] 2005 I-11137, paragrafi 117-119.
ANNESS
Lista ta’ partijiet interessati li ssottomettew kummenti dwar id-Deċiżjoni tal-ftuħ ta’ proċedura u li ma talbux li jibqgħu anonimi
|
|
Abertis Infraestructuras SA |
|
|
Acerinox SA |
|
|
Aeropuerto de Belfast SA. |
|
|
Altadis SA, Fomento de Construcciones y Contratas SA |
|
|
Amey UK Ltd |
|
|
Applus Servicios Tecnológicos SL |
|
|
Asociación Española de Banca (AEB) |
|
|
Asociación Española de la Industria Eléctrica (UNESA) |
|
|
Asociación de Empresas Constructoras de Ámbito Nacional (SEOPAN) |
|
|
Asociación de Marcas Renombradas Españolas |
|
|
Asociación Española de Asesores Fiscales |
|
|
Amadeus IT Group SA |
|
|
Banco Bilbao Vizcaya Argentaria (BBVA) SA |
|
|
Banco Santander SA |
|
|
Club de Exportadores e Inversores Españoles |
|
|
Compañía de distribución integral Logista SA |
|
|
Confederacion Española de Organizaciones Empresariales |
|
|
Confederacion Española de la Pequeña y Mediana Empresa (CEPYME) |
|
|
Ebro Puleva SA |
|
|
Ferrovial Servicios SA |
|
|
Hewlett-Packard Española SL |
|
|
La Caixa S A, |
|
|
Iberdrola S A |
|
|
Norvarem SA |
|
|
Prosegur Compañía de Seguridad SA |
|
|
Sociedad General de Aguas de Barcelona SA (Grupo AGBAR) |
|
|
Telefónica SA |