ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2011.004.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 4 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 54 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
|
|
Rettifika |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
7.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 4/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 7/2011
tas-6 ta’ Jannar 2011
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Jannar 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Jannar 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
106,0 |
EC |
65,1 |
|
MA |
49,6 |
|
TR |
98,5 |
|
ZZ |
79,8 |
|
0707 00 05 |
EG |
174,9 |
JO |
94,1 |
|
TR |
90,8 |
|
ZZ |
119,9 |
|
0709 90 70 |
MA |
35,3 |
TR |
114,6 |
|
ZZ |
75,0 |
|
0709 90 80 |
EG |
222,3 |
ZZ |
222,3 |
|
0805 10 20 |
AR |
41,5 |
BR |
41,5 |
|
EC |
48,7 |
|
IL |
67,1 |
|
MA |
55,9 |
|
TR |
69,5 |
|
UY |
46,7 |
|
ZA |
41,3 |
|
ZZ |
51,5 |
|
0805 20 10 |
MA |
69,7 |
TR |
79,6 |
|
ZZ |
74,7 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
127,1 |
HR |
46,1 |
|
IL |
83,4 |
|
JM |
95,1 |
|
MA |
79,2 |
|
TR |
71,2 |
|
ZZ |
83,7 |
|
0805 50 10 |
AR |
49,2 |
TR |
52,4 |
|
UY |
49,2 |
|
ZZ |
50,3 |
|
0808 10 80 |
AR |
78,5 |
CA |
98,2 |
|
CL |
83,5 |
|
CN |
109,6 |
|
EC |
79,3 |
|
MK |
29,3 |
|
NZ |
74,9 |
|
US |
121,0 |
|
ZA |
124,2 |
|
ZZ |
88,7 |
|
0808 20 50 |
CN |
60,2 |
US |
128,0 |
|
ZZ |
94,1 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
7.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 4/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 8/2011
tas-6 ta’ Jannar 2011
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 6/2011 (4). |
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Jannar 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Jannar 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(3) ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-7 ta’ Jannar 2011
(EUR) |
||
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
1701 11 10 (1) |
62,57 |
0,00 |
1701 11 90 (1) |
62,57 |
0,00 |
1701 12 10 (1) |
62,57 |
0,00 |
1701 12 90 (1) |
62,57 |
0,00 |
1701 91 00 (2) |
58,75 |
0,00 |
1701 99 10 (2) |
58,75 |
0,00 |
1701 99 90 (2) |
58,75 |
0,00 |
1702 90 95 (3) |
0,59 |
0,17 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
7.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 4/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 9/2011
tas-6 ta’ Jannar 2011
li jiffissa l-prezz minimu għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat għat-tlettax-il stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 447/2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(j), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2010 (2) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta’ proċedura tas-sejħiet għall-offerti, skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3). |
(2) |
Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b’risposta għal stediniet individwali għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz minimu tal-bejgħ jew għandha tiddeċidi li ma tiffissax prezz minimu tal-bejgħ, skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009. |
(3) |
Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b’risposta għat-tlettax-il stedina individwali għall-offerti, għandu jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ. |
(4) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas- Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-president tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għat-tlettax-il stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament (UE) Nru 447/2010, li għaliha l-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fl-4 ta’ Jannar 2011, il-prezz minimu tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat għandu jkun EUR 212,10/100 kg.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Jannar 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Jannar 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 126, 22.5.2010, p. 19.
(3) ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.
Rettifika
7.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 4/6 |
Rettifika għall-Anness tekniku għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE, tas-16 ta' Ottubru 2009, li tistipula miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta’ proċeduri b’mezzi elettroniċi permezz tal-punti ta’ kuntatt waħdieni skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 274 tal-20 ta’ Ottubru 2009 )
It-test li jmiss jirreferi għall-publikazzjoni fil-ĠU L 299 tal-14.11.2009, p. 18.
Fil-paġna 40, fil-paragrafu “Service current status (il-klawżola 5.5.4)”:
minflok:
“— |
Taħt sorveljanza (http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/Svcstatus/undersupervision); |
— |
Sorveljanza ta’ servizz fil-proċess li titwaqqaf (http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/Svcstatus/supervisionincessation); |
— |
Sorveljanza mwaqqfa (http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/Svcstatus/supervisionceased); |
— |
Sorveljanza revokata (http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/Svcstatus/supervisionrevoked); |
— |
Akkreditat (http://uri.etsi.org/TrstSvc/Svcstatus/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/Svcstatus/accredited); |
— |
Akkreditazzjoni mwaqqfa (http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/Svcstatus/accreditationceased); |
— |
Akkreditazzjoni revokata (http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/Svcstatus/accreditationrevoked).” |
aqra:
“— |
Under Supervision (Taħt sorveljanza) (http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/Svcstatus/undersupervision); |
— |
Supervision of Service in Cessation (Sorveljanza ta’ servizz fil-proċess li titwaqqaf) (http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/Svcstatus/supervisionincessation); |
— |
Supervision Ceased (Sorveljanza mwaqqfa) (http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/Svcstatus/supervisionceased); |
— |
Supervision Revoked (Sorveljanza revokata) (http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/Svcstatus/supervisionrevoked); |
— |
Accredited (Akkreditat) (http://uri.etsi.org/TrstSvc/Svcstatus/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/Svcstatus/accredited); |
— |
Accreditation Ceased (Akkreditazzjoni mwaqqfa) (http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/Svcstatus/accreditationceased); |
— |
Accreditation Revoked (Akkreditazzjoni revokata) (http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/Svcstatus/accreditationrevoked).” |