ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.327.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 327

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
11 ta' Diċembru 2010


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2010/73/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat ( 1 )

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1169/2010 tal-10 ta' Diċembru 2010 dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sikurezza ferrovjarja ( 1 )

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1170/2010 tal-10 ta' Diċembru 2010 li japprova emendi mhux minuri għall-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pancetta Piacentina (DPO)]

26

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1171/2010 tal-10 ta' Diċembru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melón de La Mancha (IĠP)]

28

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1172/2010 tas-6 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żona VIa; fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żona Vb fil-Lvant ta' 12° 00′ W minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

30

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1173/2010 tas-6 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tat-tusk fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

32

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1174/2010 tal-10 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

34

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1175/2010 tal-10 ta’ Diċembru 2010 dwar il-prezzijiet tal-bejgħ taċ-ċereali bi tweġiba għat-tieni stediniet individwali għal sejħa għall-offerti fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti miftuħa skont ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010

36

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1176/2010 tal-10 ta’ Diċembru 2010 li jiddetermina safejn jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa matul ix-xahar ta' Novembru 2010 għal ċerti prodotti tal-ħalib fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001

38

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/91/UE tal-10 ta' Diċembru 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż il-metosulam bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni 2008/934/KE ( 1 )

40

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/765/PESK tat-2 ta’ Diċembru 2010 dwar l-azzjoni tal-UE fil-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir (SALW) bl-ajru

44

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/766/PESK tas-7 ta’ Diċembru 2010 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja

49

 

 

2010/767/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni C(2007) 2286 dwar l-adozzjoni tar-Regoli tal-KER għas-sottomissjoni ta’ proposti u għall-proċeduri relatati ta’ evalwazzjoni, selezzjoni u allokazzjoni għall-azzjonijiet indiretti taħt il-Programm Speċifiku Ideat tas-Seba’ Programm Kwadru (2007-2013) ( 1 )

51

 

 

IV   Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

 

 

2010/768/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2006 rigward l-Għajnuna mill-Istat C 39/03 (ex NN 119/02) li l-Greċja implimentat favur it-trasportaturi tal-ajru wara d-danni li sofrew mill-11 sal-14 ta’ Settembru 2001 (notifikata bid-dokument numru C(2006) 1580)  ( 1 )

71

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

11.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/1


DIRETTIVA 2010/73/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta' Novembru 2010

li temenda d-Direttivi 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 50 u 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa tiegħu tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007, qabel li l-piżijiet aministrattivi fuq il-kumpaniji għandhom jitnaqqsu b'25 % sas-sena 2012, biex tittejjeb il-kompetittività tal-kumpaniji fl-Unjoni.

(2)

Ċerti obbligi previsti fid-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ġew identifikati mill-Kummissjoni bħala li jidhru li jpoġġu piż eċċessiv fuq il-kumpaniji.

(3)

Dawk l-obbligi jeħtieġu jiġu riveduti sabiex il-piżijiet fuq il-kumpaniji fl-Unjoni jitnaqqsu għal minimu neċessarju mingħajr ma jiġu ppreġudikati l-protezzjoni għall-investituri u l-funzjonament xieraq tas-swieq tat-titoli fl-Unjoni.

(4)

Id-Direttiva 2003/71/KE teħtieġ lill-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni tal-applikazzjoni tad-Direttiva ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u tippreżenta, fejn xieraq, proposti għar-reviżjoni tagħha. Dik l-evalwazzjoni wriet li ċerti elementi tad-Direttiva 2003/71/KE għandhom jiġu emendati sabiex tiġi ssimplifikata u tittejjeb l-applikazzjoni tagħha, tiżdied l-effiċjenza tagħha u tissaħħaħ il-kompetittività internazzjonali tal-Unjoni, waqt li jingħata kontribut għat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi.

(5)

B'segwitu għall-konklużjonijiet tar-rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar is-Sorveljanza Finanzjarja fl-UE (ir-rapport “de Larosière”), fit-23 ta' Settembru 2009, il-Kummissjoni ressqet proposti leġiżlattivi konkreti għat-twaqqif ta' Sistema Ewropea ta' Superviżuri Finanzjarji magħmula minn netwerk ta' superviżuri finanzjarji nazzjonali li jaħdmu id f'id mal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej il-ġodda. Waħda minn dawk l-awtoritajiet ġodda, l-Awtorita' Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha tissostitwixxi lill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli.

(6)

Il-mod li bih jiġu kkalkolati l-limiti tal-ammonti massimi tal-offerti fid-Direttiva 2003/71/KE għandu jiġi ċċarat għal raġunijiet ta' ċertezza legali u ta' effiċjenza. Il-korrispettiv totali (ammonti totali) ta' ċerti offerti msemmija f'dik id-Direttiva għandu jinħadem fuq il-bażi tal-Unjoni kollha.

(7)

Għall-finijiet tal-assenjazzjonijiet privati ta' titoli, id-ditti ta' investiment u l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandu jkollhom id-dritt li jittrattaw ta' investituri kwalifikati lil dawk il-persuni jew entitajiet li huma deskritti fil-punti (1) sa (4) tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (5) u lil dawk il-persuni jew entitajiet li jiġu ttrattati bħala klijenti professjonali, jew li jkunu rikonoxxuti bħala kontropartijiet eliġibbli skont id-Direttiva 2004/39/KE. Id-ditti tal-investiment awtorizzati biex ikomplu jikkunsidraw lill-klijenti professjonali eżistenti bħala tali skont l-Artikolu 71(6) tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jiġu awtorizzati biex jittrattaw lil dawk il-klijenti ta' investituri kwalifikati taħt din id-Direttiva. Dan l-allinjament tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttivi 2003/71/KE u 2004/39/KE f'dan ir-rigward għandu jnaqqas il-kumplessità u l-ispejjeż għad-ditti ta' investiment fis-sitwazzjonijiet ta' assenjazzjonijiet privati għaliex id-ditti jkunu f'pożizzjoni li jiddefinixxu l-persuni jew entitajiet li lilhom tkun trid tiġi indirizzata l-assenjazzjoni filwaqt li joqogħdu fuq il-listi tagħhom stess ta' klijenti professjonali u kontropartijiet eliġibbli. L-emittent għandu jkun jista' joqgħod fuq il-lista ta' klijenti professjonali u kontropartijiet eliġibbli li tfasslet skont l-Anness II tad-Direttiva 2004/39/KE. Id-definizzjoni ta' investitur kwalifikat fid-Direttiva 2003/71/KE għandha għalhekk titwessa' biex tinkludi dawk il-persuni jew entitajiet u ma għandha tkompli tinżamm l-ebda skema separata għar-reġistri.

(8)

Huwa prerekwiżit fundamentali għall-integrità, l-effikaċja u l-funzjonament korrett tas-swieq finanzjarji li tkun żgurata l-applikazzjoni korretta u sħiħa tal-liġi tal-Unjoni. Hu mistenni li t-twaqqif tal-Awtorita' Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) se jikkontribwixxi għal dak il-għan billi jinħareġ ktieb tar-regoli wieħed u billi jitrawwem approċċ aktar konverġenti rigward l-iskrutinju u l-approvazzjoni tal-prospetti. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-Artikolu 2(1)(m)(ii) tad-Direttiva 2003/71/KE f'dak li għandu x'jaqsam mal-limitazzjoni tal-identifikazzjoni tal-Istat Membru ta' domiċilju għal kwistjonijiet ta' titoli mhux azzjonarji b'denominazzjoni ta' anqas minn EUR 1 000. Wara din l-evalwazzjoni, għandha tikkunsidra jekk id-dispożizzjoni għandhiex tinżamm jew titħassar.

(9)

Il-limitu minimu ta' EUR 50 000 fl-Artikolu 3(2)(c) u (d) tad-Direttiva 2003/71/KE ma għadux jirrifletti d-distinzjoni bejn l-investituri individwali u l-investituri professjonali f'termini tal-kapaċità tal-investitur, peress li jidher li reċentement anke investituri individwali għamlu investimenti ta' aktar minn EUR 50 000 fi tranżazzjoni unika. Għal dik ir-raġuni, huwa xieraq li jiżdied il-limitu minimu msemmi u li jiġu emendati b'dan il-mod id-dispożizzjonijiet l-oħra fejn jissemma dak il-limitu minimu. Għandhom isiru aġġustamenti korrispondenti fid-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Wara li jkunu saru dawk l-aġġustamenti u waqt li jitqies il-perjodu ta' titoli ta' dejn pendenti, għandu jkun hemm dispożizzjoni ta' anterjorità f'dak li għandu x'jaqsam mal-Artikolu 8(1)(b), l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 20(6) tad-Direttiva 2004/109/KE fir-rigward tat-titoli ta' dejn, li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tkun tal-anqas ta' EUR 50 000, li diġà jkunu ġew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fl-Unjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(10)

Prospett validu, imfassal minn emittent jew mill-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett u disponibbli għall-pubbliku fil-waqt tal-aħħar assenjazzjoni ta' titoli permezz ta' intermedjarji finanzjarji jew fi kwalunkwe bejgħ mill-ġdid sussegwenti ta' titoli, jipprovdi biżżejjed tagħrif lill-investituri biex jaslu għal deċiżjoni informata dwar l-investiment. Għalhekk, l-intermedjarji finanzjarji li jassenjaw jew sussegwentement jerġgħu jbiegħu it-titoli għandhom ikollhom id-dritt joqogħdu fuq il-prospett inizzjali ppubblikat mill-emittent jew mill-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett sakemm dan ikun validu u ssupplimentat kif xieraq skont l-Artikoli 9 u 16 tad-Direttiva 2003/71/KE u l-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil ta' tali prospett jaqblu mal-użu tiegħu. L-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett għandhom ikunu jistgħu jorbtu kundizzjonijiet mal-kunsens tagħhom. Il-kunsens, inkluża kwalunkwe kundizzjoni marbuta miegħu, għandu jingħata fi ftehim bil-miktub bejn il-partijiet involuti biex tkun tista' ssir valutazzjoni mill-partijiet rilevanti dwar jekk il-bejgħ mill-ġdid jew l-assenjazzjoni finali tat-titoli jikkonformawx mal-ftehim. Fil-każ li jingħata l-kunsens biex jintuża l-prospett, l-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett inizjali għandhom ikunu responsabbli għall-informazzjoni ddikjarata fih u, fil-każ ta' prospett ta' bażi, biex jipprovdu u jiddepożitaw it-termini finali u l-ebda prospett ieħor ma għandu jkun meħtieġ. Madankollu, f'każ li l-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil ta' tali prospett inizjali ma jaqbilx mal-użu tiegħu, l-intermedjarju finanzjarju għandu jkun meħtieġ jippubblika prospett ġdid. F'dak il-każ, l-intermedjarju finanzjarju għandu jkun responsabbli għall-informazzjoni fil-prospett, inkluża l-informazzjoni kollha inkorporata b'referenza u, fil-każ ta' prospett ta' bażi, it-termini finali.

(11)

Ghall-finijiet tal-applikazzjoni effiċjenti tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (7), tad-Direttiva 2003/71/KE u tad-Direttiva 2004/109/KE u sabiex jiġu ċċarati l-problemi sottostanti ta' differenzjazzjoni u duplikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tipproponi definizzjonijiet għal kull wieħed mit-termini “suq primarju”, “suq sekondarju”u “offerta pubblika”.

(12)

Minħabba l-kompetenza nazzjonali fil-liġi ċivili, l-iskemi ta' responsabbiltà fl-Istati Membri huma differenti b'mod sinifikanti. Sabiex jiġu identifikati u mmoniterjati l-arranġamenti fl-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea għandha tistabbilixxi tabella komparattiva tal-iskemi tal-Istati Membri.

(13)

L-Artikolu 4(1)(d) tad-Direttiva 2003/71/KE jipprevedi li l-obbligu li jiġi ppubblikat prospett ma għandux japplika għall-ishma offruti, allokati jew li jkunu se jiġu allokati mingħajr ħlas lid-detenturi tal-ishma eżistenti. Skont l-Artikolu 3(2)(e) ta' dik id-Direttiva, offerta b'korrispettiv totali ta' anqas minn EUR 100 000 hija kompletament eżenti mir-rekwiżit li jiġi ppubblikat prospett. L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(d) hija għalhekk superfluwa, ladarba offerta li tkun mingħajr ħlas taqa' fl-ambitu tal-Artikolu 3(2)(e).

(14)

L-eżenzjonijiet attwali għat-titoli offruti, allokati jew li jkunu se jiġu allokati lil impjegati jew diretturi eżistenti jew preċedenti huma restrittivi wisq biex ikunu utli għal numru sinifikanti ta' impjegaturi li joperaw skemi ta' ishma għall-impjegati fl-Unjoni. Il-parteċipazzjoni tal-impjegati fl-Unjoni hi partikolarment importanti għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju (SMEs), li fihom l-impjegati individwali jista' jkollhom rwol sinifikanti fis-suċċess tal-kumpanija. Għalhekk, ma għandu jkun hemm l-ebda rekwiżit li jiġi prodott prospett għall-offerti li jsiru fil-kuntest ta' skema ta' ishma għall-impjegati minn kwalunkwe kumpanija tal-Unjoni. Meta t-titoli ma jkunux ammessi għall-kummerċ, l-emittent mhuwiex soġġett għar-rekwiżiti dwar l-iżvelar u r-regoli dwar l-abbuż tas-suq eżistenti xierqa. Għalhekk, min iħaddem jew l-impriżi affiljati magħhom għandhom jaġġornaw id-dokument imsemmi fl-Artikolu 4(1)(e) tad-Direttiva 2003/71/KE, fejn ikun hemm bżonn, għal valutazzjoni xierqa tat-titoli. L-eżenzjoni għandha tiġi estiża wkoll għall-offerti pubbliċi u l-ammissjonijiet għall-kummerċ tal-kumpaniji reġistrati barra mill-Unjoni li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ jew f'suq regolat jew f'suq ta' pajjiż terz. F'dan il-każ tal-aħħar, il-Kummissjoni trid tkun ħadet deċiżjoni pożittiva dwar l-ekwivalenza tal-qafas legali u superviżorju tar-regolament tas-swieq korrispondenti fil-pajjiż terz sabiex tapplika l-eżenzjoni. Dan għandu jippermetti li l-impjegati tal-Unjoni jkollhom aċċess għall-informazzjoni attwali dwar il-kumpanija.

(15)

Is-sommarju tal-prospett għandu jkun sors essenzjali ta' informazzjoni għall-investituri individwali. Għandu jkun parti kompluta u indipendenti tal-prospett, u għandu jkun qasir, sempliċi, ċar u jinftiehem faċilment mill-investituri li hu mmirat lejhom u jkun. Għandu jiffoka fuq informazzjoni pinċipali li l-investituri jeħtieġu biex ikunu jistgħu jiddeċiedu liema offerti u ammissjonijiet ta' titoli se jkomplu jikkunsidraw. Informazzjoni pinċipali ta' dan it-tip għandha tagħti l-karatterisitiki essenzjali tal-emittent, kwalunkwe garanti, u t-titoli offruti jew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, kif ukoll ir-riskji assoċjati magħhom. Għandha tipprovdi wkoll it-termini ġenerali tal-offerta, inklużi l-ispejjeż stmati li l-emittent jew l-offerent ikun talab lill-investitur, u għandha tindika l-ispejjeż totali stmati, peress li dawn jistgħu jkunu sostanzjali. Għandha tinforma wkoll lill-investitur dwar kwalunkwe dritt marbut mat-titoli u dwar ir-riskji assoċjati ma' investiment fit-titolu rilevanti. Il-format tas-sommarju għandu jkun stabbilit b'mod li jippermetti paragun tas-sommarji ta' prodotti simili billi jiżgura li l-informazzjoni ekwivalenti tidher dejjem fl-istess pożizzjoni fis-sommarju.

(16)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda responsabbiltà ċivili ma għandha tiġi attribwita lil kwalunkwe persuna purament abbażi tas-sommarju, inkluża kull traduzzjoni tiegħu, sakemm is-sommarju ma jkunx qarrieqi, impreċiż jew inkonsistenti mal-partijiet rilevanti tal-prospett. Is-sommarju għandu jkun fih twissija ċara għal dan il-għan.

(17)

Huwa xieraq li jiġi ċċarat li t-termini finali tal-prospett ta' bażi għandhom jinkludu biss l-informazzjoni tan-nota dwar it-titoli li tkun speċifika għall-emissjoni u li tkun tista' tiġi stabbilita biss fil-waqt tal-emissjoni individwali. Informazzjoni ta' dan it-tip tista', pereżempju, tinkludi n-numru internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli, il-prezz tal-emissjoni, id-data tal-maturità, kwalunkwe kupun, id-data tal-eżerċizzju, il-prezz tal-eżerċizzju, il-prezz tal-fidwa u termini mhux magħrufa oħra fil-waqt tat-tfassil tal-prospett. Informazzjoni ġdida oħra li hi kapaċi taffettwa l-valutazzjoni tal-emittent u t-titoli għandha ġeneralment tkun inkluża f'suppliment għall-prospett. Barra minn hekk, sabiex jissodisfaw l-obbligu li jipprovdu informazzjoni pinċipali anke taħt prospett ta' bażi, l-emittenti għandhom jgħaqqdu s-sommarju mal-partijiet rilevanti tat-termini finali b'mod li jkun faċilment aċċessibbli għall-investituri. Ma għandha tiġi rikjesta l-ebda approvazzjoni separata f'dawn il-każi.

(18)

Sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-emissjonijiet bi prelazzjoni tat-titoli ta' ekwità u biex jitqies kif xieraq id-daqs tal-emittenti, bla ħsara għall-protezzjoni għall-investitur, għandha tiġi introdotta skema ta' żvelar proporzjonat għall-offerti ta' ishma lil detenturi ta' ishma eżistenti li jistgħu jew jissottoskrivu għal dawk l-ishma jew ibigħu d-dritt ta' sottoskrizzjoni għall-ishma, għal offerti minn SMEs u emittenti b'kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa (jiġifieri kumpaniji żgħar li l-ishma tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat), u għal offerti ta' titoli mingħajr ekwità msemmija fl-Artikolu 1(2)(j) tad-Direttiva 2003/71/KE, maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu). Fejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu ta' dan it-tip joħorġu titoli anqas mil-limitu stabbilit f'dak l-Artikolu, iżda jagħżlu li jkunu inklużi fl-iskema tad-Direttiva u li, konsegwentement, ifasslu prospett, għandhom ikunu intitolati li jgawdu mill-iskema rilevanti ta' żvelar proporzjonat. L-iskema ta' żvelar proporzjonat għall-emissjonijiet bi prelazzjoni għandha tapplika fejn l-ishma offruti huma tal-istess klassi bħall-ishma tal-emittent ammess għall-kummerċ jew f'suq regolat jew f'faċilità ta' kummerċ multilaterali kif definita fil-punt 15 tal-Artikolu 4(1)) tad-Direttiva 2004/39/KE sakemm il-faċilità hi soġġetta għar-rekwiżiti ta' żvelar u r-regoli dwar l-abbuż tas-suq eżistenti xierqa. L-Awtorita' Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandha toħroġ linji gwida fir-rigward ta' dawn il-kundizzjonijiet sabiex jiżgura approċċ konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti.

(19)

L-Istati Membri jippubblikaw ħafna informazzjoni dwar il-qagħda finanzjarja tagħhom li ġeneralment hija disponibbli għall-pubblikuFejn Stat Membru jiggarantixxi offerta ta' titoli, l-emittent għandu jkun obbligat jipprovdi fil-prospett informazzjoni dwar l-Istat Membru li jkun qed jaġixxi ta' garanti.

(20)

Sabiex tittejjeb iċ-ċertezza legali, il-validità ta' prospett għandha tibda mal-approvazzjoni tiegħu, f'ħin partikolari li jista' faċilment jiġi vverifikat mill-awtorità kompetenti. Barra minn hekk, sabiex tissaħħaħ il-flessibbiltà, l-emittenti, għandu jkollhom l-għażla ukoll li jaġġornaw id-dokument ta' reġistrazzjoni f' konformita' mal-proċedura biex jiġu ssupplimentati l-prospetti.

(21)

B'konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2004/109/KE, l-obbligu għall-emittent fid-Direttiva 2003/71/KE li jipprovdi annwalment dokument li jkun fih jew jirreferi għall-informazzjoni kollha ppubblikata fit-12-il xahar ta' qabel l-emissjoni tal-prospett sar obbligu duplikat u għalhekk għandu jiġi abbolit. Għaldaqstant, dokument tar-reġistrazzjoni, minflokk jiġi aġġornat skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/71/KE, għandu jiġi aġġornat permezz ta' suppliment jew nota dwar it-titoli.

(22)

L-Internet jiggarantixxi aċċess faċli għall-informazzjoni. Għalhekk, sabiex tiġi żgurata aċċessibbiltà aħjar għall-investituri, il-prospett għandu dejjem jiġi ppubblikat f'forma elettronika f'website rilevanti. Fejn persuna oħra apparti l-emittent ikun responsabbli għat-tfassil tal-prospett, għandu jkun biżżejjed li dik il-persuna tippubblika l-prospett fuq il-website ta' dik il-persuna.

(23)

Sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali, għandhom jiġu ċċarati l-iskadenzi għar-rekwiżit tal-pubblikazzjoni ta' suppliment għall-prospett u għad-dritt għal irtirar. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jitqiesu separatament. L-obbligu li prospett jiġi ssupplimentat għandu jintemm fl-għeluq finali tal-perjodu tal-offerta jew il-ħin meta jibda l-kummerċ ta' tali titoli f'suq regolat, skont liema isseħħ l-aħħar. Min-naħa l-oħra, id-dritt li aċċettazzjoni tiġi rtirata għandu jkun applikabbli biss jekk il-prospett ikollu x'jaqsam ma' offerta ta' titoli lill-pubbliku u jekk il-fattur, l-iżball jew l-impreċiżjoni l-ġodda jkunu saru qabel l-għeluq finali tal-offerta u l-forniment tat-titoli. Għaldaqstant, id-dritt ta' rtirar hu marbut mal-waqt meta jitfaċċaw il-fattur, l-iżball jew l-impreċiżjoni ġodda li jagħtu lok għas-suppliment, u jassumi li dan l-avveniment li wassal għal din is-sitwazzjoni jkun seħħ waqt li l-offerta kienet għadha miftuħa u qabel il-forniment tat-titoli.

(24)

Meta prospett jiġi ssupplimentat, l-armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni tal-iskeda ta' żmien għall-eżerċitar mill-investituri tad-dritt tal-irtirar tal-aċċettazzjonijiet preċedenti tagħhom tipprovdi ċertezza lill-emittenti li jagħmlu offerti transkonfinali ta' titoli. Biex ikun hemm flessibbiltà għall-emittenti minn Stati Membri tradizzjonalment bi skeda itwal ta' żmien f'dan ir-rigward, l-emittent jew l-offerent għandu jkollhom id-dritt jestendu volontarjament it-terminu għall-eżerċitar ta' dak id-dritt. Sabiex tittejjeb iċ-ċertezza legali, is-suppliment għall-prospett għandu jispeċifika meta jintemm id-dritt ta' rtirar.

(25)

L-awtorità responsabbli mill-approvazzjoni tal-prospett għandha tinnotifika wkoll l-emittent jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett biċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tal-prospett li jiġi indirizzat lill-awtoritajiet tal-Istati Membri ospitanti skont id-Direttiva 2003/71/KE sabiex l-emittent jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett jingħataw iċ-ċertezza dwar jekk u meta notifika tkun seħħet fil-verità.

(26)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Hu partikolarment importanti li l-Parlament Ewropew jiriċievi l-abbozzi ta' miżuri u l-abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra, qabel ma l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar l-ekwivalenza tal-prospetti mfassla f'pajjiż terz partikolari.

(27)

Sabiex jiġu rispettati l-prinċipji stipulati fil-premessa 41 tad-Direttiva 2003/71/KE u sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u jiġu speċifikati r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2003/71/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 290 TFUE. B'mod partikulari, jista' jkun li jkun hemm bżonn ta' atti ta' delega biex jiġu aġġornati l-limiti massimi u d-definizzjonijiet għal dawk il-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa u l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju stabbiliti f'din id-Direttiva u fid-Direttiva 2003/71/KE, u jiġi speċifikat il-kontenut dettaljat u l-forma speċifika tas-sommarju, biex, wara li jkun ħareġ ir-riżultat tad-dibattitu mniedi mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Prodotti ta' Investiment mhux Professjonali Offruti Flimkien tat-30 ta' April 2009, il-kontenut u l-forma tas-sommarju għat-titoli jiġu allinjati sal-ikbar ammont possibbli ma' dak ir-riżultat, biex jiġu evitati d-duplikazzjoni tad-dokumenti u l-konfużjoni potenzjali għall-investituri, kif ukoll biex jiġu mminimizzati l-ispejjeż.

(28)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom perjodu ta' tliet xhur mid-data tan-notifika biex joġġezzjonaw għal att ta' delega. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, għandu jkun possibbli li dan il-perjodu jiġi mtawwal bi tliet xhur fir-riward ta' dawk l-oqsma ta' tħassib sinifikanti. Għandu jkun ukoll possibbli li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jinformaw lill-istituzzjonijiet l-oħra dwar l-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet. Din l-approvazzjoni minn kmieni tal-atti ta' delega hi partikolarment xierqa meta jkun hemm bżonn li jintlaħqu skadenzi, pereżempju fejn hemm kalendarji stipulati fl-att bażiku biex il-Kummissjoni tadotta atti ta' delega.

(29)

Fid-Dikjarazzjoni 39 dwar l-Artikolu 290 TFUE, annessa mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-Trattat ta' Lisbona, iffirmata fit-13 ta' Diċembru 2007, il-Konferenza ħadet nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li tikkonsulta esperti maħtura mill-Istati Membri fit-tħejjija tal-abbozzi tal-atti ta' delega fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, f'konformità mal-prattika stabbilita tagħha.

(30)

Ladarba l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi b'rabta mal-obbligi ta' pubblikazzjoni ta' prospett fil-każ ta' offerti ta' titoli lill-pubbliku u l-ammissjoni għall-kummerċ fi swieq regolati fi ħdan l-Unjoni, ma jistgħax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk jista', għar-raġuni tal-iskala u l-effetti tal-miżuri, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jinkiseb dak il-għan.

(31)

Id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE għaldaqstant għandhom jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendament tad-Direttiva 2003/71/KE

Id-Direttiva 2003/71/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2:

(i)

il-punt (h) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(h)

it-titoli inklużi f'offerta meta l-korrispettiv totali għall-offerta fl-Unjoni jkun inqas min EUR 5 000 000, li għandu jiġi kkalkolat fuq perjodu ta' 12-il xahar;”;

(ii)

il-punt (j) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(j)

it-titoli mingħajr ekwità (titoli mhux azzjonarji) maħruġa b'mod kontinwu jew ripetut mill-istituzzjonijiet ta' kreditu fejn il-korrispettiv totali għall-offerta fl-Unjoni jkun inqas min EUR 75 000 000, li għandu jiġi kkalkolat fuq perjodu ta' 12-il xahar, sakemm dawn it-titoli:

(i)

ma jkunux issubordinati, konvertibbli jew skambjabbli;

(ii)

ma jagħtux id-dritt li jiġu ssottoskritti jew akkwistati tipi oħra ta' titoli u ma jkunux marbuta ma' strument derivattiv.”;

(b)

Għandu jiddaħħal dan il-paragrafu li ġej:

“4.   Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' delega skont l-Artikoli 24a, u b'mod soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 24b u 24c, miżuri dwar l-aġġustament tal-limiti msemmija fil-punti (h) u (j) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.”.

(2)

L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1:

(i)

il-punt (e) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(e)

‘investituri kwalifikati’ tfisser il-persuni jew l-entitajiet li huma deskritti fil-punti (1) sa (4) tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (*1), u persuni li, fuq talba, jiġu ttrattati bħala klijenti professjonali skont l-Anness II tad-Direttiva 2004/39/KE, jew li jiġu rikonoxxuti bħala kontropartijiet eliġibbli skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/39/KE sakemm ma jkunux talbu li jiġu ttrattati bħala klijenti mhux professjonali. Fuq talba, id-ditti ta' investiment u l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkomunikaw il-klassifikazzjonijiet tagħhom lill-emittent bla ħsara għal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data. Id-ditti ta' investiment awtorizzati biex ikomplu jikkunsidraw lill-klijenti professjonali eżistenti bħala tali skont l-Artikolu 71(6) tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jiġu awtorizzati jittrattaw lil dawk il-klijenti bħala investituri kwalifikati taħt din id-Direttiva;

(*1)   ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.”;"

(ii)

għandhom jiddaħħlu dawn il-punti li ġejjin:

“(s)

‘informazzjoni pinċipali’ tfisser l-informazzjoni essenzjali u strutturata kif jixraq li għandha tingħata lill-investituri bl-intenzjoni li jkunu jistgħu jifhmu n-natura u r-riskji tal-emittent, tal-garanti u tat-titoli li qed jiġu offruti lilhom jew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u, bla ħsara għall-Artikolu 5(2)(b), jiddeċiedu liema offerti ta' titoli se jikkunsidraw ulterjorment. Fid-dawl tal-offerta u tat-titoli kkonċernati, l-informazzjoni pinċipali għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

(i)

deskrizzjoni qasira tar-riskji assoċjati mal-emittent u ma' kull garanti u l-karatteristiċi essenzjali tagħhom, inklużi l-attiv, il-passiv u l-pożizzjoni finanzjarja;

(ii)

deskrizzjoni qasira tar-riskji assoċjati mal-investiment fit-titolu rilevanti u l-karatteristiċi essenzjali tiegħu, inkluż kwalunkwe dritt marbut mat-titoli;

(iii)

it-termini ġenerali tal-offerta, inklużi l-ispejjeż stmati li se jintalbu lill-investitur mill-emittent jew l-offerent;

(iv)

id-dettalji dwar l-ammissjoni għall-kummerċ;

(v)

ir-raġunijiet għall-offerta u l-użu tal-introjti;

(t)

‘kumpanija b'kapitalizzazzjoni tas-suq mnaqqsa’tfisser kumpanija elenkata f'suq regolat li kellha kapitalizzazzjoni tas-suq medja ta' anqas minn EUR 100 000 000 fuq il-bażi tal-kwoti ta' tmiem is-sena għat-tliet snin kalendarji preċedenti;”.

(b)

il-paragrafi 2 u 3 għandhom jitħassru;.

(c)

il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex jiġu speċifikati r-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' delega skont l-Artikolu 24a u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 24b u 24c, id-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, inkluż aġġustament tal-figuri użati fid-definizzjonijiet tal-SMEs, u għal-limiti massimi għall-kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa, waqt li jittieħed kont tas-sitwazzjoni fis-swieq nazzjonali differenti, inklużi l-klassifikazzjoni użata mill-operaturi tas-swieq regolati, il-leġislazzjoni u r-rakkommandazzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll l-iżviluppi ekonomiċi.”.

(3)

L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2:

(i)

l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   L-obbligu li jiġi ppubblikat prospett ma għandux japplika għat-tipi ta' offerta li ġejjin:

(a)

offerta ta' titoli indirizzata biss lil investituri kwalifikati; u/jew

(b)

offerta ta' titoli indirizzata lil inqas minn 150 persuna fiżika jew ġuridika għal kull Stat Membru, apparti l-investituri kkwalifikati; u/jew

(c)

offerta ta' titoli indirizzata lil investituri li jakkwistaw titoli għal korrispettiv totali ta' tal-anqas EUR 100 000 għal kull investitur, għal kull offerta separata; u/jew

(d)

offerta ta' titoli li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tammonta għal tal-anqas EUR 100 000; u/jew

(e)

offerta ta' titoli b'korrispettiv totali fl-Unjoni ta' inqas min EUR 100 000, li għandu jiġi kkalkolat fuq perjodu ta' 12-il xahar.”;

(ii)

għandu jiżdied dan is-subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri ma għadhomx jirrikjedi prospett ieħor fi kwalunkwe tali bejgħ mill-ġdid sussegwenti ta' titoli jew assenjazzjoni finali ta' titoli permezz ta' intermedjarji finanzjarji sakemm ikun disponibbli prospett validu skont l-Artikolu 9 u l-emittent jew il-persuna responsabbli mit-tfassil ta' tali prospett jaqblu mal-użu tiegħu permezz ta' ftehim bil-miktub.”;

(b)

għandu jiżdied dan il-paragrafu li ġej:

“4.   Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, inkluża l-inflazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' delega skont l-Artikolu 24a, u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 24b u 24c, miżuri dwar il-limiti massimi fil-punti (c) sa (e) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.”.

(4)

L-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1:

(i)

il-punti (c) sa (e) għanhom jinbidlu b'dan li ġej:

“(c)

it-titoli offruti, allokati jew li jkunu se jiġu allokati b'konnessjoni ma' fużjoni jew diviżjoni, sakemm ikun disponibbli dokument li jkun fih it-tagħrif meqjus mill-awtorità kompetenti bħala ekwivalenti għal dak tal-prospett, waqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni;

(d)

id-dividendi mħallsa lid-detenturi tal-ishma eżistenti fil-għamla ta' ishma tal-istess klassi bħall-ishma li fir-rigward tagħhom qed jitħallsu dawn id-dividendi, sakemm ikun disponibbli dokument li jkun fih it-tagħrif dwar l-għadd u n-natura tal-ishma u r-raġunijiet għall-offerta u d-dettalji dwarha;

(e)

it-titoli offruti, allokati jew li se jiġu allokati lid-diretturi jew lill-impjegati eżistenti jew preċedenti minn min jimpjegahom jew minn impriża affiljata, sakemm il-kumpanija jkollha s-sede jew l-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Unjoni u sakemm ikun disponibbli dokument li jkun fih it-tagħrif dwar l-għadd u n-natura tat-titoli u r-raġunijiet għall-offerta u d-dettalji dwarha.”;

(ii)

għandhom jiżdiedu dawn is-subparagrafi li ġejjin:

Il-punt (e) għandu japplika wkoll għal kumpanija stabbilita barra l-Unjoni Ewropea li t-titoli tagħha jiġu ammessi għall-kummerċ jew f'suq regolat jew f'suq ta' pajjiż terz. F'dan il-każ tal-aħħar, l-eżenzjoni għandha tapplika sakemm ikun disponibbli tagħrif xieraq, inkluż id-dokument imsemmi fil-punt (e), tal-anqas fi lsien li jintuża abitwalment fil-qasam tal-finanza internazzjonali u sakemm il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni ta' ekwivalenza fir-rigward tas-suq tal-pajjiż terz ikkonċernat.

Fuq talba minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet ta' ekwivalenza skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2), waqt li tiddikjara jekk il-qafas ġuridiku u superviżorju ta' pajjiż terz jiżgura li suq regolat awtorizzat f'dak il-pajjiż terz jikkonforma ma' rekwiżiti legalment vinkolanti li, għall-iskop tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni taħt il-punt (e), huma ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw mid-Direttiva 2003/6/KE 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (*2), mit-Titolu III tad-Direttiva 2004/39/KE u mid-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat (*3), u li huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effikaċi f'dak il-pajjiż terz. Dik l-awtorità kompetenti għandha tindika r-raġuni għaliex tikkunsidra li l-qafas ġuridiku u superviżorju tal-pajjiż terz ikkonċernat jista' jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti u għandha tipprovdi informazzjoni rilevanti għal dan il-għan.

Tali qafas ġuridiku u superviżorju ta' pajjiż terz jista' jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti fejn dak il-qafas ikun jissodisfa tal-anqas dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

is-swieq huma soġġetti għal awtorizzazzjoni u għal superviżjoni u infurzar effikaċi fuq bażi kontinwa;

(ii)

is-swieq għandhom regoli ċari u trasparenti dwar l-ammissjoni tat-titoli għall-kummerċ sabiex tali titoli jkunu jistgħu jiġu kkumerċjalizzati b'mod ġust, ordnat u effiċjenti, u jkunu liberament negozjabbli;

(iii)

l-emittenti ta' titoli huma soġġetti għal rekwiżiti ta' informazzjoni perjodika u kontinwa li jiżguraw livell għoli ta' ħarsien għall-investitur; u

(iv)

it-trasparenza u l-integrità tas-suq jiġu żgurati permezz tal-prevenzjoni ta' abbuż tas-suq fil-forma ta' insider dealing u manipulazzjoni tas-suq.

Fir-rigward tal-punt (e), sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi tas-swieq finanzjarji, il-Kummisjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' delega skont l-Artikolu 24a, u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 24b u 24c, il-miżuri biex jiġu speċifikati l-kriterji msemmijin hawn fuq jew biex jiżdiedu oħrajn biex jiġu applikati fl-evalwazzjoni tal-ekwivalenza.

(*2)   ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16."

(*3)   ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38."

(b)

fil-paragrafu 2, il-punt (d) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(d)

it-titoli offruti, allokati jew li jkunu se jiġu allokati b'konnessjoni ma' fużjoni jew diviżjoni, sakemm ikun disponibbli dokument li jkun fih it-tagħrif meqjus mill-awtorità kompetenti bħala ekwivalenti għal dak tal-prospett, waqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni;”.

(5)

L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2:

(i)

l-ewwel subparagrafu, il-kliem tal-bidu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Il-prospett għandu jkun fih it-tagħrif li jirrigwarda l-emittent u t-titoli li se jiġu offruti lill-pubbliku jew li se jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat. Għandu jinkludi wkoll sommarju li, f'manjiera qasira u f'lingwaġġ mhux tekniku, jipprovdi informazzjoni pinċipali fl-ilsien li fih kien tfassal oriġinarjament il-prospett. Il-format u l-kontenut tas-sommarju tal-prospett għandu jipprovdi, flimkien mal-prospett, tagħrif adegwat dwar l-elementi essenzjali tat-titoli kkonċernati bħala għajnuna għall-investituri meta jkunu qed jikkunsidraw jekk jinvestux f'tali titoli.

Is-sommarju għandu jitfassal f'format komuni sabiex tiġi ffaċilitata l-komparabbiltà tas-sommarji ta' titoli simili u l-kontenut tiegħu għandu jwassal l-informazzjoni pinċipali dwar it-titoli kkonċernati sabiex jgħin lill-investituri meta jkunu qed jikkunsidraw jekk jinvestux f'tali titoli. Is-sommarju għandu jkun fih ukoll twissija li:”;

(ii)

it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Meta l-prospett ikollu x'jaqsam mal-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat ta' titoli mingħajr ekwità li jkollhom denominazzjoni ta' tal-inqas EUR 100 000, ma għandu jkun hemm l-ebda rekwiżit li jiġi pprovdut sommarju ħlief meta Stat Membru hekk jitlob, skont l-Artikolu 19(4).”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.   L-emittent, l-offerent, jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jistgħu jfasslu l-prospett bħala dokument wieħed jew dokumenti separati. Prospett magħmul minn dokumenti separati għandu jaqsam l-informazzjoni meħtieġa f'dokument ta' reġistrazzjoni, nota dwar it-titoli u nota sommarja. Id-dokument ta' reġistrazzjoni għandu jkun fih l-informazzjoni li għandha x'taqsam mal-emittent. In-nota dwar it-titoli għandu jkun fiha l-informazzjoni dwar it-titoli offruti lill-pubbliku jew li jkunu se jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat.”;

(c)

fil-paragrafu 4, it-tielet subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Meta t-termini finali tal-offerta ma jkunu la inklużi fil-prospett ta' bażi u lanqas f'suppliment, it-termini finali għandhom isiru disponibbli għall-investituri u ddepożitati għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, kif ukoll ikkomunikati mill-emittent lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru/l-Istati Membri ospitanti meta ssir kull offerta pubblika malli jkun prattikabbli u, jekk ikun possibbli, qabel il-ftuħ tal-offerta pubblika jew l-ammissjoni għall-kummerċ. It-termini finali għandhom jinkludu biss l-informazzjoni li għandha x'taqsam man-nota dwar it-titoli u ma għandhomx jintużaw biex jissupplimentaw il-prospett ta' bażi. L-Artikolu 8(1)(a) għandu japplika f'dawk il-każijiet.”;

(d)

il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“5.   Sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u jiġu speċifikati r-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' delega skont l-Artikolu 24a, u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 24b u 24c, miżuri relatati ma' dan li ġej:

(a)

il-format tal-prospett jew il-prospett ta' bażi, is-sommarju, it-termini finali u s-supplimenti; u

(b)

il-kontenut dettaljat u l-forma speċifika tal-informazzjoni pinċipali li trid tiġi inkluża fis-sommarju.

Dawk l-atti ta' delega għandhom jiġu adottati sal-1 ta' Lulju 2012.”.

(6)

Fl-Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma tiġi attribwita l-ebda responsabbiltà ċivili lil persuna esklussivament abbażi tas-sommarju, inkluż kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, sakemm ma jkunx qarrieqi, impreċiż jew inkonsistenti, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, jew ma jkunx jipprovdi, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, l-informazzjoni pinċipali bħala għajnuna għall-investituri meta jkunu qed jikkunsidraw jekk jinvestux f'tali titoli. Is-sommarju għandu jkun fih twissija ċara għal dak il-għan.”.

(7)

L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-atti ta' delega dettaljati li jirrigwardaw l-informazzjoni speċifika li trid tiġi inkluża fi prospett, waqt li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-informazzjoni meta prospett ikun magħmul minn dokumenti separati, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 24a, u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 24b u 24c.”;

(b)

fil-paragrafu 2:

(i)

il-punt (b) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

it-tipi varji u l-karatteristiki varji tal-offerti u l-ammissjonijiet għall-kummerċ f'suq regolat tat-titoli mingħajr ekwità. L-informazzjoni rikjesta fi prospett għandha tkun xierqa mill-perspettiva tal-investituri kkonċernati għat-titoli mingħajr ekwità li jkollhom denominazzjoni għal kull unità tal-anqas ta' EUR 100 000;”;

(ii)

il-punt (e) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(e)

l-attivitajiet varji u d-daqs tal-emittent, partikolarment l-istituzzjonijiet ta' kreditu li joħorġu t-titoli mingħajr ekwità msemmija fl-Artikolu 1(2)(j), il-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa u l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju. Għal tali kumpaniji, l-informazzjoni għandha tiġi addattata għad-daqs tagħhom u, fejn xieraq, għall-perjodu ta' żmien iqsar minn mindu bdew joperaw;”;

(iii)

għandu jiżdied dan il-punt li ġej:

“(g)

reġim ta' żvelar proporzjonat għandu jkun applikabbli għall-offerti ta' ishma minn kumpaniji li l-ishma tagħhom tal-istess klassi jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jew għal faċilità multilaterali tal-kummerċ kif definita fil-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, li huma soġġetti għal rekwiżiti ta' żvelar kontinwu xierqa u għal regoli dwar l-abbuż tas-suq, sakemm l-emittent ma jkunx neħħa l-applikazzjoni tad-drittijiet ta' prelazzjoni statutarji.”;

(c)

il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.   L-atti ta' delega msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq l-istandards fil-qasam tal-informazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja stipulati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-kummissjonijiet ta' titoli, u b'mod partikolari mill-IOSCO u fuq l-Annessi indikattivi mehmuża ma' din id-Direttiva.”.

(8)

L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-parti introduttorja tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3, it-terminu “miżuri ta' implimentazzjoni”għandhu jinbidel bit-terminu “atti ta' delega”;

(b)

għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   Fejn it-titoli huma garantiti minn Stat Membru, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li jitolbu l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, jistgħu fit-tfassil tal-prospett f'konformita' mal-Artikolu 1(3), iħallu barra l-informazzjoni dwar dan il-garanti”;

(c)

il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u jiġu speċifikati r-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' delega skont l-Artikolu 24a, u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 24b u 24c, il-miżuri li jikkonċernaw il-paragrafu 2.”.

(9)

L-Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Prospett għandu jkun validu għal 12-il xahar wara li jiġi approvat għall-offerti lill-pubbliku jew l-ammissjonijiet għall-kummerċ f'suq regolat, sakemm dan il-prospett ikun ikkompletat b'kull suppliment rikjest skont l-Artikolu 16.”;

(b)

il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Dokument ta' reġistrazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), depożitat u approvat qabel, għandu jkun validu għal perjodu massimu ta' 12-il xahar. Id-dokument ta' reġistrazzjoni, aġġornat skont l-Artikolu 12(2) jew l-Artikolu 16, u akkumpanjat min-nota dwar it-titoli u n-nota sommarja, għandu jitqies li jikkostitwixi prospett validu.”.

(10)

L-Artikolu 10 għandu jitħassar.

(11)

L-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jippermettu li jiġi inkorporat tagħrif fil-prospett b'referenza għal dokument jew dokumenti ppubblikati qabel jew simultanjament li jkunu ġew approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jew depożitati għandha skont din id-Direttiva, jew id-Direttiva 2004/109/KE. Tali tagħrif għandu jkun dak l-iktar reċenti disponibbli għall-emittent. Is-sommarju ma għandux jinkorpora tagħrif b'referenza.”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u jiġu speċifikati r-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' delega skont l-Artikolu 24a, u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 24b u 24c, il-miżuri li jikkonċernaw it-tagħrif li jrid jiġi inkorporat b'referenza.”.

(12)

Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   F'dan il-każ, in-nota dwar it-titoli għandha tipprovdi t-tagħrif li normalment jiġi pprovdut fid-dokument ta' reġistrazzjoni, fejn tkun saret bidla materjali jew żvilupp riċenti li jistgħu jaffettwaw il-valutazzjonijiet tal-investituri minn meta jkun ħareġ id-dokument ta' reġistrazzjoni bl-iktar aġġornamenti riċenti, sakemm tali tagħrif ma jiġix provdut f'suppliment skont l-Artikolu 16. In-noti dwar it-titoli u n-noti sommarji għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni separata.”.

(13)

L-Artikolu 13, il-paragrafu 7 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“7.   Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u jiġu speċifikati r-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' delega skont l-Artikolu 24a, u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 24b u 24c, il-miżuri li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet skont liema jkunu jistgħu jiġu aġġustati l-limiti ta' żmien.”.

(14)

L-Artikolu 14 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2:

(i)

il-punt (c) fl-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

f'forma elettronika fuq il-website tal-emittent jew, jekk applikabbli, fuq il-website tal-intermedjarji finanzjarji li jkunu qed jassenjaw jew ibigħu t-titoli, inklużi l-aġenti tal-ħlas; jew”;

(ii)

it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-emittenti jew il-persuni responsabbli għat-tfassil ta' prospett li jippubblikaw il-prospett tagħhom skont il-punti (a) jew (b) għandhom jippubblikaw ukoll il-prospett tagħhom b'mod elettroniku skont il-punt (c).”;

(b)

il-paragrafu 8 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“8.   Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u jiġu speċifikati r-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' delega skont l-Artikolu 24a, u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 24b u 24c, il-miżuri li jikkonċernaw il-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu.”.

(15)

Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 7 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“7.   Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u jiġu speċifikati r-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' delega skont l-Artikolu 24a, u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 24b u 24c, il-miżuri li jikkonċernaw id-disseminazzjoni tar-riklami li jħabbru l-intenzjoni li jiġu offruti titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, b'mod partikulari qabel ma l-prospett isir disponibbli għall-pubbliku jew qabel il-ftuħ tas-sottoskrizzjoni, u li jikkonċernaw il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.”.

(16)

L-Artikolu 16 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 16

Supplimenti għall-prospetti

1.   Kull fattur, żball materjali jew impreċiżjoni ġodda sinifikanti li għandhom x'jaqsmu mat-tagħrif inkluż fil-prospett li jkun kapaċi jaffettwa l-valutazzjoni tat-titoli u li jinħolqu jew jiġu nnotati bejn iż-żmien meta l-prospett jiġi approvat u l-għeluq finali tal-offerta lill-pubbliku jew, skont il-każ, iż-żmien meta jibda l-kummerċ f'suq regolat, skont liema jseħħ l-aħħar, għandhom jissemmew f'suppliment għall-prospett. Tali suppliment għandu jiġi approvat bl-istess mod f'massimu ta' sebat ijiem tax-xogħol u ppubblikat skont tal-anqas l-istess arranġamenti li kienu applikati meta kien ippubblikat il-prospett oriġinali. Anke s-sommarju, u kull traduzzjoni tiegħu, għandu jiġi ssupplimentat, jekk ikun hemm bżonn, sabiex jitqies it-tagħrif il-ġdid inkluż fis-suppliment.

2.   Fejn il-prospett ikollu x'jaqsam ma' offerta ta' titoli lill-pubbliku, l-investituri li jkunu digà qablu li jixtru jew jissottoskrivu t-titoli qabel ma jiġi ppubblikat is-suppliment għandu jkollhom id-dritt, li jista' jiġi eżerċitat fi żmien jumejn tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni tas-suppliment, li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet tagħhom, sakemm il-fattur, l-iżball jew l-impreċiżjoni l-ġodda msemmijin fil-paragrafu 1 ikunu ħareġ qabel l-għeluq finali tal-offerta għall-pubbliku u l-forniment tat-titoli. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż mill-emittent jew l-offerent. Id-data finali tad-dritt ta' rtirar għandha tiġi ddikjarata fis-suppliment.”.

(17)

Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha, fuq it-talba tal-emittent jew tal-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett u fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara r-riċezzjoni ta' dik it-talba jew, fejn it-talba titressaq flimkien mal-abbozz tal-prospett, fi żmien ġurnata xogħol wara l-approvazzjoni tal-prospett, tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti b'ċertifikat ta' approvazzjoni li jattesta li l-prospett tfassal skont din id-Direttiva u b'kopja tal-prospett imsemmi. Fejn applikabbli, din in-notifika għandha tiġi akkumpanjata bi traduzzjoni tas-sommarju prodott taħt ir-responsabbiltà tal-emittent jew tal-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett. L-istess proċedura għandha tiġi segwita għal kull suppliment għall-prospett. Anke l-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett għandhom jiġu nnotifikati biċ-ċertifikat ta' approvazzjoni fl-istess ħin li tiġi nnotifikata l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.”.

(18)

Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Meta tintalab l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat ta' titoli mingħajr ekwità li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tammonta għal tal-anqas EUR 100 000, il-prospett għandu jitfassal jew fi lsien aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u tal-Istati Membri ospitanti jew fi lsien li jintuża abitwalment fil-qasam tal-finanzi internazzjonali, fuq l-għażla tal-emittent, tal-offerent jew tal-persuna li tkun qed titlob l-ammissjoni għall-kummerċ, skont il-każ. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, jirrikjedu li jitfassal sommarju fl-ilsien/ilsna uffiċjali tagħhom.”.

(19)

Fl-Artikolu 20, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' delega skont l-Artikolu 24a, u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 24b u 24c, il-miżuri li jistabbilixxu l-kriterji ġenerali ta' ekwivalenza, ibbażati fuq ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 5 u 7.”.

(20)

Fil-punt (d) tal-Artikolu 21(4), il-kliem “il-miżuri tagħha ta' implimentazzjoni”għandhom jinbidlu bil-kliem “l-atti ta' delega msemmija fiha”.

(21)

Għandhom jiddaħħlu dawn l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 24a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħat li tadotta l-atti ta' delega msemmijin fl-Artikolu 1(4), l-Artikolu 2(4), l-Artikolu 3(4), il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 4(1), l-Artikolu 5(5), l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 13(7), l-Artikolu 14(8), l-Artikolu 15(7) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20(3) għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta' erba' snin mill-31 ta' Diċembru 2010. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport fir-rigward tas-setgħa ddelegata sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' erba' snin. Id-delega tas-setgħa għandha tkun awtomatikament estiża għal perjodi tal-istess tul ta' żmien, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokawhiex skont l-Artikolu 24b.

2.   Malli tadotta att ta' delega, il-Kummissjoni għandha tinnotifika minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwaru.

3.   Is-setgħa li tadotta atti ta' delega hija konferita lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 24b u 24c.

Artikolu 24b

Revoka tad-delega

1.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 1(4), l-Artikolu 2(4), l-Artikolu 3(4), il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 4(1), l-Artikolu 5(5), l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 13(7), l-Artikolu 14(8), l-Artikolu 15(7) jew l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.   L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed l-aħħar deċiżjoni, filwaqt li tindika liema setgħa ddelegata għandha tkun soġġetta għal revoka.

3.   Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva minnufih jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ta' delega diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 24c

Oġġezzjonijiet għal atti ta' delega

1.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att ta' delega fi żmien perjodu ta' tliet xhur mid-data tan-notifika.

Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur.

2.   Jekk, meta jiskadi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att ta' delega, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data mniżżla fih.

L-att ta' delega jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

3.   Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att ta' delega fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. F' konformita' mal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att ta' delega.”.

(22)

Fit-Taqsima I(C) u fit-Taqsimiet III u IV tal-Anness I, fit-Taqsima II tal-Anness II, fit-Taqsimiet II u III tal-Anness III, u fit-tielet punt tal-Anness IV, it-terminu ‘informazzjoni prinċipali’għandu jiġi sostitwit bit-terminu ‘informazzjoni essenzjali’.

Artikolu 2

Emendemant tad-Direttiva 2004/109/KE

Id-Direttiva 2004/109/KE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2(1)(i), il-punt (i) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(i)

fil-każ ta' emittent ta' titoli ta' dejn li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tkun anqas minn EUR 1 000 jew emittent ta' ishma:

meta l-emittent ikun inkorporat fl-Unjoni, l-Istat Membru fejn ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu;

meta l-emittent ikun inkorporat f'pajjiż terz, l-Istat Membru msemmi fil-punt (iii) tal-Artikolu 2(1)(m) tad-Direttiva 2003/71/KE.

Id-definizzjoni ta' Stat Membru ‘ta' domiċilju’għandha tkun applikabbli għat-titoli ta' debitu f'munita oħra apparti l-euro, sakemm il-valur ta' tali denominazzjoni għal kull unità tkun, fid-data tal-emissjoni, anqas minn EUR 1 000, sakemm ma tkunx kważi ekwivalenti għal EUR 1 000;”.

(2)

L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (b) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

emittent li joħroġ esklussivament titoli ta' dejn ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tkun tal-inqas EUR 100 000 jew, fil-każ ta' titoli ta' dejn denominati f'munita apparti l-euro, meta l-valur ta' tali denominazzjoni għal kull unità jkun, fid-data tal-emissjoni, ekwivalenti għal tal-anqas EUR 100 000.”;

(b)

għandu jiżdied dan il-paragrafu li ġej:

“4.   Bħala deroga mill-paragrafu (1)(b), l-Artikoli 4, 5 u 6 ma għandhomx japplikaw għall-emittenti li joħorġu esklussivament titoli ta' dejn li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tkun tal-inqas EUR 50 000 jew, fil-każ ta' titoli ta' dejn denominati f'munita apparti l-euro, li l-valur ta' tali denominazzjoni għal kull unità jkun, fid-data tal-emissjoni, ekwivalenti għal tal-anqas EUR 50 000, li jkunu ġew ammessi l-ewwel darba għall-kummerċ f'suq regolat fl-Unjoni qabel il-31 ta' Diċembru 2010, għall-perjodu ta' żmien li matulu tali titoli ta' dejn ikunu għadhom pendenti.”.

(3)

Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 3 jinbidel b' dan li ġej:

“3.   Fejn ikunu biss dawk id-detenturi ta' titoli ta' dejn li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tammonta tal-anqas għal EUR 100 000 jew, fil-każ ta' titoli ta' dejn denominati f'munita apparti l-euro li l-valur tad-denominazzjoni għal kull unità tagħhom ikun, fid-data tal-emissjoni, ekwivalenti għal tal-anqas EUR 100 000, li ser jiġu mistiedna għal laqgħa, l-emittent jista' jagħżel bħala post għal-laqgħa kwalunkwe Stat Membru, sakemm il-faċilitajiet u l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tali detenturi jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom isiru disponibbli f'dak l-Istat Membru.

L-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika wkoll fir-rigward tad-detenturi tat-titoli ta' dejn li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tammonta tal-anqas għal EUR 50 000 jew, fil-każ ta' titoli ta' dejn denominati f'munita apparti l-euro li l-valur ta' tali denominazzjoni għal kull unità jkun, fid-data tal-emissjoni, ekwivalenti għal tal-anqas EUR 50 000, li jkunu diġà ġew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fl-Unjoni qabel il-31 ta' Diċembru 2010, għall-perjodu ta' żmien li tali titoli ta' dejn ikunu għadhom pendenti, sakemm il-faċilitajiet u l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tali detenturi jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom isiru disponibbli fl-Istat Membru magħżul mill-emittent.”.

(4)

Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 6 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“6.   Bħala deroga mill-paragrafi 1 sa 4, meta titoli li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tkun tammonta tal-inqas għal EUR 50 000 jew, fil-każ ta' titoli ta' dejn denominati f'munita apparti l-euro li jkunu, fid-data tal-emissjoni, ekwivalenti għal tal-anqas EUR 100 000, jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fi Stat Membru jew f'aktar minn Stat Membru wieħed, l-informazzjoni regolata għandha tiġi żvelata lill-pubbliku jew fi lsien aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u tal-Istati Membri ospitanti jew fi lsien li jintuża abitwalment fil-qasam tal-finanzi internazzjonali, fuq l-għażla tal-emittent jew tal-persuna li, mingħajr il-kunsens tal-emittent, tkun talbet tali ammissjoni.

Id-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika wkoll għat-titoli ta' dejn li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tkun tal-inqas EUR 50 000 jew, fil-każ ta' titoli ta' dejn denominati f'munita apparti l-euro li l-valur ta' tali denominazzjoni għal kull unità jkun, fid-data tal-emissjoni, ekwivalenti għal tal-anqas EUR 50 000, li jkunu diġà ġew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fi Stat Membru jew f'aktar minn Stat Membru wieħed qabel il-31 ta' Diċembru 2010, għall-perjodu ta' żmien li tali titoli ta' dejn ikunu għadhom pendenti.”.

Artikolu 3

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva sal-1 ta' Lulju 2012. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif isiru tali referenza u tali preċiżazzjoni għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Reviżjoni

Sal-1 ta' Jannar 2016, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/71/KE kif emendata minn din id-Direttiva, b'mod partikulari fir-rigward tal-applikazzjoni u l-effetti tar-regoli, inkluża r-responsabbiltà, fir-rigward tas-sommarju bl-informazzjoni pinċipali, l-impatt tal-eżenzjoni prevista fil-punt (e) tal-Artikolu 4(1) dwar il-protezzjoni tal-impjegati u l-iskema ta' żvelar proporzjonat imsemmija fil-punti (e) u (g) tal-Artikolu 7(2), u il-pubblikazzjoni elettronika tal-prospetti skont l-Artikolu 14 u għandha tirrivedi l-punt (ii) tal-punt (m) tal-Artikolu 2(1) f'dak li għandu x'jaqsam mal-limitazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-Istati Membri ta' domiċilju għal kwistjonijiet ta' titoli mingħajr ekwità b'denominazzjoni ta' anqas minn EUR 1 000 sabiex tikkunsidra jekk dik id-dispożizzjoni għandhiex tinżamm jew titneħħa. Il-Kummissjoni għandha, barra minn hekk, tqis il-ħtieġa li tiġi riveduta d-definizzjoni tat-terminu “offerta pubblika”, u l-ħtieġa li jiġu definiti t-termini “suq primarju”u“suq sekondarju”u, f'dan ir-rigward, għandha tiċċara kompletament ir-rabtiet bejn id-Direttiva 2003/71/KE u d-Direttivi 2003/6/KE u 2004/109/KE. B'segwitu għall-evalwazjonii tagħha, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien, fejn xieraq, ma' proposti li jemendaw id-Direttiva 2003/71/KE.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, l-24 ta’ Novembru 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

O. CHASTEL


(1)  L-Opinjoni tat-18 ta' Frar 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)   ĠU C 19, 26.1.2010, p. 1.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Ottubru 2010.

(4)   ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64 (Ħarġa Speċjali bil-Malti: Kap. 06, Vol. 06, p. 356).

(5)   ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(6)   ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.

(7)   ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

11.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1169/2010

tal-10 ta' Diċembru 2010

dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sikurezza ferrovjarja

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà tal-Linji tal-Ferrovija) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1)tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Rakkomandazzjoni ERA/REC/SAF/09-2009 mill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, li kienet ikkonsenjata lill-Kummissjoni fit-18 ta' Settembru 2009, dwar metodu komuni ta' sikurezza (CSM) għall-valutazzjoni tal-konformità,

Billi:

(1)

L-iskop ta' dan il-metodu komuni ta' sikurezza (CSM) li għandu jiġi stabbilit huwa li jipprovdi qafas għall-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza (awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza) sabiex jarmonizzaw il-kriterji tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom mal-Unjoni kollha, skont l-Artikolu 17(4) tad-Direttiva 2004/49/KE. Dan jagħti l-possibbiltà lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza biex jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżiti kollha b' mod uniformi.

(2)

Is-CSM għandu jinkludi r-rekwiżiti u l-metodi ta' valutazzjoni armonizzati kollha sabiex l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jkunu jistgħu joħorġu lill-amministratur tal-infrastruttura awtorizzazzjoni tas-sikurezza li tkopri l-adegwatezza tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza b’mod ġenerali u kwalunkwe awtorizzazzjoni speċifika għan-netwerk. Barra minn hekk, huwa probabbli li l-amministratur tal-infrastruttura se japplika għall-parti speċifika għan-netwerk tal-awtorizzazzjoni fl-istess ħin hekk kif japplika għal awtorizzazzjoni ġenerali bbażata fuq is-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tiegħu.

(3)

L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jivvalutaw il-ħila ta' amministratur tal-infrastruttura sabiex ikun konformi mar-rekwiżiti kollha mitluba ħalli jopera b’mod ġenerali u fuq in-netwerk speċifiku li għalih qed ifittex awtorizzazzjoni billi jivvalutaw is-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tiegħu fuq il-livell ta' sistema ta' ġestjoni fuq livell globali.

(4)

Kull awtorità tas-sikurezza nazzjonali jeħtieġ li tistabbilixxi arranġamenti sabiex teżamina jekk ir-riżultati deskritti fil-qosor fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sikurezza hux qed jirriżultaw tassew waqt it-tħaddim, wara li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni, u jekk hemmx konformità fuq bażi kontinwa mar-rekwiżiti kollha meħtieġa, kif inhu mitlub mill-Artikolu 16(2)(f) u mill-Artikolu 17(2) tad-Direttiva2004/49/KE. Dan għalhekk jirrikjedi l-iżvilupp ta' sistema ta' superviżjoni għal wara l-għoti bbażata fuq prinċipji fundamentali ewlenin sabiex ikun żgurat approċċ armonizzat mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza f’kull Stat Membru individwali.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat li ġie stabbilit skont l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2004/49/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi metodu komuni ta' sikurezza (CSM) għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sikurezza kif imsemmi fl-Artikolu 6(3)(b) tad-Direttiva 2004/49/KE.

Is-CSM jinkludi:

(a)

proċedura u kriterji għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza mill-amministraturi tal-infrastruttura, kif imsemmi fl-Artikolu 11(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2004/49/KE, kif inhu stabbilit fl-Annessi I u II għal dan ir-Regolament,

(b)

prinċipji għas-superviżjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/49/KE wara li l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tkun tat l-awtorizzazzjoni, kif inhu stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjoni li ġejja għandha tapplika:

“superviżjoni” tfisser l-arranġamenti stabbiliti mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza sabiex tissorvelja l-prestazzjoni tas-sikurezza wara li tkun tat awtorizzazzjoni tas-sikurezza.

Artikolu 3

Proċeduri għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet

1.   Meta jeżaminaw applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza mressqa wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom japplikaw il-proċedura stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament għall-valutazzjoni tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti fid-Direttiva 2004/49/KE. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jużaw ukoll il-kriterji ta' valutazzjoni stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

2.   Waqt il-valutazzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jistgħu jaċċettaw impenji mill-applikanti li se jiġġestixxu r-riskji permezz tal-użu ta' kuntratti ma' partijiet terzi. Il-kuntratti għandhom jispeċifikaw ukoll l-iskambju ta' informazzjoni meħtieġa sabiex ikun żgurat it-tħaddim sikur tal-vetturi, speċjalment f’oqsma relatati mal-ġestjoni tal-manutenzjoni.

3.   Għandu jkun preżunt li l-prodotti jew is-servizzi pprovduti mill-kuntratturi jew mill-fornituri lill-amministraturi tal-infrastruttura jkunu konformi mar-rekwiżiti tas-sikurezza jekk il-kuntratturi, il-fornituri jew il-prodotti jkunu ċċertifikati skont l-iskemi ta' ċertifikazzjoni rilevanti, stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, għall-provvista ta' prodotti u ta' servizzi ta' din ix-xorta.

Artikolu 4

Superviżjoni

Wara li jagħtu awtorizzazzjoni tas-sikurezza, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jissuperviżjonaw l-applikazzjoni kontinwata min-naħa tal-amministraturi tal-infrastruttura tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tagħhom u għandhom japplikaw il-prinċipji għas-superviżjoni stabbiliti fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dħul fis-Seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.


ANNESS I

Proċedura għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex jinkisbu awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza li għandhom jinħarġu skont l-Artikolu 11(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2004/49/KE

1.   Il-proċeduri li awtorità nazzjonali tas-sikurezza (awtorità nazzjonali tas-sikurezza) tistabbilixxi sabiex tirċievi u tivvaluta l-applikazzjonijiet u sabiex tagħti awtorizzazzjoni tas-sikurezza għandhom ikunu msejsa fuq il-prinċipji ta' qafas li ġejjin.

(a)   L-istabbiliment u l-eżami tal-proċess ta' valutazzjoni

L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jiżviluppaw proċessi strutturati u verifikabbli li għandhom jitwettqu minn persuni li jkunu kompetenti b’mod xieraq. Huma għandhom jiskrutinaw l-applikazzjonijiet skont il-kriterji ta' valutazzjoni għas-sistemi ta' ġestjoni tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II. Huma għandhom jirreġistraw u jagħtu raġunijiet għad-deċiżjonijiet kollha. Il-proċess globali ta' valutazzjoni tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandu jiġi perjodikament eżaminat internament u għandu jittejjeb kontinwament sabiex ikunu żgurati l-effikaċja u l-effiċjenza kontinwati tiegħu.

(b)   Il-kwalità tal-proċess ta' valutazzjoni

L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jimmonitorjaw il-kwalità tal-prestazzjoni tagħhom fi stadji ewlenin fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza.

(c)   L-ambitu tal-valutazzjoni

Il-valutazzjoni għandha tkun fuq il-livell ta' sistema ta' ġestjoni u għandha tkun xprunata mill-proċessi. Fejn l-iskrutinju jiżvela nuqqasijiet, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tista’ teżerċita diskrezzjoni u, jiddependi min-natura u mis-serjetà tan-nuqqas ta' konformità, għandha tiddeskrivi fil-qosor il-punti li jeħtieġ li jittejbu. Fl-aħħar nett, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha teżerċita s-setgħa tagħha biex tiċħad applikazzjoni.

Il-valutazzjoni għandha tkun:

adattata għar-riskji, għan-natura u għall-firxa ta' operazzjonijiet tal-applikant;

ibbażata fuq ġudizzji tal-ħila globali tal-amministratur tal-infrastruttura li jopera b’mod sikur kif inhu deskritt fis-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tiegħu.

(d)   Iż-żmien meta ssir il-valutazzjoni

L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom ilestu l-valutazzjoni fiż-żmien mitlub mill-Artikolu 12 tad-Direttiva 2004/49/KE filwaqt li jiżguraw irwieħhom li l-evidenza pprovduta mill-applikant tiġi eżaminata b’mod suffiċjenti. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tinforma lill-amministraturi tal-infrastruttura bil-kwistjonijiet li l-iktar li jqajmu tħassib kemm jista’ jkun kmieni mil-lat prattiku waqt il-fażi tal-valutazzjoni.

(e)   It-teħid tad-deċiżjonijiet waqt il-valutazzjoni

Deċiżjoni biex applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sikurezza tiġi aċċettata jew miċħuda għandha tkun ibbażata fuq l-evidenza pprovduta mill-applikant u fuq jekk intwerietx jew le konformità mar-rekwiżiti rilevanti.

2.   L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tivvaluta jekk is-sommarju mehmuż tal-manwal tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza jippermettix ġudizzju inizjali dwar il-kwalità ta' u dwar kemm hija xierqa s-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza u għandha tiddeċieda f’liema oqsma hija meħtieġa iktar informazzjoni. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tista’, bħala parti minn din it-talba għal iktar informazzjoni, tfittex kemm jista’ jkun informazzjoni dettaljata daqskemm tqis li huwa raġonevolment meħtieġ sabiex tgħin il-valutazzjoni tal-applikazzjoni tagħha.

3.   Meta tingħata awtorizzazzjoni tas-sikurezza, il-konformità tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tal-applikant mal-kriterji tal-valutazzjoni għandha tkun iddokumentata b’relazzjoni għal kull kriterju ta' valutazzjoni.

4.   Meta jiġi identifikat punt dubjuż jew nuqqas ta' konformità possibbli, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tkun speċifika u għandha tgħin lill-applikant jifhem il-livell ta' dettall mistenni fir-risposta. Biex tagħmel dan, hija għandha:

a.

tirreferi akkuratament għall-kriterji rilevanti u għandha tiżgura ruħha li l-applikant fehem b’mod ċar l-oqsma tan-nuqqas ta' konformità identifikati;

b.

tidentifika l-parti rilevanti tar-regolamenti, tar-regoli u tal-istandards relatati;

c.

tiddikjara għaliex il-kriterju ta' valutazzjoni ma ġiex sodisfatt;

d.

tiftiehem dwar iktar impenji, informazzjoni u kwalunkwe evidenza ta' sostenn li għandhom ikunu pprovduti, kif inhu mitlub mil-livell ta' dettall tal-kriterju, u għandha tispeċifika kemm l-azzjoni mitluba mill-applikant sabiex jiġi rrettifikat in-nuqqas kif ukoll il-perjodu ta' żmien għall-konformità;

e.

tispeċifika l-oqsma li jistgħu jkunu suġġetti għal iktar skrutinju permezz ta' superviżjoni wara l-għoti tal-awtorizzazzjoni.


ANNESS II

Kriterji għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex jinkisbu awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza li għandhom jinħarġu skont l-Artikolu 11(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2004/49/KE

A.   MIŻURI TA’ KONTROLL TAR-RISKJI GĦAR-RISKJI KOLLHA ASSOĊJATI MAL-ATTIVITÀ TAL-AMMINISTRATUR TAL-INFRASTRUTTURA (1)

A.1

Hemm proċeduri stabbiliti sabiex ikunu identifikati r-riskji assoċjati mal-operazzjonijiet ferrovjarji, inklużi dawk li jirriżultaw direttament minn attivitajiet ta’ xogħol, mid-disinn tal-impjieg jew mill-ammont ta’ xogħol u mill-attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet/persuni oħrajn.

A.2

Hemm proċeduri stabbiliti sabiex ikunu żviluppati u stabbiliti miżuri ta’ kontroll tar-riskji.

A.3

Hemm proċeduri stabbiliti sabiex tkun immonitorjata l-effikaċja tal-arranġamenti għall-kontroll tar-riskji u sabiex ikunu implimentati bidliet, meta dan ikun mitlub.

A.4

Hemm proċeduri stabbiliti sabiex tkun rikonoxxuta l-ħtieġa li jkun hemm ħidma flimkien ma’ entitajiet oħrajn (bħall-impriżi ferrovjarji, il-manifattur, il-fornitur tal-manutenzjoni, l-entità responsabbli għall-manutenzjoni, il-gwardjan tal-vetturi ferrovjarji, il-fornitur tas-servizzi, u l-entità tal-akkwist), fejn ikun xieraq, rigward kwistjonijiet fejn għandhom interfaċi kondiviżi li huwa probabbli li jaffetwaw l-istabbiliment ta’ miżuri ta’ kontroll tar-riskji adegwati skont l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2004/49/KE.

A.5

Hemm proċeduri għal dokumentazzjoni u għal komunikazzjoni miftiehma mal-entitajiet rilevanti, inklużi l-identifikazzjoni tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet ta’ kull organizzazzjoni parteċipanti u l-ispeċifikazzjonijiet għall-iskambji ta’ informazzjoni.

A.6

Hemm proċeduri sabiex tkun immonitorjata l-effikaċja ta’ dawn l-arranġamenti u sabiex ikunu implimentati bidliet meta dan ikun mitlub.

B.   KONTROLL TAR-RISKJI RELATAT MAL-PROVVISTA TAL-MANUTENZJONI U TAL-MATERJAL (2)

B.1

Hemm proċeduri sabiex mid-dejta dwar is-sikurezza jkunu derivati rekwiżiti/standards/proċessi ta’ manutenzjoni.

B.2

Hemm proċeduri sabiex l-intervalli ta’ manutenzjoni jkunu adattati skont it-tip u l-firxa ta’ servizz imwettaq.

B.3

Hemm proċeduri sabiex ikun żgurat li r-responsabbiltà għall-manutenzjoni tkun iddefinita b’mod ċar ħalli jkunu identifikati l-kompetenzi mitluba għall-karigi tal-manutenzjoni u sabiex ikunu allokati l-livelli xierqa ta’ responsabbiltà.

B.4

Hemm proċeduri sabiex tinġabar informazzjoni dwar il-ħsarat u d-difetti li jirriżultaw mit-tħaddim ta’ kuljum u sabiex dawn ikunu rrapportati lil dawk responsabbli għall-manutenzjoni.

B.5

Hemm proċeduri sabiex ikunu identifikati u rrapportati r-riskji li jirriżultaw minn difetti u minn nuqqasijiet ta’ konformità jew minn ħsarat fil-kostruzzjoni matul iċ-ċiklu ta’ ħajja kollu lill-partijiet interessati.

B.6

Hemm proċeduri sabiex ikunu vverifikati u kkontrollati l-prestazzjoni u r-riżultati tal-manutenzjoni ħalli jkun żgurat li dawn ikunu konformi mal-istandards korporattivi.

C.   KONTROLL TAR-RISKJI RELATAT MAL-UŻU TAL-KUNTRATTURI U MAL-KONTROLL TAL-FORNITURI (3)

C.1

Hemm proċeduri sabiex tkun ivverifikata l-kompetenza tal-kuntratturi (inklużi s-subkuntratturi) u tal-fornituri.

C.2

Hemm proċeduri sabiex ikunu vverifikati u kkontrollati l-prestazzjoni tas-sikurezza u r-riżultati tas-servizzi u tal-prodotti kkuntrattati kollha pprovduti jew mill-kuntrattur jew mill-fornitur sabiex ikun żgurat li dawn ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-kuntratt.

C.3

Ir-responsabbiltajiet u l-kompiti relatati ma’ kwistjonijiet dwar is-sikurezza ferrovjarja huma ddefiniti, magħrufa u allokati b’mod ċar bejn is-sħab kontraenti u fost il-partijiet interessati l-oħra kollha.

C.4

Hemm proċeduri sabiex tkun żgurata t-traċċabbiltà tad-dokumenti u tal-kuntratti relatati mas-sikurezza.

C.5

Hemm proċeduri sabiex ikun żgurat li l-kompiti tas-sikurezza, inkluż l-iskambju tal-informazzjoni relatata mas-sikurezza, jitwettqu mill-kuntratturi jew mill-fornitur skont ir-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fil-kuntratt.

D.   RISKJI LI JIRRIŻULTAW MILL-ATTIVITAJIET TA’ PARTIJIET OĦRAJN ESTERNI GĦAS-SISTEMA FERROVJARJA (4)

D.1

Hemm proċeduri sabiex jiġu identifikati r-riskji potenzjali minn partijiet esterni għas-sistema ferrovjarja fejn dan ikun xieraq u raġonevoli.

D.2

Hemm proċeduri sabiex ikunu stabbiliti miżuri ta’ kontroll ħalli jitaffew ir-riskji identifikati taħt D1 sa fejn għandhom x’jaqsmu r-responsabbiltajiet tal-applikant.

D.3

Hemm proċeduri sabiex tkun immonitorjata l-effikaċja tal-miżuri identifikati taħt D2 u sabiex jiġu implementati bidliet fejn ikun xieraq.

E.   DOKUMENTAZZJONI TAS-SISTEMA TA’ ĠESTJONI TAS-SIKUREZZA

E.1

Hemm deskrizzjoni tal-attività li tiċċara t-tip, il-firxa u r-riskju tal-operazzjoni.

E.2

Hemm deskrizzjoni tal-istruttura tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza, inkluża l-allokazzjoni tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet.

E.3

Hemm deskrizzjoni tal-proċeduri tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza, mitluba mill-Artikolu 9 u mill-Anness III tad-Direttiva 2004/49/KE, konsistenti mat-tip u mal-firxa ta’ servizzi operati.

E.4

Il-proċessi u l-kompiti kritiċi għas-sikurezza li jkunu rilevanti għat-tip ta’ attività/servizz huma elenkati u deskritti fil-qosor.

F.   DISTRIBUZZJONI TAR-RESPONSABBILTAJIET (5)

F.1

Hemm deskrizzjoni ta’ kif tkun żgurata l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza fl-organizzazzjoni kollha, fuq il-bażi ta’ għarfien ipprovat u tar-responsabbiltà ewlenija fuq il-livell maniġerjali.

F.2

Hemm proċeduri sabiex ikun żgurat li l-persunal b’responsabbiltajiet iddelegati fi ħdan l-organizzazzjoni jkollu l-awtorità, il-kompetenza u r-riżorsi xierqa sabiex jaqdi dmiru.

F.3

L-oqsma ta’ responsabbiltà relatati mas-sikurezza u d-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet lil funzjonijiet speċifiċi assoċjati magħhom, flimkien mal-interfaċi tagħhom, huma ddefiniti b’mod ċar.

F.4

Hemm proċedura sabiex ikun żgurat li l-kompiti tas-sikurezza huma ddefiniti b’mod ċar u huma ddelegati lil persunal b’kompetenza xierqa.

G.   IKUN ŻGURAT IL-KONTROLL MILL-MANIĠMENT FUQ LIVELLI DIFFERENTI (6)

G.1

Hemm deskrizzjoni ta’ kif jiġu allokati r-responsabbiltajiet għal kull proċess relatat mas-sikurezza fl-organizzazzjoni kollha.

G.2

Hemm proċedura għal monitoraġġ regolari tal-prestazzjoni tal-kompiti żgurata mill-katina tal-linja maniġerjali li trid tidħol fis-seħħ jekk il-kompiti mhux qed jitwettqu b’mod xieraq.

G.3

Hemm proċeduri sabiex ikun identifikat u ġestit l-impatt ta’ attivitajiet oħrajn ta’ ġestjoni fuq is-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza.

G.4

Hemm proċeduri sabiex dawk li għandhom rwol fil-ġestjoni tas-sikurezza jinżammu responsabbli għall-prestazzjoni tagħhom.

G.5

Hemm proċeduri sabiex ikunu allokati riżorsi ħalli jiġu assenjati l-kompiti skont is-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza.

H.   L-INVOLMENT TAL-PERSUNAL U TAR-RAPPREŻENTANTI TAGĦHOM FUQ IL-LIVELLI KOLLHA (7)

H.1

Hemm proċeduri stabbiliti sabiex ikun żgurat li l-persunal u r-rappreżentanti tal-persunal ikunu rrappreżentati u kkonsultatati b’mod adegwat fid-definizzjoni, fil-proposta, fl-eżami u fl-iżvilupp tal-aspetti tas-sikurezza tal-proċeduri operattivi li jistgħu jinvolvu lill-persunal.

H.2

L-involviment tal-persunal u l-arranġamenti għall-konsultazzjonijiet mal-persunal huma ddokumentati.

I.   IKUN ŻGURAT TITJIB KONTINWU (8)

Hemm proċeduri stabbiliti sabiex ikun żgurat, fejn dan ikun raġonevolment prattikabbli, it-titjib kontinwu tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza; dawn għandhom jinkludu:

(a)

proċeduri għal reviżjonijiet perjodiċi tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza, kif jinstab li jkun meħtieġ

(b)

proċeduri għad-deskrizzjoni ta’ arranġamenti sabiex tkun immonitorjata u analizzata d-dejta dwar is-sikurezza rilevanti

(c)

proċeduri għad-deskrizzjoni ta’ kif in-nuqqasijiet identifikati jiġu rrettifikati

(d)

proċeduri għad-deskrizzjoni tal-implimentazzjoni tar-regoli l-ġodda dwar il-ġestjoni tas-sikurezza bbażati fuq l-iżvilupp u fuq it-tagħlim miksub.

(e)

proċeduri għad-deskrizzjoni ta’ kif is-sejbiet tal-verifiki interni jintużaw sabiex jagħtu lok għal titjib fis-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza.

J.   POLITIKA TAS-SIKUREZZA APPROVATA MILL-KAP EŻEKUTTIV TAL-ORGANIZZAZZJONI U KKOMUNIKATA LILL-PERSUNAL KOLLU (9)

Jeżisti dokument li jiddeskrivi l-politika tas-sikurezza tal-organizzazzjoni u huwa:

(a)

ikkomunikat u mqiegħed għad-dispożizzjoni tal-persunal kollu, eż. permezz tal-intranet tal-organizzazzjoni;

(b)

adattat għat-tip u għall-firxa ta’ servizz;

(c)

approvat mill-kap eżekuttiv tal-organizzazzjoni.

K.   MIRI KWALITATTIVI U KWANTITTATIVI tal-organizzazzjoni SABIEX TINŻAMM U TITTEJJEB IS-SIKUREZZA, U L-PJANIJIET U L-PROĊEDURI SABIEX JINTLAĦQU DAWN IL-MIRI (10)

K.1

Hemm proċeduri sabiex ikunu ddeterminati l-miri tas-sikurezza rilevanti f’konformità mal-qafas legali, u hemm dokument li jiddikjara x’inhuma dawn il-miri.

K.2

Hemm proċeduri sabiex ikunu ddeterminati l-miri tas-sikurezza rilevanti li huma konsistenti mat-tip u mal-firxa tal-operazzjonijiet ferrovjarji koperti u mar-riskji rilevanti.

K.3

Hemm proċeduri sabiex il-prestazzjoni globali tas-sikurezza, b’relazzjoni għall-miri korporattivi tas-sikurezza tagħha u għal dawk stabbiliti fuq il-livell tal-Istat Membru, tkun ivvalutata b’mod regolari.

K.4

Hemm proċeduri stabbiliti sabiex l-arranġamenti operattivi jiġu mmonitorjati u rriveduti b’mod regolari billi:

(a)

tinġabar id-dejta dwar is-sikurezza rilevanti sabiex ikunu derivati t-tendenzi fil-prestazzjoni tas-sikurezza u tkun ivvalutata l-konformità mal-miri;

(b)

tiġi interpretata d-dejta rilevanti u jiġu implimentati l-bidliet meħtieġa.

K.5

Hemm proċeduri stabbiliti mill-amministratur tal-infrastruttura sabiex jiġu żviluppati pjanijiet u proċeduri ħalli jintlaħqu l-miri tiegħu.

L.   PROĊEDURI SABIEX JINTLAĦQU L-ISTANDARDS TEKNIĊI U OPERATTIVI EŻISTENTI, ĠODDA U MIBDULA JEW KUNDIZZJONIJIET PRESKRITTIVI OĦRAJN (11)

L.1.

Għar-rekwiżiti relatati mas-sikurezza li jkunu rilevanti għat-tip u għall-firxa tal-operazzjonijiet, hemm proċeduri sabiex:

(a)

dawn ir-rekwiżiti jiġu identifikati u jiġu aġġornati l-proċeduri rilevanti ħalli jirriflettu l-bidliet li sarulhom (ġestjoni tal-kontroll tal-bidliet);

(b)

jiġu implimentati;

(c)

tiġi mmonitorjata l-konformità magħhom;

(d)

tittieħed azzjoni meta jkun identifikat nuqqas ta’ konformità.

L.2

Hemm proċeduri stabbiliti sabiex ikun żgurat li l-persunal, il-proċeduri, id-dokumenti speċifiċi, it-tagħmir u l-vetturi ferrovjarji t-tajbin jintużaw għall-iskop maħsub.

L.3

Is-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza għandha proċeduri stabbiliti sabiex ikun żgurat li l-manutenzjoni titwettaq skont ir-rekwiżiti rilevanti.

M.   PROĊEDURI U METODI BIEX TITWETTAQ EVALWAZZJONI TAR-RISKJI U BIEX JIĠU IMPLIMENTATI MIŻURI TA’ KONTROLL TAR-RISKJI KULL DARBA LI BIDLA FIL-KUNDIZZJONIJIET OPERATTIVI JEW MATERJAL ĠDID TIMPONI RISKJI ĠODDA FUQ L-INRASTRUTTUTURA JEW FUQ IT-TĦADDIM (12)

M.1

Hemm proċeduri ta’ ġestjoni għal bidliet fit-tagħmir, fil-proċeduri, fl-organizzazzjoni, fil-persunal jew fl-interfaċi.

M.2

Hemm proċeduri ta’ valutazzjoni tar-riskji sabiex ikunu ġestiti l-bidliet u sabiex ikun applikat is-CSM dwar l-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji kif isemmi fl-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 352/2009 (13) meta mitlub.

M.3

Hemm proċeduri stabbiliti sabiex ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskji jiġu alimentati fi proċessi oħrajn fi ħdan l-organizzazzjoni u sabiex ikunu viżibbli għall-persunal rilevanti.

N.   PROVVISTA TA’ PROGRAMMI U TA’ SISTEMI TA’ TAĦRIĠ GĦALL-PERSUNAL SABIEX IKUN ŻGURAT LI L-KOMPETENZA TAL-PERSUNAL TINŻAMM AĠĠORNATA U L-KOMPITI JITWETTQU SKONT DAN (14)

N.1

Hemm sistema ta’ ġestjoni tal-kompetenzi li tinkludi, mill-inqas:

(a)

identifikazzjoni tal-għarfien u tal-ħiliet mitluba għal kompiti relatati mas-sikurezza;

(b)

prinċipji ta’ selezzjoni (il-livell edukattiv bażiku, il-kapaċità mentali u s-saħħa fiżika mitluba);

(c)

taħriġ inizjali u ċertifikazzjoni tal-kompetenza u tal-ħiliet miksuba;

(d)

taħriġ kontinwu u aġġornament perjodiku tal-għarfien u tal-ħiliet eżistenti;

(e)

kontrolli perjodiċi tal-kompetenza fejn ikun xieraq;

(f)

miżuri speċjali f’każ ta’ aċċidenti/inċidenti jew ta’ assenzi twal mix-xogħol, kif mitlub/fejn ikun xieraq;

(g)

taħriġ speċifiku fis-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza għall-persunal direttament involut fil-proċeduri li jiżguraw li s-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza taħdem.

N.2

Hemm proċeduri fi ħdan is-sistema ta’ ġestjoni tal-kompetenzi li jipprovdu għal:

(a)

l-identifikazzjoni tal-karigi li jwettqu kompiti ta’ sikurezza;

(b)

l-identifikazzjoni tal-karigi li jinvolvu responsabbiltajiet għat-teħid ta’ deċiżjonijiet operattivi fi ħdan is-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza;

(c)

persunal li jkollu l-għarfien, il-ħiliet u il-kapaċità (medika u psikoloġika) meħtieġa li jkunu adattati għall-kompiti tiegħu u li jiġu mġedda/aġġornati perjodikament;

(d)

l-allokazzjoni tal-persunal b’kompetenza adattata għall-kompiti rilevanti;

(e)

il-monitoraġġ ta’ kif jitwettqu l-kompiti u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet korrettivi fejn dan ikun mitlub.

O.   ARRANĠAMENTI GĦALL-PROVVISTA TA’ INFORMAZZJONI SUFFIĊJENTI FI ĦDAN L-ORGANIZZAZZJONI U, FEJN IKUN XIERAQ, BEJN L-ORGANIZZAZZJONIJIET LI JOPERAW FUQ L-ISTESS INFRASTRUTTURA (15)

O.1

Hemm proċeduri sabiex ikun żgurat li:

(a)

il-persunal ikollu għarfien u fehim tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza u l-informazzjoni tkun faċilment aċċessibbli; u

(b)

il-persunal tas-sikurezza rilevanti tingħatalu dokumentazzjoni xierqa dwar is-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza.

O.2

Hemm proċeduri sabiex ikun żgurat li:

(a)

l-informazzjoni operattiva ewlenija tkun rilevanti u valida;

(b)

il-persunal ikun jaf bl-eżistenza tagħha qabel ma trid tiġi applikata;

(c)

hija disponibbli għall-persunal u, fejn mitlub, jingħatawlhom formalment kopji tagħha.

O.3

Hemm arranġamenti stabbiliti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-amministratur tal-infrastruttura u impriżi ferrovjarji oħrajn.

P.   PROĊEDURI U FORMATI BIEX TKUN IDDOKUMENTATA L-INFORMAZZJONI DWAR IS-SIKUREZZA U L-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ PROĊEDURA GĦALL-KONTROLL TAL-KONFIGURAZZJONI TA’ INFORMAZZJONI VITALI DWAR IS-SIKUREZZA (16)

P.1

Hemm proċeduri sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni kollha rilevanti dwar is-sikurezza tkun korretta, kompluta, konsistenti, tinftiehem faċilment, tiġi aġġornata b’mod xieraq u ddokumentata kif suppost.

P.2

Hemm proċeduri sabiex:

(a)

il-kontroll tal-bidliet jingħata format, jiġi ġġenerat, iddistribwit u ġestit lid-dokumentazzjoni rilevanti kollha dwar is-sikurezza;

(b)

id-dokumentazzjoni/l-informazzjoni kollha rilevanti tiġi riċevuta, miġbura u maħżuna fuq karta jew permezz ta’ sistemi oħrajn ta’ reġistrazzjoni.

P.3

Hemm proċedura għall-kontroll tal-konfigurazzjoni ta’ informazzjoni vitali dwar is-sikurezza.

Q.   PROĊEDURI SABIEX IKUN ŻGURAT LI L-AĊĊIDENTI, L-INĊIDENTI, IL-KWAŻI INĊIDENTI U OKKORRENZI PERIKOLUŻI OĦRAJN JIĠU RRAPPORTATI, INVESTIGATI U ANALIZZATI U LI JITTIEĦDU L-MIŻURI PREVENTIVI MEĦTIEĠA (17)

Q.1

Hemm proċeduri sabiex ikun żgurat li l-aċċidenti, l-inċidenti, il-kważi inċidenti u okkorrenzi perikolużi oħrajn:

(a)

jiġu rrapportati, irreġistrati, investigati u analizzati;

(b)

jiġu rrapportati, kif inhu mitlub mil-leġiżlazzjoni rilevanti, lill-entitajiet nazzjonali.

Q.2

Hemm proċeduri sabiex ikun żgurat li:

(a)

ir-rakkomandazzjonijiet mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, mill-korp investigattiv nazzjonali, u mill-investigazzjonijiet tal-industrija/interni jiġu evalwati u implimentati jekk dan ikun xieraq jew obbligatorju;

(d)

ir-rapporti/l-informazzjoni rilevanti minn impriżi ferrovjarji, amministraturi tal-infrastruttura, entitajiet responsabbli għall-manutenzjoni u gwardjani tal-vetturi ferrovjarji oħrajn jiġu kkunsidrati u meqjusa.

Q.3

Hemm proċeduri sabiex l-informazzjoni rilevanti relatata mal-investigazzjoni u mal-kawżi tal-aċċidenti, tal-inċidenti, tal-kważi inċidenti u ta’ okkorrenzi perikolużi oħrajn tintuża ħalli tinkiseb tagħlima u, fejn ikun mitlub, ħalli jkunu adottati miżuri preventivi.

R.   PROVVISTA TA’ PJANIJIET GĦAL AZZJONI U TWISSIJIET U INFORMAZZJONI F’KAŻ TA’ EMERĠENZA, MIFTIEHMA MAL-AWTORITAJIET PUBBLIĊI XIERQA (18)

R.1

Dokument jidentifika t-tipi kollha ta’ emerġenza, inklużi l-operazzjonijiet iddegradati, u hemm proċeduri stabbiliti sabiex ikunu identifikati dawk ġodda.

R.2

Hemm proċeduri stabbiliti sabiex ikun żgurat li, għal kull tip ta’ emerġenza identifikata:

(a)

is-servizzi ta’ emerġenza jistgħu jiġu kkuntattjati fil-pront;

(b)

is-servizzi ta’ emerġenza jiġu pprovduti bl-informazzjoni kollha rilevanti kemm minn qabel, sabiex jippreparaw ir-reazzjoni ta’ emerġenza tagħhom, kif ukoll fil-ħin ta’ emerġenza.

R.3

Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet kollha huma identifikati u stabbiliti f’dokument.

R.4

Jeżistu pjanijiet għal azzjoni, twissijiet u informazzjoni u jinkludu:

(a)

proċeduri sabiex il-persunal kollu b’responsabbiltà għall-ġestjoni tal-emerġenzi jkun imwissi;

(b)

arranġamenti sabiex dawn ikunu kkomunikati lill-partijiet kollha, inklużi l-istruzzjonijiet ta’ emerġenza għall-passiġġieri;

(c)

arranġamenti sabiex il-persunal kompetenti jkun ikkuntattjat immedjatament ħalli jkun jista’ jieħu kwalunkwe deċiżjoni mitluba.

R.5

Hemm dokument li jiddeskrivi kif ġew allokati r-riżorsi u l-mezzi u kif ġew identifikati r-rekwiżiti tat-taħriġ.

R.6

Hemm proċeduri stabbiliti sabiex il-kundizzjonijiet operattivi normali jerġgħu jiġu stabbiliti mill-iktar fis possibbli.

R.7

Hemm proċeduri għall-ittestjar tal-pjanijiet ta’ emerġenza f’kooperazzjoni ma’ partijiet oħrajn sabiex il-persunal jiġi mħarreġ, jiġu ttestjati l-proċeduri, jiġu identifikati l-punti dgħajfa u jiġi vverifikat kif jiġu ġestititi sitwazzjonijiet ta’ emerġenza potenzjali.

R.8

Hemm proċeduri stabbiliti sabiex il-pjanijiet ta’ emerġenza jkunu kkoordinati mal-impriżi ferrovjarji li joperaw fuq l-infrastruttura tal-organizzazzjoni u kwalunkwe infrastruttura oħra li magħha jkun hemm interfaċa.

R.9

Hemm arranġamenti stabbiliti sabiex l-operazzjonijiet u t-traffiku ferrovjarju jitwaqqfu fil-pront, jekk ikun meħtieġ, u sabiex il-partijiet interessati kollha jkunu informati bl-azzjoni meħuda.

S.   DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL VERIFIKI INTERNI RIKORRENTI TAS-SISTEMA TA’ ĠESTJONI TAS-SIKUREZZA (19)

S.1

Hemm sistema ta’ verifiki interni li hija indipendenti u imparzjali u li taġixxi b’mod trasparenti.

S.2

Hemm skeda ta’ verifiki interni ppjanati li tista’ tiġi rriveduta jiddependi mir-riżultati tal-verifiki preċedenti u mill-monitoraġġ tal-prestazzjoni.

S.3

Hemm proċeduri stabbiliti sabiex ikunu identifikati u magħżula awdituri li jkunu kompetenti b’mod xieraq.

S.4

Hemm proċeduri stabbiliti sabiex:

(a)

jiġu analizzati u evalwati r-riżultati tal-verifiki;

(b)

jiġu rrakkomandati miżuri ta’ segwitu;

(c)

tittieħed azzjoni ta’ segwitu għall-effikaċja tal-miżuri;

(d)

jiġu ddokumentati l-eżekuzzjoni tal-verifiki u r-riżultati tal-verifiki.

S.5

Hemm proċeduri sabiex ikun żgurat li l-livelli ta’ grad għoli tal-katina maniġerjali jkunu jafu bir-riżultati tal-verifiki u jieħdu r-responsabbiltà globali għall-implimentazzjoni tal-bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza.

S.6

Hemm dokument li juri kif il-verifiki huma ppjanati b’relazzjoni għall-arranġamenti ta’ monitoraġġ ta’ rutina sabiex tkun żgurata konformità mal-proċeduri u mal-istandards interni.

T.   DISINN SIKUR TAL-INFRASTRUTTURA FERROVJARJA (20)

T.1

Hemm proċeduri sabiex ikun żgurat id-disinn sikur tal-infrastruttura matul iċ-ċiklu ta’ ħajja kollu tal-infrastruttura, li jkopri d-disinn u l-installazzjoni.

T.2

Hemm proċeduri li jikkunsidraw il-bidla teknika tal-infrastruttura u l-ġestjoni ta’ dik il-bidla.

T.3

Hemm proċeduri li juru li r-regoli rilevanti li jkopru d-disinn tal-infrastruttura u kwalunkwe metodu ta’ sikurezza nazzjonali ġew identifikati u li l-applikant jista’ jkun konformi magħhom.

U.   TĦADDIM SIKUR TAL-INFRASTRUTTURA (21)

U.1

Hemm proċeduri sabiex ikun żgurat li l-infrastruttura tiġi ġestita u operata b’mod sikur, billi jiġu kkunsidrati l-għadd, it-tip u l-firxa ta’ operaturi li jiġġestixxu servizzi fuq in-netwerk, inklużi l-interazzjonijiet kollha meħtieġa, jiddependi mill-kumplessità tal-operazzjoni.

U.2

Hemm proċeduri li juru kif tiġi ġestita s-sikurezza fuq il-fruntieri fiżiċi u/jew operattivi tal-infrastruttura.

U.3

Hemm proċeduri li juru kif jiġu ġestiti kooperazzjoni u koordinazzjoni effettivi, kemm f’sitwazzjonijiet normali kif ukoll f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.

U.4

Hemm proċeduri li juru li r-regoli li jkopru t-tħaddim sikur u l-ġestjoni tal-interfaċi tal-infrastruttura/vetturi ġew identifikati u li l-applikant jista’ jkun konformi magħhom.

V.   PROVVISTA TA’ MANUTENZJONI U TA’ MATERJAL (22)

V.1

Hemm proċeduri sabiex ikun żgurat li l-manutenzjoni tal-infrastruttura titwettaq b’mod sikur, inklużi kontroll ċar tal-ġestjoni u verifika u spezzjoni ddokumentati.

V.2

Hemm proċeduri li jiżguraw li l-manutenzjoni tal-infrastruttura tissodisfa l-ħtiġijiet speċifiċi tan-netwerk.

V.3

Hemm proċeduri li juru li r-regoli li jkopru l-provvista tal-manutenzjoni u tal-materjal ġew identifikati u li l-applikant jista’ jkun konformi magħhom.

W.   MANUTENZJONI U TĦADDIM TAS-SISTEMA TA’ KONTROLL U TA’ SINJALAZZJONI TAT-TRAFFIKU (23)

W.1

Hemm proċeduri sabiex ikun żgurat li s-sistema ta’ kontroll u ta’ sinjalazzjoni tat-traffiku tiġi operata u tinżamm f’kundizzjoni tajba sabiex ikun żgurat it-tħaddim sikur tal-ferrovija.

W.2

Hemm proċeduri sabiex ikun hemm konformità ma’ standards tekniċi u operattivi eżistenti, ġodda u mibdula.

W.3

Hemm proċeduri li jistabbilixxu kif tiġi ġestita s-sikurezza fuq il-fruntieri fiżiċi u/jew operattivi tas-sistema ta’ kontroll u ta’ sinjalazzjoni tat-traffiku, inkluż kif tiġi ġestita l-kooperazzjoni, jekk dan ikun meħtieġ.

W.4

Hemm proċeduri li juru li r-regoli li jkopru t-tħaddim sikur u l-manutenzjoni tas-sistema ta’ kontroll u ta’ sinjalazzjoni tat-traffiku ġew identifikati u li l-applikant jista’ jkun konformi magħhom.

(1)  Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2004/49/KE.

(2)  Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2004/49/KE.

(3)  Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2004/49/KE.

(4)  Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2004/49/KE.

(5)  Punt 1 tal-Anness III għad-Direttiva 2004/49/KE.

(6)  Punt 1 tal-Anness III għad-Direttiva 2004/49/KE.

(7)  Punt 1 tal-Anness III għad-Direttiva 2004/49/KE.

(8)  Punt 1 tal-Anness III għad-Direttiva 2004/49/KE.

(9)  Punt 2(a) tal-Anness III għad-Direttiva 2004/49/KE.

(10)  Punt 2(b) tal-Anness III għad-Direttiva 2004/49/KE.

(11)  Punt 2(c) tal-Anness III għad-Direttiva 2004/49/KE.

(12)  Punt 2(d) tal-Anness III għad-Direttiva 2004/49/KE.

(13)   ĠU L 108, 29.4.2009, p. 4.

(14)  Punt 2(e) tal-Anness III għad-Direttiva 2004/49/KE.

(15)  Punt 2(f) tal-Anness III għad-Direttiva 2004/49/KE.

(16)  Punt 2(g) tal-Anness III għad-Direttiva 2004/49/KE.

(17)  Punt 2(h) tal-Anness III għad-Direttiva 2004/49/KE.

(18)  Punt 2(i) tal-Anness III għad-Direttiva 2004/49/KE.

(19)  Punt 2(j) tal-Anness III għad-Direttiva 2004/49/KE.

(20)  Artikolu 11(1)(b) tad-Direttiva 2004/49/KE.

(21)  Artikolu 11(1)(b) tad-Direttiva 2004/49/KE.

(22)  Artikolu 11(1)(b) tad-Direttiva 2004/49/KE.

(23)  Artikolu 11(1)(b) tad-Direttiva 2004/49/KE.


ANNESS III

Prinċipji ta’ qafas għal superviżjoni wara l-għoti ta’ awtorizzazzjoni

1.

L-approċċ tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għal superviżjoni tal-konformità skont l-Artikoli 4(1) u 16(2)(e) tad-Direttiva 2004/49/KE għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji li ġejjin. Dawn il-prinċipji japplikaw għall-qafas tal-attivitajiet ta’ superviżjoni kollu u għall-każijiet individwali fi ħdan dak il-qafas.

2.

L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom japplikaw il-prinċipju tal-proporzjonalità bejn l-infurzar u r-riskju. L-azzjoni meħuda minn awtorità nazzjonali tas-sikurezza sabiex tinkiseb konformità jew sabiex jintalab rendikont mingħand l-amministraturi tal-infrastruttura talli ma ssodisfawx l-obbligi legali tagħhom għandha tkun proporzjonata għal kwalunkwe riskju għas-sikurezza jew għas-serjetà potenzjali ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità, inkluża kwalunkwe ħsara effettiva jew potenzjali.

3.

L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom japplikaw il-prinċipju tal-konsistenza tal-approċċ sabiex jiżguraw irwieħhom li awtorità nazzjonali tas-sikurezza jkollha approċċ simili f’ċirkustanzi simili sabiex tilħaq għanijiet simili.

4.

L-attività ta’ superviżjoni tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tkun immirata primarjament lejn dawk l-attivitajiet li awtorità nazzjonali tas-sikurezza temmen li jagħtu lok għall-iktar riskji serji jew fejn il-perikli huma l-inqas ikkontrollati sew. Biex tagħmel dan, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandu jkollha l-metodi u s-setgħa sabiex tivvaluta l-prestazzjoni tas-sikurezza ta’ kuljum tal-amministratur tal-infrastruttura.

5.

L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jiddeċiedu dwar il-prijoritajiet sabiex jużaw ir-riżorsi tagħhom b’mod effettiv imma d-deċiżjoni dwar kif l-aħjar li għandu jsir dan għandha tkun ta’ kull awtorità nazzjonali tas-sikurezza individwali. L-azzjoni għandha tkun iffokata fuq dawk li huma responsabbli għar-riskju u li qegħdin fl-aħjar pożizzjoni sabiex jikkontrollawh.

6.

L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom japplikaw il-prinċipju tat-trasparenza sabiex jgħinu lill-amministraturi tal-infrastruttura jifhmu dak li huwa mistenni minnhom (inkluż dak li għandhom jew m’għandhomx jagħmlu) u dak li għandhom jistennew mingħand l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza.

7.

L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom ikunu responsabbli għad-deċiżjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2004/49/KE. Għalhekk, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandu jkollhom politiki u prinċipji li jistgħu jiġu vvalutati fuq il-bażi tagħhom. Barra minn hekk, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandu jkollhom mekkaniżmu effettiv u faċilment aċċessibbli sabiex jittrattaw il-kummenti u jieħdu ħsieb l-ilmenti – proċedura tal-ilmenti.

8.

L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jiżviluppaw arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejniethom sabiex jikkondividu l-informazzjoni ma’ xulxin u sabiex jikkoordinaw ir-reazzjoni tagħhom għal ksur ta’ sikurezza. Barra minn hekk, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jiżviluppaw arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn sabiex jikkondividu l-informazzjoni u jiżviluppaw approċċi unifikati għal kwistjonijiet li jinfluwenzaw is-sikurezza ferrovjarja.

11.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1170/2010

tal-10 ta' Diċembru 2010

li japprova emendi mhux minuri għall-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pancetta Piacentina (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mill-Italja għall-approvazzjoni tal-emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Pancetta Piacentina”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/96 (3).

(2)

Minħabba li l-emendi konċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4), kif stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi. Il-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni kif stipulat fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, għalhekk l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppublikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)   ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)   ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19.

(4)   ĠU C 64, 16.3.2010, p. 32.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajjar, immellaħ, affumikat, eċċ.)

L-ITALJA

Pancetta Piacentina (DPO)


11.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1171/2010

tal-10 ta' Diċembru 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melón de La Mancha (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba ta’ Spanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Melón de La Mancha” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Ma kien hemm ebda oġġeżżjoni mibgħuta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006; din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)   ĠU C 121, 8.5.2010, p. 7.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassifikazzjoni 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

SPANJA

Melón de La Mancha (IĠP)


11.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1172/2010

tas-6 ta’ Diċembru 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żona VIa; fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żona Vb fil-Lvant ta' 12° 00′ W minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE, u għal bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (2), jistabbilixxi kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk, hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

21/T&Q

Stat Membru

Franza

Stokk

COD/5B6A-C

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

Iż-żona VIa; u l-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żona Vb fil-Lvant ta' 12° 00′ W

Data

18.6.2010


11.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1173/2010

tas-6 ta’ Diċembru 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tat-tusk fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE, u għal bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (2), jistabbilixxi kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk, hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 21, 26.01.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

20/T&Q

Stat Membru

Franza

Stokk

USK/567EI.

Speċi

Tusk (Brosme brosme)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI u VII

Data

18.6.2010


11.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1174/2010

tal-10 ta’ Diċembru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Diċembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

64,0

MA

73,3

TR

100,3

ZZ

79,2

0707 00 05

EG

150,8

TR

78,4

ZZ

114,6

0709 90 70

MA

97,0

TR

105,1

ZZ

101,1

0805 10 20

AR

43,0

BR

50,0

CL

87,6

MA

63,6

PE

58,9

SZ

46,6

TR

48,9

ZA

43,5

ZW

48,4

ZZ

54,5

0805 20 10

MA

71,4

TR

57,6

ZZ

64,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

72,6

TR

70,1

ZZ

71,4

0805 50 10

TR

54,4

ZZ

54,4

0808 10 80

AR

74,9

AU

187,9

CA

105,7

CL

84,2

CN

95,3

MK

26,7

NZ

98,3

US

106,2

ZA

121,6

ZZ

100,1

0808 20 50

CN

65,0

US

112,9

ZA

141,4

ZZ

106,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


11.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/36


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1175/2010

tal-10 ta’ Diċembru 2010

dwar il-prezzijiet tal-bejgħ taċ-ċereali bi tweġiba għat-tieni stediniet individwali għal sejħa għall-offerti fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti miftuħa skont ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(f) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1017/2010 (2) fetaħ il-bejgħ taċ-ċereali permezz ta’ proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3).

(2)

Skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 u l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1017/2010, fid-dawl tas-sejħiet għall-offerti li jkunu waslu bi tweġiba għal stediniet individwali għal sejħa għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa għal kull ċereali u għal kull Stat Membru prezz minimu tal-bejgħ jew tiddeċiedi li ma tiffissahx.

(3)

Fuq il-bażi tas-sejħiet għall-offerti li jkunu waslu għat-tieni stediniet individwali għal sejħa għall-offerti, ġie deċiż li għandu jkun iffissat prezz minimu tal-bejgħ għal ċertu ċereali u għal ċerti Stati Membri u ma għandux ikun iffissat prezz minimu tal-bejgħ għal ċereali oħra u għal Stati Membri oħra.

(4)

Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għat-tieni stediniet individwali għal sejħa għall-offerti għall-bejgħ taċ-ċereali fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti miftuħa skont ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010, fir-rigward ta’ liema, il-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ sejħiet għall-offerti skada fit-8 ta’ Diċembru 2010, id-deċiżjonijiet dwar il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull ċereali u għal kull Stat Membru huma stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 293, 11.11.2010, p. 41.

(3)   ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.


ANNESS

Deċiżjonijiet dwar bejgħ

(EUR/tunnellata)

Stat Membru

Il-prezz minimu tal-bejgħ

Qamħ komuni

Xgħir

Qamħirrun

Kodiċi tan-NM 1001 90

Kodiċi tan-NM 1003 00

Kodiċi tan-NM 1005 90 00

Il-Belġju

X

X

X

Il-Bulgarija

X

X

X

Ir-Repubblika Ċeka

214

175,01

X

Id-Danimarka

X

191,01

X

Il-Ġermanja

X

185

X

L-Estonja

X

175

X

L-Irlanda

X

X

X

Il-Ġreċja

X

X

X

Spanja

X

X

X

Franza

X

X

L-Italja

X

X

X

Ċipru

X

X

X

Il-Latvja

X

X

X

Il-Litwanja

X

176,2

X

Il-Lussemburgu

X

X

X

L-Ungerija

X

174

X

Malta

X

X

X

Il-Pajjiżi l-Baxxi

X

X

X

L-Awstrija

X

184,65

X

Il-Polonja

X

X

X

Il-Portugall

X

X

X

Ir-Rumanija

X

X

X

Is-Slovenja

X

X

X

Is-Slovakkja

X

175,1

X

Il-Finlandja

194,57

174,5

X

L-Isvezja

X

X

Ir-Renju Unit

X

199,08

X

(—)

L-ebda prezz minimu tal-bejgħ iffissat (l-offerti kollha ġew miċħuda)

(°)

L-ebda offerta

(X)

L-ebda ċereali ma huma disponibbli għall-bejgħ

(#)

Mhux applikabbli


11.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/38


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1176/2010

tal-10 ta’ Diċembru 2010

li jiddetermina safejn jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa matul ix-xahar ta' Novembru 2010 għal ċerti prodotti tal-ħalib fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti agrikoli soġġetti għal sistema ta’ ċertifikati tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa bejn l-20 u it-30 ta’ Novembru 2010 għal ċerti kwoti tariffarji msemmija fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta’ Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (3), jirrigwardaw kwantitajiet ogħla minn dawk disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat kemm jistgħu jinħarġu liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġu ffissati l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti tal-kwoti tariffarji msemmija fit-taqsimiet I.A, I.F, I.H, I.I, u I.J tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2353/2001, imressqa matul il-perjodu bejn l-20 u it-30 ta’ Novembru 2010 jagħtu lok għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet mitluba, bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni ffissati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Diċembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)   ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29.


ANNESS

I.A

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4590

09.4599

09.4591

09.4592

09.4593

09.4594

09.4595

100  %

09.4596

100  %

“—”: Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

I.F

Prodotti li joriġinaw mill-Iżvizzera

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4155

50,00  %

I.H

Prodotti li joriġinaw min-Norveġja

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4179

100  %

I.I

Prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4205

100  %

09.4206

100  %

I.J

Prodotti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Moldova

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4210

“—”: Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.


DIRETTIVI

11.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/40


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/91/UE

tal-10 ta' Diċembru 2010

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż il-metosulam bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni 2008/934/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u Nru 1490/2002 (3) jistipulaw regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm tax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista kienet tinkludi l-metosulam.

(2)

Skont l-Artikolu 11e tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 l-applikant irtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta' dik is-sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (4) kienet adottata għan-noninklużjoni tal-metosulam.

(3)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn hawn 'il quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata prevista fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5).

(4)

L-applikazzjoni tressqet lil Franza, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 451/2000. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. L-applikazzjoni tikkonforma wkoll mar-rekwiżiti proċedurali u sostantivi li fadal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

Franza vvalutat id-dejta addizzjonali mibgħuta mill-applikant u ħejjiet rapport addizzjonali. Hija kkomunikat dak ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fis-7 ta' Awwissu 2009. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u għaddiet il-kummenti li waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar il-metosulam lill-Kummissjoni fit-23 ta' April 2010 (6). L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew irreveduti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzati fit-28 ta' Ottubru 2010 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għall- metosulam.

(6)

Ħareġ ċar mid-diversi eżamijiet li saru li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-metosulam huma mistennija jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u mniżżla fid-dettall fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-metosulam jiġi inkluż fl-Anness I biex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(7)

Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb iktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tiġi suġġetta għal xi kundizzjonijiet. Għalhekk, huwa xieraq li l-applikant ikun meħtieġ jibgħat tagħrif ulterjuri biex jikkonferma r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju fuq il-bażi tal-iktar għerf xjentifiku reċenti fir-rigward tad-dipendenza tal-pH potenzjali tal-assorbiment mill-ħamrija, tal-lissija sal-ilma ta' taħt l-art u tal-espożizzjoni għall-metaboliti M01 u M02, tal-potenzjal ta' ġenotossiċità ta' impurità waħda u dwar l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva kif immanufatturata.

(8)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessanti jingħataw ċans jippreparaw irwieħhom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

(9)

Bla ħsara għall-obbligi definiti mid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni tas-sustanzi attivi fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-metosulam sabiex jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kondizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, ikunu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, skont kif ikun meħtieġ, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B'deroga mill-iskadenza msemmija hawn fuq, għandu jiġi pprovdut perjodu itwal għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-fajl sħiħ tal-Anness III ta' kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE.

(10)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (7) wriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirjiet tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta' awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta' dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati s'issa li jemendaw l-Anness I.

(11)

Għalhekk jixraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(12)

Id-Deċiżjoni 2008/934/KE tistipula n-noninklużjoni tal-metosulam u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti tal-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanza sal-31 ta' Diċembru 2011. Hemm bżonn li titħassar il-linja li tikkonċerna l-metosulam fl-Anness ma' dik id-Deċiżjoni.

(13)

Huwa għalhekk xieraq li tiġi emendata d-Deċiżjoni 2008/934/KE skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Il-linja li tikkonċerna l-metosulam fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/934/KE għandha titħassar.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2011 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Novembru 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza tali meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom, b’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE u fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-metosulam bħala sustanza attiva sal-1 ta' Novembru 2011. Sa dik id-data huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta' dik id-Direttiva li jikkonċernaw il-metosulam huma sodisfatti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tikkonċerna dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu f’idejh, jew li jkollu aċċess għal, fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih il-metosulam bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li jkunu lkoll elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2011, l-Istati Membri għandhom jirrivalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi tal-fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li tikkonċerna l-metosulam. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li ssir din id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-metosulam bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2015; jew

(b)

fil-każ ta' prodott li fih il-metosulam bħala wieħed minn diversi sustanzi attivi, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-30 ta' April 2015 jew sad-data ffissata għat-tali emenda jew irtirar fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema minnhom hi l-aktar reċenti.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2011.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)   ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)   ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)   ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.

(5)   ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva metosulam. Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(5):1592. [67 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1592. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu

(7)   ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.


ANNESS

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem skont l-IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“317

Metosulam

Nru CAS: 139528-85-1

Nru CIPAC: 707

2′,6′-dikloro-5,7-dimetossi-3′-metil[1,2,4]triażolo

[1,5-a]pirimidin-2-sulfonanilide

≥ 980 g/kg

1 ta' Mejju 2011

30 ta' April 2021

PARTI A

L-użu bħala erbiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-metosulam, u b’mod partikolari għandhom jitqiesu l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħa tal-Annimali fit-28 ta' Ottubru 2010.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti għal dan li ġej:

għall-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art meta s-sustanza attiva tkun applikata f’reġjuni b'ħamrija u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli;

ir-riskju għal organiżmi akkwatiċi;

ir-riskju għal pjanti mhux fil-mira fiż-żona 'l barra mill-għalqa.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jippreżenta lill-Kummissjoni, sat-30 ta' Ottubru 2011, aktar informazzjoni dwar l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva kif immanifatturata.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jibgħat lill-Kummissjoni, sat-30 ta' April 2013, tagħrif ta' konferma fir-rigward ta':

il-potenzjal ta' dipendenza tal-pH tal-assorbiment tal-ħamrija, lissija sal-ilma ta' taħt l-art u espożizzjoni għall-ilma tal-wiċċ għall-metaboliti M01 u M02;

il-ġenotossiċità potenzjali ta' impurità waħda.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


DEĊIŻJONIJIET

11.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/44


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/765/PESK

tat-2 ta’ Diċembru 2010

dwar l-azzjoni tal-UE fil-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir (SALW) bl-ajru

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 26(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Diċembru 2003, il-Kunsill adotta Strateġija Ewropea ta’ Sigurtà li tidentifika ħames sfidi prinċipali li trid tiffaċċa l-Unjoni: it-terroriżmu, il-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda massiva, il-konflitti reġjonali, il-falliment tal-Istat u l-kriminalità organizzata. Il-konsegwenzi tal-manifattura, it-trasferiment u ċ-ċirkolazzjoni illeċiti ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir (SALW) u l-akkumulazzjoni eċċessiva u t-tixrid bla kontroll tagħhom huma ċentrali għal erbgħa minn dawn il-ħames sfidi.

(2)

Fil-15-16 ta’ Diċembru 2005, il-Kunsill adotta l-Istrateġija tal-UE għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti ta’ SALW u l-munizzjoni tagħhom (Strateġija SALW tal-UE). L-Istrateġija SALW tal-UE tippromwovi l-iżvilupp ta’ politika fil-ġlieda attiva kontra n-netwerks illeċiti tat-traffikar fis-SALW (sensara u trasportaturi illeċiti) bl-użu tal-ispazju tal-ajru, il-baħar u l-art tal-Unjoni, bit-tfassil ta’ mekkaniżmi ta’ allert u kooperazzjoni.

(3)

Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Istrateġija SALW tal-UE jissottolinja wkoll il-ħtieġa li jittejjeb l-impatt tal-missjonijiet tal-immaniġġar ta’ kriżijiet bl-inklużjoni fil-mandat tagħhom ta’ miżuri li għandhom l-għan li jistabbilixxu l-kontrolli fuq il-fruntieri (jew il-kontroll tal-ispazju tal-ajru, l-art u l-baħar taż-żona ta’ konflitt) u d-diżarm.

(4)

Il-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill tal-UE dwar id-Diżarm Globali u l-Kontroll tal-Armi (CODUN) u ċ-Ċentru ta’ Sitwazzjonijiet Konġunt (SitCen) tal-UE, sa mill-2007, żviluppaw inizjattiva tal-UE li tostakola t-traffikar illeċitu tas-SALW permezz tat-trasport bl-ajru, bit-tisħiħ tal-iskambju fost l-Istati Membri, ta’ informazzjoni rilevanti dwar trasportaturi bl-ajru ssuspettati. Fl-istabbiliment ta’ din is-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni, il-CODUN u s-SitCen kienu qegħdin jikkollaboraw mal-Istitut Internazzjonali ta’ Riċerka dwar il-Paċi ta’ Stokkolma (SIPRI) u l-Proġett tiegħu ta’ Valutazzjoni tal-Mekkaniżmu fil-Ġlieda kontra t-Traffikar Illeċitu (CIT - MAP). Fil-qafas ta’ din l-inizjattiva, reċentement il-CODUN qabel li jikkunsidra l-modi kif jista’ jtejjeb l-operattività u l-effettività ta’ din l-inizjattiva tal-UE, billi jiżgura li jkun hemm aġġornament u proċessar fil-ħin ta’ informazzjoni rilevanti.

(5)

Ir-riskju fuq is-sigurtà internazzjonali mill-kummerċ illeċitu tas-SALW bl-ajru kien rikonoxxut ukoll minn organizzazzjonijiet oħrajn internazzjonali u reġjonali. Il-Forum tal-OSKE dwar is-Sigurtà u l-kooperazzjoni organizza sessjoni speċjali fl-2007 ddedikata għal dan is-suġġett u fl-2008 l-Assemblea Parlamentari tal-OSKE adottat riżoluzzjoni li tappella għat-tlestija, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Gwida ta’ Prattika Tajba tal-OSKE dwar it-trasport illeċitu tas-SALW bl-ajru. B’mod simili, l-Istati Parteċipanti fl-Arranġament ta’ Wassenaar adottaw fl-2007 “Prattika tajba għall-prevenzjoni ta’ trasferimenti destabbilizzanti ta’ SALW permezz tat-trasport bl-ajru” [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. Barra minn hekk, bosta rapporti tal-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU għas-Sanzjonijiet dwar l-Afrika tal-Punent u r-Reġjun tal-Lagi l-Kbar iddokumentaw ripetutament ir-rwol prinċipali li għandhom il-kumpanniji tal-ajru involuti fit-traffikar illeċitu tas-SALW.

(6)

L-azzjoni prevista f’din id-Deċiżjoni ma ssegwi l-ebda objettiv relatat mat-titjib tas-sikurezza tat-trasport bl-ajru,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

1.   Bil-ħsieb tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE fil-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni illeċita u t-traffikar tas-SALW u l-munizzjoni tagħhom (l-Istrateġija SALW tal-UE), l-Unjoni għandha ssegwi l-objettivi li ġejjin:

(a)

it-titjib tal-għodod u t-tekniki, fid-disponibbiltà ta’ missjonijiet rilevanti għall-immaniġġar tal-kriżijiet, awtoritajiet internazzjonali u dawk nazzjonali ta’ pajjiżi terzi u Stati Membri, biex jeżaminaw u jimmiraw b’mod effettiv l-inġenji ssuspettati tat-trasport bl-ajru li x’aktarx li huma involuti f’kummerċ illeċitu ta’ SALW bl-ajru minn ġewwa Stati terzi, minnhom jew lejhom;

(b)

iż-żieda tal-għarfien u l-ħila esperta teknika min-naħa ta’ persunal rilevanti internazzjonali u nazzjonali, dwar “prattika tajba” fl-oqsma tal-monitoraġġ, il-kxif u l-analiżi tal-immaniġġar tar-riskji kontra t-trasportaturi bl-ajru ssuspettati bi traffikar ta’ SALW bl-ajru minn ġewwa Stati terzi, minnhom jew lejhom.

2.   Sabiex jinkiseb l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 1, l-Unjoni għandha twettaq il-miżuri li ġejjin:

(a)

l-iżvilupp u l-ittestjar fil-post ta’ software pilota ddedikat għall-immaniġġar tar-riskji tat-traffikar bl-ajru għal missjonijiet rilevanti tal-immaniġġar tal-kriżijiet, u awtoritajiet internazzjonali u nazzjonali, inkluża bażi ta’ data aġġornata regolarment dwar, fost l-oħrajn, il-kumpanniji tal-ajru, l-inġenji tal-ajru, in-numri tar-reġistrazzjoni u r-rotot tat-trasport;

(b)

l-iżvilupp u l-ittestjar fil-post ta’ sistema pilota sikura għall-immaniġġar tar-riskji u t-tixrid tal-informazzjoni;

(c)

l-iżvilupp u l-pubblikazzjoni ta’ manwal u materjal ta’ taħriġ li jakkumpanjah kif ukoll il-forniment ta’ assistenza teknika li jiffaċilitaw l-użu u l-adattament tas-software pilota u tas-sistema sikura ta’ informazzjoni u l-immaniġġar tar-riskji, inkluż permezz tal-organizzazzjoni ta’ seminars reġjonali għat-taħriġ ta’ missjonijiet rilevanti tal-immaniġġar ta’ kriżijiet, u awtoritajiet internazzjonali u nazzjonali.

Deskrizzjoni dettaljata tal-proġett hi mniżżla fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandha titwettaq mis- SIPRI.

3.   Is-SIPRI għandu jwettaq il-kompitu tiegħu taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal dan l-għan, ir-RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mas-SIPRI.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implementazzjoni tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta’ EUR 900 000.

2.   L-infiq iffinanzjat mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun amministrat f’konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni tajba tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, hi għandha tikkonkludi ftehim ta’ finanzjament mas-SIPRI. Il-ftehim għandu jistipula li s-SIPRI għandu jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-UE, proporzjonata skont id-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f’dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.

Artikolu 4

Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni abbażi ta’ rapporti regolari ta’ kull xahrejn imħejjija mis-SIPRI. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-proġett kif imsemmi fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 24 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3), jew sitt xhur wara d-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jekk l-ebda ftehim ta’ finanzjament ma jkun ġie konkluż f’dak il-perijodu.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. WATHELET


ANNESS

1.   Qafas Ġenerali

Din id-Deċiżjoni tibni fuq l-inizjattiva tal-CODUN biex tindirizza t-theddid mit-traffikar tas-SALW u prodotti bażiċi destabbilizzanti oħrajn bl-ajru. Fil-kuntest tal-inizjattiva tal-CODUN, din id-Deċiżjoni ssegwi mill-proġetti mwettqin mis-SitCen, il-Klabb ta’ Budapest u s-SIPRI. Din id-Deċiżjoni tipprovdi għal software, sistemi pilota ta’ implimentazzjoni, programmi ta’ taħriġ u sensibbilizzazzjoni, għal missjonijiet rilevanti tal-immaniġġar ta’ kriżijiet, kif ukoll awtoritajiet internazzjonali u nazzjonali, għal titjib fil-monitoraġġ, l-aġġornament u t-tixrid ta’ informazzjoni dwar atturi ssuspettati tat-trasport bl-ajru li joperaw fl-Afrika u minn reġjuni oħrajn. Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, għandha tiġi żgurata koordinazzjoni tajba ma’ proġetti rilevanti oħrajn iffinanzjati fil-qafas tal-programmi Komunitarji u Deċiżjonijiet oħrajn tal-Kunsill sabiex jiżdied l-impatt tal-azzjoni tal-Unjoni fil-prevenzjoni tal-kummerċ illeċitu tas-SALW.

2.   Objettivi

Il-proġetti deskritti hawn taħt ser jindirizzaw tliet oqsma identifikati mill-CODUN u partijiet interessati oħrajn involuti fl-inizjattiva tal-UE fil-ġlieda kontra t-traffikar tas-SALW bl-ajru:

(a)

il-ħtieġa li tiġi żviluppata sistema sikura għall-forniment ta’ aġġornamenti dwar kumpanniji u inġenji tal-ajru li regolarment jerġgħu jirreġistraw l-assi u jallokaw in-negozji mill-ġdid fl-isforzi tagħhom biex jevitaw li jinkixfu;

(b)

il-forniment ta’ software u taħriġ dwar il-manniġġar tar-riskji li jippermettu li jkun hemm missjonijiet rilevanti tal-immaniġġar tar-riskji, u awtoritajiet internazzjonali u nazzjonali biex ikun hemm monitoraġġ u eżami aktar effettivi tan-numru dejjem jiżdied ta’ atturi fit-trasport bl-ajru ssuspettati b’involviment fit-traffikar tas-SALW jew fil-moviment ta’ flussi ta’ prodotti bażiċi destabbilizzanti oħrajn bl-ajru;

(c)

il-ħtieġa li jiġu pprovduti taħriġ u appoġġ tekniku sabiex jitqajjem għarfien dwar organizzazzjonijiet multilaterali, missjonijiet, korpi reġjonali u stati fl-Afrika u reġjuni oħrajn sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jimmonitorjaw u jikxfu l-atturi involuti fit-traffikar tas-SALW jew fil-moviment ta’ prodotti bażiċi destabbilizzanti oħrajn bl-ajru.

3.   Deskrizzjoni tal-proġett

3.1.   Proġett 1: Il-ħolqien ta’ pakkett ta’ software u l-implimentazzjoni ta’ proġett pilota għall-monitoraġġ, l-aġġornament u t-tixrid ta’ informazzjoni dwar atturi fit-trasport bl-ajru ssuspettati fit-traffikar illeċitu tas-SALW

3.1.1.   Objettiv tal-proġett

Il-proġett għandu l-għan li jtejjeb l-għodod u t-tekniki, fid-disponibbiltà ta’ missjonijiet rilevanti għall-immaniġġar tal-kriżijiet, awtoritajiet internazzjonali u dawk nazzjonali ta’ pajjiżi terzi u Stati Membri, biex jeżaminaw u jimmiraw b’mod effettiv l-inġenji ssuspettati tat-trasport bl-ajru li x’aktarx li huma involuti f’kummerċ illeċitu ta’ SALW bl-ajru minn ġewwa Stati terzi, minnhom jew lejhom;

3.1.2.   Deskrizzjoni tal-proġett

Fil-qafas ta’ dan il-proġett ser jitwettqu l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

l-iżvilupp ta’ pakkett ta’ software dwar l-immaniġġar tar-riskji tat-traffikar bl-ajru għal organizzazzjonijiet multilaterali, missjonijiet u pajjiżi terzi magħżulin;

(b)

l-iżvilupp ta’ sistema pilota sikura ta’ pakkett għall-immaniġġar tar-riskji u t-tixrid tal-informazzjoni;

(c)

l-ittestjar fil-post tal-pakkett ta’ software f’konsultazzjoni mar-RGħ u korpi rilevanti tal-Kunsill u l-Istati Membri;

(d)

l-ittestjar fil-post tas-sistema tal-pakkett dwar it-tixrid tal-informazzjoni f’konsultazzjoni mar-RGħ u korpi rilevanti tal-Kunsill;

(e)

l-iżvilupp ta’ manwal u materjal ta’ taħriġ li jakkumpanjah li jiffaċilitaw l-użu u l-adozzjoni tas-sistemi deskritti fil-punti (a) u (b) minn missjonijiet rilevanti tal-immaniġġar ta’ kriżijiet, awtoritajiet internazzjonali u nazzjonali ta’ pajjiżi terzi, u Stati Membri tal-Unjoni;

(f)

il-preżentazzjoni tas-software finali u l-manwal assoċjat u l-materjal ta’ taħriġ f’sezzjoni ta’ ħidma konkludenti fejn il-partijiet interessati rilevanti ser ikunu mistiedna jipparteċipaw (mhux aktar minn 80 persuna).

Il-proġett ser ikun implimentat matul perijodu ta’ żmien adatt li jqis il-ħtieġa ta’ konsultazzjoni u koordinazzjoni mad-diversi partijiet interessati, taħt il-kontroll tar- RGħ. Il-proġett ser jiġi implimentat f’sitt fażijiet.

Fażi Preparatorja

Is-SIPRI, f’konsultazzjoni mal-korpi rilevanti tal-Kunsill u taħt il-kontroll tar-RGħ, ser jiżviluppa pakkett ta’ software, għodod għall-immaniġġar tar-riskji, kif ukoll sistema ta’ informazzjoni u pakkett għat-tixrid ta’ data disaggregata, bl-użu ta’ għażliet rilevanti ta’ teknoloġija tal-informazzjoni (IT).

Fażi ta’ Input ta’ Data

Bl-użu ta’ informazzjoni minn sors miftuħ biss, il-proġett ser jikkontribwixxi data minn sorsi rilevanti biex jinbnew bażijiet ta’ data komprensivi, li huma kapaċi jipprovdu informazzjoni biżżejjed għall-appoġġ ta’ għodod preċiżi għall-kxif u l-profiling fl-immaniġġar tar-riskji.

Fażi ta’ Valutazzjoni

Is-SIPRI, f’konsultazzjoni ma’ korpi rilevanti tal-Kunsill u taħt il-kontroll tar-RGħ, ser iwettaq valutazzjoni ta’ diversi siti, reġjuni, organizzazzjonijiet u missjonijiet fejn il-pakkett pilota li juża data minn sors miftuħ jista’ jiġi ttestjat fil-post fl-aħjar kondizzjonijiet.

Fażi tal-Ittestjar fil-Post

Is-SIPRI, f’konsultazzjoni ma’ korpi rilevanti tal-Kunsill u taħt il-kontroll tar-RGħ, ser iwettaq fażi tal-ittestjar fil-post flimkien mas-sħab identifikati fil-fażi ta’ valutazzjoni.

Fażi ta’ evalwazzjoni u adattament

Wara l-ittestjar fil-post, is-SIPRI ser jevalwa u jadatta s-software biex jieħu kont tal-esperjenza u l-lezzjonijiet meħuda mill-fażi tal-ittestjar fil-post. Dan ser jirriżulta fi prodott finali li għandu jkun disponibbli bil-qbil tad-diversi partijiet interessati.

Fażi ta’ preżentazzjoni

Il-verżjoni finali tas-software u tal-materjal ta’ taħriġ ser tiġi ppreżentata f’avveniment iddedikat għall-partijiet interessati rilevanti (mhux aktar minn 80 persuna) li kienu involuti fl-iżvilupp tagħha u li ġew identifikati bħala utenti finali tas-software.

3.1.3.   Riżultati tal-proġett

Il-proġett ser:

(a)

isaħħaħ il-kapaċità ta’ missjonijiet rilevanti tal-immaniġġar ta’ kriżijiet, awtoritajiet internazzjonali u nazzjonali ta’ pajjiżi terzi, u l-Istati Membri, li jimmonitorjaw l-attivitajiet tal-atturi fit-trasport bl-ajru ssuspettati bi traffikar ta’ SALW bl-ajru;

(b)

jipprovdi l-għodod u s-sistemi pilota meħtieġa biex jiżdied in-numru ta’ interdizzjonijiet ta’ merkanzija fejn hemm suspett ta’ traffikar illeċitu ta’ SALW, traffikati bl-ajru minn organizzazzjonijiet multilaterali, missjonijiet u stati fl-Afrika u reġjuni oħrajn;

(c)

iżid il-kapaċità tal-Istati Membri li jikkondividu b’mod sikur informazzjoni dwar atturi fit-trasport bl-ajru permezz ta’ tekniki ta’ data disaggregata u mekkaniżmi oħrajn ta’ profiling.

3.1.4.   Benefiċjarji tal-proġett

Il-benefiċjarji tal-proġett ser ikunu l-persunal rilevanti minn missjonijiet tal-immaniġġar tal-kriżijiet u awtoritajiet nazzjonali u internazzjonali. L-għażla ta’ benefiċjarji speċifiċi li jittestjaw il-pakkett ta’ software pilota ser tqis varjazzjonijiet bħall-preżenza ta’ missjonijiet Ewropej jew multilaterali tal-immaniġġar ta’ kriżijiet fuq il-post, il-ħtieġa li jsir l-aħjar użu mir-riżorsi, id-disponibbilità ta’ assistenza fil-livell lokali, ir-rieda politika u l-kapaċità tal-awtoritajiet lokali u nazzjonali fil-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu ta’ SALW bl-ajru. Is-SIPRI ser jipproponi lista qasira ta’ benefiċjarji li imbagħad ser tkun approvata mir-RGħ f’konsultazzjoni mal-korpi kompetenti tal-Kunsill.

3.2.   Proġett 2: It-tisħiħ tal-għarfien ta’ prattiki ta’ monitoraġġ, kxif u maniġġar ta’ riskji kontra t-trasportaturi bl-ajru involuti fit-traffikar tas-SALW bl-ajru u flussi ta’ prodotti bażiċi destabbilizzanti oħrajn permezz ta’ pubblikazzjonijiet, taħriġ u sensibbilizzazzjoni.

3.2.1.   Objettiv tal-proġett

Il-proġett għandu l-għan li jżid l-għarfien u l-ħila esperta teknika tal-persunal rilevanti internazzjonali u nazzjonali dwar “prattika tajba” fl-oqsma tal-monitoraġġ, il-kxif u l-analiżi tal-immaniġġar tar-riskji kontra t-trasportaturi bl-ajru ssuspettati bi traffikar ta’ SALW bl-ajru.

3.2.2   Deskrizzjoni tal-proġett

Fil-qafas ta’ dan il-proġett ser jitwettqu l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

l-iżvilupp u l-pubblikazzjoni ta’ manwal u materjal ta’ taħriġ li jakkumpanjah biex jitqassmu lil sa 250 individwi li jaħdmu għal organizzazzjonijiet multilaterali, missjonijiet jew stati;

(b)

permezz tal-organizzazzjoni ta’ mhux aktar minn tliet seminars reġjonali, it-taħriġ u s-sensibbilizzazzjoni ta’ bejn 80-100 membru tal-persunal li jaħdem għal dipartiment jew ċelloli speċifiċi fi ħdan missjonijiet tal-immaniġġar ta’ kriżijiet, u awtoritajiet internazzjonali jew nazzjonali ta’ pajjiżi terzi, b’effett multiplikatur previst permezz tal-forniment ta’ materjali “għat-taħriġ ta’ min iħarreġ”;

(c)

l-ipproċessar ta’ riżultati u evalwazzjonijiet mill-attivitajiet ta’ taħriġ u sensibbilizzazzjoni, u l-iżvilupp abbażi ta’ dan ta’ mudell ta’ “prattika tajba” għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar dan is-suġġett fost persunal rilevanti internazzjonali u nazzjonali;

(d)

il-preżentazzjoni tar-riżultati tal-mudell ta’ “prattika tajba” f’sezzjoni ta’ ħidma konkludenti finali fejn il-partijiet interessati rilevanti (sa 80 persuna) ser ikunu mistiedna jipparteċipaw.

3.2.3.   Riżultati tal-proġett

Il-proġett ser:

(a)

iżid l-għarfien min-naħa tal-persunal li jservi f’organizzazzjonijiet multilaterali, missjonijiet u stati ta’ “prattika tajba” fl-oqsma tal-monitoraġġ, il-kxif u l-analiżi tal-immaniġġar tar-riskji kontra atturi fit-trasport bl-ajru ssuspettati bi traffikar ta’ SALW bl-ajru u flussi ta’ prodotti bażiċi destabbilizzanti oħrajn;

(b)

jikkontribwixxi għall-istandardizzazzjoni ta’ “prattika tajba” f’dan il-qasam permezz tal-pubblikazzjoni u t-tixrid ta’ manwal dwar tekniki ta’ monitoraġġ, kxif u analiżi tal-immaniġġar tar-riskji;

(c)

jiggwida l-istabbiliment ta’ “prattika tajba” ta’ koordinazzjoni ta’ informazzjoni permezz ta’ attivitajiet ta’ taħriġ u sensibbilizzazzjoni għal persunal li jaħdem f’dipartimenti jew ċelloli speċifiċi fi ħdan organizzazzjonijiet multilaterali, missjonijiet jew stati.

3.2.4.   Benefiċjarji tal-proġett

Il-benefiċjarji tal-proġett ser ikunu l-persunal rilevanti minn missjonijiet tal-immaniġġar tal-kriżijiet u awtoritajiet nazzjonali u internazzjonali. L-għażla ta’ benefiċjarji speċifiċi li jibbenefikaw mit-taħriġ ser issir abbażi ta’ lista qasira ta’ benefiċjarji proposti mis-SIPRI, li ser tkun approvata mir-RGħ f’konsultazzjoni mal-korpi kompetenti tal-Kunsill.

4.   Postijiet

Il-postijiet għall-proġett 3.1 l-ittestjar fil-post u s-sezzjoni ta’ ħidma konkludenti, kif ukoll l-attivitajiet ta’ taħriġ u sensibbilizzazzjoni u s-sezzjoni ta’ ħidma konkludenti tal-proġett 3.2, ser jiġu determinati bit-teħid f’konsiderazzjoni tax-xewqa li jsir l-aħjar użu mir-riżorsi, it-tnaqqis tal-marka tal-karbonju u l-assistenza disponibbli fil-livell lokali. Is-SIPRI ser jipproponi lista qasira ta’ postijiet rakkomandati li ser tiġi approvata mir-RGħ f’konsultazzjoni mal-korpi kompetenti tal-Kunsill.

5.   Tul ta’ żmien

It-tul ta’ żmien totali tal-proġetti hu stmat li jkun ta’ 24 xahar.

6.   Entità ta’ implementazzjoni

L-implimentazzjoni teknika ta’ din id-Deċiżjoni ser tkun fdata lis-SIPRI. Is-SIPRI ser jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribut tal-UE u ser iwettaq il-kompitu tiegħu taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ.

7.   Rappurtar

Is-SIPRI ser iħejji rapporti regolari ta’ kull xahrejn u wara li titlesta kull waħda mill-attivitajiet deskritti. Ir-rapporti għandhom ikunu ppreżentati lir-RGħ mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara li jitlestew l-attivitajiet rilevanti.


11.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/49


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/766/PESK

tas-7 ta’ Diċembru 2010

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28 u 43(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1).

(2)

Fit-8 ta’ Diċembru 2009 u t-30 ta’ Lulju 2010 rispettivament, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2009/907/PESK (2) u d-Deċiżjoni 2010/437/PESK (3) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK.

(3)

L-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja jkomplu jheddu t-tbaħħir fiż-żona u b’mod speċjali l-kunsinna tal-għajnuna tal-ikel mill-Programm Dinji tal-Ikel lill-popolazzjoni tas-Somalja.

(4)

Fit-23 ta’ Novembru 2010, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1950 (2010).

(5)

L-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK (“operazzjoni militari tal-UE”) għandha tiġi estiża sat-12 ta’ Diċembru 2012.

(6)

Id-definizzjoni ta’ persuni li x’aktarx jiġu trasferiti f’konformità mal-Artikolu 12 tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK għandha tiġi ċċarata skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar.

(7)

Mill-esperjenza tal-ewwel sentejn tal-operazzjoni militari tal-UE, jinħtieġu emendi għall-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK sabiex ikun possibbli l-ġbir ta’ karatteristiċi fiżiċi u t-trażmissjoni ta’ ċerta data personali, bħal marki tas-swaba’, ta’ persuni suspettati, bil-għan li tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tagħhom u l-prosekuzzjoni potenzjali tagħhom. Dan l-ipproċessar għandu jsir skont l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(8)

Jeħtieġ ukoll li għal raġunijiet prattiċi tiġi prevista l-possibbiltà li jsir skambju ta’ informazzjoni klassifikata fil-post tal-operazzjonijiet.

(9)

L-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

fid-dawl tal-prosekuzzjonijiet li qed isiru potenzjalment mill-Istati rilevanti skont il-kondizzjonijiet fl-Artikolu 12, taqbad, iżżomm u tittrasferixxi persuni suspetatti li għandhom il-ħsieb, kif imsemmi fl-Artikolu 101 u 103 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, li jikkommettu, li qed jikkommettu jew li kkommettew atti ta’ piraterija jew ta’ serq bl-użu tal-armi fiż-żoni fejn hija preżenti u taqbad il-bastimenti tal-pirati jew tal-ħallelin armati jew il-bastimenti li nħatfu wara att ta’ piraterija jew ta’ serq bl-użu tal-armi u li jinsabu f’idejn il-pirati jew ħallelin armati, kif ukoll il-proprjetà li tinsab abbord;”;

(2)

fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(h)

tiġbor, skont il-liġi applikabbli, data dwar il-persuni msemmija fil-punt (e) marbuta ma’ karatteristiċi li x’aktarx jgħinu fl-identifikazzjoni tagħhom, fosthom marki tas-swaba’;

(i)

bil-għan li d-data tiġi ċċirkolata permezz tal-kanali tal-INTERPOL u titqabbel mal-bażijiet tad-data tal-INTERPOL, tibgħat id-data li ġejja lill-Uffiċċju Ċentrali Nazzjonali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ Pulizija Kriminali - INTERPOL fl-Istat Membru li fih ikunu stazzjonati l-Kwartieri Ġenerali tal-Operazzjoni, skont l-arranġamenti li għandhom jiġu konklużi bejn il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u l-Kap tal-Uffiċċju Ċentrali Nazzjonali:

data personali dwar il-persuni msemmija fil-punt (e) marbuta ma’ karatteristiċi li x’aktarx jgħinu fl-identifikazzjoni tagħhom, fosthom marki tas-swaba’, kif ukoll id-dettalji li ġejjin, minbarra data personali oħra: kunjom, kunjom ta’ xebba, ismijiet attribwiti u kwalunkwe psewdonimu jew isem assunt; data u post tat-twelid, nazzjonalità, sess, post tar-residenza, professjoni u lokazzjoni; liċenzji tas-sewqan, dokumenti ta’ identifikazzjoni u data tal-passaport. Din id-data personali m’għandhiex tinżamm minn Atalanta wara li tintbagħat lill-INTERPOL;

data marbuta mal-apparat użat minn persuni bħal dawn.”;

(3)

fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Abbażi tal-aċċettazzjoni mis-Somalja tal-eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni minn Stati Membri jew Stati terzi, minn naħa, u l-Artikolu 105 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, min-naħa l-oħra, persuni suspettati li għandhom il-ħsieb, kif imsemmi fl-Artikolu 101 u 103 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, li jikkommettu, li qed jikkommettu jew li kkommettew atti ta’ piraterija jew ta’ serq bl-użu tal-armi fl-ilmijiet territorjali tas-Somalja jew fl-ibħra internazzjonali, li jinqabdu u jinżammu, bil-ħsieb li ssirilhom prosekuzzjoni, u l-proprjetà li tkunu intużat biex jitwettqu dawn l-atti, għandhom jiġu ttrasferiti:

lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-Istat terz parteċipanti fl-operazzjoni, li l-bastiment li jkun qabadhom itajjar il-bandiera tiegħu, jew

jekk dak l-Istat ma jistax, jew ma jixtieqx, jeżerċita l-ġurisdizzjoni tiegħu, lil Stat Membru jew kwalunkwe Stat terz li jixtieq jeżerċita l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq il-persuni jew il-proprjetà msemmija hawn fuq.”;

(4)

fl-Artikolu 15, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“3.   Ir-RGħ huwa b’dan awtorizzat li jikkomunika lill-Forza Marittima ta’ Koalizzjoni (‘CMF’) immexxija mill-Istati Uniti, permezz tal-Kwartieri Ġenerali tagħha, kif ukoll lil Stati terzi li mhux qed jieħdu sehem fis-CMF u lil organizzazzjonijiet internazzjonali, li jinsabu fiż-żona tal-operazzjoni militari tal-UE, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE ġenerati għall-fini tal-operazzjoni militari tal-UE fil-livell ta’ RESTREINT UE, fuq il-bażi ta’ reċiproċità, fejn komunikazzjoni bħal din fil-post tal-operazzjoni hija meħtieġa għal raġunijiet operattivi, skont ir-regolamenti ta’ sigurtà tal-Kunsill u soġġett għal arranġamenti bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-partijiet terzi msemmija hawn fuq.”;

(5)

fl-Artikolu 16, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-operazzjoni militari tal-UE għandha tintemm fit-12 ta’ Diċembru 2012.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

D. REYNDERS


(1)   ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)   ĠU L 322, 9.12.2009, p. 27.

(3)   ĠU L 210, 11.8.2010, p. 33.


11.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/51


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Diċembru 2010

li temenda d-Deċiżjoni C(2007) 2286 dwar l-adozzjoni tar-Regoli tal-KER għas-sottomissjoni ta’ proposti u għall-proċeduri relatati ta’ evalwazzjoni, selezzjoni u allokazzjoni għall-azzjonijiet indiretti taħt il-Programm Speċifiku Ideat tas-Seba’ Programm Kwadru (2007-2013)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/767/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f’azzjonijiet taħt is-Seba’ Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013) (1), b’mod partikolari l-Artikolu 16(3) tiegħu;

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni C(2007) 2286 tas-6 ta’ Ġunju 2007, il-Kummissjoni adottat ir-regoli għas-sottomissjoni ta’ proposti lill-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (KER) u għall-proċeduri relatati ta’ evalwazzjoni, selezzjoni u allokazzjoni għall-azzjonijiet indiretti taħt il-Programm Speċifiku Ideat tas-Seba’ Programm Kwadru (2007-2013) (“ir-Regoli tal-KER”).

(2)

Bid-Deċiżjoni C(2007) 4429 tas-27 ta’ Settembru 2007, il-Kummissjoni emendat dawk ir-regoli.

(3)

Fuq il-bażi tal-esperjenzi miksuba matul l-ewwel sejħiet tal-KER tal-2007, tal-2008 u tal-2009, u billi tqiesu l-bidliet li ġew introdotti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li ntalbu espressament mill-Kunsill Xjentifiku tal-KER id-Deċiżjoni C(2007) 2286 għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli tal-KER għas-sottomissjoni ta’ proposti u għall-proċeduri relatati ta’ evalwazzjoni, selezzjoni u allokazzjoni għall-azzjonijiet indiretti taħt il-Programm Speċifiku Ideat tas-Seba’ Programm Kwadru (2007-2013) adottati bid-Deċiżjoni C(2007) 2286 huma sostitwiti bir-regoli fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Ir-Regoli tal-KER għas-sottomissjoni ta’ proposti u għall-proċeduri relatati ta’ evalwazzjoni, selezzjoni u allokazzjoni għall-azzjonijiet indiretti taħt il-Programm Speċifiku Ideat tas-Seba’ Programm Kwadru (2007-2013) għandhom japplikaw għas-sejħiet għal proposti kollha tal-KER ippubblikati mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Id-dispożizzjonijiet dwar il-ħatra u r-rimbors tal-esperti indipendenti u tal-Investigaturi Prinċipali mistiedna għal intervista, kif inhuma stabbiliti fl-ittri ta’ ħatra mudell adottati mill-Kummissjoni kif ukoll fit-Taqsima 3, u fl-Annessi B u C għar- Regoli tal-KER għas-sottomissjoni ta’ proposti u għall-proċeduri relatati ta’ evalwazzjoni, selezzjoni u allokazzjoni għall-azzjonijiet indiretti taħt il-Programm Speċifiku Ideat tas-Seba’ Programm Kwadru (2007-2013) għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1.


ANNESS

IL-KUNSILL EWROPEW TAR-RIĊERKA

Regoli għas-sottomissjoni ta’ proposti u għall-proċeduri relatati ta’ evalwazzjoni, selezzjoni u allokazzjoni rilevanti għall-Programm Speċifiku Ideat tas-Seba’ Programm Kwadru (2007-2013)

WERREJ

1.

Preambolu – Definizzjoni tat-termini 53

2.

Introduzzjoni 53

2.1.

Prinċipji 53

2.2.

Is-sottomissjoni tal-proposti 54

2.2.1.

Is-sejħiet għall-proposti 54

2.2.2.

Il-prereġistrazzjoni 54

2.2.3.

Is-sottomissjoni 54

2.2.4.

L-assistenza għas-sottomissjoni 55

2.2.5.

Ir-riċeviment 55

2.2.6.

Il-kontroll tal-eliġibbiltà 55

3.

L-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari 56

3.1.1.

Ir-rwol tal-esperti indipendenti 56

3.1.2.

Il-ħatra tal-esperti 57

3.1.2.1.

L-esklużjoni tal-esperti indipendenti fuq it-talba ta’ applikant 57

3.1.3.

It-Termini tal-ħatra, il-Kodiċi ta’ kondotta u l-Kunflitt ta’ interess 57

3.1.4.

L-osservaturi indipendenti 58

3.1.5.

Il-kriterji tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari 59

3.1.6.

L-organizzazzjoni tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari 59

3.1.6.1.

L-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari ta’ proġetti ta’ riċerka fil-fruntieri tal-għarfien 59

3.1.6.2.

Il-proċedura ta’ sottomissjoni f’żewġ stadji għal proġetti ta’ riċerka fil-fruntieri tal-għarfien 60

3.1.6.3.

L-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari tal-azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u ta’ appoġġ 61

3.1.7.

Ir-riżultati tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari, is-selezzjoni u ċ-ċaħda tal-proposti 61

3.1.8.

Ir-reazzjonijiet 62

3.1.9.

Il-proċeduri ta’ assistenza u ta’ rimedju 62

3.1.10.

Ir-rappurtar u l-informazzjoni dwar il-proċess tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari 63

4.

Id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni u l-preparazzjoni tal-ftehimiet ta’ għotja 63

5.

Annessi 64

5.1.

Anness A – Il-Proċeduri għas-Sottomissjoni tal-Proposti fuq il-karta 64

5.2.

Anness B – Il-Proċeduri tal-Analiżi tal-Etika 64

5.3.

Anness C –

Ir-regoli għar-rimbors tal-provvediment għall-ivvjaġġar, tal-provvediment ta’ kuljum u tal-provvediment għall-akkomodazzjoni għall-Investigaturi Prinċipali mistiedna għal intervista
67

5.4.

Anness D – Il-Ġestjoni tas-Sigurtà – Azzjonijiet sensittivi tal-KER 69

1.   PREAMBOLU – DEFINIZZJONI TAT-TERMINI

Il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (KER) ġie stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea (1) skont id-dispożizzjonijiet tal-Programm Speċifiku “Ideat” tas-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (“Programm Speċifiku Ideat”) (2), bħala l-mezz għall-implimentazzjoni ta’ dak il-Programm Speċifiku.

Il-KER tikkonsisti f’Kunsill Xjentifiku, f’Segretarju Ġenerali u fi struttura ta’ implimentazzjoni apposta stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea bħala l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (3); huwa għandu jagħti rendikont ta’ għemilu lill-Kummissjoni u jopera f’kundizzjonijiet ta’ awtonomija u ta’ integrità, iggarantiti mill-Kummissjoni.

Għal finijiet ta’ ċarezza, għal dan id-dokument għandhom japplikaw id-definizzjoniijiet tat-termini li ġejjin:

It-terminu “ERCEA” għandu jirreferi għall-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka.

It-terminu “FP7” għandu jirreferi għas-“Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-żvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013)”  (4).

It-terminu “Regoli għall-Parteċipazzjoni” għandu jirreferi għar-“regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f’azzjonijiet taħt is-Seba’ Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013)”  (5).

It-terminu “Regolament Finanzjarju” għandu jirreferi għar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6).

2.   INTRODUZZJONI

Il-fini ta’ dan id-dokument huwa li jistabbilixxi r-regoli li japplikaw għas-sottomissjoni, għall-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari tal-proposti, u għall-allokazzjoni tal-għotjiet lill-proposti li jiksbu suċċess. Ir-regoli jiffissaw parametri fundamentali li huma mfassla sabiex jiżguraw li l-proċeduri li jwasslu għall-allokazzjoni tal-għotjiet ikunu rigorużi, ġusti, effettivi u xierqa. Dawn ġew iddefiniti f’assoċjazzjoni mal-Kunsill Xjentfiku tal-KER, b’dan tal-aħħar ikun responsabbli, fost l-oħrajn, biex ikunu stabbiliti l-programm ta’ ħidma Ideat, il-metodi u l-proċeduri tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari li japplikaw għall-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari tal-proposti taħt il-Programm Speċifiku Ideat u biex ikunu identifikati l-esperti indipendenti li jassistu f’evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari ta’ din ix-xorta. Huma jiġu adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regoli għall-Parteċipazzjoni.

 

It-Taqsima 1 tiddeskrivi l-prinċipji ewlenin li japplikaw għall-proċess mis-sottomissjoni sal-allokazzjoni: eċċellenza, trasparenza, ġustizzja u imparzjalità, effiċjenza u veloċità, flimkien mal-kunsiderazzjonijiet etiċi.

 

It-Taqsima 2 tiddeskrivi l-proċeduri għas-sottomissjoni tal-proposti u l-mod li bih jiġu ġestiti sussegwentement, inkluża l-valutazzjoni tal-eliġibbiltà.

 

It-Taqsima 3 tiddeskrivi l-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari, inkluż il-mod li bih l-esperti indipendenti jiġu selezzjonati u maħtura, it-trattament tal-kunflitti ta’ interess potenzjali u effettivi, u l-organizzazzjoni tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari. Hija tiddeskrivi wkoll il-mod li bih għandhom jiġu ġestiti l-appelli u l-ilmenti kif ukoll ir-rappurtar tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari u l-allokazzjoni tal-għotjiet.

 

It-Taqsima 4 tiddeskrivi l-preparazzjoni u l-allokazzjoni tal-għotjiet.

2.1.   Prinċipji

Il-proċess mis-sottomissjoni tal-proposti sal-allokazzjoni tal-għotjiet għandu jkun ibbażat fuq prinċipji stabbiliti sew:

Eċċellenza. Il-proġetti selezzjonati għall-finanzjament iridu juru livell għoli ta’ kwalità xjentifika u/jew teknika.

Trasparenza.Id-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament u dwar l-allokazzjoni jridu jkunu bbażati fuq regoli u proċeduri li ġew deskritti b’mod ċar, u l-entitajiet legali applikanti kif ukoll l-investigaturi prinċipali għandhom jirċievu reazzjonijiet adegwati dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari tal-proposti tagħhom.

Ġustizzja u imparzjalità.Il-proposti kollha għandhom jiġu ttrattati b’mod konsistenti u bl-istess mod. Huma jridu jiġu evalwati b’mod imparzjali fuq il-merti tagħhom, irrispettivament mill-oriġini tagħhom jew mill-identità tal-entità tas-sottomissjoni, tal-investigatur prinċipali u jew ta’ kwalunkwe membru tat-tim.

Kunfidenzjalità. Il-proposti kollha u d-dejta, l-għarfien u d-dokumenti relatati kkomunikati lill-ERCEA jridu jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali.

Effiċjenza u veloċità. Il-preparazzjoni tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari, għall-allokazzjoni u għall-għotjiet għandha tkun veloċi kemm jista’ jkun, għandha tkun proporzjonata għaż-żamma tal-kwalità tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari, u għandha tirrispetta l-qafas legali.

Kunsiderazzjonijiet etiċi u ta’ sigurtà. Kwalunkwe proposta li tikser prinċipji etiċi fundamentali, jew li ma tkunx konformi mal-proċeduri rilevanti tas-sigurtà tista’ tiġi eskluża mill-proċess tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari, tas-selezzjoni u tal-allokazzjoni fi kwalunkwe ħin.

2.2.   Is-sottomissjoni tal-proposti

2.2.1.   Is-sejħiet għall-proposti

Il-proposti għandhom jiġu sottomessi b’risposta għas-sejħiet għal proposti (“sejħiet”) (7). Il-kontenut u l-għażla taż-żmien meta jsiru s-sejħiet huma stabbiliti fil-programm ta’ ħidma Ideat u huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“test tas-sejħa”) fuq il-websajt(s) tal-Kummissjoni (8), kif ukoll fuq il-websajt tal-KER li għandu jipprovdi hyperlinks għall-websajt(s) tal-Kummissjoni.

Is-sejħiet għal proġetti ta’ riċerka fil-fruntieri tal-għarfien jistgħu jispeċifikaw baġit indikattiv għas-sejħa kollha jew jagħtu baġits indikattivi għal oqsma speċifiċi ta’ riċerka fil-qafas tas-sejħa li għandhom jiġu evalwati minn Bordijiet separati ta’ esperti indipendenti.

Sejħa għandha tispeċifika wkoll jekk għandhiex tiġi segwita sottomissjoni fi stadju wieħed jew fi tnejn u/jew proċedura ta’ evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari fi stadju wieħed jew fi tnejn. Fil-każ ta’ sottomissjoni f’żewġ stadji, dawk li l-proposti tagħhom kienu evalwati b’mod pożittiv fl-ewwel stadju biss għandhom jiġu mistiedna jissottomettu proposti kompluti fit-tieni stadju.

2.2.2.   Il-prereġistrazzjoni

Minħabba l-approċċ minn isfel għal fuq tal-Programm Speċifiku Ideat, il-KER jistenna għadd kbir ta’ proposti fl-oqsma kollha tar-riċerka. Sabiex il-KER ikun jista’ jipprovdi r-riżorsi u l-kompetenza mitluba għall-proċess tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari tal-KER, sejħa tista’ tipprevedi prereġistrazzjoni.

Il-prereġistrazzjoni tista’ tinvolvi dikjarazzjoni tas-suġġett maħsub u l-għanijiet tar-riċerka previsti tal-proposta.

Fejn is-sejħiet jipprevedu prereġistrazzjoni, qabel l-iskadenza tal-prereġistrazzjoni, l-applikant potenzjali għandu jitlob il-login u l-password għas-sistema tal-IT tas-Servizz Elettroniku għas-Sottomissjoni tal-Proposti (bħalissal-EPSS, imsejħa s-“sistema ta’ sottomissjoni elettronika” fit-test), meħtieġa għas-sottomissjoni ta’ proposta. L-iskadenza/i għall-prereġistrazzjoni tista’/jistgħu tiġi/jiġu ffissata/i ftit ġimgħat qabel l-iskadenza/i tas-sejħiet għas-sottomissjoni tal-proposti. Il-prereġistrazzjoni u s-sottomissjoni huma żewġ fażijiet differenti. Jekk is-sejħa tipprevedi prereġistrazzjoni imma l-applikant ma jagħmilx prereġistrazzjoni, is-sottomissjoni ta’ proposta minn dak l-applikant ma għandhiex tiġi aċċettata mis-sistema ta’ sottomissjoni elettronika.

Fejn is-sejħiet ma jipprevedux prereġistrazzjoni, l-applikant potenzjali xorta għandu jirreġistra u jitlob password għall-EPSS sabiex ikun jista’ jissottometti l-proposta, qabel l-iskadenza tas-sejħa.

F’każijiet eċċezzjonali, l-applikant potenzjali jista’ jitlob permess mingħand l-ERCEA sabiex jagħmel sottomissjoni fuq il-karta kif inhu pprovdut mill-Anness A għal din id-Deċiżjoni.

2.2.3.   Is-sottomissjoni

Il-proposti, u fejn ikun xieraq il-prereġistrazzjonijiet, għandhom jiġu sottomessi elettronikament permezz tas-sistema ta’ sottomissjoni elettronika bbażata fuq l-Internet operata mill-Kummissjoni (bħalissal-EPSS).

Il-proposti għal azzjonijiet ta’ riċerka “innovattiva” – skont id-dispożizzjonijiet tal-programm ta’ ħidma Ideat – għandhom jinvolvu Investigatur Prinċipali (PI) – individwu speċifikat bir-responsabbiltà xjentifika għall-proġett. Il-proposti għandhom jiġu sottomessi mill-PI li jingħata s-setgħa mill-istituzzjoni ospitanti tal-proposta, li hija formalment l-entità legali applikanta u li lilha għandha tiġi allokata l-għotja (9). Matul il-proċess kollu tas-sottomissjoni u tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari, il-PI għandu jkun il-mezz prinċipali għall-komunikazzjoni bejn l-ERCEA u l-entità legali applikanta.

Il-preparazzjoni u t-tlugħ tad-dejta kollha tal-proposta u l-qbil mal-kundizzjonijiet tal-użu tas-sistema ta’ sottomissjoni elettronika kif ukoll mat-termini tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari jridu jsiru qabel it-tentattiv sabiex tiġi sottomessa proposta.

Is-sistema ta’ sottomissjoni elettronika għandha twettaq għadd ta’ kontrolli ta’ verifika bażiċi. Huwa biss wara li jitlestew dawn il-kontrolli li s-sistema ta’ sottomissjoni elettronika għandha tħalli lill-applikant jagħmel is-sottomissjoni tiegħu. Dawn il-kontrolli ma għandhomx jissostitwixxu l-kontrolli formali tal-eliġibbiltà deskritti fit-Taqsima 2.2.6 u ma jistgħux jiżguraw li l-kontenut ta’ dawn il-fajls jissodisfa r-rekwiżiti tas-sejħa. Jiġi kkunsidrat li s-sottomissjoni qed issir fil-mument li l-PI jagħti bidu għall-proċess finali tas-sottomissjoni, kif ġie indikat mis-sistema ta’ sottomissjoni elettronika, u mhux fi kwalunkwe punt qabel dan.

Il-proposti mibgħuta fuq mezz ta’ ħżin elettroniku li jista’ jitneħħa (eż. CD-ROM jew kwalunke apparat elettroniku simili), bl-e-Mail jew bil-faks ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala li ġew sottomessi, u ma għandhomx jiġu evalwati. F’każijiet eċċezzjonali, jekk PI ma jkollu l-ebda mod kif jikseb aċċess għas-sistema ta’ sottomissjoni elettronika, dan l-investigatur prinċipali jista’ jitlob permess mingħand l-ERCEA sabiex jagħmel sottomissjoni fuq il-karta. Il-proċeduri relatati ma’ talba ta’ din ix-xorta u mal-formalitajiet dwar sottomissjoni fuq il-karta huma stabbiliti fl-Anness A għal dawn ir-Regoli.

Proċedura għall-irtirar ta’ proposta hija inkluża fil-Gwida għall-Applikanti rilevanti. Proposta rtirata ma għandhiex tiġi sussegwentement ikkunsidrata għal evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari jew għal selezzjoni.

Jekk tiġi riċevuta iktar minn sottomissjoni waħda tal-istess proposta, għandha tiġi evalwata biss l-iktar verżjoni reċenti eliġibbli.

Il-proposti għandhom jinżammu f’kundizzjonijiet ta’ sigurtà f’kull ħin. Meta ma jkunux meħtieġa iktar, il-kopji kollha għajr dawk meħtieġa għal finijiet ta’ arkivjazzjoni u/jew ta’ verifika għandhom jinqerdu.

2.2.4.   L-assistenza għas-sottomissjoni

Il-Gwida għall-Applikanti tispjega fid-dettall kif il-PI, il-membri tat-tim jew l-entitajiet legali applikanti jistgħu jitolbu assistenza jew informazzjoni dwar kwalunkwe kwistjoni relatata ma’ sejħa. Għandhom jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt għall-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali, kif ukoll tal-help desks tal-ERCEA u tal-KER. Għandu jiġi pprovdut help desk apposta għal kwistjonijiet relatati mas-sistema ta’ sottomissjoni elettronika.

2.2.5.   Ir-riċeviment

Id-data u l-ħin tar-riċeviment tal-aħħar verżjoni tal-proposti sottomessi għandhom jiġu rreġistrati. Wara l-iskadenza tas-sejħa, għandha tintbagħat irċevuta ta’ rikonoxximent għar-riċeviment b’email li jinkludi:

It-titolu tal-proposta u l-identifikatur uniku tal-proposta (in-numru tal-proposta);

L-identifikatur tas-sejħa li l-proposta kienet indirizzata lilha;

Id-data u l-ħin tar-riċeviment (li huwa ffissat skont il-ħin tal-iskadenza tas-sejħa, għal proposti sottomessi elettronikament).

Wara s-sottomissjoni, l-ERCEA għandha tagħmel kuntatt mal-PI u/jew mal-entità legali applikanta biss jekk dan ikun meħtieġ sabiex ikunu ċċarati kwistjonijiet bħall-eliġibbiltà jew sabiex tkun ivverifikata dejta amministrattiva jew legali inkluża fil-proposta (10). Madankollu fi proċedura f’żewġ stadji u għall-applikazzjonijiet miżmuma biss, il-PI li jingħata s-setgħa mill-entità legali applikanti jista’, f’kundizzjonijiet speċifikati fis-sejħa, jiġi mistieden jissottometti proposta oħra jew iktar informazzjoni dwar il-proposta oriġinali, u/jew li jattendi għal intervista.

2.2.6.   Il-kontroll tal-eliġibbiltà

Il-proposti jridu jissodisfaw il-kriterji kollha ta’ eliġibbiltà jekk se jinżammu għal evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari. Dawn il-kriterji għandhom jiġu applikati b’mod rigoruż. Fil-każ ta’ sottomissjoni ta’ proposta f’żewġ stadji, kull stadju għandu jkun suġġett għal kontroll tal-eliġibbiltà. Il-proposti kollha sottomessi taħt sejħa għandhom ikunu suġġetti għal kontroll skont il-kriterji tal-eliġibbiltà li ġejjin:

Ir-riċeviment tal-proposta qabel l-iskadenza (id-data u l-ħin stabbiliti fis-sejħa);

Il-kompletezza tal-proposta, jiġifieri l-preżenza tal-partijiet u tal-formoli kollha mitluba (11);

L-ambitu tas-sejħa: il-kontenut tal-proposta jrid ikun relatat mal-għanijiet, mas-suġġetti u mal-iskema ta’ finanzjament stabbiliti fis-sejħa, kif ġew iddefiniti fil-programm ta’ ħidma Ideat. Proposta għandha tiġi kkunsidrata ineliġibbli għal raġunijiet ta’ “ambitu” biss f’każijiet ċari (12);

Il-kriterji addizzjonali kollha tal-eliġibbiltà li japplikaw għas-sejħa li huma speċifikat fil-programm ta’ ħidma Ideat u fil-fiche tas-sejħa.

Jekk jibda jidher ċar qabel, matul jew wara l-fażi tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari, li kriterju tal-eliġibbiltà wieħed jew iktar ma ġiex sodisfatt, il-proposta għandha tiġi ddikjarata ineliġibbli u għandha tiġi rtirata minn kwalunkwe eżami ulterjuri. Fejn ikun hemm dubju dwar l-eliġibbiltà ta’ proposta, l-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari tista’ tipproċedi sakemm tittieħed deċiżjoni finali dwar l-eliġibbiltà. Il-fatt li proposta tiġi evalwata f’ċirkustanzi ta’ din ix-xorta ma għandux jikkostitwixxi prova tal-eliġibbiltà tagħha.

Jekk il-kwistjoni tal-eliġibbiltà ma tkunx ċara u jiġi kkunsidrat li jeħtieġ li ssir analiżi iktar komprensiva tal-każ, jista’ jitlaqqa’ kumitat ta’ analiżi tal-eliġibbiltà. Ir-rwol tal-kumitat huwa li jiżgura intepretazzjoni legali koerenti ta’ każijiet ta’ din ix-xorta u trattament ugwali tal-entitajiet legali applikanti u tal-PI involuti fil-proposta (13).

Dawk il-PI li jinsab li l-proposti tagħhom huma ineliġibbli għandhom jiġu informati bir-raġunijiet għal deċiżjoni ta’ din ix-xorta.

3.   L-EVALWAZZJONI TAR-REVIŻJONI MINN PARI

3.1.1.   Ir-rwol tal-esperti indipendenti

Il-proposti għandhom jiġu suġġetti għal analiżi minn esperti indipendenti (analizzaturi pari) sabiex ikun żgurat li dawk li jilħqu l-ogħla kwalità biss jiġu selezzjonati għal finanzjament. Espert indipendenti għandu jkun espert li j/tkun estern/a għall-KER u għall-Kummissjoni (14), qed j/taħdem f’kapaċità personali u, fit-twettiq ta’ ħidmietu/ha ma j/tirrappreżenta lill-ebda organizzazzjoni jew komunità xjentifika.

Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari, għandha ssir distinzjoni bejn ħames tipi ta’ esperti indipendenti:

1.   Presidenti tal-Bordijiet tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari tal-KER: jorganizzaw il-ħidma fil-Bord tagħhom, jippresjedu l-laqgħat tal-Bord u jattendu għal-laqgħa finali ta’ konsolidament. Huma jistgħu jwettqu wkoll evalwazzjoni individwali tal-proposti, ġeneralment mill-bogħod, bi preparazzjoni għal-laqgħat tal-bord.

2.   Membri tal-Bordijiet tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari tal-KER: jassistu fil-preparazzjoni tal-laqgħat tal-Bord, jattendu għal dawk il-laqgħat u jistgħu anki jagħtu kontribut fl-evalwazzjoni individwali tal-proposti, ġeneralment mill-bogħod.

3.   Evalwaturi tal-Bord: esperti indipendenti li jintalbu jassistu fl-evalwazzjoni indipendenti tal-proposti. Ġeneralment, ma jipparteċipawx fil-laqgħat tal-Bord.

4.   Arbitri: esperti indipendenti li jwettqu valutazzjonijiet individwali tal-proposti, mill-bogħod biss, u ma jingħatawx kumpens għall-kompiti li jwettqu.

5.   Osservaturi indipendenti: esperti indipendenti li jintalbu jeżaminaw il-proċess tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari mill-perspettiva ta’ kif jaħdem u jiġi eżegwit. Huma ma jwettqux valutazzjonijiet tal-proposti li qed jiġu evalwati u jistgħu jattendu għal kwalunkwe laqgħa fil-proċess tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari.

3.1.2.   Il-ħatra tal-esperti (15)

Il-Kunsill Xjentifiku tal-KER għandu r-responsabbiltà li jipproponi l-esperti indipendenti għall-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari tal-proġetti ta’ riċerka fil-fruntieri tal-għarfien (16) skont l-Artikolu 17(2) tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni, u biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet indiretti fit-tifsira tal-Artikolu 27(1) tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni. Il-Kunsill Xjentifiku tal-KER jista’ jistrieħ fuq il-membri tiegħu u fuq l-informazzjoni pprovduta mill-membri tal-Bord jew mill-ERCEA sabiex jidentifika lill-esperti indipendenti. L-ERCEA għandha taħtarhom formalment fuq il-bażi ta’ din il-proposta (17).

L-esperti indipendenti għandu jkollhom il-ħiliet u l-għarfien xierqa għall-oqsma ta’ attività fejn jintalbu jassistu. Huma jrid ikollhom livell għoli ta’ esperjenza professjonali fis-settur pubbliku jew privat fir-riċerka xjentifika, fl-istudju tax-xjenza jew fil-ġestjoni xjentifika. Jistgħu jkunu rikjesti wkoll ħiliet oħrajn (eż. konsulenza esperta u edukazzjoni tax-xjenzati żgħażagħ; ġestjoni jew evalwazzjoni ta’ proġetti; trasferiment u innovazzjoni tat-teknoloġija; kooperazzjoni internazzjonali fix-xjenza u fit-teknoloġija). Għall-ħatra tal-esperti indipendenti li jittrattaw informazzjoni kklassifikata, għandha tintalab l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà xierqa.

L-ERCEA għandha tagħmel ukoll użu mil-lista ta’ esperti li tirriżulta minn sejħiet għal applikazzjonijiet ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll minn esperti oħrajn bil-kwalifiki meħtieġa, li jiġu identifikati, pereżempju, permezz ta’ konsultazzjoni mal-aġenziji nazzjonali ta’ finanzjament għar-riċerka u organizzazzjonijiet simili. L-esperti jistgħu jiġu minn pajjiżi oħrajn għajr l-Istati Membri jew il-pajjiżi assoċjati mal-FP7.

Meta jiġu assemblati l-gruppi ta’ esperti, l-ERCEA għandha tipprova tiżgura l-ogħla livell ta’ kompetenza xjentifika u teknika, fl-oqsma adattati għas-sejħa, filwaqt li tqis ukoll kriterji oħrajn, bħal:

Inklużjoni raġonevoli ta’ nisa u ta’ rġiel mill-UE kollha u mill-pajjiżi assoċjati kif ukoll minn pajjiżi terzi (18)

Rotazzjoni regolari ta’ esperti, konsistenti mal-ħtieġa għal kontinwità. Bħala medja, huwa mistenni li jinbidlu mill-inqas kwart tal-esperti li jintużaw f’kull qasam ta’ riċerka f’kull sena kalendarja.

L-esperti jrid ikollhom ukoll il-ħiliet lingwistiċi xierqa meħtieġa biex jiġu evalwati l-proposti.

L-ismijiet tal-esperti indipendenti assenjati lill-proposti individwali ma għandhomx isiru pubbliċi. Madankollu, il-lista tal-esperti indipendenti li jkunu assistew fl-evalwazzjoni tal-proposti riċevuti taħt sejħa relatata mal-Programm Speċifiku Ideat għandha tiġi ppubblikata kull sena fil-websajt(s) tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-lista ta’ membri tal-Bord għandha tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-KER.

Kwalunkwe kuntatt dirett jew indirett dwar l-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari ta’ sejħa bejn il-PI u/jew l-entità legali applikanti li jissottomettu proposta taħt l-istess sejħa u kwalunkwe espert indipendenti involut f’dik l-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari għandu jkun strettament ipprojbit. Kwalunkwe kuntatt ta’ din ix-xorta jista’ jirriżulta fid-deċiżjoni tal-ERCEA li teskludi l-proposta kkonċernata mis-sejħa inkwistjoni.

3.1.2.1.   L-esklużjoni tal-esperti indipendenti fuq it-talba ta’ applikant

Il-Gwida għall-Applikanti rilevanti tista’ tippermetti li l-applikanti jagħmlu talba li persuna speċifika (19) ma tagħmilhiex ta’ reviżur pari fl-evalwazzjoni tal-proposta tagħhom. F’każijiet ta’ din ix-xorta, l-applikanti għandhom jintalbu jispeċifikaw ir-raġunijiet għat-talba tagħhom (20). F’ċirkustanzi ta’ din ix-xorta, jekk il-persuna identifikata tkun esperta indipendenti li qed tipparteċipa fl-evalwazzjoni tal-proposti għas-sejħa inkwistjoni, hija tista’ tiġi eskluża mill-evalwazzjoni tal-proposta kkonċernata, sakemm l-ERCEA tibqa’ fil-pożizzjoni li l-proposta tiġi evalwata.

3.1.3.   It-Termini tal-ħatra, il-Kodiċi ta’ kondotta u l-Kunflitt ta’ interess

Din it-taqsima tindirizza l-mod li bih l-esperti indipendenti għandhom jinħatru mill-ERCEA sabiex jassistu fl-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari tal-proposti sottomessi skont il-Programm Speċifiku Ideat. L-istess proċedura tista’ tiġi applikata mutatis mutandis mill-ERCEA għall-ħatra tal-esperti għall-kompiti fit-tifsira tal-Artikolu 27(1) tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni.

L-ERCEA għandha toħroġ ittra ta’ ħatra, li għandha tiġi ffirmata mill-espert indipendenti, ibbażata fuq il-mudelli approvati mill-Kummissjoni. L-ittra ta’ ħatra tistabbilixxi l-qafas tar-relazzjoni bejn espert indipendenti u l-ERCEA li fi ħdanu l-espert jista’ jintalab jipprovdi kompetenza sabiex jassisti lill-KER.

Din l-ittra ta’ ħatra għandha tippreżenta l-Kundizzjonijiet Ġenerali li japplikaw fir-rigward tal-esperti indipendenti, b’mod partikolari, għandha tistabbilixxi Kodiċi ta’ kondotta għall-esperti indipendenti fl-evalwazzjonijiet tal-analiżijiet minn pari, annessi mal-ittra ta’ ħatra, id-dispożizzjonijiet essenzjali dwar il-kunfidenzjalità u l-kunflitt ta’ interess, u għandha tispeċifika t-trattament tad-dejta personali.

Il-ħatra għandha tkun effettiva malli l-espert indipendenti u l-ERCEA jiffirmaw l-ittra ta’ ħatra.

Il-Presidenti tal-Bordijiet, il-Membri tal-Bordijiet, l-Evalwaturi tal-Bordijiet u l-Osservaturi Indipendenti li jiġu assenjati l-kompiti għandhom id-dritt għal kumpens finanzjarju. F’dak il-każ, l-ittra ta’ ħatra għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet ġenerali għall-kumpens.

L-arbitri li jiġu assenjati l-kompiti ma għandhomx ikunu eliġibbli għal kumpens finanzjarju.

Fil-kuntest ta’ kull assenjazzjoni ta’ kompiti, l-esperti indipendenti kollha għandhom jintalbu jikkonfermaw li ma għandhom l-ebda kunflitt ta’ interess (li jiskwalifika jew potenzjali) għal kull proposta li jeżaminaw. Jekk espert indipendenti jidentifika kunflitt ta’ interess relatat ma’ proposta, il-kors ta’ azzjoni għandu jiddependi minn jekk ikunx kunflitt ta’ interess li jiskwalifika jew potenzjali.

Iċ-ċirkustanzi fejn jistgħu jeżistu kunflitti ta’ interess “li jiskwalifikaw” u “potenzjali” għandhom jiġu deskritti fil-Kodiċi ta’ Kondotta.

L-esperti indipendenti ma jistgħux jipparteċipaw fl-evalwazzjoni ta’ proposti għal sejħa fejn huma stess ikunu ssottomettew proposta.

Meta jeżisti kunflitt ta’ interess li jiskwalifika, espert indipendenti ma jridx jinfluwenza l-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari tal-proposta kkonċernata. B’mod partikolari espert indipendenti allura la għandu jassisti fil-valutazzjoni individwali (ġeneralment mill-bogħod), la għandu jitkellem u lanqas għandu jivvota fi kwalunkwe diskussjoni tal-Bord relatata ma’ din il-proposta. F’każ ta’ din ix-xorta, l-espert indipendenti għandu jħalli l-kamra (jew il-forum elettroniku) meta l-Bord jiddiskuti l-każ individwali tal-proposta fejn jeżisti kunflitt ta’ din ix-xorta.

Meta jeżisti kunflitt ta’ interess potenzjali, l-ERCEA għandha tikkunsidra ċ-ċirkustanzi tal-każ u għandha tieħu deċiżjoni. Jista’ jiġi deċiż jekk l-espert indipendenti għandux jitħalla jieħu sehem fl-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari tal-proposta kkonċernata (l-espert allura jrid jiffirma dikjarazzjoni li tgħid dan) jew li jiġi eskluż bl-istess mod kif sar għall-kunflitt li jiskwalifika.

Espert irid jiddikjara kwalunkwe kunflitt ta’ interess mhux magħruf qabel sessjoni ta’ evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari.

Jekk kunflitt li sa dak iż-żmien ma kienx issuspettat isir apparenti matul l-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari, l-espert indipendenti jrid iħabbar dan il-fatt immedjatament lil uffiċjal responsabbli. Jekk finalment jinstab li l-kunflitt huwa wieħed li jiskwalifika, l-espert indipendenti jrid jastjeni minn evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari ulterjuri li tinvolvi l-proposta kkonċernata. Kwalunkwe kumment u punteġġ li saru qabel minn dak l-espert indipendenti għandhom jiġu injorati. Jekk ikun meħtieġ, l-espert indipendenti għandu jiġi sostitwit.

Jekk espert indipendenti xjentement jaħbi kunflitt ta’ interess li jiskwalifika jew potenzjali u dan jiġi skopert waqt sessjoni ta’ evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari, l-espert indipendenti għandu jkun eskluż immedjatament, u għandhom japplikaw is-sanzjonijiet previsti fl-ittra ta’ ħatra. Kwalunkwe riżultat tas-sessjonijiet ta’ evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari fejn ikun ipparteċipa dan l-espert indipendenti għandu jkun iddikjarat null, u l-proposta/i ikkonċernata/i għandha/hom tiġi/jiġu evalwata/i mill-ġdid.

B’analoġija mal-Artikolu 265a(3) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni għar-Regolament Finanzjarju (21), ksur tal-Kodiċi ta’ Kondotta jew kondotta ħażina serja oħra mill-espert indipendenti tista’ tiġi kkwalifikata bħala kondotta professjonali ħażina gravi u tista’ twassal għall-esklużjoni ta’ dan l-espert indipendenti mil-lista tal-esperti indipendenti li għandhom jinħatru mill-ERCEA. Wara esklużjoni ta’ din ix-xorta, l-espert indipendenti għandu jitneħħa mill-bażi tad-dejta u għandu jiġi pprojbit milli jirreġistra mill-ġdid sakemm iddum l-esklużjoni.

3.1.4.   L-osservaturi indipendenti

L-esperti indipendenti jistgħu jinħatru bħala osservaturi sabiex jeżaminaw il-proċess tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari mill-perspettiva ta’ kif jaħdem u jiġi eżegwit. Il-kompetenza tal-osservaturi għandha tkopri s-sessjoni kollha tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari, inkluża kwalunkwe valutazzjoni mill-bogħod. Fil-każ ta’ valutazzjoni mill-bogħod, l-osservaturi għandu jkollhom aċċess għall-komunikazzjonijiet kollha bejn l-ERCEA u l-analizzaturi pari u jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ wħud mill-analizzaturi pari jew magħhom ilkoll sabiex jistħarrġu l-opinjonijiet tagħhom dwar kif tmexxiet l-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari. L-osservaturi għandu jkollhom aċċess għal kwalunkwe laqgħa li tkun parti mis-sessjoni tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari.

L-ERCEA għandha tikkonkludi ittra ta’ ħatra ma’ kull osservatur indipendenti. Il-mudell approvat mill-Kummissjoni għandu jintuża għall-ħatra tal-osservaturi indipendenti. Il-Kodiċi ta’ Kondotta speċifiku għall-osservaturi tal-proċess tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari għandu jiġi pprovdut fil-mudell approvat mill-Kummissjoni.

L-ERCEA għandha tinforma lill-kumitat tal-Programm bl-għażla tal-esperti bħala osservaturi, u bit-termini ta’ referenza tagħhom.

Il-kompitu tal-osservaturi għandu jkun li jqisu l-operazzjoni tas-sessjonijiet tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari mill-perspettiva ta’ kif jaħdmu u mhux minn dak tal-eżitu, sakemm l-eżitu tal-evalwazzjonijiet tal-analiżi minn pari ma jkunx riżultat dirett tal-aspetti operattivi. Għal din ir-raġuni, ma hemmx għalfejn li l-osservaturi jkollhom kompetenza fil-qasam tal-proposti li jkunu qed jiġu evalwati. Tabilħaqq, għandu jiġi kkunsidrat bħala vantaġġ li tkun evitata l-preżenza ta’ osservaturi b’għarfien wisq approfondit tal-qasam tax-xjenza u tat-teknoloġija (S & T) partikolari sabiex ikunu evitati kunflitti bejn l-opinjonijiet tagħhom dwar l-eżitu tal-evalwazzjonijiet tal-analiżi minn pari u l-funzjonament tas-sessjonijiet. Ikun xi jkun il-każ, huma ma għandhomx jesprimu fehmithom dwar il-proposti li qed jiġu eżaminati jew dwar l-opinjonijiet tal-esperti indipendenti rigward il-proposti.

Ir-rwol tal-osservaturi għandu jkun li jagħtu pariri indipendenti dwar kif tmexxew is-sessjonijiet tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari, dwar il-modi li bihom il-proċeduri jistgħu jittejbu u dwar il-mod li bih l-esperti indipendenti japplikaw il-kriterji ta’ evalwazzjoni. L-osservaturi għandhom jivverifikaw li jkun hemm adeżjoni mal-proċeduri stabbiliti jew imsemmija f’dawn ir-regoli u għandhom jagħmlu rapport lill-maniġment tal-programm dwar il-modi li bihom jista’ jittejjeb il-proċess.

L-osservaturi għandhom jirrispettaw l-istess obbligi ta’ kunfidenzjalità tal-esperti indipendenti u għandhom jiffirmaw ittri ta’ ħatra li jinkludu ftehimiet ta’ kunfidenzjalità. Huma ma għadhomx jitħallew jiżvelaw dettalji tal-proposti, tal-esperti indipendenti assenjati sabiex jeżaminaw il-proposti u lanqas tad-diskussjonijiet fil-Bordijiet tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari.

L-osservaturi għandhom jirraportaw is-sejbiet tagħhom lill-KER. L-osservaturi għandhom jiġu inkoraġġiti wkoll jidħlu f’diskussjonijiet informali mal-uffiċjali tal-ERCEA involuti fis-sessjonijiet tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari u jagħmlu osservazzjonijiet dwar kwalunkwe titjib possibbli li jista’ jitqiegħed immedjatament fil-prattika.

L-ERCEA għandha tinforma lill-kumitat tal-programm bis-sejbiet tal-osservaturi u tista’ tagħmel pubblikament disponibbli sommarju tar-rapport tagħhom.

It-twettiq ta’ osservazzjoni tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari għandha tkun suġġetta għall-valuri massimi indikati fl-assenjazzjoni speċifika tal-kompitu. Il-valuri massimi indikati fl-assenjazzjoni tal-kompitu jistgħu jiġu estiżi b’emenda bil-miktub.

3.1.5.   Il-kriterji tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari

Il-kriterji tal-evalwazzjoni, inklużi kwalunkwe punteġġ tal-proposta u l-piżijiet u l-limiti assoċjati, huma stabbiliti fil-programm ta’ ħidma Ideat u huma bbażati fuq il-prinċipji stabbiliti fil-Programm Speċifiku Ideat u fir-Regoli għall-Parteċipazzjoni (22). Il-mod li bih għandhom jiġu applikati jista’ jiġi spjegat ulterjorment fil-Gwida għall-Applikanti (23).

Fir-rigward ta’ proposti bi kwistjonijiet etikament sensittivi (ara l-Anness B) jew li jeżiġu iktar skrutinju fejn għandhom x’jaqsmu kunsiderazzjonijiet ta’ sigurtà (ara l-Anness D) għandhom jiġu applikati proċeduri speċjali.

3.1.6.   L-organizzazzjoni tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari

Il-Kunsill Xjentifiku tal-KER għandu jistabbilixxi l-metodoloġija tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari, li tista’ tvarja fid-dettalji għas-sejħiet differenti, għandu jissorvelja l-proċess tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari u għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura għall-Bordijiet tal-KER ippubblikati fuq il-websajt tal-KER (Gwida għall-Analizzatturi Pari tal-KER). Il-Kunsill Xjentifiku tal-KER jista’ wkoll jagħti delega lill-membri tiegħu sabiex ikunu preżenti waqt il-laqgħat tal-Bordijiet bħala osservaturi. Madankollu, il-membri tal-Kunsill Xjentifiku ma għandhomx jinfluwenzaw, fl-ebda ċirkustanza, l-eżitu tal-laqgħa tal-Bord li jattendu għaliha.

L-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari għandha tiġi organizzata fuq il-bażi tal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2.1 iktar ‘il fuq, sabiex tkun żgurata valutazzjoni konsistenti, rigoruża u bbażata fuq il-kwalità tal-proposti skont il-kriterji stabbiliti fil-programm ta’ ħidma Ideat.

Fejn sejħa tispeċifika proċedura ta’ evalwazzjoni f’żewġ stadji, huma biss dawk il-proposti li jkunu għaddew l-ewwel stadju, fuq il-bażi tal-evalwazzjoni meta mqabbla ma’ sett limitat ta’ kriterji, li għandhom jimxu ‘l quddiem għal evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari ulterjuri (24).

3.1.6.1.   L-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari ta’ proġetti ta’ riċerka fil-fruntieri tal-għarfien.

L-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari għandha titwettaq permezz ta’ Bordijiet ta’ xjenzati u ta’ akkademiċi indipendenti. Il-bordijiet jistgħu jkunu assistiti minn evalwaturi tal-bord u minn arbitri speċjalisti, li għandhom iwettqu l-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari b’mod sħiħ jew parzjali fi djarhom jew fil-postijiet tax-xogħol tagħhom (“evalwazzjoni mill-bogħod”). Il-bordijiet għandhom jiġu stabbiliti sabiex ikopru l-firxa tal-oqsma ta’ riċerka koperti mis-sejħa, b’kull Bord ikun responsabbli għal għadd partikolari ta’ oqsma ta’ riċerka.

Skont ir-regoli tal-proċedura għall-Bordijiet tal-KER imsemmija iktar ‘il fuq, il-Bordijiet għandhom joperaw taħt il-presidenza ta’ espert indipendenti anzjan.

Kwalunkwe evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari tista’ tiġi organizzata f’żewġ stadji sussegwenti. F’każ ta’ din ix-xorta, l-eżitu tal-ewwel stadju għandu jkun il-kontribut għat-tieni stadju. Is-sekwenza tal-avvenimenti fi stadju ġeneralment għandha tkun kif ġej:

L-allokazzjoni tal-proposti lill-Bordijiet: Kull proposta għandha tiġi allokata lil Bord fuq il-bażi tas-suġġett tal-proposta. L-allokazzjoni inizjali għandha tkun ibbażata fuq indikazzjoni pprovduta mill-applikant, fuq it-titolu u l-kontenut tal-proposta u/jew fuq informazzjoni, possibbilment fil-forma ta’ “kelmiet prinċipali (keywords)”, ipprovduti fil-proposta.

Il-valutazzjoni individwali: Il-proposti għandhom jiġu eżaminati skont il-kriterji rilevanti minn għall-inqas tliet (3) analizzaturi pari (25), ikkwalifikati fl-oqsma xjentifiċi u/jew teknoloġiċi relatati mal-proposta, li jippreparaw ir-rapporti individwali dwar il-valutazzjoni (IAR).

Il-valutazzjoni tal-Bord: Il-Bordijiet għandhom id-dmir li jeżaminaw b’mod konsistenti l-proposti li jaqgħu fil-qasam tal-kompetenza tagħhom (26) u li joperaw b’mod koerenti ma’ Bordijiet oħrajn, sabiex tkun żgurata konsistenza fit-trattament tal-proposti fil-Bordijiet kollha differenti u fl-oqsma xjentifiċi/teknoloġiċi kollha differenti miftuħa fis-sejħa.

Il-ġudizzju ta’ Bord dwar proposta (inklużi kwalunkwe punteġġ mogħti lill-proposta għal kriterji invidwali jew b’mod globali, u l-pożizzjoni tagħha fi kwalunkwe lista ta’ pożizzjonijiet fi klassifika) huwa bbażat fuq il-valutazzjonijiet individwali u d-diskussjoni fil-Bord, u l-Bord jasal għalih b’vot maġġoritarju. L-eżitu tal-fażi ta’ valutazzjoni tal-Bord hija lista tal-ordni tal-klassifika. Fl-aħħar stadju tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari, il-Bord għandu jidentifika dawk il-proposti li jiġu rrakkomandati għall-finanzjament, skont il-baġit assoċjat mas-sejħa.

Intervisti: Fejn dan jiġi speċifikat fil-programm ta’ ħidma Ideat, il-valutazzjoni tal-Bord tista’ tinkludi intervisti mal-PI u/jew mal-entità legali applikanta. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-għajxien li jsiru b’relazzjoni għall-intervisti jistgħu jiġi rrimborsti mill-ERCEA. Ir-regoli għar-rimbors applikabbli għall-persuni intervistati huma speċifikati fl-Anness Ċ. Kwalunkwe intervista għandha ssir minn għall-inqas tliet membri tal-Bord. L-intervisti jistgħu jsiru fil-post tal-laqgħa tal-Bord tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari, jew bla ħsara għall-fattibbiltà teknika, b’mezzi elettroniċi (konnessjoni bil-vidjo, telekonferenza, jew mezz simili).

Il-Valutazzjoni trasversali ta’ Bordijiet differenti (Valutazzjoni minn Bordijiet differenti, minn sferi differenti, minn oqsma ta’ riċerka differenti, eċċ.): Il-valutazzjoni trasversali ta’ Bordijiet differenti għandha tistabbilixxi ordni finali u rrakkomandat tal-klassifika tal-proposti miżmuma għas-sejħa kollha (mill-oqsma kollha ta’ riċerka miftuħa fis-sejħa), permezz ta’ valutazzjoni bir-reqqa tal-kwalità tal-proposti fil-Bordijiet differenti kollha. Din il-valutazzjoni għandha titwettaq f’forum ikkostitwit mill-presidenti tal-Bordijiet jew mill-membri ddelegati tal-Bordijiet tagħhom. Il-valutazzjoni trasversali tal-Bordijiet differenti għandha tagħti attenzjoni partikolari lil proposti b’natura interdixxiplinari li jaqsmu l-konfini bejn il-Bordijiet differenti, proposti f’oqsma ġodda u emerġenti u proposti li jinvolvu “riskju kbir u gwadann kbir”.

Jekk il-programm ta’ ħidma Ideat jiffissa baġits indikattivi assoċjati ma’ kull Bord, sfera, qasam ta’ riċerka, eċċ. id-diskussjoni tista’ tikkunsidra biss dawk il-proposti li mhumiex inklużi fost l-numru ta’ proposti li qegħdin suffiċjentment ‘il fuq fil-klassifika sabiex jaqgħu fil-baġit indikattiv iffissat għal kull Bord, sfera, qasam ta’ riċerka, eċċ.

L-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari għandha twassal għal Rapport ta’ Evalwazzjoni (ER) għal kull propsta, inklużi r-riżultati ta’ bord trasversali, fejn ikun xieraq, fejn tiġi ddikjarata r-rakkomandazzjoni finali tal-bord rigward il-proposta, flimkien mal-valutazzjonijiet individwali tal-esperti indipendenti, kif ukoll kwalunkwe rakkomandazzjoni li saret dwar l-ammont massimu ta’ finanzjament li għandu jiġi allokat.

3.1.6.2.   Il-proċedura ta’ sottomissjoni f’żewġ stadji għal proġetti ta’ riċerka fil-fruntieri tal-għarfien.

Is-sejħa għandha tispeċifika meta għandha tapplika proċedura ta’ sottomissjoni f’żewġ stadji. F’każijiet ta’ din ix-xorta, il-kriterji ta’ evalwazzjoni applikabbli għal kull stadju għandhom jiġu stabbiliti fil-programm ta’ ħidma Ideat. Il-metodoloġija eżatta għall-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari fl-ewwel u fit-tieni stadju tista’ tvarja (pereżempju, fl-użu tal-evalwaturi tal-bord, tal-arbitri u/jew tal-intervisti tal-PI).

Il-PI l-ewwel iridu jissottomettu proposta ridotta jew fil-qosor. Din il-proposta tal-ewwel stadju għandha tiġi evalwata skont il-kriterji għal dan l-istadju stabbiliti fis-sejħa.

Wara l-evalwazzjoni tal-proposta tal-ewwel stadju, il-valutazzjoni tal-Bord tista’ tirriżulta, għall-proposti miżmuma, fl-istedina għal sottomissjoni tat-tieni stadju. Indipendentement minn kwalunkwe valutazzjoni trasversali oħra minn bordijiet differenti, f’dan l-istadju l-Bordijiet jingħataw is-setgħa, fil-qafas ta’ kompetenza tagħhom, sabiex jirrakkomandaw il-proposti li għandhom jipproċedu għat-tieni stadju.

L-applikanti li jiksbu suċċess wara l-ewwel stadju għandhom jiġu mistiedna jissottomettu proposta iktar dettaljata jew iktar kompluta kif ukoll informazzjoni aġġornata dwar il-proposta oriġinali qabel skadenza speċifika għat-tieni stadju. Sabiex ikun sostnut il-prinċipju ta’ trattament ugwali, il-Bord jista’ jirrakkomanda l-esklużjoni minn evalwazzjoni ulterjuri ta’ proposti sottomessi fit-tieni stadju li jiddevjaw b’mod sostanzjali mill-proposta korrispondenti tal-ewwel stadju.

Il-proċess tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari għat-tieni stadju għandu jsegwi s-sekwenza deskritta fit-Taqsima 3.1.6.1.

3.1.6.3.   L-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari tal-azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u ta’ appoġġ

L-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari ta’ azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u ta’ appoġġ għandha ssegwi l-istess sekwenza bħal fit-Taqsima 3.1.6.1. Il-valutazzjoni tal-Bord tista’ tkun il-fażi finali qabel mal-ERCEA tapprova l-lista finali tal-ordni tal-klassifika.

L-unika eċċezzjoni għal din il-proċedura għandu jkun il-każ ta’ azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u ta’ appoġġ koperti mill-Artikolu 14 tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni, fejn l-esperti indipendenti għandhom jinħatru biss jekk l-ERCEA tikkunsidra li dan huwa xieraq.

Iktar dettalji dwar il-proċedura tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari tal-azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u ta’ appoġġ għandhom ikunu stabbiliti fil-programm ta’ ħidma Ideat, fis-sejħa u fil-Gwida għall-Applikanti relatata.

3.1.7.   Ir-riżultati tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari, is-selezzjoni u ċ-ċaħda tal-proposti

Il-Kunsill Xjentifiku tal-KER għandu jikkonferma l-lista finali tal-ordni tal-klassifika tal-proposti rakkomandati għal finanzjament mill-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari.

Fuq il-bażi tal-eżitu tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari u tal-istabbiliment tal-lista finali tal-ordni tal-klassifika mill-Kunsill Xjentifiku tal-KER, l-ERCEA għandha tipprepara l-lista/i finali tal-proposti għal finanzjament possibbli.

Dan għandu jirriżulta fi:

Lista ta’ proposti li jkunu ta’ kwalità suffiċjentement għolja biex jinżammu għal finanzjament possibbli. Din il-lista għandha tiġi ppreżentata fl-ordni tal-klassifika rrakkomandata, fejn tiġi stabbilita l-prijorità għall-finanzjament fil-limiti tal-baġit disponibbli għas-sejħa (il-lista tal-proposti miżmuma). Jekk is-sejħa tistabbilixxi baġits indikattivi għal Bordijiet, sferi, oqsma ta’ riċerka, eċċ. partikolari, jistgħu jiġu ppreparati listi ta’ proposti miżmuma separati għal kull qasam ta’ din ix-xorta.

Jekk il-finanzjament totali rrakkomandat għall-proposti miżmuma wara l-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari jeċċedi l-baġit disponibbli għas-sejħa, tista’/jistgħu tiġi/jiġu stabbilita/i lista ta’ proposti ta’ riżerva waħda għall-proposti (jew – fil-każ ta’ baġits indikattivi assoċjati ma’ Bordijiet, sferi, oqsma ta’ riċerka eċċ. separati – iktar minn waħda). L-għadd ta’ proposti miżmuma bħala riżerva għandu jiġi ddeterminat mill-ERCEA fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet baġitarji u, għandu jkun ibbażat fuq il-probabbiltà li proposti ta’ din ix-xorta jistgħu eventwalment jirċievu finanzjament minħabba eventwalitajiet bħall-irtirar ta’ proposti jew id-disponibbiltà ta’ baġit addizzjonali.

Lista ta’ proposti li ma għandhomx jinżammu għall-finanzjament. Din il-lista għandha tinkludi dawk il-proposti li nstab li kienu ineliġibbli (jew qabel, jew matul jew wara l-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari), dawk il-proposti li kien ikkunsidrat li ma laħqux il-limitu mitlub ta’ kwalità, dawk il-proposti li, minħabba li jaqgħu taħt ċertu pożizzjoni fil-klassifika, ma jistgħux jiġu ffinanzjati għaliex il-baġit disponibbli mhuwiex suffiċjenti, u dawk il-proposti li fadal mil-lista tal-proposti ta’ riżerva, meta l-baġit għal sejħa partikolari jkun intuża kollu.

Il-valutazzjoni tal-kwalità u l-ordni tal-klassifika rrakkomandata għall-finanzjament tal-proposti fil-lista tal-proposti miżmuma, għandha tkun ibbażata fuq l-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari tal-proposta skont il-kriterji kollha rilevanti. Madankollu, kull meta sejħa tispeċifika proċedura ta’ evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari f’żewġ stadji u b’hekk fejn proposta tiġi kkunsidrata bħala waħda li ma tilħaqx limitu ta’ kwalità ffissat għal kriterju partikolari ta’ evalwazzjoni fis-sejħa, il-proposta tista’ tiġi rrakkomandata għal ċaħda finali matul l-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari, mingħajr ma jkun hemm għalfejn tiġi vvalutata ulterjorment skont kriterji applikabbli oħrajn.

Kwalunkwe proposta li tmur kontra l-prinċipji fundamentali tal-etika jew li ma tissodisafx il-kundizzjonijiet previsti fil-Programm Speċifku Ideat, fil-programm ta’ ħidma Ideat jew fis-sejħa ma għandhiex tiġi selezzjonata (27). Il-proposti jistgħu jiġu miċħuda anki għal raġunijiet etiċi jew ta’ sigurtà wara l-proċeduri fl-Anness B u D rispettivament.

Kwalunkwe PI jew entità legali applikanta potenzjali għal azzjoni indiretta taħt il-Programm Speċifiku Ideat li jkun wettaq irregolarità (28) fl-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe azzjoni indiretta oħra taħt il-Programmi Kwadru jista’ jiġi eskluż mill-proċedura ta’ selezzjoni fi kwalunkwe ħin, filwaqt li jitqies kif xieraq il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

3.1.8.   Ir-reazzjonijiet

Wara l-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari, l-ERCEA għandha tipprovdi reazzjoni lill-PI u lill-entità legali applikanta. Il-komunikazzjoni u r-reazzjonijiet kollha mingħand l-ERCEA lill-PI u lill-entità legali applikanta għandhom isiru permezz tal-kont tal-webmail b’sigurtà tal-ERCEA. Il-Gwida għall-Applikanti għandha tindika d-data mistennija tar-reazzjonijiet.

(a)

Wara l-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari tal-ewwel stadju f’evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari f’żewġ stadji:

 

Dawk li l-proposti tagħhom jinstab li huma ineliġibbli għandhom jiġu informati bir-raġunijiet għal deċiżjoni ta’ din ix-xorta. Il-proposti ineliġibbli ma għandhomx jiġu evalwati.

 

Dawk li l-proposti tagħhom ma jinżammux għall-istadju li jmiss għandhom jirċievu r-reazzjonijiet dwar l-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari fil-forma ta’ ER.

 

Fl-aħħar nett, dawk li l-proposti tagħhom jinżammu għall-istadju li jmiss għandhom jirċievu notifika, u jistgħu jiġu mistiedna jattendu għal intervista.

(b)

Wara tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari tal-ewwel stadju fi proċedura ta’ sottomissjoni f’żewġ stadji:

 

Dawk li l-proposti tagħhom jinstab li huma ineliġibbli għandhom jiġu informati bir-raġunijiet għal deċiżjoni ta’ din ix-xorta. Il-proposti ineliġibbli ma għandhomx jiġu evalwati.

 

Dawk li l-proposti tagħhom ma jinżammux għall-istadju li jmiss għandhom jirċievu r-reazzjonijiet dwar l-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari fil-forma ta’ ER.

 

Fl-aħħar nett, dawk li l-proposti tagħhom jinżammu għall-istadju li jmiss għandhom jirċievu stedina biex jissottomettu proposta għat-tieni stadju, u jistgħu jiġu mistiedna jattendu għal intervista.

(ċ)

Wara t-tieni evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari fil-każijiet a) u b) iktar ‘il fuq, u wara l-unika evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari fil-każ ta’ sottomissjoni waħda u ta’ evalwazzjoni fi stadju wieħed:

 

Dawk li l-proposti tagħhom jinstab li huma ineliġibbli għandhom jiġu informati bir-raġunijiet għal deċiżjoni ta’ din ix-xorta. Il-proposti ineliġibbli ma għandhomx jiġu evalwati.

 

Kemm il-proposti ‘il fuq minn kif ukoll dawk taħt il-limitu tal-kwalità għandhom jirċievu reazzjonijiet dwar l-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari fil-forma ta’ ER.

 

L-ER għandu jipprovdi l-eżitu tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari u għandu jinkludi, kif inhu xieraq, kummenti u punteġġ globali u/jew għal kriterji individwali. Għall-proposti fil-lista tal-proposti miżmuma, fejn ikun xieraq, l-ER għandu jindika kwalunkwe rakkomandazzjoni li saret rigward l-ammont massimu ta’ finanzjament li għandu jiġi allokat, u kwalunkwe rakkomandazzjoni xierqa oħra dwar it-tmexxija tal-proġett, u/jew kwalunkwe suġġeriment għal titjib fil-metodoloġija u fil-programm ta’ ħidma.

 

Għal dawk il-proposti li ġew miċħuda wara li ma laħqux limitu tal-kwalità, il-kummenti inklużi fl-ER jistgħu jkunu kompluti biss għal dawk il-kriterji eżaminati sal-punt meta l-limitu ma ntlaħaqx.

 

Dawk li l-proposti tagħhom jiġu miċħuda minħabba kunsiderazzjonijiet etiċi u ta’ sigurtà għandhom jiġu informati bir-raġunijiet għal deċiżjoni ta’ din ix-xorta.

3.1.9.   Il-proċeduri ta’ assistenza u ta’ rimedju

L-ERCEA għandha tipprovdi informazzjoni dwar il-proċedura li trid tiġi segwita mill-PI u/jew mill-entitajiet legali applikanti sabiex tiġi indirizzata kwalunkwe kwistjoni ta’ jew talba għal rimedju (29) dwar ir-riżultati ta’ evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari partikolari b’relazzjoni għal kwalunkwe sejħa tal-KER.

Mill-inqas, kwalunkwe kwistjoni ta’ jew talba għal rimedju għandha tinkludi isem is-sejħa, in-numru tal-proposta (jekk ikun hemm), it-titolu tal-proposta u deskrizzjoni tal-problemi ffaċċjati.

Għal kwistjonijiet rigward il-kontroll tal-eliġibbiltà u/jew il-proċess tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari ta’ proposta partikolari, għandha tiġi stabbilita proċedura ta’ rimedju sabiex isir rapport dwar kwalunkwe nuqqas fir-riżultati tal-kontroll tal-eliġibbiltà jew fil-mod li bih proposta tkun ġiet evalwata jew li huwa probabbli li pperikolat id-deċiżjoni dwar jekk il-proposta tiġix iffinanzjata jew le. Sabiex jeżamina l-każ inwistjoni jista’ jitlaqqa’ kumitat ta’ rimedju. Jekk il-kumitat jintalab jikkunsidra kwistjonijiet ta’ eliġibbiltà, huwa jista’ jitlob il-parir tal-kumitat tal-analiżi tal-eliġibbiltà (ara t-Taqsima 2.2.6). Il-kumitat għandu jalqqa’ flimkien persunal bil-kompetenza xjentifika/teknika u legali mitluba. Il-kumitat innifsu, madankollu, ma għandux jevalwa il-proposta. Jiddependi min-natura tal-ilment, il-kumitat jista’ janalizza s-CV tal-esperti indipendenti, il-kummenti individwali tagħhom u l-ER. Il-kumitat ma għandux jixħet dubji fuq il-ġudizzju xjentifiku tal-bordijiet ta’ esperti li jkollhom kwalifiki xierqa.

Fid-dawl tal-analiżi tiegħu, il-kumitat għandu jirrakkomanda kors ta’ azzjoni lill-ERCEA. Jekk il-kumitat jikkunsidra li hemm evidenza li ssostni l-ilment, huwa jista’ jissuġġerixxi evalwazzjoni mill-ġdid parzjali jew totali tal-proposta mill-esperti indipendenti.

Kwalunkwe talba għal rimedju trid issir fi żmien xahar mid-data tar-reazzjoni maħruġa fuq il-kont tal-webmail b’sigurtà tal-ERCEA, kif ġie deskritt fit-Taqsima 3.1.8. Proċedura dettaljata ta’ rimedju hija deskritta fil-Gwida għall-Applikanti. It-talbiet mhux eliġibbli ma għandhomx jiġu ġestiti mill-kumitat ta’ rimedju.

Il-lanjanti għandha tintbagħtilhom risposta fi żmien tliet ġimgħat wara l-iskadenza applikabbli għat-talbiet għal rimedju, imsemmija iktar ‘il fuq. Jekk f’dak l-istadju ma tkunx tista’ tingħata risposta definittiva, ir-risposta għandha tindika meta se tingħata riposta ta’ din ix-xorta.

3.1.10.   Ir-rappurtar u l-informazzjoni dwar il-proċess tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari

Wara kull evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari, l-ERCEA għandha tipprepara rapport u dan għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kunsill Xjentfiku tal-KER u tal-kumitat tal-programm Ideat. Ir-rapport għandu jagħti informazzjoni statistika dwar il-proposti riċevuti (pereżempju, in-numru, it-temi prijoritarji koperti, il-kategoriji tal-entitajiet legali applikanti u l-baġit mitlub), dwar il-proċedura ta’ evalwazzjoni u dwar l-esperti indipendenti.

Għal finijiet ta’ komunikazzjoni, l-ERCEA tista’ tippubblika, wara tmiem il-proċess tal-evalwazzjoni u fi kwalunkwe midja xierqa, informazzjoni ġenerali dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari. Barra minn hekk, l-ERCEA tista’ tippubblika informazzjoni dwar il-proposti evalwati li jkunu ‘l fuq mil-limitu tal-kwalità bħala riżultat tal-evalwazzjoni (jew wara t-tieni (2) stadju ta’ evalwazzjoni f’żewġ stadji) (30) u li l-kunsens individwali għall-pubblikazzjoni tad-dejta speċifika tagħha jingħata mill-applikanti (31).

Għal finijiet relatati mal-monitoraġġ, mal-istudju u mal-evalwazzjoni previsti mill-programmi ta’ ħidma Ideat, l-ERCEA jista’ jkollha l-ħtieġa li l-proposti sottomessi jiġu pproċessati minn partijiet terzi (32) f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-applikanti (33) għandhom jintalbu jagħtu l-kunsens individwali liberu tagħhom għall-ipproċessar tal-proposti. Il-kunsens individwali ma għandux jintalab fuq bażi obbligatorja u għandu jiġi pprovdut biss fuq bażi volontarja mill-applikanti. Ir-rifjut li jingħata l-kunsens individwali ma għandux jaffetwa l-proċess tal-evalwazzjoni.

4.   ID-DEĊIŻJONI DWAR L-ALLOKAZZJONI U L-PREPARAZZJONI TAL-FTEHIMIET TA’ GĦOTJA

L-għotjiet għandhom jiġu allokati lill-entitajiet legali applikanti mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, fil-baġit disponibbli, fuq il-bażi tal-lista tal-ordni tal-klassifika finali kif ġiet ippreparata mill-ERCEA skont it-Taqsima 3.1.7, permezz ta’ ftehim formali ta’ għotja.

Il-ftehimiet ta’ għotja għandhom jiġu konklużi mal-entitajiet legali applikanti bla ħsara għall-proċeduri finanzjarji u legali interni (34) u għall-verifika tar-rekwiżiti msemmija f’din it-taqsima.

Waqt il-preparazzjoni tal-ftehim ta’ għotja, il-PI u l-entità legali applikanti jistgħu jintalbu jipprovdu iktar informazzjoni dwar il-proġett u dwar il-ġestjoni prevista tiegħu (35). F’każijiet fejn iktar minn parteċipant wieħed ikun assoċjat mal-proġett, il-PI jew l-entità legali applikanta jistgħu jintalbu jiksbu informazzjoni u assigurazzjonijiet ta’ din ix-xorta mingħand il-parteċipanti l-oħra.

Fuq il-bażi tar-riżultat tal-proċess tal-evalwazzjoni, biex jiġi konkluż ftehim ta’ għotja, għal uħud mill-proposti, jistgħu jintalbu kundizzjonijiet addizzjonali (36). Kundizzjonijiet ta’ din ix-xorta għandhom ikunu ddokumentati b’mod xieraq u għandhom jiġu kkomunikati lill-PI u lill-entità legali applikanta kkonċernata, flimkien mal-ER.

Ma jistgħux jiġu allokati għotjiet lil entitajiet legali applikanti li fi żmien il-proċedura tal-allokazzjoni tal-għotja, ikunu f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 93(1) (falliment, eċċ.), 94 (dikjarazzjonijiet foloz, eċċ.) u 96(2)(a) (esklużi minn kuntratti u għotjiet iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni Ewropea) tar-Regolament Finanzjarju. Huma jridu jiċċertifikaw li mhumiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati iktar ‘il fuq (37).

Jekk ikun meħtieġ, f’dan l-istadju, il-kwistjonijiet etiċi wkoll għandhom jiġu ċċarati iktar. Għal dan l-iskop, l-ERCEA għandha taħtar esperti indipendenti sabiex jipparteċipaw fil-proċess tal-analiżi tal-etika (ara l-Anness B).

Il-preparazzjoni tal-għotjiet ma għandha tinvolvi l-ebda negozjati ta’ natura xjentifika/teknika. Għotja għandha tiġi allokata sussegwentement lill-entità legali applikanta fuq il-bażi tal-proposta sottomessa u tal-finanzjament irrakkomandat wara l-evalwazzjoni tar-reviżjoni minn pari, u bla ħsara għall-ftehim tal-entità legali applikanta mal-PI.

Jekk jirriżulta li jkun impossibbli li jintlaħaq ftehim mal-PI u mal-entità legali applikanti jew jekk wieħed minnhom jew it-tnejn li huma ma ffirmaw l-ebda ftehim supplimentari mitlub qabel skadenza raġonevoli li tista’ tiġi imposta, il-preparazzjonijiet għall-għotjiet jistgħu jiġu mitmuma.

Il-preparazzjoni tal-ftehimiet ta’ għotja għall-proposti fil-lista tal-proposti ta’ riżerva tista’ tibda malli jidher ċar li sar disponibbli baġit suffiċjenti sabiex ikun iffinanzjat proġett wieħed jew iktar minnhom. Bla ħsara għad-disponibbiltà tal-baġit, il-preparazzjoni tal-għotjiet għandha tibda bil-proposta li qiegħda fl-ogħla pożizzjoni fil-klassifika u tkompli f’ordni mill-kbir għaż-żgħir skont il-klassifika finali.

5.   ANNESSI

5.1.   Anness A – Il-Proċeduri għas-Sottomissjoni tal-Proposti fuq il-karta

F’każijiet eċċezzjonali, jekk applikant assolutament ma jkollu l-ebda mezz biex jikseb aċċess għas-sistema ta’ sottomissjoni elettronika tal-proposti u jekk ikun impossibbli li jsiru arranġamenti biex jagħmel dan, l-applikant jista’ jitlob permess mingħand l-ERCEA sabiex j/tagħmel is-sottomissjoni fuq il-karta. Talba ta’ din ix-xorta, li li trid tispjega b’mod ċar iċ-ċirkustanzi tal-każ, trid tiġi riċevuta mill-ERCEA mhux iktar tard minn xahar qabel l-iskadenza tas-sejħa.

Talba għal permess sabiex is-sottomissjoni ssir fuq il-karta għandha tintbagħat f’dan l-indirizz:

Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka

Kap tad-“Dipartiment tal-Ġestjoni Xjentifika”

COV2

B-1049 Brussell

Il-Belġju

L-ERCEA għandha tirrispondi għal talba ta’ din ix-xorta fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol minn meta tirċeviha. Jekk tingħata d-deroga, l-ERCEA għandha tibgħat formoli tal-proposti għal sottomissjoni fuq il-karta lill-applikant ikkonċernat.

Jekk il-karatteristiċi ta’ sejħa partikolari jfissru li s-sottomissjonijiet bbażati fuq l-Internet ġeneralment ma jkunux adattati, l-ERCEA tista’ tiddeċiedi mill-bidu nett li taċċetta sottomissjonijiet fuq il-karta. F’każijiet ta’ din ix-xorta, il-possibbiltà għandha tiġi ddikjarata fis-sejħa għall-proposti, u l-formoli tal-proposti għal sottomissjoni fuq il-karta għandhom ikunu ġeneralment disponibbli.

Meta titħalla sottomissjoni fuq il-karta, jew b’deroga speċjali jew b’deroga ġenerali kif ġie deskritt iktar ‘il fuq, il-kunsinna tal-pakketti li jkun fihom il-proposti fuq il-karta tista’ ssir billi tintuża l-posta normali, is-servizz ta’ kurrier privat jew bl-idejn. Il-verżjonijiet tal-proposti sottomessi fuq mezz ta’ ħżin elettroniku li jista’ jitneħħa (eż. CD-ROM jew kwalunkwe apparat elettroniku simili), bl-e-Mail jew bil-faks għandhom jiġu esklużi. Il-proposti sottomessi fuq il-karta jridu jiġu sottomessi f’pakkett wieħed. Jekk l-applikanti jixtiequ jissottomettu bidliet fi proposta jew informazzjoni addizzjonali, huma jridu jindikaw b’mod ċar liema partijiet tal-proposta nbidlu u l-bidliet/il-partijiet żejda jridu jiġu sottomessi u riċevuti qabel ma tagħlaq is-sejħa. Kontenut addizzjonali jew emendat tal-proposta li jiġi riċevut wara li tagħlaq is-sejħa ma għandux jiġi ttrattat jew evalwat.

F’każ ta’ proposta li tintbagħat bil-posta jew b’kurrier, l-evidenza tad-data tad-dispaċċ għandha tkun ikkostitwita mit-timbru postali jew mid-data tal-irċevuta ta’ depożitu. Il-pakketti li jinkludu l-proposti jistgħu jinfetħu, mal-wasla, mill-ERCEA (38) sabiex id-dettalji amministrattivi jiġu rreġistrati fil-bażijiet tad-dejta u tkun tista’ tintbagħat irċevuta ta’ rikonoxximent li l-pakkett ikun wasal.

5.2.   Anness B - Il-Proċeduri tal-Analiżi tal-Etika

Introduzzjoni

Sabiex ikunu implimentati l-Artikolu 6 tal-FP7 u l-Artikolu 15 tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni, il-proċedura ta’ evalwazzjoni għandha tinkludi identifikazzjoni inizjali tal-kwistjonijiet etiċi mqajma mill-proposti segwita minn eżami sistematiku tal-etika tal-proposti li jqajmu kwistjonijiet etiċi. Fejn ikun meħtieġ, analiżi tal-etika tal-proposti tista’ ssir wara l-eżami sistematiku tal-etika u qabel kwalunkwe deċiżjoni dwar selezzjoni mill-ERCEA skont ir-regoli ffissati. L-eżami sistematiku tal-etika u l-analiżi tal-etika (li f’dan l-Anness għandhom jissejħu flimkien bħala Proċedura tal-Analiżi tal-Etika) għandhom jitwettqu minn esperti indipendenti bil-ħiliet xierqa fl-etika.

L-għanijiet tal-Proċedura tal-Analiżi tal-Etika għandhom ikunu li jiġi żgurat li l-Unjoni Ewropea ma tappoġġjax riċerka li tmur kontra l-prinċipji etiċi fundamentali stabbiliti fir-regoli rilevanti tal-UE u li jkun eżaminat jekk ir-riċerka tkunx konformi mar-regoli relatati mal-etika tar-riċerka stabbiliti fid-Deċiżjonijiet dwar l-FP7 u l-Programm Speċifiku Ideat. L-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda qed jitqiesu u se jiġu kkunsidrati.

Il-proposti

Fejn ikun xieraq u/jew mitlub mis-sejħa, il-proposti għandhom jinkludu taqsima dwar l-Etika li għandha:

Tiddeskrivi l-aspetti etiċi potenzjali tar-riċerka proposta rigward l-għanijiet, il-metodoloġija u l-implikazzjonijiet potenzjali tar-riżultati tagħha;

Tiġġustifika t-tfassil tal-proġett ta’ riċerka mil-lat etiku;

Tispjega kif ir-rekwiżiti etiċi stabbiliti fil-programm ta’ ħidma għandhom jiġu sodisfatti;

Tindika kif il-proposti jissodisfaw ir-rekwiżiti legali u etiċi nazzjonali tal-pajjiż fejn qed jiġi ppjanat li titwettaq ir-riċerka;

Tindika l-perjodu ta’ żmien biex issir applikazzjoni għal opinjoni u/jew għal approvazzjoni minn kwalunkwe awtorità rilevanti fuq il-livell nazzjonali (bħall-awtorità tal-protezzjoni tad-dejta, l-awtorità tal-provi kliniċi, eċċ.).

Għal dan il-għan, l-applikanti għandhom jimlew it-“Tabella tal-Kwistjonijiet Etiċi” inkluża fil-Gwida għall-Applikanti.

L-ERCEA tista’ tikuntattja lill-applikant fi kwalunkwe ħin matul il-proċess sabiex tikseb informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-awtorizzazzjoni etika.

Il-modalitajiet proċedurali ġenerali

Il-proċeduri tal-eżami sistematiku tal-etika u l-organizzazzjoni tal-Bordijiet tal-Analiżi tal-Etika

Il-pre-eżami sistematiku intern tal-proposti

It-tim tal-Etika tal-ERCEA għandu jissuġġetta għal preeżami sistematiku lill-proposti kollha rakkomandati għal finanzjament sabiex jidentifika dawk il-proposti li ma jqajmu l-ebda kwistjoni etika u li jistgħu jiġu approvati għall-għotjiet mingħajr l-involviment ta’ esperti indipendenti. Il-proposti l-oħra kollha għandhom jiġu sottomessi għal iktar skrutinju etiku. Dan il-proċess huwa bbażat fuq it-“Tabella tal-Kwistjonijiet Etiċi” u l-proposti, kif ġew sottomessi mill-applikanti.

Is-sottomissjoni lil Bord tal-Eżami Sistematiku tal-Etika

Il-proposti kollha identifikati fuq il-livell tal-preeżami sistematiku bħala li jqajmu kwistjonijiet etiċi għandhom jiġu sottomessi lil Bord tal-Eżami Sistematiku tal-Etika magħmul minn esperti indipendenti bil-ħiliet xierqa fl-etika.

L-esperti tal-Bord għandhom jidentifikaw dawk il-proposti fejn il-kwistjonijiet etiċi ġew indirizzati b’mod sodisfaċenti, dawk li jistgħu jiġu approvati bil-kundizzjoni li tingħata informazzjoni dokumentarja sodisfaċenti u/jew approvazzjoni fuq il-livell nazzjonali, u dawk li jeżiġu iktar attenzjoni minabba l-importanza tal-kwistjonjiet etiċi mqajma u li jeħtieġ li jiġu sottomessi għal Analiżi tal-Etika (39).

Għal kull proposta li tiġi eżaminata b’mod sistematiku, l-esperti għandhom jippreparaw u jiffirmaw rapport dwar l-Eżami Sistematiku tal-Etika li jinkludi taqsima ta’ rekwiżiti. Dawn ir-rekwiżiti għandhom isiru obbligi kuntrattwali.

Is-sottomissjoni lil Bord tal-Analiżi tal-Etika

Il-proġetti li jqajmu kwistjonijiet etiċi importanti li ġew identifikati waqt l-Eżami Sistematiku tal-Etika għandhom jiġu sottomessi quddiem Bord tal-Analiżi tal-Etika. Kwistjonijiet bħal interventi ta’ riċerka fuq il-bnedmin (40), riċerka fuq embrijuni umani u fuq ċelloli staminali tal-embrijoni tal-bniedem kif ukoll riċerka fuq primati mhux umani għandhom jiġu awtomatikament sottomessi (41) għal analiżi tal-etika.

Il-Bord tal-Analiżi tal-Etika għandu jikkontrolla l-kwistjonijiet etiċi mqajma minn proposta u għandu jidentifika r-rekwiżiti etiċi li għandhom jiġu sodisfatti sabiex il-proposta tkun approvata mil-lat etiku. F’dan l-istadju, il-Bord tal-Analiżi tal-Etika jista’ jidentifika l-proposti li jqajmu kwistjonijiet etiċi serji li jistgħu jwasslu għall-esklużjoni tal-proġett mill-proċess tal-għotja.

Il-kompożizzjoni tal-Bordijiet tal-Eżami Sistematiku tal-Etika u tal-Analiżi tal-Etika

Il-Bordijiet tal-Etika għandhom ikunu magħmula minn esperti indipendenti minn firxa ta’ dixxiplini bħal-liġi, is-soċjoloġija, il-psikoloġija, il-filosofija u l-etika, il-mediċina, il-bijoloġija molekulari, il-kimika, il-fiżika, l-inġinerija u x-xjenzi veterinarji b’bilanċ raġonevoli ta’ membri li ġejjin minn ambitu xjentifiku u oħrajn li ġejjin minn ambitu mhux xjentifiku.

L-esperti bil-kwalifiki xierqa fl-etika għandhom jiġu selezzjonati u għandhom jinħatru mill-ERCEA minn fost dawk l-esperti li ġew identifikati u selezzjonati mill-Kummissjoni għall-FP7, jew minn fost dawk identifikati mill-Kunsill Xjentifiku. Il-bordijiet għandhom ikunu bbilanċjati mil-lat ġeografiku u dak tas-sessi u l-kompożizzjoni tagħhom għandha tiddependi wkoll min-natura tal-proposti li jkunu qed jiġu analizzati. Għall-finijiet tal-proċess tal-approvazzjoni tal-etika, għaldaqstant għall-esperti fl-etika għandhom jintużaw l-ittri ta’ ħatra mudell approvati mill-Kummissjoni fir-rigward tal-esperti indipendenti.

Ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili jistgħu jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Bordijiet.

L-Analiżi tal-Etika

Ġeneralment, fl-ewwel fażi, l-esperti indipendenti għandhom janalizzaw il-proposti mill-bogħod. Imbagħad, fit-tieni fażi, il-proposti għandhom jiġu diskussi fil-Bord tal-Analiżi tal-Etika maħtur kif xieraq, sabiex tkun adottat deċiżjoni kunsenswali.

Il-Bord għandu jipproduċi rapport dwar l-Analiżi tal-Etika. Ir-rapport dwar l-Analiżi tal-Etika għandu jinkludi lista ta’ kwistjonijiet etiċi, rendikont tal-mod li bih il-kwistjoni ġew ġestiti mill-PI u mit-tim tiegħu kif ukoll ir-rekwiżiti u r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord tal-Analiżi tal-Etika. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-esperti tal-Bord tal-Analiżi tal-Etika. F’każ li ma jkun jista’ jintlaħaq l-ebda kunsens, ir-rapport għandu jirrifletti l-opinjoni tal-maġġoranza tal-esperti tal-Bord tal-Analiżi tal-Etika.

Ir-rapporti dwar l-Eżami Sistematiku tal-Etika u dwar l-Analiżi tal-Etika

Il-PI u l-entità legali applikanti għandhom jiġu informati bl-eżitu tal-Proċedura tal-Analiżi tal-Etika permezz jew tar-rapport dwar l-Eżami Sistematiku tal-Etika jew tar-rapport dwar l-Analiżi tal-Etika mingħajr ma tiġi żvelata l-identità tal-esperti.

Fid-deċiżjoni biex ikun iffinanzjat proġett, għandhom jitqiesu r-riżultati tal-Proċedura tal-Analiżi tal-Etika. Dan jista’ jinvolvi bidliet fil-ftehim ta’ għotja u fl-annessi tiegħu, jew f’każijiet estremi, it-tmiem tal-preparazzjoni tal-ftehim ta’ għotja.

L-approvazzjonijiet nazzjonali u l-opinjonijiet tal-kumitat tal-etika kompetenti

L-ERCEA għandha taċċerta ruħha li l-applikanti jkunu rċevew approvazzjoni xierqa mingħand l-awtorità nazzjonali u/jew opinjonijiet favorevoli mingħand il-kumitat kompetenti tal-etika qabel ma jiġi ffirmat il-ftehim ta’ għotja. Fejn l-approvazzjoni tal-awtorità nazzjonali u/jew opinjoni favorevoli mingħand kumitat etiku lokali ma tinkisibx/jinkisbux qabel ma jibda l-ftehim ta’ għotja, il-ftehim ta’ għotja għandu jinkludi klawżola speċjali li teżiġi li l-awtorizzazzjoni jew l-opinjoni rilevanti għandha tinkiseb qabel ma tinbeda r-riċerka korrispondenti.

L-Azzjoni ta’ Segwitu għal u l-Verifika tal-Etika

Il-proposti li jgħaddu minn Eżami Sistematiku tal-Etika u/jew minn Analiżi tal-Etika jistgħu jiġu mmarkati mill-esperti bħala li jeħtieġu Azzjoni ta’ Segwitu għal/Verifika tal-Etika (EFA). EFA għandu jsir minn esperti speċjalizzati fi kwistjonijiet etiċi, mhux qabel id-data tal-ewwel perjodu ta’ rappurtar finanzjarju għall-proposta. L-għan tal-proċedura tal-EFA għandu jkun li tassisti lill-benefiċjarji tal-għotja sabiex jittrattaw il-kwistjonijiet etiċi li tqajmu b’ħidmiethom u jekk ikun meħtieġ jieħdu miżuri korrettivi.

F’każijiet estremi, il-proċess tal-EFA jista’ jirriżulta f’rakkomandazzjoni lill-ERCEA biex jinġieb fi tmiemu ftehim ta’ għotja. L-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proċedura tal-EFA għandhom ikunu r-responsabbiltà tas-Settur tal-Analiżi tal-Etika tal-Kummissjoni (DĠ RTD).

Il-modalitajiet proċedurali speċifiċi għall-attivitajiet ta’ riċerka li jinvolvu ċ-ċelloli staminali tal-embrijoni tal-bniedem  (42)

Meta tevalwa u tisselezzjona l-proposti li jinvolvu l-użu taċ-ċelloli staminali tal-embrijoni tal-bniedem (hESC) u qabel ma tipprepara l-ftehimiet ta’ għotja relatati, l-ERCEA għandha tuża l-proċedura li ġejja:

Għandha tapplika l-proċedura ġenerali tal-analiżi xjentifika minn pari, kif ġiet deskritta fit-Taqsima 3 iktar ‘il fuq. Barra minn hekk, l-esperti indipendenti tal-analiżi xjentifika minn pari għandhom jivvalutaw jekk:

il-proġett iservix miri importanti ta’ riċerka sabiex ikun avvanzat l-għarfien xjentifiku fir-riċerka bażika fl-Ewropea jew sabiex jiżdied l-għarfien mediku għall-iżvilupp ta’ metodi dijanjostiċi, preventivi jew terapewtiċi li għandhom jiġu applikati fir-rigward tal-bnedmin;

l-użu tal-hESC huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet xjentifiċi stabbiliti fil-proposta. B’mod partikolari, l-applikanti jridu jiddokumentaw li l-alternattivi validati xierqa (b’mod partikolari, iċ-ċelluli staminali minn sorsi jew b’oriġini oħrajn) mhumiex adattati u/jew disponibbli sabiex jintlaħqu l-miri mistennija tal-proposta. Din id-dispożizzjoni tal-aħħar ma għandhiex tapplika għal riċerka li tipparaguna l-hESC ma ċelluli staminali tal-bniedem oħrajn.

Il-proċedura tal-Analiżi tal-Etika

Il-proposti ta’ riċerka rrakkomandati għal finanzjament li jinvolvu l-użu tal-hESC għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni (DĠ RTD) għall-Analiżi tal-Etika. Il-proċeduri applikabbli għall-Analiżi tal-Etika mill-Kummissjoni għal proposti taħt l-FP7 li jinvolvu l-użu tal-hESC għandhom jiġu deskritti fl-ittri ta’ ħatra mudell approvati mill-Kummissjoni.

L-approvazzjonijiet nazzjonali u l-opinjonijiet tal-kumitat tal-etika kompetenti

L-ERCEA għandha taċċerta ruħha li l-applikanti jkunu rċevew l-approvazzjoni xierqa mingħand l-awtoritajiet lokali jew nazzjonali qabel ma jiġi ffirmat il-ftehim ta’ għotja.

Fejn l-approvazzjoni tal-awtorità nazzjonali u/jew opinjoni favorevoli mingħand kumitat etiku lokali ma jistgħux jinkisbu qabel il-bidu previst tal-proġett, il-ftehim ta’ għotja jista’ jiġi konkluż bla ħsara għall-inklużjoni ta’ klawżola speċjali li teżiġi li l-awtorizzazzjoni jew l-opinjoni rilevanti għandha tinkiseb qabel ma jinbew l-attivitajiet ta’ riċerka korrispondenti.

Waqt il-preparazzjoni tal-ftehim ta’ għotja, għandhom jitqiesu r-riżultati tal-Analiżi tal-Etika. Dan jista’ jipprevedi bidliet fid-Deskrizzjoni tal-ħidma stabbilita fil-ftehim ta’ għotja, jew f’ċerti każijiet it-tmiem tal-preparazzjoni tal-ftehim ta’ għotja.

Għal proposti dwar l-hESC, wara li tkun twettqet l-Analiżi tal-Etika, u skont l-Artikolu 6.9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/972/KE (43), għall-approvazzjoni tal-finanzjament u għall-adozzjoni tal-azzjonijiet li jinvolvu l-użu tal-hESC għandha tapplika l-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE.

Barra minn hekk, l-ERCEA għandha tagħti inkoraġġiment sabiex il-PI jiżgura ruħu minn komunikazzjoni xierqa mar-reġistru Ewropew tal-hESC (http://www.hescreg.eu/), ħalli jkunu żgurati trasparenza fir-rigward tal-linji tal-hESC użati u tixrid wiesa’ tal-informazzjoni disponibbli dwar dawn il-linji.

5.3.   Anness C – Ir-regoli għar-rimbors tal-provvediment għall-ivvjaġġar, tal-provvediment ta’ kuljum u tal-provvediment għall-akkomodazzjoni għall-Investigaturi Prinċipali mistiedna għal intervista (44)

Artikolu 1

(1)   Dawn ir-regoli għandhom japplikaw għal:

(a)

Persuni intervistati li ġew mistiedna mill-ERCEA sabiex jattendu għal intervista skont it-Taqsima 3.1.6.1.

(b)

Kwalunkwe persuna li jkollha r-responsabbiltà li takkumpanja persuna b’diżabbiltà li ġiet mistiedna mill-ERCEA sabiex tattendi laqgħa fil-kapaċità ta’ persuna intervistata.

(2)   L-uffiċjali awtorizzanti għall-impenji għandhom jipprovaw jiżguraw irwieħhom b’mod speċifiku li l-intervisti jkunu organizzati b’tali mod li l-persuni intervistati jibbenefikaw mill-iktar rati tal-ivvjaġġar ekonomiċi.

L-uffiċjali awtorizzanti għall-pagamenti għandu jiskrutinaw partikolarment bir-reqqa kwalunkwe talba għal rimbors li tinvolvi titjiriet għaljin b’mod anormali. Huma għandu jkollhom id-dritt li jwettqu kwalunkwe kontroll li jista’ jkun meħtieġ u li jitolbu kwalunkwe prova mingħand il-persuni intervistati meħtieġa għal dan l-iskop. Huma għandu jkollhom ukoll id-dritt, fejn jidher li dan ikun iġġustifikat, li jirrestrinġu r-rimbors għar-rati normalment applikati għall-vjaġġ tas-soltu mill-punt tal-oriġini tal-persuni intervistati sal-post tal-laqgħa.

(3)   Fejn, meta titqies kwalunkwe spiża li ssir mill-persuni intervistati b’diżabbiltà minħabba d-diżabbiltà tagħhom jew minn kwalunkwe persuna li takkumpanjahom, jidher ċar li l-provvedimenti pprovduti fl-Artikolu 3 ma jkunux adegwati, l-ispejjeż għandhom jiġu rrimborsati fuq it-talba tal-uffiċjal awtorizzanti responsabbli meta jiġu ppreżentati d-dokumenti ta’ sostenn.

(4)   L-ERCEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe dannu materjali, mhux materjali jew fiżiku li jbatu l-persuni intervistati mistiedna jew dawk li jkollhom ir-responsabbiltà li jakkumpanjaw persuni intervistati b’diżabbiltà matul il-vajġġ tagħhom jew sakemm idumu fil-post fejn qed issir l-intervista, sakemm dannu ta’ din ix-xorta ma jkunx direttament attribwibbli lill-ERCEA.

B’mod partikolari, il-persuni intervistati mistiedna li jużaw il-mezzi tagħhom ta’ trasport sabiex jivvjaġġaw għal intervisti ta’ din ix-xorta għandhom ikunu għalkollox responsabbli għal kwalunkwe aċċident li jistgħu jikkawżaw.

Artikolu 2

(1)   Il-persuni intervistati kollha għandu jkollhom id-dritt għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom mill-punt tal-oriġini speċifikat fl-istedina tagħhom (l-indirizz tal-post tax-xogħol jew tad-dar) sal-post tal-intervista, bl-iktar mezz ta’ trasport xieraq meta tiġi kkunsidrata d-distanza involuta. B’mod ġenerali, għal vjaġġi ta’ inqas minn 400 km (f’direzzjoni waħda, skont id-distanza uffiċjali bil-ferrovija) dan għandu jkun ivvjaġġar bil-ferrovija fl-ewwel klassi, u għal distanzi ta’ iktar minn 400 km ivvjaġġar bl-ajru fi klassi ekonomika.

Jekk il-vjaġġ bl-ajru jinvolvi titjira ta’ erba’ (4) sigħat jew iktar mingħajr waqfiet skedati qosra, għandha tiġi rrimborsata l-ispiża ta’ biljett business class.

(2)   L-ispiża ta’ vvjaġġar b’karozza privata għandha tiġi rrimborsata bl-istess rata bħal biljett tal-ferrovija fl-ewwel klassi.

(3)   Jekk il-ferrovija ma tkoprix ir-rotta, l-ispiża tal-ivvjaġġar b’karozza privata għandha tiġi rrimborsata bir-rata ta’ EUR 0.22 għal kull km.

(4)   In-nollijiet tat-taksis u l-ispejjeż tal-ipparkjar li jsiru fil-post tal-oriġini (jew fl-ajruport tat-tluq) ma għandhomx jiġu rrimborsati.

Artikolu 3

(1)   Il-provvediment ta’ kuljum li jitħallas għal kull jum tal-intervista għandu jkun rata fissa li jkopri n-nefqa kollha li ssir fil-post fejn qed issir l-intervista, inklużi, pereżempju, l-ikliet u t-trasport lokali (karozza tal-linja, tramm, ferrovija ta’ taħt l-art, taksi, ipparkjar, nollijiet tal-awtostrada, eċċ.) kif ukoll l-assigurazzjonijiet tal-ivvjaġġar u f’każ ta’ aċċidenti.

(2)   Il-provvediment ta’ kuljum għandu jkun ta’ EUR 92.

(3)   Jekk il-punt tal-oriġini msemmi fl-ittra ta’ stedina jinsab 100 km jew inqas ‘il bogħod mill-post fejn se ssir l-intervista, il-provvediment ta’ kuljum għandu jitnaqqas b’50 %.

(4)   Il-persuni intervistati li jkollhom iqattgħu lejl wieħed jew iktar fil-post fejn qed issir l-intervista peress li l-ħinijiet tal-intervisti mhumiex kompatibbli mal-ħinijiet tat-titjiriet jew tal-ferroviji (45), għandu jkollhom ukoll id-dritt għal provvediment għall-akkomodazzjoni. Dan il-provvediment għandu jkun ta’ EUR 100 għal kull lejl. In-numru tal-iljieli ma jistax jaqbeż in-numru tal-jiem tal-intervista + 1.

(5)   Provvediment għall-akkomodazzjoni u/jew provvediment ta’ kuljum addizzjonali jistgħu jitħallsu, b’mod eċċezzjonali, jekk it-titwil taż-żjara jagħti l-possibbiltà lill-parti intervistata li tikseb tnaqqis fl-ispiża tat-trasport li tiswa iktar mill-ammont ta’ dawn il-provvedimenti.

Artikolu 4

(1)   Ir-rimbors għandu jsir mill-ERCEA meta tiġi sottomessa talba għal rimbors, mimlija u ffirmata kif inhu xieraq mill-persuna intervistata u mill-uffiċjal tal-ERCEA responsabbli miċ-ċertifikazzjoni tal-preżenza tal-persuna intervistata.

Meta jiffirmaw it-talba għal rimbors, il-persuni intervistati jkunu qed jiddikjaraw fuq unurhom li l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u/jew il-provvedimenti mitluba, għall-istess vjaġġ jew għall-istess perjodu, mhumiex se jitħallsu minn istituzzjoni oħra tal-Unjoni Ewropea jew minn organizzazzjoni oħra jew minn persuna oħra, u li t-talba tagħhom tikkorrispondi għall-ispejjeż reali. Irregolaritajiet u/jew talbiet foloz għandhom iwasslu għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi applikati b’analoġija mal-Artikolu 265a(3) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni għar-Regolament Finanzjarju.

(2)   L-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandhom jiġu rrimborsati meta jiġu ppreżentati d-dokumenti ta’ sostenn oriġinali mhux iktar tard minn 30 jum kalendarju wara l-aħħar jum tal-intervista: il-biljetti u l-fatturi jew, fil-każ ta’ prenotazzjonijiet onlajn, il-prenotazzjoni elettronika stampata u l-karti tat-tlugħ abbord tal-vjaġġ lejn il-post tal-intervista. Id-dokumenti pprovduti jridu juru l-klassi tal-ivvjaġġar li ntużat, il-ħin tal-vjaġġ u l-ammont li tħallas.

Jekk il-persuna intervistata ma tkunx tista’ tipprovdi ġustifikazzjoni xierqa li tiġi aċċettatata b’deċiżjoni raġunata mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, in-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu għandu jeħles lill-ERCEA minn kwalunkwe obbligu li tirrimborsal-ispejjeż tal-ivvjaġġar jew li tħallas kwalunkwe provvediment.

(3)   L-ERCEA għandha tirrimborsal-ispejjeż tal-persuni intervistati fil-perjodu stabbilit fir-regoli li jimplimentaw ir-Regolament Finanzjarju.

(4)   L-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandhom jiġu rrimborsati f’Euro, fejn ikun xieraq, bir-rata tal-kambju li kienet tapplika dakinhar tal-intervista.

(5)   Il-provvediment ta’ kuljum u, fejn ikun xieraq, il-provvediment għall-akkomodazzjoni, għandhom jitħallsu f’Euro bir-rata fissa applikabbli dakinhar tal-intervista. Il-provvediment ta’ kuljum u l-provvediment għall-akkomodazzjoni jistgħu jiġu aġġustati skont il-bidliet fil-livell tal-għajxien fi Brussell.

(6)   Ir-rimborsi tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-provvedimenti ta’ kuljum u/jew tal-provvediment għall-akkomodazzjoni kollha għandhom isiru fl-istess kont bankarju.

(7)   L-uffiċjal awtorizzanti b’delega jista’, b’deċiżjoni raġunata u meta jiġu ppreżentati d-dokumenti ta’ sostenn, jawtorizza r-rimbors tal-ispejjeż li l-persuni intervistati kellhom jagħmlu bħala riżultat ta’ struzzjonijiet speċjali li rċevew bil-miktub.

5.4.   Anness D – Il-Ġestjoni tas-Sigurtà – Azzjonijiet sensittivi tal-KER

(A)   Introduzzjoni

Għal riċerka relatata mas-sigurtà, minħabba n-natura sensittiva tas-suġġetti indirizzati u n-nuqqasijiet partikolari fil-kapaċità li jeħtieġ li jiġu indirizzati sabiex ikunu protetti ċ-ċittadini tal-Ewropa, għandhom japplikaw proċeduri speċjali. L-azzjonijiet tal-KER għandhom jiġu kklassifikati (46) jekk jiġi kkunsidrat li huma sensittivi.

Dawn il-proċeduri huma deskritti iktar ‘l isfel. Huma għandhom japplikaw għall-azzjonijiet tal-KER kif inhu xieraq meta jiġu indirizzati suġġetti sensittivi mil-lat tas-sigurtà.

(B)   L-identifikazzjoni ta’ Azzjonijiet tal-KER potenzjalment ikklassifikati

Azzjoni tal-KER sensittiva mil-lat tas-sigurtà hija azzjoni li jista’ jkun hemm il-ħtieġa li tiġġestixxi informazzjoni klassifikata.

Marka ta’ “kunsiderazzjonijiet ta’ sigurtà” għandha tkun assoċjata mal-proposta:

meta l-applikant jiddikjara li proposta tkun sensittiva;

jekk l-evalwaturi esperti jew l-ERCEA jiskopru jew jissusspettaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

Informazzjoni kklassifikata tintuża jew tista’ tintuża bħala informazzjoni tal-isfond,

Qed jiġi ppjanat li wħud mill-informazzjoni tal-ewwel pjan tiġi kklassifikata.

Kull meta ma’ proposta tkun assoċjata marka ta’ “kunsiderazzjonijiet tas-sigurtà”, iċ-ċirkustanzi tal-ħidma ppjanata għandhom ikunu skrutinati ulterjorment skont il-proċedura deskritta fit-Taqsima C iktar ‘l isfel.

Il-proposti, jekk dan jintalab fil-Gwida għall-Applikanti rilevanti, iridu jidentifikaw – jekk dan ikun meħtieġ – l-isfond mitlub biex titwettaq l-azzjoni tal-KER u l-informazzjoni kklassifikata tal-ewwel pjan li għandha tiġi prodotta bl-azzjoni. Fil-każ ta’ proposta li tinvolvi informazzjoni kklassifikata (tal-isfond u/jew tal-ewwel pjan), “Ittra dwar l-Aspetti ta’ Sigurtà” (SAL) (47) u l-“Gwida għall-Klassifiakzzjoni ta’ Sigurtà” (SCG) (48) annessa tagħha jridu jkunu parti mill-proposta.

L-SCG għandha tkopri:

Il-livell tal-klassifikazzjoni tal-informazzjoni tal-isfond u dik tal-ewwel pjan;

Liema parteċipant għandu jkollu aċċess għal liema informazzjoni;

Barra minn hekk, għandhom jintalbu d-dokumenti li ġejjin:

Kopja tal-“Faċilità ta’ Approvazzjoni ta’ Sigurtà” (FSC) (jew it-talbiet għall-FSC). Il-validità tal-FSC għandha tiġi kkontrollata mid-Direttorat għas-Sigurtà tal-Kummissjoni permezz tal-mezz formali xieraq mal-“Awtoritajiet Nazzjonali tas-Sigurtà” (NSA) involuti;

L-awtorizzazzjoni formali bil-miktub mill-awtoritajiet rilevanti tas-sigurtà sabiex tintuża l-informazzjoni tal-isfond ikklassifikata.

Is-SAL u l-SCG, akkumpanjati mid-dokumenti ta’ sostenn, għandhom jiġu eżaminati wkoll fil-proċedura ta’ skrutinju deskritta iktar ‘l isfel.

(C)   L-iskrutinju ta’ Azzjonijiet tal-KER potenzjalment ikklassifikati

Wara l-evalwazzjoni xjentifika tal-proposti, dawn għandhom jingħataw pożizzjoni fil-klassifika skont ir-riżultati tal-evalwazzjoni. “Lista ta’ proposti miżmuma” li tinkludi l-proposti rrakkomandati għal finanzjament possibbli, jiġifieri li ma ġewx miċħuda, u li għalihom huwa disponibbli l-finanzjament, kif ukoll “lista/i ta’ proposti ta’ riżerva” għandhom jiġu stabbiliti mill-ERCEA.

Kwalunkwe azzjoni tal-KER fil-lista ta’ proposti miżmuma u fil-lista/i ta’ proposti ta’ riżerva, li jkollha l-marka ta’ “kunsiderazzjonijiet tas-sigurtà” għandha tgħaddi minn proċedura ta’ skrutinju. Din għandha titwettaq minn sottokumitat ad hoc: il-“Kumitat tal-Iskrutinju tas-Sigurtà”.

Dan il-“Kumitat tal-Iskrutinju tas-Sigurtà” għandu jkun magħmul mir-rappreżentanti tal-Istati Membri nnominati f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà kompetenti, appoġġjati, jekk ikun xieraq, mir-rappreżentanti tal-Kumitat/i tal-Programmi rilevanti, f’konfigurazzjoni li tirrappreżenta lill-pajjiżi tal-applikanti tal-proposti. Dan il-Kumitat għandu jkun ippresjedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

Dan il-Kumitat għandu jivverifika jekk l-aspetti kollha tas-sigurtà humiex qed jitqiesu kif xieraq mill-applikanti. Il-proposti għandhom jiġu skrutinati minn membri tal-Kumitat mill-istess pajjiżi bħall-applikanti tal-proposti.

Dan il-proċess għandu jilħaq pożizzjoni komuni bejn ir-rappreżentanti nazzjonali kkonċernati li tirriżulta f’waħda mir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

Il-klassifikazzjoni mhijiex meħtieġa: Il-proċeduri għall-preparazzjoni tal-ftehimiet ta’ għotja tal-KER jistgħu jinbdew (għalkemm jistgħu jinħarġu xi rakkomandazzjonijiet għall-preparazzjoni, jekk dan ikun rilevanti);

Il-klassifikazzjoni hija meħtieġa: rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-preparazzjoni tal-ftehim ta’ għotja tal-KER għandhom jingħataw fil-forma ta’ kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti fil-ftehim ta’ għotja. L-azzjoni tal-KER għandha ssir Azzjoni Kklassifikata (49) u għandha tkun ikklassifikata mill-UE fuq il-livell tal-ogħla klassifikazzjoni tal-informazzjoni użata/prodotta mill-azzjoni tal-KER kif ġie indikat fis-SAL u fl-SCG annessa tagħha.

Il-proposta hija wisq sensittiva biex tiġi ffinanzjata għaliex l-applikanti ma għandhomx l-esperjenza, il-ħiliet jew il-permessi xierqa sabiex jiġġestixxu b’mod xieraq l-informazzjoni kklassifikata. F’dak il-każ, il-proposta tista’ tiġi miċħuda. Jekk dan isir, l-ERCEA għandha tispjega r-raġunijiet għaċ-ċaħda, ħlief fejn dawn ir-raġunijiet ikunu huma stess ikklassifikati.

Fuq il-bażi ta’ din il-pożizzjoni komuni, għandu jiġi ddeterminat il-livell tal-klassifikazzjoni. Għaldaqstant, l-ERCEA, flimien mal-NSA kollha rilevanti, imbagħad għandha tivverifika, waqt il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-ftehim ta’ għotja, li huma stabbiliti l-proċeduri u l-azzjonijiet meħtieġa kollha sabiex ikun iggarantit li l-informazzjoni kklassifikata tiġi ttrattata b’mod xieraq.

(D)   Il-Liċenzji tal-Esportazzjoni u tat-Trasferiment

Barra minn hekk, proposta tista’ tiġi kkunsidrata wkoll bħala sensittiva, indipendentement minn kwalunkwe klassifikazzjoni mil-lat tas-sigurtà, jekk qed tippjana li tiskambja materjal suġġett għal liċenzji tat-trasferiment jew tal-esportazzjoni.

F’dak il-kuntest, l-applikanti jridu jkunu konformi mal-liġijiet nazzjonali u mar-regolamentazzjoni tal-UE (50). Jekk biex tiwettaq l-ħidma ppjanata huma mitluba liċenzji tal-esportazzjoni (jew liċenzji intra-UE), l-applikanti jridu jiċċaraw ir-rekwiżit biex ikollhom liċenzji tal-esportazzjoni jew tat-trasferiment ta’ din ix-xorta u jridu jipprovdu kopja tal-liċenzji tal-esportazzjoni jew tat-trasferiment (jew tat-talbiet).

(E)   Il-kooperazzjoni internazzjonali

It-tħassib dwar is-sigurtà ma jistax jiġi invokat bħala raġuni biex jiġu miċħuda proposti għal azzjonijiet tal-KER mhux ikklassifikati li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta’ entitajiet minn pajjiż terza (51). L-uniċi eċċezzjonijiet għal dan għandhom iseħħu jekk:

Is-suġġett ġie deskritt fil-programm ta’ ħidma bħala li mhuwiex miftuħ għall-kooperazzjoni internazzjonali: f’dak il-każ kwalunkwe proposta li tinkludi l-kooperazzjoni internazzjonali għandha tiġi ddikjarata ineliġibbli;

Ġiet introdotta l-marka ta’ “kunsiderazzjonijiet tas-sigurtà”, f’liema każ il-proposta għandha tiġi skrutinata skont il-proċedura deskritta iktar ‘il fuq.


(1)   ĠU L 57, 24.2.2007, p. 14.

(2)   ĠU L 400, 30.12.2006, p. 243.

(3)   ĠU L 9, 12.1.2008, p. 15.

(4)   ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(5)   ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1.

(6)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  Bl-eċċezzjoni possibbli tal-azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u ta’ appoġġ imsemmija fl-Artikolu 14 tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni.

(8)  http://cordis.europa.eu/home_en.html; http://ec.europa.eu/reserach/participants/portal; http://erc.europa.eu

(9)  B’mod eċċezzjonali, il-PI jista’ jagħmilha huwa stess tal-entità legali applikanta.

(10)  L-operatur tas-sottomissjoni elettronika jista’ jikkuntattja lill-proponent sabiex jiċċara jew isolvi problemi tekniċi relatati mas-sottomissjoni.

(11)  Il-kompletezza tal-informazzjoni inkluża fil-proposta għandha tiġi evalwata mill-esperti indipendenti. Il-kontrolli tal-eliġibbiltà jikkonċernaw biss il-preżenza tal-partijiet u tal-formoli xierqa tal-proposta u l-validità tad-dokumenti supplimentari mitluba.

(12)  Il-proposti, normalment, għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji għall-iskema ta’ finanzjament li għaliha jiġu sottomessi. Madankollu, pereżempju f’każijiet fejn l-iskema ta’ finanzjament intgħażlet b’mod żbaljat, l-ERCEA tista’ tiddeċiedi li tevalwa proposta skont il-kriterji ta’ skema ta’ finanzjament differenti. Dan jista’ jsir biss jekk jidher ċar li l-proposta ma tikkorrispondix, jew ftit tikkorrispondi, għall-iskema ta’ finanzjament li ntgħażlet oriġinarjament, u fis-sejħa inkwistjoni tkun miftuħa skema ta’ finanzjament iktar adattata.

(13)  Dan il-kumitat għandu jkun magħmul mill-persunal tal-ERCEA u, fejn ikun meħtieġ, minn persunal ieħor tal-Kummissjoni li jkollu l-kompetenza mitluba fi kwistjonijiet legali u/jew f’sistemi ta’ informazzjoni. Huwa għandu jeżamina l-proposta u ċ-ċirkustanzi tas-sottomissjoni tagħha u għandu jipprovdi pariri speċjalistiċi sabiex tkun sostnuta d-deċiżjoni jekk il-proposta għandhiex tiġi miċħuda jew le minħabba raġunijiet ta’ eliġibbiltà. Il-kumitat jista’ jiddeċiedi li jikkuntattja lill-PI u lill-entità legali applikanta sabiex jiċċara kwistjoni partikolari.

(14)  Il-persunal mill-aġenziji speċjalizzati rilevanti tal-UE għandhom jiġu kkunsidrati bħala esperti esterni.

(15)  L-Artikolu 17(2) tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni.

(16)  Is-selezzjoni mill-Kunsill Xjentifiku tista’ ma tkunx rekwiżit obbligatorju għall-ħatra ta’ analizzaturi pari tal-azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u ta’ appoġġ.

(17)  Skont ir-Regoli għall-Parteċipazzjoni u/jew Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5694 tat-8 ta’ Ottubru 2008 d-delegazzjoni tas-setgħat lill-ERCEA.

(18)  L-Unjoni Ewropea tipprova ssegwi politika ta’ bilanċ bejn is-sessi u ta’ opportunitajiet indaqs fil-qasam tar-riċerka. Għal dak il-għan, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/407/KEE tad-19 ta’ Ġunju 2000 “dwar il-bilanċ bejn is-sessi fil-kumitati u l-gruppi tal-esperti stabbiliti minnha”. Fl-istess kuntest, l-Artikolu 17(2) tar-Regoli għall-Parteċipazzjon jipprovdi li “għandhom jittieħdu miżuri xierqa sabiex jiġi żgurat bilanċ raġonevoli bejn is-sessi meta jinħatru gruppi ta’ esperti indipendenti”.

(19)  Il-Gwida għall-Applikanti rilevanti tista’ tippermetti sa mhux iktar minn tliet persuni li jistgħu jiġu indikati mill-applikant.

(20)  Ir-raġunijiet jridu jkunu bbażati fuq motivi ċar bħal rivalità xjentifika diretta, ostilità professjonali jew sitwazzjoni simili li timpedixxi jew tqiegħed f’dubju l-oġġettività tal-evalwatur potenzjali.

(21)   ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

(22)  L-Artikolu 15 tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni.

(23)  Il-proposti normalment għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji għall-iskema ta’ finanzjament li għaliha ġew sottomessi. Madankollu, pereżempju, f’każijiet fejn l-iskema ta’ finanzjament intgħażlet b’mod żbaljat, l-ERCEA tista’ tiddeċiedi li tevalwa proposta skont il-kriterji ta’ skema ta’ finanzjament differenti. Dan jista’ jsir biss jekk jidher ċar li l-proposta ma tikkorrispondix, jew ftit tikkorrispondi, għall-iskema ta’ finanzjament li ntgħażlet oriġinarjament, u fis-sejħa inkwistjoni tkun miftuħa skema ta’ finanzjament iktar adattata.

(24)  Skont l-Artikolu 16.1 tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni.

(25)  Dan jista’ jinkludi l-membri tal-Bordijiet għajr il-Bord/ijiet li lilu/hom tiġi assenjata l-proposta jew l-arbitri.

(26)  Dan jinkludi proposti interdixxiplinari minn bordijiet differenti jew minn sferi differenti li jistgħu jiġu assenjati ħalli jiġu analizzati mill-membri ta’ iktar minn Bord wieħed jew minn arbitri addizzjonali.

(27)  L-Artikolu 15(2) tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni.

(28)   “Irregolarità” fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95. (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(29)  Il-proċedura ta’ rimedju ma għandhiex tissostitwi l-mezzi normali li japplikaw għall-azzjonijiet kollha tal-ERCEA u tal-Kummissjoni, bħal: is-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni għal ksur tal-kodiċi ta’ amministrazzjoni tajba (relazzjonijiet mal-pubbliku); l-Ombudsman Ewropew għal “amministrazzjoni ħażina”; il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għal deċiżjoni li taffetwa persuna jew entità legali.

(30)  Fuq il-bażi tal-lista finali ppreparata mill-ERCEA skont it-Taqsima 3.1.7.

(31)  Din tista’ tinkludi l-ismijiet tal-PI u tal-entitajiet legali applikanti, it-titolu tal-proposta u l-akronomu.

(32)  Il-kuntratturi u/jew il-benefiċjarji tal-Azzjonijiet ta’ Koordinazzjoni u ta’ Appoġġ.

(33)  Il-PI u/jew l-istituzzjonijiet ospitanti.

(34)  Inkluż, fejn ikun xieraq, l-ikkompletar tal-proċedura għall-konsultazzjoni tal-kumitat tal-programm ipprovduta fil-Programm Speċifiku Ideat.

(35)  Skont l-Artikolu 16(4) tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni, u r-regoli tal-Kummissjoni dwar il-verifika tal-eżistenza u tal-istatus ġuridiku tal-parteċipanti, kif ukoll tal-kapaċitajiet operattivi u finanzjarji tagħhom f’azzjonijiet indiretti appoġġjati permezz tal-forma ta’ għotja taħt l-FP7, C(2007) 2466.

(36)  Il-kundizzjonijiet addizzjonali jistgħu jirreferu għar-rekwiżiti tal-evalwazzjoni tal-etika.

(37)  L-Artikolu 114 tar-Regolament Finanzjarju.

(38)  Jew kwalunkwe kuntrattur li tħallas sabiex jipprovdi servizzi amministrattivi għal sessjonijiet ta’ evalwazzjoni.

(39)  L-oqsma li ġejjin jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tad-DĠ RTD: iċ-ċelluli staminali embrijoniċi tal-bniedem, il-primati mhux umani, l-intervent uman u l-proposti li jaqgħu f’dawn il-kategoriji għandhom jiġu awtomatikament sottomessi lid-DĠ RTD għal Analiżi tal-Etika.

(40)  Bħall-provi kliniċi u r-riċerka li tinvolvi tekniki invażivi fuq persuni ħajjin (eż. it-teħid ta’ kampjuni ta’ tessuti).

(41)  Il-proposti li jaqgħu f’dawn il-kategoriji għandhom jiġu awtomatikament sottomessi lid-DĠ RTD għal Analiżi tal-Etika.

(42)  Filwaqt li titqies id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Lulju 2006 (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 42).

(43)   ĠU L 400, 30.12.2006, p. 243.

(44)  L-ERCEA tista’ tistabbilixxi sistema ta’ sottomissjoni elettronika li għandha tkun applikabbli għall-formoli u għall-oriġinali fuq il-karta li għandhom jiġu sottomessi fil-qafas ta’ dawn ir-regoli għar-rimborsi.

(45)  Bħala regola ġenerali, il-persuni intervistati ma jistgħux jintalbu: jitilqu mill-punt tal-oriġini tagħhom jew mill-post fejn qed issir l-intervista qabel is-07.00 (stazzjon jew mezz ieħor ta’ trasport) jew it-08.00 (ajurport); jaslu fil-post fejn qed issir l-intervista wara d-21.00 (ajruport) jew l-22.00 (stazzjon jew mezz ieħor ta’ trasport); jaslu fil-punt tal-oriġini tagħhom wara l-23.00 (ajruport, stazzjon jew mezz ieħor ta’ trasport).

(46)  Kif ġie ddefinit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KEE, KEFA, Euratom tat-23 ta’ Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura (ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1) rigward id-dispożizzjonijiet tas-sigurtà u l-emendi suċċessivi tagħha.

(47)  Ittra dwar l-Aspetti ta’ Sigurtà (SAL): “ sett ta’ kondizzjonijiet kuntrattwali speċjali, maħruġ mill-awtorità kuntrattwali, li jifforma parti integrali minn kuntratt klassifikat li jinvolvi l-aċċess għal jew il-produzzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE, li jidentifika l-ħtiġiet ta’ sigurtà jew dawk l-elementi tal-kuntratt li jeħtieġu protezzjoni ta’ sigurtà ”, kif ġiet iddefinita fit-Taqsima 27 tad-Deċiżjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom.

(48)  Kif ġiet iddefinita fid-Deċiżjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom.

(49)  It-trattament tad-dejta kunfidenzjali għandu jiġi rregolat mil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti kollha, inklużi r-regoli interni tal-Istituzzjonijiet bħad-Deċiżjoni 2001/844/KE, kefa, Euratom li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura rigward id-dispożizzjonijiet tas-sigurtà.

(50)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju – (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).

(51)   “Pajjiż terz” għandha tfisser kwalunkwe pajjiż li la huwa Stat Membru tal-UE u lanqas pajjiż assoċjat mal-FP7.


IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

11.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/71


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ April 2006

rigward l-Għajnuna mill-Istat C 39/03 (ex NN 119/02) li l-Greċja implimentat favur it-trasportaturi tal-ajru wara d-danni li sofrew mill-11 sal-14 ta’ Settembru 2001

(notifikata bid-dokument numru C(2006) 1580)

(Il-verżjoni Griega biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/768/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (1),

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

B’mod konformi mal-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, permezz ta’ ittra tal-24 ta’ Settembru 2002, irreġistrata fis-26 ta’ Settembru 2002 bin-numru TREN (2002) A/66844, il-Ministru Grieg tat-Trasport informa lill-Kummissjoni Ewropea dwar id-dettalji ta’ skema ta’ kumpens għat-telf fis-settur tal-avjazzjoni wara l-attakki tal-11 ta’ Settembru 2001.

(2)

Peress li kienet implimentata qabel l-approvazzjoni formali tal-Kummissjoni, din il-miżura kienet irreġistrata bħala għajnuna mhux notifikata bin-numru NN 119/2002. Dan kien ikkomunikat permezz tal-ittra b’nota ta’ rċevuta mibgħuta mill-Kummissjoni fit-28 ta’ Ottubru 2002 (TREN(2002) D/17401).

(3)

Permezz tal-ittra tas-27 ta’ Mejju 2003, il-Kummissjoni infurmat lill-Greċja dwar id-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat fil-konfront ta’ din l-għajnuna.

(4)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ġiet ippubblika f‘il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom dwar din l-għajnuna.

(5)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mill-partijiet interessati.

(6)

Il-Kummissjoni rċeviet l-ewwel kummenti mill-Greċja dwar il-bidu tal-proċedura permezz tal-ittra datata t-3 ta’ Diċembru 2003 u rreġistrata li ġiet irċevuta fl-10 ta’ Diċembru 2003 bin-numru SG (2003) A/12211.

(7)

Il-Greċja ddikjarat li se tibgħat iktar informazzjoni. Peress li dan ma seħħx, bl-ittra TREN(2004) D/4128 tal-15 ta’ Marzu 2004, il-Kummissjoni offriet lill-awtoritajiet Griegi opportunità tal-aħħar biex jipprovdu l-informazzjoni addizzjonali fi żmien ħmistax-il jum u avżathom li, jekk ma jagħmlux dan, il-Kummissjoni se tieħu d-deċiżjoni tagħha fuq il-bażi tal-informazzjoni li diġà għandha. L-awtoritajiet Griegi ma wieġbux għal din l-ittra.

2.   DESKRIZZJONI TAL-GĦAJNUNA NOTIFIKATA

Kuntest

(8)

Minħabba l-attakki terroristiċi li seħħew fl-Istati Uniti fil-11 ta’ Settembru 2001, partijiet mill-ispazju tal-ajru ingħalqu għal bosta jiem. Dan kien partikolarment il-każ tal-ispazju tal-ajru tal-Istati Uniti, li kien kompletament magħluq mill-11 sal-14 ta’ Settembru 2001, u li nfetaħ bil-mod il-mod għat-titjiriet biss mill-15 ta’ Settembru 2001 ‘il quddiem. Pajjiżi oħra kellhom jieħdu miżuri simili għat-territorju kollu tagħhom jew parti minnu.

(9)

Minħabba din ir-raġuni, matul dan il-perjodu inizjali, il-kumpaniji tal-ajru kellhom jikkanċellaw it-titjiriet li jużaw l-ispazju tal-ajru kkonċernat. Bl-istess mod, huma ġarrbu telf minħabba t-taqlib li seħħ fil-bqija tat-traffiku jew minħabba l-impossibbiltà li tiġi koperta r-rotta sħiħa ta’ ċerti passiġġieri.

(10)

Minħabba l-kobor u l-fatt li dawn l-avvenimenti seħħew għal għarrieda u l-ispejjeż li kkawżaw għall-kumpaniji tal-ajru, l-Istati Membri kellhom jikkunsidraw miżuri speċjali ta’ kumpens.

L-iskema implimentata mill-Greċja

(11)

L-iskema li hija soġġetta għal din id-Deċiżjoni pprovdiet għall-pagament ta’ kumpens għat-telf li soffrew minnu l-kumpaniji tal-ajru mill-11 sal-15 ta’ Settembru 2001, fil-fatt l-iskema nnotifikata pprovdiet ukoll għall-pagament ta’ kumpens tal-ispejjeż imġarrba wara dak il-perjodu.

(12)

B’appoġġ tal-iskema tagħhom, l-awtoritajiet Griegi argumentaw li l-għeluq tal-ispazju tal-ajru tal-Istati Uniti kellu konsegwenzi diretti fuq il-kumpaniji tal-ajru anke wara l-14 ta’ Settembru 2001, peress li titjira tal-Olympic Airways lejn New York fis-16 ta’ Settembru ġiet ikkanċellata bħala prevenzjoni minħabba nuqqas ta’ informazzjoni disponibbli rigward il-possibbiltà ta’ nżul hemmhekk. Kien hemm ukoll kumpens għall-ispejjeż imġarrba fil-15 ta’ Settembru 2001.

(13)

Il-kumpaniji tal-ajru eliġibbli huma t-trasportaturi bl-ajru li għandhom liċenzja sabiex joperaw bħala trasportaturi bl-ajru mogħtija mill-awtoritajiet Griegi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta’ Lulju 1992, rigward il-liċenzji tat-trasportaturi bl-ajru (3).

(14)

L-awtoritajiet Griegi indikaw li huma kkonsultaw il-kumpaniji tal-ajru eliġibbli kollha, tliet kumpaniji biss ressqu talba għal kumpens wara li l-kumpaniji tal-ajru Griegi kollha ġew mistiedna jagħmlu dan permezz tal-ittri tal-24 ta’ Ottubru u tal-5 ta’ Diċembru 2001 mill-awtoritajiet lokali. Waħda minnhom, Axon Airlines, waqqfet milli topera fit-3 ta’ Diċembru 2001, qabel ma l-kumpens tħallas f’Lulju 2002; għaldaqstant il-Greċja ddeċidiet li ma tagħtix kumpens lil din il-kumpanija tal-ajru peress li l-għan tagħha kien li tippermetti lill-kumpaniji tal-ajru jkomplu l-attività tagħhom mingħajr ma jkunu affettwati b’mod eżaġerat mill-ispejjeż imġarrba wara l-attakki. Il-kumpaniji tal-ajru l-oħra li effettivament ingħataw kumpens, huma Olympic Airways, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “OA”, u Aegean Cronus, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “AC”.

(15)

Fin-notifika tagħhom, l-awtoritajiet Griegi indikaw li l-pagamenti lil dawn il-kumpaniji ammontaw għal EUR 4 827 586 għal OA u EUR 140 572 għal AC, li jagħmlu t-total għal EUR 4 968 158 innotifikat fl-24 ta’ Settembru 2002. Dawn l-ammonti kienu ffinanzjati, skont il-leġiżlazzjoni Griega applikabbli, mill-fondi tat-TASS u TAEA għall-iżvilupp u l-immodernizzar tal-ajruport.

(16)

L-awtoritajiet Griegi indikaw li l-kumpaniji kienu rċevew kopji tal-ittra tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Novembru 2001 u li din kienet il-bażi għat-talbiet għal kumpens.

(17)

Il-Greċja ddefinixxiet it-telf eliġibbli għall-kumpens bħala telf li soffrew minnu l-kumpaniji tal-ajru u li huma direttament relatati mal-avvenimenti, dawn jinkludu t-telf ta’ dħul mill-passiġġieri, it-telf tad-dħul mit-trasport tal-merkanzija, it-telf dovut għall-qerda ta’ kunsinni ta’ prodotti li ma laħqux id-destinazzjoni tagħhom, l-ispejjeż iġġenerati mid-devjazzjonijiet u l-ħin li l-inġenji tal-ajru għaddew f’ajruporti oħrajn minħabba l-għeluq tal-ispazju tal-ajru, l-ispejjeż ta’ akkomodazzjoni tal-passiġġieri jew tal-ekwipaġġi.

(18)

Fin-notifika, it-telf eliġibbli għall-kumpens ma kienux limitati għal rotot direttament affettwati mid-deċiżjoni meħuda minn xi pajjiżi wara l-avvenimenti biex jgħalqu parzjalment l-ispazju tal-ajru, fil-fatt huma relatati man-netwerks kollha tal-kumpaniji tal-ajru u l-kumpens kien pagabbli għat-telf kollu mġarrab madwar in-netwerk sħiħ.

(19)

Il-Greċja tat lill-Kummissjoni informazzjoni xi ftit jew wisq dettaljata dwar kull benefiċjarju.

Olympic Airways

(20)

Il-Greċja indikat lill-Kummissjoni fin-notifika li l-kumpens totali kien inqas minn 4/365 tal-fatturat annwali tal-kumpanija. Il-kumpens kien relatat mhux biss mat-titjiriet lejn l-Istati Uniti, il-Kanada u l-Iżrael, iżda man-netwerk kollu tal-kumpanija.

(21)

L-ispejjeż ikkumpensati ta’ GRD 1 645 000 000 (EUR 4 827 586) inqasmu kif ġej:

1.

Dħul assoċjat mat-telf ta’ passiġġieri

Dawn kienu l-ammont għad-dritt ta’ GRD 1 390 000 000 (EUR 4 079 237), li minnhom madwar GRD 1 234 500 000 (EUR 3 622 894) kienu relatati mal-perjodu mill-11 sal-15 ta’ Settembru 2001, madwar GRD 821 000 000 (EUR 2 409 393) kienu għal telf imġarrab fl-ispazju tal-ajru tat-Tramuntana tal-Atlantiku, il-bilanċ ta’ madwar GRD 413 000 000 (EUR 1 212 203) kien għall-bqija tan-netwerk tal-kumpanija, jiġifieri n-netwerks domestiċi u Ewropej, iżda wkoll il-Lvant Nofsani, l-Afrika, l-Awstralja u l-Asja.

Barra minn hekk, somma ta’ madwar GRD 150 000 000 (EUR 440 206) kienet għal telf imġarrab fis-16 ta’ Settembru 2001 fin-netwerk tat-Tramuntana tal-Atlantiku.

Ġie spjegat li l-ammont tal-kumpens kien ikkalkulat billi sar paragun bejn it-traffiku rreġistrat matul dan il-perjodu speċifiku u dak irreġistrat mill-kumpanija fil-ġranet korrispondenti tal-ġimgħa ta’ qabel, b’aġġustament għall-varjazzjoni nnutata matul il-perjodu korrispondenti fis-sena 2000. Dan it-telf kien ikkalkulat fuq il-bażi tal-prezz medju għal dak il-perjodu għal kull kategorija ta’ destinazzjoni.

2.

Dħul ieħor mitluf u spejjeż imġarrba

Dawn huma essenzjalment:

(a)

telf mid-dħul tal-merkanzija: GRD 95 000 000 (EUR 278 797);

(b)

spejjeż marbuta mal-qerda tal-prodotti: GRD 6 000 000 (EUR 17 608);

(ċ)

diversi spejjeż marbuta ma’ kontrolli ta’ sigurtà addizzjonali: GRD 19 000 000 (EUR 55 759);

(d)

spejjeż marbuta mal-kanċellazzjoni ta’ titjiriet li kienu qegħdin isiru dak il-ħin, mad-devjazzjonijiet tat-titjira u ż-żamma tal-inġenji barra l-pajjiż: GRD 17 384 737 (EUR 51 019);

(e)

spejjeż speċjali tat-titjiriet imsejħa “ferry flights” (4): GRD 163 000 000 (EUR 478 357);

(f)

spejjeż ta’ akkomodazzjoni jew ta’ sigħat żejda: GRD 50 000 000 (EUR 146 735).

3.

Tnaqqis

It-tnaqqis jirrigwarda l-fjuwil iffrankat li jammonta għal GRD 95 000 000 (EUR 278 797).

Aegean Cronus

(22)

Il-Greċja indikat lill-Kummissjoni li l-kumpens totali kien ikkalkulat fuq bażijiet komparabbli iżda ovvjament aktar baxxi, minħabba li l-kumpanija ma kellhiex titjiriet transatlantiċi. Il-kumpens ammonta għal GRD 47 900 000 (EUR 140 572).

(23)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura formali ta’ valutazzjoni minħabba d-dubji tagħha dwar il-konformità ta’ din l-iskema ta’ għajnuna mat-Trattat, mhux biss minħabba li l-iskema marret lil hinn mill-perjodu pprovdut fil-paragrafu (35) tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Eworpew u lill-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2001 intitolata “Il-Konsegwenzi għall-industrija tat-trasport bl-ajru wara l-attakki fuq l-Istati Uniti” (5) (minn hawn ‘il quddiem: Il-Komunikazzjoni tal-10 ta’ Ottubru 2001) imma wkoll u fuq kollox minħabba n-nuqqas ta’ avveniment straordinarju u l-bidla tan-natura tat-telf eliġibbli għal kumpens li tirriżulta minn din l-estensjoni ta’ żmien lil hinn mill-14 ta’ Settembru 2001.

3.   KUMMENTI PPREŻENTATI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

(24)

L-ebda parti terza interessata ma ressqet kummenti lill-Kummissjoni fi żmien xahar.

4.   KUMMENTI PPREŻENTATI MILL-GREĊJA

(25)

L-awtoritajiet Griegi ma ppreżentaw l-ebda kumment ieħor lill-Kummissjoni fi żmien ix-xahar previst speċifikat fl-ittra dwar il-ftuħ tal-proċedura. L-ittra tagħhom tat-23 ta’ Lulju 2003, irreġistrata fit-28 ta’ Lulju mill-Kummissjoni bin-numru TREN (2003) A/26329, semmiet ir-risposta għad-deċiżjoni tas-27 ta’ Mejju 2003 iżda l-kontenut tagħha kien jirrigwarda biss it-tneħħija ta’ dejta kunfidenzjali li m’għandhiex tkun ippubblikata. Madankollu, wara li l-Kummissjoni lestiet l-ewwel abbozz tad-deċiżjoni, il-Greċja fl-aħħar ippreżentat kumment fit-3 ta’ Diċembru 2003. L-ittra ddikjarat li l-Greċja sejra tippreżenta informazzjoni addizzjonali, iżda, minkejja li fil-15 ta’ Marzu 2004 il-Kummissjoni bagħtet lill-Greċja stedina ġdida biex tipprovdi l-kummenti addizzjonali tagħha, il-Greċja bagħtet l-informazzjoni addizzjonali mwiegħda.

(26)

Fl-ittra tagħhom tat-3 ta’ Diċembru 2003, l-awtoritajiet Griegi spjegaw xi ammonti notifikati għal OA, iżda b’mod differenti minn dak fin-notifika, pereżempju, huma speċifikaw liema ammonti kienu jirreferu għall-perjodu mill-11 għall-14 ta’ ta’ Settembru 2001 inklużivi u liema ammonti kienu jirreferu għall-perjodu wara l-14 ta’ Settembru 2001. Huma ma semmew xejn relatat mal-ammont notifikat għal AC.

1.   Danni mġarrba minn OA mill-11 sal-14 ta’ Settembru 2001 iż-żewġ dati inklużi

(27)

Il-Greċja rrappurtat li OA ġarrbet telf mill-11 sal-14 ta’ Settembru 2001 minħabba l-għeluq tal-ispazju tal-ajru tal-Istati Uniti, tal-Kanada u tal-Iżrael. Minħabba din ir-raġuni, sitt titjiriet transatlantiċi u titjira waħda għall-Iżrael, kollha titjiriet bir-ritorn kienu kkanċellati, fuq il-bażi tal-lista tal-passiġġieri kkonfermati fuq dawn it-titjiriet u tad-dħul medju għal kull passiġġier, il-Greċja ddikjarat li OA ġarrbet telf ta’ GRD 654 650 000 (madwar EUR 1 921 203), u hija meqjusa eliġibbli għal kumpens.

(28)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Griegi jsemmu żewġ spejjeż oħrajn li ġarrbet OA matul dan il-perjodu. L-ewwel waħda tirrigwarda l-waqfa fit-tul fil-Kanada ta’ ajruplan matul dan il-perjodu kollu; l-ispiża ammontat għal GRD 12 967 457 (madwar EUR 38 056). It-tieni waħda tirrigwarda r-ritorn ta’ titjira li telqet minn Ateni lejn l-Istati Uniti fil-11 ta’ Settembru u li ħolqot spejjeż żejda ta’ GRD 1 165 600 (EUR 3 421).

(29)

B’kollox, l-ispejjeż ippreżentati mill-Greċja għal OA u li jirrigwardaw dan il-perjodu tal-11 sal-14 ta’ Settembru 2001 jammontaw għalhekk għal GRD 668 783 057 (madwar EUR 1 962 680).

2.   Telf li ġarrbet OA wara l-14 ta’ Settembru 2001

(30)

Il-Greċja rrapurtat l-ispejjeż li ġarrbet OA wara l-14 ta’ Settembru 2001 għal 3 titjiriet Transatlantiċi bir-ritorn fil-15 u s-16 ta’ Settembru (waħda lejn l-Istati Uniti u tnejn lejn il-Kanada). Fuq il-bażi tal-lista tal-passiġġieri kkonfermati fuq dawn it-titjiriet u tad-dħul medju għal kull passiġġier, il-Greċja tiddikjara li OA ġarrbet telf ta’ GRD 333 000 000, u hija eliġibbli għal kumpens. Il-Greċja ddikjarat li dan l-ammont kien ekwivalenti għal EUR 1 270 726; dan huwa bla dubju ta’ xejn kalkolu żbaljat peress li l-applikazzjoni tar-rata ta’ dħul tad-Drakma fiż-żona tal-Euro, jiġifieri (1 euro = 340,75 drachma) iġġib fil-fatt ammont ta’ madwar EUR 977 257.

(31)

It-titjira għal New York tal-15 ta’ Settembru 2001 intqalet li kienet ikkanċellata minħabba n-nuqqas ta’ slot għall-nżul, anke jekk l-Ajruport ta’ JFK fi New York infetaħ mill-ġdid fl-14 ta’ Settembru 2001 fit-23:00, ħin ta’ Ateni, it-talba qawwija għall-slottijiet għall-nżul waqqfet lil OA milli tikseb waħda. L-awtoritajiet Griegi indikaw li huma talbu lil OA biex tipprovdi konferma dwar din is-sitwazzjoni, u li din kellha tintbagħat lill-Kummissjoni. Madankollu, dan ma sarx, peress li l-Kummissjoni ma rċevietx korrispondenza addizzjonali dwar din il-kwistjoni.

(32)

It-titjiriet tal-15 u tas-16 ta’ Settembru 2001 lejn il-Kanada ġew ikkanċellati minħabba d-dewmien fir-ritorn tal-ajruplan li kien imwaħħal f’dan il-pajjiż. Il-Greċja spjegat li OA ma kellhiex aktar ajruplani għal distanza twila (long-haul) disponibbli għall-15 ta’ Settembru minħabba titjiriet oħra ppjanati. Għat-titjira tas-16 ta’ Settembru 2001, id-dewmien fir-ritorn tal-ajruplan imsemmi hawn fuq ma ppermettiex biżżejjed ħin biex isiru l-kontrolli tekniċi u biex jinkisbu s-slottijiet ta’ nżul għat-titjira l-ġdida lejn il-Kanada, li ġiegħel lil OA tikkanċella t-titjira.

(33)

It-tieni tip ta’ spejjeż imġarrba u mitluba minn OA kienu spejjeż relatati ma’ titjiriet ferry pprovduti minn OA; dawn kienu jikkonsistu fi 3 titjiriet (waħda lejn l-Istati Uniti fit-18 ta’ Settembru 2001 u tnejn oħra lejn il-Kanada fl-20 u fis-26 ta’ Settembru 2001) u li saru, skont l-awtoritajiet Griegi, wara pressjoni magħmula min-naħa tal-gvernijiet tal-Istati Uniti u tal-Kanada fuq OA sabiex iġġib lura passiġġieri minn Ateni lejn l-Amerika ta’ Fuq. Dawn il-passiġġieri ħallsu l-passaġġ b’rata normali iżda l-ajruplani ġew lura vojta lejn Ateni. L-ispiża tat-titjiriet bir-ritorn, ikkalkulata fuq il-bażi ta’ “block hours” (jiġifieri fuq il-ħin tat-titjira tal-ajruplan), kienet b’kollox ta’ GRD 166 051 680 (madwar EUR 487 312).

(34)

B’kollox, l-ispejjeż ippreżentati mill-Greċja għal OA u li jirrigwardaw il-perjodu ta’ wara l-14 ta’ Settembru 2001 jammontaw għalhekk għal GRD 499 051 680 (madwar EUR 1 464 569). Il-kjarifiki kollha mressqa mill-Greċja fl-ittra tagħha tat-3 ta’ Diċembru 2003 għandhom għalhekk l-għan li jiġġustifikaw kumpens, għall-perjodi kollha kkonċernati, ta’ GRD 1 167 834 737 (madwar EUR 3 427 249).

5.   VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

L-eżistenza ta’ għajnuna

(35)

Skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, ħlief fejn id-derogi jipprovdu mod ieħor, kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz tar-riżorsi tal-Istat li toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.

(36)

Is-sussidji lill-kumpaniji tal-ajru huma allokazzjoni tar-riżorsi tal-Istat favur tagħhom u għaldaqstant jirrappreżentaw vantaġġ ekonomiku ċert għalihom.

(37)

Din il-miżura li tirrigwarda t-trasport bl-ajru hija selettiva fin-natura tagħha. Barra minn hekk il-kumpaniji tal-ajru li kienu sejrin jingħataw l-għajnuna skont din l-iskema ġew identifikati b’mod espliċitu.

(38)

Fil-kuntest ta’ suq tal-avjazzjoni liberalizzat mill-1 ta’ Jannar 1993, id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KEE) Nru 2407/92, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intrakomunitarji (6) u tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2409/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar nollijiet u rati għal servizzi tal-ajru (7), il-kumpaniji tal-ajru ta’ Stat Membru jinsabu f’sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni ma’ kumpaniji oħrajn ta’ Stati Membri oħra. B’mod partikolari, il-kumpaniji tal-ajru eliġibbli skont n-notifika joperaw b’mod attiv fis-suq Komunitarju. Is-sussidji mogħtija lilhom u l-vantaġġ li jiksbu minnhom b’dan il-mod jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri u x’aktarx jaffettwaw il-kompetizzjoni.

(39)

Il-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u huma kompatibbli mat-Trattat sakemm ikunu koperti minn waħda mid-derogi applikabbli.

Bażi legali għall-valutazzjoni tal-għajnuna

(40)

Id-derogi pprovduti fl-Artikolu 87(2)(a) u (c) ma japplikawx peress li dan il-każ ma jinvolvix għajnuna soċjali mogħtija lil konsumaturi individwali jew għajnuna mogħtija lil ċerti reġjuni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

(41)

Minħabba li dan il-każ mhuwiex għajnuna li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti reġjuni, lanqas mhu għajnuna li tiffavorixxi l-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjuni fejn il-livell tal-għajxien huwa aktar baxx min-normal jew fejn il-qgħad huwa kbir, u lanqas għajnuna li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew reġjuni ekonomiċi, id-derogi pprovduti fis-subparagrafi a) u c) tal-Artikolu 87(3) ma japplikawx.

(42)

Fl-aħħar nett, id-derogi pprovduti fl-Artikolu 87(3)(b) u (d) maħsuba rispettivament sabiex jippromwovu proġett fuq skala kbira ta’ interess komuni Ewropew jew sabiex jipprovdu rimedju għal taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru, u sabiex jippromwovu valuri ta’ kultura u patrimonju kulturali, m’humiex rilevanti f’dan il-każ.

(43)

Skont l-Artikolu 87(2)(b) tat-Trattat, għajnuna kompatibbli mas-suq komuni hija: “kull għajnuna mogħtija sabiex tirrimedja għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew minn avvenimenti oħra straordinarji”. Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-10 ta’ Ottubru 2001, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-avvenimenti tal-11 ta’ Settembru 2001 jistgħu jiġu kkwalifikati bħala avvenimenti straordinarji fis-sens tal-Artikolu 87(2)(b) tat-Trattat.

(44)

Fil-paragrafu (35) tal-Komunikazzjoni tal-10 ta’ Ottubru 2001, il-Kummissjoni spjegat il-kundizzjonijiet li hija tqis meħtieġa sabiex tikkunsidra li l-kumpens marbut ma’ dawn l-avvenimenti jirrispettaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 87(2)(b):

“Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ispejjeż li ġejjin direttament mill-għeluq tal-ispazju tal-ajru Amerikan bejn il-11 u l-14 ta’ Settembru 2001 huma konsegwenza diretta tal-avvenimenti tal-11 ta’ Settembru 2001. Għalhekk huma jistgħu jagħtu lok għall-kumpens mill-Istati Membri skont l-Artikolu 87(2)(b) tat-Trattat dwar dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

il-kumpens jingħata b’mod mhux diskriminatorju lill-kumpaniji tal-ajru kollha fi Stat Membru partikolari;

il-kumpens ikun jirrigwarda biss l-ispejjeż imġarrba matul il-ġranet tal-11 sal-14 ta’ Settembru 2001 wara l-waqfien tat-traffiku tal-ajru deċiż mill-awtoritajiet Amerikani;

l-ammont tal-kumpens huwa kkalkulat b’mod preċiż u oġġettivament billi jsir paragun bejn it-traffiku rreġistrat minn kull kumpanija tal-ajru matul l-erbat ijiem partikolari u dak t-traffiku rreġistrat mill-istess kumpanija tal-ajru fil-ġimgħa preċedenti, u huwa aġġustat biex jikkunsidra l-iżvilupp fil-perjodu korrispondenti tal-2000. l-ammont massimu ta’ kumpens, li jrid jikkunsidra b’mod partikolari l-ispejjeż attwali mġarrba u dawk evitati, huwa ugwali għat-telf ta’ dħul rreġistrat kif xieraq matul dawk l-erbat ijiem. Naturalment dan għandu jkun inqas minn 4 minn kull 365 tal-fatturat tal-kumpanija tal-ajru.”

Kompatibbiltà skont l-Artikolu 87(2)(b) tat-Trattat

(45)

Il-Kummissjoni tinnota li, minkejja li tliet kumpaniji tal-ajru biss għamlu talba formali għal kumpens għall-ispejjeż li ġarrbu, it-trasportaturi kollha tal-ajru, detenturi ta’ liċenzja tat-trasport pubbliku mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat huma eliġibbli għal din l-iskema. L-esklużjoni ta’ waħda minnhom, Axon Airlines, minħabba li ma kinitx għadha topera meta ntbagħtu l-ittri ta’ notifika dwar din l-iskema lill-kumpaniji u, a fortiori, meta tħallset l-għajnuna, ma jagħmlux l-iskema diskriminatorja. Il-miżura għalhekk hija stabbilita b’mod mhux diskriminatorju. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-Greċja fir-risposta tagħha llimitat ruħha li tipprovdi l-informazzjoni dwar l-ispejjeż li ġarrbet u l-kumpens li ngħatat OA, mingħajr ma pprovdiet l-ebda informazzjoni dwar AC.

Olympic Airways

(46)

Il-kumpens deskritt hawn fuq jirrigwarda l-iktar il-perjodu mill-11 sal-14 ta’ Settembru 2001, speċifikat mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tal-10 ta’ Ottubru 2001 u kkunsidrat fid-deċiżjonijiet preċedenti tagħha dwar f’dan il-qasam (8); madankollu, il-kumpens jirreferi wkoll għall-jum tal-15 ta’ Settembru 2001 u anke wara.

Il-perjodu bejn il-11 u l-14 ta’ Settembru 2001:

(47)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-10 ta’ Ottubru 2001, il-Kummissjoni approvat il-prinċipju ta’ kumpens għall-konsegwenzi diretti tal-għeluq tal-ispazju tal-ajru deċiż mill-awtoritajiet Amerikani. Id-dettalji prattiċi għall-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni kienu stabbiliti fl-ittra tal-Kummissjoni lill-Istati Membri tal-14 ta’ Novembru 2001; l-ittra għamlet referenza b’mod partikolari għar-relazzjoni diretta li ġiet stabbilita bejn “il-waqfien tat-traffiku tal-ajru fuq it-territorju Amerikan u d-diżordni kkawżat fl-ajru Ewropew”, f’dan ir-rigward, il-miżura, kif deskritta mill-awtoritajiet Griegi fit-tweġiba tagħhom għall-bidu tal-proċedura, tipprovdi għall-kumpens limitat għal rotot jew netwerks affettwati mill-għeluq tal-ispazju tal-ajru bħal pereżempju l-ispazju tal-ajru tal-Amerika ta’ Fuq (l-Istati Uniti u l-kanada) u dak tal-Iżrael. Dan il-prinċipju ġie implimentat f’deċiżjonijiet preċedenti (9) adottati mill-Kummissjoni f’dan ir-rigward.

(48)

Għalhekk, rigward il-perjodu ta’ bejn il-11 u l-14 ta’ Settembru 2001 u t-telf imġarrab f’dak il-perjodu, li kien direttament marbut mal-għeluq tal-ispazju tal-ajru, il-miżura hija konformi mar-restrizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni u b’mod partikolari u mar-rekwiżit li l-ispiża eliġibbli għall-kumpens għandha tkun marbuta mal-għeluq tal-ispazju tal-ajru.

(49)

Il-metodu użat għall-kalkolu tat-telf operattiv eliġibbli għall-kumpens huwa bbażat fuq il-metodu li kien stipulat fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni u li r-regoli tekniċi ta’ kalkolu kienu speċifikati fl-ittra tal-Kummissjoni lill-Istati Membri tal-14 ta’ Novembru 2001, u t-telf ta’ dħul imġarrab matul l-erbat ijiem ikkunsidrati kien iddeterminat fuq il-bażi tar-riżervazzonijiet tal-passiġġiera fuq it-titijiriet ikkanċellati. Rigward il-valur unitarju tat-telf imġarrab għal kull passiġġier, l-awtoritajiet Griegi spjegaw fir-risposta tagħhom li dan kien jikkorrispondi għat-telf effettiv li ġarrbet OA li jammonta għal GRD 654 650 000 (madwar EUR 1 921 203).

L-ispejjeż addizzjonali eliġibbli għal kumpens u li jirrigwardaw il-waqfien fit-tul ta’ ajruplan fil-Kanada matul il-perjodu kkonċernat, li jammontaw għal GRD 12 967 457 (madwar EUR 38 056) u l-ispiża tad-devjazzjoni ta’ titjira lejn Ateni li inizjalment kienet diretta lejn l-Istati Uniti (fil-11 ta’ Settembru), li għalhekk ikkawżat spejjeż addizzjonali ta’ GRD 1 165 600 (EUR 3 421), kienu kkalkolati billi intuża l-istess approċċ.

Il-limitu ta’ 4/365 tal-fatturat applikat mill-Istat Membru huwa konformi ma’ dak speċifikat mill-Kummissjoni.

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li dan il-kalkolu jaqa’ taħt il-limitu massimu ugwali għat-telf nett tad-dħul irreġistrat matul dawk l-erbat ijiem, kif speċifikat fil-Komunikazzjoni tagħha.

(50)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri introdotti mill-Greċja favur OA fir-rigward tal-għeluq tal-ispazju tal-ajru mill-11 sal-14 ta’ Settembru 2001, u li jammontaw għal GRD 668 783 057 (madwar EUR 1 962 680), huma vvalutati li jikkonformaw mat-Trattat tal-KE skont it-tifsira tal-Artikolu 87(2)(b).

Il-perjodu ta’ wara l-14 ta’ Settembru 2001:

(51)

Għalkemm il-Kummissjoni diġà rrikonoxxiet fil-paragrafu (35) tal-Komunikazzjoni tagħha tal-10 ta’ Ottubru 2001 l-għeluq tal-ispazju tal-ajru tal-Istati Uniti bħala “avveniment straordinarju” u l-kumpens tat-telf ikkawżat minn dan l-għeluq bħala kompatibbli, hija ma aċċettatx li tikkunsidra b’mod simili telf ieħor li hu marbut direttament mal-għeluq. Dan huwa b’mod partikolari l-każ tat-telf li ġarrbu l-kumpaniji tal-ajru wara l-ftuħ mill-ġdid tal-ispazju tal-arju fil-15 ta’ Settembru 2001.

(52)

Il-Kummissjoni spjegat fil-Komunikazzjoni tagħha tal-10 ta’ Ottubru 2001 li t-telf eliġibbli għal kumpens kellu jkun “aċċertat … wara l-waqfien tat-traffiku tal-ajru deċiż …”.

(53)

Fl-istess ħin il-Kummissjoni tinnota li wara l-14 ta’ Settembru 2001, is-sitwazzjoni ma kinitx waħda ikkaratterizzata minn waqfien tat-traffiku tal-ajru iżda pjuttost minn waħda fejn il-kumpaniji tal-ajru kkonċernati ffaċċjaw operat aktar ristrett tar-rotot tal-ajru tagħhom.

(54)

Dan huwa l-każ tal-miżuri ppreżentati mill-Greċja favur OA u li jirrigwardaw l-iktar tliet titjiriet Transatlantiċi bir-ritorn (waħda lejn l-Istati Uniti u tnejn lejn il-Kanada) li ma sarux fil-15 u s-16 ta’ Settembru, u dan fisser telf OA li kien jammonta għal GRD 333 000 000 (madwar EUR 977 257).

(55)

Fir-rigward in-nuqqas ta’ slottijiet għall-inżul fi New York, il-Greċja kkonfermat li l-ajruport ta’ JFK kien infetaħ kollu mill-ġdid fl-14 ta’ Settembru 2001 fil-ħdax ta’ filgħaxija, ħin ta’ Ateni, u li d-domanda kbira għall-islottijiet għall-inżul biss ma kinitx ippermettiet lil OA li tikseb wieħed. Il-Kummissjoni ma rċevietx informazzjoni oħra dwar ir-raġuni għal dan in-nuqqas ta’ kisba ta’ slott għall-inżul filwaqt li kumpaniji oħrajn kisbu wieħed. Fi kwalunkwe każ, l-impossibbiltà ġenerali li jsiru titjiriet lejn l-Istati Uniti ma baqgħetx teżisti.

(56)

Fl-istess ħin, il-kanċellazzjoni tat-titjiriet lejn il-Kanada fil-15 u s-16 ta’ Settembru 2001 kienet ir-riżultat ta’ għażliet magħmula minn OA, jew għax il-kumpanija ma kellhiex ajruplan ieħor għal titjiriet fit-tul disponibbli u ppreferiet tagħmel titjiriet oħrajn ippjanati, jew għax OA ma setgħetx tlesti fil-ħin il-kontrolli tekniċi u ta’ kisba ta’ slott għall-inżul, u għalhekk kellha tikkanċella t-titjiriet.

(57)

Fir-rigward tat-titjiriet ferry li għamlet OA lejn l-Istati Uniti fit-18 ta’ Settembru 2001 u lejn il-Kanada fl-20 u s-26 ta’ Settembru 2001, għal spiża ta’ GRD 166 051 680 (madwar EUR 487 312), l-awtoritajiet Griegi ħabbru huma stess li t-titjiriet saru wara pressjoni magħmula mill-gvernijiet tal-Istati Uniti u tal-Kanada fuq OA sabiex tieħu lura passiġġieri minn Ateni lejn l-Amerika ta’ Fuq. Din kienet għalhekk deċiżjoni ta’ OA, għal titjiriet li saru sew wara l-perjodu tal-għeluq tal-ispazju tal-ajru. Din l-azzjoni teskludi awtomatikament kwalunkwe finanzjament minn Stat Membru. Jekk dawn it-titjiriet ġew effettivament ordnati minn Stati terzi, hija responsabbiltà ta’ OA, jekk tqis li hija kapaċi tagħmel dan, li tikseb ir-rimbors tagħhom mingħand dawn l-Istati.

(58)

Kif iddikjarat konsistentement f’Deċiżjonijiet oħrajn (10), il-Kummissjoni ma tistax tikkunsidra l-konsegwenzi indiretti tal-attakki tal-11 ta’ Settembru 2001, bħad-diffikultajiet għall-operat tar-rotot tal-ajru mill-15 ta’ Settembru 2001 ‘il quddiem, bl-istess mod bħall-konsegwenzi diretti, jiġifieri l-għeluq assolut ta’ ċerti partijiet tal-ispazju tal-ajru sal-14 ta’ Settembru 2001, u għalhekk l-impossibbiltà li jiġu operati r-rotot tal-ajru li kienu jużawhom. Il-konsegwenzi indiretti tal-attakki baqgħu jinħassu f’diversi setturi tal-ekonomija dinjija għal żmien twil, u għal xi wħud baqgħu jinħassu għal żmien itwal, iżda b’paragun ma’ kriżijiet oħra ekonomiċi jew politiċi, dawn id-diffikultajiet, huma kemm huma penalizzanti, mhumiex avvenimenti straordinarji u għalhekk ma jippermettux l-applikazzjoni tal-Artikolu 87(2)(b) tat-Trattat.

(59)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskema mhijiex konformi mat-Trattat, f’dak li jirrigwarda d-dati ta’ wara l-14 ta’ Settembru 2001, speċjalment l-ispejjeż ippreżentati mill-Greċja għal OA għall-perjodu ta’ wara l-14 ta’ Settembru 2001 u li jammontaw għal GRD 499 051 680 (madwar EUR 1 464 569), mhux biss għax inqabeż il-perjodu speċifikat fil-punt (35) tal-Komunikazzjoni tal-10 ta’ Ottubru 2001 iżda wkoll u l-aktar minħabba n-nuqqas ta’ avveniment straordinarju u l-bidla fin-natura tat-telf eliġibbli għal kumpens ikkawżat talli inqabeż il-perjodu. Din l-għajnuna operattiva ma tistax tkun awtorizzata skont dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat. Għaldaqstant l-għajnuna li tirrigwarda l-perjodu ta’ wara l-14 ta’ Settembru 2001 mhijiex kompatibbli mat-Trattat. Il-Kummissjoni tinnota dwar dan li l-ammont totali ppreżentat mill-Greċja fir-risposta tagħha tat-3 ta’ Diċembru 2003 huwa differenti u aktar baxx minn dak irrappurtat fil-bidu u x’aktarx imħallas. Għalhekk, kull għajnuna mogħtija lil OA li taqbeż l-ammont imsemmi aktar ‘il fuq ta’ GRD 668 783 057 (madwar EUR 1 962 680) mhijiex kompatibbli mat-Trattat u għalhekk għandha tkun irkuprata.

(60)

B’appoġġ għan-notifika tagħhom, l-awtoritajiet Griegi jsemmu l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-Trasport tas-16 ta’ Ottubru 2001, iżda l-Kummissjoni tinnota li dawn huma biss linji gwida politiċi u mhumiex legalment vinkolanti meta jivvalutaw il-kompatibbiltà tal-għajnuniet mat-Trattat. Barra minn hekk, għalkemm il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni, fil-paragrafu (7) ta’ dawn il-konklużjonijiet, għall-perjodu ta’ wara l-14 ta’ Settembru 2001 sabiex tevalwa “fuq bażi ta’ każ b’każ il-kumpens li jista’ jingħata abbażi ta’ kriterji oġġettivi sabiex jittaffew ir-restrizzjonijiet imposti fuq il-kumpaniji tal-ajru Ewropej mill-pajjiż ta’ destinazzjoni”, huwa jindika wkoll li “l-ebda għajnuna jew kumpens m’għandu joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni bejn l-operaturi.” Fil-kuntest tal-valutazzjoni tat-trattament ugwali bejn l-operaturi li hija għandha l-obbligu li tiżgura, il-Kummissjoni tinnota li l-ebda proposta li tirrigwarda l-jiem ta’ wara l-14 ta’ Settembru 2001 ma ġiet aċċettata għall-operaturi tal-ajru tal-Istati Membri oħra.

Aegean Cronus

(61)

Fil-każ ta’AC, il-Kummissjoni tinnota li l-Greċja qatt ma ppruvat tipprovdi l-iċken element sabiex tiġġustifika l-ħlas. Il-Kummissjoni għaldaqstant, minkejja t-talbiet tagħha, ma rċeviet l-ebda informazzjoni li tippermettilha tikkonferma l-kompatibbiltà tal-għajnuna mat-Trattat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Griegi indikaw li l-kumpanija ma operatx titjiriet Transatlantiċi, għalhekk il-Kummissjoni ssib li ma hemm l-ebda probabbiltà li r-rabta diretta msemmija hawn fuq bejn l-ispiża eliġibbli għal kumpens u l-għeluq tal-ispazju tal-ajru, ipprovduta fil-Komunikazzjoni tal-10 ta’ Ottubru 2001, tista’ tiġi sostanzjata fil-każ ta’ AC. Għalhekk, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li din l-għajnuna mhijiex kompatibbli mat-Trattat u titlob ir-rimbors tagħha.

6.   KONKLUŻJONIJIET

(62)

Il-Kummissjoni, abbażi ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, issib li l-Greċja implimentat b’mod illegali l-iskema tal-għajnuna kkonċernata bi ksur tal-Artikolu 88(3) u tikkonkludi li parti mill-miżura mhijiex kompatibbli mat-Trattat, b’mod partikolari mal-Artikolu 87(2)(b) tiegħu, kif interpretat fil-Komunikazzjoni tal-10 ta’ Ottubru 2001,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat li l-Greċja implimentat favur Olympic Airways għat-telf li din il-kumpanija tal-ajru ġarrbet minħabba l-għeluq parzjali tal-ispazju tal-ajru wara l-attakki tal-11 ta’ Settembru 2001 hija kompatibbli mas-suq komuni f’dak li jirrigwarda l-kumpens imħallas għall-jiem bejn il-11 u l-14 ta’ Settembru 2001, u dan għal ammont massimu ta’ GRD 668 783 057 (madwar EUR 1 962 680).

Artikolu 2

L-għajnuna mill-Istat li l-Greċja implimentat favur Olympic Airways għat-telf li din il-kumpanija tal-ajru ġarrbet minħabba l-għeluq parzjali tal-ispazju tal-ajru wara l-attakki tal-11 ta’ Settembru 2001 mhijiex kompatibbli mas-suq komuni f’dak li jirrigwarda l-kumpens imħallas għall-jiem bejn il-11 u l-14 ta’ Settembru 2001. Skont in-notifika ppreżentata mill-Greċja, dan il-kumpens jammonta għal GRD 976 216 943 (madwar EUR 2 864 907).

Artikolu 3

L-għajnuna mill-Istat li l-Greċja implimentat favur Aegean Cronus għat-telf li din il-kumpanija tal-ajru ġarrbet minħabba l-għeluq parzjali tal-ispazju tal-ajru wara l-attakki tal-11 ta’ Settembru 2001 mhijiex kompatibbli mas-suq komuni. Skont in-notifika ppreżentata mill-Greċja, dan il-kumpens jammonta għal GRD 47 900 000 (madwar EUR 140 572).

Artikolu 4

1.   Il-Greċja għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarji, l-għajnuna imsemmija fl-Artikoli 2 u 3 u li diġà tpoġġew għad-dispożizzjoni tagħhom b’mod illegali.

2.   L-irkupru għandu jsir minnufih skont il-proċeduri tal-liġi nazzjonali, sakemm dawn jippermettu l-implimentazzjoni immedjata u effettiva ta’ din id-Deċiżjoni. L-għajnuna li għandha tiġi rkuprata tinkludi l-interessi mid-data li fiha tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji, sad-data tal-irkupru tagħhom. L-interessi għandhom ikunu kkalkulati bħala interessi komposti fuq il-bażi tar-rata ta’ referenza użata għall-kalkolu tal-għotja ekwivalenti għal għajnuna reġjonali.

Artikolu 5

Il-Greċja għandha tinforma lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, dwar il-miżuri li tkun ħadet sabiex tikkonforma magħha.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussell, fis-26 ta’ April 2006.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi-President


(1)   ĠU C 199, 23.8.2003, p. 3.

(2)  Ara n-nota f’qiegħ tal-paġna 1.

(3)   ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1.

(4)  L-espressjoni Ingliża użata f’din in-notifika.

(5)  COM(2001) 574.

(6)   ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8.

(7)   ĠU L 240, 24.8.1992, p. 15.

(8)  Ara n-noti f’qiegħ il-paġna 9 u 10.

(9)  Ara d-Deċiżjonijiet simili dwar Franza (Nru 806/2001 tat-30 ta’ Jannar 2002), ir-Renju Unit (Nru 854/2001 tat-12 ta’ Marzu 2002) u l-Ġermanja (Nru 269/2002 tat-2 ta’ Lulju 2002), disponibbli fuq dan l-indirizz tal-Internet: http://europa.eu.int/comm/secretariat_general/sgb/state_aids/transports.htm

(10)  Ara d-deċiżjoni negattiva tal-Kummissjoni 2003/196/KE tal-11 ta’ Diċembru 2002 rigward l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat C 42/02 (ex N 286/02) ippjanata minn Franza favur il-kumpaniji tal-ajru Franċiżi u li testendi lil hin mill-14 ta’ Settembru 2001 il-kumpens approvat inizjalment mid-Deċiżjoni Nru 806/2001: (ĠU L 77 24.3.2003, p. 61).

Ara wkoll id-Deċiżjoni parzjalment negattiva 2003/637/KE tal-31 ta’ April 2003 rigward l-għajnuna mill-Istat C 65/02 (eks Nru 262/02) li l-Awstrija ppjanat favur il-kumpaniji tal-ajru Awstrijaċi (ĠU L 222 5.9.2003, p. 33).