|
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.336.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
2010/787/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
2010/789/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2010/790/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2010/791/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2010/792/UE |
|
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2010 li testendi l-perjodu tranżitorju li jikkonċerna l-akkwist ta’ art agrikola fl-Ungerija ( 1 ) |
|
|
|
|
2010/793/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
LINJI GWIDA |
|
|
|
|
2010/794/UE |
|
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
21.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1225/2010
tat-13 ta’ Diċembru 2010
li jiffissa għall-2011 u l-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) jesiġi li jiġu stabbiliti miżuri li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-insegwiment sostenibbli tal-attivitajiet tas-sajd waqt li jitqiesu l-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi eżistenti u b’mod partikolari rapporti magħmulin mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). |
|
(3) |
Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jadotta miżuri dwar l-istabbiliment u l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd skont l-attività jew l-attivitajiet tas-sajd, inklużi ċerti kondizzjonijiet li huma funzjonalment marbutin magħhom, fejn adatt. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri b’mod li tkun żgurata lil kull Stat Membru l-istabbiltà relattiva f’attivitajiet tas-sajd għal kull stokk jew sajd u wara li jitqiesu kif imiss l-għanijiet tal-Politika Komuni dwar is-Sajd stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 2371/2002. |
|
(4) |
Il-qabdiet totali permissibbli (TACs) għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, billi jittieħed kont tal-aspetti bijoloġiċi u soċjo-ekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati, b’mod partikolari dawk tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akkwakultura tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali kkonċernati. |
|
(5) |
L-opportunitajiet tas-sajd għandhom ikunu f’konformità ma’ ftehimiet u prinċipji internazzjonali, bħall-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1995 dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni ta’ stokkijiet transżonali u stokkijiet ta’ ħut li jpassi ħafna (2), u mal-prinċipji dettaljati ta’ ġestjoni stabbiliti fil-Linji Gwida Internazzjonali tal-2008 għall-Ġestjoni tas-Sajd f’Baħar Fond fl-Ibħra Miftuħa tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Biedja tan-Nazzjonijiet Uniti, li skonthom, b’mod partikolari, regolatur għandu jkun aktar kawt meta l-informazzjoni ma tkunx ċerta, ma tkunx affidabbli jew ma tkunx adegwata. In-nuqqas ta’ informazzjoni xjentifika adegwata m’għandux jintuża bħala raġuni biex ikunu posposti jew jonqos li jittieħdu miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni. |
|
(6) |
Il-pariri xjentifiċi l-aktar riċenti mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) (3) u mill-STECF (4) jindikaw li l-biċċa l-kbira tal-istokkijiet tal-baħar fond jinqabdu b’mod mhux sostenibbli u li l-opportunitajiet tas-sajd għal dawk l-istokkijiet, biex tkun żgurata s-sostenibbiltà tagħhom, għandhom jitnaqqsu sakemm l-evoluzzjoni tad-daqsijiet tal-istokkijiet turi xejra pożittiva. L-ICES tat ukoll il-parir li m’għandu jkun permess ebda sajd dirett għall-orange roughy. |
|
(7) |
Dwar il-klieb il-baħar tal-baħar fond, l-ispeċijiet kummerċjali ewlenin huma meqjusin li tbattlu, u għalhekk m’għandux isir sajd dirett għalihom. Sakemm l-ammont ta’ qbid inċidentali li ma jistax ikun evitat ikun stabbilit permezz ta’ proġetti ta’ selettività u ta’ miżuri tekniċi oħra, ebda qbid inċidentali m’għandu jitħalla jinħatt l-art. |
|
(8) |
L-opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet tal-baħar fond, kif elenkati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta’ aċċess u kondizzjonijiet relattivi għas-sajd ta’ ħażniet tal-baħar fond (5), huma deċiżi abbażi ta’ darbtejn f’sena. Madankollu, issir eċċezzjoni għall-istokkijiet tal-arġentina u għas-sajd ewlieni għal-linarda, li għalihom l-opportunitajiet tas-sajd jiddependu mir-riżultat tan-negozjati annwali man-Norveġja. L-opportunitajiet tas-sajd għal dawk l-istokkijiet għalhekk huma stabbiliti f’regolament annwali rilevanti ieħor li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd. |
|
(9) |
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (6), għandhom jiġu identifikati l-istokkijiet li huma soġġetti għad-diversi miżuri msemmijin fih. |
|
(10) |
Sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, huwa importanti li dawn l-attivitajiet tas-sajd jinfetħu fl-1 ta’ Jannar 2011, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi għas-snin 2011 u 2012 l-opportunitajiet tas-sajd annwali disponibbli għall-bastimenti tal-UE għall-istokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond fl-ilmijiet tal-UE u f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
|
(a) |
“bastiment tal-UE” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni; |
|
(b) |
“ilmijiet tal-UE” tfisser l-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri bl-eċċezzjoni ta’ ilmijiet maġenb it-territorji msemmijin fl-Anness II għat-Trattat; |
|
(c) |
“qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser il-kwantità li tista’ tinqabad u tinħatt l-art minn kull stokk kull sena; |
|
(d) |
“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC li tkun allokata lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz; |
|
(e) |
“ilmijiet internazzjonali” tfisser ilmijiet li jaqgħu ‘l barra mis-sovranità u l-ġuriżdizzjoni ta’ kwalunkwe Stat. |
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet taż-żoni li ġejjin għandhom japplikaw:
|
(a) |
Iż-żoni tal-ICES huma dawk definiti fir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiċi ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (7); |
|
(b) |
Iż-żoni tas-CECAF (l-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant jew iż-żona ewlenija tas-sajd 34 tal-FAO) huma kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiċi ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu f’ċerti żoni li m’humiex fl-Atlantiku tat-Tramuntana (8). |
Artikolu 3
TACs u allokazzjonijiet
It-TACs għall-ispeċijiet tal-baħar fond li jinqabdu mill-bastimenti tal-UE fl-ilmijiet tal-UE u f’ċerti ilmijiet li mhumiex tal-UE, l-allokazzjoni ta’ TACs bħal dawn fost l-Istati Membri u l-kondizzjonijiet marbutin funzjonalment magħhom, fejn adatt, huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet
L-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri msemmija fl-Anness għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:
|
(a) |
bdil magħmul skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002; |
|
(b) |
tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmulin skont l-Artikolu 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal- 20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (9) jew skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (10); |
|
(c) |
ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96; |
|
(d) |
kwantitajiet miżmuma skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96; |
|
(e) |
tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
Artikolu 5
Relazzjoni mar-Regolament (KE) Nru 847/96
Għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 847/96, il-kwoti kollha fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala kwoti analitiċi.
Artikolu 6
Kondizzjonijiet għall-ħatt l-art tal-qbid u l-qbid inċidentali
Il-ħut minn stokkijiet li għalihom huma ffissati opportunitajiet tas-sajd b’dan ir-Regolament għandu jinżamm abbord jew jinħatt l-art biss jekk ikun inqabad minn bastimenti ta’ Stat Membru li jkollu kwota li ma tkunx eżawrita.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jkun japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
K. PEETERS
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(2) Ftehim dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni ta’ stokkijiet transżonali u stokkijiet ta’ ħut li jpassi ħafna (ĠU L 189, 3.7.1998, p. 16).
(3) Rapport tal-Kumitat Konsultattiv tal-ICES dwar stokkijiet imqassmin fil-wisa’ u dwar stokkijiet migratorji, ktieb 9, Ġunju 2010.
(4) Rapporti Xjentifiċi u Tekniċi taċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka, Analiżi mill-ġdid tal-parir xjentifiku għall-2011, il-parti 2, Lulju 2010.
(5) ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6.
(7) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70.
ANNESS
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għal żoni tal-ICES, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
PARTI 1
Definizzjoni tal-ispeċijiet u l-gruppi tal-ispeċijiet
|
1. |
Fil-lista li tinsab fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness, l-istokkijiet ta’ ħut jissemmew skont l-ordni alfabetiku tal-ismijiet bil-Latin tal-ispeċi. Madankollu, il-klieb il-baħar tal-baħar fond tqiegħdu fil-bidu ta’ dik il-lista. Hawn taħt tidher ukoll tabella ta’ korrispondenza tal-ismijiet komuni u tal-ismijiet bil-Latin għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
|
|
2. |
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “klieb il-baħar tal-baħar fond” tfisser il-lista ta’ speċijiet li ġejja:
|
PARTI 2
Opportunitajiet tas-sajd annwali applikabbli għall-bastimenti tal-UE f’żoni fejn jeżistu TACs skont l-ispeċi u skont iż-żona (f’tunnellati metriċi ta’ piż ħaj)
|
|
||||||||
|
Sena |
2011 (1) |
2012 |
|
||||||
|
Ġermanja |
0 |
0 |
|
||||||
|
Estonja |
0 |
0 |
|
||||||
|
Irlanda |
0 |
0 |
|
||||||
|
Spanja |
0 |
0 |
|
||||||
|
Franza |
0 |
0 |
|
||||||
|
Litwanja |
0 |
0 |
|
||||||
|
Polonja |
0 |
0 |
|
||||||
|
Portugall |
0 |
0 |
|
||||||
|
Renju Unit |
0 |
0 |
|
||||||
|
UE |
0 |
0 |
|
||||||
|
TAC |
0 |
0 |
|
||||||
|
|
||||||||
|
Sena |
2011 (2) |
2012 |
|
||||||
|
Portugall |
0 |
0 |
|
||||||
|
UE |
0 |
0 |
|
||||||
|
TAC |
0 |
0 |
|
||||||
|
|
||||||||
|
Sena |
2011 (3) |
2012 |
|
||||||
|
Irlanda |
0 |
0 |
|
||||||
|
Spanja |
0 |
0 |
|
||||||
|
Franza |
0 |
0 |
|
||||||
|
Renju Unit |
0 |
0 |
|
||||||
|
UE |
0 |
0 |
|
||||||
|
TAC |
0 |
0 |
|
||||||
|
|
||||||||
|
Sena |
2011 |
2012 |
|
||||||
|
Ġermanja |
4 |
3 |
|
||||||
|
Franza |
4 |
3 |
|
||||||
|
Renju Unit |
4 |
3 |
|
||||||
|
UE |
12 |
9 |
|
||||||
|
TAC |
12 |
9 |
|
||||||
|
|
||||||||
|
Sena |
2011 |
2012 |
|
||||||
|
Ġermanja |
27 |
25 |
|
||||||
|
Estonja |
13 |
12 |
|
||||||
|
Irlanda |
67 |
62 |
|
||||||
|
Spanja |
134 |
124 |
|
||||||
|
Franza |
1 884 |
1 743 |
|
||||||
|
Latvja |
88 |
81 |
|
||||||
|
Litwanja |
1 |
1 |
|
||||||
|
Polonja |
1 |
1 |
|
||||||
|
Renju Unit |
134 |
12 |
|
||||||
|
Oħrajn (4) |
7 |
6 |
|
||||||
|
UE |
2 356 |
2 179 |
|
||||||
|
TAC |
2 356 |
2 179 |
|
||||||
|
|
||||||||
|
Sena |
2011 |
2012 |
|
||||||
|
Spanja |
11 |
11 |
|
||||||
|
Franza |
26 |
26 |
|
||||||
|
Portugall |
3 311 |
3 311 |
|
||||||
|
UE |
3 348 |
3 348 |
|
||||||
|
TAC |
3 348 |
3 348 |
|
||||||
|
|
||||||||
|
Sena |
2011 |
2012 |
|
||||||
|
Portugall |
4 071 |
3 867 |
|
||||||
|
UE |
4 071 |
3 867 |
|
||||||
|
TAC |
4 071 |
3 867 |
|
||||||
|
|
||||||||
|
Sena |
2011 |
2012 |
|
||||||
|
Irlanda |
10 |
10 |
|
||||||
|
Spanja |
74 |
74 |
|
||||||
|
Franza |
20 |
20 |
|
||||||
|
Portugall |
214 |
214 |
|
||||||
|
Renju Unit |
10 |
10 |
|
||||||
|
UE |
328 |
328 |
|
||||||
|
TAC |
328 |
328 |
|
||||||
|
|
||||||||
|
Sena |
2011 |
2012 |
|
||||||
|
Danimarka |
2 |
1 |
|
||||||
|
Ġermanja |
2 |
1 |
|
||||||
|
Franza |
9 |
10 |
|
||||||
|
Renju Unit |
2 |
1 |
|
||||||
|
UE |
15 |
13 |
|
||||||
|
TAC |
15 |
13 |
|
||||||
|
|
||||||||
|
Sena |
2011 |
2012 |
|
||||||
|
Danimarka |
804 |
804 |
|
||||||
|
Ġermanja |
5 |
5 |
|
||||||
|
Svezja |
41 |
41 |
|
||||||
|
UE |
850 |
850 |
|
||||||
|
TAC |
850 |
850 |
|
||||||
|
|
||||||||
|
Sena |
2011 (6) |
2012 (6) |
|
||||||
|
Ġermanja |
5 |
5 |
|
||||||
|
Estonja |
43 |
38 |
|
||||||
|
Irlanda |
190 |
165 |
|
||||||
|
Spanja |
48 |
41 |
|
||||||
|
Franza |
2 409 |
2 096 |
|
||||||
|
Litwanja |
55 |
48 |
|
||||||
|
Polonja |
28 |
25 |
|
||||||
|
Renju Unit |
141 |
123 |
|
||||||
|
Oħrajn (7) |
5 |
5 |
|
||||||
|
UE |
2 924 |
2 546 |
|
||||||
|
TAC |
2 924 |
2 546 |
|
||||||
|
|
||||||||
|
Sena |
2011 (8) |
2012 (8) |
|
||||||
|
Ġermanja |
30 |
26 |
|
||||||
|
Irlanda |
6 |
6 |
|
||||||
|
Spanja |
3 286 |
2 857 |
|
||||||
|
Franza |
151 |
132 |
|
||||||
|
Latvja |
53 |
46 |
|
||||||
|
Litwanja |
6 |
6 |
|
||||||
|
Polonja |
1 028 |
894 |
|
||||||
|
Renju Unit |
13 |
12 |
|
||||||
|
UE |
4 573 |
3 979 |
|
||||||
|
TAC |
4 573 |
3 979 |
|
||||||
|
|
||||||||
|
Sena |
2011 |
2012 |
|
||||||
|
Irlanda |
0 |
0 |
|
||||||
|
Spanja |
0 |
0 |
|
||||||
|
Franza |
0 |
0 |
|
||||||
|
Renju Unit |
0 |
0 |
|
||||||
|
UE |
0 |
0 |
|
||||||
|
TAC |
0 |
0 |
|
||||||
|
|
||||||||
|
Sena |
2011 |
2012 |
|
||||||
|
Irlanda |
0 |
0 |
|
||||||
|
Spanja |
0 |
0 |
|
||||||
|
Franza |
0 |
0 |
|
||||||
|
Renju Unit |
0 |
0 |
|
||||||
|
Oħrajn |
0 |
0 |
|
||||||
|
UE |
0 |
0 |
|
||||||
|
TAC |
0 |
0 |
|
||||||
|
|
||||||||
|
Sena |
2011 |
2012 |
|
||||||
|
Irlanda |
0 |
0 |
|
||||||
|
Spanja |
0 |
0 |
|
||||||
|
Franza |
0 |
0 |
|
||||||
|
Portugall |
0 |
0 |
|
||||||
|
Renju Unit |
0 |
0 |
|
||||||
|
UE |
0 |
0 |
|
||||||
|
TAC |
0 |
0 |
|
||||||
|
|
||||||||
|
Sena |
2011 |
2012 |
|
||||||
|
Danimarka |
4 |
4 |
|
||||||
|
Ġermanja |
4 |
4 |
|
||||||
|
Irlanda |
4 |
4 |
|
||||||
|
Franza |
25 |
25 |
|
||||||
|
Renju Unit |
15 |
15 |
|
||||||
|
Oħrajn (9) |
4 |
4 |
|
||||||
|
UE |
56 |
56 |
|
||||||
|
TAC |
56 |
56 |
|
||||||
|
|
||||||||
|
Sena |
2011 |
2012 |
|
||||||
|
Danimarka |
4 |
3 |
|
||||||
|
Ġermanja |
2 |
2 |
|
||||||
|
Svezja |
4 |
3 |
|
||||||
|
UE |
10 |
8 |
|
||||||
|
TAC |
10 |
8 |
|
||||||
|
|
||||||||
|
Sena |
2011 (10) |
2012 (10) |
|
||||||
|
Irlanda |
6 |
6 |
|
||||||
|
Spanja |
172 |
172 |
|
||||||
|
Franza |
9 |
9 |
|
||||||
|
Renju Unit |
22 |
22 |
|
||||||
|
Oħrajn (11) |
6 |
6 |
|
||||||
|
UE |
215 |
215 |
|
||||||
|
TAC |
215 |
215 |
|
||||||
|
|
||||||||
|
Sena |
|
||||||||
|
Spanja |
614 |
614 |
|
||||||
|
Portugall |
166 |
166 |
|
||||||
|
UE |
780 |
780 |
|
||||||
|
TAC |
780 |
780 |
|
||||||
|
|
||||||||
|
Sena |
2011 |
2012 |
|
||||||
|
Spanja |
10 |
10 |
|
||||||
|
Portugall |
1 116 |
1 116 |
|
||||||
|
Renju Unit |
10 |
10 |
|
||||||
|
UE |
1 136 |
1 136 |
|
||||||
|
TAC |
1 136 |
1 136 |
|
||||||
|
|
||||||||
|
Sena |
2011 |
2012 |
|
||||||
|
Ġermanja |
9 |
9 |
|
||||||
|
Franza |
9 |
9 |
|
||||||
|
Renju Unit |
13 |
13 |
|
||||||
|
UE |
31 |
31 |
|
||||||
|
TAC |
31 |
31 |
|
||||||
|
|
||||||||
|
Sena |
2011 (14) |
2012 (14) |
|
||||||
|
Ġermanja |
10 |
10 |
|
||||||
|
Irlanda |
260 |
260 |
|
||||||
|
Spanja |
588 |
588 |
|
||||||
|
Franza |
356 |
356 |
|
||||||
|
Renju Unit |
814 |
814 |
|
||||||
|
UE |
2 028 |
2 028 |
|
||||||
|
TAC |
2 028 |
2 028 |
|
||||||
|
|
||||||||
|
Sena |
2011 (15) |
2012 (15) |
|
||||||
|
Spanja |
242 |
242 |
|
||||||
|
Franza |
15 |
15 |
|
||||||
|
Portugall |
10 |
10 |
|
||||||
|
UE |
267 |
267 |
|
||||||
|
TAC |
267 |
267 |
|
||||||
|
|
||||||||
|
Sena |
2011 |
2012 |
|
||||||
|
Franza |
9 |
9 |
|
||||||
|
Portugall |
36 |
36 |
|
||||||
|
Renju Unit |
9 |
9 |
|
||||||
|
UE |
54 |
54 |
|
||||||
|
TAC |
54 |
54 |
|
||||||
(1) Qabdiet inċidentali sa 3 % tal-kwoti tal-2009 huma permessi:
Bħala referenza: kwoti tal-2009
|
Ġermanja |
20 |
|
Estonja |
1 |
|
Irlanda |
55 |
|
Spanja |
93 |
|
Franza |
339 |
|
Litwanja |
1 |
|
Polonja |
1 |
|
Portugall |
127 |
|
Renju Unit |
187 |
(2) Massimu ta’ 8 % minn kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ VIII u IX.
Bħala referenza: kwoti tal-2009
|
Portugall |
10 |
(3) Qabdiet inċidentali biss. Mhux permess sajd dirett għal din il-kwota.
Bħala referenza: kwoti tal-2009
|
Irlanda |
1 |
|
Spanja |
17 |
|
Franza |
6 |
|
Renju Unit |
1 |
(4) Qabdiet inċidentali biss. Mhux permess sajd dirett għal din il-kwota.
(5) Ebda sajd dirett għar-roundnose grenadier m’għandu jsir fiż-żona tal-ICES IIIa sakemm isiru konsultazzjonijiet bejn l-UE u n-Norveġja
(6) Massimu ta’ 8 % minn kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ VIII, IX, X, XII u XIV.
(7) Qabdiet inċidentali biss. Mhux permess sajd dirett għal din il-kwota.
(8) Massimu ta’ 8 % minn kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ Vb, VI, VII.
(9) Qabdiet inċidentali biss. Mhux permess sajd dirett għal din il-kwota.
(10) Għandu jitħares daqs ta’ ħatt l-art minimu ta’ 35 ċm (tul totali). Madankollu 15 % tal-ħut li jinħatt l-art jista’ jkollu daqs minimu ta’ ħatt l-art ta’ mill-anqas 30 ċm (tul totali).
(11) Qabdiet inċidentali biss. Mhux permess sajd dirett għal din il-kwota.
(12) Għandu jitħares daqs ta’ ħatt l-art minimu ta’ 35 ċm (tul totali). Madankollu 15 % tal-ħut li jinħatt l-art jista’ jkollu daqs minimu ta’ ħatt l-art ta’ mill-anqas 30 ċm (tul totali).
(13) Massimu ta’ 8 % minn kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ VI, VII u VIII.
(14) Massimu ta’ 8 % minn kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ VIII u IX.
(15) Massimu ta’ 8 % minn kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ V, VI, VII.
|
21.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1226/2010
tal-20 ta’ Diċembru 2010
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, tortura jew trattamenti jew kastigi oħrajn krudili, disumani jew degradanti
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, tortura jew trattamenti jew kastigi oħrajn krudili, diżumani jew degradanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jelenka l-awtoritajiet kompetenti li għalihom huma attribwiti funzjonijiet speċifiċi marbuta mal-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Wara talba li saret mill-Estonja l-informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti fl-Estonja għandha tiġi emendata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru No 1236/2005 huwa b'dan emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 huwa emendat kif ġej:
L-informazzjoni fit-taqsima Estonja għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
|
“L-ESTONJA |
|
Eesti Välisministeerium |
|
Rahvusvaheliste organisatsioonide ja julgeolekupoliitika osakond |
|
Relvastus- ja strateegilise kauba kontrolli büroo |
|
Islandi väljak 1 |
|
15049 Tallinn |
|
Eesti |
|
Tel: +372 637 7200 |
|
Faks: +372 637 7288 |
|
E-mail: stratkom@mfa.ee” |
|
21.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1227/2010
tal-20 ta' Diċembru 2010
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1055/2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' kriterji tal-kwalità u rappurtar tal-kwalità għall-istatistiċi ta' bilanċ tal-pagamenti
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ tal-pagamenti, il-kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika tal-Komunità li tikkonċerna l-bilanċ tal-pagamenti, il-kummerċ internazzjonali f’servizzi u l-investiment dirett barrani. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1055/2008 (2) jistabbilixxi kriterji tal-kwalità komuni u l-perjodiċità tar-rapporti tal-kwalità għall-istatistiċi ta' bilanċ tal-pagamenti. |
|
(3) |
Il-kriterji tal-kwalità komuni u l-perjodiċità tar-rapporti tal-kwalità għall-istatistiċi ta' bilanċ tal-pagamenti għandhom bżonn ikunu adattati sabiex jirriflettu l-kriterji ta' kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament u tal-Kunsill (3) dwar l-istatistika Ewropea. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1055/2008 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Bilanċ tal-Pagamenti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1055/2008 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej: “L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-rapporti tagħhom tal-kwalità sa mhux aktar tard il-31 ta' Mejju ta' kull sena.” |
|
2. |
L-Anness jinbidel bl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
1. Introduzzjoni
Ir-rapport tal-kwalità għandu jinkludi kemm indikaturi kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi tal-kwalità. Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tipprovdi r-riżultati tal-indikaturi kwantitattivi għal kull Stat Membru, ikkalkulati fuq il-bażi tad-dejta pprovduta. L-Istati Membri għandhom jinterpretaw u jikkummentaw dwarhom fid-dawl tal-metodoloġija tal-ġabra tagħhom.
2. L-iskeda
|
— |
Kull sena, sa tmiem l-ewwel kwart tas-sena, il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tipprovdi lill-Istati Membri b’abbozzi ta' dokumenti għar-rapporti tal-kwalità, ibbażati fuq dejta li ntbagħtet is-sena preċedenti, li diġà jinkludu, parzjalment, il-biċċa l-kbira tal-indikaturi kwantitattivi u informazzjoni oħra disponibbli lill-Kummissjoni (lil-Eurostat). |
|
— |
Kull sena, fi żmien xahrejn minn meta jasal ir-rapport ta' kwalità mimli minn qabel u mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bir-rapport ta' kwalità lest. |
3. Il-kriterji ta' kwalità
Ir-rapport ta' kwalità għandhu jkun fih indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi li jkopru l-kriterji kollha ta' kwalità definiti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.
|
21.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/17 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1228/2010
tal-15 ta' Diċembru 2010
li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Unjoni Ewropea;
Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffi u nomenklatura dwar statistika u t-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa n-Nomeklatura Maqgħuda (“NM”) biex jissodisfa r-rekwiżiti tat-Tariffa Doganali Komuni, l-istatistiki tal-kummerċ estern tal-Unjoni, u politiki oħra tal-Unjoni li jirrigwardaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-oġġetti. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' eżenzjonijiet mid-dazju doganali (2) japplika għall-każijiet fejn it-tassazzjoni mhix iġġustifikata. |
|
(3) |
F’ċerti ċirkostanzi, tiġi kkunsidrata n-natura speċjali ta' xi wħud mill-movimenti tal-oġġetti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1186/2009, jidher xieraq li jitnaqqas l-oneru amministrattiv meta wieħed jiddikjara tali movimenti, billi jiġi assenjat lilhom kodiċi NM speċifiku. Huwa l-każ, b’mod partikolari, meta l-klassifikazzjoni ta' kull tip ta' oġġetti f’moviment għall-fini tal-mili tad-dikjarazzjoni doganali timplika xogħol u spiża sproporzjonata għall-interessi inkwistjoni. |
|
(4) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 113/2010 tad-9 ta' Frar 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-kopertura kummerċjali, id-definizzjoni tad-dejta, il-kompilazzjoni tal-istatistika dwar il-kummerċ skont il-karatteristiċi tan-negozju u skont il-munita tal-fatturat, u movimenti jew oġġetti speċifiċi (3) u (KE) Nru 1982/2004 tat-18 ta' Novembru 2004 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 638/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità rigward il-kummerċ ta' merkanzija bejn l-Istati Membri u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1901/2000 u (KEE) Nru 3590/92 (4) jippermettu lill-Istati Membri li jużaw sistema ta' kodifikazzjoni għal ċerti oġġetti fl-istatistiċi esterni u interni tal-UE. |
|
(5) |
Dawk ir-regolamenti jipprovdu għal kodiċijiet ta' oġġetti speċifika li għandu jiġi użat f’kundizzjonijiet speċjali. Għal raġunijiet ta' trasparenza kif ukoll għal finijiet ta' informazzjoni, tali kodiċijiet għandhom jissemmew fin-NM. |
|
(6) |
Għal dawn ir-raġunijiet, huwa xieraq li l-Kapitolu 99 jiddaħħal inserit fin-NM. |
|
(7) |
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fis-Sommarju, it-Tieni Parti, Taqsima XXI, Kapitolu 99, il-frażi “(Irriżervat għal użi speċjali determinati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità)” hija ssostitwita bis-segwenti: “Kodiċi Speċjali tan-Nomenklatura Magħquda”. |
|
(2) |
Fit-Tieni Parti, Taqsima XXI, bejn l-aħħar tal-Kapitolu 98 u t-“Tielet Parti”, qed jiddaħħal il-“Kapitolu 99” li ġej: “ KAPITOLU 99 KODIĊI SPEĊJALI TAN-NOMENKLATURA MAGĦQUDA Subkapitolu I Kodiċijiet ta’ Nomenklatura Magħquda għal ċerti movimenti speċifiċi ta’ oġġetti (importazzjoni jew esportazzjoni) Noti addizzjonali:
Subkapitolu II Kodiċijiet ta’ Nomenklatura Magħquda għal ċerti movimenti speċifiċi ta’ merkanzija Noti addizzjonali:
|
(1) Fl-istadju tal-importazzjoni, l-inklużjoni taħt din is-subintestatura u l-eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni għandha tiġi suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1186/2009.
|
21.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1229/2010
tal-20 ta’ Diċembru 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Diċembru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AL |
71,2 |
|
EG |
88,4 |
|
|
MA |
47,9 |
|
|
TR |
114,5 |
|
|
ZZ |
80,5 |
|
|
0707 00 05 |
EG |
140,2 |
|
JO |
158,2 |
|
|
TR |
78,6 |
|
|
ZZ |
125,7 |
|
|
0709 90 70 |
MA |
79,0 |
|
TR |
95,8 |
|
|
ZZ |
87,4 |
|
|
0805 10 20 |
AR |
43,0 |
|
BR |
41,5 |
|
|
MA |
65,0 |
|
|
PE |
58,9 |
|
|
TR |
55,8 |
|
|
UY |
48,7 |
|
|
ZA |
44,7 |
|
|
ZZ |
51,1 |
|
|
0805 20 10 |
MA |
68,3 |
|
ZZ |
68,3 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
HR |
61,3 |
|
IL |
71,6 |
|
|
TR |
70,0 |
|
|
ZZ |
67,6 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
49,2 |
|
TR |
51,4 |
|
|
UY |
49,2 |
|
|
ZZ |
49,9 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
74,9 |
|
CA |
110,7 |
|
|
CL |
84,2 |
|
|
CN |
83,7 |
|
|
MK |
29,3 |
|
|
NZ |
74,9 |
|
|
US |
110,7 |
|
|
ZA |
124,1 |
|
|
ZZ |
86,6 |
|
|
0808 20 50 |
CN |
76,6 |
|
US |
86,2 |
|
|
ZZ |
81,4 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
21.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1230/2010
tal-20 ta’ Diċembru 2010
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 1184/2010 (4). |
|
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Diċembru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-21 ta’ Diċembru 2010
|
(EUR) |
||
|
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
|
1701 11 10 (1) |
64,20 |
0,00 |
|
1701 11 90 (1) |
64,20 |
0,00 |
|
1701 12 10 (1) |
64,20 |
0,00 |
|
1701 12 90 (1) |
64,20 |
0,00 |
|
1701 91 00 (2) |
59,68 |
0,00 |
|
1701 99 10 (2) |
59,68 |
0,00 |
|
1701 99 90 (2) |
59,68 |
0,00 |
|
1702 90 95 (3) |
0,60 |
0,17 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
DEĊIŻJONIJIET
|
21.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-10 ta' Diċembru 2010
dwar Għajnuna mill-Istat biex jiġi ffaċilitat l-għeluq ta' minjieri tal-faħam li mhumiex kompettitivi
(2010/787/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod l-punt (e) tal-Artikolu 107(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1407/2002 tat-23 ta’ Lulju 2002 dwar għajnuna mill-Istat lill-industrija tal-faħam (2) jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2010. |
|
(2) |
Il-kontribut żgħir tal-faħam issussidjat għat-taħlita globali tal-enerġija ma għadux jiġġustifika ż-żamma ta' dawn is-sussidji sabiex tkun żgurata l-provvista tal-enerġija fl-Unjoni. |
|
(3) |
Il-politika tal-Unjoni li tinkoraġġixxi sorsi tal-enerġija rinnovabbli u ekonomija sostenibbli u sigura b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju ma tiġġustifikawx l-appoġġ indefinit tal-minjieri tal-faħam li mhumiex kompetittivi. Il-kategoriji ta' għajnuna permessi bir-Regolament (KE) Nru 1407/2002 għalhekk ma għandhomx jitkomplew indefinittivament. |
|
(4) |
Madanakollu, fin-nuqqas ta' regoli speċifiċi għas-settur tal-Għajnuna mill-Istat, japplikaw biss ir-regoli ġenerali dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-faħam. F'dan il-kuntest, il-minjieri tal-faħam li mhumiex kompetittivi u li attwalment qegħdin jibbenefikaw minn għajnuna skont ir-Regolament (KE) Nru 1407/2002, jistgħu ma jibqgħux eliġibbli għall-għajnuna u jistgħu jkunu mġiegħla jagħlqu. |
|
(5) |
Mingħajr preġudizzju għar-regoli ġenerali dwar l-Għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jieħdu miżuri biex itaffu l-konsegwenzi soċjali u reġjonali tal-għeluq ta' dawk il-minjieri, jiġifieri l-istralċ ordnat tal-attivitajiet fil-kuntest ta' pjan irrivokabbli ta' għeluq u/jew il-finanzjament tal-ispejjeż eċċezzjonali, b'mod partikolari r-responsabbiltajiet li jintirtu. |
|
(6) |
Din id-Deċiżjoni timmarka t-transizzjoni għas-settur tal-faħam, mill-applikazzjoni ta’ regoli speċifiċi għas-settur għall-applikazzjoni ta’ regoli ġenerali ta' Għajnuna mill-Istat li huma applikabbli għas-setturi kollha. |
|
(7) |
Sabiex jitnaqqsu għal minimu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern li jirriżultaw mill-għajnuna u sabiex jiġi nkoraġġit l-għeluq tal-minjieri tal-faħam li mhumiex kompetittivi, din l-għajnuna għandha tkun digressiva u strettament limitata għall-unitajiet ta' produzzjoni tal-faħam li huma ppjanati rrivokabbilment għall-għeluq. |
|
(8) |
Sabiex jittaffa l-impatt ambjentali mill-produzzjoni tal-faħam mill-unitajiet ta’ produzzjoni tal-faħam li lilhom tingħata għajnuna għall-għeluq, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjan ta' miżuri adatti, pereżempju fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, l-enerġija rinnovabbli jew il-qbid u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju. |
|
(9) |
L-intrapriżi għandhom ikunu eliġibbli għal għajnuna biex jiġu koperti l-ispejjeż li, f'konformità mal-prattiki normali tal-kontabbiltà, ma jaffettwawx direttament l-ispejjeż tal-produzzjoni. Din l-għajnuna hija maħsuba biex tkopri spejjeż eċċezzjonali li jirriżultaw mill-għeluq tal-unitajiet ta' produzzjoni tal-faħam tagħhom. Sabiex ikun evitat li din l-għajnuna tkun ta' benefiċċju għal intrapriżi li ma ħaqqhomx u li jagħlqu biss xi wħud mis-siti ta' produzzjoni tagħhom, l-intrapriżi kkonċernati għandhom iżommu kontijiet separati għal kull wieħed mill-unitajiet ta' produzzjoni tagħhom. |
|
(10) |
Fit-twettiq tal-kompitu tagħha taħt din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kondizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni jiġu stabbiliti, miżmuma u segwiti. Fir-rigward, aktar speċifikament, għas-suq tal-elettriku, għajnuna lill-industrija tal-faħam ma għandhiex tkun tali li taffettwa lilll-produtturi tal-elettriku fl-għażla tas-sorsi ta' provvista primarja tal-enerġija. Konsegwentament, il-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-faħam għandhom ikunu maqbula liberament bejn il-partijiet kontraenti fid-dawl tal-kondizzjonijiet prevalenti fis-suq dinji. |
|
(11) |
L-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni m’għandiex teskludix li l-għajnuna għall-industrija tal-faħam tista' tinsab kompatibbli mas-suq intern għal raġunijiet oħra. F'dan il-kuntest, regoli speċifiċi oħrajn, b'mod partikolari dawk dwar l-għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, l-għajnuna għall-protezzjoni ambjentali u l-għajnuna għall-attivitajiet ta' taħriġ, jibqgħu japplikaw fil-limiti tal-intensitajiet massimi tal-għajnuna, dment li ma jkunx previst mod ieħor. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-miżuri nnotifikati abbażi ta’ din id-Deċiżjoni u tieħu d-deċiżjonijiet f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (3). |
|
(13) |
Biex jiġi evitat kwalunkwe nuqqas ta' kontinwità bejn il-miżuri previsti fir-Regolament (KE) Nru 1407/2002 u l-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2011, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
KAPITOLU 1
DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“faħam” tfisser faħam fil-kategoriji A u B ta' grad għoli, grad medju u grad baxx fit-tifsira tas-sistema ta' kodifikazzjoni internazzjonali għall-faħam stabbilita mill-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (4); |
|
(b) |
“għeluq” tfisser il-waqfien permanenti tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-faħam; |
|
(c) |
“pjan ta' għeluq” tfisser pjan imfassal minn Stat Membru li jipprevedi miżuri li jilħqu l-qofol tagħhom fl-għeluq definittiv ta’ unitajiet ta' produzzjoni tal-faħam; |
|
(d) |
“unità ta' produzzjoni tal-faħam” tfisser sit tal-faħam taħt l-art jew fil-miftuħ u infrastrutturi relatati li kapaċi jipproduċu faħam mhux maħdum indipendentament minn partijiet oħra tal-intrapriża; |
|
(e) |
“sena tal-faħam” tfisser sena kalendarja jew perijodu ieħor ta' 12-il xahar użat bħala referenza għal kuntratti fl-industrija tal-faħam; |
|
(f) |
“spejjeż tal-produzzjoni” tfisser spejjeż totali relatati mal-produzzjoni attwali, inklużi operazzjonijiet ta' tħaffir, operazzjonijiet għat-tlestija tal-faħam, b'mod partikolari il-ħasil, l-għażla skont id-daqs u l-kwalità, u t-trasport lejn il-post fejn ser jintuża, deprezzament normali u imposti ta' mgħax ibbażat fuq is-suq fuq kapital misluf; |
|
(g) |
“telf attwali mill-produzzjoni” tfisser id-differenza pożittiva bejn l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-faħam u l-prezz tal-bejgħ fil-punt fejn ser jintuża maqbula liberament bejn il-partijiet kontraenti fid-dawl tal-kondizzjonijiet prevalenti fis-suq dinji. |
KAPITOLU II
KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA
Artikolu 2
Prinċipju
1. Fil-kuntest tal-għeluq ta’ minjieri li mhumiex kompetittivi, l-għajnuna għall-industrija tal-faħam tista' tkun ikkunsidrata kompatibbli mal-funzjonament adatt tas-suq intern jekk tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni.
2. L-għajnuna għandha tkopri biss spejjeż b'rabta mal-faħam għall-produzzjoni tal-elettriku, il-produzzjoni tas-sħana u l-elettriku flimkien, il-produzzjoni tal-kokk u l-karburazzjoni tal-kalkari tal-blast fl-industrija tal-azzar, fejn tali użu jseħħ fl-Unjoni.
Artikolu 3
Għajnuna għall-għeluq
1. L-għajnuna għal xi intrapriża maħsuba speċifikament biex tkopri t-telf attwali mill-produzzjoni tal-unitajiet ta' produzzjoni tal-faħam tista’ titqies kompatibbli biss mas-suq intern jekk tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-operazzjoni tal-unitajiet ta' produzzjoni kkonċernati trid tkun tagħmel parti minn pjan ta’ għeluq li l-iskadenza tiegħu ma taqbiżx il-31 ta’ Diċembru 2018; |
|
(b) |
l-unitajiet ta' produzzjoni tal-faħam ikkonċernati jridu jingħalqu definittivament f'konformità mal-pjan ta' għeluq; |
|
(c) |
l-għajnuna nnotifikata ma għandhiex teċċedi d-differenza bejn l-ispejjeż prevedibbli ta' produzzjoni u d-dħul prevedibbli għas-sena tal-faħam. L-għajnuna mħallsa effettivament trid tkun soġġetta għal korrezzjoni annwali, ibbażata fuq l-ispejjeż u d-dħul effettivi, sa mhux iktar tard minn tmiem is-sena ta' produzzjoni tal-faħam wara is-sena li fiha tkun ingħatat l-għajnuna; |
|
(d) |
l-ammont ta’ għajnuna ekwivalenti għal kull tunnellata ta’ faħam ma tridx twassal biex il-prezzijiet tal-faħam tal-Unjoni fil-punt fejn ser jintuża jkunu orħos minn dawk ta’ faħam ta’ kwalità simili minn pajjiżi terzi; |
|
(e) |
l-unitajiet ta’ produzzjoni tal-faħam ikkonċernati għandhom ikunu ilhom attivi mill-31 ta' Diċembru 2009; |
|
(f) |
l-ammont globali tal-għajnuna għall-għeluq mogħtija minn Stat Membru għandu jsegwi xejra ‘l isfel: sa tmiem l-2013 it-tnaqqis m’għandux ikun anqas minn 25 %, sa tmiem l-2015 mhux anqas minnanqas 40 %, sa tmiem l-2016 mhux anqas minn 60 % u sa tmiem l-2017 mhux anqas minn 75 % tal-għajnuna mogħtija fl-2011; |
|
(g) |
l-ammont totali tal-għajnuna għall-għeluq għall-industrija tal-faħam ta' Stat Membru ma għandux jeċċedi, fi kwalunkwe sena wara l-2010, l-ammont ta' għajnuna mogħtija minn dak l-Istat Membru u awtorizzata mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002 għas-sena 2010. |
|
(h) |
l-Istati Membri għandhom jipprovdu pjan biex jieħdu miżuri bil-għan li jittaffa l-impatt ambjentali tal-unitajiet ta’ produzzjoni tal-faħam lil lilhom tingħata għajnuna skont dan l-Artikolu, pereżempju fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, l-enerġija rinnovabbli jew il-qbid u ħżin tad-diossidu tal-karbonju. |
2. L-inklużjoni ta’ miżuri li jikkostitwixxu Għajnuna tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat fi pjan kif imsemmi fil-punt (h) tal-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għan-notifika u l-obbligazzjonijiet ta' waqfa imposti fuq l-Istati Membri fir-rigward ta' tali miżuri mill-Artikolu 108(3) tat-Trattat, u għall-kompatibiltà ta' tali miżuri mas-suq intern.
3. Jekk l-unitajiet ta' produzzjoni tal-faħam li qegħdin jingħataw l-għajnuna skont il-paragrafu 1 ma jingħalqux fid-data stabbilita fil-pjani ta' għeluq kif awtorizzati mill-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirkupra l-għajnuna kollha mogħtija fir-rigward tal-perijodu kollu kopert mill-pjan ta' għeluq.
Artikolu 4
Għajnuna li tkopri spejjeż eċċezzjonali
1. Għajnuna mill-Istat mogħtija lil intrapriżi li jwettqu jew li wettqu xi attività marbuta mal-produzzjoni tal-faħam sabiex ikunu jistgħu jkopru l-ispejjeż li jirriżultaw minn jew li rriżultaw mill-għeluq ta’ unitajiet ta' produzzjoni tal-faħam u li mhumiex relatati mal-produzzjoni attwali, tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern dment li l-ammont imħallas ma jeċċedix dawn l-ispejjeż. Din l-għajnuna tista' tintuża biex tkopri:
|
(a) |
l-ispejjeż imġarrba u l-provvedimenti għall-ispejjeż magħmula biss minn intrapriżi li qed jagħlqu jew li għalqu unitajiet ta' produzzjoni tal-faħam, inklużi l-intrapriżi li jibbenefikaw minn għajnuna għall-għeluq; |
|
(b) |
l-ispejjeż imġarrba għadd ta' intrapriżi. |
2. Il-kategoriji ta' spejjeż koperti mill-paragrafu 1 huma definiti fl-Anness. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal spejjeż li jirriżultaw minn nuqqas ta' konformità mar-regolamenti ambjentali.
Artikolu 5
Kumulazzjoni
1. L-ammont massimu ta' għajnuna awtorizzata skont din id-Deċiżjoni għandu japplika irrispettivament minn jekk l-għajnuna tkunx iffinanzjata kompletament mill-Istati Membri jew jekk tkun parzjalment finanzjata mill-Unjoni.
2. Għajnuna awtorizzata skont din id-Deċiżjoni ma għandhiex tingħaqqad ma’ Għajnuna oħra mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat jew ma’ forom oħrajn ta' finanzjament tal-Unjoni għall-istess spejjeż eliġibbli jekk din id-duplikazzjoni tirriżulta f'ammont ta' għajnuna ogħla minn dak awtorizzat skont din id-Deċiżjoni.
Artikolu 6
Separazzjoni tal-kontijiet
Kull għajnuna li jirċievu l-intrapriżi għandha tintwera fil-kontijiet ta’ qligħ u telf bħala entrata separata ta’ dħul distinta mill-fatturat. Fejn l-intrapriżi jibbenefikaw minn għajnuna skont din id-Deċiżjoni jkomplu jinnegozjaw jew joperaw wara l-għeluq ta' xi wħud mill-unitajiet ta' produzzjoni tal-faħam tagħhom jew kollha kemm huma, huma għandhom iżommu kontijiet preċiżi u separati għal kull waħda mill-unitajiet ta' produzzjoni tal-faħam tagħhom u għal attivitajiet ekonomiċi oħrajn li mhumiex relatati mal-minjieri tal-faħam. L-għajnuna mogħtija skont din id-Deċiżjoni għandha tkun amministrata b'tali mod li ma jkun hemm l-ebda possibiltà li tkun trasferita għal unitajiet oħra ta' produzzjoni tal-faħam li ma jkunux parti mill-pjan ta' għeluq jew għal attivitajiet ekonomiċi oħrajn tal-istess intrapriża.
KAPITOLU 3
PROĊEDURI
Artikolu 7
Informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri
1. Minbarra r-Regolament (KE), l-għajnuna kif imsemmija f'din id-Deċiżjoni għandha tkun soġġetta għar-regoli speċjali stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6.
2. Stati Membri li jkollhom l-intenzjoni li jagħtu għajnuna għall-għeluq kif imsemmija fl-Artikolu 3 għandhom jinnotifikaw pjan ta' għeluq għall-unitajiet ta' produzzjoni tal-faħam ikkonċernati lill-Kummissjoni. Il-pjan għandu jkun fih tal-inqas dan li ġej:
|
(a) |
l-identifikazzjoni tal-unitajiet ta' produzzjoni tal-faħam, |
|
(b) |
l-ispejjeż effettivi jew stmati tal-produzzjoni għal kull unità ta' produzzjoni tal-faħam għal kull sena tal-faħam; |
|
(c) |
il-produzzjoni stmata tal-faħam, għal kull sena tal-faħam, tal-unitajiet ta' produzzjoni tal-faħam li jkunu s-suġġett ta' pjan ta’ għeluq; |
|
(d) |
l-ammont stmat ta' għajnuna għall-għeluq għall kull sena tal-faħam. |
3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw kwalunkwe emenda għall-pjan ta' għeluq lill-Kummissjoni.
4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-għajnuna kollha li għandhom l-intenzjoni li jagħtu lill-industrija tal-faħam skont din id-Deċiżjoni matul is-sena tal-faħam. Huma għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni d-dettalji kollha relevanti għall-kalkolu tal-ispejjeż tal-produzzjoni prevedibbli flimkien mar-relazzjoni tagħhom mal-pjani ta' għeluq li jkun ġew innotifikat lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2.
5. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-ammont, u dwar il-kalkoli tal-għajnuna imħallsa effettivament matul is-sena tal-faħam, sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tas-sena in kwistjoni. Fejn issir kwalunkwe korrezzjoni għall-ammonti oriġinarjament imħallsa matul sena tal-faħam partikolari, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni qabel it-tmiem tas-sena tal-faħam segwenti.
6. Meta jinnotifikaw l-għajnuna kif imsemmi fl-Artikoli 3 u 4 u meta jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-għajnuna mħallsa effettivament, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-Kummissjoni tivverifika li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni jiġu segwiti.
KAPITOLU 4
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 8
Miżuri implimentattivi
Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Hija tista', fil-limiti stabbiliti minn din id-Deċiżjoni, tistabbilixxi qafas konġunt għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2011.
Hija għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2027.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
V. VAN QUICKENBORNE
(1) Opinjoni tat-23 ta’ Novembru 2010 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Sistema internazzjonali għall-kodifikazzjoni tal-faħam ta' grad medju u għoli (1998), Klassifikazzjoni internazzjonali tal-faħam fis-saff (1998) u Sistema internazzjonali tal-kodifikazzjoni ta' faħam ta' grad baxx (1999).
ANNESS
DEFINIZZJONI TAL-ISPEJJEŻ IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4
1. Spejjeż imġarrba u dispożizzjonijiet għall-ispejjeż magħmula biss minn intrapriżi li għalqu jew qegħdin jagħlqu l-unitajiet ta' produzzjoni.
Il-kategoriji ta' spejjeż li ġejjin esklussivament, u biss jekk jirriżultaw mill-għeluq ta' unitajiet ta' produzzjoni tal-faħam:
|
(a) |
l-ispiża tal-ħlas ta' benefiċċji soċjali li tirriżulta mill-fatt li ħaddiema qegħdin jirċievu pensjoni qabel ma jilħqu l-età statutorja tal-pensjoni; |
|
(b) |
infiq ieħor eċċezzjonali fuq ħaddiema li tilfu jew li jitilfu xogħlhom; |
|
(c) |
il-ħlas ta' pensjonijiet u allowances barra mis-sistema statutorja lil ħaddiema li tilfu jew li jitilfu xogħlhom u lil ħaddiema bid-dritt għal dawn il-ħlasijiet qabel l-għeluq; |
|
(d) |
l-ispiża koperta mill-intrapriżi biex il-ħaddiema jerġgħu jaddattaw irwieħhom u b’hekk jiġu megħjuna jsibu xogħlijiet ġodda barra mill-industrija tal-faħam, speċjalment l-ispejjeż għat-taħriġ; |
|
(e) |
il-provvista ta' faħam mingħajr ħlas lil ħaddiema li tilfu jew li jitilfu xogħlhom u lil ħaddiema bid-dritt għal tali provvista qabel l-għeluq, jew il-valur monetarju ekwivalenti; |
|
(f) |
l-ispejjeż residwi li jirriżultaw min dispożizzjonijiet amministrattivi, legali jew fiskali li huma speċifiċi għall-industrija tal-faħam; |
|
(g) |
ix-xogħol addizzjonali għas-sigurtà taħt l-art li jirriżulta mill-għeluq tal-unitajiet ta' produzzjoni tal-faħam; |
|
(h) |
id-dannu kkawżat mill-minjieri, bil-kondizzjoni li dan kien ikkawżat mill-unitajiet ta' produzzjoni tal-faħam soġġetti li ġew magħluqa jew li qiegħdin jiġu magħluqa; |
|
(i) |
l-ispejjeż kollha ġustifikati b'mod debitu relatati mar-riabilitazzjoni ta' dawk li qabel kienu siti tal-minjieri, inklużi:
|
|
(j) |
l-ispejjeż residwi li jkopru l-assigurazzjoni tas-saħħa ta' dawk li qabel kienu ħaddiema tal-minjieri; |
|
(k) |
l-ispejjeż relatati mal-kanċellazzjoni jew il-modifika ta' kuntratti li jkunu għadhom għaddejjin (għal valur massimu ta' 6 xhur produzzjoni); |
|
(l) |
id-deprezzament intrinsiku eċċezzjonali dment li jirriżulta mill-għeluq tal-unitajiet ta' produzzjoni; |
|
(m) |
l-ispejjeż għar-rikultivazzjoni tal-uċuħ tal-art. |
Iż-żieda fil-valur tal-art għandha titnaqqas mill-ispejjeż eliġibbli għall-kategoriji ta’ spejjeż imsemmija fil-punti (g), (h), (i) u (m).
2. Spejjeż imġarrba u dispożizzjonijiet għall-ispejjeż magħmula minn bosta intrapriżi
Il-kategoriji ta’ spejjeż li ġejjin esklussivament:
|
(a) |
żieda fil-kontribuzzjonijiet, barra mis-sistema statutorja, sabiex jiġu koperti l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali bħala riżultat tat-tnaqqis fin-numru ta' kontributuri, wara l-għeluq tal-unitajiet ta' produzzjoni tal-faħam; |
|
(b) |
l-infiq li tirriżulta mill-għeluq tal-unitajiet ta' produzzjoni tal-faħam, fuq il-provvista tal-ilma u t-tneħħija tal-ilma mormi; |
|
(c) |
iż-żieda fil-kontribuzzjonijiet lill-korpi responsabbli għall-provvista tal-ilma u t-tneħħija tal-ilma mormi, dment li din iż-żieda tkun tirriżulta minn tnaqqis, wara l-għeluq tal-unitajiet ta' produzzjoni tal-faħam, fil-produzzjoni tal-faħam soġġetta għal imposta. |
|
21.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/788/PESK
tal-20 ta’ Diċembru 2010
dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-14 ta' Mejju 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1) wara l-adozzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fil-31 ta' Marzu 2008 tar-Riżoluzzjoni 1807 (2008) (“UNSCR 1807 (2008)”). |
|
(2) |
Fl-1 ta' Diċembru 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1533 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNSCR 1533 (2004)”) emenda l-lista ta' persuni u entitajiet li kienu soġġetti għal miżuri restrittivi. |
|
(3) |
Il-proċedura biex jiġi emendat l-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha tinkludi l-għoti, lill-persuni u l-entitajiet magħżula, tar-raġunijiet għall-elenkar sabiex tingħatalhom l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet. Fejn jintbagħtu osservazzjonijiet jew tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jerġa’ jeżamina d-deċiżjoni tiegħu fid-dawl ta' dawk l-osservazzjonijiet u jinforma lill-persuna jew l-entità kkonċernata kif meħtieġ. |
|
(4) |
Din id-Deċiżjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u notevolment id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, id-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi applikata f'konformità ma' dawk id-drittijiet u prinċipji. |
|
(5) |
Din id-Deċiżjoni tirrispetta bis-sħiħ ukoll l-obbligi tal-Istati Membri skont il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u n-natura legalment vinkolanti tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà. |
|
(6) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK għandha għalhekk titħassar u tiġi sostitwita b’din id-Deċiżjoni. |
|
(7) |
Il-miżuri implimentattivi tal-Unjoni huma mniżżla fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 889/2005 tat-13 ta' Ġunju 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (2) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta' Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ristrettivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (3), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u kwalunkwe materjal relatat ta' kull tip, direttament jew indirettament, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta' rikambju għal dak imsemmi qabel lill-entitajiet kollha mhux governattivi u lill-individwi li joperaw fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) minn ċittadini ta' Stati Membri jew mit-territorji ta' Stati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru li jużaw il-bandiera tagħhom, għandhom ikunu pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom kif ukoll jekk le.
2. Għandu wkoll ikun ipprojbit li:
|
(a) |
jingħataw, jinbiegħu, isir forniment jew trasferiment ta' għajnuna teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn relatati ma' attivitajiet militari u mal-provvista, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u partijiet ta' rikambju għal dak imsemmi qabel, direttament jew indirettament lill-entitajiet kollha mhux governattivi u lill-individwi kollha li joperaw fit territorju tar-RDK; |
|
(b) |
jingħata finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatata ma' attivitajiet militari, inkluż b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu fuq l-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi jew materjal relatat, jew għal kwalunkwe għotja, bejgħ, provvista, jew trasferiment ta' għajnuna teknika relatata, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn, direttament jew indirettament lill-entitajiet mhux governattivi u l-individwi kollha li joperaw fit-territorju tar-RDK. |
Artikolu 2
1. L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal:
|
(a) |
il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u kwalunkwe materiel relatat jew l-għoti ta' għajnuna teknika, servizzi ta' senserija finanzjarja u servizzi oħrajn relatati mal-armi u materjal relatat maħsubin biss għas-sostenn ta' jew l-użu mill-Missjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-RDK (MONUC); |
|
(b) |
il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' lbies protettiv, inklużi ġkieket rinfurzati u elmi militari, esportati temporanjament lejn ir-RDK minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, rappreżentanti tal-mezzi tax-xandir u ħaddiema umanitarji u fil-qasam tal-iżvilupp u persunal assoċjat, għall-użu personali tagħhom biss; |
|
(c) |
il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' tagħmir militari non-letali maħsub biss għall-użu umanitarju jew protettiv, jew l-għoti ta' għajnuna u taħriġ tekniku, relatati ma' tali tagħmir non-letali. |
2. Il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u ta' kwalunkwe materjal relatat jew l-għoti ta' servizzi jew għajnuna u taħriġ tekniku msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
3. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont il-UNSCR 1533 (2004) (Kumitat tas-Sanzjonijiet) notifika minn qabel ta' kull kunsinna ta' armi u materjal relatat għar-RDK, jew b’kwalunkwe għoti ta' għajnuna teknika, finanzjarja, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn relatati ma' attivitajiet militari fir-RDK, minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafi 1 (a) u (b). Tali notifika għandu jkun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż, fejn xieraq, l-utent aħħari, id-data proposta għall-kunsinna u l-itinerarju ta' kunsinni bil-baħar.
4. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kunsinni taħt il-paragrafu 1 fuq bażi ta' każ b’każ, b’kont sħiħ meħud tal-kriterji stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (4). L-Istati Membri għandhom jeħtieġu salvagwardji adegwati kontra l-użu ħażin tal-awtorizzazzjonijiet mogħtijin skont il-paragrafu 2 u, fejn ikun adatt, jieħdu provvedimenti għar-ripatrijazzjoni tal-armi u l-materjal relatat ikkonsenjati.
Artikolu 3
Il-miżuri restrittivi kif previsti fl-Artikoli 4(1) u 5(1) u (2) għandhom jiġu imposti kontra l-persuni u, kif ikun adatt, l-entitajiet, indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, li ġejjin:
|
— |
persuni jew entitajiet li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi u l-miżuri relatati kif imsemmijin fl-Artikolu 1, |
|
— |
mexxejja politiċi u militari ta' gruppi armati barranin li joperaw fir-RDK li jimpedixxu d-diżarmament u r-ripatrijazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid tal-kombattenti li jagħmlu parti minn dawk il-gruppi, |
|
— |
mexxejja politiċi u militari ta' milizzji Kongoliżi li jirċievu appoġġ minn barra r-RDK, li jimpedixxu l-parteċipazzjoni tal-kombattenti tagħhom fil-proċessi tad-diżarmament, id-demobilitazzjoni u reintegrazzjoni, |
|
— |
mexxejja politiċi u militari li joperaw fir-RDK u jirreklutaw jew jużaw it-tfal f’konflitti armati bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli, |
|
— |
individwi li joperaw fir-RDK u jwettqu ksur serju tal-liġi internazzjonali li jinvolvi li jkunu mmirati tfal jew nisa f’sitwazzjonijiet ta' konflitt armat, inklużi qtil u mankament, vjolenza sesswali, ħtif u spostament furzat, |
|
— |
individwi li jostakolaw l-aċċess għall-għajnuna umanitarja jew id-distribuzzjoni tagħha fil-parti tal-Lvant tar-RDK, |
|
— |
individwi jew entitajiet li jappoġġaw lill-gruppi armati illegali fil-parti tal-Lvant tar-RDK permezz tal-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali. |
Il-persuni u l-entitajiet rilevanti huma elenkati fl-Anness.
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimpedixxu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, tal-persuni msemmijin fl-Artikolu 3.
2. Il-paragrafu 1 m'għandux jobbliga lil Stat Membru li jiċħad id-dħul taċ-ċittadini tiegħu stess fit-territorju tiegħu.
3. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika meta l-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
|
(a) |
jiddetermina minn qabel u fuq bażi ta' każ b’każ li d-dħul jew it-transitu ikun ġustifikat għal raġunijiet ta' bżonn umanitarju, inkluż obbligu reliġjuż, |
|
(b) |
jikkonkludi li eżenzjoni tkun qed tiffavorixxi l-objettivi tar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà, jiġifieri l-paċi u r-rikonċiljazzjoni nazzjonali fir-RDK u l-istabbiltà fir-reġjun, |
|
(c) |
jawtorizza minn qabel u fuq bażi ta' każ b’każ it-transitu ta' individwi li sejrin lura lejn it-territorju tal-Istat tan-nazzjonalità tagħhom jew li qed jieħdu sehem fi sforzi biex jitressqu lejn il-ġustizzja persuni li wettqu ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jew tal-liġi umanitarja internazzjonali. |
4. F’każijiet fejn, skont il-paragrafu 3, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, ta' persuni indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tingħata u għall-persuni konċernati minnha.
Artikolu 5
1. Il-fondi, l-assi finanzjarji l-oħrajn u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma l-proprjetà ta' jew huma kkontrollati direttament jew indirettament mill-persuni jew l-entitajiet msemmijin fl-Artikolu 3 jew li huma fil-pussess ta' entitajiet li huma l-proprjetà ta' jew huma kkontrollati direttament jew indirettament minnhom jew minn kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, kif identifikati fl-Anness, għandhom ikunu ffriżati.
2. Fl-ebda każ m'għandhom fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jsiru disponibbli, direttament jew indirettament, lill-persuni jew l-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jew għall-benefiċċju tagħhom.
3. L-Istati Membri jistgħu jippermettu eżenzjonijiet mill-miżuri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta' fondi, assi finanzjarji oħrajn u riżorsi ekonomiċi li huma:
|
(a) |
meħtieġa għal spejjeż bażiċi, inkluż ħlasijiet ta' oġġetti tal-ikel, kiri jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, premji tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet għal servizzi pubbliċi; |
|
(b) |
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u r-rimborż ta' spejjeż assoċjati mal-għoti ta' servizzi legali; |
|
(c) |
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji jew kontijiet għal servizz, skont il-liġi nazzjonali, għal servizzi ta' rutina fiż-żamma jew il-manteniment ta' fondi ffriżati, jew assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra; |
|
(d) |
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, wara notifika mill-Istat Membru konċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u approvazzjoni minn dan tal-aħħar; |
|
(e) |
is-suġġett ta' rahan jew sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali, f’liema każ il-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn jistgħu jintużaw biex jissodisfaw dak ir-rahan jew dik is-sentenza bil-kondizzjoni li r-rahan jew is-sentenza kienu ddaħħlu qabel l-inklużjoni mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-persuna jew l-entità kkonċernata, u mhix għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 3, wara notifika mill-Istat Membru konċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet. |
4. L-eżenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3(a), (b) u (c) jistgħu jsiru wara notifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet mill-Istati Membru konċernat tal-intenzjoni tiegħu li jawtorizza, fejn ikun adatt, l-aċċess għal tali fondi, assi finanzjarji oħrajn u riżorsi ekonomiċi, u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien erbat ijiem tax-xogħol minn tali notifika.
5. Il-paragrafu 2 m’għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta’:
|
(a) |
imgħax jew introjti oħrajn fuq dawk il-kontijiet; jew |
|
(b) |
ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehim jew obbligi li ġew konklużi jew seħħew qabel id-data meta dawk il-kontijiet saru soġġetti għal miżuri restrittivi, |
bil-kondizzjoni li kull tali imgħax, qligħ u ħlasijiet oħrajn ikomplu jkunu soġġetti għall-paragrafu 1.
Artikolu 6
Il-Kunsill għandu jemenda l-lista li tinsab fl-Anness abbażi tad-determinazzjonijiet li jsiru mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
Artikolu 7
1. Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenkaw persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi dik il-persuna jew entità fl-Anness. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna jew l-entità kkonċernata, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, sabiex b'hekk tali persuna jew entità tingħata l-opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.
2. Fejn jintbagħtu osservazzjonijiet jew tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jerġa’ jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew l-entità kkonċernata kif meħtieġ.
Artikolu 8
1. L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet elenkati kif ipprovduti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
2. L-Anness għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet li tkun meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward ta' persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness għandu jinkludi wkoll id-data tal-inklużjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
Artikolu 9
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta, emendata jew mħassra kif ikun adatt, kif iddeterminat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.
Artikolu 10
Il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK hija b’dan imħassra.
Artikolu 11
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SCHAUVLIEGE
(1) ĠU L 127, 15.5.2008, p. 84.
(2) ĠU L 152, 15.6.2005, p. 1.
ANNESS
a)
Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5|
Isem |
Psewdonimu |
Data tat-twelid/ post tat-twelid |
Informazzjoni identifikattiva |
Raġunijiet |
Data tal-inklużjoni |
|
Frank Kakolele BWAMBALE |
Frank Kakorere Frank Kakorere Bwambale |
|
Telaq mis-CNDP f’Jannar 2008. Minn Diċembru 2008 residenti f’Kinshasa. |
Qabel kien mexxej ta’ RDK-ML, eżerċita influwenza fuq il-politika u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-RDK-ML, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), kien responsabbli għat-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. |
1.11.2005 |
|
Gaston IYAMUREMYE |
Rumuli Byiringiro Victor Rumuli Victor Rumuri Michel Byiringiro |
1948 Musanze District (Provinċja tat-Tramuntana), ir-Rwanda Ruhengeri, ir-Rwanda |
It-Tieni Viċi-President tal-FDLR Brigadier Ġenerali Minn Novembru 2010 residenti jew f’Kibua, Kivu tat-Tramuntana, RDK, jew f’Aru, Provinċija Orjentali, RDK. |
Skont bosta sorsi, inkluż il-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK, Gaston Iyamuremye huwa t-tieni viċi president tal-FDLR u huwa kkunsidrat bħala membru ewlieni tat-tmexxija militari u l-politika tal-FDLR. Gaston Iyamuremye mexxa wkoll l-uffiċċju ta’ Ignace Murwanashyaka (President tal-FDLR) f’Kibua, RDK sa Diċembru 2009. |
1.12.2010 |
|
Jérôme KAKWAVU BUKANDE |
Jérôme Kakwavu |
|
Kongoliż Magħruf bħala: “Commandant Jérôme” Arrestat minn Ġunju 2010 u issa qed jinżamm fil-ħabs ċentrali ta’ Kinshasa. Inbdew proċedimenti ġudizzjarji kontrih u kontra tnejn oħra mill-ħames uffiċjali anzjani tal-FARDC. |
Qabel kien President tal-UCD/FAPC. Kontroll tal-FAPC ta’ okkupazzjonijet illegali fuq il-fruntiera bejn l-Uganda u r-RDK- rotta ta’ transitu ewlenija għaċ-ċirkolazzjoni tal-armi. Bħala President tal-FAPC, huwa jeżerċita influwenza fuq il-politika u jżomm kmand u kontroll fuq l-attivitatjiet tal-forzi tal-FAPC, li kienu involuti fit-traffikar tal-armi u, konsegwentament, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Mogħti l-grad ta’ Ġeneral fl-FARDC f’Diċembru 2004. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f’Ituri fl-2002. Wieħed minn ħames uffiċjali anzjani tal-FARDC li ġew akkużati ta’ delitti serji li kienu jinvolvu l-vjolenza sesswali u li l-każijiet tagħhom kienu tressqu għall-attenzjoni tal-Gvern mill-Kunsill tas-Sigurtà waqt iż-żjara tiegħu fl-2009. |
1.11.2005 |
|
Germain KATANGA |
|
|
Kongoliż Taħt arrest domiċiljari f’Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba involviment tal-FRPI f’abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem. Konsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fit-18 ta’ Ottubru 2007. |
Kap tal-FRPI. Maħtur Ġeneral fl-FARDC f’Diċembru 2004. Involut fi trasferimenti ta’ armamenti, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f’Ituri mill-2002 sal-2003. |
1.11.2005 |
|
Thomas LUBANGA |
|
Ituri |
Kongoliż Arrestat f’Kinshasa f’Marzu 2005 minħabba involviment tal-UPC/L f’abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem. Trasferit għall-QKI mill-awtoritajiet Kongoliżi fis-17 ta’ Marzu 2006. Minn Diċembru 2008 qed jiġi pproċessat għal delitti tal-gwerra. |
President tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f’Ituri mill-2002 sal-2003. |
1.11.2005 |
|
Khawa Panga MANDRO |
Kawa Panga Kawa Panga Mandro Kawa Mandro Yves Andoul Karim Mandro Panga Kahwa Yves Khawa Panga Mandro |
20 ta’ Awwissu 1973, Bunja |
Kongoliż Magħruf bħala: “Chief Kahwa” “Kawa” Arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f’Ottubru 2005, meħlus mill-Qorti tal-Appell f’Kisangani, sussegwentement trasferit għall-awtoritajiet ġudizzjarji f’Kinshasa fuq akkużi ġodda ta’ delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra, omiċidju, attakki aggravati u swat. |
Ex-President tal-PUSIC, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzja msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003) involut fi traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Fil-ħabs f’Bunja mill-04/05 minħabba s-sabotaġġ tal-proċess ta’ paċi ta’ Ituri. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal mill-2001 sal-2002. |
1.11.2005 |
|
Callixte MBARUSHIMANA |
|
24 ta’ Lulju 1963, Ndusu/Ruhen geri Provinċja tat-Tramuntana, ir-Rwanda |
Rwandi Post attwali: Pariġi jew Thaïs, Franza |
Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR u Viċi-President tal-kmand militari għoli tal-FDLR. Mexxej Politiku/Militari ta’ grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxu d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ kombattenti, skont ir-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. |
3.3.2009 |
|
Iruta Douglas MPAMO |
Mpano Douglas Iruta Mpamo |
28 ta’ Diċembru 1965, Bashali, Masisi 29 ta’ Diċembru 1965, Goma, RDK (qabel iż-Żaire) |
Kongoliż Ibbażat f’Goma u Gisenyi, ir-Rwanda. Spiss jaqsam il-fruntiera internazzjonali bejn ir-Rwanda u l-Kongo. Indirizz: Bld Kanyamuhanga 52, Goma |
Sid/Maniġer tal-Compagnie Aérienne des Grands Lacs u tal-Great Lakes Business Company, li l-inġenji tal-ajru tagħhom intużaw biex jipprovdu għajnuna lill-gruppi armati u l-milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003). Responsabbli wkoll għall-ħabi ta’ informazzjoni taħt forma oħra dwar titjiriet u merkanziji apparentament sabiex jippermetti l-ksur tal-embargo fuq l-armi. |
1.11.2005 |
|
Sylvestre MUDACUMURA |
|
|
Rwandi Magħruf bħala: “Radja”, “Mupenzi Bernard”, “General Major Mupenzi”, “General Mudacumura” Minn Noembru 2009, ikompli jservi bħala kmandant militari tal-FDLR-FOCA. Ibbażat f’Kibua, territorju Masisi, RDK. |
Kmandant tal-FDLR, jeżerċeta influwenza fuq il-politika, u għandu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Mudacumura (jew membri tal-persunal) kien f’komunikazzjoni telefonika mal-mexxej tal-FDLR Murwanashyaka l-Ġermanja, ukoll fil-ħin tal Massakru f’Busurungi f’Mejju 2009, u l-kmandant militari l-Maġġur Guillaume waqt l-operazzjonijiet Umoja Wetu u Kimia II fl-2009. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għal 27 każ ta’ reklutaġġ u użu tat-tfal minn truppi taħt il-kmand tiegħu f’Kivu tat-Tramuntana mill-2002 sal-2007. |
1.11.2005 |
|
Leodomir MUGARAGU |
Manzi Leon Leo Manzi |
1954 1953 Kigali, ir-Rwanda Rushashi (Provinċja tat-Tramuntana), ir-Rwanda |
Indirizz: Katoyi, Kivu tat-Tramuntana, RDK Kap tal-Persunal tal-FDLR/FOCA Brigadier Ġenerali |
Skont rappurtar minn sorsi miftuħa u rappurtar uffiċjali, Leodomir Mugaragu huwa l-Kap tal-Persunal tal-Forces Combattantes Abucunguzi/Forza Kombattenti għal-Liberazzjoni tar-Rwanda (FOCA), il-fergħa armata tal-FDLR. Skont rappurtar uffiċjali Mugaragu jagħmel pjanijiet f’livell għoli għall-operazzjonijiet militari tal-FDLR fil-Lvant tar-RDK. |
1.12.2010 |
|
Leopold MUJYAMBERE |
Musenyeri Achille Frere Petrus Ibrahim |
17 ta’ Marzu 1962, Kigali, ir-Rwanda Est. 1966 |
Rwandi Grad: Kurunell Post attwali: Mwenga, Kivu tan-Nofsinhar, RDK |
Kmandant tat-Tieni Diviżjoni tal-FOCA/ il-Brigati ta’ Riżerva (fergħa armata tal-FDLR). Mexxej militari ta’ grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ kombattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta’ Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu qabel ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien lejn in-nofs jew aktar tal-età bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena, qed tirrekluta bil-forza żgħażagħ mill-età ta’ 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-linja ta’ quddiem, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà. |
3.3.2009 |
|
Dr. Ignace MURWANASHYAKA |
Ignace |
14 ta’ Mejju 1963, Butera (Rwanda) Ngoma, Butare (Rwanda) |
Rwandi Residenti fil-Ġermanja Minn Novembru 2009, għadu rikonoxxut bħala l-President tal-fergħa politika tal-FDLR-FOCA u l-kmandant suprem tal-forzi armati tal-FDLR. Arrestat mill-Pulizija Federali tal-Ġermanja fis-17 ta’ Novembru 2009 fuq suspett li wettaq delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra fir-RDK, kif ukoll fuq il-bażi ta’ akkużi oħra relatati mal-formazzjoni u s-sħubija f’organizzazzjoni terroristika barranija. |
President tal-FDLR, u kmandant suprem tal-forzi armati tal-FDLR, jeżerċita influwenza fuq il-politika, u għandu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. F’komunikazzjoni telefonika mal-kmandanti militari tal-FDLR fuq il-post (inkluż matul il-massakru f’Busurungi f’Mejju 2009); ta ordinijiet militari lill-kmandanti għoljin; involut fil-koordinazzjoni tat-trasferiment ta’ armi u munizzjon lill-unitajiet tal-FDLR u t-twassil ta’ struzz]jonijiet speċifiċi għall-użu; jamministra somom kbar ta’ flus li jirrużultaw mill-bejgħ illeċitu ta’ riżorsi naturali f’żoni taħt il-kontroll tal-FDLR (pġ.24-25, 83) Mar l-Uganda fl-2006 bi ksur tal-projbizzjoni tal-ivvjaġġar Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kellu responsabbiltà ta’ kmand bħala l-President u l-kmandant militari tal-FDLR għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal mill-FDLR fil-Kongo tal-Lvant. |
1.11.2005 |
|
Straton MUSONI |
IO Musoni |
6 ta’ April 1961 (possibbilment l-4 ta’ Ġunju 1961) Mugambazi, Kigali, ir-Rwanda |
Passaport tar-Rwanda li skada fl-10 ta’ Settembru 2004 Residenti f’Neuffen, il-Ġermanja Minn Novembru 2009, għadu rikonoxxut bħala l-Ewwel Viċi-President tal-fergħa politika tal-FDLR-FOCA u l-President tal-kmand għoli militari tal-FDLR. Arrestat mill-Pulizija Federali tal-Ġermanja fis-17 ta’ Novembru 2009 fuq suspett li wettaq delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra fir-RDK, kif ukoll fuq il-bażi ta’ akkużi oħra relatati mal-formazzjoni u s-sħubija f’organizzazzjoni terroristika barranija. |
Permezz tat-tmexxija tiegħu tal-FDLR, grupp armat barrani li jopera fir-RDK, Musoni qiegħed jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni jew is-sistemazzjoni mill-ġdid volontarji ta’ kombattenti li jagħmlu parti minn dawk il-gruppi, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1649 (2005). |
29.3.2007 |
|
Jules MUTEBUTSI |
Jules Mutebusi Jules Mutebuzi Colonel Mutebutsi |
Kivu tan-Nofsinhar |
Kongoliż (Kivu tan-Nofsinhar) Arrestat mill-awtoritajiet Rwandin f’Diċembru 2007 meta pprova jaqsam il-fruntiera lejn ir-RDK. Jingħad li attwalment jinsab “imrażżan.” |
Qabel kien Deputat Kmandant Reġjonali Militari tal-FARDC tal-Għaxar MR f’April 2004, kien imkeċċi minħabba nuqqas ta’ dixxiplina u ngħaqad ma’ elementi oħra tar-rinnegat ta’ dak li qabel kien l-RCDG biex jieħdu l-belt ta’ Bukavu bil-forza f’Mejju 2004. Implikat fir-riċeviment ta’ armamenti barra l-istrutturi tal-FARDC u l-forniment ta’ provvisiti lill-gruppi armati u l-milizzja msemmija f’paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), bi ksur tal-embargo fuq l-armi. |
1.11.2005 |
|
Mathieu, Chui NGUDJOLO |
Cui Ngudjolo |
|
“Kurunell” jew “Ġeneral” Ikkonsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-7 ta’ Frar 2008. |
Kap tal-Persunal tal-FNI u qabel kien Kap tal-Persunal tal-FRPI, kien jeżerċita influwenza fuq il-politika u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FRPI, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), responsabbli għat-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Arrestat minn MONUC f’Bunja f’Ottubru 2003. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta’ tfal taħt il-ħmistax-il sena f’Ituri fl-2006. |
1.11.2005 |
|
Floribert Ngabu NJABU |
Floribert Njabu Floribert Ndjabu Floribert Ngabu Ndjabu |
|
Arrestat u miżmum taħt arrest domiċiljari f’Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba involviment tal-FNI f’abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem. |
President tal-FNI, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. |
1.11.2005 |
|
Laurent NKUNDA |
Nkunda Mihigo Laurent Laurent Nkunda Bwatare Laurent Nkundabatware Laurent Nkunda Mahoro Batware Laurent Nkunda Batware |
6 ta’ Frar 1967 Kivu tat-Tramuntana/Rutshuru 2 ta’ Frar 1967 |
Kongoliż Magħruf bħala: “Chairman” “General Nkunda” “Papa Six” Arrestat fuq art tar-Rwanda f’Jannar 2009 u susegwentenent sostitwit bħala kmandant tas-CNDP f’Kivu tat-Tramuntana. |
Qabel kien Ġeneral tal-RCD-G. Ngħaqad ma’ elementi oħra tar-rinnegat ta’ dak li qabel kien l-RCD-G biex jieħdu l-belt ta’ Bukavu bil-forza fl-4 ta’ Mejju. Irċieva armamenti barra l-FARDC bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Fundatur, National Congress for the People’s Defense, 2006; Uffiċjal Anzjan, Rally for Congolese Democracy-Goma (RCD-G), 1998 - 2006; Uffiċjal Rwandan Patriotic Front (RPF), 1992-1998. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għal 264 każ ta’ reklutaġġ u użu tat-tfal minn truppi taħt il-kmand tiegħu f’Kivu tat-Tramuntana mill-2002 sal-2009. Minn Novembru 2009, minkejja li ġie arrestat fir-Rwanda f’Jannar 2009 u li tneħħa minn President tas-CNDP, għad għandu xi kontroll fuq is-CNDP u n-netwerk internazzjonali tiegħu. |
1.11.2005 |
|
Felicien NSANZUBUKI-RE |
Fred Irakeza |
1967 Murama, Kinyinya, Rubungo, Kigali, ir-Rwanda |
|
Skont bosta sorsi, Felicien Nsanzubukire huwa l-ewwel kmandant tal-battaljun tal-FDLR, u huwa bbażat fiż-żona Uvira-Sange ta’ Kivu tan-Nofsinhar. Felicien Nsanzubukire ilu membru tal-FDLR mill-inqas mill-1994 u jopera fil-Lvant tar-RDK minn Ottubru 1998. Il-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK jirrapporta li Felicien Nsanzubukire ssorvelja u kkoordina t-traffikar ta’ munizzjon u armamenti bejn mill-inqas Novembru 2008 u April 2009 mir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, permezz ta’ Lake Tanganyika, lejn unitajiet tal-FDLR ibbażati fiż-żoni Uvira u Fizi ta’ Kivu tan-Nofsinhar. |
1.12.2010 |
|
Pacifique NTAWUNGUKA |
Colonel Omega Nzeri Israel Pacifique Ntawungula |
1 ta’ Jannar 1964, Gaseke, Provinċja ta’ Gisenyi, ir-Rwanda Est. 1964 |
Rwandi Grad: Kurunell Post Attwali: Peti, il-fruntiera bejn Walikale u Masisis, RDK. Oħrajn: Irċieva taħriġ militari fl-Eġittu |
Kmandant tal-Ewwel Diviżjoni tal-FOCA (fergħa armata tal-FDLR). Mexxej militari ta’ grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ kumbattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta’ Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu qabel ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien lejn in-nofs jew aktar tal-età bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena, qed tirrekluta bil-forza żgħażagħ mill-età ta’ 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u t-tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-linja ta’ quddiem, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà. |
3.3.2009 |
|
James NYAKUNI |
|
|
Ugandaniż |
Sħab fil-kummerċ ma’ Commandant Jerome, b’mod partikolari f’kuntrabandu fil-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda, inkluż kuntrabandu suspettat ta’ armamenti u materjal militari fi trakkijiet li ma jiġux iċċekkjati. Ksur tal-embargo fuq l-armi u għoti ta’ għajnuna lil-gruppi armati u l-milizzja msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni1493 (2003), inkluż appoġġ finanzjarju li jippermettilhom joperaw b’mod militari. |
1.11.2005 |
|
Stanislas NZEYIMANA |
Deogratias Bigaruka Izabayo Bigaruka Bigurura Izabayo Deo Jules Mateso Mlamba |
1 ta’ Jannar 1966, Mugusa (Butare), ir-Rwanda Est. 1967 Alt. 28 ta’ Awwissu 1966 |
Rwandi Minn Novembru 2009, rikonoxxut bħala l-Maġġur Ġenerali Stanislas Nzeyimana, Deputat Kmandant tal-FDLR Post attwali: Kalonge, Masisi, Kivu tat-Tramuntana, RDK jew Kibua, RDK. Vjaġġar frekwenti lejn Kigoma |
Deputat Kmandant tal-FOCA (fergħa armata tal-FDLR). Mexxej militari ta’ grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ kumbattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta’ Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu qabel ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien lejn in-nofs jew aktar tal-età bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena, qed tirrekluta bil-forza żgħażagħ mill-età ta’ 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u t-tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-linja ta’ quddiem, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà. |
3.3.2009 |
|
Dieudonné OZIA MAZIO |
Ozia Mazio |
6 ta’ Ġunju 1949, Ariwara |
Kongoliż Magħruf bħala: “Omari” “Mr Omari” Miet f’Ariwara fit-23 Settembru 2008. |
President tal-FEC fit-territorju ta’ Aru. Skemi finanzjarji ma’ Commandant Jerome u l-FAPC u traffikar fil-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda, li ppermetta li provvisti u flus kontanti isiru disponibbli għall-Kmandant Jerome u t-truppi tiegħu. Ksur tal-embargo fuq l-armi, inkluż bl-għoti ta’ għajnuna lill-gruppi armati u l-milizzja msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003). |
1.11.2005 |
|
Bosco TAGANDA |
Bosco Ntaganda Bosco Ntagenda General Taganda |
|
Kongoliż Magħruf bħala: “Terminator” “Major” Minn Novembru 2009, kap de facto tas-CNDP wara l-arrest tal-Ġeneral Laurent Nkunda f’Jannar 2009. Qabel kien Kap tal-Persunal tas-CNDP. Ibbażat f’Bunagana u Rutshuru. Mill-ħatra tiegħu bħala l-kap militari de facto tas-CNDP f’Jannar 2009, ingħata struzzjonijiet biex jamministra l-integrazzjoni fil-FARDC u ngħata l-kariga ta’ deputat kmandant operattiv għal Kimia II għalkemm dan huwa uffiċjalment miċħud mill-FARDC |
Kmandant militari tal-UPC/L, jeżerċita influwenza fuq il-politika u għandu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Huwa kien maħtur Ġeneral fil-FARDC f’Diċembru 2004 imma rrifjuta li jaċċetta l-promozzjoni, u għalhekk baqa’ barra l-FARDC. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f’Ituri fl-2002 u l-2003, u kellu responsabbiltà diretta u/jew ta’ kmand f’155 każ ta’ reklutaġġ u użu tat-tfal f’Kivu tat-Tramuntana mill-2002 sal-2009. Bħala Kap tal-Persunal tas-CNDP, kellu responsabbiltà diretta u ta’ kmand għall-massakru f’Kiwanja (Novembru 2008) |
1.11.2005 |
|
Innocent ZIMURINDA |
|
1 ta’ Settembru, 1972 1975 Ngungu, Territorju Masisi, Provinċja ta’ Kivu tat-Tramuntana, RDK |
Lt. Col. Skont rappurtar minn sorsi miftuħa u rappurtar uffiċjali, Lt Col Innocent Zimurinda kien uffiċjal fil-Congrès National pour la Défense du Peuple (CNDP) li ġie integrat fil-Forces Armées de la République Démocratique du Congo (FARDC) kmien fl-2009 |
Skont bosta sorsi, Lt Col Innocent Zimurinda, fil-kapaċità tiegħu bħala wieħed mill-kmandanti tal-231 Brigata tal-FARDC, ta ordnijiet li rriżultaw fil-massakru ta’ aktar minn 100 refġjat Rwandi, il-biċċa l-kbira nisa u tfal, waqt operazzjoni militari fiż-żona Shalio f’April 2009. Il-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK irrapporta li xhieda kienu raw b’għajnejhom stess lil Lt Col Innocent Zimurinda jirrifjuta li jeħles lil tlitt itfal mill-kmand tiegħu f’Kahlehe, fid-29 ta’ Awwissu, 2009. Skont bosta sorsi, qabel l-integrazzjoni tas-CNDP fil-FARDC, Lt Col Innocent Zimurinda, f’Novembru 2008 pparteċipa f’operazzjoni tas-CNDP li rriżultat fil-massakru ta’ 89 pajżan, inklużi nisa u tfal, fir-reġjun ta’ Kiwanja. F’Marzu 2010, 51 grupp għad-drittijiet tal-bniedem li kienu qed jaħdmu fil-Lvant tar-RDK daħħlu lment onlajn fejn qalu li Lt Col Innocent Zimurinda kien responsabbli għal bosta abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem li kienu jinvolvu l-omiċidju ta’ numru kbir ta’ pajżana, inklużi nisa u tfal, bejn Frar 2007 u Awwissu 2007. Fl-istess ilment, Lt Col Innocent Zimurinda ġie akkużat ukoll li kien responsabbli għall-istupru ta’ għadd kbir ta’ nisa u bniet. Skont dikjarazzjoni tal-21 ta’ Mejju, 2010, mir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għat-Tfal u l-Konflitt Armat, Innocent Zimurinda kien involut fl-eżekuzzjoni arbitrarja ta’ suldati tfal, inkluż waqt l-operazzjoni Kimia II. Skont l-istess dikjarazzjoni, huwa ċaħad l-aċċess lill-Missjoni tan-NU fir-RDK (MONUC) biex jiċċekkjaw it-truppi għal minorenni. Skont il-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK, Lt Col Zimurinda għandu responsabbiltà diretta u ta’ kmand għar-reklutaġġ ta’ tfal u għaż-żamma ta’ tfal fi truppi taħt il-kmand tiegħu. |
1.12.2010 |
b)
Lista ta’ entitajiet imsemmija fl-Artikoli 3, 4, u 5|
Isem |
Psewdonimu |
Indirizz |
Informazzjoni identifikattiva |
Raġunijiet |
Data tal-inklużjoni |
||
|
BUTEMBO AIRLINES (BAL) |
|
Butembo, RDK |
Kumpannija tal-ajru privata, topera minn Butembo. Minn Diċembru 2008, il-BAL ma għadx għandha liċenzja biex topera inġenji tal-ajru fir-RDK. |
Kisoni Kambale (miet fil-5 ta’ Lulju 2007 u sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta’ April 2008) uża l-kumpannija tal-ajru tiegħu biex jittrasporta deheb, razzjonijiet u armi tal-FNI bejn Mongwalu u Butembo. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta’ għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). |
29.3.2007 |
||
|
CONGOCOM TRADING HOUSE |
|
|
Kumpannija tan-negozju fid-deheb f’Butembo. |
CONGOCOM kienet proprjetà ta’ Kisoni Kambale (miet fil-5 ta’ Lulju 2007 u sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta’ April 2008). Kambale kiseb kważi l-produzzjoni kollha tad-deheb fid-distrett ta’ Mongbwalu, li huwa kkontrollat mill-FNI. L-FNI jikseb dħul sostanzjali mit-taxxi imposti fuq din il-produzzjoni. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta’ għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). |
29.3.2007 |
||
|
COMPAGNIE AERIENNE DES GRANDS LACS (CAGL) GREAT LAKES BUSINESS COMPANY (GLBC) |
|
CAGL Avenue Président Mobutu Goma, RDK (CAGL għandha wkoll uffiċċju f’Gisenyi, ir-Rwanda) GLBC, PO Box 315, Goma, RDK (GLBC għandha wkoll uffiċċju f’Gisenyi, ir-Rwanda) |
Minn Diċembru 2008, GLBC ma kienx baqagħlha inġenji tal-ajru operattivi, għalkemm diversi inġenji tal-ajru komplew itiru fl-2008 minkejja sanzjonijiet tan-NU. |
CAGL u GLBC huma kumpanniji li huma l-proprjetà ta’ Douglas MPAMO, individwu li huwa diġà soġġett għal sanzjonijiet skont ir-Riżoluzzjoni 1596 (2005). CAGL u GLBC intużaw għat-trasport ta’ armi u munizzjon bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). |
29.3.2007 |
||
|
MACHANGA LTD |
|
Kampala, Uganda |
Kumpannija tal-esportazzjoni tad-deheb f’Kampala (Diretturi: Is-Sur Rajendra Kumar Vaya u s-Sur Hirendra M. Vaya). |
MACHANGA xtrat id-deheb permezz ta’ relazzjoni kummerċjali regolari ma’ kummerċjanti fir-RDK li kienu konnessi mill-qrib mal-milizzji. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta’ għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). |
29.3.2007 |
||
|
TOUS POUR LA PAIX ET LE DEVELOPPEMENT (NGO) |
TPD |
Goma, Kivu tat-Tramuntana |
Minn Diċembru 2008, TPD kienet għadha teżisti u kellha uffiċċji f’diversi bliet fit-territorji Masisi u Rutshuru, iżda l-attivitajiet tagħha kienu kważi waqfu. |
Implikata fil-ksur tal-embargo fuq l-armi, billi pprovdiet għajnuna lill-RCD-G, b’mod partikolari billi forniet trakkijiet għat-trasport tal-armi u t-truppi, kif ukoll billi ttrasportat armamenti għad-distribuzzjoni lil partijiet mill-popolazzjoni f’Masisi u Rutshuru, Kivu tat-Tramuntana, fil-bidu tal-2005. |
1.11.2005 |
||
|
UGANDA COMMERCIAL IMPEX (UCI) LTD |
|
Indirizz alternattiv: PO Box 22709 Kampala, Uganda |
Kumpannija tal-esportazzjoni tad-deheb f’Kampala. (Diretturi is-Sur. J.V. LODHIA – magħruf bħala “Chuni”- u ibnu s-Sur Kunal LODHIA). |
UCI xtrat id-deheb permezz ta’ relazzjoni kummerċjali regolari ma’ kummerċjanti fir-RDK li kienu konnessi mill-qrib mal-milizzji. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta’ għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). |
29.3.2007 |
|
21.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/43 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Novembru 2010
Għajnuna mill-Istat C 1/10 — Il-Belġju dwar Għajnuna maħsuba sabiex tkopri l-ispejjeż marbuta mat-tneħħija u l-qerda tal-annimali mejta fl-impriżi agrikoli li jinsabu fir-Reġjun tal-Vallonja
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7263)
(Il-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)
(2010/789/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(2)(a) tiegħu (1),
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu (2),
Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont l-Artikoli msemmija (3),
Billi:
I. PROĊEDURA
|
(1) |
Wara lment li tressaq fit-23 ta’ April 2007, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ inkjesta rigward l-għajnuna mill-Istat, li allegatament ta l-Belġju u li kienet maħsuba sabiex tkopri l-ispejjeż marbuta mat-tneħħija u l-qerda ta’ bhejjem mejta fl-impriżi agrikoli li jinsabu fir-Reġjun tal-Vallonja. |
|
(2) |
Fit-2 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni bagħtet ittra lill-awtoritajiet Belġjani, u talbithom informazzjoni dwar il-miżura inkwistjoni. L-awtoritajiet Belġjani pprovdew tagħrif permezz ta’ ittra datata s-27 ta’ Lulju 2007, irreġistrata fit-3 ta’ Awwissu 2007. Saret laqgħa teknika fil-21 ta’ Awwissu 2007 fuq talba tal-awtoritajiet Belġjani kompetenti. Wara l-laqgħa, fl-4 ta’ Ottubru 2007, dawn tal-aħħar ipprovdew tagħrif addizzjonali rigward il-każ inkwistjoni. |
|
(3) |
Permezz ta’ ittra tal-10 ta’ Settembru 2007, is-servizzi tal-Kummissjoni infurmaw lill-Belġju li l-iskema ta’ għajnuniet ġiet irreġistrata bħala għajnuna mhux innotifikata bin-numru NN 56/2007, minħabba li evidentament, parti mill-fondi kienet diġà tħallset. |
|
(4) |
Saret laqgħa teknika oħra fit-12 ta’ Ottubru 2007 fuq talba tal-awtoritajiet Belġjani kompetenti. |
|
(5) |
Permezz tal-ittra tal-25 ta’ Ottubru 2007, is-servizzi tal-Kummissjoni stiednu lill-awtoritajiet Belġjani sabiex jipprovdu aktar informazzjoni. Fin-nuqqas ta’ tweġiba fiż-żmien stabbilit, fil-21 ta’ Diċembru 2007, huma bagħtu nota ta’ tfakkir lill-awtoritajiet Belġjani flimkien ma’ data tal-għeluq ġdida biex iwieġbu. |
|
(6) |
Fl-4 ta’ Ġunju 2008, wara li ma ħadu l-ebda tweġiba għall-ewwel nota ta’ tfakkir fiż-żmien stabbilit, is-servizzi tal-Kummissjoni bagħtu ittra oħra ta’ tfakkir li fiha ġibdu l-attenzjoni tal-awtoritajiet Belġjani rigward il-fatt li f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-data tal-għeluq il-ġdida għat-tweġiba, iffissata għal erba’ ġimgħat, il-Kummissjoni setgħet toħroġ inġunzjoni sabiex l-awtoritajiet Belġjani jipprovdu din l-informazzjoni skont l-Artikolu 10(2) u (3), tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (4). Dan il-perjodu skada fl-4 ta’ Lulju 2008. Għalhekk, fl-1 ta’ Ottubru 2008, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni li tordna lill-awtoritajiet Belġjani sabiex jipprovdu l-informazzjoni mitluba. F’din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Belġjani biex jipprovdu, fost oħrajn, id-dokumenti ta’ informazzjoni rilevanti previsti mir-Regolament (KE) Nru 794/2004 tal-Kummissjoni tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (5) għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-għajnuniet mogħtija wara l-31 ta’ Jannar 2007. |
|
(7) |
L-awtoritajiet Belġjani finalment wieġbu permezz tal-ittra tas-27 ta’ Novembru 2008 u bagħtu aktar tagħrif fil-5 ta’ Diċembru 2008. Madankollu, baqgħu ma pprovdewx id-dokumenti ta’ informazzjoni mitluba fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ottubru 2008. |
|
(8) |
Fis-27 ta’ Jannar 2009, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Belġjani jibagħtu aktar informazzjoni. L-awtoritajiet Belġjani wieġbu għal din it-talba permezz ta’ ittra tas-16 ta’ Marzu 2009, irreġistrata fid-19 ta’ Marzu 2009. |
|
(9) |
Permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni infurmat lill-Belġju bid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fir-rigward tal-għajnuna nnotifikata. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-15 ta’ Lulju 2010. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri inkwistjoni. L-ebda parti terza ma ressqet kummenti. |
|
(10) |
Permezz tal-ittra tad-19 ta’ Frar 2010, l-awtoritajiet Belġjani talbu estensjoni ta’ xahar ieħor għat-tweġiba mal-iskadenza stabbilita mill-ittra tal-Kummissjoni tad-14 ta’ Jannar 2010. Permezz tal-ittra tal-5 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni qablet li r-risposta supplimentari tingħata xahar wara. Finalment, f’ittra datata t-12 ta’ Marzu 2010, l-awtoritajiet Belġjani wieġbu għad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura. |
II. KUNTEST
II.1. Deċiżjoni tal-Kummissjoni – Fajl Nru NN 48/2003
|
(11) |
Matul l-inkjesta tal-Kummissjoni, deher biċ-ċar li l-ilment kien relatat mal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ għajnuniet approvata mill-Kummissjoni fis-26 ta’ Novembru 2003 fil-fajl tal-għajnuna mill-Istat Nru NN 48/2003 (ex. N. 157/2003) intitolat “Il-ġestjoni tat-tneħħija u l-qerda tal-karkassi tal-bhejjem iġġenerati fl-irziezet tar-Reġjun tal-Vallonja”. Dan il-fajl kien jirrigwarda skema nnotifikata mill-awtoritajiet Belġjani, li permezz tagħha l-Istat Belġjan kien qed jagħti lill-irziezet, permezz ta’ servizzi ssussidjati, għajnuna li tkopri l-ispejjeż kollha marbuta mat-tneħħija, il-ħażna, l-ipproċessar u l-qerda tal-bhejjem mejta. |
|
(12) |
Għall-finijiet tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ approvazzjoni u minħabba d-dħul imminenti fis-seħħ tal-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuniet statali marbuta mat-testijiet għat-TSEs, fuq il-bhejjem mejta u l-iskart tal-biċċeriji (“il-Linji gwida dwar it-TSEs”) (6) fl-1 ta’ Jannar 2004, l-awtoritajiet Belġjani impenjaw irwieħhom sabiex jemendaw l-iskema inkwistjoni. Dawn l-emendi kienu meħtieġa sabiex jiġu rispettati l-kundizzjonijiet tal-Linji gwida dwar it-TSEs, u b’mod aktar speċifiku l-punt 29 tagħhom. Skont dan il-punt, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna statali sa 100 % tal-ispejjeż tat-tneħħija tal-bhejjem mejta u sa 75 % tal-ispejjeż tal-qerda ta’ dawn il-karkassi. L-iskema Belġjana, kif ġiet innotifikata, ma kinitx konformi ma’ din id-dispożizzjoni, minħabba li kienet tipprovdi li l-għajnuna tista’ tkopri 100 % tal-ispejjeż marbuta mal-qerda tal-karkassi. |
|
(13) |
Wara dawn il-kunsiderazzjonijiet imsemmija fil-premessi (11) u (12), l-awtoritajiet Belġjani impenjaw irwieħhom (ara l-premessi (33) u (34) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward il-fajl nru NN 48/2003) sabiex b’hekk jibdlu l-iskema ta’ għajnuna tagħhom b’tali mod li mill-1 ta’ Jannar 2004, l-għajnuniet previsti sabiex ikopru l-ispejjeż marbuta mal-qerda tal-karkassi jkunu jirrappreżentaw biss sa massimu ta’ 75 % tan-nefqa subita, minflok 100 %. L-awtoritajiet Belġjani kienu wkoll impenjaw irwieħhom li, sa mhux aktar tard minn nofs Diċembru 2003, jibagħtu lill-Kummissjoni l-provi li juru li l-bidliet meħtieġa kienu ddaħħlu fl-iskema ta’ għajnuniet. |
|
(14) |
Fuq il-bażi ta’ dawn l-impenji, il-Kummissjoni approvat din l-imsemmija skema għal perjodu ta’ ħames snin mill-31 ta’ Jannar 2002. Dan il-perjodu skada fil-31 ta’ Jannar 2007. |
II.2 Ilment
|
(15) |
Fit-23 ta’ April 2007, il-Kummissjoni rċeviet ilment li fih ġie allegat li l-awtoritajiet Belġjani kienu qegħdin jiksru l-Linji gwida dwar it-TSEs billi komplew jagħtu għajnuna sa 100 % kemm għat-tneħħija tal-bhejjem mejta kif ukoll għall-qerda tal-karkassi. |
III. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA
|
(16) |
L-iskema ta’ għajnuniet inkwistjoni tirrigwarda miżura reġjonali li tkopri l-ispejjeż kollha tas-servizzi relatati mat-tneħħija, it-trasport, il-ħżin, l-ipproċessar u l-qerda tal-annimali mejta fl-irziezet li jinsabu fir-Reġjun tal-Vallonja. |
|
(17) |
L-organizzazzjoni u l-ġestjoni tat-tneħħija tal-karkassi f’dawn l-irziezet saru billi l-awtoritajiet reġjonali taw kuntratt ta’ akkwist pubbliku tas-servizzi. Wara sejħa ġenerali għall-offerti varata fuq livell tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ avviż ta’ akkwist ta’ servizz pubbliku (7), dan il-kuntratt ingħata lill-kumpanija SA. RENDAC-UDES fil-31 ta’ Jannar 2002. Il-kuntratt inkwistjoni kien maqsum fi tliet partijiet separati li kienu jikkorrispondu għas-servizzi differenti li l-kumpanija kellha toffri:
|
|
(18) |
Il-kumpanija S.A. RENDAC-UDES kienet l-unika waħda li tefgħet offerta għal din is-sejħa u dan, għat-tliet partijiet kollha. Għalhekk il-kuntratt ingħata lil din il-kumpanija fil-31 ta’ Jannar 2002 għal perjodu ta’ 5 snin. Skont l-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet Belġjani, il-validità tal-kuntratt ġiet estiża mill-inqas erba’ darbiet: sal-31 ta’ Diċembru 2007, sal-31 ta’ Diċembru 2008, sat-30 ta’ Ġunju 2009 u fl-aħħar nett sal-implimentazzjoni futura tal-kuntratt pubbliku l-ġdid, li skont l-awtoritajiet Belġjani, għandu jkun operattiv għat-tielet kwart tal-2010. |
|
(19) |
L-iskema ta’ għajnuniet inkwistjoni tipprovdi l-għoti ta’ għajnuna lill-bdiewa. L-awtoritajiet Belġjani kkonfermaw li, minkejja li din qiegħda tingħata b’mod dirett lill-kumpanija S.A. RENDAC-UDEC bħala fornitur ta’ servizz, għall-ispejjeż tas-servizzi pprovduti lill-bdiewa, l-għajnuna kienet qiegħda tmur kollha lura għand il-bdiewa sabiex ikopru l-ispejjeż kollha marbuta mal-operazzjonijiet differenti ta’ ġbir, trasport, ħżin, ipproċessar u qerda li kienu jkunu fir-responsabbiltà tagħhom li kieku ma kienx hemm l-iskema ta’ għajnuniet. L-awtoritajiet Belġjani żguraw ukoll li l-ammonti mħallsa direttament lill-kumpanija S.A. RENDAC-UDES għas-servizzi pprovduti lill-bdiewa kienu jikkorrispondu kompletament u unikament għall-prezzijiet tas-suq tas-servizzi mwettqa. |
|
(20) |
L-Uffiċċju dwar l-iskart tal-Vallonja, fi ħdan il-Ministeru Reġjonali tal-Ambjent, kien imqabbad sabiex iħallas l-irċevuti maħruġa mill-SA RENDAC-UDES, parti fuq bażi ta’ rata fissa u parti fuq il-bażi ta’ skedi ta’ prezzijiet. |
|
(21) |
Bħala parti mir-reviżjoni tal-fajl nru NN 48/2003, l-awtoritajiet Belġjani kkonfermaw li l-iskema tirrigwarda biss il-bhejjem mejta fl-irziezet tar-Reġjun tal-Vallonja. Din ma tapplikax għall-karkassi tal-bhejjem mejta fis-swieq tal-bhejjem jew fil-biċċeriji. |
IV. DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI TAT-13 TA’ JANNAR 2010
|
(22) |
Fid-deċiżjoni tagħha tat-13 ta’ Jannar 2010 li tibda l-proċess ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha rigward il-kompatibilità tal-iskema ta’ għajnuniet mar-regoli dwar l-għajnuniet mill-Istat tal-Unjoni Ewropea. Speċifikament, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri tal-iskema ta’ għajnuniet inkwistjoni li tkopri aktar minn 75 % tal-ispejjeż tal-qerda tal-karkassi, jistgħu jitqiesu li mhumiex kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Linji gwida dwar it-TSEs u tal-Linji Gwida 2007-2013 tal-Komunità rigward l-għajnuniet mill-Istat fis-settur tal-agrikultura u l-forestrija 2007–2013 (“il-Linji Gwida 2007-2013”) (8). |
|
(23) |
Barra minn hekk, minħabba l-fatt li l-Kummissjoni approvat l-iskema ta’ għajnuniet sal-31 ta’ Jannar 2007 fuq il-bażi tal-impenji tal-awtoritajiet Belġjani, li kellhom jibdlu l-iskema sabiex jirrispettaw il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-Linji gwida dwar it-TSEs mill-1 ta’ Jannar 2004, u billi dawn l-impenji ma ġewx imħarsa minn dawn l-awtoritajiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-għajnuna mogħtija bil-għan li jkunu koperti aktar minn 75 % tal-ispejjeż tal-qerda tal-karkassi ingħatat b’mod abbużiv. |
|
(24) |
Għalhekk, skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 u b’rabta mal-Artikolu 16 tal-istess Regolament li jirrigwarda l-applikazzjoni ħażina tal-għajnuniet, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura formali ta’ investigazzjoni u stiednet lill-Belġju sabiex iressaq il-kummenti tiegħu. |
V. KUMMENTI TAL-BELĠJU
|
(25) |
Fit-tweġiba tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2010, il-Belġju informa lill-Kummissjoni li kien sejjer jieħu l-passi meħtieġa sabiex jimplimenta kuntratt ġdid ta’ servizz pubbliku. Skont l-awtoritajiet Belġjani, l-ispeċifikazzjonijiet speċjali li jirregolaw il-kuntratt futur ta’ servizz pubbliku, kellhom jitlestew sa mhux aktar tard mill-15 ta’ April 2010 u l-kuntratt kellu jibda jopera sat-tielet kwart tal-2010. Sadanittant, l-awtoritajiet Belġjani argumentaw li l-kuntratt ta’ servizz pubbliku li ġie implimentat fil-31 ta’ Jannar 2002 ġie estiż mill-emenda għall-istess kundizzjonijiet li kienu jipprevalu meta ngħata fil-31 ta’ Jannar 2002. |
|
(26) |
Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet Belġjani argumentaw li (i) ir-Reġjun tal-Vallonja sejjer jitlob l-applikazzjoni tal-prinċipju de minimis sabiex jirregolarizza s-sitwazzjoni tal-bdiewa għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2004 u t-30 ta’ Ġunju 2008, u (ii) li fi żmien massimu ta’ tliet xhur huwa kien sejjer jirkupra mingħand kull bidwi l-ammont korrispondenti għal 25 % tal-ispejjeż ta’ pproċessar u qerda tal-bhejjem mejta, ikkalkulat għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2008, sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta’ akkwist pubbliku li jmiss. |
|
(27) |
Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Belġjani infurmaw lill-Kummissjoni li huma kienu sejrin jitolbu l-irkupru tal-ammonti tal-għajnuniet de minimis fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1860/2004 tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2004 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna de minimis fis-setturi tal-agrikoltura (9) li jaqbżu l-ammont ta’ EUR 3 000 fuq perjodu ta’ tliet snin. L-awtoritajiet Belġjani indikaw ukoll li l-ammont massimu ammissibbli ta’ EUR 3 000 kien inqabeż minn 58 bidwi. |
VI. EVALWAZZJONI TAL-MIŻURA
VI.1 L-eżistenza ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE
|
(28) |
Fit-termini tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern. |
|
(29) |
Dawn il-kundizzjonijiet huma ssodisfati f’dan il-każ minħabba li l-għajnuna tiffavorixxi lill-bdiewa. L-għajnuna inkwistjoni qiegħda tingħata mill-korpi pubbliċi tar-Reġjun tal-Vallonja u tagħti vantaġġ lill-bdiewa tar-Reġjun tal-Vallonja billi telimina l-ispejjeż marbuta mat-tneħħija u l-qerda tal-karkassi li kieku kienu jġarrbu f’ċirkostanzi normali. |
|
(30) |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-fatt biss li l-kompetittività ta’ kumpanija tissaħħaħ meta mqabbla ma’ kumpaniji kompetituri billi tingħata vantaġġ ekonomiku li kieku ma kinitx tirċievi fit-twettiq ordinarju tal-attività tagħha jindika li hemm riskju ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni (10). |
|
(31) |
L-għajnuna lil xi kumpanija titqies li tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri meta din il-kumpanija topera f’suq miftuħ għall-kummerċ fl-Unjoni Ewropea (11). Fis-settur ikkonċernat jeżisti kummerċ sostanzjali fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk il-miżura tista’ tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(32) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal, huwa ovvju li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(1), tat-TFUE ġew issodisfati, għajr għall-għajnuniet li huma fl-ambitu tal-liġi de minimis. |
VI.1.1 Il-liġi de minimis
|
(33) |
F’diversi okkażjonijiet, l-awtoritajiet Belġjani argumentaw li huma kienu sejrin japplikaw ir-regoli de minimis applikabbli fis-settur tal-agrikultura. Ir-regoli applikabbli matul il-perjodu tal-għoti tal-għajnuna huma r-Regolament (KE) Nru 1860/2004 u r-Regolament (KE) Nru 1535/2007 tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna de minimis fis-setturi tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli (12), li rrevoka r-Regolament (KE) Nru 1860/2004. |
|
(34) |
L-għajnuniet li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1860/2004 jew tar-Regolament (KE) Nru 1535/2007 jitqiesu li ma jissodisfawx il-kriterji kollha tal- Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(35) |
Madankollu għandu jingħad, li skont l-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KE) Nru 1535/2007, l-għajnuniet de minimis ma jistgħux jiġu akkumulati ma’ għajnuniet mill-Istat għall-istess spejjeż eliġibbli jekk tali kumulu jirriżulta f’intensità ta’ għajnuna li tisboq dik iffissata fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull każ mir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea. Fil-każ preżenti, tapplika din id-dispożizzjoni: ma jista’ jkun hemm l-ebda kumulu tal-għajnuna de minimis (li tirrappreżenta 25 % tal-ispejjeż marbuta mal-qerda tal-karkassi li għandhom jitħallsu mill-bdiewa) mal-75 % li jifdal, li, skont ir-regolamentazzjoni tal-Unjoni Ewropea (il-punt 133 tal-Linji Gwida 2007-2013 flimkien mal-Artikolu 16(1)(d), tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (13) jistgħu jitqiesu bħala kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(c), tat-TFUE. |
|
(36) |
Għall-kuntrarju, taħt l-iskema stabbilita mir-Regolament Nru 1860/2004, jidher li tali kumulu ma kienx esklużbejn l-għajnuna de minimis u l-ammonti li jirrappreżentaw 75 % tal-ispejjeż marbuta mal-qerda tal-karkassi. Dan jista’ jiġi dedott mill-premessa 7 tar-Regolament (KE) Nru 1860/2004, li tgħid “Ir-regola de minimis hi mingħajr preġudizzju għall-posssibiltà li l-impriżi jirċievu, ukoll għall-istess proġett, l-għajnuna tal-Istat awtorizzata mill-Kummissjoni jew koperta permezz ta’ Regolament dwar eżenzjoni tal-grupp”.Il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-regolament u b’mod partikolari l-livell massimu ta’ għajnuna ta’ EUR 3 000 għandhom jiġu rispettati, b’mod li kwalunkwe għajnuna li taqbeż il-limitu ta’ EUR 3 000 ma tkunx tista’ tibbenefika mir-Regolament (KE) Nru 1860/2004 u dan għall-ammont sħiħ tal-għajnuna. Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament Nru 1535/2007, dan il-kumulu huwa possibbli sa sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri sat-30 ta’ Ġunju 2008. Wara din id-data japplikaw ir-regoli tar-Regolament (KE) Nru 1535/2007. |
VI.2 Legalità tal-għajnuna
|
(37) |
L-iskema tal-għajnuna, approvata mill-Kummissjoni taħt in-numru tal-fajl NN 48/2003, ġiet innotifikata u approvata għall-perjodu bejn il-31 ta’ Jannar 2003 u l-31 ta’ Jannar 2007. Il-Kummissjoni tinnota madankollu li l-Belġju kompla japplika l-iskema ta’ għajnuna wara l-1 ta’ Frar 2007 mingħajr ma għarraf lill-Kummissjoni dwar dan skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Għaldaqstant, l-iskema tal-għajnuniet saret għajnuna illegali mill-Istat wara l-1 ta’ Frar 2007. |
VI.3 Kompatibbiltà tal-għajnuna
|
(38) |
Skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, l-għajnuniet maħsuba sabiex jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, jistgħu jitqiesu kompatibbli mas-suq intern basta ma jfixklux il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa livell li jkun kuntrarju għall-interess komuni. |
|
(39) |
L-iskema inkwistjoni tirrigwarda l-għoti ta’ għajnuna, fil-forma ta’ servizzi ssussidjati, li tkopri l-ispejjeż kollha tas-servizzi marbuta mat-tneħħija, it-trasport, l-ipproċessar u l-qerda ta’ bhejjem mejta fl-irziezet li jinsabu fir-Reġjun tal-Vallonja. |
|
(40) |
F’dak li jirrigwarda l-perjodu bejn il-31 ta’ Jannar 2002 u l-31 ta’ Diċembru 2003, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni taħt in-numru tal-fajl Nru NN 48/2003 stabbilixxiet li l-iskema setgħet tibbenefika mid-deroga msemmija fl-Artikolu 107(3)(c), tat-TFUE. Madankollu, kif ġie spjegat qabel, għall-perjodu ta’ wara l-1 ta’ Jannar 2004, l-awtoritajiet Belġjani kienu wegħdu li jibdlu l-iskema nnotifikata ta’ għajnuniet mill-Istat sabiex jagħmluha konformi mal-Linji gwida dwar it-TSEs kif kienu applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2004. L-awtoritajiet Belġjani kellhom jagħmlu mod li l-għajnuna ma tkoprix aktar minn 75 % tal-ispejjeż tal-qerda tal-karkassi (l-ispejjeż li jifdal jitħallsu mill-bidwi nnifsu) u li jibagħtu lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn nofs Diċembru 2003, il-provi li l-bidliet meħtieġa fl-iskema tal-għajnuna kienu saru. |
|
(41) |
Dan ir-rekwiżit kien impost mil-Linji gwida dwar it-TSEs, li f’dak iż-żmien kienu l-liġi applikabbli. Fil-punt 29, il-Linji gwida dwar it-TSEs kienu jgħidu dan li ġej:
|
|
(42) |
Il-punti 30 u 31 tal-Linji gwida TSE kienu jipprevedu eċċezzjonijiet għar-regola li l-għajnuna setgħet tkopri biss l-ispejjeż tal-qerda tal-bhejjem mejta sa 75 %:
|
|
(43) |
Ta’ min jinnota li, fil-kuntest tar-reviżjoni tal-fajl nru NN 48/2003, l-awtoritajiet Belġjani qatt ma argumentaw li tista’ tapplika xi waħda minn dawn l-eċċezzjonijiet. |
|
(44) |
Il-Linji gwida dwar it-TSEs ġew revokati fl-1 ta’ Jannar 2007, kif kien previst fil-punt 194 c) tal-Linji Gwida 2007-2013. Skont il-punt 134 tal-Linji Gwida 2007-2013, il-Kummissjoni tiddikjara l-għajnuniet mill-Istat li jirrigwardaw it-testijiet għat-TSEs u l-bhejjem mejtin kompatibbli mal-Artikolu 108(3)(c) tat-TFUE jekk il-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 ikunu ssodisfati. |
|
(45) |
L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 ma jibdilx is-sustanza f’dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-għajnuna mogħtija għat-tneħħija u l-qerda tal-bhejjem mejta. Kif kien il-każ fil-Linji gwida dwar it-TSEs, ir-Regolament jistabbilixxi fl-Artikolu 16(1)(d) tiegħu, li l-għajnuna li tista’ tilħaq il-100 % tal-ispejjeż marbuta mat-tneħħija tal-bhejjem mejta u 75 % tal-ispejjeż marbuta mal-qerda tal-karkassi titqies kompatibbli mas-suq intern. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16(1)(e) u (f), jinkludu min-naħa tagħhom il-possibbiltà ta’ deroga mil-limitu ta’ 75 % biex tintlaħaq rata ta’ għajnuna ta’ 100 % fil-każijiet li ġejjin: i) meta l-għajnuna tkun iffinanzjata minn ħlasijiet jew kontribuzzjonijiet obbligatorji, maħsuba għall-finanzjament tal-qerda ta’ tali karkassi, sakemm dawn il-ħlasijiet jew kontribuzzjonijiet ikunu limitati u direttament imposti fuq is-settur tal-laħam; jew ii) meta jkun obbligatorju li l-bhejjem mejta jiġu soġġetti għal test għat-TSEs. |
|
(46) |
Minħabba li r-regolamentazzjoni l-ġdida (linji gwida 2007-2013 u r-Regolament (KE) Nru 1857/2006 ma bidlitx is-sustanza tas-sitwazzjoni meta mqabbla mar-regolamentazzjoni l-qadima (il-Linji gwida dwar it-TSEs), l-evalwazzjoni tal-fajl f’dak li jirrigwarda r-regoli applikabbli tal-Unjoni Ewropea għandha tkun l-istess għall-perjodu kollu kkonċernat (jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2004 sal-lum). |
|
(47) |
Kif innutat qabel, l-awtoritajiet Belġjani kienu ntrabtu, bħala parti mir-reviżjoni tal-fajl nru NN 48/2003, li jibdlu l-iskema ta’ għajnuniet tagħhom b’mod li l-għajnuna prevista li tkopri l-ispejjeż marbuta mal-qerda tal-karkassi ma taqbiżx il-75 % ta’ dawn l-ispejjeż mill-1 ta’ Jannar 2004. Madankollu, matul ir-reviżjoni tal-każ, l-awtoritajiet Belġjani ma kkontestawx li l-iskema ta’ għajnuniet mill-Istat ma nbidlitx kif kienu ntrabtu li jagħmlu. |
|
(48) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Belġjani argumentaw diversi drabi fil-kuntest ta’ dan il-każ preżenti (pereżempju, f’ittra datata s-27 ta’ Novembru 2008) li t-tieni eċċezzjoni msemmija fil-premessa 42 tista’ fir-realtà tapplika u li l-għajnuna tista’ tkopri sa 100 % tal-ispejjeż marbuta mal-qerda tal-karkassi. Fil-fehma tagħhom, l-eċċezzjoni hija ġġustifikata mill-fatt li kien hemm l-obbligu li jsiru testijiet għat-TSEs fuq il-bhejjem mejta kollha (il-punt 31 tal-Linji gwida dwar it-TSEs u l-Artikolu 16(1)(f), tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Madankollu, ma ntbagħtet l-ebda prova li tappoġġa din id-dikjarazzjoni. |
|
(49) |
L-argument ewlieni ppreżentat mill-Belġju bħala sostenn għad-dikjarazzjoni tiegħu huwa li l-pajjiż huwa obbligat li jwettaq dawn it-testijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (14). Madankollu dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. Fil-fatt, b’applikazzjoni ta’ dan l-imsemmi Regolament, l-awtoritajiet tal-Vallonja għandhom l-obbligu li jwettqu testijiet għat-TSEs fuq il-bhejjem mejta kif ġej:
|
|
(50) |
Għalhekk, l-obbligu li jsiru testijiet japplika biss għall-bhejjem ta’ età speċifika (24 xahar għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2001 u l-31 ta’ Diċembru 2008 u 48 xahar wara din id-data). Aktar importanti minn hekk, dan l-obbligu japplika biss għall-ifrat. Il-bhejjem ta’ speċijiet oħrajn li jkunu mietu fir-razzett (ħnieżer, żwiemel, tjur, eċċ.) m’għandhomx għalfejn ikunu soġġetti għal testijiet għat-TSEs. Jirriżulta mill-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Belġjani (ittra datata s-27 ta’ Novembru 2008) li l-għadd ta’ karkassi li setgħu eventwalment ikunu kkonċernati minn din l-eżenzjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) nru 999/2001 jirrappreżenta inqas minn 20-25 % tal-ispejjeż totali li ntefqu f’dak li jikkonċerna l-bhejjem li jinsabu mejta ttrattati fl-ambitu tal-kuntratt tas-servizzi. Għalhekk, l-għajnuniet relattivi għall-ispejjeż huma strettament marbuta mal-obbligu li jsiru t-testijiet għat-TSEs biss kif previst mir-Regolament Nru 999/2001 jistgħu jitqiesu kompatibbli, sakemm ikun possibbli li dawn l-ispejjeż jiġu identifikati b’mod ċar. |
|
(51) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-ewwel eċċezzjoni li tippermetti li l-ispejjeż tat-tneħħija u ta’ qerda tal-karkassi jkunu koperti 100 % permezz ta’ taxxi u kontribuzzjonijiet obbligatorji fis-settur tal-laħam mhijiex applikabbli f’dan il-każ. L-awtoritajiet Belġjani qatt ma invokaw l-applikabbiltà ta’ din l-eċċezzjoni u lanqas ipprovdew xi element f’dan ir-rigward. |
|
(52) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri tal-iskema ta’ għajnuniet inkwistjoni maħsuba sabiex ikopru aktar minn 75 % tal-ispejjeż tal-qerda tal-karkassi m’humiex kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Linji gwida dwar it-TSEs jew tal-Linji gwida 2007-2013, għajr l-ispejjeż li huma direttament marbuta mat-trattament tal-karkassi tal-bhejjem li għalihom hemm l-obbligu tat-testijiet għat-TSEs. |
|
(53) |
Barra minn hekk, minħabba l-fatt li l-Kummissjoni approvat l-iskema ta’ għajnuniet sal-31 ta’ Jannar 2007 fuq il-bażi tal-impenji tal-awtoritajiet Belġjani, li kellhom jibdlu l-iskema sabiex jirrispettaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Linji gwida dwar it-TSEs mill-1 ta’ Jannar 2004, u minħabba li dawn l-impenji ma ġewx imħarsa minn dawn l-awtoritajiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mogħtija għall-miżuri maħsuba sabiex ikopru aktar minn 75 % tal-ispejjeż tal-qerda tal-karkassi ngħatat b’mod abbużiv, mill-inqas f’dak li jirrigwarda l-għajnuna li m’hijiex maħsuba sabiex tikkumpensal-obbligu li jsiru testijiet għat-TSEs. |
|
(54) |
Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, meta għajnuna mill-Istat mogħtija b’mod illegali ma tkunx kompatibbli mas-suq intern, din għandha tiġi rkuprata mingħand il-benefiċjarji. L-għan jintlaħaq meta l-għajnuna inkwistjoni, flimkien mal-imgħax għad-dewmien jekk ikun il-każ, jitħallsu lura mill-benefiċjarji, jiġifieri mill-kumpaniji li jkunu effettivament ibbenefikaw minnha. |
|
(55) |
Din id-Deċiżjoni tirrigwarda l-miżuri ta’ għajnuna investigati u għandha tiġi implimentata minnufih, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-irkupru tal-għajnuniet individwali kollha mogħtija taħt din l-iskema ta’ għajnuna, minbarra dawk mogħtija għal proġetti speċifiċi li, meta ngħataw dawn l-għajnuniet, kienu jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fir-Regolament de minimis jew ta’ eżenzjoni applikabbli fid-dawl tal-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 994/98 tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċertu kategoriji ta’ għajnuna Statali [mill-Istat] orizzontali (15), jew taħt xi skema ta’ għajnuniet approvata mill-Kummissjoni. |
VII. KONKLUŻJONIJIET
|
(56) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Belġju implimenta b’mod illegali l-għajnuna inkwistjoni bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Minħabba li parti mill-għajnuna m’hijiex kompatibbli mas-suq intern, il-Belġju għandu jwaqqafha u għandu jirkupra l-ammonti diġà mogħtija b’mod illegali mingħand il-benefiċjarji. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Parti mill-iskema ta’ għajnuniet mill-Istat implimentati mill-Belġju favur il-bdiewa tar-reġjun tal-Vallonja, li hi maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tat-trobbija u l-qerda ta’ karkassi ta’ bhejjem mejta fl-imrpiżi agrikoli li jinsabu fir-Reġjun tal-Vallonja m’hijiex kompatibbli mas-suq intern.
2. Il-parti tal-għajnuna mmirata strettament sabiex tkopri l-obbligu li għandhom il-bdiewa li jwettqu testijiet għat-TSEs biss skont ir-Regolament Nru 999/2001 hija kompatibbli mas-suq intern, sakemm ikun possibbli li dawn l-ispejjeż jiġu identifikati b’mod ċar.
Artikolu 2
Il-Belġju għandu jabolixxi l-iskema ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 1.
Artikolu 3
L-ammonti mogħtija, taħt l-iskema ta’ għajnuniet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni ma jitqiesux bħala għajnuna fis-sens tat-Trattat jekk, meta ngħataw, dawn kienu jissodisfaw il-kundizzjonijiet definiti fir-Regolament adottat skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 994/98 u applikabbli f’dak iż-żmien.
Artikolu 4
L-għajnuniet individwali mogħtija taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni li, meta ngħataw, kienu jissodisfaw il-kundizzjonijiet definiti f’Regolament adottat skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 994/98 jew taħt kwalunkwe skema oħra ta’ għajnuniet approvata huma kompatibbli mas-suq intern sal-intensità massima użata għal dan it-tip ta’ għajnuniet.
Artikolu 5
1. Soġġett għall-Artikolu 1(2), l-Artikolu 3 u 4, il-Belġju għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex jirkupra, mingħand il-benefiċjarji, l-għajnuna li m’hijiex kompatibbli msemmija fl-Artikolu 1 u li diġà tpoġġiet għad-dispożizzjoni tagħhom b’mod illegali.
2. L-irkupru għandu jsir minnufih skont il-proċeduri previsti mil-liġi nazzjonali, sakemm dawn jippermettu l-implimentazzjoni immedjata u effettiva ta’ din id-Deċiżjoni. L-għajnuna li għandha tiġi rkuprata għandha tinkludi imgħaxijiet li jkunu kkalkulati mid-data li fiha saru disponibbli għall-benefiċjarji, sad-data tal-irkupru tagħha. L-imgħaxijiet għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tar-rata ta’ referenza użata għall-kalkolu tal-għotja ekwivalenti fil-kuntest tal-għajnuniet reġjonali.
Artikolu 6
Ir-Renju tal-Belġju għandu jgħarraf lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, dwar il-passi li jkun ħa sabiex jikkonforma ruħu magħha.
Il-Belġju għandu jżomm lill-Kummissjoni infurmata rigward il-progress tal-miżuri nazzjonali li jittieħdu sabiex jimplimenta din id-Deċiżjoni sal-irkupru sħiħ tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1. Dan għandu jibgħat minnufih, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni kull informazzjoni dwar il-miżuri li ttieħdu u dawk previsti sabiex jikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni, kif ukoll informazzjoni dettaljata rigward l-ammonti ta’ għajnuna u l-imgħaxijiet irkuprati diġà mingħand il-benefiċjarji.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Dacian CIOLOŞ
Membru tal-Kummissjoni
(1) B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE saru l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Fiż-żewġ każijiet, id-dispożizzjonijiet huma, fis-sustanza tagħhom identiċi. Għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni, fejn hu xieraq, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jinqraw bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE.
(3) ĠU C 191, 15.7.2010, p. 12.
(5) ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.
(6) ĠU C 324, 24.12.2002, p. 2.
(8) ĠU C 319, 27.12.2006, p. 1.
(9) ĠU L 325, 28.10.2004, p. 4.
(10) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Settembru 1980 fil-każ C-730/79, Philip Morris Holland BV vs Commission des Communautés européennes, Rec. 1980, p. 2671.
(11) Ara s-sentenza tal-Qorti tat-13 ta’ Lulju 1988 fil-kawża Nru C-102/87, Ir-Repubblika ta’ Franza vs. Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Rec. 1988, p. 4067.
(12) ĠU L 337, 21.12.2007, p. 35
(13) ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3.
|
21.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/50 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-15 ta’ Diċembru 2010
dwar l-adattament tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2009, l-1 ta’ Settembru 2009, l-1 ta’ Ottubru 2009, l-1 ta’ Novembru 2009, l-1 ta’ Diċembru 2009 u l-1 ta’ Jannar 2010 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jwettqu dmirijiethom f’pajjiżi terzi
(2010/790/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 336,
Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u s-sistema applikabbli għal impjegati oħrajn ta’ dawn il-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b’mod partikolari 13(2), tal-Anness X tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Anness X tar-Regolamenti dwar il-Persunal, il-koeffiċjenti korrettivi li għandhom jiġu applikati mill-1 ta’ Lulju 2009 għar-remunerazzjoni ta’ uffiċjali, persunal temporanju u persunal kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jaqdu dmirijiethom f’pajjiżi terzi u li jitħallas fil-munita tal-pajjiż tal-impjieg, ġew stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 768/2010 (2). |
|
(2) |
Jeħtieġ li wħud minn dawn il-koeffiċjenti jiġu adattati f’konformità mal-paragrafu 2 tal-Artikolu 13 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2009, l-1 ta’ Settembru 2009, l-1 ta’ Ottubru 2009, l-1 ta’ Novembru 2009, l-1 ta’ Diċembru 2009 u l-1 ta’ Jannar 2010, fid-dawl li minn statistika li għandha l-Kummissjoni ħareġ fid-dieher li f’ċerti pajjiżi terzi l-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja mkejla skont il-koeffiċjent korrettiv u r-rata tal-kambju korrispondenti qabżet il-5 % minn meta dawn il-koeffiċjenti korrettivi ġew aġġustati l-aħħar, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Unjoni Ewropea li jwettqu dmirijiethom f’pajjiżi terzi, u li huma mħallsin fil-munita tal-pajjiż tal-impjieg, għandhom jiġu aġġustati għal ċerti pajjiżi indikati fl-Anness. Dan l-Anness jinkludi sitt tabelli mensili li jindikaw il-pajjiżi kkonċernati kif ukoll id-dati suċċessivi għall-applikazzjoni f’kull pajjiż (l-1 ta’ Awwissu 2009, l-1 ta’ Settembru 2009, l-1 ta’ Ottubru 2009, l-1 ta’ Novembru 2009, l-1 ta’ Diċembru 2009 u l-1 ta’ Jannar 2010).
Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta’ dawn ir-remunerazzjonijiet huma stabbiliti f’konformità mar-regoli implimenatattivi ddettaljati tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrispondu mad-dati differenti indikati fl-ewwel paragrafu.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
Catherine ASHTON
Viċi-President
ANNESS
AWWISSU 2009
|
Post tal-impjieg |
Paritajiet ekonomiċi Awwissu 2009 |
Rati ta’ kambju Awwissu 2009 (*1) |
Koeffiċjenti korrettivi Awwissu 2009 (*2) |
|
L-Eritrea (1) |
11,28 |
21,6903 |
52,0 |
|
Il-Ġeorġja |
1,919 |
2,3805 |
80,6 |
|
Il-Gana (2) |
1,009 |
2,0935 |
48,2 |
|
L-Indoneżja (Ġakarta) (3) |
10 091 |
13 989,6 |
72,1 |
|
L-Indoneżja (Banda Aceh) (4) |
7 989 |
13 989,6 |
57,1 |
|
Il-Liberja (2) |
USD 1,265 |
USD 1,4053 |
90,0 |
|
Il-Moldova |
9,558 |
15,9211 |
60,0 |
|
Il-Montenegro |
0,6456 |
1 |
64,6 |
|
Is-Serbja (Belgrad) (2) |
65,28 |
93,045 |
70,2 |
|
Is-Sudan (Kartum) (5) |
1,93 |
3,55881 |
54,2 |
SETTEMBRU 2009
|
Post tal-impjieg |
Paritajiet ekonomiċi Settembru 2009 |
Rati tal-kambju Settembru 2009 (*3) |
Koeffiċjenti korrettivi Settembru 2009 (*4) |
|
L-Eġittu (7) |
3,272 |
7,9632 |
41,1 |
|
Il-Gambja (8) |
24,07 |
38,05 |
63,3 |
|
Il-Ginea (Konakry) |
4 456 |
6 793,48 |
65,6 |
|
Il-Kazakistan (Astana) (7) |
154,2 |
215,54 |
71,5 |
|
Sjerra Leone |
3 745 |
5 088,7 |
73,6 |
|
Is-Sudan (Kartum) (6) |
2,035 |
3,63297 |
56,0 |
|
Timor Leste (9) |
USD 1,008 |
USD 1,4364 |
70,2 |
|
Il-Venezwela (10) |
2,94 |
3,08826 |
95,2 |
OTTUBRU 2009
|
Post tal-impjieg |
Paritajiet ekonomiċi Ottubru 2009 |
Rati tal-kambju Ottubru 2009 (*5) |
Koeffiċjenti korrettivi Ottubru 2009 (*6) |
|
L-Albanija |
89,99 |
134,994 |
66,7 |
|
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (12) |
39,56 |
61,4321 |
64,4 |
|
L-Awstralja (12) |
1,693 |
1,669 |
101,4 |
|
Il-Kambodja |
4 435 |
6 186,5 |
71,7 |
|
Il-Kroazja |
6,345 |
7,2708 |
87,3 |
|
L-Eritrea (11) |
12,34 |
22,4703 |
54,9 |
|
Il-Ginea Bissaw |
644,7 |
655,957 |
98,3 |
|
Il-Mali |
593,6 |
655,957 |
90,5 |
|
Il-Kaledonja Ġdida |
141,4 |
119,332 |
118,5 |
|
L-Uganda |
1 965 |
2 839,77 |
69,2 |
|
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (Kinxasa) (13) |
USD 1,663 |
USD 1,45490 |
114,3 |
|
Is-Sri Lanka (12) |
107,3 |
169,169 |
63,4 |
|
It-Taġikistan |
3,715 |
6,3745 |
58,3 |
|
It-Tanzanija |
1 287 |
1 894,85 |
67,9 |
|
It-Tajlandja |
28,36 |
48,906 |
58,0 |
|
It-Turkija (13) |
1,742 |
2,168 |
80,4 |
|
L-Ukraina |
7,579 |
11,746 |
64,5 |
|
Iż-Żambja (13) |
3 830 |
6 820,88 |
56,2 |
NOVEMBRU 2009
|
Post tal-impjieg |
Paritajiet ekonomiċi Novembru 2009 |
Rati tal-kambju Novembru 2009 (*7) |
Koeffiċjenti korrettivi Novembru 2009 (*8) |
|
L-Alġerija |
74,7 |
107,642 |
69,4 |
|
L-Eġittu (15) |
3,544 |
8,26565 |
42,9 |
|
L-Indoneżja (Banda Aceh) (14) |
8 536 |
14 188,1 |
60,2 |
|
L-Iżrael |
5,351 |
5,5483 |
96,4 |
|
Il-Kazakistan (Almaty) |
172 |
226,55 |
75,9 |
|
Il-Kazakistan (Astana) (15) |
162,9 |
226,55 |
71,9 |
|
Il-Kirgiżistan |
48,82 |
64,4757 |
75,7 |
|
Il-Laos (17) |
9 584 |
12 734 |
75,3 |
|
Il-Libanu |
1 638 |
2 229,29 |
73,5 |
|
In-Nepal (17) |
79,66 |
111,64 |
71,4 |
|
Ir-Russja |
40,41 |
43,1957 |
93,6 |
|
Iċ-Ċad |
751,4 |
655,957 |
114,6 |
|
Il-Venezwela (16) |
3,172 |
3,17543 |
99,9 |
DIĊEMBRU 2009
|
Post tal-impjieg |
Paritajiet ekonomiċi Diċembru 2009 |
Rati tal-kambju Diċembru 2009 (*9) |
Koeffiċjenti korrettivi Diċembru 2009 (*10) |
|
L-Arabja Sawdija |
4,174 |
5,5885 |
74,7 |
|
Il-Kongo (Brazzaville) |
725 |
655,957 |
110,5 |
|
Kuba |
USD 1,105 |
USD 1,4918 |
74,1 |
|
L-Eritrea (18) |
13,43 |
22,8273 |
58,8 |
|
Il-Gambja (21) |
25,54 |
40,1 |
63,7 |
|
Il-Gana (19) |
1,069 |
2,155 |
49,6 |
|
Il-Gwatemala |
8,18 |
12,3745 |
66,1 |
|
Ħaiti |
60,46 |
64,591 |
93,6 |
|
Il-Gżejjer Solomon |
10,68 |
11,7695 |
90,7 |
|
L-Indja |
38,84 |
69,5925 |
55,8 |
|
Il-Liberja (19) |
USD 1,38 |
USD 1,4918 |
92,5 |
|
Il-Madagaskar |
2 140 |
2 907,57 |
73,6 |
|
Il-Malasja |
158,9 |
213,936 |
74,3 |
|
Il-Malawi |
3,289 |
5,0587 |
65,0 |
|
Il-Paragwaj |
4 341 |
7 186,56 |
60,4 |
|
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (Kinxasa) (22) |
USD 1,772 |
USD 1,4918 |
118,8 |
|
Is-Serbja (Belgrad) (19) |
69,83 |
94,412 |
74,0 |
|
Is-Sudan (Kartum) (20) |
2,19 |
3,52542 |
62,1 |
|
Is-Surinam |
1,92 |
4,18 |
45,9 |
|
It-Turkija (22) |
1,831 |
2,283 |
80,2 |
|
Il-Vjetnam |
12 873 |
29 495,2 |
43,6 |
|
Iż-Żambja (22) |
4 038 |
6 974,14 |
57,9 |
JANNAR 2010
|
Post tal-impjieg |
Paritajiet ekonomiċi Jannar 2010 |
Rati ta’ kambju Jannar 2010 (*11) |
Koeffiċjenti korrettivi Jannar 2010 (*12) |
|
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (26) |
37,26 |
61,447 |
60,6 |
|
L-Arġentina |
3,219 |
5,4559 |
59,0 |
|
L-Awstralja (26) |
1,596 |
1,6036 |
99,5 |
|
L-Etjopja |
14,33 |
18,2782 |
78,4 |
|
L-Indoneżja (Ġakarta) (23) |
9 550 |
13 511,5 |
70,7 |
|
L-Islanda |
144,5 |
180,96 |
79,9 |
|
Il-Kosovo (Pristina) |
0,5854 |
1 |
58,5 |
|
Il-Laos (27) |
8 875 |
12 174 |
72,9 |
|
Il-Libja |
1,018 |
1,7683 |
57,6 |
|
In-Nepal (27) |
74 |
107,83 |
68,6 |
|
In-Niġer |
593,3 |
655,957 |
90,4 |
|
Samoa |
2,891 |
3,61939 |
79,9 |
|
Is-Sri Lanka (26) |
114,1 |
163,139 |
69,9 |
|
Timor Leste (24) |
USD 1,083 |
USD 1,4338 |
75,5 |
|
Il-Venezwela (25) |
3,357 |
3,0788 |
109,0 |
(*1) 1 EURO = x unitajiet ta’ munita nazzjonali (USD għall-: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste).
(*2) Brussell = 100.
(1) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat tliet darbiet: għal Awwissu, Ottubru u Diċembru.
(2) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat darbtejn: għal Awwissu u Diċembru.
(3) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat darbtejn: għal Awwissu 2009 u Jannar 2010.
(4) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat darbtejn: għal Awwissu u Novembru.
(5) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat tliet darbiet: għal Awwissu, Settembru u Diċembru.
(*3) 1 EURO = x unitajiet ta’ munita nazzjonali (USD għall-: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste).
(*4) Brussell = 100.
(6) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat tliet darbiet: għal Awwissu, Settembru u Diċembru.
(7) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat darbtejn: għal Settembru u Novembru.
(8) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat darbtejn: għal Settembru u Diċembru.
(9) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat darbtejn: għal Settembru 2009 u Jannar 2010.
(10) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat tliet darbiet: għal Settembru u Novembru 2009 u Jannar 2010.
(*5) 1 EURO = x unitajiet ta’ munita nazzjonali (USD għall-: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste).
(*6) Brussell = 100.
(11) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat tliet darbiet: għal Awwissu, Ottubru u Diċembru.
(12) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat darbtejn: għal Ottubru 2009 u Jannar 2010.
(13) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat darbtejn: għal Ottubru u Diċembru.
(*7) 1 EURO = x unitajiet ta’ munita nazzjonali (USD għall-: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste).
(*8) Brussell = 100.
(14) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat darbtejn: għal Awwissu u Novembru.
(15) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat darbtejn: għal Settembru u Novembru.
(16) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat tliet darbiet: għal Settembru u Novembru 2009 u Jannar 2010.
(17) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat darbtejn: għal Novembru 2009 u Jannar 2010.
(*9) 1 EURO = x unitajiet ta’ munita nazzjonali (USD għall-: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste).
(*10) Brussell = 100.
(18) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat tliet darbiet: għal Awwissu, Ottubru u Diċembru.
(19) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat darbtejn: għal Awwissu u Diċembru.
(20) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat tliet darbiet: għal Awwissu, Settembru u Diċembru.
(21) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat darbtejn: għal Settembru u Diċembru.
(22) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat darbtejn: għal Ottubru u Diċembru.
(*11) 1 EURO = x unitajiet ta’ munita nazzjonali (USD għall-: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste).
(*12) Brussell = 100.
(23) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat darbtejn: għal Awwissu 2009 u Jannar 2010.
(24) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat darbtejn: għal Settembru 2009 u Jannar 2010.
(25) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat tliet darbiet: għal Settembru u Novembru 2009 u Jannar 2010.
(26) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat darbtejn: għal Ottubru 2009 u Jannar 2010.
(27) Il-koeffiċjent għal dan il-post hu adattat darbtejn: għal Novembru 2009 u Jannar 2010.
|
21.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/55 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-20 ta’ Diċembru 2010
li telenka l-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt III(1) tal-Anness XII għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007
(tfassil mill-ġdid)
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8434)
(2010/791/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment il-punt (b)(i) tal-Artikolu 121 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/566/KEE tat-28 ta’ Ottubru 1988 elenku tal-prodotti indikati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 (2) ġiet emendata b’mod sostanzjali (3). Ladarba jridu jsiru aktar emendi, għandha tiġi rriformulata fl-interessi taċ-ċarezza. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistabbilixxi l-prinċipju illi d-deskrizzjonijiet ħalib u prodotti tal-ħalib ma’ jistgħux jintużaw għall-prodotti tal-ħalib apparti dawk deskritti fil-punt II tal-Anness XII għalih. Bħala eċċezzjoni, dan il-prinċipju mhuwiex applikabbli fir-rigward tad-deskrizzjoni tal-prodotti li n-natura eżatta tagħhom hija magħrufa minħabba l-użu tradizzjonali u/jew meta d-denominazzjonijiet ikunu ċarament użati sabiex jiddeskrivu l-kwalità tal-karatteristiċi tal-prodott. |
|
(3) |
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-listi indikattivi tal-prodotti li huma jikkunsidraw li jissodisfaw, ġewwa t-territorji tagħhom, il-kriterji tal-eċċezzjoni msemmija hawn fuq. Għandu jiġi ffurmat elenku ta’ dawn il-prodotti abbażi tal-listi indikattivi nnotifikati mill-Istati Membri. Dik il-lista għandha tintinkludi l-ismijiet tal-prodotti rilevanti skont l-użu tradizzjonali tagħhom fil-lingwi varji tal-Unjoni, sabiexkludi l-ismijiet tal-prodotti rilevanti skont l-użu tradizzjonali tagħhom fil-lingwi varji tal-Unjoni, sabiex dawk l-ismijiet ikunu jistgħu jintużaw mill-Istati Membri kollha, stante li jobdu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel (4). |
|
(4) |
Addizzjonijiet għal din il-lista jistgħu jsiru skont l-Artikolu 121(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
|
(5) |
B’segwitu għall-adeżjonijiet fl-Unjoni Ewropea tal-2004 u l-2007, uħud mill-Istati Membri l-ġodda ssottomettew listi ta’ prodotti li huma jqisu li jissodisfaw, fi ħdan it-territorji tagħhom, il-kriterji għall-eċċezzjoni msemmija hawn fuq. Il-lista fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tiġi kkompletata billi jiġu inklużi l-ismijiet tal-prodotti mill-Istati Membri l-ġodda, fil-lingwi rilevanti, li jistgħu jibbenefikaw mill-eċċezzjoni. |
|
(6) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal- Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-prodotti korrispondenti, fit-territorju tal-Unjoni, fir-rigward tal-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt III(1) tal-Anness XII għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma elenkati fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 88/566/KEE hija rrevokata.
Referenzi għad-Deċiżjoni rrevokata għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Dacian CIOLOŞ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 310, 16.11.1988, p. 32.
(3) Ara l-Anness II.
ANNESS I
Elenku tal-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt III(1) tal-Anness XII għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007
ES
Leche de almendras
DA
|
|
Kakaosmør |
|
|
Mandelsmør |
|
|
Jordnøddesmør |
|
|
Kokosmælk |
|
|
Flødeboller |
|
|
»… fromage« użata fid-deskrizzjoni deżerta bbażata fuq il-frott li ma jkunx fiha ħalib, jew prodotti oħra tal-ħalib jew ħalib jew imitazzjonijieti tal-prodotti tal-ħalib (pereżempju, citronfromage) |
|
|
Smørtyve |
|
|
Ostekiks |
|
|
Osterejer |
|
|
Flødetablet |
|
|
Flødefodbolde |
|
|
Flødemint |
|
|
Flødekaramel |
DE
|
|
Kokosmilch |
|
|
Liebfrau(en)milch |
|
|
Fischmilch |
|
|
Milchner |
|
|
Butterbirne |
|
|
Rahmapfel |
|
|
Butterbohne |
|
|
Butterkohl |
|
|
Butterpilz |
|
|
Milchbrätling |
|
|
Buttersalat |
|
|
Erdnussbutter |
|
|
Kakaobutter |
|
|
Fleischkäse |
|
|
Leberkäse |
|
|
Käseklee |
|
|
Butterhäuptel |
|
|
Butterschnitzel |
|
|
Faschiertes Butterschnitzel |
|
|
Milchmargarine |
|
|
Margarinestreichkäse |
EL
|
|
Βούτυρο κακάου |
|
|
Φρουτόκρεμα |
|
|
Κρέμα αραβοσίτου |
|
|
Κρέμα κάστανου |
|
|
Νουκρέμα |
EN
|
|
Coconut milk |
|
|
“Cream …” jew “Milk …” użati fid-deskrizzjoni ta’ xarba alkoħolika li ma jkunx fiha ħalib jew prodotti oħra tal-ħalib jew ħalib jew imitazzjonijiet tal-prodotti tal-ħalib (pereżempju, cream sherry, milk sherry) |
|
|
Cream soda |
|
|
Cream filled biscuits (pereżempju, custard cream, bourbon cream, raspberry cream biscuits, strawberry cream, eċċ.) |
|
|
Cream filled sweets jew chocolates (pereżempju, peppermint cream, raspberry cream, crème egg) |
|
|
Cream crackers |
|
|
Salad cream |
|
|
Creamed coconut u frott ieħor simili, prodotti tal-lewż u tal-ħaxix fejn it-terminu «creamed» jiddeskrivi l-forma karatterisitika tal-prodott |
|
|
Cream of tartar |
|
|
Cream jew creamed soups (pereżempju, cream of tomato soup, cream of celery, cream of chicken, eċċ.) |
|
|
Horseradish cream |
|
|
Ice-cream |
|
|
Jelly cream |
|
|
Table cream |
|
|
Cocoa butter |
|
|
Shea butter |
|
|
Nut butters (pereżempju, peanut butter) |
|
|
Butter beans |
|
|
Butter puffs |
|
|
Fruit cheese (pereżempju, lemon cheese, Damson cheese) |
FR
|
|
Lait d’amande |
|
|
Lait de coco |
|
|
«Crème …» użata fid-deskrizzjoni ta’ soppa li ma jkunx fiha ħalib jew prodotti oħra tal-ħalib jew ħalib jew imitazzjonijiet tal-prodotti tal-ħalib (pereżempju crème de volailles, crème de légumes, crème de tomates, crème d’asperges, crème de bolets, eċċ.) |
|
|
«Crème …» użata fid-deskrizzjoni ta’ xorb alkoħoliku li ma jkunx fih ħalib jew prodotti oħra tal-ħalib jew ħalib jew imitazzjoni tal-prodotti tal-ħalib (pereżempju crème de cassis, crème de framboise, crème de banane, crème de cacao, crème de menthe, eċċ.) |
|
|
«Crème …» użata fid-deskrizzjoni tal-prodotti tal-laħam ippreparati (pereżempju, crème de foie de volaille, pâté crème, eċċ.) |
|
|
Crème de maïs |
|
|
Crème de riz |
|
|
Crème d’avoine |
|
|
Crème d’anchois |
|
|
Crème d’écrevisses |
|
|
Crème de pruneaux, crème de marron (krema ta’ frott ieħor tal-għadma) |
|
|
Crème confiseur |
|
|
Beurre de cacao |
|
|
Beurre de cacahouète |
|
|
Fromage de tête |
|
|
Haricot beurre |
|
|
Beurré Hardy |
IT
|
|
Latte di mandorla |
|
|
Burro di cacao |
|
|
Latte di cocco |
|
|
Fagiolini al burro |
HU
|
|
Vajretek |
|
|
Gyümölcssajt (pereżempju, birsalmasajt) |
|
|
Disznósajt vagy hússajt vagy fejsajt |
|
|
Haltej |
|
|
Kakaóvaj |
|
|
Kókusztej |
|
|
Mogyoróvaj |
|
|
Vajbab |
|
|
Vajkörte |
NL
|
|
Pindakaas |
|
|
Hoofdkaas |
|
|
Cacaoboter |
|
|
Leverkaas |
|
|
Hamkaas |
|
|
Tongkaas |
|
|
Nierkaas |
|
|
Kokosmelk |
|
|
„… crème” użata fid-deskrizzjoni ta’ soppa li ma jkunx fiha ħalib jew prodotti oħra tal-ħalib jew ħalib jew imitazzjonijiet tal-prodotti tal-ħalib (pereżempju, groentencrème, tomatencrème, aspergecrème, eċċ.) |
|
|
„… crème” użata fid-deskrizzjoni ta’ xarba alkoħolika li ma jkunx fihaħalib jew prodotti oħra tal-ħalib jew ħalib jew imitazzjonijiet tal-prodotti tal-ħalib (pereżempju cassiscrème, frambozencrème, cacaocrème, bananencrème, eċċ.) |
|
|
Crèmevulling |
|
|
Levercrème |
|
|
Boterbonen |
PL
Ser jabłeczny
PT
|
|
Leite de coco |
|
|
Manteiga de cacau |
|
|
Manteiga de amendoim |
|
|
Queijo doce de Tomar |
|
|
Queijinho de sal |
SL
Mesni sir
SK
|
|
Arašidové maslo |
|
|
Fazul’a maslová (maslovka) |
|
|
Kakaové maslo |
|
|
Kokosové mlieko |
|
|
Masliak |
|
|
Maslová hruška (maslovka) |
|
|
Pečeňový syr |
|
|
Vtáčie mlieko |
FI
|
|
Kaakaovoi |
|
|
Maapähkinävoi |
|
|
Voileipäkeksi |
|
|
Voitatti |
|
|
Voileipäkakku |
SV
|
|
Jordnötssmör |
|
|
Kakaosmör |
|
|
Smörsopp |
|
|
Kokosmjölk |
|
|
Ostkex |
|
|
Margarinost |
|
|
Smördeg |
ANNESS II
Id-Deċiżjoni rrevokata bl-emendi tagħha
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/566/KEE |
|
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/144/KE |
ANNESS III
Tabella Ta’ Korrelazzjoni
|
Id-Deċiżjon 88/566/KEE |
Din id-Deċiżjoni |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
— |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
|
Anness |
Anness I |
|
— |
Anness II |
|
— |
Anness III |
|
21.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/60 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-20 ta’ Diċembru 2010
li testendi l-perjodu tranżitorju li jikkonċerna l-akkwist ta’ art agrikola fl-Ungerija
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/792/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja,
Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u b’mod partikolari l-punt 2 tal-Kapitolu 3 tal-Anness X għalih,
Wara li kkunsidrat it-talba magħmula mill-Ungerija,
Billi:
|
(1) |
L-Att tal-Adeżjoni tal-2003 jipprovdi li l-Ungerija għandha żżomm fis-seħħ, skont il-kundizzjonijiet stipulati fih, għal perjodu ta’ seba’ snin mill-adeżjoni li jiskadi fit-30 ta’ April 2011, projbizzjonijiet dwar l-akkwist ta’ art agrikola minn persuni fiżiċi li mhumiex residenti fl-Ungerija jew li mhumiex ta’ nazzjonalità Ungeriża u minn persuni legali. Din hija eċċezzjoni temporanja għall-moviment ħieles tal-kapital kif iggarantit fl-Artikoli 63 sa 66 tat-Trattat tal-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dan il-perjodu tranżitorju jista’ jiġi estiż biss għal tliet snin oħra. |
|
(2) |
Fl-10 ta’ Settembru 2010, l-Ungerija talbet biex testendi l-perjodu tranżitorju li jikkonċerna l-akkwist ta’ art agrikola bi tliet snin. |
|
(3) |
Ir-raġuni ewlenija għall-perjodu tranżitorju kienet il-ħtieġa li jiġu ssalvagwardati l-kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi għall-attivitajiet agrikoli wara l-introduzzjoni tas-suq uniku u t-tranżizzjoni tal-Politika Agrikola Komuni fl-Ungerija. B’mod partikolari, l-għan tiegħu kien li jirreaġixxi għat-tħassib li tqajjem dwar l-impatt possibbli fuq is-settur agrikolu li kieku kellha tiġi liberalizzata l-art agrikola minħabba d-differenzi kbar inizjali fil-prezzijiet tal-art u d-dħul meta mqabbel mal-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit (minn issa ‘l quddiem l-UE-15). L-għan tal-perjodu tranżitorju kien ukoll li jiffaċilita l-proċess tal-privatizzazzjoni u r-restituzzjoni tal-art agrikola lill-bdiewa, u l-Kummissjoni fir-Rapport tagħha tas-16 ta’ Lulju 2008 dwar l-Analiżi tal-miżuri tranżitorji għall-akkwist tal-proprjetà agrikola stabbilita fit-Trattat tal-Adeżjoni tal-2003 (minn issa ‘l quddiem “Analiżi fuq Perjodu” ta’ Żmien Medju diġà enfasizzat l-importanza li titlesta din il-politika sal-aħħar tal-perjodu tranżitorju previst (1). |
|
(4) |
Skont informazzjoni pprovduta mill-Ungerija jidher li minkejja l-fatt li hemm iktar konverġenza fil-prezzijiet tal-art fl-Ungerija, xorta waħda għadha tippersisti differenza ta’ bejn 3 sa 20 darba inqas fil-medja tal-prezzijiet tal-art meta mqabbla ma’ dawk li jiddominaw fl-UE-15 wara l-adeżjoni tal-Ungerija mal-Unjoni Ewoprea. Għalkemm il-konverġenza sħiħa fil-prezzijiet tal-art la hi mistennija u lanqas ma tidher li hi kundizzjoni neċessarja għat-terminazzjoni tal-perjodu tranżitorju, id-differenzi ċari fil-prezzijiet bejn l-Ungerija u l-UE-15 huma li huma minħabba li għadhom jistgħu jservu ta’ ostaklu għall-progress bla xkiel lejn il-konverġenza tal-prezzijiet. Bl-istess mod, id-differenza bejn id-dħul tal-ħaddiema tas-settur agrikolu u l-bdiewa fl-Ungerija u d-dħul tal-UE-15 naqset imma għadha teżisti. Barra minn hekk, skont dejta maħruġa mill-Eurostat, is-settur agrikolu tal-Ungerija ħa majnata minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika riċenti madwar id-dinja tant li d-dħul mis-settur agrikolu għal kull ħaddiem naqas bl-ogħla rata fl-Unjoni (madwar 30 % meta mqabbel mar-rata medja tal-Unjoni ta’ 12 %) fl-2009. Id-dħul baxx ħabat fl-istess żmien meta l-kundizzjonijiet tal-kreditu marru għall-agħar li huwa rilevanti għall-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE-15, fir-rigward tar-rati nominali tal-imgħax u tal-volum ta’ kreditu disponibbli għall-bdiewa. Il-kriżi finanzjarja u ekonomika xekklet iż-żieda fil-preżenza mistennija ta’ istituzzjonijiet finanzjarji ġodda fl-Ungerija mill-UE-15 wara l-adeżjoni tal-Ungerija. |
|
(5) |
Għalkemm il-proċess ta’ restituzzjoni mexa ‘l quddiem matul il-perjodu tranżitorju, dan ltaqa’ ma’ diffikultajiet b’mod partikolari mill-2008 ‘l hawn, u b’hekk għadu ma tlestiex. L-istess xejra ġiet osservata fir-rigward tal-privatizzazzjoni ta’ art agrikola. In-nuqqas ta’ ċertezza tad-drittijiet tal-proprjetà kif ukoll il-faċilitajiet ta’ kreditu u assigurazzjoni li għadhom ma żviluppawx kif suppost għall-bdiewa jkompli jdgħajjef is-suq tal-artijiet agrikoli fl-Ungerija u għadu ta’ xkiel għat-tħaddim xieraq tiegħu. |
|
(6) |
F’dan il-kuntest, jista’ jiġi antiċipat, kif qed jagħmlu l-awtoritajiet Ungeriżi, li t-tneħħija tar-restrizzjonijiet fl-1 ta’ Mejju 2011 se tagħmel pressjoni fuq il-prezzijiet tal-art fl-Ungerija. Barra minn hekk, meta wieħed iqis l-għadd kbir ta’ parteċipanti, l-istruttura frammentata żżejjed tas-sjieda tas-suq tal-art agrikola, li ma nbidlitx b’mod sinifikanti mill-adeżjoni ‘l hawn, u l-predominanza tal-kiri tal-artijiet, l-impatt x’aktarx se jinħass fis-settur kollu. Għalhekk, teżisti theddida ta’ disturbi serji fuq is-suq tal-art agrikola fl-Ungerija ladarba l-perjodu tranżitorju jiskadi. |
|
(7) |
Għalhekk il-perjodu tranżitorju msemmi fil-punt 2 tal-Kapitolu 3 tal-Anness X għall-Att tal-Adeżjoni għandu jiġi estiż bi tliet snin. |
|
(8) |
Sabiex is-suq jitħejja bis-sħiħ għal-liberalizzazzjoni, hu importanti ħafna, saħansitra fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi avversi li nibqgħu nsaħħu t-titjib ta’ fatturi bħall-faċilitajiet ta’ kreditu u ta’ assigurazzjoni għall-bdiewa, u r-restituzzjoni u l-privatizzazzjoni tal-art agrikola matul il-perjodu tranżitorju, kif diġà ġie enfasizzat fl-Analiżi ta’ nofs it-terminu. |
|
(9) |
Iktar influss ta’ kapital barrani fis-suq tal-artijiet agrikoli jippreżenta wkoll benefiċċji potenzjali għal dan is-suq fl-Ungerija. Kif ġie enfasizzat fl-Analiżi ta’ nofs it-terminu, l-investiment barrani fis-settur agrikolu se jkollu wkoll effetti importanti fuq perjodu ta’ żmien twil fuq l-għoti tal-kapital u l-għarfien, dwar il-funzjonament tas-swieq tas-suq u dwar il-produttività agrikola. Ir-reħi progressiv tar-restrizzjonijiet dwar is-sjieda barranija matul il-perjodu tranżitorju se jikkontribwixxi wkoll għat-tħejjija tas-suq biex dan jiġi liberalizzat għal kollox. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-perjodu tranżitorju li jikkonċerna l-akkwist tal-art agrikola fl-Ungerija msemmi fil-punt 2 tal-Kapitolu 3 tal-Anness X għall-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 għandu jiġi estiż sat-30 ta’ April 2014.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) COM(2008) 461 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008.
|
21.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/62 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-20 ta’ Diċembru 2010
li temenda d-Deċiżjoni 2005/1/KE li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fir-Repubblika Ċeka fir-rigward tal-preżentazzjoni ta’ tali karkassi
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 9187)
(It-test biċ-Ċek biss huwa awtentiku)
(2010/793/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS [Waħdieni]) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/1/KE (2), ġie awtorizzat l-użu ta’ sitt metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali għar-Repubblika Ċeka. |
|
(2) |
Fit-23 ta’ Frar 2010, ir-Repubblika Ċeka talbet lill-Kummissjoni biex hi jkollha l-awtorizzazzjoni li tistipula preżentazzjoni ta’ karkassi ta’ majjali differenti mill-preżentazzjoni standard definita fl-ewwel paragrafu tal-punt B.III tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
|
(3) |
Skont it-tieni paragrafu tal-punt B.III tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati jistipulaw preżentazzjoni ta’ karkassi tal-majjal differenti mill-preżentazzjoni standard definita fl-ewwel paragrafu ta’ dak il-punt, meta l-prattika kummerċjali normali fit-territorju tagħhom tkun differenti mill-preżentazzjoni standard. Fit-talba tagħha, ir-Repubblika Ċeka speċifikat li fit-territorju tagħha hija l-prassi kummerċjali li l-karkassi jistgħu jiġu ppreżentati mingħajr ma titneħħa s-sonza [flare fat]. Din il-preżentazzjoni li hija differenti mill-preżentazzjoni standard għandha għalhekk tiġi awtorizzata fir-Repubblika Ċeka. |
|
(4) |
Sabiex ikunu stabbiliti l-kwotazzjonijiet għall-karkassi tal-majjali fuq bażi komparabbli, din il-preżentazzjoni differenti għandha titqies billi f’dawn il-każijiet il-piż irreġistrat jiġi aġġustat b’relazzjoni għall-piż tal-preżentazzjoni standard. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2005/1/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fid-Direttiva 2005/1/KE, jiddaħħal l-Artikolu 1a li ġej:
“Artikolu 1a
Minkejja l-preżentazzjoni standard stabbilita fl-ewwel paragrafu tal-punt B.III tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-karkassi tal-majjali fir-Repubblika Ċeka jistgħu jiġu ppreżentati bis-sonza, qabel ma jintiżnu u jiġu kklassifikati. Fil-każ ta’ preżentazzjoni bħal din il-piż mal-qatla tal-karkassa [hot carcass weight] rreġistrat għandu jkun aġġustat skont il-formola li ġejja:
piż mal-qatla tal-karkassa = 1,65651 + 0,96139 × piż mal-qatla tal-karkassa bis-sonza.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Dacian CIOLOŞ
Membru tal-Kummissjoni
LINJI GWIDA
|
21.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/63 |
LINJA TA' GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-13 ta' Diċembru 2010
li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema
(BĊE/2010/30)
(2010/794/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 18.2 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tintlaħaq politika monetarja waħda tenħtieġ definizzjoni tal-istrumenti u l-proċeduri li għandhom jintużaw mill-Eurosistema, li tikkonsisti fil-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri li adottaw l-euro (minn issa “l quddiem ‘l-Istati Membri parteċipanti’) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), biex b'hekk din il-politika tkun tista” tiġi implimentata b'mod uniformi fl-Istati Membri parteċipanti kollha. |
|
(2) |
Il-BĊE għandu l-awtorità li jistabbilixxi l-linji ta' gwida meħtieġa biex jimplimenta l-politika monetarja waħda tal-Eurosistema, u l-BĊNi għandhom l-obbligu li jaġixxu skont dawn il-linji ta' gwida. |
|
(3) |
Il-Linja ta' Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta' Awwissu 2000 dwar politika monetarja u proceduri tal-Eurosistema (1), għandha tiġi emendata biex tirrifletti tibdil għall-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema, b'mod partikolari: (a) biex jiġu introdotti kriterji ta' eligibbiltà għall-użu proprju ta' bonds tal-bank koperti li ma jikkonformawx mal-UCITS ma' ipoteki kummerċjali bħala l-assi sottostanti; (b) biex jiżdiedu d-depożiti b'terminu fiss bħala garanzija eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja u l-kreditu intraday tal-Eurosistema; u (c) biex tiġi emendata l-Appendiċi 5 tal-Anness I biex tirrifletti l-fatt li l-Estonja ser tadotta l-euro fl-1 ta' Jannar 2011 u li l-isem tal-Bank Ċentrali u l-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji tal-Irlanda nbidel, |
ADOTTA DIN IL-LINJA TA' GWIDA:
Artikolu 1
Emendi għall-Anness I
L-Anness I tal-Linja ta' Gwida BĊE/2000/7 huwa emendat skont l-Anness ta' din il-Linja ta' Gwida.
Artikolu 2
Verifika
1. Il-BĊNi għandhom jgħaddu d-dettalji tat-testi u l-mezzi li permezz tagħhom huma għandhom il- ħsieb li jkunu konformi mal-paragrafi 1, 3 u 4 tal-Anness ta' din il-Linja ta' Gwida lill-BĊE sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010.
2. Il-BĊNi għandhom jgħaddu lill-BĊE d-dettalji tat-testi u l-mezzi li permezz tagħhom huma għandhom il-ħsieb li jkunu konformi mal-paragrafu 2 tal-Anness ta' din il-Linja ta' Gwida, sa mhux aktar tard mit-8 ta' Jannar 2011.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
1. Din il-Linja ta' Gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara l-adozzjoni tagħha.
2. Paragrafi 1, 3 u 4 tal-Anness ta' din il-Linja ta' Gwida għandhom jappliakw mill-1 ta' Jannar 2011.
3. Paragrafu 2 tal-Anness ta' din il-Linja ta' Gwida għandu japplika mill-1 ta' Frar 2011.
Artikolu 4
Indirizzati
Din il-Linja ta' Gwida hija indirizzata lill-BĊNi tal-Istati Membri parteċipanti.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-13 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 268 sa 274.
ANNESS
L-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fit-Taqsima 6.2.2, l-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej: “Tliet tipi ta’ assi mhux negozjabbli huma eliġibbli bħala garanzija fil-qafas wieħed għall-assi eliġibbli: depożiti b’terminu fiss minn kontropartijiet eliġibbli, klejms ta’ kreditu u strumenti ta’ dejn appoġġati minn ipoteki bl-imnut mhux negozjabbli (RMBDs) (*1). (*1) Bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2011, hemm sistema intermedja fis-seħħ għal klejms ta’ kreditu, li tippermetti lil kull BĊE li jagħżel il-limitu minimu għad-daqs tal-klejms ta’ kreditu eliġibbli għall-finijiet ta’ garanzija, apparti mill-użu transkonfinali, u biex jiġi deċiż jekk għandux jiġi applikat ħlas għall-ipproċessar. Mill-1 ta’ Jannar 2012, ser ikun hemm fis-seħħ sistema unifikata sħiħa.” " |
|
(2) |
It-Taqsima 6.2.3 tiġi emendata kif ġej:
|
|
(3) |
Fit-Taqsima 6.4.3 għandha tiżdied is-subtaqsima li ġejja: “ Depożiti b’terminu fiss Depożiti b’terminu fiss mhumiex suġġetti għal haircut ta’ valutazzjoni.” |
|
(4) |
It-tabella fl-Appendiċi 5 tinbidel b’dan li ġej: “ Is-siti elettroniċi tal-eurosistema
|
(*1) Bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2011, hemm sistema intermedja fis-seħħ għal klejms ta’ kreditu, li tippermetti lil kull BĊE li jagħżel il-limitu minimu għad-daqs tal-klejms ta’ kreditu eliġibbli għall-finijiet ta’ garanzija, apparti mill-użu transkonfinali, u biex jiġi deċiż jekk għandux jiġi applikat ħlas għall-ipproċessar. Mill-1 ta’ Jannar 2012, ser ikun hemm fis-seħħ sistema unifikata sħiħa.”
(*2) Bonds ta’ banek koperti strutturati appoġġati minn self tal-proprjetà immobbli residenzjali sottomessi qabel l-10 ta’ Ottubru 2010 li ma jikkonformawx ma’ dawn il-kriterji jistgħu jibqgħu jintużaw sal-31 ta’ Marzu 2011. Bonds tal-bank koperti strutturati appoġġati minn self ta’ ipoteka kummerċjali, sottomessi qabel l-1 ta’ Frar 2011 li ma jikkonformawx ma’ dawn il-kriterji jistgħu jibqgħu jintużaw sal-31 ta’ Marzu 2011.” ”
Rettifika
|
21.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/68 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 199 tat-18 ta’ Lulju 2008 )
F’paġna 68, Anness III, punt 3.8:
minflok:
“Għal fjuwil ta’ kompożizzjoni CxHyOz il-formola ġenerali hija:
aqra:
“Għal fjuwil ta’ kompożizzjoni CxHyOz il-formola ġenerali hija: