|
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.342.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
2010/803/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2010/804/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2010/805/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2010/806/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2010/807/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2010/808/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2010/809/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2010/810/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2010/811/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2010/812/UE |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
28.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1255/2010
tat-22 ta’ Diċembru 2010
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti “baby beef” li joriġinaw fil-Bosnja-Ħerżegovina, fil-Kroazja, f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fil-Montenegro u fis-Serbja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Waħdieni) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 144(1) u l-Artikolu 148, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2005/40/KE, Euratom (2), il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2004/239/KE, Euratom (3), il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro min-naħa l-oħra approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2010/224/UE, Euratom (4), il-Ftehim Provviżorju [Interim] mal-Bosnja-Ħerżegovina, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/474/KE tas-16 ta' Ġunju 2008 li tikkonċerna l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Temporanju [Interim] dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa (5), u l-Bosnja-Ħerżegovina, min-naħa l-oħra, u l-Ftehim Provviżorju [Interim] mar-Repubblika tas-Serbja, approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/36/KE tad-29 ta' April 2008 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Provviżorju [Interim] dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u s-Serbja, min-naħa l-oħra (6), jistabbilixxu kwoti tariffarji annwali preferenzjali ta' 9 400 tunnellata, 1 650 tunnellata, 800 tunnellata, 1 500 tunnellata u 8 700 tunnellata rispettivament għal “baby beef”. |
|
(2) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2248/2001 tad-19 ta' Novembru 2001 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjonu u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, għall-parti waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, għall-parti l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju [Interim] bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja (7) u l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2002 tal-21 ta' Jannar 2002 fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Provviżorju [Interim] bejn il-Komunità Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (8) jistipulaw li għandhom ikunu stabbiliti regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta' konċessjonijiet tal-“baby beef”. |
|
(3) |
Sabiex tkun ivverifikata l-konformità mal-kondizzjonijiet tal-kwoti, l-importazzjonjiet taħt il-kwoti għall-“baby beef” għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' awtentiċità li jixhed li l-oġġetti joriġinaw mill-pajjiż tal-ħruġ u li jikkorrispondu eżattament mad-definizzjoni stabbilita fil-ftehim rispettiv. Għandu wkoll jiġi stabbilit mudell għaċ-ċertifikati tal-awtentiċità u għandhom jiġu stipulati regoli dettaljati għall-użu tagħhom. |
|
(4) |
Il-kwoti konċernati għandhom jiġu ġestiti permezz tal-użu ta' liċenzji tal-importazzjoni. Għal dan il-għan, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (9), u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta' April 2008 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (10) għandhom ikunu applikabbli, soġġetti għal dan ir-Regolament. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (11), jistipula b'mod partikolari dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni, l-istatus tal-applikanti, il-ħruġ tal-liċenzji u n-notifiki mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dak ir-Regolament jillimita l-perjodu ta' validità tal-liċenziji sal-aħħar ġurnata tal-perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw għal liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, bla ħsara għall-kundizzjonijiet addizzjonali jew id-derogi stipulati f'dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni tajba tal-importazzjoni tal-prodotti konċernati, il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu soġġetti għal verifikazzjoni, partikolarment l-annotazzjonijiet fiċ-ċertifikati tal-awtentiċità. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwoti tariffarji li ġejjin b'dan huma miftuħa annwalment għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru:
|
(a) |
9 400 tunnellata “baby beef”, espressi bħala l-piż tal-karkassi, li joriġinaw fil-Kroazja; |
|
(b) |
1 500 tunnellata “baby beef”, espressi bħala l-piż tal-karkassi, li joriġinaw fil-Bosnja-Ħerżegovina; |
|
(c) |
1 650 tunnellata “baby beef”, espressi bħala l-piż tal-karkassi, li joriġinaw f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; |
|
(d) |
8 700 tunnellata “baby beef”, espressi bħala l-piż tal-karkassi, li joriġinaw fis-Serbja; |
|
(e) |
800 tunnellata “baby beef”, espressi bħala l-piż tal-karkassi, li joriġinaw fil-Montenegro. |
Il-kwoti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollhom in-numri tas-serje 09.4503, 09.4504, 09.4505, 09.4198 u 09.4199 rispettivament.
Għall-finijiet tal-allokazzjoni ta' dawk il-kwoti, 100 kilogramma ta' piż ħaj għandhom ikunu ekwivalenti għal 50 kilogramma tal-piż tal-karkassi.
2. Id-dazju doganali applikabbli skont il-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun 20 % tad-dazju ad valorem u 20 % tad-dazju speċifiku kif stabbilit fit-Tariffa Doganali Komuni.
3. L-importazzjoni permezz tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun irriservata għal ċerti annimali ħajjin u ċertu laħam li jaqa' fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM li ġejjin, imsemmija fl-Anness III għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni konkluż mal-Kroazja, fl-Anness III għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni konkluż ma' dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fl-Anness II għall-Ftehim Interim mal-Bosnja-Ħerżegovina u fl-Anness II għall-Ftehim Interim mas-Serbja:
|
— |
ex 0102 90 51 , ex 0102 90 59 , ex 0102 90 71 u ex 0102 90 79 , |
|
— |
ex 0201 10 00 u ex 0201 20 20 , |
|
— |
ex 0201 20 30 , |
|
— |
ex 0201 20 50 . |
Artikolu 2
Għandhom japplikaw il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u r-Regolamenti (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 382/2008, sakemm mhux stipulat mod ieħor f'dan ir-Regolament.
Artikolu 3
1. It-taqsima 8 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom juru l-pajjiż tal-oriġini, u l-kelma “iva” għandha tkun ingassata b'salib. Il-liċenzji għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu li l-importazzjoni ssir mill-pajjiż indikat.
It-Taqsima 20 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-liċenzji għandhom juru waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fl-Anness I.
2. L-oriġinal taċ-ċertifikat tal-awtentiċità, imħejji f'konformità mal-Artikolu 4, flimkien ma' kopja tiegħu, għandhom ikunu ppreżentati lill-awtorità kompetenti flimkien mal-applikazzjoni għall-ewwel liċenzja tal-importazzjoni li tirrigwarda ċ-ċertifikat tal-awtentiċità.
Iċ-ċertifikati tal-awtentiċità jistgħu jintużaw għall-ħruġ ta' aktar minn liċenzja waħda tal-importazzjoni għal kwantitajiet li ma jaqbżux dawk murija fiċ-ċertifikat. Fejn tinħareġ aktar minn liċenzja waħda fir-rigward ta' ċertifikat, l-awtorità kompetenti għandha:
|
(a) |
tapprova ċ-ċertifikat tal-awtentiċità biex turi l-kwantità allokata; |
|
(b) |
tiżgura li l-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa fir-rigward ta' dak iċ-ċertifikat jinħarġu fl-istess jum. |
3. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu l-liċenzji tal-importazzjoni biss wara li jkunu sodisfatti li l-informazzjoni kollha fiċ-ċertifikat tal-awtentiċità tkun tikkorrispondi ma' dik li tasal ta' kull ġimgħa mill-Kummissjoni għall-importazzjonijiet konċernati. ll-liċenzji għandhom jinħarġu immedjatament wara dan.
Artikolu 4
1. L-applikazzjonijiet kollha għal-liċenzji tal-importazzjoni skont il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu akkumpanjati b'ċertifikat tal-awtentiċità maħruġ mill-awtoritajiet tal-pajjiż tal-esportazzjoni elenkat fl-Anness II għal dan ir-Regolament li jixhed li l-oġġetti joriġinaw f'dak il-pajjiż u li jikkorrispondu mad-definizzjoni mogħtija, skont il-każ, fl-Anness III għall-Ftehimiet ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Kroazja, l-Anness III għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ma' dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Anness II għall-Ftehim Interim mal-Montenegro, l-Anness II għall-Ftehim Interim mal-Bosnja-Ħerżegovina jew l-Anness II għall-Ftehim Interim mas-Serbja.
2. Iċ-ċertifikati tal-awtentiċità għandhom jinħarġu f'oriġinal wieħed u żewġ kopji, li għandhom ikunu stampati u mimlija b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, f'konformità mal-mudell rilevanti fl-Annessi III sa VII għall-pajjiżi tal-esportazzjoni konċernati. Jistgħu wkoll ikunu stampati u mimlija fil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż li qed jesporta.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn titressaq l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni jistgħu jesiġu li tkun ipprovduta traduzzjoni taċ-ċertifikat.
3. L-oriġinal u l-kopji taċ-ċertifikat tal-awtentiċità jistgħu jkunu ttajpjati jew miktuba bl-id. Fil-każ tal-aħħar, għandhom jinkitbu b'linka sewda u b'ittri kbar.
Il-forom taċ-ċertifikati għandu jkollhom qisien ta' 210 x 297 mm. Il-karta li tintuża ma għandhiex tiżen anqas minn 40 g/m2. L-oriġinal għandu jkun abjad, l-ewwel kopja roża u t-tieni kopja safra.
4. Kull ċertifikat għandu jkollu numru tas-serje tiegħu individwali segwit bl-isem tal-pajjiż li qed joħorġu.
Il-kopji għandu jkollhom l-istess numru tas-serje u l-istess isem bħall-oriġinal.
5. Iċ-ċertifikati għandhom ikunu validi biss jekk ikunu approvati minn awtorità tal-ħruġ elenkata fl-Anness II.
6. Iċ-ċertifikati għandhom jitqiesu bħala approvati jekk ikun hemm fuqhom id-data u l-post tal-ħruġ u jekk ikollhom it-timbru tal-awtorità tal-ħruġ u l-firma tal-persuna jew tal-persuni li għandhom is-setgħa li jiffirmawhom.
Artikolu 5
1. L-awtoritajiet tal-ħruġ elenkati fl-Anness II għandhom:
|
(a) |
ikunu rikonoxxuti bħala tali mill-pajjiż tal-esportazzjoni konċernat; |
|
(b) |
jintrabtu li jivverifikaw il-partikolaritajiet li jidhru fuq iċ-ċertifikati; |
|
(c) |
jintrabtu li jgħaddu lill-Kummissjoni tal-anqas darba kull ġimgħa kwalunkwe informazzjoni li permezz tagħha l-annotazzjonijiet fuq iċ-ċertifikati tal-awtentiċità jistgħu jkunu vverifikati, partikolarment f'dak li jirigwardja n-numru taċ-ċertifikat, l-esportatur, id-destinatarju, il-pajjiż tad-destinazzjoni, il-prodott (annimali ħajjin/laħam), il-piż nett u d-data tal-firma. |
2. Il-lista fl-Anness II għandha tkun eżaminata mill-Kummissjoni meta ma jibqax jintlaħaq ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1(a), meta awtorità tal-ħruġ tonqos milli tissodisfa wieħed jew aktar mill-obbligi imposti fuqha jew meta tinħatar awtorità ġdida tal-ħruġ.
Artikolu 6
Iċ-ċertifikati tal-awtentiċità u l-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal tliet xhur mid-dati tal-ħruġ rispettivi tagħhom.
Artikolu 7
Il-pajjiż tal-esportazzjoni konċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni kampjuni tat-timbri wżati mill-awtoritajiet tal-ħruġ tagħhom u l-ismijiet u l-firem tal-persuni awtorizzati li jiffirmaw iċ-ċertifikati tal-awtentiċità. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
Artikolu 8
1. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
|
(a) |
sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar tas-sena ta' wara, il-kwantitajiet ta' prodotti, inklużi dikjarazzjonijiet nulli, li għalihom ikunu nħarġu liċenzji tal-importazzjoni fil-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja; |
|
(b) |
sa mhux aktar tard mit-30 ta' April tas-sena ta' wara, il-kwantitajiet ta' prodotti, inklużi dikjarazzjonijiet nulli, koperti b'liċenzji tal-importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq in-naħa ta' wara tal-liċenzji tal-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu. |
2. Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April tas-sena ta' wara, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet ta' prodotti, li effettivament ikunu ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħiesla matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja.
3. In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom isiru kif indikat fl-Annessi VIII, IX u X għal dan ir-Regolament, u għandhom jintużaw il-kategoriji ta' prodotti indikati fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008.
Artikolu 9
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Dacian CIOLOŞ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(4) ĠU L 108, 29.4.2010, p. 1.
(5) ĠU L 169, 30.6.2008, p. 10.
(7) ĠU L 304, 21.11.2001, p. 1.
(8) ĠU L 25, 29.1.2002, p. 16.
(9) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.
ANNESS I
L-annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)
|
— |
bil-Bulgaru |
: |
“Baby beef” (Регламент (ЕC) № 1255/2010) |
|
— |
bl-Ispanjol |
: |
“Baby beef” (Reglamento (UE) no 1255/2010) |
|
— |
biċ-Ċek |
: |
“Baby beef” (Nařízení (EU) č. 1255/2010) |
|
— |
bid-Daniż |
: |
“Baby beef” (Forordning (EU) nr. 1255/2010) |
|
— |
bil-Ġermaniż |
: |
“Baby beef” (Verordnung (EU) Nr. 1255/2010) |
|
— |
bl-Estonjan |
: |
“Baby beef” (Määrus (EL) nr 1255/2010) |
|
— |
bil-Grieg |
: |
“Baby beef” (Κανονισμός (ΕΕ) αριθ 1255/2010) |
|
— |
bl-Ingliż |
: |
“Baby beef” (Regulation (EU) No 1255/2010) |
|
— |
bil-Franċiż |
: |
“Baby beef” (Règlement (UE) no 1255/2010) |
|
— |
bit-Taljan |
: |
“Baby beef” (Regolamento (UE) n. 1255/2010) |
|
— |
bil-Latvjan |
: |
“Baby beef” (Regula (ES) Nr. 1255/2010) |
|
— |
bil-Litwan |
: |
“Baby beef” (Reglamentas (ES) Nr. 1255/2010) |
|
— |
bl-Ungeriż |
: |
“Baby beef” (1255/2010/EU rendelet) |
|
— |
bil-Malti |
: |
“Baby beef” (Regolament (UE) Nru 1255/2010) |
|
— |
bl-Olandiż |
: |
“Baby beef” (Verordening (EU) nr 1255/2010) |
|
— |
bil-Pollakk |
: |
“Baby beef” (Rozporządzenie (UE) nr 1255/2010) |
|
— |
bil-Portugiż |
: |
“Baby beef” (Regulamento (UE) no 1255/2010) |
|
— |
bir-Rumen |
: |
“Baby beef” (Regulamentul (UE) nr. 1255/2010) |
|
— |
bis-Slovakk |
: |
“Baby beef” (Nariadenie (EU) č. 1255/2010) |
|
— |
bis-Sloven |
: |
“Baby beef” (Uredba (EU) št. 1255/2010) |
|
— |
bil-Finlandiż |
: |
“Baby beef” (Asetus (EU) N:o 1255/2010) |
|
— |
bl-Isvediż |
: |
“Baby beef” (Förordning (EU) nr 1255/2010) |
ANNESS II
Awtorità tal-ħruġ:
|
— |
Ir-Repubblika tal-Kroazja: Croatian Agricultural Agency, Poljana Križevačka 185, 48260 Križevci, Croatia. |
|
— |
Il-Bosnja-Ħerżegovina: |
|
— |
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: Univerzitet Sv. Kiril I Metodij, Institut za hrana, Fakultet za veterinarna medicina, “Lazar Pop-Trajkov 5-7”, 1000 Skopje |
|
— |
Is-Serbja: “YU Institute for Meat Hygiene and Technology, Kacanskog 13, Belgrade, Serbja.” |
|
— |
Il-Montenegro: Veterinary Directorate, Bulevar Svetog Petra Cetinjskog br.9, 81000 Podgorica, Montenegro. |
ANNESS VIII
Notifika dwar il-liċenzji tal-importazzjoni (maħruġa) – Ir-Regolament (UE) Nru 1255/2010
Stat Membru: …
Applikazzjoni tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1255/2010
Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom ikunu nħarġu liċenzji tal-importazzjoni
Jibda minn: … sa: …
|
Nru tal-Ordni |
Kategorija jew kategoriji ta' prodotti (1) |
Kwantità (kilogrammi ta' piż tal-prodotti jew irjus) |
|
09.4503 |
|
|
|
09.4504 |
|
|
|
09.4505 |
|
|
|
09.4198 |
|
|
|
09.4199 |
|
|
(1) Kategorija jew kategoriji tal-prodott kif indikat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008.
ANNESS IX
Notifika dwar il-liċenzji tal-importazzjoni (kwantitajiet li ġewx utlizzati) – Ir-Regolament (UE) Nru 1255/2010
Stat Membru: …
Applikazzjoni tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1255/2010
Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom il-liċenzji tal-importazzjoni ma jkunux ġew utilizzati
Jibda minn: … sa: …
|
Nru tal-Ordni |
Kategorija jew kategoriji ta’ prodotti (1) |
Il-kwantità mhux utilizzata (kilogrammi ta’ piż tal-prodotti jew irjus) |
|
09.4503 |
|
|
|
09.4504 |
|
|
|
09.4505 |
|
|
|
09.4198 |
|
|
|
09.4199 |
|
|
(1) Kategorija jew kategoriji tal-prodott kif indikat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008.
ANNESS X
Notifika dwar il-kwantitajiet li tqiegħdu f'ċirkolazzjoni ħielsa – Ir-Regolament (UE) Nru 1255/2010
Stat Membru: …
Applikazzjoni tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1255/2010
Kwantitajiet ta’ prodotti mqiegħda f'ċirkolazzjoni ħielsa:
Jibda minn: … sa: … (perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni).
|
Nru tal-Ordni |
Kategorija jew kategoriji ta' prodotti (1) |
Il-kwantitajiet ta' prodotti li tqiegħdu f'ċirkolazzjoni ħielsa: (kilogrammi ta’ piż tal-prodotti jew irjus) |
|
09.4503 |
|
|
|
09.4504 |
|
|
|
09.4505 |
|
|
|
09.4198 |
|
|
|
09.4199 |
|
|
(1) Kategorija jew kategoriji tal-prodott kif indikat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008.
DEĊIŻJONIJIET
|
28.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/15 |
DEĊIŻJONI MEĦUDA BI FTEHIM KOMUNI BEJN IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tal-10 ta’ Diċembru 2010
dwar il-post tas-Sede tal-Aġenzija Ewropea GNSS
(2010/803/UE)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI,
Wara li kkunsidraw l-Artikolu 341 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 (1) stabbilixxa l-Aġenzija Ewropea GNSS. |
|
(2) |
Is-sede tal-Aġenzija Ewropea GNSS għandu jiġi ddeterminat, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Aġenzija Ewropea GNSS għandu jkollha s-sede tagħha fi Praga.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni ġħandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2010.
Il-President
V. VAN QUICKENBORNE
|
28.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/16 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Diċembru 2010
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda
(2010/804/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1), u b’mod partikulari l-punt 26 tiegħu,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2),
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) biex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta’ reġjuni milquta minn diżastri. |
|
(2) |
Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sa’ livell massimu annwali ta’ EUR 1 biljun. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li bihom il-fond jista’ jkun immobilizzat. |
|
(4) |
Il-Portugall ressaq applikazzjoni biex il-Fond jiġi mmobilizzat, rigward diżastru kkaġunat minn valangi u għargħar fil-gżira ta’ Madeira. |
|
(5) |
Franza ressqet applikazzjoni biex il-Fond jiġi mmobilizzat, rigward diżastru kkaġunat mill-maltempata “Xynthia”, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 66 891 540 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, il-15 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
O. CHASTEL
|
28.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/17 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Diċembru 2010
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/004 PL/Wielkopolskie Automotive mressqa mill-Polonja)
(2010/805/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 28 tiegħu,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) ġie stabbilit biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li spiċċaw issensjati b’konsegwenza ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. |
|
(2) |
L-ambitu tal-FEAG twessa’ għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg b’riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. |
|
(3) |
Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun. |
|
(4) |
Fil-5 ta’ Frar 2010, il-Polonja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-FEAG fir-rigward tas-sensji f’żewġ intrapriżi li joperaw fis-settur tan-NACE Reviżjoni 2 Taqsima 29 (Manifattura ta’ vetturi bil-mutur, karrijiet u nofs-karrijiet) fir-reġjun NUTS II ta’ Wielkopolskie (PL41) u ssupplimentatu b’tagħrif addizzjonali sas-6 ta’ Lulju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, ressqet proposta biex timmobilizza l-ammont ta’ EUR 633 077. |
|
(5) |
Il-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Polonja, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 633 077 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, il-15 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
O. CHASTEL
|
28.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/18 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Diċembru 2010
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/005 ES/Ġebla Naturali tal-Comunidad Valenciana minn Spanja)
(2010/806/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 28 tiegħu,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) ġie stabbilit biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li spiċċaw issensjati b’konsegwenza ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. |
|
(2) |
L-ambitu tal-FEAG twessa’ għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg b’riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. |
|
(3) |
Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun. |
|
(4) |
Fid-9 ta’ Marzu 2010, Spanja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-FEAG fir-rigward tas-sensji f’66 intrapriżi li joperaw fis-settur tan-NACE Reviżjoni 2 Taqsima 23 (Manifattura ta’ prodotti minerali mhux metalliċi oħra) f’reġjun NUTS II wieħed, il-Comunidad Valenciana (ES52) u ssupplimentatu b’tagħrif addizzjonali sal-25 ta’ Mejju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li timmobilizza l-ammont ta’ EUR 1 422 850. |
|
(5) |
Il-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa minn Spanja, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 1 422 850 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, il-15 ta’ Diċembru 2010.
Ghall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
O. CHASTEL
|
28.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/19 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Diċembru 2010
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/006 PL/H. Cegielski-Poznań mill-Polonja)
(2010/807/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 28 tiegħu,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) twaqqaf biex jipprovdi sostenn addizzjonali għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja b’riżultat ta' bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol. |
|
(2) |
L-ambitu tal-FEAG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 ’l quddiem biex jinkludi s-sostenn għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. |
|
(3) |
Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG sal-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun. |
|
(4) |
Il-Polonja ressqet applikazzjoni fit-8 ta' Marzu 2010 għall-mobilizzazzjoni tal-FEAG, fir-rigward ta' sensji fl-intrapriża H. Cegielski-Poznań Poland S.A. u ssupplementata b’informazzjoni addizzjonali sal-10 ta' Awwissu 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, tipproponi li jiġi mobilizzat l-ammont ta' EUR 114 250. |
|
(5) |
IL-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Polonja, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 114 250 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, il-15 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
O. CHASTEL
|
28.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/20 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Diċembru 2010
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/009 ES/Tessuti tal-Comunidad Valenciana minn Spanja)
(2010/808/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 28 tiegħu,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) ġie stabbilit biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li spiċċaw issensjati b’konsegwenza ta' bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjin minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. |
|
(2) |
L-ambitu tal-FEAG twessa’ għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg b’riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. |
|
(3) |
Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun. |
|
(4) |
Fit-22 ta' Marzu 2010, Spanja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-FEAG fir-rigward tas-sensji f’143 intrapriżi li joperaw fis-settur tan-NACE Reviżjoni 2 Taqsima 13 (Manifattura ta' tessuti) f’ reġjun NUTS II wieħed, il-Comunidad Valenciana (ES52) u ssupplimentatu b’tagħrif addizzjonali sas-17 ta' Ġunju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li timmobilizza l-ammont ta' EUR 2 059 466. |
|
(5) |
Il-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa minn Spanja. |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 2 059 466 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u f’approprjazzjonijiet għall-ħlas.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, il-15 ta’ Diċembru 2010.
Ghall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
O. CHASTEL
|
28.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/21 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Diċembru 2010
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (applikazzjoni FEAG/2010/014 SI/Mura mis-Slovenja)
(2010/809/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1), u b’mod partikulari l-punt 28 tiegħu,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) ġie stabbilit biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li spiċċaw issensjati b’konsegwenza ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. |
|
(2) |
L-ambitu tal-FEAG twessa’ għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg b’riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. |
|
(3) |
Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun. |
|
(4) |
Is-Slovenja ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal- FEG, fir-rigward tas-sensji fl-impriża Mura fit-28 ta’ April 2010 u ssupplimentatha b’informazzjoni addizzjonali sal-24 ta’ Ġunju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, ressqet proposta biex timmobilizza l-ammont ta’ EUR 2 247 940. |
|
(5) |
Għalhekk l-FEAG għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mis-Slovenja, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 2 247 940 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, il-15 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
O. CHASTEL
|
28.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/22 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Diċembru 2010
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/016 ES/Aragón Retail trade from Spain)
(2010/810/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 28 tiegħu,
wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,
wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) ġie stabbilit biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li spiċċaw issensjati b’konsegwenza ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjin minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. |
|
(2) |
L-ambitu tal-FEAG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg b’riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. |
|
(3) |
Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun. |
|
(4) |
Fis-6 ta’ Mejju 2010 Spanja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-FEAG fir-rigward tas-sensji f’593 intrapriża li joperaw fis-settur tan-NACE Reviżjoni 2 Taqsima 47 (Kummerċ bl-imnut, ħlief għall-vetturi bil-mutur u muturi) fir-reġjun NUTS II ta’ Aragón (ES24) u ssupplimentatu b’tagħrif addizzjonali sal-1 ta’ Lulju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li timmobilizza l-ammont ta’ EUR 1 560 000. |
|
(5) |
Il-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa minn Spanja, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 1 560 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u f’approprjazzjonijiet għall-ħlas.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, il-15 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
O. CHASTEL
|
28.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/23 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Diċembru 2010
dwar il-mobilizz-azzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (applikazzjoni FEAG/2010/018 DE/Heidelberger Druckmaschinen mill-Ġermanja)
(2010/811/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1), u b’mod partikulari l-punt 28 tiegħu,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,
Wra li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) ġie stabbilit biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li spiċċaw issensjati b’konsegwenza ta' bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. |
|
(2) |
L-ambitu tal-FEAG twessa’ għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg b’riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. |
|
(3) |
Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun. |
|
(4) |
Il-Ġermanja ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEAG, fir-rigward ta' sensji fl-impriżi Heidelberger Druckmaschinen fis-27 ta' Mejju 2010 u ssupplimentatha b’informazzjoni addizzjonali sal-1 ta' Lulju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, ressqet proposta biex timmobilizza l-ammont ta' EUR 8 308 555. |
|
(5) |
L-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Ġermanja, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 8 308 555 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, il-15 ta’ Diċembru 2010.
Ghall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
O. CHASTEL
|
28.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/24 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Diċembru 2010
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/023 ES/Lear minn Spanja)
(2010/812/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 28 tiegħu,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) twaqqaf biex jipprovdi sostenn addizzjonali għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja b’riżultat ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjin minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol. |
|
(2) |
L-ambitu tal-EGF twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 ‘l quddiem biex jinkludi s-sostenn għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. |
|
(3) |
Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal- EGF sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun. |
|
(4) |
Spanja ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta’ sensji fl-intrapriża ta’ Lear, fit-23 ta’ Lulju 2010 u ssupplimentatha b’informazzjoni addizzjonali fl-10 ta’ Awwissu 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, tipproponi li jiġi mobilizzat l-ammont ta’ EUR 382 200. |
|
(5) |
Il-EGF għandu, għalhekk, jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa minn Spanja, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 382 200 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, il-15 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
O. CHASTEL