ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.335.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 335

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
18 ta' Diċembru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2010/783/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Novembru 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros

1

Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1212/2010 tad-29 ta’ Novembru 2010 dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1213/2010 tas-16 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq ( 1 )

21

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1214/2010 tas-17 ta' Diċembru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Carota Novella di Ispica (IĠP)]

30

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1215/2010 tas-17 ta' Diċembru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Montoro-Adamuz (DPO)]

32

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1216/2010 tas-17 ta’ Diċembru 2010 li japprova emendi mhux minuri għall-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Welsh Lamb (IĠP)]

34

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1217/2010 tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ akkordji ta’ riċerka u żvilupp ( 1 )

36

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1218/2010 tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ akkordji ta’ speċjalizzazzjoni ( 1 )

43

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1219/2010 tas-17 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

48

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1220/2010 tas-17 ta’ Diċembru 2010 dwar il-prezzijiet tal-bejgħ taċ-ċereali bi tweġiba għat-tlettax-il stedina individwali għal sejħa għall-offerti fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti miftuħa skont ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010

50

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1221/2010 tas-17 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru tal-2010 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur

52

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1222/2010 tas-17 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Diċembru tal-2010 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għal ċerti prodotti fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd

54

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1223/2010 tas-17 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru tal-2010 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1384/2007 għal-laħam tat-tjur li joriġina fl-Iżrael

56

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2010 tas-17 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Diċembru tal-2010 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

58

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/784/PESK tas-17 ta’ Diċembru 2010 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

60

 

 

2010/785/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2010 li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tal-fajl li tressaq għal eżami dettaljat bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli ta' pirjofenon fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 9076)  ( 1 )

64

 

 

2010/786/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2010 li tagħti d-derogi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja fir-rigward tal-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, il-Portugall, il-Finlandja u r-Renju Unit (notifikata bid-dokument numru C(2010) 9126)

66

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Novembru 2010

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros

(2010/783/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(5), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Ottubru 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1563/2006 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros (1).

(2)

Il-Protokoll anness mal-imsemmi Ftehim jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2010.

(3)

L-Unjoni Ewropea nnegozjat mal-Unjoni tal-Komoros (minn issa “il-Komoros”) Protokoll ġdid li joffri lill-bastimenti tal-UE opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li fihom il-Komoros jeżerċita s-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tiegħu fir-rigward tas-sajd. Sabiex jassigura li l-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tal-UE jkunu jistgħu ikomplu, l-Artikolu 13 tal-Protokoll il-ġdid jipprevedi illi dan ikun applikat f’titolu provviżorju.

(4)

Fi tmiem in-negozjati, il-Protokoll il-ġdid ġie inizjalat fil-21 ta’ Mejju 2010, u ġie emendat permezz ta’ Skambju ta’ Ittri fis-16 ta’ Settembru 2010.

(5)

Il-Protokoll il-ġdid għandu jiġi ffirmat u applikat fuq bażi provviżorja, sakemm jiġu konklużi l-proċeduri li jirrigwardaw il-konklużjoni formali tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar lill-persuna jew il-persunii mogħtija s-setgħa biex jiffirmaw il-Protokoll f’isem l-Unjoni Ewropea, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

LIl-Protokoll huwa applikat fuq bażi provviżorja skont l-Artikolu 13 tiegħu, sakemm jiġu konklużi l-proċeduri li jirrigwardaw il-konklużjoni formali tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

K. PEETERS


(1)   ĠU L 290, 20.10.2006, p. 6.


PROTOKOLL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros

Artikolu 1

Il-perjodu ta’ applikazzjoni u l-opportunitajiet tas-sajd

1.   Għal perjodu ta’ 3 snin, l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd huma stabbiliti kif ġej:

bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun: 45 bastiment

bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ: 25 bastiment.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5, 6, 8 u 9 ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 2

Il-kontribuzzjoni finanzjarja – Il-metodi ta’ ħlas

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd hija stabbilita, għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, għal EUR 1 845 750.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tinkludi:

(a)

ammont annwali għall-aċċess għaż-żona tas-sajd tal-Komoros ta’ EUR 315 250 ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 4 850 tunnellata fis-sena, u

(b)

ammont speċifiku ta’ EUR 300 000 fis-sena għall-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd tal-Komoros.

3.   Il-paragrafu 1 għandu japplika skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3, 4, 5 u 6 ta’ dan il-Protokoll u tal-Artikoli 12 u 13 tal-Ftehim.

4.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 titħallas mill-Unjoni Ewropea bir-rata ta’ EUR 615 250 fis-sena matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll li tikkorrispondi għat-total tal-ammonti annwali msemmija fil-paragrafu 2(a) u (b).

5.   Jekk il-kwantità globali tal-qabdiet magħmula mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet Komorjani tkun ogħla minn 4 850 tunnellata fis-sena, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tiżdied b’EUR 65 għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda. Madankollu, l-ammont totali annwali mħallas mill-Unjoni Ewropea ma jistax ikun ogħla mid-doppju tal-ammont indikat fil-paragrafu 2(a) (EUR 630 500). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jkunu ogħla mill-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont annwali totali, l-ammont dovut għall-kwantità li tkun ogħla minn dan il-limitu jitħallas is-sena ta’ wara.

6.   Il-ħlas isir mhux aktar tard minn 30 jum wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għall-ewwel sena u mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju tal-Protokoll għas-snin segwenti.

7.   L-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(a) taqa’ taħt id-diskrezzjoni sħiħa tal-awtoritajiet Komorjani.

8.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja kollha indikata fl-Artikolu 2(2) ta’ dan il-Protokoll għandha tiġi ttrasferita f’kont uniku tat-Teżor Pubbliku miftuħ fil-Bank Ċentrali tal-Komoros.

9.   Minn dan il-kont uniku, l-ammont li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(b) għandu jiġi ttrasferit fil-kont TR 5006 miftuħ fil-Bank Ċentrali mill-Ministeru responsabbli għas-sajd.

Artikolu 3

Il-promozzjoni ta’ sajd sostenibbli u responsabbli fl-ilmijiet Komorjani

1.   Il-Partijiet għandhom jiftiehmu fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, dwar Programm Settorjali Multiannwali, u l-metodi tal-applikazzjoni tiegħu, b’mod partikolari:

il-linji gwida annwali u multiannwali għall-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(b);

l-għanijiet, kemm annwali kif ukoll multiannwali, li għandhom jintlaħqu sabiex jitrawwem sajd sostenibbli u responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet tal-Komoros fil-politika nazzjonali tas-sajd u ta’ politiki oħra konnessi jew li għandhom impatt fuq il-promozzjoni tas-sajd responsabbli u sostenibbli;

il-kriterji u l-proċeduri li jridu jintużaw biex issir evalwazzjoni tar-riżultati miksuba, fuq bażi annwali.

2.   Kwalunkwe emenda proposta għall-Programm Settorjali Multiannwali teħtieġ l-approvazzjoni taż-żewġ Partijiet fil-Kumitat Konġunt.

3.   Kull sena, il-Komoros għandhom jiddeċiedu dwar l-allokazzjoni, jekk ikun il-każ, ta’ ammont addizzjonali mal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(b) bil-għan li jiġi implimentat il-Programm Multiannwali. Din l-allokazzjoni trid tiġi kkomunikata lill-Unjoni Ewropea.

4.   Jekk l-evalwazzjoni annwali tar-riżultati tal-implimentazzjoni tal-Programm Settorjali Multiannwali tiġġustifikah, il-Kummissjoni Ewropea tirriserva d-dritt li, wara konsultazzjoni maż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunti, tnaqqas is-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(b) tal-Protokoll, bil-għan li taġġusta l-ammont allokat għall-implimentazzjoni tal-Programm fil-livell tar-riżultati.

Artikolu 4

Il-kooperazzjoni xjentifika dwar sajd responsabbli

1.   Iż-żewġ Partijiet b’dan jimpenjaw rwieħhom li jippromwovu s-sajd responsabbli fl-ilmijiet Komorjani fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn id-diversi flotot tas-sajd preżenti f’dawk l-ilmijiet.

2.   Sakemm idum japplika dan il-Protokoll, l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros għandhom jagħmlu ħilithom biex jimmonitorjaw il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd Komorjana.

3.   Iż-żewġ Partijiet għandhom jirrispettaw ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) u jintrabtu li jippromwovu l-kooperazzjoni fil-livell tas-subreġjun rigward il-ġestjoni responsabbli tas-sajd.

4.   Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim, fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati fi ħdan l-IOTC u fid-dawl tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw flimkien fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim sabiex jadottaw, jekk ikun il-każ wara laqgħa xjentifika u bi ftehim komuni, miżuri ta’ ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd li jolqtu l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

L-aġġustament tal-opportunitajiet tas-sajd bi ftehim komuni

L-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu aġġustati bi ftehim komuni sakemm ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-IOTC jikkonfermaw li dan l-aġġustament jiggarantixxi l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd tal-Komoros. F’dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2a) għandha tiġi aġġustata proporzjonalment u pro rata temporis. Madankollu, l-ammont annwali totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-Unjoni Ewropea ma jistax ikun ogħla mid-doppju tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 2(2a).

Artikolu 6

L-opportunitajiet ġodda tas-sajd

1.   Fil-każ li l-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jkunu interessati f’attivitajiet ta’ sajd li mhumiex indikati fl-Artikolu 1, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin qabel tingħata kwalunkwe awtorizzazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet Komorjani. Jekk ikun il-każ, iż-żewġ Partijiet għandhom jaqblu dwar il-kundizzjonijiet applikabbli għal dawn l-opportunitajiet ġodda tas-sajd u, jekk meħtieġ, jagħmlu emendi għal dan il-Protokoll u għall-Anness tiegħu.

2.   Il-Partijiet għandhom iħeġġu s-sajd sperimentali. Għal dan il-għan u fuq talba ta’ waħda miż-żewġ Partijiet, dawn għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin u jiddeterminaw każ b’każ l-ispeċijiet, il-kundizzjonijiet u kwalunkwe parametru ieħor rilevanti.

3.   Il-Partijiet għandhom iwettqu s-sajd sperimentali skont il-leġiżlazzjoni Komorjana fis-seħħ u skont id-dispożizzjonijiet amministrattivi u xjentifiċi miftiehma, jekk ikun il-każ. L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd sperimentali jingħataw għal perjodi massimi ta’ sitt xhur.

4.   F’każ li l-Partijiet jikkunsidraw li l-kampanji sperimentali jkunu taw riżultati pożittivi, l-awtoritajiet Komorjani, waqt laqgħa tal-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, jistgħu jallokaw opportunitajiet ta’ sajd ta’ speċijiet ġodda lill-flotta tal-Unjoni Eworpea sakemm jiskadi dan il-Protokoll. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2a) ta’ dan il-Protokoll tiżdied b’konsegwenza ta’ dan.

Artikolu 7

Il-kundizzjonijiet li jiggvernaw l-attivitajiet tas-sajd – Il-klawżola ta’ esklussività

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6 tal-Ftehim, il-bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jistgħu jistadu fl-ilmijiet Komorjani biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll u skont il-metodi deskritti fl-Anness għal dan il-Protokoll.

2.   Għall-kategoriji ta’ sajd li mhumiex koperti b’dan il-Protokoll kif ukoll għas-sajd sperimentali, l-awtoritajiet Komorjani jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet tas-sajd lil bastimenti tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, l-għoti ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet huwa rregolat mil-leġiżlazzjoni u r-regolamenti tal-Unjoni tal-Komoros bi ftehim bejn iż-żewġ Partijiet.

Artikolu 8

Is-sospensjoni u r-reviżjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja hekk kif imsemmija fl-Artikolu 2(2)(a) u (b) tista’ tiġi riveduta jew sospiża wara konsultazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt jekk:

(a)

Ċirkostanzi li mhumiex normali, għajr fenomeni naturali, iwaqqfu l-eżerċizzju tal-attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd Komorjani;

(b)

Wara bidliet sinifikanti fil-linji gwida politiċi li jkunu wasslu għall-konklużjoni ta’ dan il-Protokoll, waħda miż-żewġ Partijiet titlob ir-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu bil-ħsieb li dawn jiġu emendati;

(c)

L-Unjoni Ewropea tinnota li l-Komoros kiser xi elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif ipprovduti fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Kotonù.

2.   L-Unjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li tissospendi parti minn jew il-ħlas kollu tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 2(2)(b) ta’ dan il-Protokoll:

(a)

Meta r-riżultati miksuba ma jkunux konformi mal-ipprogrammar wara evalwazzjoni magħmula mill-Kumitat Konġunt;

(b)

F’każ li ma ssirx il-kontribuzzjoni finanzjarja.

3.   Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja jibda mill-ġdid wara konsultazzjoni u ftehim bejn iż-żewġ Partijiet malli tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni ta’ qabel l-avvenimenti msemmija fil-paragrafu 1, u/jew meta r-riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 jiġġustifikawh.

Artikolu 9

Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Protokoll

1.   L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet wara konsultazzjoni li tkun saret fi ħdan il-Kumitat Konġunt jekk:

(a)

Ċirkostanzi li mhumiex normali, għajr fenomeni naturali, iwaqqfu l-eżerċizzju tal-attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd Komorjani;

(b)

Wara bidliet sinifikanti fil-linji gwida politiċi li jkunu wasslu għall-konklużjoni ta’ dan il-Protokoll, waħda miż-żewġ Partijiet titlob ir-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu bil-ħsieb li dawn jiġu emendati;

(c)

L-Unjoni Ewropea tinnota li l-Komoros kisru xi elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif ipprovduti fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Kotonù;

(d)

L-Unjoni Ewropea tonqos li tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 2(2a), għal raġunijiet oħrajn minbarra dawk previsti fl-Artikolu 8 ta’ dan il-Protokoll;

(e)

Tinqala’ xi tilwima dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-Protokoll bejn iż-żewġ Partijiet;

(f)

Waħda miż-żewġ Partijiet ma tirrispettax id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll.

2.   L-implimentazzjoni tal-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ xi waħda mill-Partijiet meta t-tilwima bejn iż-żewġ Partijiet titqies bħala waħda serja u l-konsultazzjonijiet li jkunu saru fi ħdan il-Kumitat Konġunt ma jkunux wasslu għal soluzzjoni bonarja.

3.   Is-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Protokoll hija suġġetta għan-notifika mill-Parti interessata tal-intenzjoni tagħha, liema notifika għandha tkun bil-miktub u ta’ mhux inqas minn tliet xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din is-sospensjoni.

4.   F’każ ta’ sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet sabiex isibu soluzzjoni bonarja għat-tilwima ta’ bejniethom. Meta tinkiseb tali soluzzjoni, il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid u s-somma tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis skont it-tul ta’ żmien li matulu l-applikazzjoni tal-Protokoll kienet sospiża.

Artikolu 10

Id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali

1.   L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-UE li joperaw fl-ilmijiet Komorjani għandhom ikunu regolati mil-liġi applikabbli fil-Komoros, sakemm il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, dan il-Protokoll, l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu ma jistipulawx mod ieħor.

2.   L-awtoritajiet Komorjani għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar kwalunkwe tibdil jew kwalunkwe leġiżlazzjoni ġdida li tirrgwarda s-settur tas-sajd.

Artikolu 11

It-tul ta’ żmien

Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw għal perjodu ta’ 3 snin li jibda mill-applikazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 13, sakemm ma jingħatax avviż tat-terminazzjoni skont l-Artikolu 12.

Artikolu 12

It-terminazzjoni

1.   Fil-każ ta’ terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas sitt xhur qabel id-data li fiha sseħħ it-terminazzjoni.

2.   Kif tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu preċedenti għandhom jibdew il-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet.

Artikolu 13

L-applikazzjoni provviżorja

Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw b’mod provviżorju mid-data tal-firma tagħhom.

Artikolu 14

Id-dħul fis-seħħ

Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa f’dan ir-rigward.

ANNESS

Kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet Komorjani

KAPITOLU I

IL-FORMALITAJIET APPLIKABBLI GĦALL-APPLIKAZZJONI U L-ĦRUĠ TAL-AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD

TAQSIMA 1

Il-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.

Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea eliġibbli biss jistgħu jiksbu awtorizzazzjoni tas-sajd fl-ilmijiet Komorjani.

2.

Biex bastiment ikun eliġibbli, sid il-bastiment, il-kaptan u l-bastiment innifsu ma għandhomx ikunu pprojbiti milli jistadu fil-Komoros. Huma għandhom ikollhom kollox regolari fir-rigward tal-amministrazzjoni Komorjana, fis-sens li jridu jkunu ssodisfaw l-obbligi preċedenti li jirriżultaw mill-attivitajiet ta’ sajd tagħhom fil-Komoros skont il-ftehimiet dwar is-sajd konklużi mal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, huma għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd.

3.

Il-bastimenti kollha tal-Unjoni Ewropea li japplikaw għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu rappreżentati minn aġent residenti fil-Komoros. L-isem u l-indirizz ta’ dak l-aġent għandhom jiġu ddikjarati fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd.

4.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jissottomettu lill-awtoritajiet kompetenti Komorjani applikazzjoni għal kull bastiment li jixtieq jistad skont il-Ftehim, mill-anqas 20 jum qabel id-data tal-bidu tal-validità mitluba.

5.

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti Komorjani skont il-mudell tal-formola li jinsab fl-Appendiċi 1.

6.

Kull talba għall-awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkollha magħha d-dokumenti li ġejjin:

irċevuta tal-ħlas għall-perjodu tal-validità tagħha.

kull dokument jew ċertifikat ieħor meħtieġ skont id-dispożizzjonijiet partikolari li japplikaw għat-tip ta’ bastiment skont dan il-Protokoll.

7.

Il-ħlas għandu jsir fil-kont speċifikat mill-awtoritajiet tal-Komoros.

8.

Il-ħlasijiet għandhom jinkludu t-taxxi nazzjonali u lokali kollha ħlief għat-taxxi tal-port u l-ispejjeż għas-servizzi.

9.

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti kollha għandhom jinħarġu, sa mhux aktar tard minn 15-il jum minn meta tasal id-dokumentazzjoni kollha stipulata fil-punt 6 ta’ hawn fuq għand l-awtoritajiet kompetenti Komorjani lis-sidien tal-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom permezz tad-Delegazzjoni tal-UE fil-Mawrizju.

10.

Jekk fil-mument tal-iffirmar tal-awtorizzazzjoni tas-sajd, l-uffiċċji tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea jkunu magħluqin, din għandha tintbagħat direttament lill-aġent tal-bastiment flimkien ma’ kopja tagħha lid-Delegazzjoni.

11.

L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ għal bastiment speċifiku u mhijiex trasferibbli.

12.

Madankollu, fuq talba tal-Unjoni Ewropea, fil-każ ta’ force majeure, l-awtorizzazzjoni tas-sajd ta’ bastiment għandha tiġi ssostitwita minn awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida stabbilita f’isem bastiment ieħor bl-istess karatteristiċi tal-bastiment li ser ikun sostitwit, mingħajr ma titħallas ebda tariffa ġdida.

13.

Is-sid tal-bastiment li ser ikun jiġi ssostitwit, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jibgħat lura l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imħassra lill-awtoritajiet Komorjani permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

14.

L-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida għandha tidħol fis-seħħ fl-istess data li sid il-bastiment jirritorna l-awtorizzazzjoni tas-sajd imħassra lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komoros. Id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Mawrizju għandha tkun infurmata dwar it-trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd.

15.

L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinżamm abbord f’kull ħin, mingħajr preġudizzju għal dak li huwa previst fil-Kapitolu VI, il-punt 1, ta’ dan l-Anness.

TAQSIMA 2

Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tas-sajd – il-pagamenti u l-ħlasijiet bil-quddiem

1.

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom validità ta’ sena. Dawn jistgħu jiġġeddu.

2.

Il-ħlas għandu jkun ta’ EUR 35 għal kull tunnellata maqbuda fl-ilmijiet Komorjani.

3.

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jingħataw meta dawn l-ammonti jkunu tħallsu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:

EUR 3 700 fis-sena għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun, li huma ekwivalenti għall-ħlas dovut għal 106 tunnellata ta’ speċijiet ta’ tonn maqbuda kull sena;

EUR 2 200 fis-sena għal kull bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, li huma ekwivalenti għall-ħlas dovut għal 63 tunnellata ta’ speċijiet ta’ tonn maqbuda kull sena.

4.

Il-fattura finali tal-ammonti dovuti skont il-vjaġġ hija deċiża mill-Kummissjoni Ewropea sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara, abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qbid magħmula minn kull sid ta’ bastiment u kkonfermati mill-istituti xjentifiċi kompetenti biex jivverifikaw l-informazzjoni dwar il-qbid fl-Istati Membri, bħalma huma l-IRD (Institut de Recherche pour le Développement), l-IEO (Instituto Español de Oceanografia), u l-IPIMAR (Instituto Português de Investigação Marítima).

5.

Dan il-kalkolu għandu jiġi kkomunikat fl-istess waqt lill-awtorità kompetenti tal-Komoros u lis-sidien tal-bastimenti.

6.

Kull ħlas addizzjonali għandu jsir mis-sidien tal-bastiment lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti Komorjani sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Awwissu tas-sena ta’ wara, fil-kont imsemmi fil-paragrafu 7 tat-Taqsima 1 ta’ dan il-Kapitolu.

7.

Madanakollu, jekk it-tnaqqis finali jkun inqas mis-somma mħallsa bil-quddiem skont il-punt 3 tat-Taqsima preżenti, l-ammont residwu korrispondenti ma jistax jiġi rkuprat minn sid il-bastiment.

TAQSIMA 3

Il-bastimenti ta’ appoġġ

1.

Il-bastimenti ta’ appoġġ għandhom ikunu awtorizzati skont id-dispożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet previsti fil-leġiżlazzjoni Komorjana.

2.

Ma għandu jintalab l-ebda ħlas għall-awtorizzazzjonijiet maħruġa lill-bastimenti ta’ appoġġ. Dawn għandhom itajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew ikunu parti minn kumpanija Ewropea.

3.

L-awtoritajiet kompetenti Komorjani għandhom jibagħtu regolarment il-lista ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet lill-Kummissjoni permezz tad-Delegazzjoni tal-UE fil-Mawrizju.

KAPITOLU II

IŻ-ŻONI TAS-SAJD

Biex ma ssirx ħsara lis-sajd artiġjanali fl-ilmijiet Komorjani, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea mhumiex awtorizzati li jistadu ‘il ġewwa minn 10 mili nawtiċi madwar kull gżira, lanqas f’raġġ ta’ 3 mili nawtiċi madwar kwalunkwe rkaptu fiss (ankrat) biex jinġemal-ħut imqiegħed mill-Ministeru responsabbli għas-sajd fil-Komoros u li l-pożizzjoni tiegħu tkun ġiet innotifikata lir-rappreżentant tal-Unjoni Ewropea fil-Mawrizju.

Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu riveduti mill-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 9 tal-Ftehim.

KAPITOLU III

IL-MONITORAĠĠ U S-SORVELJANZA

TAQSIMA I

Is-sistema tar-reġistrazzjoni tal-qbid

1.

Il-bastimenti kollha li huma awtorizzati jistadu fl-ilmijiet Komorjani skont il-Ftehim huma meħtieġa jibagħtu notifika dwar il-qabdiet tagħhom lill-Ministeru responsabbli għas-sajd tal-Komoros, skont kif ġej:

1.1.

Il-bastimenti Ewropej awtorizzati sabiex jistadu fl-ilmijiet Komorjani għandhom jimlew kuljum il-ġurnal ta’ abbord tal-IOTC għas-sajd għat-tonn (l-Appendiċijiet 2 u 3) għal kull vjaġġ li jsir fl-ilmijiet Komorjani. Il-ġurnal ta’ abbord għandu jimtela xorta waħda anki jekk ma jsirux qabdiet.

1.2.

Il-kopji tal-ġurnal ta’ abbord tal-IOTC għas-sajd għat-tonn għandhom jintbagħtu wkoll lill-istituti xjentifiċi indikati fil-Kapitolu I, it-Taqsima 2, il-punt 4.

2.

Għall-perjodi meta l-bastiment ma jkunx fl-ilmijiet Komorjani, jeħtieġ li fil-ġurnal ta’ abbord jitniżżel il-kliem “Barra ż-żoni tas-sajd Komorjani”.

3.

Il-formoli għandhom jimtlew b’mod li jinqara faċilment u għandhom ikunu ffirmati mill-kaptan tal-bastiment.

4.

F’każ li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu ma jiġux rispettati, il-gvern tal-Komoros jirriżerva d-dritt li jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment li jkun wettaq in-nuqqas sakemm jitwettqu l-formalitajiet u tiġi applikata is-sanzjoni stabbilita fir-regolamenti attwali fil-Komoros fuq sid il-bastiment. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiġi infurmata b’dan.

5.

Id-dikjarazzjonijiet għandhom jinkludu l-qabdiet li jkunu saru mill-bastiment waqt kull vjaġġ. Dawn għandhom ikunu notifikati lill-Ministeru responsabbli għas-sajd tal-Komoros permezz tal-posta elettronika flimkien ma’ kopja lill-Kummissjoni Ewropea, fi tmiem kull vjaġġ u, fi kwalunkwe każ, qabel ma l-bastiment iħalli l-ilmijiet Komorjani. L-irċevuti għandhom jintbagħtu elettronikament mingħajr dewmien lill-bastiment minn kull destinatarju b’kopja reċiproka.

6.

L-oriġinali tad-dikjarazzjonijiet mibgħuta b’mezz elettroniku matul il-perjodu annwali ta’ validità tal-liċenzja fis-sens tal-Kapitolu I, it-Taqsima 2, il-punt 1 ta’ dan l-Anness għandhom jintbagħtu lill-Ministeru responsabbli għas-sajd tal-Komoros fi żmien 45 jum minn tmiem l-aħħar vjaġġ f’dak il-perjodu. Kopji fuq karta għandhom jintbagħtu fl-istess waqt lill-Kummissjoni Ewropea.

7.

Iż-żewġ Partijiet għandhom jagħmlu kull sforz sabiex idaħħlu sistema għad-dikjarazzjoni tal-qbid imsejsa esklużivament fuq l-iskambju elettroniku tal-informazzjoni kollha: għalhekk iż-żewġ Partijiet għandhom jaħsbu għas-sostituzzjoni rapida tad-dikjarazzjoni tal-qbid bil-miktub permezz ta’ verżjoni f’forma elettronika.

8.

Ladarba s-sistema ta’ dikjarazzjoni elettronika tal-qbid tiġi implimentata u f’każ li din ikollha ħsara teknika, id-dikjarazzjonijiet tal-qbid għandhom isiru b’mod konformi mal-paragrafi 5 u 6 hawn fuq u dan sakemm is-sistema tkun stabbilita mill-ġdid.

TAQSIMA 2

Il-komunikazzjoni tal-qbid: id-dħul fl-ilmijiet Komorjani u l-ħruġ minnhom

1.

It-tul ta’ vjaġġ ta’ bastiment tal-Unjoni Ewropea għall-finijiet ta’ dan l-Anness huwa definit kif ġej:

jew il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul fl-ilmijiet Komorjani u l-ħruġ minnhom;

jew il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul fl-ilmijiet Komorjani u t-trażbord;

jew il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul fl-ilmijiet Komorjani u l-ħatt l-art tal-qabdiet fil-Komoros.

2.

Il-bastimenti Ewropej għandhom jinnotifikaw, ta’ mill-inqas 3 sigħat bil-quddiem, lill-awtoritajiet Komorjani responsabbli mill-kontroll tas-sajd dwar l-intenzjoni tagħhom li jidħlu fl-ilmijiet Komorjani jew li joħorġu minnhom.

3.

Meta jinnotifika d-dħul u/jew il-ħruġ, kull bastiment għandu jikkomunika wkoll il-pożizzjoni tiegħu u l-volum u l-ispeċijiet tal-qabdiet li jkollu abbord. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom isiru preferibbilment b’mezz elettroniku skont il-mudell li jinsab fl-Appendiċi 4, jew inkella b’feks, b’notifika tal-wasla lill-bastimenti. F’każ ta’ ħsara, dawn il-komunikazzjonijiet għandhom isiru bir-radju.

4.

Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża lill-awtorità kompetenti tal-Komoros jitqies bħala bastiment mingħajr awtorizzazzjoni tas-sajd.

5.

L-indirizz tal-posta elettronika, in-numri tal-feks u tat-telefown kif ukoll il-koordinati tar-radju għandhom jingħataw ukoll meta tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd.

TAQSIMA 3

It-trażbord u l-ħatt l-art

1.

Il-bastimenti Ewropej kollha li jixtiequ jittrażbordaw jew iħottu l-art il-qabdiet fl-ilmijiet Komorjani għandhom jagħmlu dan fil-portijiet tal-Komoros.

1.1.

Is-sidien ta’ dawn il-bastimenti għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komoros, mill-inqas 24 siegħa minn qabel:

l-ismijiet tal-bastimenti tas-sajd involuti fit-trażbord jew fil-ħatt l-art;

l-isem tal-bastimenti ta’ merkanzija;

it-tunnellaġġ, għal kull speċi, li jkun se jiġi ttrażbordat jew li se jinħatt l-art;

il-jum tat-trażbord jew tal-ħatt l-art;

min ser jirċievi l-qabdiet li se jinħattu l-art.

2.

It-trażbord u l-ħatt l-art huma meqjusa bħala ħruġ mill-ilmijiet Komorjani. Il-bastimenti għalhekk għandhom jagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-qbid lill-awtoritajiet kompetenti Komorjani u jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom, jiġifieri jew li jkomplu jistadu jew li joħorġu mill-ilmijiet Komorjani.

3.

Kwalunkwe trażbord jew ħatt l-art ta’ qabdiet mhux kopert fil-punti hawn fuq huwa pprojbit fl-ilmijiet Komorjani. Kwalunkwe persuna li tikser din id-dispożizzjoni għandha tkun suġġetta għas-sanzjonijiet previsti fir-regolamenti attwali tal-Komoros.

TAQSIMA 4

Il-monitoraġġ bis-satellita

Il-bastimenti Ewropej għandhom ikunu mmonitorjati, fost oħrajn, permezz tas-sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita, mingħajr distinzjoni, skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin.

1.

Għall-finijiet tal-monitoraġġ bis-satellita, il-pożizzjonijiet ġeografiċi tal-limiti taż-żona tas-sajd Komorjana għandhom ikunu ġew ikkomunikati lir-rappreżentanti jew l-aġenti tas-sidien tal-bastimenti kif ukoll liċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tal-Istati tar-reġistrazzjoni.

2.

Il-Partijiet għandhom jagħmlu skambju ta’ informazzjoni li tikkonċerna l-indirizzi https u l-ispeċifikazzjonijiet utilizzati fil-komunikazzjonijiet elettroniċi ta’ bejn iċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tagħhom b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 4 u 6. Din l-informazzjoni għandha tinkludi, sa fejn ikun possibbli, l-ismijiet, in-numri tat-telefon, tat-teleks u tal-feks u l-indirizzi elettroniċi li jistgħu jkunu utli għall-komunikazzjonijiet ġenerali bejn iċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ.

3.

Il-pożizzjoni tal-bastimenti għandha tkun determinata b’marġini ta’ żball inferjuri għal 500 m u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 %.

4.

Meta bastiment li jkun qed jistad taħt il-Ftehim bejn l-UE u l-Komoros u li jkun suġġett għall-monitoraġġ bis-satellita fit-termini tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea jidħol mill-ġdid fiż-żona tas-sajd tal-Komoros, ir-rapporti tal-pożizzjoni sussegwenti għandhom jiġu kkomunikati immedjatament miċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tal-Istat tar-reġistrazzjoni liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tal-Komoros (CNCSP), b’intervalli massimi ta’ sagħtejn (2). Dawn il-messaġġi għandhom jiġu identifikati bħala Rapporti tal-Pożizzjoni.

4.1.

Il-frekwenza tat-trażmissjonijiet tista’ tinbidel fuq bażi ta’ massimu ta’ 30 minuta meta provi serji juru li l-bastiment ikun qed jikser xi regola;

4.2.

Is-CNCSP għandu jissottometti dawn l-elementi ta’ prova liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tal-Istat tar-reġistrazzjoni kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea. It-talba għall-bidla tal-frekwenza għandha tkun mehmuża magħhom. Iċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tal-Istat tar-reġistrazzjoni mbagħad għandu jibgħat id-dejta lis-CNCSP tal-Komoros, dak il-ħin stess, minnufih wara li jkun irċieva t-talba;

4.3.

Is-CNCSP tal-Komoros għandu jinnotifika minnufih tmiem il-proċedura ta’ spezzjoni liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tal-Istat tar-reġistrazzjoni u lill-Kummissjoni Ewropea;

4.4.

Iċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tal-Istat tar-reġistrazzjoni u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ikunu infurmati dwar is-segwitu ta’ kwalunkwe proċedura ta’ spezzjoni bbażata fuq din it-talba speċjali.

5.

Il-messaġġi msemmija fil-punt 4 għandhom ikunu trażmessi b’mod elettroniku fil-format https, mingħajr ebda protokoll ieħor. Dawn il-messaġġi għandhom isiru dak il-ħin stess, skont il-format tat-tabella fl-Appendiċi 4.

5.1.

Il-bastimenti ma jistgħux jitfu l-apparat għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita meta jkunu qegħdin joperaw fl-ilmijiet Komorjani.

6.

F’każ li l-apparat għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita permanenti installat abbord tal-bastiment tas-sajd iġarrab xi ħsara teknika jew mekkanika, il-kaptan ta’ dan il-bastiment għandu jittrażmetti kemm jista’ jkun malajr l-informazzjoni stipulata fil-punt 4 liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tal-Istat tar-reġistrazzjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ikun jeħtieġ li jintbagħat Rapport tal-Pożizzjoni kull 4 sigħat, sakemm il-bastiment idum fl-ilmijiet Komorjani.

6.1.

Dan ir-rapport tal-pożizzjoni globali għandu jinkludi l-pożizzjonijiet orarji kif irreġistrati mill-kaptan ta’ dan il-bastiment f’dawn l-4 sigħat.

6.2.

Iċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tal-Istat tar-reġistrazzjoni jew il-bastiment innifsu għandu jittrasferixxi dawn il-messaġġi lis-CNCSP tal-Komoros mingħajr dewmien.

6.3.

F’każ ta’ ħtieġa jew dubju l-awtoritajiet Komorjani kompetenti jistgħu jitolbu aktar informazzjoni dwar bastiment partikolari liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tal-Istat tar-reġistrazzjoni.

7.

It-tagħmir difettuż għandu jissewwa jew jiġi ssostitwit malli l-bastiment itemm is-sajda tiegħu u, fi kwalunkwe każ, fi żmien massimu ta’ xahar. Jekk jiskadi dan iż-żmien, dan il-bastiment ma jkunx jista’ jagħmel sajda oħra qabel ma jissewwa jew jiġi ssostitwit l-apparat.

8.

Il-ħardwer u s-softwer tas-sistema għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita ma għandhomx ikunu falsifikabbli, jiġifieri ma għandhomx jippermettu l-introduzzjoni jew it-tneħħija ta’ pożizzjonijiet foloz jew li jiġu mmanipulati. Is-sistema għandha tkun kompletament awtomatika u mixgħula f’kull ħin mingħajr kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet ambjentali. Huwa pprojbit li wieħed jeqred, jagħmel ħsara, jwaqqaf milli taħdem jew jinterferixxi mas-sistema għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita.

8.1.

Il-kaptan tal-bastiment għandu jassigura b’mod partikolari li:

l-informazzjoni ma tiġi mibdula bl-ebda mod;

l-antenna jew l-antenni mqabbda mal-apparat għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita mhuma ostakolati bl-ebda mod;

il-provvista tal-elettriku tal-apparat għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita ma tkunx interrotta;

l-apparat għal-lokalizzazzjoni tal-bastimenti ma jitneħħiex mill-bastiment jew mill-post fejn kien oriġinarjament installat;

kwalunkwe sostituzzjoni tal-apparat għal-lokalizzazzjoni tal-bastimenti permezz tas-satellita għandha tkun innotifikata minnufih lill-awtoritajiet Komorjani kompetenti.

8.2.

Il-kaptan jista’ jinżamm responsabbli taħt il-liġijiet u r-regolamenti tal-Komoros għal kwalunkwe ksur tal-obbligi msemmija hawn fuq, kemm-il darba l-bastiment ikun qed jopera fl-ilmijiet tal-Komoros.

9.

Iċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tal-Istati tar-reġistrazzjoni għandhom jimmonitorjaw iċ-ċaqliq tal-bastimenti tagħhom fl-ilmijiet Komorjani. F’każ li l-monitoraġġ tal-bastimenti ma jsirx skont il-kundizzjonijiet previsti, is-CNCSP għandu jiġi infurmat minnufih dwar dan u l-proċedura prevista fil-punt 6 tkun applikabbli.

10.

Iċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tal-Istati tar-reġistrazzjoni u s-CNCSP tal-Komoros għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. Jekk is-CNCSP jistabbilixxi li Stat tar-reġistrazzjoni ma jittrażmettix informazzjoni skont il-punt 4, il-Parti l-oħra għandha tkun infurmata minnufih. Kif tirċievi din in-notifika, din il-Parti għandha twieġeb fi żmien 24 siegħa billi tinforma lis-CNCSP dwar ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ trażmissjoni u tindika żmien raġonevoli li fih tkun sejra tikkonforma ma’ dawn id-dispożizzjonijiet. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità fiż-żmien preskritt, iż-żewġ Partijiet għandhom isolvu t-tilwima bil-miktub jew kif meħtieġ fil-punt 14 hawn taħt.

11.

Id-dejta tas-sorveljanza kkomunikata lill-Parti l-oħra, b’konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet, għandha tkun destinata esklużivament għall-monitoraġġ u s-sorveljanza mill-awtoritajiet Komorjani tal-flotta tal-Unjoni Ewropea li tkun qiegħda tistad skont il-Ftehim tas-Sajd bejn l-UE u l-Komoros. Din l-informazzjoni bl-ebda mod ma tista’ tiġi kkomunikata lil xi terza persuna.

12.

Il-Partijiet jaqblu li, fuq talba, isir skambju tal-informazzjoni rigward l-apparat għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita użat, sabiex ikun verifikat li kull apparat huwa kompatibbli bis-sħiħ mal-eżiġenzi tal-Parti l-oħra għall-finijiet ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

13.

Il-Partijiet għandhom jaqblu li jirrevedu dawn id-dispożizzjonijiet meta dan ikun meħtieġ, l-aktar f’każ ta’ ħsara jew difetti relatati mal-bastiment. Dawn il-każijiet għandhom ikunu notifikati mill-awtorità Komorjana kompetenti lill-Istat tar-reġistrazzjoni mill-inqas 15-il jum qabel il-laqgħa ta’ reviżjoni.

14.

Kull tilwima li tirrigwarda l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet hija suġġetta għal konsultazzjoni bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros.

KAPITOLU IV

L-IMBARK TAL-BAĦRIN

1.

Kull bastiment tal-Unjoni Ewropea għandu, bi spejjeż tiegħu, itella’ abbord mill-inqas baħri wieħed (1) Komorjan ikkwalifikat waqt attività fl-ilmijiet Komorjani.

2.

Is-sidien għandhom jagħmlu ħilithom sabiex itellgħu abbord aktar baħrin tal-AKP.

3.

Is-sidien jistgħu jagħżlu liberament il-baħrin li jridu jtellgħu abbord il-bastiment tagħhom fost dawk magħżula f’lista ppreżentata mill-awtorità kompetenti tal-Komoros.

4.

Is-sid jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jikkomunika l-ismijiet tal-baħrin lokali mtellgħin abbord il-bastiment ikkonċernat lill-awtorità kompetenti tal-Komoros, b’referenza għall-pożizzjoni tagħhom fl-ekwipaġġ.

5.

Id-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) għandha tapplika bis-sħiħ għall-baħrin li jittellgħu abbord fuq bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari din tirrigwarda d-dritt ta’ assoċjazzjoni u tal-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv tal-ħaddiema u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u tax-xogħol.

6.

Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin, li kopja tagħhom għandha tingħata lill-firmatarji, għandhom isiru bejn ir-rappreżentant(i) tas-sidien u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom flimkien mal-awtorità kompetenti tal-Komoros. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċju ta’ sistema ta’ sigurtà soċjali applikabbli għalihom, li tinkludi assigurazzjoni f’każ ta’ mewt, mard u f’każ ta’ inċident.

7.

Is-salarju tal-baħrin AKP għandu jitħallas mis-sidien tal-bastimenti. Dan għandu jiġi stabbilit, bi qbil komuni bejn is-sidien jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin u/jew il-junjins jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet tar-remunerazzjoni tal-baħrin AKP ma għandhomx ikunu inferjuri għal dawk applikabbli għall-ekwipaġġi tal-pajjiżi rispettivi tagħhom u fi kwalunkwe każ mhux inqas mill-istandards tal-ILO.

8.

Kull baħri impjegat mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandu jirrapporta lill-kaptan tal-bastiment indikat lejliet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk il-baħri ma jirrappurtax fid-data u l-ħin previsti għall-imbark, sid il-bastiment awtomatikament jinħall mill-obbligu li jtella’ lil dan il-baħri abbord.

9.

Fil-każ li l-baħrin lokali ma jittellgħux abbord għal raġunijiet oħrajn apparti dawk stipulati fil-punt preċedenti, is-sidien tal-bastimenti kkonċernati huma obbligati jħallsu somma totali ta’ EUR 20, għal kull jum ta’ sajd fl-ilmijiet Komorjani għal kull jum u għal kull bastiment. Il-ħlas ta’ din is-somma għandu jseħħ sa mhux aktar tard mil-limiti stabbiliti fil-Kapitolu I, it-Taqsima 2, il-punt 6 ta’ dan l-Anness.

10.

Din is-somma għandha tintuża għat-taħriġ ta’ baħrin-sajjieda lokali u għandha tiġi ddepożitata fil-kont indikat mill-awtoritajiet Komorjani.

KAPITOLU V

L-OSSERVATURI

1.

Il-bastimenti awtorizzati li jistadu fl-ilmijiet Komorjani taħt il-Ftehim għandhom itellgħu abbord osservaturi maħtura mill-awtoritajiet Komorjani responsabbli għas-sajd taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin.

1.1.

Fuq talba tal-Ministeru responsabbli għas-sajd fil-Komoros, il-bastimenti tas-sajd għat-tonn għandhom itellgħu abbord osservatur maħtur mill-Ministeru, li l-kompitu tiegħu jkun li jivverifika l-qabdiet li jsiru fl-ilmijiet Komorjani.

1.2.

L-awtorità kompetenti tal-Komoros għandha tistabbilixxi lista tal-bastimenti magħżula biex fuqhom jittella’ osservatur, kif ukoll il-lista tal-osservaturi maħtura sabiex jitilgħu abbord. Dawn il-listi għandhom jinżammu aġġornati. Dawn għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif jiġu mfassla u wara kull tliet xhur fir-rigward tal-aġġornament possibbli tagħhom.

1.3.

L-awtorità kompetenti tal-Komoros għandha tikkomunika lis-sidien ikkonċernati jew lir-rappreżentanti tagħhom l-isem tal-osservatur maħtur sabiex jitla’ abbord il-bastiment mal-ħruġ tal-liċenzja, jew sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data prevista tal-imbark tal-osservatur.

2.

L-osservatur għandu jibqa’ abbord matul vjaġġ wieħed. Madankollu, fuq talba espliċita tal-awtoritajiet kompetenti Komorjani, dan l-imbark jista’ jiġi estiż għal diversi vjaġġi skont it-tul medju tal-vjaġġi previsti għal bastiment partikolari. Din it-talba għandha ssir mill-awtoritajiet kompetenti Komorjani meta jiġi kkomunikat l-isem tal-osservatur maħtur sabiex jitla’ abbord il-bastiment ikkonċernat.

3.

Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur huma definiti bi ftehim komuni bejn sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu u l-awtoritajiet Komorjani.

4.

L-imbark tal-osservatur għandu jsir fil-port magħżul minn sid il-bastiment u għandu jsir fil-bidu tal-ewwel vjaġġ fl-ilmijiet Komorjani wara n-notifika tal-lista tal-bastimenti magħżula.

5.

Is-sidien ikkonċernati għandhom jikkomunikaw fi żmien ġimagħtejn u b’avviż bil-quddiem ta’ għaxart ijiem id-dati u l-portijiet tal-Komoros previsti għall-imbark tal-osservaturi.

6.

F’każ li l-osservatur jittella’ abbord f’pajjiż barrani, l-ispejjeż tal-vjaġġ tal-osservatur jitħallsu minn sid il-bastiment. Jekk bastiment li jkollu abbord osservatur Komorjan joħroġ mill-ilmijiet Komorjani, għandha tittieħed kull miżura sabiex l-osservatur jittieħed lura pajjiżu malajr kemm jista’ jkun, bi spejjeż għal sid il-bastiment.

7.

F’każ li l-osservatur ma jippreżentax ruħu fil-post u fil-ħin miftiehma u sa tnax-il siegħa wara, sid il-bastiment jinħall awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jtella’ abbord lil dan l-osservatur.

8.

L-osservatur għandu jiġi ttrattat abbord bħala uffiċjal. Huwa għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

8.1.

josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti;

8.2.

jivverifika l-pożizzjoni tal-bastimenti involuti fl-attivitajiet tas-sajd;

8.3.

jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd użat;

8.4.

jivverifika l-informazzjoni li tkun fil-ġurnal ta’ abbord dwar il-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet Komorjani;

8.5.

jivverifika l-persentaġġi tal-qabdiet inċidentali u jagħmel stima tal-volum ta’ rimi tal-ispeċijiet ta’ ħut, krustaċji u ċefalopodi li jistgħu jinbiegħu;

8.6.

jikkomunika bir-radju l-informazzjoni tas-sajd inkluż il-volum abbord tal-qabdiet prinċipali u inċidentali.

9.

Il-kaptan għandu jagħmel dak kollu fir-responsabbiltà tiegħu sabiex jassigura s-sigurtà fiżika u mentali tal-osservatur fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu.

10.

L-osservatur għandu jingħata l-faċilitajiet kollha meħtieġa sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu. Il-kaptan għandu jagħtih aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, għad-dokumenti marbuta direttament mal-attivitajiet ta’ sajd tal-bastimenti, inkluż b’mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord u l-ktieb tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment neċessarji biex jiġi ffaċilitat it-twettiq tax-xogħol tiegħu.

11.

Matul iż-żjara tiegħu abbord, l-osservatur:

11.1.

għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex il-kundizzjonijiet tal-imbark tiegħu, kif ukoll il-preżenza tiegħu fuq il-bastiment, la jinterrompu u lanqas itellfu x-xogħol tas-sajd;

11.2.

jirrispetta l-proprjetà u t-tagħmir li jinstabu fuq il-bastiment, kif ukoll il-kunfidenzjalità ta’ kull dokument tal-imsemmi bastiment.

12.

Fit-tmiem il-perjodu tal-osservazzjoni u qabel ma jitlaq minn fuq il-bastiment, l-osservatur għandu jagħmel rapport dwar l-attivitajiet li għandu jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti Komorjani b’kopja lill-Kummissjoni Ewropea. Huwa għandu jiffirmah fil-preżenza tal-kaptan li jista’ jżid jew jitlob li jiżdiedu l-osservazzjonijiet kollha li huwa jqis li huma utli u jiffirma taħthom. Kopja tar-rapport għandha tingħata lill-kaptan mal-iżbark tal-osservatur xjentifiku.

13.

Sid il-bastiment għandu jagħmel tajjeb għall-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel tal-osservaturi taħt il-kundizzjonijiet mogħtija lill-uffiċjali, skont il-possibbiltajiet tal-bastiment.

14.

Is-salarju u l-ispejjeż soċjali tal-osservatur jitħallsu mill-awtoritajiet kompetenti Komorjani.

KAPITOLU VI

IL-KONTROLL

Il-bastimenti tas-sajd Ewropej għandhom jirrispettaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni tat-Tonn fl-Oċean Indjan (IOTC) f’dak li jirrigwarda l-irkaptu tas-sajd, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u kwalunkwe miżura oħra applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom.

1.   Il-lista tal-bastimenti

1.1.

L-Unjoni Ewropea għandha żżomm lista aġġornata tal-bastimenti li tkun inħarġitilhom awtorizzazzjoni tas-sajd skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. Din il-lista għandha tkun notifikata lill-awtoritajiet Komorjani responsabbli għall-kontroll tas-sajd, malli tkun lesta u mbagħad kull darba li tiġi aġġornata.

1.2.

Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jistgħu jinkitbu fuq il-lista msemmija fil-punt preċedenti hekk kif tasal in-notifika dwar il-ħlas bil-quddiem imsemmi fil-Kapitolu I, it-Taqsima 2, il-punt 3 ta’ dan l-Anness. F’dan il-każ, kopja ta’ din il-lista tista’ tinkiseb mis-sid tal-bastiment u tinżamm minflok l-awtorizzazzjoni tas-sajd sakemm tinħareġ din tal-aħħar.

2.   Il-proċeduri ta’ kontroll

2.1.

Il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea involuti f’attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet Komorjani, għandhom jippermettu u jiffaċilitaw l-imbark u t-twettiq tad-dmirijiet ta’ kull uffiċjal Komorjan responsabbli mill-ispezzjoni u mill-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd.

2.2.

Il-preżenza abbord ta’ dawn l-uffiċjali ma għandhiex taqbeż iż-żmien meħtieġ għat-twettiq tal-kompitu tagħhom.

2.3.

Wara kull spezzjoni u kontroll fil-port, kopja tar-rapport tal-ispezzjoni għandha tingħata lill-kaptan tal-bastiment.

2.4.

Biex jiġu ffaċilitati proċeduri ta’ spezzjoni siguri u dan mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni Komorjana, l-imbark u l-ispezzjoni għandhom isiru b’mod li l-pjattaformi ta’ spezzjoni u l-ispetturi jiġu identifikati bħala uffiċjali awtorizzati mill-Komoros.

2.5.

Il-kaptani tal-bastimenti Ewropej involuti f’attivitajiet tal-ħatt l-art jew tat-trażbord f’port Komorjan għandhom jippermettu u jiffaċilitaw il-kontroll ta’ dawn l-attivitajiet mill-ispetturi Komorjani.

KAPITOLU VII

IT-TLUGĦ ABBORD U L-ISPEZZJONI

1.   It-tlugħ abbord u l-ispezzjoni

1.1.

L-awtoritajiet kompetenti Komorjani għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istat tar-reġistrazzjoni, fi żmien massimu ta’ 24 siegħa ta’ xogħol b’kull tlugħ abbord u spezzjoni u b’kull applikazzjoni ta’ sanzjonijiet għal bastiment Ewropew, li jkunu seħħew fl-ilmijiet Komorjani.

1.2.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tirċievi fl-istess waqt rapport qasir dwar iċ-ċirkustanzi u r-raġunijiet li jkunu wasslu għal dan it-tlugħ abbord u spezzjoni.

2.   Id-dikjarazzjoni tat-tlugħ abbord u l-ispezzjoni

2.1.

Il-kaptan tal-bastiment, wara li jinkiteb ir-rapport mill-awtorità kompetenti tal-Komoros, għandu jiffirma dan id-dokument.

2.2.

Din il-firma ma għandhiex tippreġudika d-drittijiet u l-mezzi ta’ difiża li l-kaptan jista’ jinvoka f’każ ta’ ksur li bih jiġi akkużat.

2.3.

Il-kaptan għandu jdaħħal il-bastiment tiegħu fil-port indikat mill-awtoritajiet Komorjani. F’każ ta’ ksur minuri, l-awtorità kompetenti tal-Komoros tista’ tawtorizza lill-bastiment spezzjonat sabiex ikompli bl-attivitajiet tas-sajd tiegħu.

3.   Il-laqgħa ta’ konsultazzjoni f’każ ta’ spezzjoni

3.1.

Qabel ma tiġi kkunsidrata kwalunkwe miżura fil-konfront tal-kaptan jew l-ekwipaġġ tal-bastiment jew kwalunkwe azzjoni kontra t-tagħbija u l-apparat tal-bastiment, għajr dawk maħsuba għall-konservazzjoni tal-provi li jirrigwardaw il-ksur allegat, għandha ssir laqgħa ta’ konsultazzjoni, fi żmien jum ta’ xogħol wara li tasal l-informazzjoni msemmija qabel, bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti Komorjani, bil-parteċipazzjoni possibbli ta’ rappreżentant tal-Istat Membru kkonċernat.

3.2.

Waqt din il-laqgħa, il-Partijiet għandhom jiskambjaw bejniethom kwalunkwe dokument jew informazzjoni utli li tista’ tgħin sabiex tiċċara ċ-ċirkustanzi tal-fatti misjuba. Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jiġi infurmat dwar l-eżitu ta’ din il-laqgħa kif ukoll dwar kwalunkwe miżura li tista’ tirriżulta mill-ispezzjoni.

4.   Regolazzjoni tal-ispezzjoni

4.1.

Qabel kull proċedura legali, il-ksur allegat għandu jiġi rregolat permezz ta’ soluzzjoni bonarja. Din il-proċedura għandha tintemm sa mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol wara l-ispezzjoni.

4.2.

F’każ ta’ proċedura bonarja, it-total tal-multa applikata għandu jiġi ddeterminat skont ir-regolamenti Komorjani. Dan l-ammont għandu jiġi rreġistrat, iffirmat u mibgħut lill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll lill-Istat tar-reġistrazzjoni.

4.3.

F’każ li l-kwistjoni ma tkunx tista’ tiġi solvuta bonarjament, u din titressaq quddiem awtorità ġudizzjarja kompetenti, sid il-bastiment għandu jiddepożita garanzija bankarja, iffissata skont l-ispejjeż tal-ispezzjoni kif ukoll l-ammont tal-multi u tat-tiswijiet li għandhom ikunu imposti fuq il-persuni responsabbli għall-ksur, fil-bank magħżul mill-awtoritajiet kompetenti Komorjani.

4.4.

Il-garanzija bankarja għandha tkun irrevokabbli qabel ma tintemm il-proċedura ġudizzjarja. Din tiġi rilaxxata wara li tintemm il-proċedura mingħajr kundanna. Ukoll, fil-każ ta’ kundanna li twassal għal multa aktar baxxa mill-garanzija bankarja depożitata, il-bilanċ li jifdal għandu jiġi rilaxxat mill-awtoritajiet kompetenti Komorjani.

4.5.

Il-bastiment għandu jinħeles u l-ekwipaġġ tiegħu jitħalla jitlaq mill-port:

meta jitwettqu l-obbligi miftehma fil-proċedura bonarja;

wara d-depożitu tal-garanzija bankarja msemmija fil-punt 4.3. aktar ‘il fuq u li din tiġi aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti Komorjani, sakemm tintemm il-proċedura ġudizzjarja.

Appendiċijiet

1.   

Formola għat-talba għall-awtorizzazzjoni tas-sajd

2.   

Ġurnal ta’ abbord tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun

3.   

Ġurnal ta’ abbord tal-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ

4.   

Formola ta’ dikjarazzjoni tad-dħul fiż-żona u l-ħruġ minnha

5.   

Komunikazzjoni tal-messaġġi VMS lill-Komoros – Rapport tal-pożizzjoni

Appendiċi 1

TALBA GĦALL-AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD GĦAL BASTIMENT TAS-SAJD BARRANI

Isem l-applikant: …

Indirizz tal-applikant: …

Isem u indirizz ta’ min jikri l-bastiment, jekk differenti mill-persuna msemmija: …

Isem u indirizz ta’ rappreżentant (aġent) fil-Komoros: …

Isem tal-bastiment: …

Tip ta’ bastiment: …

Pajjiż ta’ reġistrazzjoni: …

Port u numru ta’ reġistrazzjoni: …

Identifikazzjoni esterna tal-bastiment: …

Kodiċi tar-radju u frekwenza: …

Tul tal-bastiment: …

Wisa’ tal-bastiment: …

Tip u qawwa tal-magna: …

Tunnellaġġ Gross Irreġistrat tal-bastiment: …

Tunnellaġġ Nett Irreġistrat tal-bastiment: …

Numru minimu tal-ekwipaġġ: …

Tip ta’ sajd prattikat: …

Speċijiet previsti: …

Perjodu ta’ validità mitluba: …

Jiena s-sottoskritt, niċċertifika li l-informazzjoni mogħtija hawn fuq hija korretta

Id-data … Firma …

Appendiċi 2

MUDELL TAL-FORMOLI TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN BIT-TARTARUN

Image 1

DEPART/SALIDA/DEPARTURE

ARRIVEE/LLEGADA/ARRIVAL

NAVIRE/BARCO/VESSEL

PATRON/PATRON/MASTER

FEUILLE

PORT/PUERTO/PORT

DATE/FECHA/DATE

HEURE/HORA/HOUR

LOCH/CORREDERA/LOCH

PORT/PUERTO/PORT

DATE/FECHA/DATE

HEURE/HORA/HOUR

LOCH/CORREDERA/LOCH

HOJA/SHEET No

DATE

FECHA

DATE

POSITION (chaque calée ou midi)

POSICIÓN (cada lance o mediodia)

POSITION (each set or midday)

CALEE

LANCE

SET

CAPTURE ESTIMEE

ESTIMACIÓN DE LA CAPTURA

ESTIMATED CATCH

ASSOCIATION

ASSOCIACIÓN

ASSOCIATION

COMMENTAIRES

OBSERVACIONES

COMMENTS

COURANT

CORRIENTE

CURRENT

1

ALBACORE

RABIL

YELLOWFIN

2

LISTAO

LISTADO

SKIPJACK

3

PATUDO

PATUDO

BIGEYE

AUTRE ESPECE préciser le/les nom(s)

OTRA ESPECIE dar el/los nombre(s)

OTHER SPECIES give name(s)

REJETS préciser le/les nom(s)

DESCARTES dar el/los nombre(s)

DISCARDS give name(s)

Route/Recherche, problèmes divers, type d’épave (naturelle/artificielle, balisée, bateau), prise accessoire, taille du banc, autres associations, …

Ruta/Busca, problemas varios, tipo de objeto (natural/artificial, con baliza, barco), captura accesoria, talla del banco, otras asociaciones, …

Steaming/Searching, miscellaneous problems, log type (natural/artificial, with radio beacon, vessel), by catch, school size, other associations, …

Taille

Talla

Size

Capture

Captura

Catch

Taille

Talla

Size

Capture

Captura

Catch

Taille

Talla

Size

Capture

Captura

Catch

Nom

Nombre

Name

Taille

Talla

Size

Capture

Captura

Catch

Nom

Nombre

Name

Taille

Talla

Size

Capture

Captura

Catch

Une calée par ligne/Un lance cada línea/One set by line

FIRMA

DATA

Appendiċi 3

MUDELL TAL-FORMOLI TA’ SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAT-TONN BIL-KONZ TAL-WIĊĊ

Image 2

Flag country/Pavilion

Name of boat/nom du navire

Date reported/Date de déclaration †

Name of captain/Nom du capitaine

Vessel size/Taille du navire

GT (tons)/TB (tonnes)

LOA (m)/LHT (m)

Reporting person/Personne déclarante

Name/Nom

Phone/Téléphone

License number/Numéro de licence

Departure date/Date de départ †

Departure port/Port de départ

Call sign/Indicatif radio

Arrival date/Date d’arrivée †

Arrival port/Port d’arrivée

Number of crew/Effectif équipage

† use YYYY/MM/DD for dates/utilisez AAAA/MM/JJ pour les dates

Gear configuration/configuration de l'engin

Branch line length/Longueur des avancons (m)

Float line length/longueur des ralingues de flotteurs (m)

Type of weight/type de poids

Length between branch lines/longueur entre les avancons

whole/entier

processed/transformé

Għal kull pożizzjoni, il-qabdiet għandhom ikunu indikati fin-numru u fil-piż (kg) rispettivament fil-linji ta’ fuq u ta’ taħt.

Image 3

Date

Position

Tunas/thons

Billfishes / Aiguilles de mer

Sharks/requins

Latitude

Longitude

southern bluefin/thon rouge

albacore/german

bigeye/patudo

yellowfin/albacore

skipjack/listao

Swordfish/espadon

Stripped marlin/marlin ray

blue marlin/marlin bleu

black marlin/marlin noir

Sailfish/voilier

Shortbill spearfish/marlin rostre court

Blue shark/Peau bleue

Porbeagle/requin taupe

Mako/petite taupe

Other/autres

Degree/Degrs ą

N S

Degree/Degrs ą

E W

N S

E W

N S

E W

N S

E W

N S

E W

for dates, use the YYYY/MM/DD format/pour les dates, utiliser le format AAAA/MM/JJ

ą for positions, use the format/pour les positions, utiliser le formatŹ: XXXX'

** for SST, use a value with one decimal point/pour la SST, utiliser une valeur une dcimale

Appendiċi 4

MUDELL TAT-TABELLA GĦALL-MONITORAĠĠ TAL-ATTIVITÀ TAL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-KOMUNITÀ FL-ILMIJIET KOMORJANI

Stat ta’ reġistrazzjoni

Isem tal-bastiment

Kodiċi tal-bastiment

Sena

Kategorija

(bit-tartarun, bil-konz)

Liċenzja

Dħul fiż-żona

Ħruġ miż-żona

Ġranet tas-sajd

(VMS)

Qabdiet

Osservazzjonijiet VMS

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Appendiċi 5

KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI VMS LILL-KOMOROS

Rapport dwar il-pożizzjoni

Informazzjoni

Kodiċi

Obbligatorju/Fakultattiv

Kummenti

Il-bidu tar-reġistrazzjoni

SR

O

Dejta dwar is-sistema – tindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Id-destinatarju

AD

O

Dejta dwar il-messaġġ – destinatarju. Kodiċi ISO Alfa 3 tal-pajjiż

Il-mittenti

FS

O

Dejta dwar il-messaġġ – mittenti. Kodiċi ISO Alfa 3 tal-pajjiż

It-tip ta’ messaġġ

TM

O

Dejta dwar il-messaġġ – Tip ta’ messaġġ “POS”

Il-kodiċi tar-radju

RC

O

Dejta dwar il-bastiment – kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment

In-numru ta’ referenza interna għall-Parti kontraenti

IR

F

Dejta dwar il-bastiment – numru uniku tal-parti kontraenti (kodiċi ISO-3 tal-Istat tar-reġistrazzjoni segwit minn numru)

In-numru tar-reġistrazzjoni esterna

XR

F

Dejta dwar il-bastiment – numru li jidher fuq il-ġenb tal-bastiment

L-Istat tar-reġistrazzjoni

FS

F

Dejta dwar l-Istat tar-reġistrazzjoni

Il-latitudni

LA

O

Dejta dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u minuti T/N GGMM (WGS -84)

Il-lonġitudni

LO

O

Dejta dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u minuti L/P GGGMM (WGS-84)

Id-data

DA

O

Dejta dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ)

Il-ħin

TI

O

Dejta dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSMM)

It-tmiem tar-reġistrazzjoni

ER

O

Dejta dwar is-sistema – tindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni

Sett ta’ karattri: ISO 8859.1

Kull trażmissjoni ta’ dejta għandha tkun strutturata b’dan il-mod:

linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi “SR” jindikaw il-bidu tat-trażmissjoni;

linja mmejla doppja (//) u kodiċi jimmarkaw il-bidu ta’ element ta’ dejta;

linja mmejla waħda (/) tifred il-kodiċi u d-dejta;

il-gruppi ta’ dejta huma separati bi spazju;

il-kodiċi “ER” u linja mmejla doppja doppja (//) fl-aħħar jindikaw it-tmiem tar-reġistrazzjoni;

id-dejta fakultattiva għandha tiddaħħal bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni.


REGOLAMENTI

18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/19


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1212/2010

tad-29 ta’ Novembru 2010

dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Protokoll ġdid (minn issa “il-Protokoll”) għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros (1) (minn issa “il-Ftehim”) ġie inizjalat fil-21 ta’ Mejju 2010 u ġie emendat bi Skambju ta’ Ittri fis-16 ta’ Settembru 2010. Dan il-Protokoll ġdid jipprovdi lill-bastimenti tal-Unjoni opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li fuqhom l-Unjoni tal-Komoros għandha s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni fir-rigward tas-sajd.

(2)

Fid-29 ta’ Novembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni Nru 2010/783/UE (2) dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll il-ġdid,

(3)

Għandu jiġi definit il-metodu għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri għal kemm idum jgħodd il-Protokoll,

(4)

Skont l-Artikolu 10(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità (3), jekk ikun jidher illi l-possibiltajiet ta’ sajd allokati lill-Unjoni Ewropea bis-saħħa tal-Protokoll mhumiex użati bis-sħiħ, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati. F’każ li ma tasalx risposta, fi żmien li għandu jiġi ffissat mill-Kunsill, dan għandu jitqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat mhux qed jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet tagħhom tas-sajd matul il-perjodu in kwistjoni. Din l-iskadenza għandha tiġi ffissata.

(5)

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-opportunitajiet tas-sjad stipulati fil-Protokoll għall-Ftehim għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:

(a)

bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun

Spanja

22 bastiment

Franza

22 bastiment

L-Italja

bastiment wieħed

(b)

bastimenti tas-sajd għall-wiċċ

Spanja

12-il bastiment

Franza

8 bastimenti

Il-Portugall

5 bastimenti

2.   Bla ħsara għall-Ftehim u għall-Protokoll, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 1006/2008.

3.   Jekk l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istati Membri msemmijin fil-paragrafu 1 ma jkoprux l-opportunitajiet kollha tas-sajd stipulati mill-Protokoll, il-Kummissjoni tikkunsidra l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd minn kwalunkwe Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.

Il-perijodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 10(1), tar-Regolament imsemmi għandu jiġi ffissat għal għaxar ġranet ta’ xogħol.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

K. PEETERS


(1)   ĠU L 290, 20.10.2006, p. 7.

(2)  Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)   ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.


18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1213/2010

tas-16 ta’ Diċembru 2010

li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali kif meħtieġ mill-Artikolu 16(5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, il-Kummissjoni għandha tadotta regoli għall-implimentazzjoni ta’ din l-interkonnessjoni skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

(2)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, kif stipulati, b’mod partikolari, bid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (2), japplikaw għall-ipproċessar ta’ kwalunkwe dejta personali f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1071/2009. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżura ta’ sigurtà xierqa sabiex jipprevjenu l-użu ħażin tad-dejta personali.

(3)

Fejn applikabbli, id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, kif stipulat b’mod partikolari bir-Regolament (KE) Nru 45/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (3), japplikaw għall-ipproċessar ta’ kwalunkwe dejta personali f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-regoli komuni li jippermettu l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali se jkunu kif stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-31 ta’ Diċembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51.

(2)   ĠU L 281, 23.11.1995 p. 31.

(3)   ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(4)   ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.


ANNESS

Is-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali se jisimha l-ERRU (Reġistri Ewropej tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq)

1.   SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI

1.1.   Skambju dwar ksur

1.1.1.   Messaġġ ta’ Notifika ta’ Ksur

Meta jitwettaq skambju ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (1), jew l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (2), l-Istati Membri għandhom jużaw messaġġi fil-format li ġej (Messaġġ ta’ Notifika ta’ Ksur):

Tip ta’ Dejta

Unità tad-dejta

Obbligatorju jew Fakultattiv

Taqsima tad-deskrizzjoni addizzjonali tad-dejta

L-Istat Membru li qed jinnotifika

L-Istat Membru li qed jinnotifika

Obbligatorju

Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2

L-Awtorità Kompetenti li qed tinnotifika

Identifikatur tal-Awtorità Kompetenti li qed tinnotifika

Obbligatorju

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

L-Istat Membru ta’ Destinazzjoni

L-Istat Membru ta’ Destinazzjoni

Obbligatorju

Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2

Dettalji tan-Notifika

Numru tan-notifika

Obbligatorju

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

Data tan-notifika

Obbligatorju

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

Ħin tan-notifika

Obbligatorju

Dħul tad-dejta numerika fil-format SS:MM:SS

Impriża tat-trasport

Isem

Fakultattiv

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

L-Awtorizzazzjoni

Numru tas-serje tal-kopja ċċertifikata vera tal-Liċenzja Komunitarja

Obbligatorju

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

 

Numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura

Fakultattiv

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

Ksur ta’ liġi serju

Kategorija

Obbligatorju

 

Tip

Obbligatorju

 

Data tal-ksur

Obbligatorju

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

Data tal-kontroll fejn il-ksur ġie kkonfermat

Obbligatorju

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

Penali imposti u eżegwiti

Data ta’ deċiżjoni finali

Obbligatorju

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

Tip ta’ penali imposta

Obbligatorju

Dikjarazzjoni ta’ jew:

 

“Twissija”

 

“Projbizzjoni temporanja fuq operazzjonijiet ta’ kabotaġġ”

 

“Multa”

 

“Projbizzjoni”

 

“Immobilizzazzjoni”

 

“Oħrajn”

Jekk applikabbli: bidu tad-data tal-penali imposta

Fakultattiv

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

Jekk applikabbli: tmiem id-data tal-penali imposta

Fakultattiv

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

Penali eżegwiti

Obbligatorju

Dikjarazzjoni ta’ jew:

 

“Iva”

 

“Le”

 

“Mhux magħruf”

Penali mitluba

Tip ta’ penali amministrattiva mitluba

Fakultattiv

Dikjarazzjoni ta’ jew:

 

“Twissija”

 

“Irtirar temporanju ta’ xi wħud mill-kopji ċċertifikati veri tal-liċenzja Komunitarja jew ta’ kollha”

 

“Irtirar permanenti ta’ xi wħud mill-kopji ċċertifikati veri tal-liċenzja Komunitarja jew ta’ kollha”

 

“Irtirar temporanju tal-liċenzja Komunitarja”.

 

“Irtirar permanenti tal-liċenzja Komunitarja”.

 

“Sospensjoni tal-ħruġ tal-attestazzjonijiet tax-xufier”

 

“Irtirar tal-attestazzjonijiet tax-xufier”

 

“Ħruġ tal-attestazzjonijiet tax-xufier soġġett għall-kondizzjonijiet addizzjonali sabiex ikun evitat l-użu ħażin”

Tul ta’ żmien tal-penali mitluba (jiem kalendarji)

Fakultattiv

Dħul ta’ dejta numerika JJJJJ

1.1.2.   Messaġġ ta’ Reazzjoni għall-Ksur

Meta jitwettaq skambju ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 jew Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009, l-Istati Membri għandhom jużaw messaġġi fil-format li ġej (Messaġġ ta’ Reazzjoni għall-Ksur):

Tip ta’ Dejta

Unità tad-dejta

Obbligatorju jew Fakultattiv

Taqsima tad-deskrizzjoni addizzjonali tad-dejta

L-Istat Membru li qed jirreaġixxi

L-Istat Membru li qed jirreaġixxi

Obbligatorju

Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2

L-Awtorità Kompetenti li qed tirreaġixxi

Identifikatur tal-Awtorità Kompetenti li qed tirreaġixxi

Obbligatorju

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

L-Istat Membru ta’ Destinazzjoni

L-Istat Membru ta’ Destinazzjoni

Obbligatorju

Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2

L-Awtorità Ċentrali tad-Destinazzjoni

Identifikatur tal-Awtorità Ċentrali tad-Destinazzjoni

Obbligatorju

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

Dettalji tar-reazzjoni

Numru tan-notifika

Obbligatorju

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

Data tar-reazzjoni

Obbligatorju

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

Ħin tar-reazzjoni

Obbligatorju

Dħul tad-dejta numerika fil-format SS:MM:SS

Impriża tat-trasport

Isem

Obbligatorju

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

Awtorità li qed timponi l-penali

Isem l-Awtorità li qed timponi l-penali

Obbligatorju

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

Penali imposti

Konferma tal-penali imposta

Obbligatorju

Dikjarazzjoni ta’ jew:

 

“Iva”

 

“Le”

Penali imposti

Obbligatorju

Dikjarazzjoni ta’ jew:

 

“Twissija”

 

“Irtirar temporanju ta’ xi wħud mill-kopji ċċertifikati veri tal-liċenzja Komunitarja jew ta’ kollha”

 

“Irtirar permanenti ta’ xi wħud mill-kopji ċċertifikati veri tal-liċenzja Komunitarja jew ta’ kollha”

 

“Irtirar temporanju tal-liċenzja Komunitarja”.

 

“Irtirar permanenti tal-liċenzja Komunitarja”.

 

“Sospensjoni tal-ħruġ tal-attestazzjonijiet tax-xufier”

 

“Irtirar tal-attestazzjonijiet tax-xufier”

 

“Ħruġ tal-attestazzjonijiet tax-xufier soġġett għall-kondizzjonijiet addizzjonali sabiex ikun evitat l-użu ħażin”

 

“Oħrajn”

Data tal-penali imposta

Fakultattiv

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

Data tal-penali imposta

Fakultattiv

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

Raġuni għall-penali mhux imposta

Fakultattiv

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

1.2.   Il-kontrolli fuq ir-reputazzjoni tajba tal-maniġers tat-trasport

1.2.1.   Messaġġ ta’ Talba għal Tfittxija

Meta jsir l-ivverifikar, skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, dwar jekk maniġer tat-trasport ġie ddikjarat, f’wieħed mill-Istati Membru, mhux adatt li jimmaniġġa l-attivitajiet ta’ trasport ta’ impriża, l-Istati Membri għandhom jużaw messaġġ fil-format li ġej (Messaġġ ta’ Talba għal Tfittxija):

Kategorija tad-dejta

Unità tad-dejta

Obbligatorju jew Fakultattiv

Taqsima tad-deskrizzjoni addizzjonali tad-dejta

L-Istat Membru li qed iressaq it-talba

L-Istat Membru li qed iressaq it-talba

Obbligatorju

Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2

L-Awtorità Kompetenti li qed tressaq it-talba

Identifikatur tal-awtorità kompetenti li qed tressaq it-talba

Obbligatorju

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

Dettalji tat-talba għal tfittxija

Numru tal-messaġġ tat-talba għal tfittxija

Obbligatorju

 

Data tat-talba għal tfittxija

Obbligatorju

 

Ħin tat-talba għal tfittxija

Obbligatorju

 

Il-Maniġer tat-Trasport

Isem mogħti

Obbligatorju

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

Kunjom(ijiet)

Obbligatorju

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

Data tat-twelid

Obbligatorju

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

Post tat-twelid

Fakultattiv

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

Numru taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali

Obbligatorju

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

Data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali

Obbligatorju

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

Pajjiż tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali

Obbligatorju

Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2

1.2.2.   Messaġġ ta’ Reazzjoni għat-Tfittxija

Meta ssir reazzjoni għal Messaġġ ta’ Talba għal Tfittxija kif previst fl-ambitu ta’ 1.2.1., l-Istati Membri għandhom jużaw messaġġ fil-format li ġej (Messaġġ ta’ Reazzjoni għat-Tfittxija):

Tip ta’ Dejta

Unità tad-dejta

Obbligatorju jew Fakultattiv

Taqsima tad-deskrizzjoni addizzjonali tad-dejta

L-Istat Membru li qed iressaq it-talba

L-Istat Membru li qed iressaq it-talba

Obbligatorju

Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2

L-Awtorità Kompetenti li qed tressaq it-talba

Identifikatur tal-awtorità kompetenti li qed tressaq it-talba

Obbligatorju

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

L-Istat Membru li qed jirreaġixxi

L-Istat Membru li qed jirreaġixxi

Obbligatorju

Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2

L-Awtorità Kompetenti li qed tirreaġixxi

Identifikatur tal-Awtorità Kompetenti li qied tirreaġixxi

Obbligatorju

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

Dettalji tar-Reazzjoni għat-Tfittxija

Numru tal-messaġġ tat-talba għal tfittxija

Obbligatorju

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

Data tar-reazzjoni

Obbligatorju

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

Ħin tar-reazzjoni

Obbligatorju

Dħul tad-dejta numerika fil-format (SS:MM:SS)

Riżultati tat-tfittxija

Stat

Obbligatorju

Dikjarazzjoni ta’ jew:

Misjub

Mhux misjub

Il-Maniġer tat-Trasport

L-ewwel isem mogħti

Obbligatorju

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

Kunjom(ijiet)

Obbligatorju

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

Data tat-twelid

Obbligatorju

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

Post tat-twelid

Obbligatorju

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

Numru taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali

Obbligatorju

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

Data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali

Obbligatorju

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

Pajjiż tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali

Obbligatorju

Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2

 

Numru tal-impriżi mmaniġġati

Obbligatorju

Dħul ta’ dejta numerika

 

Numru tal-vetturi mmaniġġati

Obbligatorju

Dħul ta’ dejta numerika

Kundizzjoni fiżika

Kundizzjoni fiżika

Obbligatorju

Dikjarazzjoni ta’ jew:

“Mhux tajba għax-xogħol”

“Tajba għax-xogħol”

Data’ sa meta persuna tista’ tiġi ddikjarata mhux tajba għax-xogħol

Fakultattiv

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

Applikabbli jekk il-Kundizzjoni fiżika hija waħda “Mhux tajba għax-xogħol”

1.3.   Rikonoxximent

Meta jiġi rikonoxxut li ġie rċevut messaġġ, l-Istati Membri għandhom jużaw messaġġ fil-format li ġej (Messaġġ ta’ Rikonoxximent):

Tip ta’ Dejta

Unità tad-dejta

Obbligatorju jew Fakultattiv

Taqsima tad-deskrizzjoni addizzjonali tad-dejta

L-Istat Membru li qed jirrikonoxxi

L-Istat Membru li qed jirrikonoxxi

Obbligatorju

Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2

L-Awtorità Kompetenti li qed tirrikonoxxi

Identifikatur tal-Awtorità Kompetenti li qed tirrikonoxxi

Obbligatorju

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

L-Istat Membru ta’ Destinazzjoni

L-Istat Membru ta’ Destinazzjoni

Obbligatorju

Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2

L-Awtorità Ċentrali tad-Destinazzjoni

Identifikatur tal-Awtorità Ċentrali tad-Destinazzjoni

Obbligatorju

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

Dettalji tal-messaġġ oriġinali

Identifikatur tal-messaġġ oriġinali

Obbligatorju

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

Dettalji tar-rikonoxximent

Identifikatur tal-messaġġ ta’ rikonoxximent

Obbligatorju

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

Data tar-rikonoxximent

Obbligatorju

Dħul tad-dejta numerika fil-format SSSS-XX-JJ

Ħin tar-rikonoxximent

Obbligatorju

Dħul tad-dejta numerika fil-format SS:MM:SS

2.   L-ARIKETTURA TAL-ERRU

L-interkonnessjoni se jkollha l-forma ta’ qafas għall-messaġġi XML li tipprovdi servizzi lill-Istati Membri permezz ta’ messaġġi XML li jiġu skambjati b’mod affidabbli, sikur u koreografat (il-fluss tax-xogħol).

Is-sistema ERRU għandha tikkonsisti f’sistema li tinkludi arkitettura ta’ “buttun ċentrali” (klijent-server b’router intelliġenti) u arkitettura “peer to peer”. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu bejn kwalunkwe wieħed miż-żewġ arkitetturi msemmija hawn fuq sabiex jiġu skambjati messaġġi XML fuq in-netwerk sTESTA (bl-użu ta’ HTTPS).

Is-sistema ERRU hija illustrata fil-Grafika 1 hawn taħt:

Grafika 1

Sistema ERRU

Image 4

“Peer to peer”

Buttun ċentrali

L-Istati Membri se jkollhom żewġ alternattivi biex jikkommunikaw il-messaġġi, abbażi tal-arkitettura li qegħda tintuża mill-Istati Membri involuti fl-iskambju: L-użu ta’ arkitettura b’buttun ċentrali jew l-użu ta’ arkitettura “peer-to-peer”.

Il-buttun ċentrali għandu jkun immexxi mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-operazzjoni teknika, il-manutenzjoni u s-sgurtà ġenerali tan-netwerk sTESTA u tal-buttun ċentrali. Id-dejta għar-reġistrazzjoni se jinżamm fuq dan il-buttun ċentrali. Il-Kummissjoni mhux se jkollha aċċess għal dejta kummerċjali ħlief għal raġunijiet ta’ manutenzjoni u debugging.

L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għas-sistemi nazzjonali tagħhom.. L-Istati Membri li jużaw arkitettura “peer-to-peer” għandhom ikunu responsabbli għall-interoperabbiltà tal-arkitettura “peer-to-peer” mal-buttun ċentrali.

Għall-interkonnessjoni permezz tal-ERRU, l-Istati Membri għandhom jużaw:

Protokolli tal-Internet Standard (XML, HTTPS, Servizzi Onlajn tal-XML), u

in-netwerk privat sTESTA tal-Kummissjoni Ewropea.

3.   STATISTIKA U LLOGGJAR

L-Istati Membri li jużaw konnessjonijiet “peer-to-peer” għandhom iqegħdu kull ġimgħa, għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, l-informazzjoni neċessarja għall-finijiet ta’ statistika.

Sabiex tiġi żgurata l-privatezza, id-dejta għall-finijiet ta’ statistika għandha tkun anonima.

L-informazzjoni ta’ lloggjar se ssegwi t-tranżazzjonijiet kollha għall-finijiet ta’ monitoraġġ u debugging kif ukoll sabiex tiġi ġġenerata statistika dwar dawn it-tranżazzjonijiet. Se jinżammu u jiġu mmonitorjati t-tipi ta’ dejta ta’ lloggjar li ġejjin:

Log ta’ applikazzjoni (bħal messaġġi skambjati, inkluż it-tip ta’ messaġġ, id-data, l-istruttura tal-messaġġ);

Log ta’ sigurtà (bħal tentattivi ta’ lloggjar, aċċess ta’ faljs);

Log ta’ Sistema (bħal fallimenti fis-sistema).

L-informazzjoni ta’ lloggjar m’għandhiex tinżamm għal aktar minn sitt xhur.

L-Istati Membri li jużaw arkitettura “peer-to-peer” għandhom ikunu responsabbli għall-informazzjoni ta’ lloggjar li tikkonċerna tranżazzjonijiet li saru permezz ta’ konnessjonijiet “peer-to-peer”.

Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali nnominati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 għandhom ikunu responsabbli għall-aċċess tad-dejta skambjata kif ukoll użu u aġġornar ulterjuri tad-dejta wara l-aċċess.

4.   LIVELL MINIMU TA’ SERVIZZ

L-Istati Membri għandhom japplikaw l-istandards minimi ta’ servizz fir-rigward tal-ERRU:

4.1.   Żmien li fih jingħata servizz u kopertura tiegħu

24 siegħa/7 ijiem

4.2.   Rata ta’ disponibbiltà tas-sistema teknika

98 %

Rata ta’ disponibbiltà tas-Sistema tirrappreżenta l-perċentwali ta’ tranżazzjonijiet b’suċċess kull xahar.

4.3.   Ħin tar-rispons tas-sistema

Massimu 60 sekonda.

Jekk sistema ma tissodisfax il-ħin ta’ reazzjoni mitlub, l-Istat Membru għandu jieħu l-passi neċessarji kollha biex is-sistema tiġi lura għall-ħin ta’ reazzjoni normali malajr kemm jista’ jkun.

4.4.   Proċedura ta’ manutenzjoni

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni dwar kwalunkwe attività regolari ta’ manutenzjoni minn ġimgħa qabel permezz ta’ portal ta’ manutenzjoni.

4.5.   Eskalazzjoni ta’ problema

Problema hija sitwazzjoni fejn is-sistema tal-Istati Membri ma tkunx disponibbli minħabba raġunijiet mhux previsti.

F’każ li problema ma tkunx tista’ tiġi solvuta fi żmien 30 minuta, għandha tkun applikata l-proċedura ta’ eskalazzjoni li ġejja mill-Istat Membru li s-sistema tiegħu hija l-oriġini tal-problema:

(a)

Notifika tal-problema lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni permezz ta’ posta elettronika fi żmien 30 minuta;

(b)

Immedjatament wara li s-sistema tkun irritornat għan-normal, għandu jintbagħat messaġġ ulterjuri permezz tal-posta elettronika sabiex jiġu infurmati l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni li s-sistema rritornat lura għan-normal.


(1)   ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72.

(2)   ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88.


18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1214/2010

tas-17 ta' Diċembru 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Carota Novella di Ispica (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), partikolarment l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, it-talba tal-Italja biex id-denominazzjoni “Carota Novella di Ispica (IĠP)” tkun irreġistrata ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Ma kien hemm ebda oġġeżżjoni mibgħuta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni li tidher fl-Anness għal dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)   ĠU C 122, 11.5.2010, p. 12.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassifikazzjoni 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

L-ITALJA

Carota Novella di Ispica (IĠP)


18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1215/2010

tas-17 ta' Diċembru 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Montoro-Adamuz (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), partikularment l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni ta' Spanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Montoro-Adamuz” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Ma kien hemm ebda oġġeżżjoni mibgħuta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni li tidher fl-Anness għal dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)   ĠU C 125, 13.5.2010, p. 19.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.5 -   Żjut u sustanzi xaħmin (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

SPANJA

Montoro-Adamuz (DPO)


18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1216/2010

tas-17 ta’ Diċembru 2010

li japprova emendi mhux minuri għall-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Welsh Lamb (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mir-Renju Unit għall-approvazzjoni tal-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Welsh Lamb”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1257/2003 (3).

(2)

Ġaladarba l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi (4). Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi, tal-ispeċifikazzjoni ppublikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)   ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.

(3)   ĠU L 177, 16.7.2003, p. 3.

(4)   ĠU C 112, 1.5.2010, p. 11.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.1   Laħam frisk (u l-ġewwieni)

IR-RENJU UNIT

Welsh Lamb (IĠP)


18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/36


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1217/2010

tal-14 ta’ Diċembru 2010

dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ akkordji ta’ riċerka u żvilupp

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 2821/71 tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 1971 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal-kategoriji ta’ ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma (1),

Wara li ppubblikat abbozz ta’ dan ir-Regolament,

Wara li kkunsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2821/71 jagħti l-poter lill-Kummissjoni sabiex tapplika l-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (*1) permezz ta’ regolament għal ċerti kategoriji ta’ akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat li għandhom bħala l-għan tagħhom ir-riċerka u żvilupp ta’ prodotti, teknoloġiji jew proċessi sal-istadju tal-applikazzjoni industrijali, u l-esplojtazzjoni tar-riżultati, inklużi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

(2)

L-Artikolu 179(2) tat-Trattat jappella lill-Unjoni sabiex tinkoraġġixxi lill-impriżi, inklużi l-impriżi ta’ daqs żgħir u medju, fl-attivitajiet tagħhom ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku ta’ livell għoli, u sabiex tappoġġa l-isforzi tagħhom biex jikkooperaw ma’ xulxin. Dan ir-Regolament huwa maħsub sabiex jiffaċilita r-riċerka u l-iżvilupp filwaqt li fl-istess ħin jipproteġi l-kompetizzjoni b’mod effettiv.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2659/2000 tad-29 ta’ Novembru 2000 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim dwar ir-riċerka u l-iżvilupp (2) jiddefinixxi kategoriji ta’ akkordji ta’ riċerka u żvilupp li l-Kummissjoni qieset li normalment jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat. Fid-dawl tal-esperjenza globalment pożittiva fl-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2010 u b’kunsiderazzjoni għall-esperjenza ulterjuri miksuba mindu ġie adottat, huwa xieraq li jiġi adottat regolament ta’ eżenzjoni ta’ kategorija ġdid.

(4)

Dan ir-Regolament għandu jissodisfa ż-żewġ rekwiżiti li tiġi assigurata protezzjoni effettiva tal-kompetizzjoni u li tiġi pprovduta ċertezza legali adegwata għall-impriżi. Sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-ħtieġa li jiġu ssimplifikati kemm jista’ jkun is-superviżjoni amministrattiva u l-qafas leġiżlattiv. Taħt ċertu livell ta’ saħħa fis-suq jista’ jkun preżunt b’mod ġenerali, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat, li l-effetti pożittivi ta’ akkordji ta’ riċerka u żvilupp ikunu ta’ valur akbar minn kull effett negattiv fuq il-kompetizzjoni.

(5)

Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat permezz ta’ regolament, mhuwiex neċessarju li jiġu ddefiniti dawk l-akkordji li jistgħu jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat. Fl-evalwazzjoni individwali ta’ akkordji taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni diversi fatturi, u b’mod partikolari l-istruttura tas-suq fis-suq rilevanti.

(6)

Akkordji dwar l-eżekuzzjoni konġunta ta’ xogħol ta’ riċerka jew l-iżvilupp konġunt tar-riżultati tar-riċerka, sal-istadju ta’ applikazzjoni industrijali iżda li ma jinkluduhx, ġeneralment ma jaqgħux fl-ambitu tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat. Madankollu, f’ċerti ċirkustanzi, pereżempju fejn il-partijiet jaqblu li ma jwettqux attivitajiet oħra ta’ riċerka u żvilupp fl-istess qasam, u b’hekk jitilfu l-opportunità li jiksbu vantaġġi kompetittivi fuq partijiet oħrajn, tali akkordji jistgħu jaqgħu taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat u għandhom għalhekk ikunu inklużi fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-benefiċċju tal-eżenzjoni stabbilita b’dan ir-Regolament għandu jkun limitat għal dawk l-akkordji li għalihom jista’ jiġi preżunt b’ċertezza suffiċjenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat.

(8)

Il-kooperazzjoni fir-riċerka u l-iżvilupp u fl-esplojtazzjoni tar-riżultati aktarx li tippromwovi l-progress tekniku u ekonomiku jekk il-partijiet jikkontribwixxu ħiliet komplementari, assi jew attivitajiet għall-kooperazzjoni. Dan jinkludi wkoll kuntesti fejn parti waħda sempliċement tiffinanzja l-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp ta’ parti oħra.

(9)

L-esplojtazzjoni konġunta ta’ riżultati tista’ tkun ikkunsidrata li hija l-konsegwenza naturali ta’ attivitajiet konġunti ta’ riċerka u żvilupp. Tista’ tieħu forom differenti bħalma huma l-manifattura, l-esplojtazzjoni ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li sostanzjalment jikkontribwixxu għall-progress tekniku jew ekonomiku, jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti ġodda.

(10)

Il-konsumaturi ġeneralment jistgħu jkunu mistennija li jibbenefikaw mill-volum u effettività miżjuda tar-riċerka u l-iżvilupp permezz tal-introduzzjoni ta’ prodotti jew servizzi ġodda jew imtejba, it-tnedija aktar mgħaġġla ta’ dawk il-prodotti jew servizzi, jew it-tnaqqis tal-prezzijiet b’riżultat ta’ teknoloġiji jew proċessi ġodda jew imtejba.

(11)

Sabiex tiġi ġġustifikata l-eżenzjoni, l-eplojtazzjoni konġunt għandu jkollha x’taqsam mal-prodotti, teknoloġiji jew proċessi li għalihom l-użu tar-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp huwa deċiżiv. Barra minn dan, il-partijiet kollha għandhom, fl-akkordju ta’ riċerka u żvilupp, jaqblu li kollha kemm huma jkollhom aċċess sħiħ għar-riżultati finali tal-attivitajiet konġunti ta’ riċerka u żvilupp, inkluż kwalunkwe dritt ta’ proprjetà intellettwali u know-how li jistgħu jirriżultaw, għall-iskopijiet ta’ riċerka u żvilupp u esplojtazzjoni ulterjuri, hekk kif jsiru magħrufa r-riżultati finali. L-aċċess għar-riżultati ġeneralment m’għandux ikun limitat għal dak li għandu x’jaqsam mal-użu tar-riżultati għall-iskopijiet ta’ riċerka u żvilupp ulterjuri. Madankollu, fejn il-partijiet, skont dan ir-Regolament, jillimitaw id-drittijiet tagħhom ta’ esplojtazzjoni, b’mod partikolari fejn huma jispeċjalizzaw fil-kuntest tal-esplojtazzjoni, l-aċċess għar-riżultati għall-iskopjiet ta’ esplojtazzjoni jistgħu jiġu limitati skont kif ikun xieraq. Barra minn dan, fejn korpi akkademiċi, istituti tar-riċerka jew impriżi li jfornu r-riċerka u l-iżvilupp bħala servizz kummerċjali mingħajr ma jkunu normalment attivi fl-esplojtazzjoni tar-riżultati jipparteċipaw fir-riċerka u żvilupp, jistgħu jaqblu li jużaw ir-riżultati tal-iżvilupp u r-riċerka għall-għan ta’ riċerka ulterjuri biss. Il-partijiet jistgħu jagħmlu kontribuzzjonijiet mhux ugwali għall-kooperazzjoni tagħhom fir-riċerka u l-iżvilupp, skont il-ħiliet u l-ħtiġijiet kummerċjali tagħhom. Għaldaqstant, sabiex jiġu riflessi, u kkumpensati, id-differenzi fil-valur jew fin-natura tal-kontribuzzjonijiet tal-partijiet, akkordju ta’ riċerka u żvilupp li jibbenefika minn dan ir-Regolament jista’ jipprovdi li parti waħda tikkumpensa parti oħra għall-kisba ta’ aċċess għar-riżultati għall-iskopijiet ta’ riċerka jew esplojtazzjoni ulterjuri. Madankollu, il-kumpens m’għandux ikun daqstant għoli li effettivament ikun jimpedixxi tali aċċess.

(12)

Bl-istess mod, meta l-akkordju ta’ riċerka u żvilupp ma jipprovdi għal ebda esplojtazzjoni konġunta tar-riżultati, il-partijiet għandhom jaqblu fl-akkordju ta’ riċerka u żvilupp biex jagħtu aċċess lil xulxin għan-know-how preeżistenti rispettiv tagħhom, sakemm dan in-know-how ikun indispensabbli għall-iskopijiet tal-esplojtazzjoni tar-riżultati mill-partijiet l-oħra. Ir-rati ta’ ħlas għal kull liċenzja m’għandhomx ikunu tant għoljin li jimpedixxi b’mod effettiv l-aċċess għan-know-how mill-partijiet l-oħra.

(13)

L-eżenzjoni stabbilita b’dan ir-Regolament għandha tkun limitata għal akkordji ta’ riċerka u żvilupp li ma joffrux lill-impriżi l-possibbiltà li jeliminaw il-kompetizzjoni fir-rigward ta’ parti sostanzjali tal-prodotti, servizzi jew teknoloġiji inkwistjoni. Huwa meħtieġ li jkunu esklużi mill-eżenzjoni ġenerali akkordji bejn kompetituri li s-sehem fis-suq ikkombinat tagħhom għall-prodotti, servizzi jew teknoloġiji li huma kapaċi li jitjiebu jew jinbidlu bir-riżultati tar-riċerka u żvilupp jaqbeż ċertu livell fil-mument li jikkonkludu l-akkordju. Madankollu, ma hemm l-ebda preżunzjoni li l-akkordji ta’ riċerka u żvilupp jew jinqabdu mill-Artikolu 101(1) tat-Trattat jew inkella ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat ladarba jinqabeż il-livell tas-sehem fis-suq stabbilit b’dan ir-Regolament jew ma jiġux sodisfatti kundizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament. F’tali każijiet, tkun trid issir evalwazzjoni individwali tal-akkordju ta’ riċerka u żvilupp skont l-Artikolu 101 tat-Trattat.

(14)

Sabiex tkun iggarantita ż-żamma ta’ kompetizzjoni effettiva waqt esplojtazzjoni konġunta tar-riżultati, għandu jiġi previst li l-eżenzjoni ġenerali tieqaf milli tapplika jekk is-sehem fis-suq ikkombinat tal-partijiet għall-prodotti, servizzi jew teknoloġiji li joħorġu mill-attivitajiet konġunti ta’ riċerka u żvilupp isir kbir wisq. L-eżenzjoni għandha tkompli tapplika, irrispettivament mill-ishma fis-suq tal-partijiet, għal ċertu perjodu wara l-bidu tal-esplojtazzjoni konġunta, sabiex tistenna l-istabbilizzazzjoni tal-ishma fis-suq tagħhom, partikolarment wara l-introduzzjoni ta’ prodott ġdid għal kollox, u sabiex tiggarantixxi perjodu ta’ ritorn minimu fuq l-investimenti involuti.

(15)

Dan ir-Regolament m’għandux jeżenta akkordji li jkollhom restrizzjonijiet li mhumiex indispensabbli għall-kisba tal-effetti pożittivi ġġenerati minn akkordju ta’ riċerka u żvilupp. Fil-prinċipju, akkordji li jkun fihom ċerti tipi ta’ restrizzjonijiet severi tal-kompetizzjoni bħalma huma limitazzjonijiet tal-libertà tal-partijiet li jagħmlu riċerka u żvilupp f’qasam li ma jkunx konness mal-akkordju, l-iffissar tal-prezzijiet li partijiet terzi jiġu mitluba jħallsu, limitazzjonijiet ta’ produzzjoni jew bejgħ, u limitazzjonijiet tat-twettiq ta’ bejgħ passiv għall-prodotti tal-kuntratt jew teknoloġiji tal-kuntratt f’territorji jew lil klijenti rriżervati għal partijiet oħra għandhom ikunu esklużi mill-benefiċċju tal-eżenzjoni stabbilita b’dan ir-Regolament irrispettivament mis-sehem fis-suq tal-partijiet. F’dan il-kuntest, restrizzjonijiet dwar il-kamp tal-użu ma jikkostitwixxux limitazzjonijiet ta’ produzzjoni jew bejgħ u lanqas ma jikkostitwixxu restrizzjonijiet ta’ territorju jew klijenti.

(16)

Il-limitazzjoni tas-sehem tas-suq, in-nuqqas ta’ eżenzjoni ta’ ċerti akkordji u l-kondizzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament normalment jiżguraw li l-akkordji li għalihom tapplika l-eżenzjoni ġenerali ma jippermettux lill-partijiet jeliminaw il-kompetizzjoni fir-rigward ta’ parti sostanzjali tal-prodotti jew servizzi inkwistjoni.

(17)

Ma tistax tiġi eskluża l-possibbiltà li jkun hemm effetti antikompetittivi ta’ esklużjoni mis-suq meta parti waħda tiffinanzja għadd ta’ proġetti ta’ riċerka u żvilupp li jitwettqu minn kompetituri fir-rigward tal-istess prodotti tal-kuntratt jew teknoloġiji tal-kuntratt, b’mod partikolari fejn hija tikseb id-dritt esklużiv li tesplojta r-riżultati fil-konfront ta’ partijiet terzi. Għalhekk, il-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament għandu jingħata lil tali akkordji ta’ riċerka u żvilupp imħallsa biss meta s-sehem fis-suq ikkombinat tal-partijiet kollha involuti fl-akkordji konnessi, jiġifieri, il-parti li tiffinanzja u l-partijiet kollha li jwettqu r-riċerka u l-iżvilupp, ma jkunx jaqbeż il-25 %.

(18)

Akkordji bejn impriżi li mhumiex produtturi konkorrenti ta’ prodotti, teknoloġiji jew proċessi li jkunu kapaċi li jittejbu, jiġu sostitwiti jew jinbidlu bir-riżultati tar-riċerka u żvilupp ser jeliminaw biss il-kompetizzjoni effettiva fir-riċerka u żvilupp f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Huwa xieraq għalhekk li tali akkordji jitħallew jibbenefikaw mill-eżenzjoni stabbilita b’dan ir-Regolament irrispettivament mis-sehem fis-suq u li kwalunkwe każ eċċezzjonali jiġi indirizzat permezz tal-irtirar mill-benefiċċju ta’ dik l-eżenzjoni.

(19)

Il-Kummissjoni tista’ tirtira l-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (3), meta ssib li f’każ partikolari akkordju li għalih tapplika l-eżenzjoni prevista f’dan ir-Regolament jkollu madankollu effetti li huma inkompatibbli mal-Artikolu 101(3) tat-Trattat.

(20)

L-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru tista’ tirtira l-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 fir-rigward tat-territorju ta’ dak l-Istat Membru, jew parti minnu meta, f’każ partikolari, akkordju li għalih tapplika l-eżenzjoni prevista f’dan ir-Regolament ikollu madankollu effetti li hma inkompatibbli mal-Artikolu 101(3) tat-Trattat fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, jew f’parti minnu, u meta tali territorju jkollu l-karatterisitiċi kollha ta’ suq ġeografiku distint.

(21)

Il-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament jista’ jiġi rtirat skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, pereżempju, fejn l-eżistenza ta’ akkordju ta’ riċerka u żvilupp tirrestrinġi b’mod sostanzjali l-ambitu għall-partijiet terzi biex iwettqu l-iżvilupp u r-riċerka fil-qasam rilevanti minħabba l-kapaċità limitata tar-riċerka li tkun disponibbli x’imkien ieħor, meta minħabba l-istruttura partikolari tal-forniment, l-eżistenza tal-akkordju ta’ riċerka u żvilupp tirrestrinġi b’mod sostanzjali l-aċċess ta’ partijiet terzi għas-suq għall-prodotti tal-kuntratt jew għat-teknoloġiji tal-kuntratt, meta mingħajr l-ebda raġuni oġġettivament valida, il-partijiet ma jesplojtawx ir-riżultati tal-attivitajiet konġunti ta’ riċerka u żvilupp fil-konfront ta’ partijiet terzi, meta l-prodotti tal-kuntratt jew it-teknoloġiji tal-kuntratt ma jkunux soġġetti fis-suq intern kollu jew f’parti minnu għal kompetizzjoni effettiva mill-prodotti, teknoloġiji jew proċessi kkunsidrati mill-utenti bħala ekwivalenti minħabba l-karatteristiċi, il-prezz u l-użu intenzjonat tagħhom, jew meta l-eżistenza tal-akkordju ta’ riċerka u żvilupp tirrestrinġi l-kompetizzjoni fl-innovazzjoni jew telimina l-kompetizzjoni effettiva fir-riċerka u l-iżvilupp f’suq partikolari.

(22)

Peress li akkordji ta’ riċerka u żvilupp ħafna drabi jsiru għal żmien twil, speċjalment fejn il-kooperazzjoni testendi għall-esplojtazzjoni tar-riżultati, il-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament għandu jkun iffissat għal 12-il sena,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“akkordju ta’ riċerka u żvilupp” tfisser akkordju konkluż bejn żewġ partijiet jew aktar li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet li taħthom dawk il-partijiet iwettqu:

(i)

attivitajiet konġunti ta’ riċerka u żvilupp ta’ prodotti tal-kuntratt jew teknoloġiji tal-kuntratt u esplojtazzjoni konġunta tar-riżultati ta’ tali riċerka u żvilupp,

(ii)

esplojtazzjoni konġunta tar-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp ta’ prodotti tal-kuntratt jew teknoloġiji tal-kuntratt li jkunu twettqu b’mod konġunt skont akkordju konkluż minn qabel bejn l-istess partijiet,

(iii)

attivitajiet konġunti ta’ riċerka u żvilupp ta’ prodotti tal-kuntratt jew teknoloġiji tal-kuntratt eskluża l-esplojtazzjoni konġunta tar-riżultati,

(iv)

riċerka u żvilupp imħallsa ta’ prodotti tal-kuntratt jew teknoloġiji ta’ kuntratt u esplojtazzjoni konġunta tar-riżultati ta’ tali riċerka u żvilupp,

(v)

esplojtazzjoni konġunta tar-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp imħallsa ta’ prodotti tal-kuntratt jew teknoloġiji tal-kuntratt skont akkordju konkluż minn qabel bejn l-istess partijiet, jew

(vi)

riċerka u żvilupp imħallsa ta’ prodotti tal-kuntratt jew teknoloġiji tal-kuntratt eskluża l-esplojtazzjoni konġunta tar-riżultati;

(b)

“akkordju” tfisser akkordju, deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi jew prattika miftiehma;

(c)

“riċerka u żvilupp” tfisser il-kisba ta’ know-how marbut ma’ prodotti, teknoloġiji jew proċessi u t-twettiq ta’ analiżi teoretika, studju sistematiku jew sperimentazzjoni, inklużi produzzjoni sperimentali, ittestjar tekniku ta’ prodotti jew proċessi, l-istabbiliment tal-faċilitajiet meħtieġa u l-kisba ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali għar-riżultati;

(d)

“prodott” tfisser merkanzija jew servizz, inklużi kemm merkanzija jew servizzi intermedjarji kif ukoll merkanzija jew servizzi finali;

(e)

“teknoloġija tal-kuntratt” tfisser teknoloġija jew proċess li joħroġ mill-attivitajiet konġunti ta’ riċerka u żvilupp;

(f)

“prodott tal-kuntratt” tfisser prodott li joħroġ mill-attivitajiet konġunti ta’ riċerka u żvilupp jew immanifatturat jew ipprovdut bl-applikazzjoni tat-teknoloġiji tal-kuntratt;

(g)

“esplojtazzjoni tar-riżultati” tfisser il-produzzjoni jew distribuzzjoni tal-prodotti tal-kuntratt jew l-applikazzjoni tat-teknoloġiji tal-kuntratt jew iċ-ċessjoni jew il-liċenzjar ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jew il-komunikazzjoni ta’ know-how meħtieġ għal tali manifattura jew applikazzjoni;

(h)

“drittijiet ta’ proprjetà intellettwali” tfisser drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, inklużi drittijiet ta’ proprjetà industrijali, drittijiet tal-awtur u drittijiet simili;

(i)

“know-how” tfisser pakkett ta’ informazzjoni prattika li mhijiex brevettata, li tirriżulta minn esperjenza u ttestjar, li hija sigrieta, sostanzjali u identifikata;

(j)

“sigriet”, fil-kuntest ta’ know-how, tfisser li n-know-how ma jkunx ġeneralment magħruf jew faċilment aċċessibbli;

(k)

“sostanzjali”, fil-kuntest ta’ know-how, tfisser li n-know-how huwa sinjifikattiv u utli għall-manifattura tal-prodotti tal-kuntratt jew għall-applikazzjoni tat-teknoloġiji tal-kuntratt;

(l)

“identifikat”, fil-kuntest ta’ know-how, tfisser li n-know-how huwa deskritt b’mod komprensiv biżżejjed sabiex ikun possibbli li jkun ivverifikat li jissodisfa l-kriterji ta’ segretezza u sostanzjalità;

(m)

“konġunt”, fil-kuntest ta’ attivitajiet imwettqa taħt akkordju ta’ riċerka u żvilupp, tfisser attivitajiet fejn ix-xogħol involut:

(i)

isir minn tim konġunt, minn organizzazzjoni konġunta jew minn impriża konġunta,

(ii)

ikun fdat b’mod konġunt lil parti terza, jew

(iii)

ikun allokat bejn il-partijiet permezz ta’ speċjalizzazzjoni fil-kuntest tar-riċerka u l-iżvilupp jew tal-esplojtazzjoni;

(n)

“speċjalizzazzjoni fil-kuntest tar-riċerka u l-iżvilupp” tfisser li kull waħda mill-partijiet tkun involuta fl-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp koperti mill-akkordju ta’ riċerka u żvilupp u jqassmu bejniethom ix-xogħol ta’ riċerka u żvilupp b’kull mod li huma jqisu li jkun l-aktar xieraq; dan ma jinkludix riċerka u żvilupp imħallsa;

(o)

“speċjalizzazzjoni fil-kuntest tal-esplojtazzjoni” tfisser li l-partijiet iqassmu bejniethom kompiti individwali bħalma huma l-produzzjoni jew id-distribuzzjoni, jew jimponu restrizzjonijiet fuq xulxin f’dak li jirrigwarda l-esplojtazzjoni tar-riżultati bħalma huma restrizzjonijiet relattivi għal ċerti territorji, klijenti jew oqsma ta’ użu; dan jinkludi xenarju fejn parti waħda biss tipproduċi u tiddistribwixxi l-prodotti tal-kuntratt abbażi ta’ liċenzja esklużiva mogħtija mill-partijiet l-oħra;

(p)

“riċerka u żvilupp imħallsa” tfisser riċerka u żvilupp li jitwettqu minn parti waħda u jiġu ffinanzjati minn parti li tiffinanzja;

(q)

“parti li tiffinanzja” tfisser parti li tiffinanzja riċerka u żvilupp imħallsa filwaqt li ma twettaq xejn mir-riċerka u l-iżvilupp hija stess;

(r)

“impriża konkorrenti” tfisser kompetitur attwali jew potenzjali;

(s)

“kompetitur attwali” tfisser impriża li tkun qed tforni prodott, teknoloġija jew proċess li jista’ jiġi mtejjeb, sostitwit jew mibdul bil-prodott tal-kuntratt jew bit-teknoloġija tal-kuntratt fis-suq ġeografiku rilevanti;

(t)

“kompetitur potenzjali” tfisser impriża li, fin-nuqqas tal-akkordju ta’ riċerka u żvilupp, għal raġunijiet realistiċi u mhux sempliċement bħala possibbiltà teoretika, f’każ ta’ żieda żgħira iżda permanenti fil-prezzijiet relattivi, x’aktarx tagħmel l-investimenti addizzjonali meħtieġajew spejjeż oħra neċessarji ta’ tibdil, fi żmien mhux aktar minn tliet snin, biex tforni prodott, teknoloġija jew proċess li jista’ jiġi mtejjeb, sostitwit jew mibdul bil-prodott tal-kuntratt jew bit-teknoloġija tal-kuntratt fis-suq ġeografiku rilevanti;

(u)

“suq tal-prodott rilevanti” tfisser is-suq rilevanti għall-prodotti li jistgħu jiġu mtejba, sostitwiti jew mibdula bil-prodotti tal-kuntratt;

(v)

“suq tatteknoloġija rilevanti” tfisser is-suq rilevanti għat-teknoloġiji jew proċessi kapaċi li jistgħu jiġu mtejba, sostitwiti jew mibdula bit-teknoloġiji tal-kuntratt.

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-termini “impriża” u “parti” għandhom jinkludu l-impriżi konnessi rispettivi tagħhom.

“Impriżi konnessi” tfisser:

(a)

impriżi li fihom, parti fl-akkordju ta’ riċerka u żvilupp, direttament jew indirettament:

(i)

ikollha s-setgħa li teżerċita aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot,

(ii)

ikollha s-setgħa li taħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord ta’ superviżjoni, bord ta’ tmexxija jew ta’ korpi li jirrappreżentaw lill-impriża legalment, jew

(iii)

ikollha d-dritt li tiġġestixxi l-affarijiet tal-impriża;

(b)

impriżi li direttament jew indirettament ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) fuq parti fl-akkordju ta’ riċerka u żvilupp;

(c)

impriżi li fihom parti fl-akkordju ta’ riċerka u żvilupp ikollha, direttament jew indirettament, id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a);

(d)

impriżi li fihom parti fl-akkordju ta’ riċerka u żvilupp flimkien ma’ waħda jew aktar mill-impriżi msemmija fil-punti (a), (b) jew (c), jew li fihom tnejn jew aktar mill-impriżi tal-aħħar, konġuntament ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a);

(e)

impriżi li fihom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) ikunu miżmuma konġuntament minn:

(i)

partijiet fl-akkordju ta’ riċerka u żvilupp jew l-impriżi konnessi rispettivi tagħhom imsemmija fil-punti (a) sa (d), jew

(ii)

parti waħda jew aktar fl-akkordju ta’ riċerka u żvilupp jew impriża konnessa waħda jew aktar tagħhom imsemmija fil-punti (a) sa (d) u terza parti waħda jew aktar.

Artikolu 2

Eżenzjoni

1.   Skont l-Artikolu 101(3) tat-Trattat u skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, huwa b’dan iddikjarat li l-Artikolu 101(1) tat-Trattat m’għandux japplika għal akkordji ta’ riċerka u żvilupp.

Din l-eżenzjoni għandha tapplika sa fejn tali akkordji jkun fihom restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat.

2.   L-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha tapplika għal akkordji ta’ riċerka u żvilupp li jkun fihom dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu maċ-ċessjoni jew mal-liċenzjar ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali lil waħda jew aktar mill-partijiet jew lil xi entità li l-partijiet jistabbilixxu biex twettaq l-attivitajiet konġunti ta’ riċerka u żvilupp, riċerka u żvilupp imħallsa jew esplojtazzjoni konġunta, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ma jikkostitwixxux l-għan ewlieni ta’ tali akkordji, iżda jkollhom x’jaqsmu direttament mal-implimentazzjoni tagħhom u jkunu meħtieġa għaliha.

Artikolu 3

Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni

1.   L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tapplika suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5.

2.   L-akkordju ta’ riċerka u żvilupp għandu jistipula li l-partijiet kollha għandu jkollhom aċċess sħiħ għar-riżultati finali tal-attivitajiet konġunti ta’ riċerka u żvilupp jew tar-riċerka u żvilupp imħallsa, inkluż kull dritt ta’ proprjetà intellettwali u know-how li jirriżultaw, għall-iskopijiet ta’ riċerka u żvilupp u esplojtazzjoni ulterjuri, hekk kif dawn ikunu disponibbli. Meta l-partijiet jillimitaw id-drittijiet tagħhom ta’ esplojtazzjoni skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari meta jispeċjalizzaw fil-kuntest tal-esplojtazzjoni, l-aċċess għar-riżultati għall-iskopjiet ta’ esplojtazzjoni jista’ jiġi limitat skont kif ikun xieraq. Barra minn dan, l-istituti tar-riċerka, il-korpi akkademiċi, jew l-impriżi li jfornu r-riċerka u l-iżvilupp bħala servizz kummerċjali mingħajr ma jkunu normalment attivi fl-esplojtazzjoni tar-riżultati jistgħu jaqblu li jillimitaw l-użu tagħhom tar-riżultati għall-għanijiet ta’ riċerka ulterjuri. L-akkordju ta’ riċerka u żvilupp jista’ jipprovdi li l-partijiet jikkumpensaw lil xulxin għall-għoti tal-aċċess għar-riżultati għall-iskopijiet ta’ riċerka jew esplojtazzjoni ulterjuri, iżda l-kumpens m’għandux ikun daqstant għoli li effettivament jimpedixxi tali aċċess.

3.   Bla ħsara għall-paragrafu 2, meta l-akkordju ta’ riċerka u żvilupp jipprovdi biss għal attivitajiet konġunti ta’ riċerka u żvilupp jew għal riċerka u żvilupp imħallsa, l-akkordju ta’ riċerka u żvilupp għandu jistipula li kull parti għandha tingħata l-aċċess għal kwalunkwe know-how preeżistenti tal-partijiet l-oħra, jekk dan in-know-how ikun indispensabbli għall-iskopijiet tal-esplojtazzjoni tagħha tar-riżultati. L-akkordju ta’ riċerka u żvilupp jista’ jipprovdi li l-partijiet jikkumpensaw lil xulxin għall-għoti tal-aċċess għan-know-how preeżistenti tagħhom, iżda l-kumpens m’għandux ikun daqstant għoli li effettivament jimpedixxi tali aċċess.

4.   Kull esplojtazzjoni konġunta tista’ tikkonċerna biss riżultati li huma protetti permezz ta’ drittijiet ta’ proprjetà intelletwali jew li jikkostitwixxu know-how u li jkunu indispendabbli għall-manifattura tal-prodotti tal-kuntratt jew għall-applikazzjoni tat-teknoloġiji tal-kuntratt.

5.   Il-partijiet inkarigati biex jimmanifatturaw il-prodotti tal-kuntratt permezz ta’-speċjalizzazzjoni fil-kuntest tal-esplojtazzjoni għandhom jiġu mitluba li jissodisfaw l-ordnijiet għall-forniment tal-prodotti tal-kuntratt mill-partijiet l-oħra, ħlief meta l-akkordju ta’ riċerka u żvilupp jipprovdi wkoll għal distribuzzjoni konġunta skont it-tifsira tal-punt (m)(i) jew (ii) tal-Artikolu 1(1) jew meta l-partijiet ikunu qablu li l-prodotti tal-kuntratt jistgħu jiġu distribwiti biss mill-parti li tkun immanifatturathom.

Artikolu 4

Limitu tas-sehem fis-suq u tul ta’ eżenzjoni

1.   Meta l-partijiet mhumiex impriżi konkorrenti, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tapplika għal kemm idumu għaddejjin ir-riċerka u l-iżvilupp. Meta r-riżultati jkunu esplojtati b’mod konġunt, l-eżenzjoni għandha tkompli tapplika għal seba’ snin minn meta l-prodotti tal-kuntratt jew it-teknoloġiji tal-kuntratt jitqiegħdu fis-suq fi ħdan is-suq intern għall-ewwel darba.

2.   Meta żewġ partijiet jew aktar ikunu impriżi konkorrenti, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tapplika għall-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu biss jekk, fil-mument meta jiġi konkluż l-akkordju ta’ riċerka u żvilupp:

(a)

fil-każ ta’ akkordji ta’ riċerka u żvilupp imsemmija fil-punti (a)(i), (ii) jew (iii) tal-Artikolu 1(1), is-sehem fis-suq ikkombinat tal-partijiet f’akkordju ta’ riċerka u żvilupp ma jaqbiżx il-25 % tas-swieq tal-prodott u tat-teknoloġija rilevanti; jew

(b)

fil-każ ta’ akkordji ta’ riċerka u żvilupp imsemmija fil-punti (a)(iv), (v) jew (vi) tal-Artikolu 1(1), is-sehem fis-suq ikkombinat tal-parti li tiffinanzja u l-partijiet kollha li magħhom il-parti li tiffinanzja tkun ikkonkludiet akkordji ta’ riċerka u żvilupp fir-rigward tal-istess prodotti tal-kuntratt jew teknoloġiji tal-kuntratt, ma jaqbiżx il-25 % tas-swieq tal-prodott u tat-teknoloġija rilevanti.

3.   Wara t-tmiem tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-eżenzjoni għandha tkompli tapplika sakemm is-sehem fis-suq ikkombinat tal-partijiet ma jaqbiżx il-25 % tas-swieq tal-prodotti u tat-teknoloġija rilevanti.

Artikolu 5

Restrizzjonijiet fundamentali

L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 m’għandhiex tapplika għall-akkordji ta’ riċerka u żvilupp li, direttament jew indirettament, waħedhom jew f’kombinazzjoni ma’ fatturi oħra taħt il-kontroll tal-partijiet, ikollhom bħala l-għan tagħhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

ir-restrizzjoni tal-libertà tal-partijiet sabiex iwettqu r-riċerka u l-iżvilupp indipendentement minn jew f’kooperazzjoni ma’ partijiet terzi f’qasam li mhuwiex konness ma’ dak li miegħu huwa marbut l-akkordju ta’ riċerka u żvilupp jew, wara li jitlestew l-attivitajiet konġunti ta’ riċerka u żvilupp jew ir-riċerka u l-iżvilupp imħallsa, fil-qasam li miegħu huwa marbut jew f’qasam konness;

(b)

il-limitazzjoni tal-output jew tal-bejgħ, bl-eċċezzjoni ta’:

(i)

l-iffissar ta’ miri ta’ produzzjoni meta l-esplojtazzjoni konġunta tar-riżultati tinkludi l-produzzjoni konġunta tal-prodotti tal-kuntratt,

(ii)

l-iffissar ta’ miri ta’ bejgħ meta l-esplojtazzjoni konġunta tar-riżultati tinkludi d-distribuzzjoni konġunta tal-prodotti tal-kuntratt jew il-liċenzjar konġunt tat-teknoloġiji tal-kuntratt skont it-tifsira tal-punt (m)(i) jew (ii) tal-Artikolu 1(1),

(iii)

prattiċi li jikkostitwixxu speċjalizzazzjoni fil-kuntest tal-esplojtazzjoni, u

(iv)

ir-restrizzjoni tal-libertà tal-partijiet li jimmanufatturaw, ibiegħu, iċedu jew jilliċenzjaw prodotti, teknoloġiji jew proċessi li jikkompetu mal-prodotti tal-kuntratt jew it-teknoloġiji tal-kuntratt matul il-perjodu li għalih il-partijiet ikunu qablu li jesplojtjaw ir-riżultati b’mod konġunt;

(c)

l-iffissar tal-prezzijiet meta jinbiegħu il-prodotti tal-kuntratt jew jiġu lliċenzjati t-teknoloġiji tal-kuntratt lil partijiet terzi, bl-eċċezzjoni tal-iffissar tal-prezzijiet li jintalbu lill-klijenti immedjati jew tal-iffissar tal-ħlasijiet għal-liċenzji li jintalbu lil-liċenzjatarji immedjati meta l-esplojtazzjoni konġunta tar-riżultati tkun tinkludi d-distribuzzjoni konġunta tal-prodotti tal-kuntratt jew il-liċenzjar konġunt tat-teknoloġiji tal-kuntratt skont it-tifsira tal-punt (m)(i) jew (ii) tal-Artikolu 1(1);

(d)

ir-restrizzjoni tat-territorju li fih, jew tal-klijenti li lilhom, il-partijiet jistgħu passivament ibiegħu il-prodotti tal-kuntratt jew jilliċenzjaw it-teknoloġiji tal-kuntratt, bl-eċċezzjoni tal-obbligu li r-riżultati jiġu lliċenzjati esklużivament lil parti oħra;

(e)

ir-rekwiżit li jiġi limitat jew ma jsir l-ebda bejgħ attiv tal-prodotti tal-kuntratt jew tat-teknoloġiji tal-kuntratt fit-territorji jew lill-klijenti li ma jkunux ġew allokati b’mod esklużiv lil waħda mill-partijiet permezz ta’ speċjalizzazzjoni fil-kuntest tal-esplojtazzjoni;

(f)

ir-rekwiżit ta’ rifjut li tiġi sodisfatta d-domanda ta’ klijenti fit-territorji rispettivi tal-partijiet, jew ta’ klijenti mqassma mod ieħor bejn il-partijiet permezz ta’ speċjalizzazzjoni fil-kuntest tal-esplojtazzjoni, li jikkumerċjalizzaw il-prodotti tal-kuntratt f’territorji oħra fis-suq intern;

(g)

ir-rekwiżit li wieħed jagħmilha diffiċli għall-utenti jew għar-rivendituri biex jiksbu l-prodotti tal-kuntratt mingħand rivendituri oħra fis-suq intern.

Artikolu 6

Restrizzjonijiet esklużi

L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 m’għandhiex tapplika għall-obbligi li ġejjin li jinsabu f’akkordju ta’ riċerka u żvilupp:

(a)

l-obbligu li wara li jkunu tlestew ir-riċerka u l-iżvilupp ma tiġix ikkontestata l-validità tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li l-partijiet għandhom fis-suq intern u li huma rilevanti għar-riċerka u l-iżvilupp jew, li wara li jiskadi l-akkordju ta’ riċerka u żvilupp, ma tiġix ikkontestata l-validità tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li l-partijiet għandhom fis-suq intern u li jipproteġu r-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp, bla ħsara għall-possibilità li jiġi previst li l-akkordju ta’ riċerka u żvilupp jiġi tterminat fl-eventwalità li waħda mill-partijiet tikkontesta l-validità ta’ tali drittijiet ta’ proprjetà intellettwali;

(b)

l-obbligu li ma jingħatawx liċenzji lill-partijiet terzi sabiex jimmanifatturaw il-prodotti tal-kuntratt jew sabiex japplikaw it-teknoloġiji tal-kuntratt sakemm l-akkordju ma jipprovdix għall-esplojtazzjoni tar-riżultati tal-attivitajiet konġunti ta’ riċerka u żvilupp konġunti jew tar-riċerka u l-iżvilupp imħallsa minn tal-anqas waħda mill-partijiet u tali esplojtazzjoni ssir fis-suq intern fil-konfront ta’ partijiet terzi.

Artikolu 7

Applikazzjoni tal-limitu tas-sehem fis-suq

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-limitu tas-sehem fis-suq previst fl-Artikolu 4, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

is-sehem fis-suq għandu jkun ikkalkulat abbażi tal-valur tal-bejgħ fis-suq; jekk dejta dwar il-valur tal-bejgħ fis-suq ma tkunx disponibbli, jistgħu jintużaw stimi bbażati fuq informazzjoni oħra tas-suq, li tkun ta’ min jafdaha, li tkun tinkludi volumi ta’ bejgħ fis-suq, sabiex jiġi stabbilit is-sehem fis-suq tal-partijiet;

(b)

is-sehem fis-suq għandu jiġi kkalkulat abbażi ta’ dejta relattiva għas-sena kalendarja preċedenti;

(c)

is-sehem fis-suq miżmum mill-impriżi msemmija fil-punt (e) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(2) għandu jitqassam b’mod indaqs lil kull impriża li jkollha d-drittijijet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) ta’ dak is-subparagrafu;

(d)

jekk is-sehem fis-suq imsemmi fl-Artikolu 4(3) inizjalment ma jkunx aktar minn 25 % iżda sussegwentement jitla’ ‘l fuq minn dak il-livell mingħajr ma jaqbeż it-30 %, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tkompli tapplika għal perjodu ta’ sentejn kalendarji konsekuttivi wara s-sena li fiha jkun inqabeż għall-ewwel darba l-limitu ta’ 25 %;

(e)

jekk is-sehem fis-suq imsemmi fl-Artikolu 4(3) inizjalment ma jkunx aktar minn 25 % iżda sussegwentement jitla’ ‘l fuq minn 30 %, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tkompli tapplika għal perjodu ta’ sena kalendarja wara s-sena li fiha jkun inqabeż għall-ewwel darba l-livell ta’ 30 %;

(f)

il-benefiċċju tal-punti (d) u (e) ma jistax jiġi magħqud sabiex jaqbeż perjodu ta’ sentejn kalendarji.

Artikolu 8

Perjodu tranżitorju

Il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 101(1) tat-Trattat m’għandhiex tapplika fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2012 fir-rigward ta’ akkordji li diġà jkunu fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2010 li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni previsti f’dan ir-Regolament iżda li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 2659/2000.

Artikolu 9

Perjodu ta’ validità

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2011.

Għandu jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 285, 29.12.1971, p. 46.

(*1)  B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikolu 81 tat-Trattat KE sar l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Iż-żewġ Artikoli huma essenzjalment identiċi. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, referenzi għall-Artikolu 101 tat-TFUE għandhom, fejn xieraq, jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikolu 81 tat-Trattat KE. It-TFUE introduċa wkoll ċerti tibdiliet fit-terminoloġija, bħas-sostituzzjoni ta’ “Komunità” b’“Unjoni” u “suq komuni” b’“suq intern”. It-terminoloġija tat-TFUE se tintuża tul dan ir-Regolament.

(2)   ĠU L 304, 5.12.2000, p. 7.

(3)   ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.


18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/43


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1218/2010

tal-14 ta’ Diċembru 2010

dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ akkordji ta’ speċjalizzazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 2821/71 tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 1971 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal-kategoriji ta’ ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma (1),

Wara li ppubblikat abbozz ta’ dan ir-Regolament,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2821/71 jagħti l-poter lill-Kummissjoni sabiex tapplika l-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (*1) permezz ta’ regolament għal ċerti kategoriji ta’ akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat li għandhom bħala l-għan tagħhom l-ispeċjalizzazzjoni, inklużi l-akkordji meħtieġa biex jilħqu dan l-għan.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2658/2000 tad-29 ta’ Novembru 2000 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim ta’ speċjalizzazzjoni (2) jiddefinixxi kategoriji ta’ akkordji ta’ speċjalizzazzjoni li l-Kummissjoni qieset li normalment jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat. Fid-dawl tal-esperjenza globalment pożittiva fl-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2010 u b'kunsiderazzjoni għall-esperjenza ulterjuri miksuba mindu ġie adottat, huwa xieraq li jiġi adottat regolament ta’ eżenzjoni ta’ kategorija ġdid.

(3)

Dan ir-Regolament għandu jissodisfa ż-żewġ rekwiżiti li tiġi assigurata protezzjoni effettiva tal-kompetizzjoni u li tiġi pprovduta ċertezza legali adegwata għall-impriżi. Sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-ħtieġa li jiġu ssimplifikati kemm jista’ jkun is-superviżjoni amministrattiva u l-qafas leġiżlattiv. Taħt ċertu livell ta’ saħħa fis-suq jista’ jkun preżunt b'mod ġenerali, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat, li l-effetti pożittivi ta’ akkordji ta’ speċjalizzazzjoni jkunu ta’ valur akbar minn kull effett negattiv fuq il-kompetizzjoni.

(4)

Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat permezz ta’ regolament, mhuwiex neċessarju li jiġu ddefiniti dawk l-akkordji li jistgħu jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat. Fl-evalwazzjoni individwali ta’ akkordji taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni diversi fatturi, u b'mod partikolari l-istruttura tas-suq fis-suq rilevanti.

(5)

Il-benefiċċju tal-eżenzjoni stabbilita b’dan ir-Regolament għandu jkun limitat għal dawk l-akkordji li għalihom jista’ jiġi preżunt b'ċertezza suffiċjenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat.

(6)

Akkordji dwar speċjalizzazzjoni fil-produzzjoni aktarx li jikkontribwixxu għal titjib fil-produzzjoni jew distribuzzjoni tal-merkanzija jekk il-partijiet ikollhom ħiliet komplementari, assi jew attivitajiet, minħabba li huma jistgħu jikkonċentraw fuq il-manifattura ta’ ċerti prodotti u b'hekk joperaw b'mod aktar effiċjenti u jfornu l-prodotti bi prezz orħos. L-istess jista’ ġeneralment jingħad għal akkordji dwar speċjalizzazzjoni fil-preparazzjoni ta’ servizzi. Fil-kuntest ta’ kompetizzjoni effettiva, x'aktarx li l-konsumaturi jirċievu sehem ġust tal-benefiċċji li jirriżultaw.

(7)

Tali vantaġġi jistgħu jinkisbu minn akkordji li permezz tagħhom parti waħda tieqaf għal kollox jew b'mod parzjali mill-manifattura ta’ ċerti prodotti jew mill-preparazzjoni ta’ ċerti servizzi favur parti oħra ("speċjalizzazzjoni unilaterali"), minn akkordji li permezz tagħhom kull parti tieqaf mill-manifattura ta’ ċerti prodotti jew mill-preparazzjoni ta’ ċerti servizzi favur parti oħra ("speċjalizzazzjoni reċiproka") u minn akkordji li permezz tagħhom il-partijiet jintrabtu li jimmanifatturaw b'mod konġunt ċerti prodotti jew jippreparaw ċerti servizzi ("produzzjoni konġunta"). Fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament, il-kunċetti ta’ speċjalizzazzjoni unilaterali u reċiproka ma jobbligawx lil xi parti li tnaqqas il-kapaċità, billi jkun biżżejjed li hija tnaqqas il-volumi ta’ produzzjoni tagħha. Il-kunċett ta’ produzzjoni konġunta, madankollu, ma tobbligax lill-partijiet li jnaqqsu l-attivitajiet individwali ta’ produzzjoni tagħhom barra mill-ambitu tal-arranġament ta’ produzzjoni konġunta li jkun qed jaħsbu li jilħqu.

(8)

In-natura ta’ akkordji ta’ speċjalizzazzjoni unilaterali u reċiproka jippresupponu li l-partijiet ikunu attivi fl-istess suq ta’ prodotti. Mhuwiex meħtieġ li l-partijiet ikunu attivi fl-istess suq ġeografiku. Għaldaqstant, l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-akkordji ta’ speċjalizzazzjoni unilaterali u reċiproka għandu jkun limitat għal kuntesti fejn il-partijiet ikunu attivi fl-istess suq ta’ prodotti. Akkordji ta’ produzzjoni konġunta jistgħu jiġu konklużi bejn partijiet li diġà jkunu attivi fl-istess suq ta’ prodotti iżda wkoll minn partijiet li jkunu jixtiequ jidħlu f'suq ta’ prodotti permezz tal-akkordju. Għalhekk, akkordji ta’ produzzjoni konġunta għandhom jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-regolament irrispettivament minn jekk il-partijiet ikunu diġà attivi fl-istess suq ta’ prodotti.

(9)

Sabiex ikun żgurat li l-benefiċċji tal-ispeċjalizzazzjoni jimmaterjalizzaw mingħajr ma xi parti tabbanduna għal kollox is-suq downstream tal-produzzjoni, akkordji ta’ speċjalizzazzjoni unilaterali u reċiproka għandhom ikunu koperti biss minn dan ir-Regolament meta jipprovdu għall-obbligi ta’ provvista u xiri jew għal distribuzzjoni konġunta. L-obbligi ta’ provvista u xiri jistgħu, iżda m'għandhomx għalfejn ikunu, ta’ natura esklużiva.

(10)

Jista’ jiġi preżunt li, meta s-sehem tal-partijiet fis-suq rilevanti għall-prodotti li huma s-suġġett ta’ akkordju ta’ speċjalizzazzjoni ma jaqbiżx ċertu livell, l-akkordji, bħala regola, joħolqu benefiċċji ekonomiċi fil-forma ta’ ekonomiji ta’ skala jew ambitu jew teknoloġiji ta’ produzzjoni aħjar, filwaqt li jippermettu lill-konsumaturi li jkollhom sehem ġust mill-benefiċċji li jirriżultaw. Madankollu, meta l-prodotti manifatturati skont akkordju ta’ speċjalizzazzjoni jkunu prodotti intermedjarji li parti waħda jew aktar tuża bis-sħiħ jew parzjalment għall-produzzjoni tagħha stess ta’ ċerti prodotti downstream li mbagħad tbiegħhom fis-suq, l-eżenzjoni mogħtija b'dan ir-Regolament għandha wkoll tkun suġġetta għall-kundizzjoni li s-sehem tal-partijiet fis-suq rilevanti għal dawn il-prodotti downstream ma jaqbiżx ċertu livell. F'każ bħal dan, li wieħed sempliċement iħares lejn is-sehem fis-suq tal-partijiet fil-livell tal-prodott intermedjarju jkun ifisser li jiġi injorat ir-riskju potenzjali ta’ esklużjoni mis-suq jew li jiżdied il-prezz tal-elementi tal-produzzjoni għal kompetituri fil-livell tal-prodotti downstream. Madankollu, ma hemm l-ebda preżunzjoni li l-akkordji ta’ speċjalizzazzjoni jew jinqabdu mill-Artikolu 101(1) tat-Trattat jew inkella ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat ladarba jinqabeż il-limitu tas-sehem fis-suq stabbilit b’dan ir-Regolament jew ma jiġux sodisfatti kundizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament. F'tali każijiet, tkun trid issir evalwazzjoni individwali tal-akkordju ta’ speċjalizzazzjoni skont l-Artikolu 101 tat-Trattat.

(11)

Dan ir-Regolament m'għandux jeżenta akkordji li jkollhom restrizzjonijiet li mhumiex indispensabbli għall-kisba tal-effetti pożittivi ġġenerati minn akkordju ta’ speċjalizzazzjoni. Fil-prinċipju, akkordji li jkun fihom ċerti tipi ta’ restrizzjonijiet severi tal-kompetizzjoni li jirrigwardaw l-iffissar tal-prezzijiet li partijiet terzi jiġu mitluba jħallsu, il-limitazzjonijiet ta’ produzzjoni jew bejgħ, u allokazzjoni ta’ swieq jew klijenti għandhom ikunu esklużi mill-benefiċċju tal-eżenzjoni stabbilita b’dan ir-Regolament irrispettivament mis-sehem fis-suq tal-partijiet.

(12)

Il-limitazzjoni tas-sehem mis-suq, in-nuqqas ta’ eżenzjoni ta’ ċerti akkordji u l-kundizzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament normalment jiżguraw li l-akkordji li għalihom tapplika l-eżenzjoni ġenerali ma jippermettux lill-partijiet jeliminaw il-kompetizzjoni fir-rigward ta’ parti sostanzjali tal-prodotti jew servizzi inkwistjoni.

(13)

Il-Kummissjoni tista’ tirtira l-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (3), meta ssib li f'każ partikolari akkordju li għalih tapplika l-eżenzjoni prevista f’dan ir-Regolament ikollu madankollu effetti li huma inkompatibbli mal-Artikolu 101(3) tat-Trattat.

(14)

L-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru tista’ tirtira l-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fir-rigward tat-territorju ta’ dak l-Istat Membru, jew parti minnu meta, f'każ partikolari, akkordju li għalih tapplika l-eżenzjoni prevista f'dan ir-Regolament ikollu madankollu effetti li huma inkompatibbli mal-Artikolu 101(3) tat-Trattat fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, jew f'parti minnu, u meta tali territorju jkollu l-karatterisitiċi kollha ta’ suq ġeografiku distint.

(15)

Il-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament jista’ jiġi rtirat skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 fejn, pereżempju, is-suq rilevanti jkun ikkonċentrat ħafna u l-kompetizzjoni tkun diġà dgħajfa, b'mod partikolari minħabba l-pożizzjonijiet individwali fis-suq ta’ parteċipanti oħra fis-suq jew rabtiet bejn parteċipanti oħra fis-suq maħluqa minn akkordji ta’ speċjalizzazzjoni paralleli.

(16)

Sabiex tkun iffaċilitata l-konklużjoni ta’ akkordji ta’ speċjalizzazzjoni, li jistgħu jkollhom effett fuq l-istruttura tal-partijiet, il-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament għandu jkun iffissat għal 12-il sena,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"akkordju ta’ speċjalizzazzjoni" tfisser akkordju ta’ speċjalizzazzjoni unilaterali, akkordju ta’ speċjalizzazzjoni reċiproka jew akkordju ta’ produzzjoni konġunta;

(b)

"akkordju ta’ speċjalizzazzjoni unilaterali" tfisser akkordju bejn żewġ partijiet li jkunu attivi fl-istess suq ta’ prodotti li bis-saħħa tiegħu parti waħda taqbel li twaqqaf għal kollox jew parzjalment il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti jew li żżomm lura milli tipproduċi dawk il-prodotti u li tixtrihom mill-parti l-oħra, li min-naħa tagħha taqbel li tipproduċi u tforni dawk il-prodotti;

(c)

"akkordju ta’ speċjalizzazzjoni reċiproka" tfisser akkordju bejn żewġ partijiet jew aktar li jkunu attivi fl-istess suq ta’ prodotti, li bis-saħħa tiegħu żewġ partijiet jew aktar, fuq bażi reċiproka, jaqblu li jieqfu għal kollox jew parzjalment jew li jżommu lura milli jipproduċu ċerti prodotti li iżda jkunu differenti, u li jixtru dawk il-prodotti mill-partijiet l-oħra, li min-naħa tagħhom jaqblu li jipproduċuhom u li jfornuhom;

(d)

"akkordju ta’ produzzjoni konġunta" tfisser akkordju li bis-saħħa tiegħu żewġ partijiet jew aktar jaqblu li jipproduċu ċerti prodotti b'mod konġunt;

(e)

"akkordju" tfisser akkordju, deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi jew prattika miftiehma;

(f)

"prodott" tfisser merkanzija u/jew servizz, inklużi kemm merkanzija jew servizzi intermedjarji kif ukoll merkanzija jew servizzi finali, bl-eċċezzjoni ta’ servizzi ta’ distribuzzjoni u kiri;

(g)

"produzzjoni" tfisser il-manifattura ta’ merkanzija jew il-preparazzjoni ta’ servizzi u tinkludi produzzjoni permezz ta’ subappaltar;

(h)

"preparazzjoni ta’ servizzi" tfisser l-attivitajiet upstream mill-forniment ta’ servizzi lill-klijenti;

(i)

"suq rilevanti" tfisser il-prodott rilevanti u s-suq ġeografiku li għalihom jappartjenu l-prodotti ta’ speċjalizzazzjoni, u, minbarra dan, meta l-prodotti ta’ speċjalizzazzjoni jkunu prodotti intermedjarji li waħda jew aktar mill-partijiet jużaw, totalment jew parzjalment, b’mod intern għall-produzzjoni ta’ prodotti downstream, il-prodott rilevanti u s-suq ġeografiku li għalihom jappartjenu l-prodotti downstream;

(j)

"prodott ta’ speċjalizzazzjoni" tfisser prodott li huwa prodott taħt akkordju ta’ speċjalizzazzjoni;

(k)

"prodott downstream" tfisser prodott li għalih prodott ta’ speċjalizzazzjoni jintuża minn parti waħda jew aktar bħala element tal-produzzjoni u li jinbiegħ minn dawk il-partijiet fis-suq;

(l)

“impriża konkorrenti” tfisser kompetitur attwali jew potenzjali;

(m)

“kompetitur attwali” tfisser impriża attiva fl-istess suq rilevanti;

(n)

"kompetitur potenzjali" tfisser impriża li, fin-nuqqas tal-akkordju ta’ speċjalizzazzjoni, għal raġunijiet realistiċi u mhux sempliċement bħala possibbiltà teoretika, f'każ ta’ żieda żgħira iżda permanenti fil-prezzijiet relattivi, x’aktarx tagħmel l-investimenti addizzjonali neċessarji jew spejjeż oħra neċessarji ta’ tibdil, fi żmien mhux aktar minn tliet snin, biex tkun tista’ tidħol fis-suq rilevanti;

(o)

"obbligu ta’ forniment esklużiv" tfisser obbligu li ma tfornix lil impriża konkorrenti ħlief lil xi parti fl-akkordju bil-prodott ta’ speċjalizzazzjoni;

(p)

"obbligu ta’ xiri esklużiv" tfisser obbligu li l-prodott ta’ speċjalizzazzjoni jinxtara biss mingħand parti fl-akkordju;

(q)

"konġunt", fil-kuntest tad-distribuzzjoni, tfisser li l-partijiet:

(i)

jiddistribwixxu l-prodotti permezz ta’ tim konġunt, organizzazzjoni konġunta jew impriża konġunta, jew

(ii)

jaħtru distributur li jkun parti terza fuq bażi esklużiva jew mhux esklużiva, sakemm il-parti terza ma tkunx impriża konkorrenti;

(r)

"distribuzzjoni" tfisser distribuzzjoni, inkluż il-bejgħ ta’ merkanzija u l-forniment ta’ servizzi.

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-termini “impriża” u “parti” għandhom jinkludu l-impriżi konnessi rispettivi tagħhom.

«Impriżi konnessi» tfisser:

(a)

impriżi li fihom parti fl-akkordju ta’ speċjalizzazzjoni, direttament jew indirettament:

(i)

ikollha s-setgħa li teżerċita aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot,

(ii)

ikollha s-setgħa li taħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord ta’ superviżjoni, tal-bord ta’ tmexxija jew ta’ korpi li jirrappreżentaw lill-impriża legalment, jew

(iii)

ikollha d-dritt li tiġġestixxi l-affarijiet tal-impriża;

(b)

impriżi li direttament jew indirettament ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) fuq parti fl-akkordju ta’ speċjalizzazzjoni;

(c)

impriżi li fihom impriża msemmija fil-punt (b) ikollha, direttament jew indirettament, id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a);

(d)

impriżi li fihom parti fl-akkordju ta’ speċjalizzazzjoni flimkien ma’ waħda jew aktar mill-impriżi msemmija fil-punti (a), (b) jew (c), jew li fihom tnejn jew aktar mill-impriżi tal-aħħar, konġuntament ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a);

(e)

impriżi li fihom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) ikunu miżmuma konġuntament minn:

(i)

partijiet fl-akkordju ta’ speċjalizzazzjoni jew l-impriżi konnessi rispettivi tagħhom imsemmija fil-punti (a) sa (d), jew

(ii)

parti waħda jew aktar fl-akkordju ta’ speċjalizzazzjoni jew impriża konnessa waħda jew aktar tagħhom imsemmija fil-punti (a) sa (d) u parti terza waħda jew aktar.

Artikolu 2

Eżenzjoni

1.   Skont l-Artikolu 101(3) tat-Trattat u suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, huwa b'dan iddikjarat li l-Artikolu 101(1) tat-Trattat m'għandux japplika għal akkordji ta’ speċjalizzazzjoni.

Din l-eżenzjoni għandha tapplika sa fejn tali akkordji jkun fihom restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat.

2.   L-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha tapplika għal akkordji ta’ speċjalizzazzjoni li jkun fihom dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu maċ-ċessjoni jew mal-liċenzjar ta’ drittijiet tal-proprjetà intellettwali lil waħda jew aktar mill-partijiet, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ma jikkostitwixxux l-għan ewlieni ta’ tali akkordji, iżda jkollhom x'jaqsmu direttament mal-implimentazzjoni tagħhom u jkunu meħtieġa għaliha.

3.   L-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha tapplika għal akkordji ta’ speċjalizzazzjoni li permezz tagħhom:

(a)

il-partijiet jaċċettaw obbligu ta’ xiri esklużiv jew ta’ forniment esklużiv; jew

(b)

il-partijiet ma jbigħux il-prodotti ta’ speċjalizzazzjoni b'mod indipendenti iżda jiddistribwixxu dawk il-prodotti b’mod konġunt.

Artikolu 3

Limitu tas-sehem fis-suq

L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tapplika bil-kundizzjoni li s-sehem fis-suq ikkombinat tal-partijiet ma jaqbiżx l-20 % fi kwalunkwe suq rilevanti.

Artikolu 4

Restrizzjonijiet fundamentali

L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 m'għandhiex tapplika għall-akkordji ta’ speċjalizzazzjoni li, direttament jew indirettament, waħedhom jew f'kombinazzjoni ma' fatturi oħra taħt il-kontroll tal-partijiet, ikollhom bħala l-għan tagħhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-iffissar tal-prezzijiet meta jinbiegħu il-prodotti lil partijiet terzi bl-eċċezzjoni tal-iffissar tal-prezzijiet li jintalbu lill-klijenti immedjati fil-kuntest ta’ distribuzzjoni konġunta;

(b)

Il-limitazzjoni tal-output jew tal-bejgħ bl-eċċezzjoni ta’:

(i)

dispożizzjonijiet dwar l-ammont miftiehem ta’ prodotti fil-kuntest ta’ akkordji ta’ speċjalizzazzjoni unilaterali jew reċiproka jew l-iffissar tal-kapaċità u tal-volum ta’ produzzjoni fil-kuntest ta’ akkordju ta’ produzzjoni konġunta, u

(ii)

l-iffissar ta’ miri ta’ bejgħ fil-kuntest ta’ distribuzzjoni konġunta;

(c)

l-allokazzjoni ta’ swieq jew klijenti.

Artikolu 5

Applikazzjoni tal-limitu tas-sehem fis-suq

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-limitu tas-sehem fis-suq previst fl-Artikolu 3, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

is-sehem fis-suq għandu jkun ikkalkulat abbażi tal-valur tal-bejgħ fis-suq; jekk dejta dwar il-valur tal-bejgħ fis-suq ma tkunx disponibbli, jistgħu jintużaw stimi bbażati fuq informazzjoni oħra tas-suq, li tkun ta’ min jafdaha, li tkun tinkludi volumi ta’ bejgħ fis-suq, sabiex jiġi stabbilit is-sehem fis-suq tal-partijiet;

(b)

is-sehem fis-suq għandu jiġi kkalkulat abbażi ta’ dejta relattiva għas-sena kalendarja preċedenti;

(c)

is-sehem fis-suq miżmum mill-impriżi msemmija fil-punt (e) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(2) għandu jitqassam b’mod indaqs lil kull impriża li jkollha d-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) ta’ dak is-subparagrafu;

(d)

jekk is-sehem fis-suq imsemmi fl-Artikolu 3 inizjalment ma jkunx aktar minn 20 % iżda sussegwentement jitla' 'l fuq minn dak il-livell mingħajr ma jaqbeż il-25 %, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tkompli tapplika għal perjodu ta’ sentejn kalendarji konsekuttivi wara s-sena li fiha jkun inqabeż għall-ewwel darba l-limitu ta’ 20 %;

(e)

jekk is-sehem fis-suq imsemmi fl-Artikolu 3 inizjalment ma jkunx aktar minn 20 % iżda sussegwentement jitla' 'l fuq minn 25 %, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tkompli tapplika għal perjodu ta’ sena kalendarja wara s-sena li fiha jkun inqabeż għall-ewwel darba l-livell ta’ 25 %;

(f)

il-benefiċċju tal-punti (d) u (e) ma jistax jiġi magħqud sabiex jaqbeż perjodu ta’ sentejn kalendarji.

Artikolu 6

Perjodu tranżitorju

Il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 101(1) tat-Trattat m'għandhiex tapplika fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2012 fir-rigward ta’ akkordji li diġà jkunu fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2010 li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni previsti f'dan ir-Regolament iżda li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 2658/2000.

Artikolu 7

Perjodu ta’ validità

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2011.

Għandu jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 285, 29.12.1971, p. 46.

(*1)  B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikolu 81 tat-Trattat KE sar l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Iż-żewġ Artikoli huma essenzjalment identiċi. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, referenzi għall-Artikolu 101 tat-TFUE għandhom, fejn xieraq, jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikolu 81 tat-Trattat KE. It-TFUE introduċa wkoll ċerti tibdiliet fit-terminoloġija, bħas-sostituzzjoni ta’ “Komunità” b’“Unjoni” u “suq komuni” b’“suq intern”. It-terminoloġija tat-TFUE se tintuża tul dan ir-Regolament.

(2)   ĠU L 304, 5.12.2000, p. 3.

(3)   ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.


18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/48


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1219/2010

tas-17 ta’ Diċembru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Diċembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

78,3

EG

88,4

MA

50,0

TR

109,6

ZZ

81,6

0707 00 05

EG

140,2

JO

158,2

TR

88,4

ZZ

128,9

0709 90 70

MA

84,2

TR

138,3

ZZ

111,3

0805 10 20

AR

43,0

BR

41,5

CL

87,1

MA

64,5

PE

58,9

SZ

46,6

TR

56,0

UY

48,0

ZA

44,7

ZZ

54,5

0805 20 10

MA

65,4

ZZ

65,4

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

60,3

IL

72,7

TR

71,4

ZZ

68,1

0805 50 10

AR

49,2

TR

56,7

UY

49,2

ZZ

51,7

0808 10 80

AR

74,9

AU

205,3

CA

87,8

CL

84,2

CN

83,7

MK

29,3

NZ

74,9

US

95,2

ZA

124,0

ZZ

95,5

0808 20 50

CN

49,5

US

135,7

ZZ

92,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/50


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1220/2010

tas-17 ta’ Diċembru 2010

dwar il-prezzijiet tal-bejgħ taċ-ċereali bi tweġiba għat-tlettax-il stedina individwali għal sejħa għall-offerti fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti miftuħa skont ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(f) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1017/2010 (2) fetaħ il-bejgħ taċ-ċereali permezz ta’ proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3).

(2)

Skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 u l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1017/2010, fid-dawl tas-sejħiet għall-offerti li jkunu waslu bi tweġiba għal stediniet individwali għal sejħa għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa għal kull ċereali u għal kull Stat Membru prezz minimu tal-bejgħ jew tiddeċiedi li ma tiffissahx.

(3)

Fuq il-bażi tas-sejħiet għall-offerti li jkunu waslu għat-tlettax-il stedina individwali għal sejħa għall-offerti, ġie deċiż li għandu jkun iffissat prezz minimu tal-bejgħ għal ċertu ċereali u għal ċerti Stati Membri u ma għandux ikun iffissat prezz minimu tal-bejgħ għal ċereali oħra u għal Stati Membri oħra.

(4)

Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għat-tlettax-il stedina individwali għal sejħa għall-offerti għall-bejgħ taċ-ċereali fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti miftuħa skont ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010, fir-rigward ta’ liema, il-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ sejħiet għall-offerti skada fil-15 ta’ Diċembru 2010, id-deċiżjonijiet dwar il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull ċereali u għal kull Stat Membru huma stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 293, 11.11.2010, p. 41.

(3)   ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.


ANNESS

Deċiżjonijiet dwar bejgħ

(EUR/tunnellata)

Stat Membru

Il-prezz minimu tal-bejgħ

Qamħ komuni

Xgħir

Qamħirrun

Kodiċi tan-NM 1001 90

Kodiċi tan-NM 1003 00

Kodiċi tan-NM 1005 90 00

Il-Belġju

X

X

X

Il-Bulgarija

X

X

X

Ir-Repubblika Ċeka

222,18

175,10

X

Id-Danimarka

X

X

Il-Ġermanja

X

185

X

L-Estonja

X

175

X

L-Irlanda

X

X

X

Il-Ġreċja

X

X

X

Spanja

X

X

X

Franza

X

X

L-Italja

X

X

X

Ċipru

X

X

X

Il-Latvja

X

X

X

Il-Litwanja

X

174,50

X

Il-Lussemburgu

X

X

X

L-Ungerija

X

175,50

X

Malta

X

X

X

Il-Pajjiżi l-Baxxi

X

X

X

L-Awstrija

X

X

X

Il-Polonja

X

X

X

Il-Portugall

X

X

X

Ir-Rumanija

X

X

X

Is-Slovenja

X

X

X

Is-Slovakkja

X

175,21

X

Il-Finlandja

X

175,20

X

L-Isvezja

X

184,50

X

Ir-Renju Unit

X

199,42

X

(—)

L-ebda prezz minimu tal-bejgħ iffissat (l-offerti kollha ġew miċħuda)

(°)

L-ebda offerta

(X)

L-ebda ċereali ma huma disponibbli għall-bejgħ

(#)

Mhux applikabbli


18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/52


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1221/2010

tas-17 ta’ Diċembru 2010

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru tal-2010 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS (dwar l-OKS Unika)) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 tal-14 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru tal-2010 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2011 għal ċerti kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2011 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Diċembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)   ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għas-subperjodu 1.1.2011-31.3.2011

(%)

P1

09.4067

2,311405

P3

09.4069

0,45498


18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/54


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1222/2010

tas-17 ta’ Diċembru 2010

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Diċembru tal-2010 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għal ċerti prodotti fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 539/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru tal-2010 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2011 għal ċerti kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2011 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Diċembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)   ĠU L 128, 16.5.2007, p. 19.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.1.2011-31.3.2011

(%)

E2

09.4401

29,413481


18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/56


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1223/2010

tas-17 ta’ Diċembru 2010

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru tal-2010 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1384/2007 għal-laħam tat-tjur li joriġina fl-Iżrael

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1384/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 rigward il-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti li jirrigwardaw l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fl-Iżrael (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru tal-2010 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2011 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għal-liċenzji koperti bil-kwota tariffarja bin-numru tas-serje 09.4092. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2011 skont ir-Regolament (KE) Nru 1384/2007 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Diċembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)   ĠU L 309, 27.11.2007, p. 40.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.1.2011-31.3.2011

(f'%)

IL1

09.4092

91,737227


18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/58


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1224/2010

tas-17 ta’ Diċembru 2010

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Diċembru tal-2010 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Diċembru tal-2010 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2011 jaqbżu, għal ċerti kwoti, il-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2011 skont ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Diċembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)   ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.1.2011-31.3.2011

(%)

1

09.4410

0,412031

3

09.4412

0,426075

4

09.4420

0,541711

6

09.4422

0,558347


DEĊIŻJONIJIET

18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/60


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/784/PESK

tas-17 ta’ Diċembru 2010

dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28 u 43(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-14 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (1) (EUPOL COPPS) għal perijodu ta’ tliet snin. Il-fażi operattiva tal-EUPOL COPPS bdiet fl-1 ta’ Jannar 2006.

(2)

Il-Missjoni ġiet estiża l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/955/PESK (2) u ser tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2010.

(3)

Fis-17 ta’ Novembru 2010 l-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) irrakkomanda li l-Missjoni tiġi estiża għal perijodu addizzjonali ta’ 12-il xahar sal-31 ta’ Diċembru 2011.

(4)

L-istruttura ta’ kmand u kontroll tal-Missjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet kuntrattwali tal-Kap tal-Missjoni lejn il-Kummissjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Missjoni.

(5)

Il-kapaċità tal-għassa għandha tiġi attivata għall-Missjoni.

(6)

Il-Missjoni ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u tagħmel ħsara lill-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Missjoni

1.   Il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani, minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-Uffiċċju ta’ Koordinazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-Sostenn tal-Pulizija Palestinjana (EUPOL COPPS), stabbilita bl-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK, ser titkompla mill-1 ta’ Jannar 2011.

2.   L-EUPOL COPPS għandha topera skont il-mandat kif stabbilit fl-Artikolu 2.

Artikolu 2

Mandat

L-għan tal-EUPOL COPPS huwa li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ arranġamenti tal-pulizija sostenibbli u effettivi taħt il-proprjetà Palestinjana skont l-aħjar standards internazzjonali, f’kooperazzjoni mal-programmi għall-bini tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll sforzi internazzjonali oħra fil-kuntest usa’ tas-Settur ta’ Sigurtà inkluż ir-Riforma tal-Ġustizzja Kriminali.

Għal dan l-għan l-EUPOL COPPS għandha:

(a)

tassisti lill-Pulizija Ċivili Palestinjana (PCP) fl-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Żvilupp tal-Pulizija billi tagħti konsulenza u tiggwida mill-qrib lill-PCP, u b’mod speċifiku uffiċċjali għolja fil-livell tad-Distrett, il-Kwartieri-Ġenerali u l-Ministeri;

(b)

tikkoordina u tiffaċilita l-assistenza tal-Unjoni u l-Istati Membri, u fejn mitluba, assistenza internazzjonali għall-PCP;

(ċ)

tagħti konsulenza dwar elementi tal-Ġustizzja Kriminali relatati mal-pulizija;

(d)

jkollha unità ta’ proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proġetti. Il-Missjoni għandha, kif meħtieġ, tikkoordina, tiffaċilita u tipprovdi pariri dwar proġetti implimentati mill-Istati Membri u l-Istati terzi taħt ir-responsabbiltà tagħhom, f’oqsma relatati mal-Missjoni u b’appoġġ tal-objettivi tagħha.

Artikolu 3

Reviżjoni

Proċess ta’ reviżjoni ta’ kull sitt xhur, skont il-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fil-Kunċett tal-Operat (CONOPS) u l-Pjan tal-Operat (OPLAN) u li jieħu kont tal-iżviluppi fil-post, ser iservi biex isiru aġġustamenti kif meħtieġa fid-daqs u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-EUPOL COPPS.

Artikolu 4

Struttura

Fit-twettiq tal-missjoni tagħha, l-EUPOL COPPS għandha tikkonsisti mill-elementi li ġejjin:

1.

Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija,

2.

Taqsima tal-Konsulenza,

3.

Taqsima tal-Koordinazzjoni tal-Programm,

4.

Taqsima tal-Amministrazzjoni,

5.

'Taqsima tal-Istat tad-Dritt.

Dawn l-elementi għandhom jiġu żviluppati fil-CONOPS u fl-OPLAN. Il-Kunsill għandu japprova l-CONOPS u l-OPLAN.

Artikolu 5

Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili

1.   Id-Direttur tal-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) għandu jkun il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għall-EUPOL COPPS.

2.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ), għandu jeżerċita kmand u kontroll tal-EUPOL COPPS fil-livell strateġiku.

3.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jiżgura implimentazzjoni korretta u effikaċi tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill kif ukoll tad-deċiżjonijiet tal-KPS, anke bil-ħruġ ta’ istruzzjonijiet fil-livell strateġiku kif meħtieġ lill-Kap tal-Missjoni u billi jagħtih pariri u appoġġ tekniku.

4.   Il-persunal kollu sekondat għandu jibqa’ taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat mittenti jew tal-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operattiv (OPCON) tal-persunal, it-timijiet u l-unitajiet tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.

5.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu r-responsabbiltà ġenerali biex jiżgura li d-dmir ta’ diliġenza tal-Unjoni jiġi attwat b’mod xieraq.

6.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ.

Artikolu 6

Kap tal-Missjoni

1.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jassumi r-responsabbiltà u jeżerċita kmand u kontroll tal-missjoni fuq il-post.

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq il-persunal, it-timijiet u l-unitajiet minn Stati kontribwenti kif assenjati mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili flimkien mar-responsabbiltà amministrattiva u loġistika inkluż fuq l-assi, ir-riżorsi u l-informazzjoni li jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-missjoni.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jagħti istruzzjonijiet lill-persunal kollu tal-missjoni, għat-tmexxija effettiva tal-EUPOL COPPS fil-post tal-operazzjoni, jassumi l-koordinazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ kuljum tagħha, billi jimxi fuq l-istruzzjonijiet fil-livell strateġiku tal-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.

4.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Missjoni. Għal dan il-għan, il-Kap tal-Missjoni għandu jiffirma kuntratt mal-Kummissjoni.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinarju fuq il-persunal. Għall-persunal sekondat, l-azzjoni dixxiplinarja għandha tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati jew mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni.

6.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrappreżenta l-EUPOL COPPS fiż-żona tal-operazzjonijiet u għandu jiżgura l-viżibbiltà adegwata tal-Missjoni.

7.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina, adegwatament, ma’ atturi oħrajn tal-Unjoni fuq il-post. Mingħajr preġudizzju għal-linja ta’ kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jirċievi gwida politika lokali mir-RSUE.

Artikolu 7

Persunal tal-EUPOL COPPS

1.   In-numri u l-kompetenzi tal-persunal tal-EUPOL COPPS għandhom ikunu konsistenti mal-istqarrija tal-missjoni stabbilita fl-Artikolu 2 u l-istruttura stabbilita fl-Artikolu 4.

2.   Il-persunal tal-EUPOL COPPS għandu jikkonsisti primarjament minn persunal sekondat mill-Istati Membri jew l-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Kull Stat Membru jew istituzzjoni tal-Unjoni għandha terfa’ l-ispejjeż ta’ kwalunkwe persunal sekondat minnu, inklużi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-post tal-iskjerament, is-salarji, il-kopertura medika u l-allowances, minbarra allowances ta’ kuljum applikabbli, kif ukoll allowances għat-tbatija u għar-riskju.

3.   Ċittadini tal-Istati Membri għandhom jiġu reklutati fuq bażi kuntrattwali mill-EUPOL COPPS kif meħtieġ, jekk il-funzjonijiet meħtieġa mhumiex previsti mill-persunal sekondat mill-Istati Membri.

4.   L-EUPOL COPPS għandha tirrekluta wkoll persunal lokali kif meħtieġ.

5.   Stati Terzi jistgħu wkoll, kif meħtieġ, jissekondaw persunal għall-missjoni. Kull Stat terz li jissekonda, għandu jġorr l-ispejjeż relatati mal-persunal kollu sekondat minnu, inkluż salarji, kopertura medika, allowances, assigurazzjoni ta’ riskju għoli u spejjeż tal-ivvjaġġar lejn u miż-żona tal-missjoni.

6.   Il-persunal kollu għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-Missjoni. Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti ta’ sigurtà tal-Kunsill (3).

Artikolu 8

Status tal-persunal tal-EUPOL COPPS

1.   Fejn meħtieġ, l-istatus tal-persunal tal-EUPOL COPPS, inklużi fejn xieraq il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji ulterjuri meħtieġa għall-ikkompletar u l-funzjonament bla xkiel tal-EUPOL COPPS, għandu jkun is-suġġett ta’ ftehim li jiġi konkluż skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37 tat-Trattat.

2.   L-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-Unjoni li jissekondaw membru tal-persunal għandhom ikunu responsabbli li jwieġbu għal kwalunkwe talba marbuta mal-issekondar, minn jew li tikkonċerna l-membru tal-persunal. L-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-Unjoni inkwistjoni għandhom ikunu responsabbli mill-istituzzjoni ta’ kwalunkwe azzjoni kontra l-persuna ssekondata.

3.   Il-kondizzjonijiet tal-impjieg u d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal kontrattwali internazzjonali u lokali għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti bejn il-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija u l-membri tal-persunal.

Artikolu 9

Linja ta’ Kmand

1.   L-EUPOL COPPS għandu jkollha linja ta’ kmand unifikata, bħala operazzjoni ta’ maniġġar ta’ kriżijiet.

2.   Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUPOL COPPS.

3.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tar-RGħ, għandu jkun il-kmandant tal-EUPOL COPPS fil-livell strateġiku u, bħala tali, għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-Kap tal-Missjoni u jipprovdilu konsulenza u appoġġ tekniku.

4.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill permezz tar-RGħ.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq l-EUPOL COPPS f’livell ta’ fuq il-post tal-operazzjoni u għandu jkun direttament responsabbli lejn il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.

Artikolu 10

Kontroll politiku u direzzjoni strateġika

1.   Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS biex jieħu d-deċiżjonijiet relevanti għal dan il-għan, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat sabiex jinħatar Kap tat-TPUE, fuq proposta mir-RGħ, u sabiex jiġu emendati il-CONOPS u l-OPLAN. Din għandha tinkludi wkoll is-setgħat li jittieħdu deċiżjonijiet sussegwenti rigward il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni. Is-setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tal-objettivi u t-tmiem tal-missjoni għandhom jibqgħu f’idejn il-Kunsill.

2.   Il-KPS għandu jirraporta lill-Kunsill f’intervalli regolari.

3.   Il-KPS għandu jirċievi fuq bażi regolari u kif meħtieġ rapporti mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u l-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet fl-oqsma ta’ responsabbiltà tagħhom.

Artikolu 11

Parteċipazzjoni ta’ Stati terzi

1.   Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni u l-qafas instituzzjonali uniku tagħha, l-Istati Terzi jistgħu jiġu mistiedna biex jikkontribwixxu għall-EUPOL COPPS sakemm iħallsu l-ispejjeż biex jibgħatu l-persunal sekondat minnhom, inkluż is-salarji, il-kopertura medika, l-allowances, l-assigurazzjoni kontra r-riskji kbar, u l-ispejjeż għall-ivvjaġġar lejn u miż-żona tal-missjoni, u jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta’ kuljum tal-EUPOL COPPS, kif xieraq.

2.   L-Istati terzi li jikkontribwixxu għall-EUPOL COPPS għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi fil-ġestjoni ta’ kuljum tal-missjoni bħall-Istati Membri.

3.   Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet pertinenti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti u sabiex jistabbilixxi Kumitat ta’ Kontributuri.

4.   L-arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi għandhom ikunu s-suġġett ta’ ftehim li għandu jiġi konkluż f’konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat u arranġamenti tekniċi addizzjonali kif meħtieġ. Fejn l-Unjoni u Stat terz jikkonkludu ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dan l-Istat terz fl-operazzjonijiet tal-Unjoni ta’ maniġġar ta’ kriżijiet, id-dispożizzjonijiet ta’ tali ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-EUPOL COPPS.

Artikolu 12

Sigurtà

1.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jidderieġi l-ippjanar tal-miżuri ta’ sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni xierqa u effettiva tagħhom għall-EUPOL COPPS skont l-Artikoli 5 u 10, f’koordinazzjoni mal-Uffiċċju ta’ Sigurtà tal-Kunsill.

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli mis-sigurtà tal-operazzjoni u sabiex jiżgura konformità mal-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà applikabbli għall-operazzjoni, skont il-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra l-Unjoni f’kapaċità operattiva skont it-Titolu V tat-Trattat u l-istrumenti li jappoġġawh.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Missjoni (MSO), li jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib mal-Uffiċċju ta’ Sigurtà tal-Kunsill.

4.   Il-persunal tal-EUPOL COPPS għandu jagħmel taħriġ obbligatorju ta’ sigurtà qabel id-dħul tiegħu fil-funzjoni, f’konformità mal-OPLAN. Huwa għandu jingħata wkoll taħriġ regolari ta’ aġġornament fuq il-post tal-operazzjoni organizzat mill-MSO.

Artikolu 13

Arranġamenti finanzjarji

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011 għandu jkun EUR 8 250 000.

2.   In-nefqa kollha għandha tiġi amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Iċ-ċittadini ta’ Stati terzi parteċipanti u ta’ pajjiżi ġirien għandhom ikunu permessi li jressqu offerti għall-kuntratti. Soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kap tal-Missjoni jista’ jikkonkludi arranġamenti tekniċi ma’ Stati Membri, ma’ Stati terzi parteċipanti, u ma’ atturi internazzjonali oħrajn fir-rigward tal-provvista ta’ tagħmir, servizzi u uffiċċji lill-EUPOL COPPS.

4.   Il-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija għandu jirraporta bis-sħiħ lill-Kummissjoni, u jiġi sorveljat minnha dwar l-attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-kuntratt tiegħu.

5.   L-arranġamenti finanzjarji għandhom jirrispettaw il-ħtiġijiet operattivi tal-EUPOL COPPS, inklużi l-kompatibbiltà tat-tagħmir u l-interoperabbiltà tal-iskwadri tagħha.

6.   In-nefqa għandha tkun eliġibbli sa mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 14

Rilaxx ta’ informazzjoni klassifikata

1.   Ir-RGħ huwa awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni, skont il-każ u l-ħtiġijiet operattivi tal-missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE” ġenerati għall-għanijiet tal-Missjoni, skont ir-regolamenti ta’ sigurtà tal-Kunsill.

2.   Fil-każ ta’ ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RĠh huwa wkoll awtorizzat jirrilaxxa lill-awtoritajiet lokali informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE” ġenerati għall-finijiet tal-missjoni, skont ir-regolamenti ta’ sigurtà tal-Kunsill. Fil-każijiet l-oħra kollha, tali informazzjoni u dokumenti għandhom jiġu rilaxxati lill-awtoritajiet lokali skont il-proċeduri adatti għal-livell tal-koperazzjoni tagħhom mal-Unjoni.

3.   Ir-RGħ huwa awtorizzat jirrilaxxa lil Stati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni u lill-awtoritajiet lokali dokumenti mhux klassifikati tal-UE relatati mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill fir-rigward tal-Missjoni koperti mill-obbligu ta’ segretezza professjonali skont l-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (4).

Artikolu 15

Għassa

Il-Kapaċità tal-Għassa għandha tiġi attivata għall-EUPOL COPPS.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE


(1)   ĠU L 300, 17.11.2005, p. 65.

(2)   ĠU L 330, 16.12.2009, p. 76.

(3)   ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).


18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/64


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Diċembru 2010

li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tal-fajl li tressaq għal eżami dettaljat bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli ta' pirjofenon fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 9076)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/785/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/414/KEE tipprevedi l-iżvilupp ta' lista tal-Unjoni Ewropea ta' sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

(2)

Fil-31 ta' Marzu 2010 tressaq fajl għas-sustanza attiva pirjofenon minn ISK Biosciences Europe SA lill-awtoritajiet tar-Renju Unit bl-applikazzjoni biex tinkiseb l-inklużjoni tagħha fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

L-awtoritajiet tar-Renju Unit indikaw lill-Kummissjoni li, wara eżami preliminari, il-fajl għas-sustanza attiva kkonċernata jidher li jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE. Il-fajl li tressaq jidher ukoll li jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata. Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, il-fajl intbagħat sussegwentement mill-applikant lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, u ntbagħat għall-konsultazzjoni lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

(4)

Permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi kkonfermat b’mod formali fil-livell tal-Unjoni Ewropea li l-fajl jitqies li jissodisfa fil-prinċipju r-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II u, għal mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata, ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-fajl dwar is-sustanza attiva identifikata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, li kien intbagħat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bl-għan li tinkiseb l-inklużjoni ta' din is-sustanza fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, fil-prinċipju jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II ta' dik id-Direttiva.

Il-fajl jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta' prodott wieħed ta' protezzjoni għall-pjanti li fih is-sustanza attiva, filwaqt li jitqiesu l-użi proposti.

Artikolu 2

Kemm jista' jkun malajr u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011, l-Istat Membru relatur għandu jkompli għaddej bl-eżami dettaljat tal-fajl imsemmi fl-Artikolu 1 u għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-konklużjonijiet tal-eżami li jkun għamel flimkien ma' kwalunkwe rakkomandazzjoni dwar l-inklużjoni jew in-nuqqas ta' inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanza attiva msemmija fl-Artikolu 1 u kwalunkwe kundizzjoni għal dik l-inklużjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1


ANNESS

SUSTANZA ATTIVA KKONĊERNATA MINN DIN ID-DEĊIŻJONI

L-Isem Komuni, in-Numru tal-Identifikazzjoni CIPAC

L-applikant

Id-data tal-applikazzjoni

L-Istat Membru Relatur

Pirjofenon

Nru CIPAC: 827

ISK Biosciences SA

il-31 ta' Marzu 2010

UK


18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/66


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Diċembru 2010

li tagħti d-derogi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja fir-rigward tal-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, il-Portugall, il-Finlandja u r-Renju Unit

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 9126)

(It-testi bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bl-Ispanjol, bit-Taljan u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)

(2010/786/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talbiet li saru mir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika Ungeriża, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 452/2008, japplika għall-produzzjoni tal-istatistika fi tliet setturi speċifiċi.

(2)

L-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 452/2008 jipprevedi, jekk ikun meħtieġ, derogi limitati u perjodi ta’ tranżizzjoni, li t-tnejn iridu jkunu bbażati fuq raġunijiet oġġettivi, għal xi Stat Membru jew iktar.

(3)

Jirriżulta mill-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni li t-talbiet tal-Istati Membri għad-derogi huma minħabba l-ħtieġa għal adattamenti kbar fis-sistemi statistiċi nazzjonali sabiex jikkonformaw b’mod sħiħ mar-Regolament (KE) Nru 452/2008.

(4)

Dawn id-derogi għandhom għalhekk jingħataw kif mitluba lill-Belġju, lill-Ġermanja, lill-Estonja, lill-Irlanda, lill-Greċja, lil Spanja, lil Franza, lill-Italja, lill-Ungerija, lil Malta, lill-Polonja, lill-Portugall, lill-Finlandja u lir-Renju Unit.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sistema Statistika Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-derogi huma hawnhekk mogħtija lill-Istati Membri kif stipulat fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lill-Irlanda, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika Ungeriża, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Repubblika tal-Finlandja u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Olli REHN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 145, 4.6.2008, p. 227.


ANNESS

Derogi mir-Regolament (KE) Nru 452/2008, kif implementati mill-Kummissjoni, rigward is-Settur 1: Is-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ

Stat Membru

Tabelli u analiżi

Tmiem tad-deroga

il-Belġju

Id-dejta tal-persunal għandha tiġi trażmessa kull sena lill-Kummissjoni (Eurostat) sat-30 ta’ Novembru fis-sena t + 2 (it-tabelli PERS_ENRL2 u PERS1)

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Id-dejta dwar il-gradwati/gradwazzjonijiet għandha tiġi trażmessa kull sena lill-Kummissjoni (Eurostat) sal-31 ta’ Diċembru fis-sena t + 2 (it-tabelli GRAD2, GRAD4 u GRAD5)

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Id-dejta dwar in-nefqa għall-edukazzjoni għandha tiġi trażmessa kull sena lill-Kummissjoni (Eurostat) sal-31 ta’ Diċembru fis-sena t + 2 (it-tabelli FIN_ENRL2, FINANCE1 u FINANCE2))

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti fuq bażi full-time, part-time u ekwivalenti ta’ full-time f’istituzzjonijiet privati (il-fillieri C1, C2, C3, C4) fit-Tabella ENRL1a

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ applikanti ġodda fl-ISCED fil-livell 5B (il-kolonna 4) fit-Tabella ENTR2

fil-31 ta’ Diċembru 2012.

In-numru ta’ applikanti ġodda fl-ISCED livell 6 (il-kolonna 5) fit-Tabella ENTR2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ applikanti ġodda fl-ISCED livell 5B (il-kolonna 3) fit-Tabella ENTR3

fil-31 ta’ Diċembru 2012.

In-numru ta’ applikanti ġodda fl-ISCED livell 6 (il-kolonna 4) fit-Tabella ENTR3

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru tal-gradwati għall-ewwel darba fl-ISCED livelli 3 u 4 (il-kolonni 9, 10, 11, 19) fit-Tabella GRAD2

fil-31 ta’ Diċembru 2012.

In-numru tal-gradwati għall-ewwel darba fl-ISCED livell 5 A (il-kolonni 19, 20, 21, 22) fit-Tabella GRAD4

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru tal-gradwati għall-ewwel darba fl-ISCED livell 5B (il-kolonna 23) fit-Tabella GRAD4

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti bil-kopertura aġġustata għall-istatistika dwar il-persunal tal-edukazzjoni f’istituzzjonijiet privati (il-fillieri C1, C2, C3) fit-Tabella PERS_ENRL2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ għalliema tal-klassijiet u persunal akkademiku f’istituzzjonijiet privati (il-fillieri A50, A51, A52, A53) fit-Tabella PERS1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ għalliema tal-klassijiet għall-programmi ġenerali u vokazzjonali fl-ISCED livelli 3 u 4 (il-kolonni 7, 8, 12 u 13) fit-Tabella PERS1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ għalliema tal-klassijiet fi programmi bbażati fuq l-iskola vokazzjonali u programmi bbażati fuq l-iskola vokazzjonali u x-xogħol (il-kolonni 9, 10, 14 u 15) fit-Tabella PERS1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti bil-kopertura aġġustata għall-istatistika dwar il-finanzi edukattivi f’istituzzjonijiet privati (il-fillieri C1, C2, C3) fit-Tabella FIN_ENRL2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa għall-edukazzjoni mill-ISCED livelli 2, 3 u 4 (il-kolonni 3, 6 u 10) fit-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa għall-edukazzjoni rigward it-trasferimenti intergovernattivi għall-edukazzjoni (il-fillieri C7 u C8) fit-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa għall-edukazzjoni ta’ entitajiet privati oħra għall-istituzzjonijiet pubbliċi (il-filliera E1) fit-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa għall-edukazzjoni mill-ISCED livelli 2, 3 u 4 (il-kolonni 3, 6 u 10) fit-Tabella FINANCE2

fil-31 ta’ Diċembru 2012.

In-nefqa fl-istituzzjonijiet privati kollha (il-fillieri W6, W13, W14, W15, W20, W21, W22, W30, W40) fit-Tabella FINANCE2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti skont l-età, is-sess u r-reġjun, it-tabella REGIO2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

il-Ġermanja

Id-dejta dwar in-nefqa għall-edukazzjoni għandha tiġi trażmessa kull sena lill-Kummissjoni (Eurostat) sal-31 ta’ Marzu fis-sena t + 3

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

L-istudenti rreġistrati fl-ISCED livell 6 għat-tabelli ENRL1, ENRL1a, ENRL5, ENRL8, FIN_ENRL2, REGIO1, REGIO2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Applikanti fl-ISCED livell 6 għat-tabelli ENTR2, ENTR3

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

It-total tan-numru ta’ studenti skont il-lingwi barranin moderni studjati (il-filliera A1) għat-tabella ENRLLNG2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

l-Estonja

In-nefqa ta’ entitajiet privati oħra għall-istituzzjonijiet edukattivi fit-Tabella FINANCE1 il-fillieri E10, E11

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa fl-istituzzjonijiet pubbliċi fit-Tabella FINANCE2 il-fillieri A2, A13, A14, A15, A20, A21, A22, A40

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa fl-istituzzjonijiet privati kollha fit-Tabella FINANCE2 il-fillieri W6, W13, W14, W15, W20, W21, W22, W30, W40

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

l-Irlanda

In-numru ta’ għalliema tal-klassijiet fl-ISCED livelli 2 u 3 (il-kolonni 5, 6, 7, 8, 9, 10) fit-Tabella PERS1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru tal-istaff akkademiku fl-ISCED livelli 5B u, 5 A u 6 (il-kolonni 17 u 18) fit-Tabella PERS1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa domestika għall-istituzzjonijiet edukattivi fit-Tabella FINANCE1 il-fillieri H1, H4, H5, H18, H20

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa ta’ entitajiet privati oħra għall-istituzzjonijiet edukattivi fit-Tabella FINANCE1 il-fillieri E1, E4, E5, E10, E11, E12, E20

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa fl-istituzzjonijiet privati kollha fit-Tabella FINANCE2 il-fillieri W6, W13, W14, W15, W30, W40

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti rreġistrati fl-Istituzzjonijiet Privati għat-tabelli ENRL1, ENRL1_adult, ENRL1a (il-fillieri C1-C4), ENRL5, ENRL8, REGIO1, ENRLLNG1 u ENRLLNG2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ applikanti ġodda fl-istituzzjonijiet edukattivi privati għat-tabelli ENTR2, ENTR3.

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti rreġistrati fl-istituzzjonijiet edukattivi privati (il-fillieri C1, C2, C3) fit-Tabella PERS_ENRL2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ għalliema tal-klassijiet u persunal akkademiku fl-istituzzjonijiet privati (il-fillieri A50, A51, A52, A53) fit-Tabella PERS1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

il-Greċja

In-numru ta’ applikanti ġodda fl-ISCED livell 6 fit-Tabella ENTR3

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ gradwazzjonijiet skont il-qasam tal-edukazzjoni fl-ISCED livelli 3 u 4 (il-kolonni 1 u 2) fit-Tabella GRAD5

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Għalliema tal-klassijiet u staff akkademiku skont l-età fl-ISCED livelli 2, 3, 4, 5 u 6 fit-Tabella PERS1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

It-Tabella FIN_ENRL2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

It-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

It-Tabella FINANCE2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Spanja

L-għalliema tal-klassijiet fl-ISCED livell 3 ġenerali u l-programmi kollha vokazzjonali (il-kolonni 7, 8)

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Il-ħlasijiet kollha għall-prodotti u s-servizzi edukattivi minbarra lill-istituzzjonijiet edukattivi fit-Tabella FINANCE1, il-filliera H18.

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Il-ħlasijiet lill-istituzzjonijiet edukattivi fit-Tabella FINANCE1, il-fillieri E1, E4.

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Għajnuna finanzjarja lill-istudenti fit-Tabella FINANCE1, il-fillieri E10, E11

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Franza

Id-dejta dwar ir-reġistrazzjonijiet u l-applikanti ġodda għandha tiġi trażmessa kull sena lill-Kummissjoni (Eurostat) sal-31 ta’ Ottubru fis-sena t + 2 (it-Tabelli ENRL1, ENRL1_Adult, ENRL1a, ENRL5, ENRL8, ENTR2, ENTR3)

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti rreġistrati full-time (il-fillieri A109 sa A216) fit-Tabella ENRL1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti fi programmi għall-edukazzjoni tal-adulti reklutati fuq bażi full-time (il-fillieri A73 sa A144) fit-Tabella ENRL1_Adult

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti fuq bażi full-time, part-time u l-ekwivalenti tal-full-time (il-fillieri A5 sa A13, B2, B3, B4, C2, C3, C4) fit-Tabella ENRL1a

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ applikanti ġodda fl-ISCED livell 5B (il-kolonna 4) fit-Tabella ENTR2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ applikanti ġodda fl-ISCED livell 5B (il-kolonna 3) fit-Tabella ENTR3

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ gradwati għall-ewwel darba fl-ISCED livelli 3 u 4 (il-kolonni 9, 10, 11, 19) fit-Tabella GRAD2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ gradwati fl-ISCED livell 4 skont l-età u s-sess (il-fillieri A2 sa A27, A30 sa A55, A58 sa A83) fit-Tabella GRAD2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ gradwati fl-ISCED livelli 5 u 6 (il-fillieri u l-kolonni kollha) fit-Tabella GRAD4

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

l-Italja

Id-dejta dwar il-gradwati/gradwazzjonijiet fl-ISCED livell 5, lawrji tat-tieni livell u fl-ISCED livell 6 għat-Tabella GRAD5 għandha tiġi trażmessa kull sena lill-Kummissjoni (Eurostat) sal-1 ta’ Marzu fis-sena t + 3 (il-kolonni 8, 12, 13 u 14 fit-Tabella GRAD5)

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ applikanti ġodda skont l-età fl-ISCED livelli 4, 5B u 6 (il-kolonni 2, 3, 4) fit-Tabella ENTR2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ gradwazzjonijiet skont il-qasam tal-edukazzjoni fl-ISCED livelli 3 u 4 (il-kolonni 1 u 2) fit-Tabella GRAD5

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

L-għalliema tal-klassijiet u staff akkademiku fl-istituzzjonijiet privati (il-fillieri A50, A51, A52, A53) fit-Tabella PERS1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

l-Ungerija

In-nefqa tal-entitajiet privati l-oħra għall-istituzzjonijiet edukattivi fit-Tabella FINANCE1 il-fillieri E1, E4, E5, E20

fil-31 ta’ Diċembru 2012.

In-nefqa fl-istituzzjonijiet privati kollha fit-Tabella FINANCE2 il-fillieri W (W6, W13, W14, W15, W20, W21, W22, W30, W40)

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Malta

In-numru ta’ Studenti rreġistrati fl-Istituzzjonijiet Privati għat-Tabelli ENRL1, ENRL1a (il-fillieri C1-C4), ENRL5, ENRL8, REGIO1, ENRLLNG1 u ENRLLNG2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

It-Tabella ENRL1_Adult

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ applikanti ġodda fl-istituzzjonijiet edukattivi privati għat-Tabelli ENTR2, ENTR3

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti rreġistrati fl-istituzzjonijiet edukattivi privati (il-fillieri C1, C2, C3) fit-Tabella PERS_ENRL2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ għalliema tal-klassijiet u persunal akkademiku fl-istituzzjonijiet privati (il-fillieri A50, A51, A52, A53) fit-Tabella PERS1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Divarji tan-nefqa fit-Tabella FINANCE1 il-fillieri C10-C14, F1-F20, G5b, G10-G14, H1-H5b, H15-H20, E10-E12, N5b u l-kolonni 7, 8, 10, 12, 13, 14

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Divarji tan-nefqa fit-Tabella FINANCE2 il-fillieri A30, X30 u l-kolonni 7, 8, 10, 12, 13, 14

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

il-Polonja

In-numru ta’ studenti skont il-pajjiż taċ-ċittadinanza fl-ISCED livell 5B (il-filliera 3) fit-Tabella ENRL8

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ applikanti ġodda skont is-sess u l-età fl-ISCED livell 6 (il-kolonna 5) fit-Tabella ENTR2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ applikanti ġodda skont il-qasam tal-edukazzjoni fl-ISCED livell 6 (il-kolonna 5) fit-Tabella ENTR3

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru tal-gradwati għall-ewwel darba fl-ISCED livell 4 (il-filliera 19) fit-Tabella GRAD2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa tal-gvern ċentrali, reġjonali u lokali (il-fillieri C1, C2, C3, C4, R1, R2, R3, R4, L1, L2, L3, L4) fit-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Fondi minn aġenziji internazzjonali u minn sorsi oħra barranin (il-fillieri F5, F9, F20) fit-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa domestika għall-istituzzjonijiet edukattivi (il-fillieri H1, H4) fit-Tabella FINANCE 1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa tal-entitajiet privati l-oħra għall-istituzzjonijiet edukattivi fit-Tabella FINANCE1 il-fillieri E1, E4, E5, E10, E11, E12, E20

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa privata għall-istituzzjonijiet edukattivi (il-fillieri P1, P4) fit-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa fl-istituzzjonijiet privati kollha fit-Tabella FINANCE2 il-fillieri W (W6, W13, W14, W15, W20, W21, W22, W30, W40)

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

il-Portugall

In-numru ta’ studenti rreġistrati fuq bażi full-time (il-fillieri A109-A216) fit-Tabella ENRL1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti rreġistrati fuq bażi full-time (il-fillieri A73-A144) fit-Tabella ENRL1_Adult

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Il-fattur tal-konverżjoni għall-Ekwivalenza għall-Full Time (il-filliera S7), in-numru ta’ studenti fl-iskola u fil-programmi msejsa fuq ix-xogħol fl-ISCED livelli 3 u 4 (il-fillieri A4, A8, A11 u A13); studenti rreġistrati fuq bażi full-time (il-fillieri A5-A13, B2-B4, C2-C4) fit-Tabella ENRL1a

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ gradi ta’ wara d-dottorat (il-kolonna 18) fil-GRAD4

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ gradwazzjonijiet skont il-qasam tal-edukazzjoni fl-ISCED livelli 3 u 4 (il-kolonni 1 u 2), in-numru ta’ gradi ta’ wara d-dottorat fl-ISCED livell 6 (il-kolonna 14) fit-Tabella GRAD5

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti part-time/full-time/l-ekwivalenti ta’ full time (il-fillieri A1-C9); skola/xogħol ibbażati fl-ISCED livelli 3 u 4 (il-kolonni 9, 10, 14, 15) fit-Tabella PERS_ENRL2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ għalliema fil-klassijiet u ta’ staff akkademiku part-time/full-time/l-ekwivalenti ta’ full time (il-fillieri A37-A61 minbarra l-kolonna 16), l-analiżi fl-ISCED livelli 5B, 5 A/6 (il-kolonni 17-18) fit-Tabella PERS1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Analiżi fl-ISCED livelli 4, 5B, 5 A/6 (il-kolonni 10-15) fit-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Trasferimenti intergovernattivi għall-edukazzjoni (il-filliera R8); trasferimenti u ħlasijiet għall-edukazzjoni lill-entitajiet privati (il-fillieri R10-R14); in-nefqa totali għall-edukazzjoni tal-gvern reġjonali (il-filliera R20) fit-Tabella FINANCE1;

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa diretta għall-istituzzjonijiet edukattivi (il-fillieri L1-L5a); trasferimenti u ħlasijiet għall-edukazzjoni lill-entitajiet privati (il-fillieri L10-L14); in-nefqa totali għall-edukazzjoni tal-gvern lokali (il-filliera L20) fit-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa tal-livelli kollha tal-Gvern flimkien (il-fillieri G1-G14) fit-Tabella FINANCE1;

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Fondi mill-aġenziji internazzjonali u sorsi oħra barranin (il-fillieri F2-F3, F5-F5c, F9, F20) fit-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa domestika (il-fillieri H1, H4, H5) fit-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa tal-entitajiet privati l-oħra (il-fillieri E1, E4-E5, E5c, E10-E12, E20) fit-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa privata kollha (il-fillieri P1-P20) fit-Tabella FINANCE1;

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa pubblika, privata u internazzjonali flimkien (il-fillieri N1-N20) fit-Tabella FINANCE1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Analiżi fl-ISCED livelli 4, 5B, 5 A/6 (il-kolonni 10-15) fit-Tabella FINANCE2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-nefqa fl-istituzzjonijiet privati kollha (il-fillieri W6, W13-W15, W20-W22, W30, W40) fit-Tabella FINANCE2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti part-time/full-time/l-ekwivalenti tal-full time (il-fillieri A1-C3) fit-Tabella FINANCE_ENRL2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

It-Tabella ENRLLNG1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

It-Tabella ENRLLNG2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

il-Finlandja

Id-dejta dwar il-persunal għandha tiġi trażmessa kull sena lill-Kummissjoni (Eurostat) sal-31 ta’ Diċembru fis-sena t + 2 (it-tabelli PERS_ENRL2 u PERS1)

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti skont il-lingwi barranin moderni studjati fl-ISCED livell 3 (il-kolonna 3) fit-Tabella ENRLLNG1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

ir-Renju Unit

In-numru ta’ gradwati fl-ISCED livell 4 (il-kolonni 12, 13, 14, 15, 16, 17, 18, 19) fit-Tabella GRAD2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ għalliema tal-klassijiet fl-ISCED livell 4 (il-kolonni 11, 12, 13, 14, 15) fit-Tabella PERS1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru tal-istaff akkademiku fl-ISCED livelli 5B u, 5 A u 6 (il-kolonni 17 u 18) fit-Tabella PERS1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti skont il-lingwa barranija moderna studjata fl-ISCED livelli 1 u 2 (il-kolonni 1 u 2) fit-Tabella ENRLLNG1

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

In-numru ta’ studenti skont il-lingwi barranin moderni studjati fl-ISCED livelli 1 u 2 (il-kolonni 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8) fit-Tabella ENRLLNG2

fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Derogi mir-Regolament (KE) Nru 452/2008, kif implementati mill-Kummissjoni, rigward is-Settur 2: Il-Parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja

Fir-Repubblika tal-Finlandja, il-ġbir tad-dejta għall-ewwel stħarriġ dwar il-parteċipazzjoni u n-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja (Stħarriġ dwar l-Edukazzjoni tal-Adulti) għandu jitwettaq bejn l-1 ta’ Jannar 2012 u l-31 ta’ Diċembru 2012. Il-perjodu ta’ referenza li għalih tkun inġabret id-dejta dwar il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tat-tagħlim tul il-ħajja għandu jkun it-12-il xahar ta’ qabel il-perjodu tal-ġbir tad-dejta.