|
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.328.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
|
|
|
IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom |
|
|
|
|
2010/771/KE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
14.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1178/2010
tat-13 ta' Diċembru 2010
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzi tal-esportazzjoni fis-settur tal-bajd
(kodifikazzjoni)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 161(3), 170 u 192(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 596/2004 tat-30 ta' Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzi ta' esportazzjoni fis-settur tal-bajd (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b'mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
|
(2) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli ta' implimentazzjoni speċifiċi għal-liċenzi ta' esportazzjoni fis-settur tal-bajd li għandhom, b'mod partikolari, jinkludu dispożizzjonijiet għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet u l-informazzjoni li għandha tidher fl-applikazzjonijiet u fil-liċenzi, b'żieda ma' dawk li jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzi tal-importazzjoni u tal- esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (4). |
|
(3) |
Sabiex tkun assigurata l-amministrazzjoni xierqa tas-sistema ta' liċenzi tal-esportazzjoni, għandha tkun stabbilita r-rata tal-garanzija għal-liċenzi tal-esportazzjoni taħt dik is-sistema. Minħabba r-riskju ta' spekulazzjoni inerenti fis-sistema fis-settur tal-bajd, il-liċenzi tal-esportazzjoni m'għandhomx ikunu trasferibbli u għandhom ikunu stabbiliti kondizzjonijiet preċiżi li jirregolaw l-aċċess min-negozjanti għall-imsemmija sistema. |
|
(4) |
L-Artikolu 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-osservanza tal-obbligi li jirriżultaw mill-ftehim konklużi matul in-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa tal-Urugwaj li jirrigwardaw il-volum ta' esportazzjoni għandha tkun żgurata fuq il-bażi tal-liċenzi tal-esportazzjoni. Għalhekk, għandha tkun stabbilita skeda dettaljata għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzi. |
|
(5) |
Barra minn hekk, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzi tal-esportazzjoni għandha tkun innotifikata biss wara perijodu ta' konsiderazzjoni. Dan il-perijodu jkun jippermetti lill-Kummissjoni li tapprezza l-kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni għalihom kif ukoll in-nefqa involuta u, jekk xieraq, li tieħu l-miżuri speċifiċi applikabbli b'mod partikolari għall-applikazzjonijiet pendenti. Huwa fl-interess tan-negozjanti li jippermettu li l-applikazzjoni għal-liċenza tiġi rtirata wara li jkun ġie stabbilit il-koeffiċjent ta' aċċettazzjoni. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni għandu jkollha informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-użu tal-liċenzi maħruġa, sabiex tkun tista' tamministra din is-sistema. Fl-interess ta' amministrazzjoni effiċjenti, l-Istati Membri jridu jużaw is-sistemi ta' informazzjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (5). |
|
(7) |
Fil-każ ta' applikazzjonijiet li jikkonċernaw kwantitajiet ugwali għal jew anqas minn 25 tunnellata, il-liċenza tal-esportazzjoni għandha tinħareġ immedjatament jekk in-negozjant jitlobha. Madankollu, tali liċenzi għandhom ikunu ristretti għal tranżazzjonijiet kummerċjali ta' terminu qasir sabiex ma jitħalliex li wieħed ikun jista' jaħrab mill-mekkaniżmu previst f'dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Sabiex jiġi żgurat segwitu eżatt tal-kwantitajiet li għandhom ikunu esportati, għandha tkun stabbilita deroga mir-regoli dwar it-tolleranzi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 376/2008. |
|
(9) |
L-Artikolu 167(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li għal bajd għat-tifqis, jistgħu jingħataw rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq il-bażi ta' liċenza tal-esportazzjoni ex post. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti regoli ta' implimentazzjoni għal tali sistema bil-għan li jiżguraw verifika effiċjenti li l-obbligi li jirriżultaw mill-ftehim konklużi fil-qafas kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa tal-Urugwaj jiġu osservati. Madankollu, jidher li mhux meħtieġ li tintalab il-preżentazzjoni ta' garanzija fil-każ ta' liċenzi li tkun saret applikazzjoni għalihom wara l-esportazzjoni. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-esportazzjonijiet kollha ta’ prodotti fis-settur tal-bajd li għalihom tintalab rifużjoni fuq l-esportazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ bajd għat-tifqis li jaqa’ fil-kodiċi NM 0407 00 11 u 0407 00 19 , għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenza tal-esportazzjoni bl-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2 sa 8.
Artikolu 2
1. Il-liċenzi tal-esportazzjoni għandhom ikunu validi għal 90 jum minn dakinhar tal-ħruġ effettiv tagħhom fis-sens tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008.
2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi għandu jkollhom imniżżla, fil-kaxxa 15, id-deskrizzjoni tal-prodott u, fil-kaxxa 16, il-kodiċi tal-prodott bi 12-il ċifra tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni.
3. Il-kategoriji tal-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, kif ukoll ir-rata tal-garanzija għal-liċenzi tal-esportazzjoni, huma indikati fl-Anness I.
4. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi għandu jkollhom imniżżla, fil-kaxxa 20, mill-inqas waħda mill-entrati elenkati fl-Anness II.
Artikolu 3
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi tal-esportazzjoni jistgħu jkunu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti mit-Tnejn sal-Ġimgħa ta' kull ġimgħa.
2. L-applikanti għal-liċenzi tal-esportazzjoni għandhom ikunu persuni naturali jew ġuridiċi li, fil-mument ippreżentati applikazzjonijiet, jistgħu jagħtu prova għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri li kienu involuti fil-kummerċ fis-settur tal-bajd għal mill-anqas 12-il xahar. Madankollu, l-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jew ir-ristoranti li jbiegħu l-prodotti tagħhom lill-konsumaturi aħħarin ma jistgħux jippreżentaw applikazzjonijiet.
3. Il-liċenzi tal-esportazzjoni jinħarġu fil-jum tal-Erbgħa li jiġi wara l-perijodu taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 1, sakemm l-ebda waħda mill-miżuri partikolari msemmija fil-paragrafu 4 ma tkun ittieħdet minn dakinhar mill-Kummissjoni.
4. l-ħruġ ta' liċenzi tal-esportazzjoni jirriżulta jew jista' jirriżulta fis-superament tal-ammonti disponibbli tal-baġit jew fl-eżawriment tal-kwantitajiet massimi li jistgħu jiġu esportati b'rifużjoni matul il-perijodu kkonċernat, fid-dawl tal-limiti msemmija fl-Artikolu 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jew meta l-ħruġ ta' liċenzi tal-esportazzjoni ma jippermettix li l-esportazzjonijiet jitkomplew matul il-bqija tal-perijodu, il-Kummissjoni tista':
|
(a) |
tistabbilixxi persentaġġ ta' aċċettazzjoni waħdieni għall-kwantitajiet mitluba; |
|
(b) |
tirrifjuta l-applikazzjonijiet li għalihom ikunu għadhom ma ngħatawx liċenzi; |
|
(c) |
tissospendi l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal-liċenzi għal perijodu massimu ta' ħamest ijiem tax-xogħol, li jista' jiġi estiż permezz tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzi li jsiru matul il-perijodu ta' sospensjoni jkunu invalidi.
Il-miżuri previsti fl-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu implimentati jew aġġustati skont il-kategorija tal-prodott jew skont id-destinazzjoni.
5. Il-miżuri previsti fil-paragrafu 4 jistgħu jiġu adottati meta l-applikazzjonijiet għal liċenzi tal-esportazzjoni jirrigwardaw kwantitajiet li jissuperaw jew jistgħu jissuperaw il-kwantitajiet normali disponibbli għal destinazzjoni waħda u l-ħruġ tal-liċenzi mitluba jġib miegħu r-riskju ta' spekulazzjoni, distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi, jew tfixkil tal-kummerċ ikkonċernat jew tas-suq intern.
6. Meta l-kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni għalihom ikunu miċħuda jew imnaqqsa, il-garanzija għandha tiġi rilaxxjata immedjatament għall-kwantitajiet kollha li għalihom applikazzjoni ma tkunx ġiet sodisfatta.
7. Minkejja l-paragrafu 3, meta jkun stabbilit persentaġġ ta' aċċettazzjoni waħdieni ta' inqas minn 80 %, il-liċenza għandha tinħareġ l-aktar tard sal-11-il jum tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni ta' dak il-persentaġġ f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Matul l-għaxart ijiem tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni tiegħu, l-operatur jista':
|
— |
jew jirtira l-applikazzjoni tiegħu, f'liema każ il-garanzija tiġi rilaxxata immedjatament; |
|
— |
jew jitlob il-ħruġ immedjat tal-liċenza, f'liema każ l-awtorità kompetenti għandha toħroġha mingħajr dewmien iżda mhux iktar kmieni mid-data normali tal-ħruġ għall-ġimgħa rilevanti. |
8. B'deroga mill-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi jum apparti l-Erbgħa għall-ħruġ tal-liċenzi tal-esportazzjoni meta ma jkunx possibbli li dan il-jum jiġi rispettat.
Artikolu 4
1. Fuq talba tal-operatur, l-applikazzjonijiet għal-liċenzi sa 25 tunnellata ta' prodotti m'għandhomx ikunu soġġetti għal xi miżuri speċjali kif imsemmija fl-Artikolu 3(4) u l-liċenzi li tkun saret applikazzjoni għalihom għandhom jinħarġu immedjatament.
F'każijiet bħal dawn, minkejja l-Artikolu 2(1), it-terminu ta' validità tal-liċenzi għandu jkun limitat għal ħamest ijiem tax-xogħol minn dakinhar tal-ħruġ effettiv tagħhom fis-sens tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 u l-kaxxa 20 tal-applikazzjonijiet għal liċenza u tal-liċenzi għandha turi waħda mill-entrati elenkati fl-Anness III.
2. Il-Kummissjoni tista', meta jkun meħtieġ, tissospendi l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 5
Il-liċenzi tal-esportazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.
Artikolu 6
1. Il-kwantità esportata fil-limiti tat-tolleranza msemmija fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 ma għandhiex tagħti d-dritt għall-ħlas tar-rifużjoni.
2. Fil-kaxxa 22 tal-liċenza, għandha tiġi indikata mill-anqas waħda mill-entrati elenkati fl-Anness IV.
Artikolu 7
1. Sal-Ġimgħa ta' kull ġimgħa, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-applikazzjonijiet għal-liċenzi tal-esportazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 1 ippreżentati mit-Tnejn sal-Ġimgħa tal-istess ġimgħa, u jiddikjaraw jekk dawn jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 4 jew le; |
|
(b) |
il-kwantitajiet koperti bil-liċenzi tal-esportazzjoni maħruġa nhar l-Erbgħa ta' qabel, bl-eċċezzjoni ta' dawk maħruġa immedjatament taħt l-Artikolu 4; |
|
(c) |
il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għal-liċenzi tal-esportazzjoni li jkunu ġew irtirati skont l-Artikolu 3(7) matul il-ġimgħa ta' qabel. |
2. In-notifika tal-applikazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tispeċifika:
|
(a) |
il-kwantità fil-piż tal-prodott għal kull kategorija msemmija fl-Artikolu 2(3); |
|
(b) |
l-analiżi skont id-destinazzjoni tal-kwantità għal kull kategorija fil-każ meta r-rata tar-rifużjoni tvarja skont id-destinazzjoni; |
|
(ċ) |
ir-rata tar-rifużjoni applikabbli; |
|
(d) |
l-ammont totali tar-rifużjoni f'euro ffissat minn qabel għal kull kategorija ta' prodott. |
3. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni fuq bażi ta' kull xahar wara l-iskadenza tal-validità tal-liċenzi tal-esportazzjoni l-kwantità ta' liċenzi tal-esportazzjoni mhux użata.
Artikolu 8
1. Għall-bajd għat-tifqis li jaqa’ fil-kodiċijiet NM 0407 00 11 u 0407 00 19 , l-operaturi għandhom jiddikjaraw, fil-waqt li jwettqu l-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni, li jkunu beħsiebhom jitolbu rifużjoni fuq l-esportazzjoni.
2. Mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol wara l-esportazzjoni, l-operaturi għandhom jippreżentaw lill-awtorità kompetenti l-applikazzjoni għal- liċenza tal-esportazzjoni ex post għall-bajd għat-tifqis li jkun ġie esportat. Fil-kaxxa 20 ta l-applikazzjoni għal-liċenza u tal-liċenza, għandhom jiġu indikati l-kelmiet ex post flimkien mal-uffiċċju doganali fejn ikunu twettqu l-formalitajiet doganali, kif ukoll il-ġurnata tal-esportazzjoni fis-sens tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (6).
B'deroga mill-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 ma għandha tkun meħtieġa l-ebda garanzija.
3. L-Istati Membri għandhom lill-Kummissjoni, sal-Ġimgħa ta' kull ġimgħa, bl-għadd ta' liċenzi tal-esportazzjoni ex post li saret applikazzjoni għalihom, matul dik il-ġimgħa, inklużi notifiki “żero”. In-notifiki għandhom jispeċifikaw, fejn applikabbli, id-dettalji msemmija fl-Artikolu 7(2).
4. Liċenzi tal-esportazzjoni ex post għandhom jinħarġu kull nhar ta' Erbgħa ta' wara, sakemm l-ebda miżura partikolari msemmija fl-Artikolu 3(4) ma tittieħed mill-Kummissjoni wara l-esportazzjoni kkonċernata. Meta jittieħdu tali miżuri, dawn għandhom japplikaw għall-esportazzjonijiet li jkunu diġà twettqu.
Din il-liċenza tagħti d-dritt għall-ħlas tar-rifużjoni applikabbli fil-ġurnata tal-esportazzjoni fis-sens tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009.
5. L-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 ma għandux japplika għal-liċenzi ex post imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu.
Il-liċenzi għandhom jiġu ppreżentati direttament mill-parti interessata lill-aġenzija inkarigata mill-ħlas tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni. Din l-aġenzija għandha tattribwixxi u tittimbra l-liċenza.
Artikolu 9
In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament, inklużi notifiki “żero”, għandhom isiru skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009.
Artikolu 10
Ir-Regolament (KE) Nru 596/2004 huwa mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VII.
Artikolu 11
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 33.
(3) Ara l-Anness VI.
ANNESS I
|
Kodiċi tal-prodott tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni (1) |
Kategorija |
Rata tal-garanzija (EUR/100 kg piż nett) |
|
0407 00 11 9000 |
1 |
— |
|
0407 00 19 9000 |
2 |
— |
|
0407 00 30 9000 |
3 |
3 (2) 2 (3) |
|
0408 11 80 9100 |
4 |
10 |
|
0408 19 81 9100 0408 19 89 9100 |
5 |
5 |
|
0408 91 80 9100 |
6 |
15 |
|
0408 99 80 9100 |
7 |
4 |
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), parti 8.
(2) Għad-destinazzjonijiet murija fl-Anness V.
(3) Destinazzjonijiet oħra.
ANNESS II
Entrati msemmijin fl-Artikolu 2(4)
|
— |
Bil-Bulgaru |
: |
Регламент (ЕC) № 1178/2010 |
|
— |
Bl-Ispanjol |
: |
Reglamento (UE) no 1178/2010 |
|
— |
Biċ-Ċek |
: |
Nařízení (EU) č. 1178/2010 |
|
— |
Bid-Daniż |
: |
Forordning (EU) nr. 1178/2010 |
|
— |
Bil-Ġermaniż |
: |
Verordnung (EU) Nr. 1178/2010 |
|
— |
Bl-Estonjan |
: |
Määrus (EL) nr 1178/2010 |
|
— |
Bil-Grieg |
: |
Κανονισμός (ΕE) αριθ. 1178/2010 |
|
— |
Bl-Ingliż |
: |
Regulation (EU) No 1178/2010 |
|
— |
Bil-Franċiż |
: |
Règlement (UE) no 1178/2010 |
|
— |
Bit-Taljan |
: |
Regolamento (UE) n. 1178/2010 |
|
— |
Bil-Latvjan |
: |
Regula (ES) Nr. 1178/2010 |
|
— |
Bil-Litwan |
: |
Reglamentas (ES) Nr. 1178/2010 |
|
— |
Bl-Ungeriż |
: |
1178/2010/EU rendelet |
|
— |
Bil-Malti |
: |
Regolament (UE) Nru 1178/2010 |
|
— |
Bl-Olandiż |
: |
Verordening (EU) nr. 1178/2010 |
|
— |
Bil-Pollakk |
: |
Rozporządzenie (UE) nr 1178/2010 |
|
— |
Bil-Portugiż |
: |
Regulamento (UE) n.o 1178/2010 |
|
— |
Bir-Rumen |
: |
Regulamentul (UE) nr. 1178/2010 |
|
— |
Bl-Islovakk |
: |
Nariadenie (EU) č. 1178/2010 |
|
— |
Bl-Isloven |
: |
Uredba (EU) št. 1178/2010 |
|
— |
Bil-Finlandiż |
: |
Asetus (EU) N:o 1178/2010 |
|
— |
Bl-Iżvediż |
: |
Förordning (EU) nr 1178/2010 |
ANNESS III
Entrati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1)
|
— |
Bil-Bulgaru |
: |
Лицензия, валидна пет работни дни |
|
— |
Bl-Ispanjol |
: |
Certificado válido durante cinco días hábiles |
|
— |
Biċ-Ċek |
: |
Licence platná pět pracovních dní |
|
— |
Bid-Daniż |
: |
Licens, der er gyldig i fem arbejdsdage |
|
— |
Bil-Ġermaniż |
: |
Fünf Arbeitstage gültige Lizenz |
|
— |
Bl-Estonjan |
: |
Litsents kehtib viis tööpäeva |
|
— |
Bil-Grieg |
: |
Πιστοποιητικό που ισχύει για πέντε εργάσιμες ημέρες |
|
— |
Bl-Ingliż |
: |
Licence valid for five working days |
|
— |
Bil-Franċiż |
: |
Certificat valable cinq jours ouvrables |
|
— |
Bit-Taljan |
: |
Titolo valido cinque giorni lavorativi |
|
— |
Bil-Latvjan |
: |
Licences derīguma termiņš ir piecas darba dienas |
|
— |
Bil-Litwan |
: |
Licencijos galioja penkias darbo dienas |
|
— |
Bl-Ungeriż |
: |
Öt munkanapig érvényes tanúsítvány |
|
— |
Bil-Malti |
: |
Liċenza valida għal ħamest ijiem tax-xogħol |
|
— |
Bl-Olandiż |
: |
Certificaat met een geldigheidsduur van vijf werkdagen |
|
— |
Bil-Pollakk |
: |
Pozwolenie ważne pięć dni roboczych |
|
— |
Bil-Portugiż |
: |
Certificado de exportação válido durante cinco dias úteis |
|
— |
Bir-Rumen |
: |
Licență valabilă timp de cinci zile lucrătoare |
|
— |
Bl-Islovakk |
: |
Licencia platí päť pracovných dní |
|
— |
Bl-Isloven |
: |
Dovoljenje velja 5 delovnih dni |
|
— |
Bil-Finlandiż |
: |
Todistus on voimassa viisi työpäivää |
|
— |
Bl-Iżvediż |
: |
Licensen är giltig fem arbetsdagar |
ANNESS IV
Entrati msemmija fl-Artikolu 6(2)
|
— |
Bil-Bulgaru |
: |
Възстановяване, валидно за […] тона (количество, за което е издадена лицензията). |
|
— |
Bl-Ispanjol |
: |
Restitución válida por […] toneladas (cantidad por la que se expida el certificado). |
|
— |
Biċ-Ċek |
: |
Náhrada platná pro […] tun (množství, pro které je licence vydána). |
|
— |
Bid-Daniż |
: |
Restitutionen omfatter […] t (den mængde, licensen vedrører). |
|
— |
Bil-Ġermaniż |
: |
Erstattung gültig für […] Tonnen (Menge, für welche die Lizenz ausgestellt wurde). |
|
— |
Bl-Estonjan |
: |
Náhrada platná pro […] tun (množství, pro které je licence vydána). |
|
— |
Bil-Grieg |
: |
Επιστροφή ισχύουσα για […] τόνους (ποσότητα για την οποία έχει εκδοθεί το πιστοποιητικό). |
|
— |
Bl-Ingliż |
: |
Refund valid for […] tonnes (quantity for which the licence is issued). |
|
— |
Bil-Franċiż |
: |
Restitution valable pour […] tonnes (quantité pour laquelle le certificat est délivré). |
|
— |
Bit-Taljan |
: |
Restituzione valida per […] t (quantitativo per il quale il titolo è rilasciato). |
|
— |
Bil-Latvjan |
: |
Kompensācija ir spēkā attiecībā uz […] tonnām (daudzums par kuru ir izsniegta licence). |
|
— |
Bil-Litwan |
: |
Grąžinamoji išmoka galioja […] tonoms (kiekis, kuriam išduota licencija). |
|
— |
Bl-Ungeriż |
: |
A visszatérítés […] tonnára érvényes (azt a mennyiséget kell feltüntetni, amelyre az engedélyt kiadták). |
|
— |
Bil- Malti |
: |
Rifużjoni valida għal […] tunnellati (kwantità li għaliha tinħareġ il-liċenza). |
|
— |
Bl-Olandiż |
: |
Restitutie geldig voor […] ton (hoeveelheid waarvoor het certificaat wordt afgegeven). |
|
— |
Bil-Pollakk |
: |
Refundacja ważna dla […] ton (ilość, dla której zostało wydane pozwolenie). |
|
— |
Bil-Portugiż |
: |
Restituição válida para […] toneladas (quantidade relativamente à qual é emitido o certificado). |
|
— |
Bir-Rumen |
: |
Restituire valabilă pentru […] tone (cantitatea pentru care a fost eliberată licența). |
|
— |
Bl-Islovakk |
: |
Náhrada je platná pre […] ton (množstvo, pre ktoré bolo vydané povolenie). |
|
— |
Bl-Isloven |
: |
Nadomestilo velja za […] ton (količina, za katero je bilo dovoljenje izdano). |
|
— |
Bil-Finlandiż |
: |
Tuki on voimassa […] tonnille (määrä, jolle todistus on myönnetty). |
|
— |
Bl-Iżvediż |
: |
Ger rätt till exportbidrag för (…) ton (den kvantitet för vilken licensen utfärdats). |
ANNESS V
Il-Baħrejn
L-Eġittu
Hong Kong
Il-Ġappun
Il-Kuwajt
Il-Malasja
L-Oman
Il-Filippini
Il-Qatar
Ir-Russja
Il-Korea t’Isfel
It-Tajwan
It-Tajlandja
L-Emirati Għarab Magħquda
Il-Jemen
ANNESS VI
Regolament imħassar flimkien mal-lista tal-emendi suċċessivi tiegħu
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 596/2004 |
|
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1475/2004 |
|
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1713/2006 |
L-Artikolu 14 biss |
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 557/2010 |
L-Artikolu 2 biss |
ANNESS VII
Tabella ta' Korrelazzjoni
|
Ir-Regolament (KE) Nru 596/2004 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2(1), (2) u (3) |
Artikolu 2(1), (2) u (3) |
|
Artikolu 2(4), il-kliem introduttorju |
Artikolu 2(4) |
|
Artikolu 2(4), l-ewwel sal-ħdax-il inċiż |
Anness II |
|
Artikolu 3(1) sa (4) |
Artikolu 3(1) sa (4) |
|
Artikolu 3(4a) |
Artikolu 3(5) |
|
Artikolu 3(5) |
Artikolu 3(6) |
|
Artikolu 3(6) |
Artikolu 3(7) |
|
Artikolu 3(7) |
Artikolu 3(8) |
|
Artikoli 4 u 5 |
Artikolu 4 u 5 |
|
Artikolu 6(1) |
Artikolu 6(1) |
|
Artikolu 6(2), il-kliem introduttorju |
Artikolu 6(2) |
|
Artikolu 6(2), l-ewwel sal-ħdax-il inċiż |
Anness IV |
|
Artikoli 7 u 8 |
Artikoli 7 u 8 |
|
Artikolu 8a |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 9 |
— |
|
— |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
|
Anness I |
Anness I |
|
Anness Ia |
Anness III |
|
Anness III |
Anness V |
|
Anness IV |
— |
|
Anness V |
— |
|
— |
Anness VI |
|
— |
Anness VII |
|
14.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1179/2010
tal-10 ta' Diċembru 2010
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-klieb il-baħar tal-baħar fond fl-ilmijiet tal-Komunità u dawk li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi taż-żoni V, VI, VII, VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet tas-sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (2) jistipula kwoti għall-2009 u l-2010. |
|
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010. |
|
(3) |
Għalhekk, hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f’dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
ANNESS
|
Nru |
18/DSS |
|
Stat Membru |
Il-Portugall |
|
Stokk |
DWS/56789- |
|
Speċi |
Klieb il-baħar tal-baħar fond |
|
Żona |
Ilmijiet Komunitarji u dawk li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi taż-żoni V, VI, VII, VIII u IX |
|
Data |
7.6.2010 |
|
14.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1180/2010
tat-13 ta’ Diċembru 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Diċembru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AL |
53,0 |
|
MA |
66,4 |
|
|
TR |
122,3 |
|
|
ZZ |
80,6 |
|
|
0707 00 05 |
EG |
150,8 |
|
TR |
76,9 |
|
|
ZZ |
113,9 |
|
|
0709 90 70 |
MA |
88,1 |
|
TR |
92,2 |
|
|
ZZ |
90,2 |
|
|
0805 10 20 |
AR |
43,0 |
|
BR |
46,6 |
|
|
CL |
87,1 |
|
|
MA |
63,1 |
|
|
PE |
58,9 |
|
|
SZ |
46,6 |
|
|
TR |
51,9 |
|
|
UY |
41,1 |
|
|
ZA |
46,9 |
|
|
ZZ |
53,9 |
|
|
0805 20 10 |
MA |
63,2 |
|
TR |
57,6 |
|
|
ZZ |
60,4 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
IL |
71,8 |
|
TR |
67,3 |
|
|
ZZ |
69,6 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
59,2 |
|
ZZ |
59,2 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
74,9 |
|
AU |
205,3 |
|
|
CA |
87,8 |
|
|
CL |
84,2 |
|
|
CN |
95,3 |
|
|
MK |
26,7 |
|
|
NZ |
98,3 |
|
|
US |
99,4 |
|
|
ZA |
125,6 |
|
|
ZZ |
99,7 |
|
|
0808 20 50 |
CN |
65,1 |
|
US |
112,9 |
|
|
ZA |
141,4 |
|
|
ZZ |
106,5 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
14.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Diċembru 2010
dwar l-iffissar ta’ kriterji għall-użu ta’ metodi teknoloġiċi minn trasportaturi tal-gass naturali likwifikat bħala alternattiva għall-użu ta’ karburanti għal użu marittimu b’kontenut ta’ kubrit baxx li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 4b tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi kif emendata bid-Direttiva 2005/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontenut ta’ kubrit f’karburanti għal użu marittimu
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8753)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/769/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi (1) kif emendata bid-Direttiva 2005/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 4c tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 4b tad-Direttiva jirrikjedi li mill-1 ta’ Jannar 2010, il-bastimenti li jkunu fl-irmiġġ fil-portijiet tal-Komunità ma jużawx karburanti għal użu marittimu li jkollhom kontenut ta’ kubrit li jeċċedi 0,1 % skont il-massa. Madankollu, dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-karburanti li jintużaw abbord bastimenti li jużaw teknoloġiji approvati ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet skont l-Artikolu 4c. |
|
(2) |
L-Artikolu 4c(4) jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-bastimenti jużaw teknoloġija approvata għat-tnaqqis tal-emissjonijiet bħala alternattiva għall-użu ta’ karburanti għal użu marittimu b’kontenut ta’ kubrit baxx li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 4b, kemm-il darba dawn il-bastimenti kontinwament jiksbu tnaqqis fl-emissjonijiet li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak li għandu jinkiseb permezz tal-limiti fuq il-kubrit fil-karburant speċifikati fid-Direttiva; |
|
(3) |
L-Artikolu 4c(3) jipprovdi għall-iffissar ta’ kriterji għall-użu ta’ metodi teknoloġiċi, minn bastimenti ta’ kull bandiera f’portijiet u estwarji magħluqa fil-Komunità skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva. Dawn il-kriterji għandhom jiġu kkomunikati lill-IMO. |
|
(4) |
Spiss, it-trasportaturi tal-gass naturali likwifikat (LNG) ikunu mgħammra b’bojlers li jużaw taħlita ta’ żewġ tipi ta’ karburant, gass li jevapora (“boil-off gas”) u żejt tal-karburant dens, għall-propulsjoni u għal operazzjonijiet relatati mal-merkanzija. Sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva, il-biċċa l-kbira tat-trasportaturi tal-LNG li jidħlu f’portijiet tal-UE jistgħu jużaw teknoloġiji ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet li jużaw taħlita ta’ karburanti għal użu marittimu u ta’ “boil-off gas” biex jipproduċu emissjonijiet b’kontenut ta’ kubrit ta’ 0,1 % jew inqas. |
|
(5) |
Għat-tul taż-żmien, il-“boil-off gas” jista’ jintuża bħala l-karburant primarju waqt li l-bastiment ikun fl-irmiġġ, u b’hekk l-emissjonijiet ikollhom kontenut ta’ kubrit inqas minn dak miksub bl-applikazzjoni tal-limiti fuq il-kubrit fil-karburant speċifikati fid-Direttiva. |
|
(6) |
Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju stabbilit skont Artikolu 9(2) tad-Direttiva, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Trasportatur tal-Gass Naturali Likwifikat (Trasportatur tal-LNG) huwa bastiment tal-merkanzija li jkun ġie mibni jew addattat biex jintuża għall-ġarr ta’ volum kbir ta’ gass naturali likwifikat kif definit skont il-Kodiċi Internazzjonali għall-Bini u t-Tagħmir tal-Bastimenti li jġorru Gass Likwifikat f’Volumi Kbar (Kodiċi IGC).
Artikolu 2
Sabiex jinkiseb l-għan ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet minn bastimenti permezz ta’ metodu ta’ teknoloġija alternattiva għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet permezz ta’ karburant għal użu marittimu u “boil-off gas”, it-Trasportaturi tal-LNG għandhom jużaw u jirrispettaw il-kriterji ta’ kalkoli stipulati fl-Anness.
It-Trasportaturi tal-LNG jistgħu jużaw il-metodu ta’ teknoloġija alternattiva għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet waqt li jkunu fl-irmiġġ f’portijiet Komunitarji, fejn jagħtu żmien biżżejjed biex l-ekwipaġġ iwettaq il-miżuri meħtieġa biex ikun jista’ juża taħlita ta’ karburant għal użu marittimu u “boil-off gas” kemm jista’ jkun immedjatament wara li l-bastiment jasal fil-post tal-irmiġġ u kemm jista’ jkun tard qabel ma jitlaq.
Artikolu 3
It-tnaqqis ta’ kontenut ta’ kubrit fl-emissjonijiet miksub permezz tal-applikazzjoni tal-metodu msemmi fl-Artikolu 2, mill-inqas, għandu jkun ekwivalenti għat-tnaqqis li jista’ jinkiseb bl-applikazzjoni tal-limiti fuq il-kubrit fil-karburant speċifikati fid-Direttiva.
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom jesiġu li t-Trasportaturi tal-LNG li jużaw il-metodu ta’ teknoloġija alternattiva għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet u li jidħlu f’portijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għandhom jipprovdu dettalji fil-ġurnal ta’ abbord il-bastiment, li jinkludu t-tip u l-kwantità tal-karburanti li jintużaw abbord il-bastiment. Għal dan il-għan, dawn il-bastimenti għandhom ikunu mgħammra għall-monitoraġġ u l-kejl tal-konsum ta’ “boil-off gas” u karburant għal użu marittimu.
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jimmonitorjaw u jivverifikaw l-użu tal-metodu ta’ teknoloġija alternattiva għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet waqt li l-bastiment ikun fl-irmiġġ abbażi tat-tagħrif ipprovdut mit-Trasportaturi tal-LNG dwar it-tnaqqis miksub fir-rigward tal-emissjonijiet.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Viċi-President
ANNESS
1) Il-formula
Sabiex tiġi stabbilita l-ekwivalenza fis-sens tal-Artikolu 3, għandha tintuża din il-formula:
SF (%) · MF ≤ 0,1 % · MF0,1 %
Fejn:
— SF (%): il-perċentwali ta’ kontenut ta’ kubrit għal kull unità ta’ massa ta’ karburant għal użu marittimu li tintuża
— MF : il-massa tal-karburant għal użu marittimu, f’Kg, ikkonsmat waqt li l-bastiment ikun fl-irmiġġ
— MF0,1 % : il-massa ekwivalenti, f’Kg, ta’ karburant b’kontenut ta’ kubrit ≤ 0,1 %. Dan il-fattur għandu jinħadem skont din il-formula:
MF0,1 % = (MBOG · EBOG + MF · EF )/EF0,1 %
Fejn:
— MBOG : il-massa ta’ “boil-off gas”, f’Kg, ikkonsmat waqt li l-bastiment ikun fl-irmiġġ
— EBOG : il-valur ta’ enerġija, f’MJ/Kg, tal-“boil-off gas” użat
— MF : il-massa tal-karburant għal użu marittimu, f’Kg, ikkonsmat waqt li l-bastiment ikun fl-irmiġġ
— EF : il-valur ta’ enerġija, f’MJ/Kg, tal-karburant għal użu marittimu marittimu li jintuża
— EF0,1 % : il-valur ta’ enerġija, fMJ/Kg, ta’ karburant għal użu marittimu b’kontenut ta’ kubrit ≤ 0,1 %
Verżjoni 1 tal-formula
Iż-żewġ formuli msemmija hawn fuq jistgħu jiġu kkumbinati f’waħda, hekk:
SF (%) · MF/(MBOG · EBOG + MF · EF) ≤ 0,1 %/EF0,1 %
Verżjoni 2 tal-formula
Din il-formula tista’ tiġi żviluppata aktar, kif ġej:
SF (%)/(RG/F · EBOG + EF ) ≤ 0,1 %/EF0,1 %
Fejn:
— RG/F : il-proporzjon tal-massa tal-“boil-off gas” ma’ dik tal-karburant għal użu marittimu kkonsmati waqt li l-bastiment ikun fl-irmiġġ (MBOG /MF )
Din it-tieni verżjoni tal-formula tista’ tiġi indikata bil-mod li ġej:
RG/F ≥ (SF (%) · EF0,1 % - 0,1 % · EF )/0,1 % · EBOG
2) Applikazzjoni tal-formula
Peress li l-valuri ta’ enerġija tad-diversi karburanti għal użu marittimu involuti fil-formula huma kważi l-istess, għall-valuri ta’ EF0,1 % , EF u EBOG jistgħu jintużaw il-valuri standard, biex tiġi ssimplifikata l-applikazzjoni prattika tal-formula. B’mod partikulari, jistgħu jiġu applikati dawn il-valuri standard ta’ enerġija:
EF0,1 % = 43,0 MJ/Kg (sors: DNV Petroleum Services)
EF = 40,8 MJ/Kg (source: DNV Petroleum Services)
EBOG = 50,0 MJ/Kg (il-valur ta’ enerġija tal-metanu skont l-ISO)
Konsegwentement, il-formula tiġi ssimplifikata kif ġej:
RG/F ≥ 8,6 · SF (%) – 0,816
Abbażi ta’ dan, l-uniku valur li jkun irid jiddaħħal fil-formula biex jinkiseb il-proporzjon tal-massa tal-“boil-off gas” ma’ dik tal-karburant għal użu marittimu kkonsmati (RG/F or MBOG/MF ) huwa l-kontenut ta’ kubrit tal-karburant għal użu marittimu kkonsmat waqt li l-bastiment ikun fl-irmiġġ. It-tabella ta’ hawn taħt, permezz ta’ eżempji, tindika l-proporzjon minimu meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-kriterji għall-karburanti għal użu marittimu b’kontenut ta’ kubrit differenti.
|
Kontenut tal-kubrit (%) |
1,0 % |
1,5 % |
2,0 % |
2,5 % |
3,0 % |
3,5 % |
|
MBOG/MF |
7,8 |
12,1 |
16,4 |
20,7 |
25,0 |
29,3 |
|
14.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Diċembru 2010
li temenda d-Deċiżjoni 2009/980/UE dwar il-kondizzjonijiet ta’ użu ta’ indikazzjoni tas-saħħa awtorizzata dwar l-effett ta’ konċentrat tad-tadam li jinħall fl-ilma fl-aggregazzjoni tal-plejtlets
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8828)
(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/770/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 18(4) u 19 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel,
Wara li kkonsultat lill-Istati Membri:
Billi:
|
(1) |
Wara l-opinjoni tal-Awtorità dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA), minn issa ‘l quddiem imsemmija bħala l-Awtorità, dwar l-effetti tal-Konċentrat tat-Tadam li jinħall fl-Ilma (KTJI) I u II fuq l-attività tal-plajtlet tad-demm f’min huwa f’saħħtu (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2009-00229) (2), l-indikazzjoni tas-saħħa li tistqarr li l-Konċentrat tat-Tadam li jinħall fl-Ilma (KTJI) I u II “jgħin biex tinżamm b’mod normali l-aggregazzjoni tal-plejtlets, li tikkontribwixxi għall-fluss tad-demm tajjeb għas-saħħa” ġiet awtorizzata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/980/UE (3). Skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, id-Deċiżjoni 2009/980/UE kienet tinkludi l-kondizzjoni ta’ użu ta’ din l-indikazzjoni tas-saħħa li ġejja: “Informazzjoni lill-konsumatur li l-effett ta’ benefiċċju huwa akkwistat bil-konsum ta’ kuljum ta’ 3 g ta’ KTJI I jew 150mg ta’ KTJI II sa 250ml taż-żewġ tipi tal-meraq tal-frott jew, ta’ xarbiet bit-togħma jew ta’ xarbiet tal-jogurt (sakemm dan ma jkunx pasturizzat ħafna)”. |
|
(2) |
F’dan il-kuntest, l-applikant, Provexis Natural Products Ltd., ressaq applikazzjoni fil-31 ta’ Marzu 2010 għal modifika tal-awtorizzazzjoni tal-indikazzjoni tas-saħħa rilevanti skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006. Il-modifika tikkonċerna estensjoni tal-kondizzjonijiet ta’ użu li jakkompanjaw l-indikazzjoni tas-saħħa awtorizzata, li jippermettu b’mod partikolari l-użu tagħha fis-supplementi tal-ikel. |
|
(3) |
L-Awtorità ntalbet twassal opinjoni dwar il-modifika tal-kondizzjonijiet tal-użu tal-indikazzjoni tas-saħħa kif propost mill-applikant. Fit-23 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew opinjoni xjentifika mill-Awtorità (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2010-00809) (4) li kkonkludiet li fuq il-bażi tad-dejta ppreżentata, ġiet stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum ta’ WSTC I u II fis-supplementi tal-ikel, bħall-pakketti żgħar tat-trab, pilloli u kapsoli, u l-effett mistqarr. |
|
(4) |
Meqjusa l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, u sabiex jiġi estiż l-użu tal-indikazzjoni tas-saħħa għall-oġġetti tal-ikel għajr dawk li diġà huma awtorizzati, jeħtieġ għalhekk li jiġu emendati l-kondizzjonijiet ta’ użu tagħha. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2009/980/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2009/980/UE, it-test fir-raba’ kolonna (Kondizzjonijiet ta’ użu tal-indikazzjoni tas-saħħa), jinbidel b’dan li ġej:
“Informazzjoni lill-konsumatur li l-effett ta’ benefiċċju jinkiseb bil-konsum ta’ kuljum ta’ 3g WSTC I jew 150mg WSTC II f’massimu ta’ 250ml jew tal-meraq tal-frott jew, ta’ xarbiet bit-togħma jew ta’ xarbiet tal-jogurt (sakemm dan ma jkunx pasturizzat ħafna) jew bil-konsum ta’ kuljum ta’ 3g WSTC I jew 150mg WSTC II fis-supplementi tal-ikel meta jittieħdu ma’ tazza ilma jew ma’ likwidu ieħor”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill Provexis Natural Products Ltd., Thames Court, 1 Victoria Street, Windsor, Berkshire, SL4 1YB, ir-Renju Unit.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.
(2) The EFSA Journal (2009) 1101, 1-15.
(3) ĠU L 336, 18.12.2009, p. 55.
(4) The EFSA Journal (2010); 8(7):1689.
IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom
|
14.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-10 ta’ Novembru 2009
dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fl-għamla ta’ Protokoll bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ soluzzjoni ta’ tilwim marbut mad-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra
(2010/771/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien mal-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Fl-24 ta’ Frar 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati mal-imsieħba tagħha mir-reġjun tal-Mediterran biex tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ soluzzjoni ta’ tilwim marbut ma’ dispożizzjonijiet kummerċjali. |
|
(2) |
In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas tad-direttivi dwar in-negozjati maħruġa mill-Kunsill. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni ffinalizzat in-negozjati għal Ftehim fl-għamla ta’ Protokoll li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ soluzzjoni ta’ tilwim marbut mad-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra (1). |
|
(4) |
Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim fl-għamla ta’ Protokoll li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ soluzzjoni ta’ tilwim marbut mad-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, huwa permezz ta’ dan approvat f’isem il-Komunità.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż f’Anness ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar il-persuna/persuni bis-setgħa li jiffirma(w) il-Ftehim fl-għamla ta’ Protokoll, sabiex jorbot lill-Komunità.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
A. BORG
PROTOKOLL
bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ soluzzjoni ta’ tilwim marbut mad-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra
IL-KOMUNITÀ EWROPEA,
minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Komunità”,
minn naħa waħda, u
R-REPUBBLIKA TAL-LIBANU,
minn hawn ‘il quddiem imsejħa “Libanu”,
min-naħa l-oħra,
FTIEHMU DWAR DAN LI ĠEJ:
KAPITOLU I
GĦAN U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Artikolu 1
Għan
L-għan ta’ dan il-Protokoll huwa li tkun evitata u tiġi solvuta kwalunkwe tilwima kummerċjali bejn il-Partijiet sabiex, fejn ikun possibbli, tintlaħaq soluzzjoni li jaqblu dwarha ż-żewġ naħat.
Artikolu 2
Applikazzjoni tal-Protokoll
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll japplikaw fir-rigward ta’ kwalunkwe tilwima li tikkonċerna l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu II (għajr l-Artikoli 23, 24, 25) tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”), ħlief fejn espressament stipulat mod ieħor (1). L-Artikolu 82 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni japplika għal tilwimiet marbuta mal-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra ta’ dak il-Ftehim.
KAPITOLU II
KONSULTAZZJONIJIET U MEDJAZZJONI
Artikolu 3
Konsultazzjonijiet
1. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex isolvu kwalunkwe diverġenza li tikkonċerna l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiiet imsemmija fl-Artikolu 2 billi jidħlu f’konsultazzjonijiet in bona fede taħt l-awspiċi tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni bil-għan li jilħqu soluzzjoni f’waqtha, ekwitabbli, u li dwarha jkunu jaqblu ż-żewġ naħat.
2. Parti għandha tfittex konsultazzjonijiet permezz ta’ talba bil-miktub lill-Parti l-oħra, b’kopja mibgħuta lis-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi, li tidentifika kwalunkwe miżura inkwistjoni u d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Assooċjazzjoni li tqis applikabbli.
3. Konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien tletin jum mid-data li fiha tkun waslet it-talba u għandhom iseħħu, sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, fit-territorju tal-Parti li fil-konfront tagħha jkun sar l-ilment. Il-konsultazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala konklużi fi żmien sittin jum mid-data li fiha tkun waslet it-talba, sakemm iż-żewġ Partijiet ma jaqblux li jkomplu bil-konsultazzjonijiet. Il-konsultazzjonijiet, b’mod partikolari l-informazzjoni kollha li tkun ġiet żvelata u l-pożizzjonijiet mittieħda mill-Partijiet matul dawn il-proċedimenti, għandhom ikunu kunfidenzjali, u bla ħsara għall-jeddijiet ta’ kwalunkwe Parti fi kwalunkwe proċediment ieħor.
4. Konsultazzjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ urġenza, inklużi dawk dwar prodotti li jitħassru biż-żmien jew prodotti staġjonali, għandhom isiru fi żmien ħmistax-il jum mid-data li fiha tasal it-talba, u għandhom jitqiesu bħala konklużi fi żmien tletin jum mid-data li fiha tkun waslet it-talba.
5. Jekk il-Parti li għaliha tkun saret it-talba ma tirreaġixxix għat-talba sabiex isiru l-konsultazzjonijiet fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data li fiha tkun waslet it-talba, jew jekk il-konsultazzjonijiet ma jitwettqux fi ħdan l-oqfsa ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafu 3 jew fil-paragrafu 4 rispettivament, jew jekk il-konsultazzjonijiet ikunu ġew konklużi u l-ebda ftehim ma jkun intlaħaq dwar soluzzjoni li jaqblu dwarha ż-żewġ naħat, il-Parti li tkun ressqet l-ilment tista’ titlob li jitwaqqaf bord ta’ arbitraġġ skont l-Artikolu 5.
Artikolu 4
Medjazzjoni
1. Jekk konsultazzjonijiet jonqsu milli jwasslu għal soluzzjoni li jaqblu dwarha ż-żewġ naħat, il-Partijiet jistgħu, bi ftehim reċiproku, jirrikorru għal medjatur. Kull talba għall-medjazzjoni għandha ssir bil-miktub lis-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi u din għandha tiddikjara kwalunkwe miżura li kienet is-suġġett ta’ konsultazzjonijiet, kif ukoll it-termini ta’ referenza għall-medjazzjoni li dwarhom ikun hemm qbil reċiproku. Kull Parti timpenja ruħha li tagħti konsiderazzjoni favorevoli lit-talbiet għal medjazzjoni.
2. Sakemm il-Partijiet ma jaqblux rigward medjatur fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data li fiha tkun waslet it-talba għall-medjazzjoni, il-presidenti tas-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi, jew id-delegat(a) tal-presidenti, għandhom jagħżlu bix-xorti medjatur mill-grupp ta’ individwi li jkunu qegħdin fil-listi msemmija fl-Artikolu 19 u li ma jkunux ċittadini tal-ebda waħda mill-Partijiet. L-għażla għandha ssir fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data li fiha tkun waslet it-talba għall-medjazzjoni. Il-medjatur għandu jorganizza laqgħa mal-Partijiet mhux aktar tard minn tletin jum wara li jintgħażel. Il-medjatur għandu jirċievi s-sottomissjonijiet ta’ kull Parti sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel il-laqgħa u jista’ jitlob tagħrif addizzjonali mingħand il-Partijiet jew mingħand l-esperti jew il-konsulenti tekniċi skont il-ħtieġa. Kwalunkwe informazzjoni miksuba b’dan il-mod għandha tiġi żvelata lil kull waħda mill-Partijet u trid titressaq għall-kummenti tagħhom. Il-medjatur għandu jinnotifika opinjoni sa mhux aktar tard minn ħamsa u erbgħin jum wara li jintgħażel.
3. L-opinjoni tal-medjatur tista’ tinkludi rakkomandazzjoni dwar kif tiġi solvuta t-tilwima b’konsistenza mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2. L-opinjoni tal-medjatur mhijiex vinkolanti.
4. Il-Partijiet jistgħu jaqblu li jemendaw il-limiti ta’ żmien imsemmija fil-paragrafu 2. Il-medjatur jista’ jiddeċiedi wkoll li jemenda dawn il-limiti ta’ żmien fuq it-talba ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess, meta jitqiesu d-diffikultajiet partikolari li tgħaddi minnhom il-Parti kkonċernata jew il-komplessitajiet tal-każ.
5. Il-proċedimenti li jinvolvu medjazzjoni, b’mod partikolari l-opinjoni tal-medjatur u l-informazzjoni kollha li tkun ġiet żvelata u l-pożizzjonijiet mittieħda mill-Partijiet matul dawn il-proċedimenti, għandhom ikunu kunfidenzjali, u bla ħsara għall-jeddijiet ta’ kwalunkwe Parti fi kwalunwe proċediment ieħor.
6. Jekk il-Partijiet hekk jaqblu, il-proċeduri għall-medjazzjoni jistgħu jitkomplew filwaqt li tipproċedi l-proċedura tal-arbitraġġ.
7. Medjatur jista’ jiġi sostitwit biss għar-raġunijiet u skont il-proċeduri mfissra fir-regoli 17 sa 20 tar-Regoli ta’ Proċedura.
KAPITOLU III
PROĊEDURI TA’ SOLUZZJONI TA’ TILWIM
TAQSIMA I
Proċedura ta’ arbitraġġ
Artikolu 5
Bidu tal-proċedura ta’ arbitraġġ
1. Meta l-Partijiet ma jirnexxilhomx isolvu t-tilwima billi jirrikorru għall-konsultazzjonijiet, kif jistipula l-Artikolu 3, jew billi jirrikorru għall-medjazzjoni, kif jistipula l-Artikolu 4, il-Parti li tkun għamlet l-ilment tista’ titlob li jiġi stabbilit bord ta’ arbitraġġ.
2. It-talba li jiġi stabbilit bord ta’ arbitraġġ għandha ssir bil-miktub lill-Parti li fil-konfront tagħha jkun sar l-ilment u lis-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi. Fit-talba tagħha, il-Parti li tressaq l-ilment għandha tidentifika l-miżura speċifika inkwistjoni, u għandha tispjega kif it-tali miżura tikkostitwixxi ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2. Talba għat-twaqqif ta’ bord ta’ arbitraġġ għandha ssir mhux aktar tard minn tmintax-il xahar mid-data li fiha tkun waslet it-talba għal konsultazzjonijiet, bla ħsara għall-jeddijiet tal-Parti li tkun qed tressaq l-ilment li titlob li jsiru konsultazzjonijiet ġodda dwar l-istess suġġett fil-futur.
Artikolu 6
Twaqqif tal-bord tal-arbitraġġ
1. Il-bord tal-arbitraġġ għandu jkun magħmul minn tliet arbitri.
2. Fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data li fiha l-Parti li fil-konfront tagħha jkun sar l-ilment tkun irċeviet it-talba għat-twaqqif ta’ bord tal-arbitraġġ, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw sabiex jaslu għal ftehim dwar il-kompożizzjoni tal-bord tal-arbitraġġ.
3. Fil-każ li l-Partijiet ma jkunux jistgħu jaqblu dwar il-kompożizzjoni tiegħu fil-perijodu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 2, kwalunkwe waħda mill-Partijiet tista’ titlob lill-presidenti tas-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi, jew id-delagat/a tal-presidenti, sabiex jagħżlu t-tliet membri kollha bix-xorti mil-lista stabbilita fl-Artikolu 19, persuna waħda minn fost l-individwi proposti mill-Parti li tkun ressqet l-ilment, persuna waħda minn fost l-individwi proposti mill-Parti li jkun sar l-ilment fil-konfront tagħha u persuna waħda minn fost l-individwi magħżula mill-Partijiet biex tagħmilha ta’ President. Fejn il-Partijiet jaqblu fuq membru wieħed jew żewġ membri tal-bord tal-arbitraġġ, kwalunkwe membri li jkun fadal għandhom jintgħażlu bl-istess proċedura.
4. Il-presidenti tas-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi, jew id-delegat(a) tal-presidenti, għandhom jagħżlu l-arbitri fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mit-talba msemmija fil-paragrafu 3 minn kwalunkwe Parti.
5. Id-data meta jitwaqqaf il-bord tal-arbitraġġ għandha tkun id-data meta jintgħażlu t-tliet arbitri.
6. L-arbitri jistgħu jiġu sostitwiti biss għar-raġunijiet u skont il-proċeduri mfissra fir-regoli 17 sa 20 tar-Regoli ta’ Proċedura.
Artikolu 7
Rapport interim tal-bord tal-arbitraġġ
Il-bord tal-arbitraġġ għandu jippubblika rapport interim lill-Partijiet li jistabbilixxi s-sejbien ta’ fatti, l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet relevanti u r-razzjonal bażiku li fuqu jserrħu kwalunkwe sejba u rakkommandazzjoni magħmula minnu, sa mhux aktar tard minn mija u għoxrin jum mid-data li fiha jkun twaqqaf il-bord tal-arbitraġġ. Kwalunkwe Parti tista’ tressaq talba bil-miktub għal analiżi min-naħa tal-bord tal-arbitraġġ ta’ aspetti preċiżi tar-rapport interim fi żmien ħmistax-il jum minn meta jkun ġie nnotifikat. Is-sejbiet tad-deċiżjoni finali tal-bord għandhom jinkludu wkoll diskussjoni tal-argumenti magħmula fl-istadju tar-reviżjoni interim.
Artikolu 8
Id-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ
1. Il-bord tal-arbitraġġ għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Partijiet u lis-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi fi żmien mija u ħamsin jum mid-data li fiha jkun twaqqaf il-bord tal arbitraġġ. Fejn iqis li din l-iskadenza ta’ żmien ma tistax tiġi osservata, il-president tal-bord tal-arbitraġġ għandu jinnotifika bil-miktub lill-Partijiet u lis-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi, fejn jistqarr ir-raġunijiet għad-dewmien u d-data li fiha l-bord ikun beħsiebu jikkonkludi ħidmietu. Fl-ebda ċirkostanza, id-deċiżjoni m’għandha tiġi nnotifikata aktar tard minn mija u tmenin jum mid-data li fiha jkun twaqqaf il-bord tal-arbitraġġ.
2. F’każijiet ta’ urġenza, inklużi dawk li jinvolvu prodotti li jitħassru biż-żmien jew dawk staġjonali, il-bord tal-arbitraġġ għandu jagħmel kull sforz sabiex jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu fi żmien ħamsa u sebgħin jum mid-data tat-twaqqif tiegħu. Fl-ebda ċirkostanza m’għandu jieħu aktar minn disgħin jum mit-twaqqif tiegħu. Il-bord tal-arbitraġġ għandu jagħti deċiżjoni preliminari dwar jekk ikunx jidhirlu li l-każ huwa urġenti fi żmien għaxart ijiem mit-twaqqif tiegħu.
3. Il-bord tal-arbitraġġ għandu, fuq talba taż-żewġ Partijiet, jissospendi ħidmietu fi kwalunkwe ħin għal perijodu li jkunu qablu dwaru l-Partijiet li ma jistax jiskorri t-tnax-il xahar u għandu jkompli b’ħidmietu fi tmiem dan il-perijodu miftiehem fuq talba tal-Parti li tkun ressqet l-ilment. Jekk il-Parti li tkun ressqet l-ilment ma titlobx li titkompla l-ħidma tal-bord tal-arbitraġġ qabel ma jiskadi l-perijodu ta’ sospensjoni li jkun sar qbil dwaru, il-proċedura għandha tintemm. Is-sospensjoni u t-terminazzjoni tal-ħidma tal-bord tal-arbitraġġ isiru bla ħsara għall-jeddijiet ta’ kull waħda mill-Partijiet f’xi proċediment ieħor dwar l-istess suġġett.
TAQSIMA II
Konformità
Artikolu 9
Konformità mad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ
Kull Parti għandha tieħu kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex tkun konformi mad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ, u l-Partijiet għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jaqblu dwar il-perjodu ta’ żmien meħtieġ biex jikkonformaw mad-deċiżjoni.
Artikolu 10
Perijodu ta’ żmien raġonevoli għall-konformità
1. Mhux aktar tard minn tletin jum wara li l-Partijiet ikunu rċevew in-notifika tad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ, il-Parti li fil-konfront tagħha jkun sar l-ilment għandha tinnotifika lill-Parti li tkun ressqet l-ilment u lis-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi dwar iż-żmien li se tkun teħtieġ biex tikkonforma ruħha (perijodu raġonevoli ta’ żmien), jekk ma jkunx possibbli li tikkonforma ruħha minnufih.
2. Jekk ikun hemm nuqqas ta’ qbil bejn il-Partijiet rigward il-perjodu raġonevoli ta’ żmien biex ikun hemm konformità mad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ, il-Parti li tkun ressqet l-ilment, fi żmien għoxrin jum minn meta l-Parti li fil-konfront tagħha jkun sar l-ilment tkun irċeviet in-notifika li tkun saret skont il-paragrafu 1, għandha titlob bil-miktub lill-bord tal-arbitraġġ sabiex jiddetermina t-tul tal-perjodu raġonevoli ta’ żmien. Talba ta’ dan it-tip għandha fl-istess waqt tkun innotifikata lill-Parti l-oħra u lis-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi. Il-bord tal-arbitraġġ għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Partijiet u lis-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi fi żmien tletin jum mid-data li fiha tkun tressqet it-talba.
3. Il-perijodu raġonevoli ta’ żmien jista’ jiġi estiż permezz ta’ qbil reċiproku bejn il-Partijiet.
Artikolu 11
Analiżi tal-miżuri li jkunu ttieħdu biex ikun hemm konformità mad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ
1. Il-Parti li fil-konfront tagħha jkun tressaq l-ilment għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra u lis-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi dwar kwalunkwe miżura li tkun ħadet sabiex tikkonforma mad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ qabel ma jiskadi l-perijodu raġonevoli ta’ żmien.
2. F’każ li ma jkunx hemm qbil bejn il-Partijiet rigward l-eżistenza jew il-konsistenza ta’ kwalunkwe miżura nnotifikata skont il-paragrafu 1 mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2, il-Parti li tkun qed tressaq l-ilment tista’ titlob bil-miktub lill-bord tal-arbitraġġ sabiex jiddeċiedi dwar il-kwistjoni. Talba ta’ dan it-tip għandha tidentifika l-miżura speċifika inkwistjoni u għandha tispjega kif miżura bħal din mhix konsistenti mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2. Il-bord tal-arbitraġġ għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu fi żmien disgħin jum mid-data li fiha tkun tressqet it-talba. F’każijiet ta’ urġenza, inklużi dawk li jinvolvu prodotti li jitħassru biż-żmien jew dawk staġjonali, il-bord tal-arbitraġġ għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu fi żmien ħamsa u erbgħin jum mid-data li fiha tkun tressqet it-talba.
Artikolu 12
Miżuri temporanji f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità
1. Jekk il-Parti li fil-konfront tagħha jkun qed isir l-ilment tonqos milli tinnotifika kwalunkwe miżura mittieħda sabiex tikkonforma ruħha mad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ żmien raġonevoli, jew jekk il-bord tal-arbitraġġ jiddeċiedi li l-miżura nnotifikata skont l-Artikolu 11(1) mhix konsistenti mal-obbligi ta’ dik il-Parti skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2, il-Parti li fil-konfront tagħha jkun tressaq l-ilment għandha, jekk tkun mitluba tagħmel dan mill-Parti li tkun qed tressaq l-ilment, tagħmel offerta għal kumpens temporanju.
2. Jekk ma jintlaħaq l-ebda qbil dwar il-kumpens fi żmien tletin jum wara li jintemm il-perjodu raġonevoli ta’ żmien jew mid-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ skont l-Artikolu 11 li miżura mittieħda għall-konformità tkun inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2, il-Parti li tkun ressqet l-ilment tkun intitolata, wara li jiġu nnotifikati l-Parti l-oħra u s-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi, li tissospendi l-obbligi li jirriżultaw minn kwalunkwe dispożizzjoni msemmija fl-Artikolu 2 f’livell ekwivalenti għal dak imxejjen jew imħassar mill-vjolazzjoni. Il-Parti li tkun ressqet l-ilment tista’ timplimenta s-sospensjoni għaxart ijiem wara d-data meta tkun irċeviet in-notifika l-Parti li fil-konfront tagħha jkun sar l-ilment, sakemm il-Parti li fil-konfront tagħha jkun sar l-ilment ma tkunx talbet għal arbitraġġ skont il-paragrafu 3.
3. Jekk il-Parti li fil-konfront tagħha jkun sar l-ilment tqis li l-livell ta’ sospensjoni mhux ekwivalenti għat-tixjin jew ħsara kkawżati mill-vjolazzjoni, din tista’ titlob bil-miktub lill-bord tal-arbitraġġ sabiex jieħu deċiżjoni dwar il-kwistjoni. Talba ta’ dan it-tip għandha tiġi nnotifikata lill-Parti l-oħra u lis-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi qabel jiskadi l-perjodu ta’ għaxart ijiem tax-xogħol imsemmi fil-paragrafu 2. Il-bord tal-arbitraġġ, wara li jkun talabfejn ikun xieraq l-opinjoni tal-esperti, għandu, fi żmien tletin jum minn dakinhar li tkun tressqet it-talba, jinnotifika lill-Partijiet u lill-industrija tas-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi dwar id-deċiżjoni tiegħu rigward il-livell tas-sospensjoni tal-obbligi. L-obbligi m’għandhomx jiġu sospiżi sakemm il-bord tal-arbitraġġ jagħti n-notifika dwar id-deċiżjoni tiegħu, u kull sospensjoni għandha tkun konsistenti mad-deċiżjoni tal-istess bord.
4. Is-sospensjoni tal-obbligi għandha tkun temporanja u għandha tiġi applikata biss sakemm kwalunkwe miżura li tinstab li tkun inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 tkun ġiet irtirata jew emendata sabiex tinġieb f’konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif inhu stabbilit skont l-Artikolu 13, jew sakemm il-Partijiet ikunu qablu li jsolvu t-tilwima.
Artikolu 13
Analiżi tal-miżuri li jkunu ttieħdu wara s-sospensjoni tal-obbligi
1. Il-Parti li fil-konfront tagħha jkun sar l-ilment għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra u lis-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi b’kull miżura li tkun ħadet sabiex tkun konformi mad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ u bit-talba tagħha sabiex tintemm is-sospensjoni tal-obbligi applikati mill-Parti li tkun ressqet l-ilment.
2. Jekk il-Partijiet ma jilħqux ftehim dwar il-kompatibbiltà tal-miżura nnotifikata mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 fi żmien tletin jum minn dakinhar li tkun waslet in-notifika, il-Parti li ressqet l-ilment għandha titlob bil-miktub lill-bord tal-arbitraġġ sabiex jiddeċiedi dwar il-kwistjoni. Din it-talba għandha fl-istess waqt tkun innotifikata lill-Parti l-oħra u lis-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi. Id-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ għandha tiġi nnotifikata lill-Partijiet u lis-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi fi żmien ħamsa u erbgħin jum mid-data li fiha tkun tressqet it-talba. Jekk il-bord tal-arbitraġġ jiddeċiedi li l-miżura adottata għal għanijiet ta’ konformità tkun konformi mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2, is-sospensjoni tal-obbligi għandha tintemm.
TAQSIMA III
Dispożizzjonijiet komuni
Artikolu 14
Soluzzjoni Miftiehma bejn iż-Żewġ Naħat
F’kull waqt, il-Partijiet jistgħu jilħqu soluzzjoni miftiehma bejn iż-żewġ naħat għal tilwima li taqa’ taħt dan il-Protokoll. Huma għandhom jinnotifikaw lis-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi u lill-bord tal-arbitraġġ dwar kwalunkwe soluzzjoni ta’ dan it-tip. Malli jiġi nnotifikat dwar is-soluzzjoni miftiehma bejn iż-żewġ naħat, il-bord għandu jtemm ħidmietu u l-proċedura għandha tintemm.
Artikolu 15
Regoli ta’ proċedura
1. Il-proċeduri maħsuba għas-soluzzjoni tat-tilwim skont il-Kapitolu III ta’ dan il-Protokoll għandhom jiġu regolarizzati permezz tar-Regoli ta’ proċedura annessi ma’ dan il-Protokoll.
2. Kull seduta tal-bord tal-arbitraġġ għandha tkun miftuħa għall-pubbliku skont ir-Regoli ta’ proċedura, sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor.
Artikolu 16
Informazzjoni ġenerali u teknika
1. Fuq it-talba ta’ Parti, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess, il-bord tal-arbitraġġ jista’ jikseb informazzjoni minn kwalunkwe sors, inklużi l-Partijiet, li jqis li hija xierqa għall-proċedura tal-panel ta’ arbitraġġ. B’mod partikolari, il-bord tal-arbitraġġ ikollu wkoll il-jedd li jfittex l-opinjoni relevanti tal-esperti kif iqis li jkun xieraq. Il-bord tal-arbitraġġ għandu jikkonsulta lill-Partijiet qabel jagħżel esperti bħal dawn. Il-Bord m’għandux jintrabat mal-opinjoni tal-Partijiet dwar l-esperti. Kwalunkwe informazzjoni miksuba b’dan il-mod għandha tiġi żvelata lil kull waħda mill-Partijet u trid titressaq għall-kummenti tagħhom.
2. Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi interessati stabbiliti fi ħdan il-Partijiet huma awtorizzati jressqu sommarji tal-fatti amicus curiae quddiem il-bord tal-arbitraġġ skont ir-Regoli ta’ proċedura. Dawn is-sommarji tal-fatti għandhom jiġu limitati għall-aspetti fattwali tat-tilwima u m’għandhomx jindirizzaw punti ġuridiċi.
Artikolu 17
Regoli ta’ interpretazzjoni
Kull bord tal-arbitraġġ għandu jinterpreta d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 skont ir-regoli konswetudinali dwar l-interpretazzjoni tad-dritt pubbliku internazzjonali, inklużi dawk stipulati fil-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati. Id-deċiżjonijiet tal-bord tal-arbitraġġ ma jistgħux iżidu jew inaqqsu d-drittijiet u l-obbligi pprovduti fid-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2.
Artikolu 18
Deċiżjonijiet tal-bord tal-arbitraġġ
1. Il-bord tal-arbitraġġ għandu jagħmel kull sforz biex kull deċiżjoni li jieħu tkun b’kunsens. Fejn, madankollu, deċiżjoni ma tistax tintlaħaq b’kunsens, il-kwistjoni kkonċernata għandha tinqata’ b’vot maġġoritarju.
2. Kull deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ għandha tkun ta’ natura li torbot lill-Partijiet u m’għandha toħloq l-ebda dritt jew obbligu għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi. Id-deċiżjoni għandha tistipula s-sejbiet tal-fatti, l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet relevanti tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u r-razzjonal bażiku wara s-sejbiet u l-konklużjonijiet li tagħmel. Is-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi għandu jagħmel id-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ disponibbli pubblikament fl-intier tagħha sakemm dan ma jiddeċidix li ma jagħmilx hekk biex jiżgura l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 19
Listi ta’ arbitri
1. Is-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi għandu, mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, jistabbilixxi lista ta’ minn tal-anqas ħmistax-il individwu li jkunu lesti u kapaċi jservu ta’ arbitri. Kull waħda mill-Partijiet għandha tipproponi tal-anqas ħames individwi sabiex jagħmluha ta’ arbitri. Iż-żewġ Partijiet għandhom jagħżlu wkoll ta’ minn tal-anqas ħames individwi li ma jkunux ċittadini tal-ebda waħda mill-Partijiet u li għandhom jagħmluha ta’ president tal-bord tal-arbitraġġ. Is-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi jiżgura li l-lista tinżamm dejjem fuq dan il-livell.
2. L-arbitri għandu jkollhom għarfien speċjalizzat jew esperjenza fil-liġi u fil-kummerċ internazzjonali. Dawn għandhom ikunu indipendenti, iservu fil-kapaċitajiet individwali tagħhom u ma jieħdux struzzjonijiet minn kwalunkwe organizzazzjoni jew gvern, u lanqas ma jkunu affiljati mal-gvern ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet, u għandhom ikunu konformi mal-Kodiċi tal-Kondotta annessa ma’ dan il-Protokoll.
3. Is-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi jista’ jistabbilixxi lista addizzjonali ta’ minn tal-anqas ħmistax-il individwu li jkollhom kompetenza esperta settorjali fi kwistjonijiet speċifiċi koperti minn dan il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, jew esperjenza fil-medjazzjoni. Meta jsir rikors għall-proċedura tal-għażla tal-Artikolu 6(2), il-presidenti tas-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi jistgħu jużaw lista settorjali bi qbil taż-żewġ Partijiet.
Artikolu 20
Relazzjoni mal-obbligi tad-WTO
1. Ir-rikors għad-dispożizzjonijiet dwar is-soluzzjoni tat-tilwim ta’ dan il-Protokoll għandu jkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe azzjoni fil-qafas tad-WTO, inkluża azzjoni għal soluzzjoni ta’ tilwima.
2. Madankollu, meta, rigward xi miżura partikolari, Parti tkun ressqet proċediment dwar is-soluzzjoni tat-tilwim, sew skont dan il-Protokoll jew inkella skont il-Ftehim tad-WTO, hija ma tistax tressaq proċediment dwar is-soluzzjoni tat-tilwim rigward l-istess miżura f’forum ieħor sakemm l-ewwel proċediment ma jkunx intemm. Barra minn hekk, Parti ma tistax tfittex rimedju għall-ksur ta’ obbligu li jkun identiku skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u skont il-Ftehim tad-WTO permezz taż-żewġ forums. F’każ ta’ dan it-tip, ladarba proċediment ta’ soluzzjoni ta’ tilwima jkun tnieda, il-Parti ma tkunx tista’ tressaq talba biex tfittex rimedju għall-ksur ta’ obbligu identiku skont il-ftehim l-ieħor permezz tal-forum l-ieħor, sakemm il-forum magħżul ma jonqosx li jagħmel sejbiet dwar it-talba għal rimedju ta’ dak l-obbligu minħabba raġunijiet proċedurali jew ġurisdizzjonali.
3. Għall-għanijiet tal-paragrafu 2:
|
— |
il-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim skont il-Ftehim tad-WTO jitqiesu li jkunu tnedew permezz ta’ talba minn xi Parti għat-twaqqif ta’ bord skont l-Artikolu 6 tal-Memorandum ta’ Ftehim dwar ir-Regoli u l-Proċeduri li Jirregolarizzaw ir-Riżolviment tat-Tilwim tad-WTO u jitqiesu li jkunu ntemmew meta l-Entità inkarigata mis-Soluzzjoni tat-Tilwima tadotta ir-rapport tal-Bord, u r-rapport tal-Entità Appellanti skont il-każ, skont l-Artikoli 16 u 17(14) tal-Memorandum ta’ Ftehim, |
|
— |
il-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim skont dan il-Protokoll jitqiesu li jkunu tnedew permezz ta’ talba minn xi Parti għat-twaqqif ta’ bord ta’ arbitraġġ skont l-Artikolu 5(1) u jitqiesu li jkunu ntemmew meta l-bord tal-arbitraġġ jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Partijiet u lis-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi skont l-Artikolu 8. |
4. F’dan il-Protokoll xejn ma jżomm Parti milli timplimenta s-sospenzjoni ta’ obbligi awtorizzati mill-Entità tad-WTO għas-Soluzzjoni tat-Tilwim. Il-Ftehim li jistabbilixxi d-WTO m’għandux jiġi invokat sabiex iżomm lil xi Parti milli tissospendi l-obbligi skont dan il-Protokoll.
Artikolu 21
Limiti ta’ żmien
1. Il-limiti kollha ta’ żmien stabbiliti f’dan il-Protokoll, inklużi l-limiti biex il-bordijiet tal-arbitraġġ jinnotifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom, għandhom jingħaddu f’jiem kalendarji mill-jum li jsegwi l-att jew il-fatt li jkunu qed jirreferu għalih, sakemm ma jkunx ġie speċifikat mod ieħor.
2. Kwalunkwe limitu ta’żmien imsemmi f’dan il-Protokoll jista’ jkun modifikat bi ftehim reċiproku tal-Partijiet. Il-Partijiet jimpenjaw irwieħhom li jagħtu konsiderazzjoni favorevoli lit-talbiet għall-estenzjonijiet ta’ kull limitu ta’ żmien li jsiru minħabba diffikultajiet li kwalunkwe Parti taf tiffaċċja biex tikkonforma mal-proċeduri ta’ dan il-Protokoll. Fuq talba ta’ xi waħda mill-Partijiet, il-bord tal-arbitraġġ jista’ jimmodifika l-limiti ta’ żmien applikabbli fil-proċedimenti, filwaqt li jqis il-livell differenti ta’ żvilupp tal-Partijiet.
Artikolu 22
Reviżjoni u Modifika tal-Protokoll
1. Il-Kunsill tal-Assoċjazzjoni jista’ jirrevedi l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu, bl-għan li jiddeċiedi l-kontinwazzjoni, il-modifika jew it-tmiem tagħhom.
2. Il-Kunsill tal-Assoċjazzjoni jista’ jiddeċiedi li jimmodifika dan il-Protokoll u l-annessi tiegħu. Kwalunkwe modifika bħal din tista’ tkun suġġetta għas-sodisfazzjon tar-rekwiżiti legali interni ta’ kull Parti.
Artikolu 23
Dħul fis-seħħ
Dan il-Protokoll ser jiġi approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri tagħhom infushom. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar mid-data meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri msemmija f’dan l-Artikolu jkunu tlestew.
Magħmul fi Brussell, f’żewġ kopji, fil-11 ta’ Novembru 2010 bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bl-Għarbi, b’kull test ugwalment awtentiku.
За Европейския съюз
Por la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā
Europos Sajungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
За Релублика Ливан
Por la República Libanesa
Za Libanonskou republiku
For Den Libanesiske Republik
Für die Libanesische Republik
Liibanoni Vabariigi nimel
Για τη Δημοκρατία του Λιβάνου
For the Republic of Lebanon
Pour la République libanaise
Per la Repubblica libanese
Libānas Republikas vārdā
Libano Respublikos vardu
A Libanoni Köztársaság részéről
Għar-repubblika tal-Libanu
Voor de Republiek Libanon
W imieniu Republiki Libańskiej
Pela República do Líbano
Pentru Republica Libaneză
Za Libanonskú republiku
Za Republiko Libanon
Libanonin tasavallan puolesta
För Republiken Libanon
(1) Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll huma bla ħsara għall-Artikolu 33 tal-Protokoll li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti li joriġinaw” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva.
ANNESSI
|
ANNESS I |
: |
REGOLI TA’ PROĊEDURA GĦALL-ARBITRAĠĠ |
|
ANNESS II |
: |
IL-KODIĊI TAL-KONDOTTA GĦALL-MEMBRI TAL-BORD TAL-ARBITRAĠĠ U GĦALL-MEDJATURI |
ANNESS I
REGOLI TA’ PROĊEDURA GĦALL-ARBITRAĠĠ
Dispożizzjonijiet ġenerali
|
1. |
Dawn id-definizzjonijiet għandhom japplikaw f’dan il-Protokoll u f’dawn ir-regoli:
|
|
2. |
Il-Parti li fil-konfront tagħha sar l-ilmentgħandha tkun inkarigata mill-amministrazzjoni loġistika tal-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwima, b’mod partikolari l-organizzazzjoni tas-smigħ tal-każ, sakemm ma jkunx hemm qbil mod ieħor. Madankollu, il-Komunità għandha tifdi l-ispejjeż konnessi mal-kwistjonijiet organizzattivi, bl-eċċezzjoni tar-remunerazzjoni u l-ispejjeż li għandhom jitħallsu lill-arbitri, li għandhom jinqasmu. |
Notifiki
|
3. |
Il-Partijiet u l-bord tal-arbitraġġ għandhom jikkomunikaw kwalunkwe talba, opinjoni, sottomissjoni bil-miktub jew dokument bil-fax, b’kopja elettronika mressqa fl-istess jum permezz tal-posta elettronika. Sakemm ma jiġix pruvat mod ieħor, messaġġ għandu jitqies li jasal fl-istess jum meta jkun intbagħat. |
|
4. |
Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-punt ta’ kuntatt magħżul għan-notifiki kollha mhux aktar tard mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll. |
|
5. |
L-iżbalji żgħar ta’ natura klerikali li jsiru fi kwalunkwe talba, opinjoni, sottomissjoni bil-miktub jew dokument ieħor relatat mal-proċeduri tal-bord tal-arbitraġġ jistgħu jitranġaw permezz tal-kunsinna ta’ dokument ġdid li jindika l-bidliet b’mod ċar. |
|
6. |
Jekk l-aħħar jum li fih irid isir it-twassil ta’ xi dokument jaħbat jum ta’ vakanza uffiċjali jew jum ta’ mistrieħ rikonoxxut legalment fil-Libanu jew fil-Komunità, id-dokument jista’ jitwassal fl-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss. Il-Partijiet għandhom jiskambjaw lista ta’ dati tal-btajjel uffiċjali tagħhom u l-jiem ta’ mistrieħ fl-ewwel Tnejn ta’ kull Diċembru għas-sena ta’ wara. L-ebda dokumenti, notifiki jew talbiet tal-ebda tip m’għandhom jitqiesu li waslu f’jum ta’ btala uffiċjali jew ta’ mistrieħ. |
|
7. |
Skont l-oġġett tad-dispożizzjonijiet tat-tilwima, it-talbiet u n-notifiki kollha indirizzati lis-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi b’mod konformi ma’ dan il-Ftehim għandha tintbagħat kopja tagħhom lis-sottokumitati l-oħra relevanti mwaqqfa skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. |
Bidu tal-arbitraġġ
|
8. |
|
|
9. |
|
Sottomissjonijiet inizjali
|
10. |
Il-Parti li tressaq l-ilment għandha tagħti s-sottomissjoni inizjali tagħha bil-miktub mhux aktar tard minn għoxrin jum wara t-twaqqif tal-bord tal-arbitraġġ. Il-Parti li fil-konfront tagħha jsir l-ilment għandha tagħti l-kontrosottomissjoni tagħha bil-mitkub mhux aktar tard minn għoxrin jum wara d-data tat-twassil tas-sottomissjoni bil-miktub inizjali. |
Ħidma tal-bordijiet tal-arbitraġġ
|
11. |
Il-president tal-bord tal-arbitraġġ għandu jippresjedi fil-laqgħat kollha tiegħu. Bord tal-arbitraġġ jista’ jiddelega l-awtorità lill-president biex jieħu deċiżjonijiet amministrattivi u proċedurali. |
|
12. |
Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor f’dan il-Protokoll, il-bord tal-arbitraġġ jista’ jwettaq l-attivitajiet tiegħu bi kwalunkwe mezz, inkluż b’komunikazzjoni bit-telefown, fax jew kollegamenti bil-kompjuter. |
|
13. |
L-arbitri biss jistgħu jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-bord tal-arbitraġġ, iżda l-bord tal-arbitraġġ jista’ jippermetti lill-assistenti tiegħu biex ikunu preżenti waqt id-deliberazzjonijiet tal-bord tal-arbitraġġ. |
|
14. |
It-tfassil ta’ kull deċiżjoni għandha tibqa’ r-responsabbiltà esklussiva tal-bord tal-arbitraġġ u ma tistax tiġi delegata. |
|
15. |
Meta tqum xi kwistjoni proċedurali li mhix koperta mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll u l-annessi tiegħu, il-bord tal-arbitraġġ, wara li jikkonsulta l-Partijiet, jista’ jadotta proċedura xierqa li tkun kompatibbli ma’ dawk id-dispożizzjonijiet. |
|
16. |
Meta l-bord tal-arbitraġġ jikkunsidra li hemm bżonn li jiġi modifikat kwalunkwe limitu ta’ żmien applikabbli matul il-proċedimenti, jew li jwettaq kwalunkwe aġġustament proċedurali jew amministrattiv ieħor, huwa għandu jinforma lill-Partijiet bil-miktub u jagħti r-raġunijiet għall-bidla jew il-modifika u jindika l-perijodu jew aġġustament meħtieġa. Il-bord tal-arbitraġġ jista’ jadotta bidla jew modifika bħal din wara li jkun ikkonsulta lill-Partijiet. Il-limiti ta’ żmien fi ħdan l-Artikolu 8(2) ta’ dan il-Protokoll ma jistgħux jiġu mmodifikati. |
Sostituzzjoni
|
17. |
Jekk arbitru ma jkunx jista’ jipparteċipa fil-proċedimenti, jirtira ruħu, jew jeħtieġ li jiġi sostitwit, għandu jintgħażel wieħed ieħor biex jeħodlu postu skont l-Artikolu 6(3). |
|
18. |
Meta Parti tqis li xi arbitru ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi tal-Kondotta u għaldaqstant għandu jiġi sostitwit, din il-Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra fi żmien ħmistax-il jum minn meta tkun intebħet biċ-ċirkostanzi tal-vjolazzjoni materjali tal-Kodiċi tal-Kondotta min-naħa tal-arbitru.
Meta Parti tqis li xi arbitru għajr il-president ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi tal-Kondotta, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw u, jekk jaqblu dwar dan, jibdlu l-arbitru u jagħżlu sostitut skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 6(3) ta’ dan il-Protokoll. Jekk il-Partijiet jonqsu milli jaqblu dwar il-bżonn li jinbidel arbitru, kwalunkwe Parti tista’ titlob li din il-kwistjoni tiġi riferuta lill-president tal-bord tal-arbitraġġ, u d-deċiżjoni tiegħu tkun waħda finali. Jekk il-president isib li xi arbitru ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi tal-Kondotta, dan jew din għandu/għandha tagħżel/jagħżel arbitru ġdid bix-xorti minn fost il-ġabra ta’ individwi msemmija fl-Artikolu 19(1) ta’ dan il-Protokoll li tagħha kien jagħmel parti l-arbitru oriġinali. Jekk l-arbitru oriġinali kien intgħażel mill-Partijiet skont l-Artikolu 6(2) ta’ dan il-Protokoll, is-sostitut għandu jintgħażel bix-xorti minn fost il-ġabriet ta’ individwi li jkunu ġew proposti mill-Parti li tressaq l-ilment u minn Parti li fil-konfront tagħha jsir l-ilment skont l-Artikolu 19(1) ta’ dan il-Protokoll. L-għażla tal-arbitru l-ġdid għandha ssir fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data li fiha titressaq it-talba lill-president tal-bord tal-arbitraġġ. |
|
19. |
Meta xi Parti tqis li l-president tal-bord tal-arbitraġġ ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi tal-Kondotta, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw u, jekk jaqblu dwar dan, jibdlu l-president u jagħżlu sostitut skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 6(3) ta’ dan il-Protokoll.
Jekk il-Partijiet jonqsu milli jaqblu dwar il-ħtieġa li jibdlu l-president, kwalunkwe Parti tista’ titlob li din il-kwistjoni tingħadda lil xi wieħed mill-membri li jkun għad fadal fost il-ġabra ta’ individwi magħżula sabiex jagħmluha ta’ presidenti skont l-Artikolu 19(1) ta’ dan il-Protokoll. Ismu jew isimha għandu jittella’ bix-xorti mill-presidenti tas-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi, jew mid-delegat(a) tal-presidenti. Id-deċiżjoni minn din il-persuna dwar il-bżonn li jinbidel il-president għandha tkun finali. Jekk din il-persuna tiddeċiedi li l-president oriġinali ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi tal-Kondotta, dan jew din għandu/għandha tagħżel/jagħżel president ġdid bix-xorti minn fost dawk li jkun għad fadal fost il-ġabra ta’ individwi msemmija fl-Artikolu 19(1) ta’ dan il-Protokoll li jistgħu jagħmluha ta’ presidenti. Din l-għażla tal-president il-ġdid għandha ssir fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data li fiha titressaq it-talba msemmija f’dan il-paragrafu. |
|
20. |
Il-ħidma tal-bord tal-arbitraġġ għandha tiġi sospiża matul il-perijodu ta’ żmien li jittieħed sabiex jitwettqu l-proċeduri previsti fir-regoli 17, 18 u 19. |
Is-seduti ta’ smigħ
|
21. |
Il-president għandu jirranġa d-data u l-ħin għas-smigħ f’konsultazzjoni mal-Partijiet u l-membri l-oħra tal-bord tal-arbitraġġ, u jikkonferma dan bil-miktub lill-Partijiet. Din l-informazzjoni għandha tkun ukoll disponibbli pubblikament mill-Parti inkarigata mill-amministrazzjoni loġistika tal-proċedimenti meta s-smigħ ikun miftuħ għall-pubbliku. Sakemm ma jkunx hemm Parti li ma taqbilx, il-bord tal-arbitraġġ jista’ jiddeċiedi li ma jlaqqax seduta. |
|
22. |
Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, is-seduta ta’ smigħ għandha tittella’ fi Brussell jekk il-Parti li tressaq l-ilment tkun il-Libanu u f’Bejrut jekk il-Parti li tressaq l-ilment tkun il-Komunità. |
|
23. |
Il-bord tal-arbitraġġ jista’ jlaqqa’ seduta addizzjonali biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Ma jistgħux jittellgħu seduti addizzjonali ta’ smigħ għall-proċeduri stabbiliti skont l-Artikolu 10(2), 11(2), 12(3) u 13(2) ta’ dan il-Protokoll. |
|
24. |
L-arbitri kollha jridu jkunu preżenti l-ħin kollu matul kull seduta. |
|
25. |
Il-persuni li ġejjin jistgħu jkunu preżenti għas-seduta, irrespettivament minn jekk il-proċedimenti jkunux miftuħa għall-pubbliku jew le:
Ir-rappreżentanti u l-konsulenti tal-Partijiet biss jistgħu jindirizzaw lill-bord tal-arbitraġġ. |
|
26. |
Mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol mid-data ta’ seduta tas-smigħ, kull Parti għandha tipprovdi lill-bord tal-arbitraġġ lista tal-ismijiet ta’ dawk il-persuni li jkunu sejrin jitkellmu matul is-seduta ta’ smigħ f’isem dik il-Parti u ta’ rappreżentanti jew konsulenti oħra li jkunu sejrin jattendu s-seduta ta’ smigħ. |
|
27. |
Is-seduti ta’ smigħ tal-bordijiet tal-arbitraġġ għandhom ikunu miftuħa għall-pubbliku, sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux mod ieħor. Jekk il-Partijiet jiddeċiedu li s-seduta ta’ smigħ tkun magħluqa għall-pubbliku, parti mis-seduta ta’ smigħ tista’ xorta tkun miftuħa għall-pubbliku jekk il-bord tal-arbitraġġ, fuq talba mill-Partijiet, jiddeċiedi li jsir hekk. Madankollu, il-bord tal-arbitraġġ għandu jiltaqa’ f’sessjonijiet magħluqa meta s-sottomissjoni u l-argumenti ta’ Parti ikun fihom informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali. |
|
28. |
Il-bord tal-arbitraġġ għandu jmexxi s-seduta bil-mod kif ġej:
|
|
29. |
Il-bord tal-arbitraġġ jista’ jindirizza mistoqsijiet liż-żewġ Partijiet fi kwalunkwe ħin matul is-seduta. |
|
30. |
Il-bord tal-arbitraġġ għandu jagħmel arranġamenti, mill-aktar fis possibbli, għat-tlestija u l-kunsinna lill-Partijiet tat-traskrizzjoni ta’ kull seduta. |
|
31. |
Kull Parti tista’ tipprovdi sottomissjoni supplimentari bil-miktub fir-rigward ta’ kwalunkwe kwistjoni li tkun qamet matul is-seduta ta’ smigħ fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data tas-seduta ta’ smigħ. |
Mistoqsijiet bil-miktub
|
32. |
Il-bord tal-arbitraġġ jista’, fi kwalunkwe ħin matul il-proċedimenti jindirizza mistoqsijiet bil-miktub lil wieħed mill-Partijiet jew lit-tnejn li huma. Kull waħda mill-Partijiet għandha tirċievi kopja ta’ kwalunkwe mistoqsijiet magħmula mill-bord tal-arbitraġġ. |
|
33. |
Il-Parti għandha wkoll tipprovdi kopja tat-tweġiba tagħha bil-miktub għall-mistoqsijiet li l-bord tal-arbitraġġ ikun għamel lill-Parti l-oħra. Kull Parti għandha tingħata l-opportunità li tipprovdi kummenti bil-miktub dwar it-tweġiba mogħtija mill-Parti l-oħra, sa ħamest ijiem tax-xogħol mid-data li fiha din tkun waslet. |
Kunfidenzjalità
|
34. |
Il-Partijiet għandhom iżommu l-kunfidenzjalità tas-seduti tas-smigħ tal-bord tal-arbitraġġ meta s-seduti ta’ smigħ jittellgħu fil-magħluq, skont ir-regola 27. Kull Parti għandha tittratta bħala kunfidenzjali l-informazzjoni mressqa mill-Parti l-oħra lill-bord tal-arbitraġġ u li dik il-Parti tkun immarkatha bħala kunfidenzjali. Meta Parti tissottometti verżjoni kunfidenzjali tas-sottomissjonijiet bil-miktub lill-bord tal-arbitraġġ, din jeħtieġilha wkoll, fuq talba tal-Parti l-oħra, tipprovdi sommarju mhux kunfidenzjali tal-informazzjoni misjuba fis-sottomissjonijiet li jista’ jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, mhux aktar tard minn ħmistax-il jum wara li tkun saret it-talba jew is-sottomissjoni, skont liema minnhom isseħħ l-aħħar. Ma hemm xejn f’dawn ir-regoli li jipprekludi Parti milli xxandar stqarrijiet milli tiżvela lill-pubbliku stqarrijiet dwar il-pożizzjonijiet tagħha nfisha. |
Kuntatti ex parte
|
35. |
Il-bord tal-arbitraġġ m’għandux jikkuntattja jew jiltaqa’ ma’ Parti fl-assenza tal-Parti l-oħra. |
|
36. |
L-ebda membru tal-bord tal-arbitraġġ ma jista’ jiddiskuti l-ebda aspett tas-suġġett tal-proċeduimenti ma’ Parti waħda jew maż-żewġ Partijiet fl-assenza tal-arbitri l-oħra. |
Sottomissjonijiet Amicus curiae
|
37. |
Sakemm il-Partijiet ma jkunux qablu mod ieħor sa ħamest ijiem mid-data tat-twaqqif tal-bord tal-arbitraġġ, l-istess bord jista’ jirċievi sottomissjonijiet mhux mitluba bil-miktub, dejjem jekk dawn isiru fi żmien għaxart ijiem mid-data tat-twaqqif tal-bord tal-arbitraġġ, u li jkunu konċiżi u f’kull każ mhux itwal minn ħmistax-il faċċata ttajpjata, inklużi kwalunkwe annessi, u li jkunu direttament relevanti għall-kwistjoni fattwali li jkun qiegħed jikkunsidra l-bord tal-arbitraġġ. |
|
38. |
Is-sottomissjoni għandha tinkludi deskrizzjoni tal-persuna li tkun qiegħda tagħmel is-sottomissjoni, sew fiżika u sew legali, u tinkludi n-natura tal-attivitajiet tagħha u s-sorsi tal-finanzjament tagħha, u tispeċifika n-natura tal-interess li dik l-istess persuna għandha fil-proċediment tal-arbitraġġ. Din għandha tiġi abbozzata bil-lingwi magħżula mill-Partijiet skont ir-Regoli 42 u 43 ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura. |
|
39. |
Fid-deċiżjonijiet tiegħu, il-bord tal-arbitraġġ għandu jelenka s-sottomissjonijiet kollha li jkun irċieva u li jkunu konformi mar-regoli ta’ hawn fuq. Il-bord tal-arbitraġġ m’għandux ikun obbligat jindirizza, fid-deċiżjoni tiegħu, l-argumenti li saru f’dawn is-sottomissjonijiet. Kwalunkwe sottomissjoni miksuba mill-bord tal-arbitraġġ skont din ir-regola għandha titressaq lill-Partijiet għall-kummenti tagħhom. |
Każijiet urġenti
|
40. |
F’każijiet ta’ urġenza msemmija f’dan il-Protokoll, il-bord tal-arbitraġġ, wara li jikkonsulta lill-Partijiet, għandu jaġġusta l-limiti ta’ żmien imsemmija f’dawn ir-regoli skont kif ikun jixraq u għandu jinnotifika lill-Partijiet dwar aġġustamenti bħal dawn. |
Traduzzjoni u interpretazzjoni
|
41. |
Matul il-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2) ta’ dan il-Protokoll, u mhux aktar tard mil-laqgħa msemmija fir-Regola 8(b) ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, il-Partijiet għandhom jagħmlu l-almu tagħhom sabiex jilħqu qbil fuq lingwa ta’ ħidma komuni għall-proċedimenti quddiem il-bord tal-arbitraġġ. |
|
42. |
Jekk il-Partijiet ma jirnexxielhomx jaqblu dwar lingwa ta’ ħidma komuni, kull Parti għandha tagħmel l-arranġamenti u tħallas għall-ispejjeż tat-traduzzjoni tas-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha għal-lingwa magħżula mill-Parti l-oħra. |
|
43. |
Il-Parti li fil-konfront tagħha jsir l-ilment għandha tagħmel l-arranġamenti għall-interpretazzjoni tas-sottomissjonijiet orali fil-lingwi magħżula mill-Partijiet. |
|
44. |
Id-deċiżjonijiet tal-bord tal-arbitraġġ għandhom ikunu nnotifikati bil-lingwa jew lingwi magħżula mill-Partijiet. |
|
45. |
Kwalunkwe Parti tista’ tipprovdi kummenti dwar kwalunkwe verżjoni tradotta ta’ dokument imfassal skont dawn ir-regoli. |
Kalkolu tal-limiti ta’ żmien
|
46. |
Meta, minħabba l-applikazzjoni tar-regola 6 ta’ dawn ir-Regoli ta’ proċedura, xi Parti tirċievi dokument f’data differenti minn dik meta l-Parti l-oħra tkun irċeviet l-istess dokument, kull perijodu ta’ żmien li jinħadem abbażi tat-tali data tal-wasla tad-dokument għandu jiġi kkalkulat mill-aħħar data li fiha jkun wasal dak id-dokument. |
Proċeduri oħra
|
47. |
Dawn ir-Regoli ta’ proċedura huma applikabbli wkoll għall-proċeduri stabbiliti skont l-Artikolu 10(2), 11(2), 12(3) u 13(2) ta’ dan il-Protokoll. Madankollu, il-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dawn ir-Regoli ta’ proċedura għandhom jiġu aġġustati skont il-limiti ta’ żmien speċjali stipulati għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni mill-bord tal-arbitraġġ f’dawk il-proċeduri l-oħra. |
|
48. |
F’każ li l-bord oriġinali, jew xi wħud mill-membri tiegħu, ma jkunux jistgħu jiltaqgħu mill-ġdid għall-proċeduri stabbiliti skont l-Artikolu 10(2), 11(2), 12(3) u 13(2) tal-Protokoll, għandhom japplikaw il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 6 ta’ dan il-Protokoll. Il-limitu ta’ żmien għan-notifika tad-deċiżjoni għandu jiġi estiż għal ħmistax-il jum. |
ANNESS II
KODIĊI TA’ MĠIBA GĦALL-MEMBRI TAL-BORDIJIET TAL-ARBITRAĠĠ U GĦALL-MEDJATURI
Definizzjonijiet
|
1. |
Dawn id-definizzjonijiet għandhom japplikaw f’dan il-Kodiċi tal-Kondotta:
|
Responsabbilitajiet lejn il-proċess
|
2. |
Kull kandidat u membru għandu jevita mġiba mhux xierqa u l-impressjoni ta’ mġiba mhux xierqa, għandu jkun independenti u imparzjali, għandu jevita kunflitti ta’ interess diretti jew indiretti u għandu josserva l-ogħla standards ta’ mġiba sabiex l-integrità u l-imparzjalità tal-mekkaniżmu tas-soluzzjoni għat-tilwim ikun ippreservat. Il-membri tal-imgħoddi jeħtieġilhom josservaw l-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 15, 16, 17 u 18 ta’ din il-Kodiċi tal-Kondotta. |
Obbligi dwar x’għandu jiġi żvelat
|
3. |
Qabel ma tiġi kkonfermata l-għażla ta’ xi membru tal-bord tal-arbitraġġ skont dan il-Protokoll, kandidat għandu jiżvela kwalunkwe interessi, relazzjonijiet jew kwistjonijiet li għandhom imnejn jolqtu l-indipendenza jew l-imparzjalità tiegħu jew tagħha jew li jafu b’mod raġonevoli joħolqu impressjoni ta’ kondotta mhux xierqa jew ta’ xaqlib lejn xi naħa fil-proċediment. Għal dan il-għan, kandidat m’għandu jagħmel l-ebda sforz raġonevoli sabiex isir konxju ta’ kwalunkwe interess, relazzjoni u kwistjoni ta’ dan it-tip. |
|
4. |
Kandidat jew membru għandu jikkomunika biss affarijiet relatati mal-ksur attwali jew il-potenzjal ta’ ksur ta’ din il-Kodiċi tal-Kondotta lis-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi sabiex dawn jiġu kkunsidrati mill-Partijiet. |
|
5. |
Wara li ssir l-għażla tal-membru, dan għandu jkompli ma jagħmel l-ebda sforz raġonevoli biex isir konxju ta’ kwalunkwe interess, relazzjoni u kwistjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ din il-Kodiċi tal-Kondotta u għandu jiddikjarahom. L-obbligi ta’ żvelar huwa dmir permanenti li jitlob li membru jiżvela kwalunkwe interessi, relazzjonijiet jew kwistjonijiet ta’ dan it-tip li jistgħu jitfaċċaw fi kwalunkwe stadju tal-proċediment. Membru għandu jiżvela interessi, relazzjonijiet u kwistjonijiet ta’ dan it-tip billi jinforma bil-miktub lis-sottokumitat tal-industrija, il-kummerċ u s-servizzi, sabiex dawn jiġu kkunsidrati mill-Partijiet. |
Dmirijiet tal-membri
|
6. |
Malli jintgħażel membru għandu jwettaq dmirijietu b’mod sħiħ u bla dewmien matul il-proċediment, u b’ġustizzja u diliġenza. |
|
7. |
Membru għandu jikkunsidra biss dawk il-kwistjonijiet li jkunu tqajmu waqt il-proċediment u li jitqiesu neċessarji biex tittieħed deċiżjoni. Dan id-dmir ma jistax jiġi delegat lill-ebda persuna oħra. |
|
8. |
Membru jrid jieħu l-passi kollha xierqa sabiex jiżgura li l-assistent u l-persunal tiegħu jkunu konxji mill-paragrafi 2, 3, 4, 5, 16, 17 u 18 ta’ din il-Kodiċi tal-Kondotta u josservawhom. |
|
9. |
Membru ma jistax jagħmel kuntatti ex parte rigward il-proċediment. |
Indipendenza u imparzjalità tal-membri
|
10. |
Membru jrid ikun indipendenti u imparzjali u jevita li joħloq dehra ta’ mġiba mhux xierqa jew preġudizzju u m’għandhux ikun influwenzat minn interess personali, pressjoni minn barra, konsiderazzjonijiet politiċi, opinjoni pubbliku, u lealtà lejn Parti jew biża’ ta’ kritika. |
|
11. |
Membru ma għandux jidħol, direttament jew indirettament, għal obbligi jew jaċċetta kwalunkwe benefiċċju li jista’ bi kwalunkwe mod jindaħal, jew jidher li jindaħal, fit-twettiq xieraq ta’ dmirijietu. |
|
12. |
Membru ma għandux juża l-pożizzjoni tiegħu fuq il-bord tal-arbitraġġ għall-aġevolament ta’ kwalunkwe interessi personali jew privati u għandu jevita azzjonijiet li jistgħu jagħtu l-impressjoni li oħrajn huma f’pożizzjoni li jinfluwenzawh. |
|
13. |
Membru ma jistax iħalli relazzjonijiet jew responsabilitajiet finanzjarji, tan-negozju, familjari jew soċjali jinfluwenzaw il-kondotta jew il-ġudizzju tiegħu. |
|
14. |
Membru jrid jevita li jidħol fi kwalunkwe relazzjoni jew li jakkwista kwalunkwe interess finanzjarju, li x’aktarx jaffettwa l-imparzjalità tiegħu jew li jista’ raġonevolment joħloq dehra ta’ mġiba mhux xierqa jew ta’ preġudizzju. |
Obbligi ta’ membri ta’ qabel
|
15. |
Il-membri kollha ta’ qabel iridu jevitaw azzjonijiet li jistgħu joħolqu dehra li jxaqilbu lejn xi naħa jew oħra fit-twettiq ta’ dmirijiethom jew li bbenefikaw minn vantaġġ derivat mid-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ. |
Kunfidenzjalità
|
16. |
L-ebda membru jew membru ta’ qabel m’għandu fl-ebda mument jiżvela jew juża informazzjoni mhux pubblika relatata ma’ proċediment jew akkwistata waqt proċediment ħlief għall-finijiet ta’ dak il-proċediment u m’għandu, fl-ebda każ, jiżvela jew juża l-ebda informazzjoni bħal din biex jikseb vantaġġ personali jew vantaġġ għal oħrajn jew biex jaffettwa ħażin l-interessi ta’ oħrajn. |
|
17. |
Membru qatt m’għandu jiżvela deċiżjoni ta’ bord tal-arbitraġġ jew partijiet minnha qabel ma din tiġi ppubblikata skont dan il-Protokoll. |
|
18. |
Membru jew membru ta’ qabel m’għandu fl-ebda mument jiżvela d-deliberazzjonijiet tal-bord tal-arbitraġġ, jew il-fehma ta’ kwalunkwe membru. |
Infiq
|
19. |
Kull membru għandu jżomm reġistru u jagħti kont finali taż-żmien mgħoddi fil-proċedura u tal-ispejjeż tiegħu. |
Medjaturi
|
20. |
Ir-regoli mfissra f’dan il-Kodiċi tal-Kondotta kif japplikaw għall-membri jew għall-membri ta’ qabel għandhom japplikaw, mutadis mutandis, għall-medjaturi. |
TRADUZZJONI
Dikjarazzjoni Konġunta
mill-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu
fl-okkażjoni tal-iffirmar ta’ Ftehim fl-għamla ta’ Protokoll li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni ta’ tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, fuq in-naħa l-oħra
Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data l-Unjoni Ewropea teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea.
Għalhekk, ir-referenzi għal “il-Komunità Ewropea” fit-test tal-Ftehim imsemmi hawn fuq, iffirmat illum, għandhom, fejn ikun adatt, jinqraw bħala “l-Unjoni Ewropea”.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2010.
Għall-Unjoni Ewropea
Għar-Repubblika tal-Libanu
Rettifika
|
14.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/36 |
Rettifika tad-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 399, tat-30 ta’ Diċembru 1989 )
(Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap 13, Vol 010, p. 98)
Paġna 105 tal-Edizzjoni Speċjali bil-Malti, ANNESS I, LISTA EŻAWRJENTI TAL-GRUPPI TAL-PPE MHUX KOPERTI B’DIN ID-DIRETTIVA, punt 3, l-ewwel inċiż:
minflok:
|
“— |
kondizzjonijiet atmosferiċi ħżiena (tagħmir tar-ras, ħwejjeġ ta’ l-istaġun, żraben, umbrelel, eċċ),” |
aqra:
|
“— |
kondizzjonijiet atmosferiċi (tagħmir tar-ras, ħwejjeġ ta’ l-istaġun, żraben, umbrelel, eċċ),”. |