ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.318.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 318

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
4 ta' Diċembru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1124/2010 tad-29 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2011 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1125/2010 tat-3 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1173/2009

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1126/2010 tat-3 ta’ Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1547/2007 fir-rigward ta’ estensjoni tal-perjodu tranżizzjonali għall-irtirar tar-Repubblika ta’ Cape Verde mil-lista ta’ pajjiżi li jgawdu mill-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1127/2010 tat-3 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi perjodu tranżitorju għat-tneħħija tar-Repubblika tal-Maldivi mil-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji mill-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1128/2010 tat-30 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlozz fiż-żoni VI u VII; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi

16

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2010 tat-30 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi taż-żoni VIII u IX min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

18

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1130/2010 tat-30 tat Novembru 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-ħalibatt tal-Groenlandja fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb u VI minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

20

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1131/2010 tat-30 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV; dik il-parti taż-żona IIIa mhux koperta mis-Skagerrak u l-Kattegat minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Isvezja

22

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1132/2010 tat-30 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-mazzola griża fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka

24

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1133/2010 tat-30 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet tal-KE tas-subdiviżjonijiet 22-24 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Finlandja

26

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1134/2010 tat-30 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet Komunitarji u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi taż-żoni VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

28

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1135/2010 tat-3 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

30

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/87/UE tat-3 ta’ Diċembru 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-fenbukonażolu bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni 2008/934/KE ( 1 )

32

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/739/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2009/021 IE/SR Technics mill-Irlanda)

36

 

 

2010/740/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/026 NL/Noord Holland u Zuid Holland, Diviżjoni 58 mill-Olanda)

37

 

 

2010/741/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/027 NL/Noord Brabant u Zuid Holland Diviżjoni 18 mill-Olanda)

38

 

 

2010/742/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/028 NL/Limburg Diviżjoni 18 mill-Olanda)

39

 

 

2010/743/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (applikazzjoni EGF/2009/029 NL/Gelderland u Overijssel Diviżjoni 18 mill-Olanda)

40

 

 

2010/744/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/026 NL/Noord Holland u Utrecht Diviżjoni 18 mill-Olanda)

41

 

 

2010/745/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

42

 

 

2010/746/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (applikazzjoni EGF/2009/030 NL/Drenthe Diviżjoni 18 mill-Olanda)

43

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/747/PESK tat-2 ta’ Diċembru 2010 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/955/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani

44

 

 

2010/748/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2007/441/KE li tawtorizza lir-Repubblika Taljana biex tapplika miżuri ta’ deroga mill-Artikoli 26(1)(a) u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

45

 

 

2010/749/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Diċembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2007/453/KE dwar l-istatus tal-Indja, tal-Perù, tal-Panama u tal-Korea t’Isfel fir-rigward tal-BSE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8352)  ( 1 )

47

 

 

2010/750/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2010 li tistabbilixxi l-bilanċ finali li għandu jitħallas jew li għandu jkun irkuprat malli jagħlaq il-programm fil-qasam tal-programmi ta’ żvilupp rurali tranżizzjonali ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (l-FAEGG) mill-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8471)

49

 

 

2010/751/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2010 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2011 (BĊE/2010/25)

52

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1124/2010

tad-29 ta' Novembru 2010

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2011 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-istabbiliment u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) jitlob li għandhom jiġu stabbiliti miżuri li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-insegwiment sostenibbli ta' attivitajiet ta' sajd waqt li jittieħed kont tal-parir xjentifiku disponibbli u, b’mod partikolari, ir-rapport imfassal mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF).

(3)

Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jadotta miżuri dwar l-istabbiliment u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd skont l-attività jew l-attivitajiet tas-sajd, inkluż ċerti kondizzjonijiet li huma funzjonalment marbutin magħhom, kif adatt. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu distribwiti bejn l-Istati Membri b’tali mod li jiġi żgurat li kull Stat Membru jkollu stabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd għal kull stokk jew attività tas-sajd u bil-konsiderazzjoni dovuta għall-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

(4)

Il-qabdiet totali permissibbli (TACs) għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, billi jittieħed kont tal-aspetti bijoloġiċi u soċjo-ekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati, b’mod partikolari fil-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akwakultura u l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali kkonċernati.

(5)

Għal stokkijiet li huma soġġetti għal pjanijiet multiannwali speċifiċi, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mar-regoli stabbiliti f’dawn il-pjanijiet. Konsegwentement, il-limiti tal-qbid u l-limiti tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u l-attivitajiet tas-sajd li jisfruttaw dawk l-istokkijiet (2).

(6)

L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti f’dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (3) u b’mod partikolai l-Artikoli 33 u 34 tiegħu dwar ir-rappurtar tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd u n-notifika tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd rispettivament. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu speċifikati l-kodiċijiet li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta jibagħtu data lill-Kummissjoni relatata mal-iżbarki ta' stokkijiet soġġett għal dan ir-Regolament.

(7)

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (4), huwa meħtieġ li jiġu identifikati l-istokkijiet li huma soġġetti għad-diversi miżuri msemmijin fih.

(8)

Sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, huwa importanti li dawn l-attivitajiet tas-sajd jinfetħu fl-1 ta' Jannar 2011,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar Baltiku.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għal bastimenti tal-UE li joperaw fil-Baħar Baltiku.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

iż-żoni tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) huma ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound (5);

(b)

“Baħar Baltiku” tfisser is-Suddiviżjonijiet tal-ICES 22 sa 32;

(c)

“Bastiment tal-UE” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta' Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

(d)

“qabda totali permissibli (TAC)” tfisser il-kwantità li tista’ tittieħed minn kull stokk kull sena;

(e)

“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC li tkun allokata lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz;

(f)

“jum nieqes mill-port” tfisser kwalunkwe perijodu kontinwu ta' 24 siegħa jew parti minnu li fih il-bastiment ikun nieqes mill-port.

KAPITOLU II

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

Artikolu 4

TACs u allokazzjonijiet

It-TACs, l-allokazzjoni ta' tali TACs lill-Istati Membri, u l-kondizzjonijiet li huma funzjonalment marbutin magħhom, fejn adatt, jinsabu fl-Anness I.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet

1.   L-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri kif stabbilit f’dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(a)

skambji magħmulin f’konformità mal-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(b)

riallokazzjonjiet magħmulin f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(c)

ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(d)

kwantitajiet miżmuma f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(e)

tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 37, 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

2.   Għajr fejn speċifikat mod ieħor fl-Anness I għal dan ir-Regolament, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika għal stokkijiet li huma soġġetti għal TAC prekawzjonali u l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament għal stokkijiet soġġetti għal TAC analitiku.

Artikolu 6

Kondizzjonijiet għall-ħatt l-art tal-qabdiet u tal-qabdiet inċidentali

Ħut minn stokkijiet li għalihom huma stabbiliti l-limiti tal-qbid għandhom jinżammu abbord jew jinħattu l-art biss jekk:

(a)

il-qabdiet ttieħdu minn bastimenti ta' Stat Membru li għandu kwota u dik il-kwota ma ġietx eżawrita; jew

(b)

il-qabdiet jikkonsistu f’sehem fi kwota tal-Unjoni li ma ġietx allokata permezz ta' kwota bejn l-Istati Membri, u dik il-kwota tal-Unjoni ma ġietx eżawrita.

Artikolu 7

Limiti tal-isforz tas-sajd

1.   Il-limiti tal-isforz tas-sajd huma mniżżlin fl-Anness II.

2.   Il-limiti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll għas-Suddiviżjonijiet tal-ICES 27 u 28.2 sakemm il-Kummissjoni tkun għadha ma ħaditx deċiżjoni skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 biex teskludi dawk is-Suddiviżjonijiet mir-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(1) (b), (3), (4) u (5) u l-Artikolu 13 ta' dak ir-Regolament.

3.   Il-limiti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għas-Suddiviżjoni tal-ICES 28.1 sakemm il-Kummissjoni ma ħaditx deċiżjoni skont l-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 li r-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(1) (b), (3), (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 għandhom japplikaw għal dik is-Suddiviżjoni.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 8

Trasmissjoni tad-data

Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu data lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art ta' kwantitajiet ta' stokkijiet maqbuda, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet imniżżlin fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

K. PEETERS


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

(5)  ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 337.


ANNESS I

TACS APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI TAL-UE F’ŻONI FEJN JEŻISTU TACS SKONT L-ISPEĊI U Ż-ŻONA

It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, ħlief fejn speċifikat mod ieħor) skont l-istokk, u l-kondizzjonijiet funzjonalment marbutin magħhom, fejn adatt.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

F’kull żona, l-istokkijiet tal-ħut huma msemmijin skont l-ordni alfabetika tal-ismijiet tal-ispeċijiet bil-Latin. It-tabella li ġejja ta’ ekwivalenzi ta’ ismijiet bil-Latin u ismijiet komuni tidher hawn taħt għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

Isem xjentifiku

Kodiċi Alpha-3

Isem komuni

Clupea harengus

HER

Aringi

Gadus morhua

COD

Merluzz

Pleuronectes platessa

PLE

Barbun tat-tbajja’

Salmo salar

SAL

Salamun tal-Atlantiku

Sprattus sprattus

SPR

Laċċa kaħla


Speċi

:

Aringi

Clupea harengus

Żona

:

Suddiviżjonijiet 30-31

HER/3D30.; HER/3D31.

Finlandja

85 568

TAC analitiku

Svezja

18 801

UE

104 369

TAC

104 369


Speċi

:

Aringi

Clupea harengus

Żona

:

Suddiviżjonijiet 22-24

HER/3B23.; HER/3C22.; HER/3D24.

Danimarka

2 227

TAC analitiku

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

8 763

Finlandja

1

Polonja

2 067

Svezja

2 826

UE

15 884

TAC

15 884


Speċi

:

Aringi

Clupea harengus

Żona

:

Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32

HER/3D25.; HER/3D26.; HER/3D27.;

HER/3D28.; HER/3D29.; HER/3D32.

Danimarka

2 363

TAC analitiku

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

627

Estonja

12 068

Finlandja

23 557

Latvja

2 978

Litwanja

3 136

Polonja

26 763

Svezja

35 928

UE

107 420

TAC

Mhux rilevanti


Speċi

:

Aringi

Clupea harengus

Żona

:

Suddiviżjoni 28.1

HER/03D.RG

Estonja

16 809

TAC analitiku

Latvja

19 591

UE

36 400

TAC

36 400


Speċi

:

Merluzz

Gadus morhua

Żona

:

Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjonijiet 25-32

COD/3D25.; COD/3D26.; COD/3D27.;

COD/3D28.; COD/3D29.; COD/3D30.;

COD/3D31.; COD/3D32.

Danimarka

13 544

TAC analitiku

Ġermanja

5 388

Estonja

1 320

Finlandja

1 036

Latvja

5 036

Litwanja

3 318

Polonja

15 595

Svezja

13 721

UE

58 957

TAC

Mhux rilevanti


Speċi

:

Merluzz

Gadus morhua

Żona

:

Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjonijiet 22-24

COD/3B23.; COD/3C22.; COD/3D24.

Danimarka

8 206

TAC analitiku

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

4 012

Estonja

182

Finlandja

161

Latvja

679

Litwanja

440

Polonja

2 196

Svezja

2 924

UE

18 800

TAC

18 800


Speċi

:

Barbun tat-tbajja’

Pleuronectes platessa

Żona

:

Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjonijiet 22-32

PLE/3B23.; PLE/3C22.; PLE/3D24.; PLE/3D25.;

PLE/3D26.; PLE/3D27.; PLE/3D28.; PLE/3D29.;

PLE/3D30.; PLE/3D31.; PLE/3D32.

Danimarka

2 179

TAC prekawzjonali

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

242

Polonja

456

Svezja

164

UE

3 041

TAC

3 041


Speċi

:

Salamun tal-Atlantiku

Salmo salar

Żona

:

Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjonijiet 22-31

SAL/3B23.; SAL/3C22.; SAL/3D24.; SAL/3D25.;

SAL/3D26.; SAL/3D27.; SAL/3D28.; SAL/3D29.;

SAL/3D30.; SAL/3D31.

Danimarka

51 829  (1)

TAC analitiku

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

5 767  (1)

Estonja

5 267  (1)

Finlandja

64 627  (1)

Latvja

32 965  (1)

Litwanja

3 875  (1)

Polonja

15 723  (1)

Svezja

70 056  (1)

UE

250 109  (1)

TAC

Mhux rilevanti


Speċi

:

Salamun tal-Atlantiku

Salmo salar

Żona

:

Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjoni 32

SAL/3D32.

Estonja

1 581  (2)

TAC analitiku

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Finlandja

13 838  (2)

UE

15 419  (2)

TAC

Mhux rilevanti


Speċi

:

Laċċa kaħla

Sprattus sprattus

Żona

:

Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjonijiet 22-32

SPR/3B23.; SPR/3C22.; SPR/3D24.; SPR/3D25.;

SPR/3D26.; SPR/3D27.; SPR/3D28.; SPR/3D29.;

SPR/3D30.; SPR/3D31.; SPR/3D32.

Danimarka

28 485

TAC analitiku

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

18 046

Estonja

33 077

Finlandja

14 911

Latvja

39 949

Litwanja

14 451

Polonja

84 780

Svezja

55 067

UE

288 766

TAC

Mhux rilevanti


(1)  Espress skont l-għadd ta’ ħut individwali.

(2)  Espress skont l-għadd ta’ ħut individwali.


ANNESS II

LIMITI TAL-ISFORZ TAS-SAJD

1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, li jistadu bix-xbieki tat-tkarkir, b’tartaruni Daniżi jew b’irkaptu simili b’malji ta’ 90 mm jew akbar, li jistadu b’għeżula tat-tisqif, għeżula tat-tħabbil jew pariti li għandhom malji ta’ 90 mm jew akbar, jew li jistadu bil-konzijiet tal-qiegħ, konzijiet ħlief konzijiet mitluqa, xolfa tal-idejn u rkaptu tat-trejjix għandhom ikunu permessi għal għadd massimu ta’:

(a)

163 jum neqsin mill-port fis-Suddiviżjonijiet 22-24 bl-eċċezzjoni tal-perijodu mill-1 sat-30 ta’ April meta japplika l-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007, u

(b)

160 jum neqsin mill-port fis-Suddiviżjonijiet 25-28 bl-eċċezzjoni tal-perijodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu meta japplika l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007.

2.

L-għadd massimu ta’ jiem neqsin mill-port kull sena li fihom bastiment jista’ jkun preżenti fiż-żewġ żoni definiti fil-punt 1(a) u (b) u jistad bl-irkaptu msemmi fil-punt 1 ma jistax ikun ogħla mill-għadd massimu ta’ jiem allokati għal waħda miż-żewġ żoni.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1125/2010

tat-3 ta’ Diċembru 2010

li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1173/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 428/2008 tat-8 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali (2) jistipula, fl-Anness I tiegħu u għal kull Stat Membru, iċ-ċentri tal-intervent għal kull tip ta’ ċereali; minbarra l-qamħ komuni.

(2)

L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1173/2009 (3) jelenka ċ-ċentri tal-intervent għall-qamħ komuni u għar-ross, imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 670/2009 tal-Kummissjoni (4).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (5), jistipula, mis-sena tas-suq [ta’ kummerċjalizzazzjoni] 2010/2011, il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu osservati għall-għażla u l-approvazzjoni taċ-ċentri tal-intervent taċ-ċereali u tal-postijiet tal-ħżin tagħhom. Fost dawn il-kundizzjonijiet, l-Artikolu 3(1)(a) tal-imsemmi Regolament jesiġi b’mod partikolari kapaċità minima ta’ ħżin ta’ 20 000 tunnellata għal kull ċentru tal-intervent taċ-ċereali.

(4)

Mill-1 ta’ Lulju 2010, ir-Regolament (UE) Nru 1272/2009 jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 670/2009 f’dak li jirrigwarda ċ-ċereali.

(5)

Mill-1 ta’ Lulju 2010, iċ-ċentri tal-intervent taċ-ċereali magħżula b’applikazzjoni tal-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti bl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009. Huwa għalhekk xieraq li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 428/2008 u li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1173/2009.

(6)

Skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lis-servizzi tal-Kummissjoni, il-lista taċ-ċentri tal-intervent għan-nominazzjoni effettiva tagħhom kif ukoll il-lista tal-postijiet tal-ħżin ta’ dawn iċ-ċentri li huma jqisu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet minimi mitluba mir-Regolament Komunitarju. F’każijiet fejn il-livell tal-produzzjoni taċ-ċereali huwa baxx u meta l-estimi ma jindikawx setturi taċ-ċereali li jipproduċu surplus u l-intervent ma intużax għal perjodu sinifikanti, ċerti Stati Membri ma rrappurtaw ebda ċentru tal-intervent.

(7)

Sabiex ikun assigurat it-tħaddim tajjeb tal-iskema ta’ intervent pubbliku, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi ċentri tal-intervent skont il-pożizzjoni ġeografika tagħhom u għandha tippubblika lista tal-postijiet tal-ħżin tagħhom bl-informazzjoni neċessarja kollha għall-operaturi kkonċernati mill-intervent pubbliku.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Iċ-ċentri tal-intervent imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

L-indirizzi tal-postijiet tal-ħżin relatati ma’ kull ċentru tal-intervent u l-informazzjoni dettaljata dwar dawn il-postijiet u maċ-ċentri tal-intervent, huma ppubblikati fuq l-Internet (6).

Artikolu 2

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 428/2008 għandu jiġi rrevokat.

Is-Sezzjoni A tal-Anness għar-Regolament 1173/2009 għandu jitħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 129, 17.5.2008, p. 8.

(3)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 48.

(4)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 22.

(5)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.

(6)  L-indirizzi tal-postijiet tal-ħżin taċ-ċentri tal-intervent huma disponibbli fuq is-sit tal-Kummissjoni Ewropea CIRCA http://circa.europa.eu/Public/irc/agri/cereals/library?l=/publicsdomain/cereals/intervention_facilities&vm=detailed&sb=Title


ANNESS

Ċentri tal-intervent taċ-ċereali

IL-BELĠJU

België/Belgique

IL-BULGARIJA

Североизточен район

Северен централен район

Северозападен район

Югоизточен район

Южен район

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Jihovýchod

Jihozápad

Severovýchod

Severozápad

Střední Čechy

Střední Morava - Moravskoslezsko

ID-DANIMARKA

Aalborg

Århus

Fredericia

Kolding

Grenå

Åbenrå

Kalundborg

Korsør

Vordingborg

Odense

Svendborg

Nakskov

Rønne

IL-ĠERMANJA

Lübeck

Heiligenhafen

Bad Oldesloe

Kiel

Kappeln

Büdelsdorf

Nordhackstedt

Itzehoe

Hochdonn

Büsum

Hamburg

Brake

Hoya

Lüneburg

Hildesheim

Peine

Nienburg

Pollhagen

Rinteln

Salzhemmendorf

Rosdorf

Northeim

Bad Gandersheim

Holzminden

Bremen

Büren

Beverungen

Krefeld

Hanau

Andernach

Worms

Mannheim

Stuttgart

Augsburg

Regensburg

Würzburg

Drebkau

Ketzin

Gransee

Kyritz

Karstädt

Neubrandenburg

Malchin

Pasewalk

Rostock

Güstrow

Stralsund

Schwerin

Wismar

Trebsen

Eilenburg

Riesa

Torgau

Groitzsch

Ziegra-Knobelsdorf

Aschersleben

Querfurt

Dessau-Roßlau

Salzwedel

Halberstadt

Magdeburg

Bülstringen

Osterburg

Buttstädt

Ebeleben

Erfurt

L-ESTONJA

Tamsalu

Keila

Viljandi

Tartu

IL-GREĊJA

ΑΛΕΞΑΝΔΡΟΥΠΟΛΗ

ΟΡΕΣΤΙΑΔΑ

ΣΕΡΡΕΣ

ΘΕΣΣΑΛΟΝΙΚΗ

ΓΙΑΝΝΙΤΣΑ

ΚΑΤΕΡΙΝΗ

ΒΟΛΟΣ

ΣΤΕΦΑΝΟΒΙΚΙ

ΛΑΡΙΣΑ

ΛΙΒΑΝΑΤΕΣ

SPANJA

Cádiz

Córdoba-Málaga

Sevilla

Huesca

Teruel

Zaragoza

Burgos

Palencia

Salamanca

Soria

Valladolid

Zamora

Albacete

Ciudad Real

Cuenca

Guadalajara

Badajoz

Cáceres

Navarra

FRANZA

Aquitaine

Basse-Normandie

Bourgogne

Bretagne

Centre

Champagne-Ardenne

Haute-Normandie

Île-de-France

Lorraine

Nord-Pas-de-Calais

Pays de la Loire

Picardie

Poitou-Charentes

Rhône-Alpes

IL-LATVJA

Daugavpils

Dobele

Rīga

Jēkabpils

IL-LITWANJA

Šiaurės vakarų regionas

IL-LUSSEMBURGU

MERSCH

L-UNGERIJA

Bács-Kiskun

Baranya

Békés

Borsod-Abaúj-Zemplén

Csongrád

Fejér

Győr-Moson-Sopron

Hajdú-Bihar

Heves

Jász-Nagykun-Szolnok

Komárom-Esztergom

Nógrád

Pest

Somogy

Szabolcs-Szatmár-Bereg

Tolna

Vas

Veszprém

Zala

L-AWSTRIJA

IZ-Ost

IZ-Süd

IZ-Mitte

IL-POLONJA

WARMIŃSKO-MAZURSKIE

LUBELSKIE

DOLNOŚLĄSKIE

ZACHODNIOPOMORSKIE

WIELKOPOLSKIE

Il-PORTUGALL

Silo de Évora

Silo de Cuba

IR-RUMANIJA

Oradea

Roman

Ianca

Brăila

Făurei

Dudești

Bărăganul

Ciocârlia

Casicea

N. Bălcescu

Palas

Cogealac

Negru Vodă

Băneasa

Traian

Babadag

Baia

Cataloi

Oltenița

Ciulnița

Chirnogi

Călărași

Movila

Fetești

Țăndărei

Căzănești

Bucu

Turnu Măgurele

Alexandria

Corabia

Satu Mare

Cărpiniș

Carani

IS-SLOVENJA

Slovenija

S-SLOVAKKJA

Bratislava

Trnava

Dunajská Streda

Nitra

Dvory nad Žitavou

Bánovce nad Bebravou

Martin

Veľký Krtíš

Rimavská Sobota

Košice

IL-FINLANDJA

Hämeenlinna-Turenki

Iisalmi-Oulu

Kokemäki-Rauma

Koria-Kouvola

Loimaa-Naantali

Mustio-Perniö

Seinäjoki-Vaasa

L-ISVEZJA

Södra Sverige,

som omfattar

alla Sveriges län förutom Gävleborgs,

Västernorrlands, Jämtlands,

Västerbottens och Norrbottenslän.

IR-RENJU UNIT

England

Scotland


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1126/2010

tat-3 ta’ Diċembru 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1547/2007 fir-rigward ta’ estensjoni tal-perjodu tranżizzjonali għall-irtirar tar-Repubblika ta’ Cape Verde mil-lista ta’ pajjiżi li jgawdu mill-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u (KE) Nru 964/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(8) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Repubblika ta’ Cape Verde (minn hawn ’il quddiem, Cape Verde) tgawdi mill-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati (magħruf ukoll bħala l-iskema “Kollox barra l-Armi” (EBA – Everything but Arms)) taħt l-iskema tal-Unjoni ta’ preferenzi tarrifarji ġeneralizzati.

(2)

L-Artikolu 11(8) tar-Regolament (KE) Nru 732/2008 jipprovdi għat-tneħħija ta’ pajjiż mill-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati, meta dak il-pajjiż jiġi eskluż min-Nazzjonijiet Uniti mil-lista tal-pajjiżi l-anqas żviluppati. Dan l-Artikolu jipprovdi wkoll għat-twaqqif ta’ perjodu tranżizzjonali ta’ mill-inqas tliet snin qabel ma t-tneħħija tibda tgħodd.

(3)

Cape Verde ġiet eskluża min-Nazzjonijiet Uniti mil-lista tal-pajjiżi l-inqas żviluppati, b'effett mill-1 ta’ Jannar 2008 (2).

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/2007 (3) jipprovdi għat-tneħħija ta’ Cape Verde mil-lista tal-pajjiżi li jgawdu mill-arranġament speċjali għall-inqas pajjiżi żviluppati b'effett mill-1 ta’ Jannar 2011 wara l-iskadenza tal-perjodu tranżizzjonali ta’ tliet snin.

(5)

Il-perjodu tranżizzjonali mogħti skont ir-Regolament (KE) Nru 1547/2007, li inzerta fi żmien ta’ kriżi ekonomika, kien karatterizzat minn tnaqqis tal-volumi kummerċjali li fixkel l-isforzi ta’ diversifikazzjoni ekonomika ta’ Cape Verde. Għalhekk, dan il-perjodu tranżizzjonali ma pprovdiex iż-żmien meħtieġ biex Cape Verde tegħleb id-dipendenza żejda fuq settur ewlieni wieħed tal-esportazzjoni u għalhekk ittaffi l-effetti potenzjalment negattivi tat-tneħħija mill-iskema EBA. Dan il-perjodu għandu għalhekk jiġi mtawwal sal-1 ta’ Jannar 2012.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1547/2007 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Ir-Repubblika ta' Cape Verde għandha titneħħa mil-lista ta’ pajjiżi li jgawdu mill-arranġament speċjali għall-inqas pajjiżi żviluppati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 732/2008, b’effett mill-1 ta' Jannar 2012.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1.

(2)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-UN A/Res/59/210 tal-20 ta’ Diċembru 2004.

(3)  ĠU L 337, 21.12.2007, p. 70.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1127/2010

tat-3 ta’ Diċembru 2010

li jistabbilixxi perjodu tranżitorju għat-tneħħija tar-Repubblika tal-Maldivi mil-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji mill-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u (KE) Nru 964/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(8) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Repubblika tal-Maldivi (minn issa ‘l quddiem imsejħa “l-Maldivi”) hija benefiċjarja fl-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati taħt l-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati tal-Unjoni.

(2)

L-Artikolu 11(8) tar-Regolament (KE) Nru 732/2008 jistipula t-tneħħija ta’ pajjiż mill-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati, meta dak il-pajjiż jiġi eskluż min-Nazzjonijiet Uniti mil-lista ta’ pajjiżi l-anqas żviluppati. Dan l-Artikolu jipprovdi wkoll għat-twaqqif ta’ perjodu tranżitorju ta’ mill-inqas tliet snin, biex itaffi xi effetti ħżiena li jistgħu jiġu kkawżati bit-tneħħija tal-preferenzi tariffarji mogħtija skont l-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati.

(3)

Il-Maldivi ġew esklużi min-Nazzjonijiet Uniti mil-lista tal-pajjiżi l-inqas żviluppati, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011 (2).

(4)

Il-Maldivi għandhom għalhekk jitħallew ikomplu jgawdu mill-preferenzi mogħtija skont l-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati, sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Maldivi għandha titneħħa mil-lista ta’ benefiċjarji tal-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 732/2008, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1.

(2)  Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU A/Res/60/33 tat-30 ta’ Novembru 2005.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1128/2010

tat-30 ta’ Novembru 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlozz fiż-żoni VI u VII; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

26/T&Q

Stat Membru

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Stokk

HKE/571214

Speċi

Marlozz (Merluccius merluccius)

Żona

VI u VII; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV

Data

It-2 ta' Lulju 2010


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1129/2010

tat-30 ta’ Novembru 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi taż-żoni VIII u IX min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta' sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (2) jistipula kwoti għall-2009 u l-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 352, 31.12.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

31/T&Q

Stat membru

Spanja

Stokk

GFB/89-

Speċi

Lipp tal-qawwi (Phycis blennoides)

Żona

L-ilmijiet Komunitarji u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi taż-żoni VIII u IX

Data

L-20 ta' Awwissu 2010


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1130/2010

tat-30 tat Novembru 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-ħalibatt tal-Groenlandja fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb u VI minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

35/T&Q

Stat Membru

Franza

Stokk

GHL/2A-C46

Speċi

Ħalibatt tal-Groenlandja (Reinhardtius hippoglossoides)

Żona

L-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV; L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb u VI

Data

L-1 ta’ Settembru 2010


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1131/2010

tat-30 ta' Novembru 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV; dik il-parti taż-żona IIIa mhux koperta mis-Skagerrak u l-Kattegat minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Isvezja

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

30/T&Q

Stat membru

L-Isvezja

Stokk

COD/2A3AX4

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

L-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV; dik il-parti taż-żona IIIa mhux koperta mis-Skagerrak u l-Kattegat

Data

It-30 ta' Awwissu 2010


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1132/2010

tat-30 ta' Novembru 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-mazzola griża fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 26.01.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

37/T&Q

Stat Membru

Id-Danimarka

Stokk

DGS/2AC4-C

Speċi

Mazzola griża (Squalus acanthias)

Żona

L-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV

Data

24.2.2010


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1133/2010

tat-30 ta’ Novembru 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet tal-KE tas-subdiviżjonijiet 22-24 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Finlandja

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1226/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2010 (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 330, 16.12.2009, p. 1.


ANNESS

Nru

39/BAL

Stat membru

Il-Finlandja

Stokk

COD/3B23.; COD/3C22.; COD/3D24.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

L-ilmijiet tal-KE tas-subdiviżjonijiet 22-24

Data

It-22 ta' Settembru 2010


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1134/2010

tat-30 ta' Novembru 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet Komunitarji u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi taż-żoni VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet tas-sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (2) jistipula kwoti għall-2009 u l-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 352, 31.12.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

41/DSS

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

GFB/89-

Speċi

Lipp tal-qawwi (Phycis blennoides)

Żona

L-ilmijiet Komunitarji u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi taż-żoni VIII u IX

Data

22.9.2010


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1135/2010

tat-3 ta’ Diċembru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Diċembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

53,4

MA

95,9

MK

66,1

TR

95,0

ZZ

77,6

0707 00 05

EG

145,5

JO

182,1

TR

75,6

ZZ

134,4

0709 90 70

MA

77,8

TR

110,0

ZZ

93,9

0805 10 20

BR

57,8

MA

56,2

TR

50,9

ZA

51,5

ZW

43,6

ZZ

52,0

0805 20 10

MA

68,9

ZZ

68,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

60,9

IL

72,2

TR

68,8

ZZ

67,3

0805 50 10

AR

45,9

TR

60,1

UY

57,1

ZZ

54,4

0808 10 80

AR

74,9

AU

164,5

BR

50,3

CA

65,9

CL

84,2

CN

86,4

CO

50,3

MK

26,7

NZ

99,2

US

92,5

ZA

125,0

ZZ

83,6

0808 20 50

CN

104,5

US

112,9

ZZ

108,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DIRETTIVI

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/32


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/87/UE

tat-3 ta’ Diċembru 2010

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-fenbukonażolu bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni 2008/934/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-ħsieb li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista tinkludi l-fenbukonażolu.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 11e tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 l-applikant irtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta' dik is-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni. B'konsegwenza ta' dan, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tat-5 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (4) kienet addottata għan-noninklużjoni tal-fenbukonażolu.

(3)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn hawn 'il quddiem l-applikant) ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata prevista fl-Artikoli minn 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5).

(4)

L-applikazzjoni tressqet lir-Renju Unit, li kien maħtur bħala l-Istat Membru relatur bir-Regolament (KE) Nru 451/2000. Dan il-perjodu ta' żmien għall-proċedura aċċellerata kien rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użijiet sostnuti huma l-istess kif kien is-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. L-applikazzjoni tikkonforma wkoll mar-rekwiżiti proċedurali u sostantivi li fadal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

Ir-Renju Unit ivvaluta d-dejta addizzjonali sottomessa mill-applikant u pprepara rapport addizzjonali. Dan ikkomunika dak ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fl-20 ta' Lulju 2009. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u bagħtet il-kummenti li waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjonijiet tagħha dwar il-fenbukonażolu lill-Kummissjoni fit-18 ta' Marzu 2010 (6). L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzati fit-28 ta' Ottubru 2010 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għall-fenbukonażolu.

(6)

Ħareġ ċar minn diversi eżamijiet li saru li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-fenbukonażolu jistgħu jkunu mistennija jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari dwar l-użi tagħhom li ġew eżaminati u mniżżla fid-dettall fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-fenbukonażolu jiġi inkluż fl-Anness I biex jiġi assigurat li, fl-Istati Membri kollha, ikunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(7)

Bla ħsara għal din il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb iktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tiġi suġġetta għall-kundizzjonijiet. Għalhekk, huwa xieraq li tesiġi lill-applikant li jissottometti dejta konfirmatorja dwar il-fdalijiet tal-metaboliti derivatttivi tat-triażole (TDMs) fil-ħxejjex primarji, ir-rotazzjoni tal-ħsad u l-prodotti tal-oriġini tal-annimali. Biex tkun irfinuta aktar il-valutazzjoni tal-proprjetajiet potenzjali li jħarbtu l-endokrina, huwa xieraq li jintalab li l-fenbukonażolu jkun soġġett għal aktar ittestjar hekk kif ikunu jeżistu jew linji ta' gwida tat-test tal-OECD dwar it-tħarbit endokrinali, jew alternattivament, linji ta' gwida tat-test Komunitarji maqbula.

(8)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessanti jingħataw ċans jippreparaw irwieħhom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

(9)

Mingħajr ħsara għall-obbligazzjonijiet stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni tas-sustanzi attivi fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-fenbukonażolu biex jaċċertaw li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kondizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, jiġu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, skont kif ikun meħtieġ, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B'deroga mill-iskadenza msemmija hawn fuq, għandu jiġi pprovdut perjodu itwal għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-fajl sħiħ tal-Anness III ta' kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE.

(10)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (7) uriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretar tal-obbligi tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta' awtorizzazzjoni jkollu x'juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta' din id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponix xi obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati sal-lum u li jemendaw l-Anness I.

(11)

Għaldaqstant, huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(12)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tat-5 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi tipprovdi għan-noninklużjoni tal-fenbukonażolu u l-irtirar ta’ awtorizzazzjoni għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza sal-31 ta' Diċembru 2011. Hemm bżonn li titħassar il-linja li tikkonċerna l-fenbukonażolu fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni.

(13)

Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi emendata d-Deċiżjoni 2008/934/KE skont dan.

(14)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Il-linja li tikkonċerna l-fenbukonażolu fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/934/KE titħassar.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Novembru 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom, b’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE u fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-fenbukonażolu bħala sustanza attiva sal-1 ta’ Novembru 2011.

Sa dik id-data huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva li jikkonċernaw il-fenbukonażolu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tar-referenza li tikkonċerna dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu f’idejh, jew ikollu aċċess għal, fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-fenbukonażolu jew bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li għandhom ikunu lkoll elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-30 ta’ April 2011, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li tikkonċerna l-fenbukonażolu. Fuq il-bażi ta’ din il-valutazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li ssir din id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' prodott li jkun fih il-fenbukonażolu bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit- 30 ta' April 2015; jew

(b)

fil-każ ta' prodott li jkun fih il-fenbukonażolu bħala wieħed minn numru ta' sustanzi attivi, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni, meta meħtieġ, sat-30 ta' April 2015 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew dan l-irtirar fid-Direttiva jew id-Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, liema minnhom tkun l-aħħar.

Artikolu 5

Din id-Direttiva se tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2011.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.

(5)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance azimsulfuron. Il-Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(4):1558. 67pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1558. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu

(7)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.


ANNESS

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiġi miżjuda fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem skont l-IUPAC

Purità (*)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“320

Fenbukonażolu

Nru CAS: 114369-43-6

Nru CIPAC: 694

(R,S) 4-(4-klorofenil)-2-fenil-2-(1H-1,2,4-triazol-1-ylmethyl)butyronitrile

≥ 965 g/kg

L-1 ta’ Mejju 2011

It-30 ta’ April 2021

PARTI A

L-użi bħala funġiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-fenbukonażolu, u b’mod partikolari għandhom jitqiesu l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali fit-28 ta’ Ottubru 2010.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti għal dan li ġej:

is-sikurezza tal-operaturi u jiżguraw li l-kondizzjonijiet tal-użu jippreskrivu t-tagħmir ta' protezzjoni personali xieraq;

l-espożizzjoni tad-dieta tal-konsumaturi għall-fdalijiet tal-metaboliti derivattivi tat-triazole (TDMs),

Ir-riskju għall-organiżmi akwatiċi u mammali

Il-kondizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri xierqa li jtaffu r-riskju, fejn meħtieġ.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu s-sottomissjoni tad-dejta konfirmatorja dwar il-fdalijiet tal-metaboliti derivatttivi tat-triazole (TDMs) fil-ħxejjex primarji, ir-rotazzjoni tal-ħsad u l-prodotti tal-oriġini tal-annimali.

Huma għandhom jiżguraw li l-applikant jipprovdi dawn l-istudji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ April 2013.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jissottometti lill-Kummissjoni aktar informazzjoni li tindirizza l-proprjetajiet potenzjali endokrinali li jħarbtu tal-fenbukonażolu fi żmien sentejn wara l-adozzjoni tal-linji ta' gwida tat-test tal-OECD dwar it-tħarbit endokrinali, jew alternattivament, tal-linji ta' gwida tat-test Komunitarji maqbula.”


(*)  Iżjed dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma provduti fir-rapport tar-reviżjoni.


DEĊIŻJONIJIET

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/36


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Novembru 2010

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2009/021 IE/SR Technics mill-Irlanda)

(2010/739/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) ġie stabbilit biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li spiċċaw issensjati b'konsegwenza ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-EGF twessa' għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-EGF sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

L-Irlanda ressqet applikazzjoni fid-9 ta’ Ottubru 2009 għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta’ sensji fl-SR Technics u ssupplimentatha b'informazzjoni addizzjonali sat-18 ta’ Mejju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, ressqet proposta biex timmobilizza l-ammont ta’ EUR 7 445 863.

(5)

L-EFG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjonijiet imressqa mill-Irlanda.

JIDDEĊIEDU:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 7 445 863 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, l-24 ta’ Novembru 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

O. CHASTEL


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/37


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta' Novembru 2010

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/026 NL/Noord Holland u Zuid Holland, Diviżjoni 58 mill-Olanda)

(2010/740/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1), u b’mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija u sabiex jagħtihom għajnuna biex ikunu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEAG ġie mwessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(4)

Ir-Renju tal-Olanda ressaq applikazzjoni fit-30 ta' Diċembru 2009 għall-mobilizzazzjoni tal-FEAG, fir-rigward ta' sensji fi tmien intrapriżi li joperaw fid-Diviżjoni 58 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (attivitajiet ta' pubblikazzjoni) fiż-żewġ reġjuni kontigwi NUTS II ta' Noord Holland (NL32) u Zuid Holland (NL33) u ssupplimentaha b’tagħrif addizzjonali sal-31 ta' Mejju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex tuża l-ammont ta' EUR 2 326 459.

(5)

L-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-applikazzjoni mressqa mill-Olanda,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 2 326 459 f’approprjazzjonijiet għall-impenn u għall-ħlas.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, l-24 ta’ Novembru 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

O. CHASTEL


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/38


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta' Novembru 2010

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/027 NL/Noord Brabant u Zuid Holland Diviżjoni 18 mill-Olanda)

(2010/741/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1), u b’mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEAG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(4)

Ir-Renju tal-Olanda ressaq applikazzjoni fit-30 ta' Diċembru 2009 għall-mobilizzazzjoni tal-FEAG, fir-rigward ta' sensji f’70 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 18 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (stampar u r-riproduzzjoni ta' midja rrekordjata) fiż-żewġ reġjuni kontigwi NUTS II ta' Noord Brabant (NL41) u Zuid Holland (NL33) u ssupplimenta b’tagħrif addizzjonali sal-11 ta' Mejju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontributi finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex tuża l-ammont ta' EUR 2 890 027.

(5)

L-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-applikazzjoni mressqa mill-Olanda,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-qafas tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 2 890 027 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, l-24 ta’ Novembru 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

O. CHASTEL


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/39


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta' Novembru 2010

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/028 NL/Limburg Diviżjoni 18 mill-Olanda)

(2010/742/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1), u b’mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija u sabiex jagħtihom għajnuna biex ikunu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEAG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(4)

Fit-30 ta' Diċembru 2009, ir-Renju tal-Olanda ressaq applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEAG, fir-rigward ta' sensji f’disa’ intrapriżi li joperaw fit-Taqsima 18 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (l-istampar u r-riproduzzjoni ta' media rrekordjata) fir-reġjun NUTS II ta' Limburg (NL42) u ssupplimentaha b’tagħrif addizzjonali sas-6 ta' Mejju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex tuża l-ammont ta' EUR 549 946.

(5)

Il-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-applikazzjoni mressqa mill-Pajjiż l-Baxxi.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-qafas tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2010, għandha tiġi mobilizzata somma ta' EUR 549 946 f’approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas taħt l-intestatura tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, l-24 ta’ Novembru 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

O. CHASTEL


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/40


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Novembru 2010

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (applikazzjoni EGF/2009/029 NL/Gelderland u Overijssel Diviżjoni 18 mill-Olanda)

(2010/743/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (1), u b’mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) ġie stabbilit biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li spiċċaw issensjati b’konsegwenza ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEAG twessa’ għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema sensjati b’riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Ir-Renju tal-Olanda ressaq applikazzjoni fit-30 ta’ Diċembru 2009 għall-mobilizzazzjoni tal-FEAG, fir-rigward ta’ sensji f’45 intrapriża li qegħdin joperaw fid-Diviżjoni 18 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (l-istampar u r-riproduzzjoni ta’ midja rrekordjata) fiż-żewġ reġjuni kontigwi NUTS II ta’ Gelderland (NL22) u Overijssel (NL21) u ssupplimentaha b’informazzjoni addizzjonali sas-6 ta’ Mejju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, ressqet proposta biex timmobilizza l-ammont ta’ EUR 2 013 619.

(5)

Il-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Olanda,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 2 013 619 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, l-24 ta’ Novembru 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

O. CHASTEL


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/41


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta' Novembru 2010

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/026 NL/Noord Holland u Utrecht Diviżjoni 18 mill-Olanda)

(2010/744/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1), u b’mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija dovuti għall-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEAG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg b’riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(4)

Ir-Renju tal-Olanda ressaq applikazzjoni fit-30 ta' Diċembru 2009 għall-mobilizzazzjoni tal-FEAG, fir-rigward ta' sensji f’79 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 18 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (stampar u r-riproduzzjoni ta' midja rrekordjata) fiż-żewġ reġjuni kontigwi NUTS II ta' Noord Holland (NL32) u Utrecht (NL31) u ssupplimenta b’tagħrif addizzjonali sas-6 ta' Mejju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex tuża l-ammont ta' EUR 2 266 625.

(5)

L-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-applikazzjoni mressqa mill-Olanda,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-qafas tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 2 266 625 f’approprjazzjonijiet għall-impenn u għall-ħlas.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, l-24 ta’ Novembru 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

O. CHASTEL


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/42


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta' Novembru 2010

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

(2010/745/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 26 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2),

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il “Fond”) biex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta' reġjuni milqutin minn diżastri.

(2)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-livell massimu annwali ta' EUR 1 biljun.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li bihom il-fond jista' jkun immobilizzat.

(4)

L-Irlanda ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, fir-rigward ta' diżastru kkawżat minn għargħar qawwi,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 13 022 500 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, l-24 ta’ Novembru 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

O. CHASTEL


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/43


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Novembru 2010

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (applikazzjoni EGF/2009/030 NL/Drenthe Diviżjoni 18 mill-Olanda)

(2010/746/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (1), u b’mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) ġie stabbilit biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li spiċċaw issensjati b’konsegwenza ta’ bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEAG twessa’ għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema sensjati b’riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Fit-30 ta’ Diċembru 2009, ir-Renju tal-Olanda ressaq applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEAG, fir-rigward ta’ sensji f’żewġ intrapriżi li qegħdin joperaw fid-Diviżjoni 18 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (stampar u r-riproduzzjoni ta’ media rrekordjata) fir-reġjun NUTS II ta’ Drenthe (NL13) u ssupplimentaha b’informazzjoni addizzjonali sas-6 ta’ Mejju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, ressqet proposta biex timmobilizza l-ammont ta’ EUR 453 632.

(5)

Il-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Olanda,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-qafas tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2010, għandha tiġi mobilizzata somma ta’ EUR 453 632 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ ħlas taħt l-intestatura tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, l-24 ta’ Novembru 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

O. CHASTEL


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/44


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/747/PESK

tat-2 ta’ Diċembru 2010

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/955/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28 u 43(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-14 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (1) (EUPOL COPPS) għal perijodu ta’ tliet snin. Il-fażi operattiva tal-EUPOL COPPS bdiet fl-1 ta’ Jannar 2006. L-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK ġiet estiża bl-Azzjoni Konġunta 2008/958/PESK (2) sal-31 ta’ Diċembru 2010.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/955/PESK (3) pprevediet għal ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010. Dan l-ammont ta’ referenza finanzjarja għandu jiżdied biex ikopri l-ħtiġijiet operattivi tal-Missjoni.

(3)

L-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK u d-Deċiżjoni 2009/955/PESK għandhom jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 14 tal-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK huwa sostitwit b’dan li ġej:.

“Artikolu 14

Arranġamenti finanzjarji

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010 għandu jkun ta’ EUR 6 870 000.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi ġestita f’konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Iċ-ċittadini ta’ Stati terzi li jipparteċipaw finanzjarjament fil-missjoni, ta’ partijiet ospitanti u, jekk meħtieġ għall-ħtiġijiet operattivi tal-missjoni, ta’ pajjiżi ġirien għandhom ikunu jistgħu jagħmlu offerti għall-kuntratti.

3.   Il-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija għandu jirraporta bis-sħiħ lill-Kummissjoni, u jiġi sorveljat minnha dwar l-attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-kuntratt tiegħu.

4.   L-arranġamenti finanzjarji għandhom jirrispettaw il-ħtiġijiet operattivi tal-EUPOL COPPS, inklużi l-kompatibbiltà tat-tagħmir u l-interoperabbiltà tal-iskwadri tagħha.

5.   In-nefqa għandha tkun eliġibbli sa mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din l-Azzjoni Konġunta.”

Artikolu 2

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/955/PESK huwa b’dan imħassar.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-2 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. WATHELET


(1)  ĠU L 300, 17.11.2005, p. 65.

(2)  ĠU L 338, 17.12.2008, p. 75.

(3)  ĠU L 330, 16.12.2009, p. 76.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/45


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Novembru 2010

li temenda d-Deċiżjoni 2007/441/KE li tawtorizza lir-Repubblika Taljana biex tapplika miżuri ta’ deroga mill-Artikoli 26(1)(a) u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(2010/748/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz ta’ ittra rreġistrata mas-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fit-18 ta’ Frar 2010, l-Italja talbet awtorizzazzjoni biex testendi miżura ta’ deroga mill-Artikolu 26 (1)(a) u mill-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE sabiex tkun tista’ tkompli tirristriġi d-dritt għal tnaqqis fejn jidħlu l-ispejjeż fuq ċerti vetturi tat-triq bil-magna li ma jintużawx biss għal skopijiet ta’ negozju.

(2)

Permezz tal-ittra datata t-13 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra bit-talba tal-Italja. Permezz ta’ ittra datata l-15 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Italja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/441/KE tat-18 ta’ Ġunju 2007 li tawtorizza lir-Repubblika Taljana sabiex tapplika miżuri li jidderogaw mill-Artikoli 26(1)(a) u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), tawtorizza lill-Italja biex tillimita d-dritt ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) dovuta fuq infiq marbut ma’ vetturi tat-triq bil-magna li ma jintużawx biss għal skopijiet ta’ negozju, għal 40 %. Id-Deċiżjoni 2007/441/KE tipprevedi li l-użu għal skopijiet privati ta’ vetturi li ġew soġġetti għal dritt ta’ tnaqqis skont dik id-Deċiżjoni m’għandux jiġi kkunsidrat bħala forniment ta’ servizzi għall-konsiderazzjoni. Id-Deċiżjoni 2007/441/KE fiha definizzjonijiet tal-vetturi u tal-infiq inklużi fl-ambitu ta’ dik id-Deċiżjoni u lista ta’ vetturi li huma espliċitament esklużi mill-iskop ta’ dik id-Deċiżjoni.

(4)

B’konformità mal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2007/441/KE, l-Italja ssottomettiet rapport lill-Kummissjoni li jkopri l-ewwel sentejn tal-applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni u li jinkludi reviżjoni tal-persentaġġ tar-restrizzjoni. L-informazzjoni pprovduta mill-Italja turi li r-restrizzjoni tad-dritt għal tnaqqis, għal 40 %, xorta waħda jikkorrispondi għal ċirkustanzi attwali fir-rigward ta’ użu għal skopijiet kummerċjali u mhux kummerċjali tal-vetturi kkonċernati Għalhekk l-Italja għandha tkun awtorizzata biex tapplika l-miżura matul perjodu limitat ulterjuri, sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(5)

Fil-każ li l-Italja kellha titlob estensjoni ulterjuri lil hinn mill-2013, għandu jitressaq rapport ġdid lill-Kummissjoni flimkien ma’ dik it-talba għal estensjoni sal-1 ta’ April 2013.

(6)

Fid-29 ta’ Ottubbru 2004, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 77/388/KEE bl-għan li jiġu ssimplifikati l-obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud. Il-miżuri ta’ deroga previsti f’din id-Deċiżjoni għandhom jiskadu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dik id-Direttiva li temenda, jekk dik id-data tasal qabel id-data ta’ skadenza tal-miżura ta’ degora stabbilita f’din id-Deċiżjoni.

(7)

Id-deroga ma għandha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mill-ġbir tat-taxxa fuq il-valur miżjud.

(8)

Id-Deċiżjoni 2007/441/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2007/441/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 6 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Kwalunkwe talba għal estensjoni tal-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni għandhom ikunu sottomessi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ April 2013.

Kwalunkwe talba għal estensjoni ta’ dawk il-miżuri għandhom ikunu akkumpanjati minn rapport li jinkludi reviżjoni tar-restrizzjoni tal-persentaġġ fuq id-dritt għal tnaqqis tal-VAT dovut dwar infiq fuq vetturi tat-triq bil-magna li ma jintużawx biss għal skopijiet kummerċjali.”;

(2)

L-Artikolu 7 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ regoli tal-Unjoni li jiddeterminaw l-infiq marbut mal-vetturi bil-magna li m’għandux ikun eliġibbli għal tnaqqis totali tal-VAT, imma l-iktar tard fil-31 ta’ Diċembru 2013.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mid-data tan-notifika tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

K. PEETERS


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 165, 27.6.2007, p. 33.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Diċembru 2010

li temenda d-Deċiżjoni 2007/453/KE dwar l-istatus tal-Indja, tal-Perù, tal-Panama u tal-Korea t’Isfel fir-rigward tal-BSE

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8352)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/749/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b’mod partikolari t-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula r-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni tal-enċifalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSEs) fl-annimali. Għal dan l-għan, l-istatus tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom (“pajjiżi jew reġjuni”) għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ klassifikazzjoni f’waħda minn tliet kategoriji skont ir-riskju tal-BSE involut, jiġifieri riskju ta’ BSE negliġibbli, riskju ta’ BSE kkontrollat u riskju ta’ BSE mhux determinat.

(2)

L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew ta’ pajjiżi terzi jew ta’ reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE tagħhom telenka l-pajjiżi jew ir-reġjuni skont l-istatus ta’ riskju ta’ BSE tagħhom (2):

(3)

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) għandha rwol ewlieni fil-kategorizzazzjoni ta’ pajjiżi jew reġjuni skont ir-riskju tagħhom tal-BSE. Il-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE tikkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru XXII — Ir-Rikonoxximent tal-Istatus tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Membri — adottata mill-OIE f’Mejju 2009 fir-rigward tal-istatus tal-BSE tal-Istati Membri u l-pajjiżi terzi.

(4)

F’Mejju 2010, l-OIE adottat ir-Riżoluzzjoni Nru 18 — Ir-Rikonoxximent tal-Istatus ta’ Riskju tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Membri. Dik ir-Riżoluzzjoni rrikonoxxiet l-Indja u l-Perù bħala pajjiżi li għandhom riskju negliġibbli ta’ BSE u l-Panama u l-Korea t’Isfel bħala pajjiżi li għandhom riskju kkontrollat ta’ BSE. Il-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata biex issir konformi ma’ dik ir-Riżoluzzjoni fir-rigward ta’ dawn il-pajjiżi terzi.

(5)

Id-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84.


ANNESS

LISTA TA PAJJIŻI JEW REĠJUNI

A.   Pajjiżi jew reġjuni b’riskju negliġibbli ta’ BSE

Stati Membri

Il-Finlandja

L-Isvezja

Pajjiżi tal-EFTA

L-Islanda

In-Norveġja

Pajjiżi terzi

L-Arġentina

l-Awstralja

iċ-Ċilì

L-Indja

in-New Zealand

il-Paragwaj

Il-Perù

Singapor

l-Urugwaj

B.   Pajjiżi jew reġjuni b’riskju kkontrollat ta’ BSE

Stati Membri

Il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, ir-Renju Unit

Pajjiżi tal-EFTA

Il-Liechtenstein

L-Isvizzera

Pajjiżi terzi

Il-Brażil

il-Kanada

il-Kolombja

Il-Ġappun

il-Messiku

il-Panama

il-Korea t’Isfel

it-Tajwan

l-Istati Uniti

C.   Pajjiżi jew reġjuni b’riskju mhux determinat ta’ BSE

Pajjiżi jew reġjuni li mhumiex elenkati fil-punti A jew B ta’ dan l-Anness.’


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Diċembru 2010

li tistabbilixxi l-bilanċ finali li għandu jitħallas jew li għandu jkun irkuprat malli jagħlaq il-programm fil-qasam tal-programmi ta’ żvilupp rurali tranżizzjonali ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (l-FAEGG) mill-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8471)

(It-testi bl-Estonjan, bil-Grieg, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Polakk u bis-Slovakk biss huma awtentiċi)

(2010/750/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2004 tal-5 ta’ Jannar 2004 li jwaqqaf ir-regoli ddettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-iffinanzjar mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG tal-miżuri tal-iżvilupp rurali fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 47(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/984/UE (4) stabbilixxiet il-bilanċ finali li għandu jitħallas jew li għandu jkun irkuprat minħabba l-għeluq tal-programm fil-qasam tal-programmi ta’ żvilupp rurali tranżizzjonali ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) mir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija u s-Slovenja.

(2)

Fuq il-bażi tal-kontijiet annwali mressqin mill-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja dwar in-nefqa fil-qasam tal-mizuri tal-iżvilupp rurali, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (5) kienu approvati għas-snin finanzjarji tal-2005 (6), l-2006 (7), l-2007 (8), l-2008 (9) u l-2009 (10). Id-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni rispettivi ġew adottati.

(3)

Id-data tal-eliġibbiltà finali għall-programmi tal-Istrument Temporanju tal-Iżvilupp Rurali (is-STŻR) ġiet stabbilita għall-31 ta’ Diċembru 2008. Estensjoni tad-data tal-eliġibbiltà finali ngħatat lill-Estonja, lil Malta u lis-Slovakkja. L-ispejjeż imġarrba bejn is-16 ta’ Ottubru 2008 u t-30 ta’ Ġunju 2009 ġew iddikjarati fil-kontijiet annwali tal-2009; għalhekk, id-deċiżjonijiet tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija hawn fuq japprovaw in-nefqa sħiħa mġarrba taħt dawn il-programmi.

(4)

L-Artikolu 32(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 jipprovdi li l-ħlasijiet totali kkombinati li jsiru fir-rigward tal-programm, qabel il-ħlas tal-bilanċ finali, ma għandhomx jaqbżu l-95 % tal-impenn Komunitarju għall-programm.

(5)

Għan-nefqa għall-iżvilupp rurali koperta bl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 27/2004, il-bilanċ finali li għandu jitħallas jew li għandu jkun irkuprat għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-aħħar deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-kontijiet u fuq informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja skont il-premessa (6) t’hawn taħt.

(6)

Fid-dawl tal-għeluq tal-programmi ta’ Żvilupp Rurali Tranżizzjonali, l-Istati Membri kkonċernati ntalbu jipprovdu informazzjoni dwar id-djun pendenti fir-rigward tal-programmi. Id-dejta dwar id-djun kienet ivverifikata u kkunsidrata mill-Kummissjoni meta ġie kkalkulat il-bilanċ finali.

(7)

Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tagħmilx ħsara lil deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nefqa li ma jiġix effettwat skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammonti tal-bilanċ finali li jistgħu jkunu rkuprati minn kull Stat Membru jew li għandhom jitħallas lilu skont din id-Deċiżjoni fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali applikabbli fl-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni tiddetermina l-bilanċi finali tal-programmi ta’ Żvilupp Rurali Tranżizzjonali li jibqa’ ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (l-FAEGG).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Repubblika tal-Polonja u lir-Repubblika Slovakka.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 5, 9.1.2004, p. 36.

(2)  ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1.

(3)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80.

(4)  ĠU L 338, 19.12.2009, p. 95.

(5)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(6)  ĠU L 118, 3.5.2006, p. 20 u ĠU L 122, 11.5.2007, p. 47.

(7)  ĠU L 122, 11.5.2007, p. 41 u ĠU L 139, 29.5.2008, p. 54.

(8)  ĠU L 139, 29.5.2008, p. 25; ĠU L 33, 3.2.2009, p. 31 u ĠU L 34, 5.2.2010, p. 30.

(9)  ĠU L 111, 5.5.2009, p. 35 u ĠU L 36, 9.2.2010, p. 27.

(10)  ĠU L 112, 30.4.2010, p. 10.


ANNESS

Programmi tas-STŻR: Nefqa ddikjarata għall-2000 sal-2006, bilanċ finali u nuqqas ta' impenn tal-kofinanzjament tal-UE

(f'EUR)

Stati Membri ġodda

EE

CY

LV

LT

MT

PL

SK

Nefqa ddikjarata għall-2004 sal-2009

A

Ammont totali impenjat għall-programm

150 500 000,00

74 800 000,00

328 100 000,00

489 500 000,00

26 900 000,00

2 866 400 000,00

397 100 000,00

B

Nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri sal-15 ta' Ottubru 2009

150 248 896,61

74 751 757,19

327 974 003,26

489 455 652,85

27 258 271,08

2 865 928 297,23

400 572 246,92

C

Nefqa approvata annwalment

 

 

 

 

 

 

 

Fl-2004

 

 

 

 

 

 

 

Fl-2005

40 250 337,00

5 089 164,32

71 209 552,00

108 795 351,22

6 464 227,06

490 115 738,88

91 734 583,46

Fl-2006

42 408 371,67

24 796 690,13

95 213 650,83

140 012 181,61

7 939 611,15

1 149 556 890,99

117 633 325,77

Fl-2007

40 720 193,48

17 817 990,09

110 967 368,28

156 247 750,70

4 148 025,92

1 085 818 964,54

144 596 146,16

Fl-2008

24 148 768,74

17 570 826,20

46 986 857,87

79 148 259,37

2 241 670,14

121 595 191,28

39 259 760,34

Fl-2009

2 721 225,72

9 474 074,82

2 607 932,10

4 033 561,97

5 102 120,76

12 361 738,57

7 348 431,19

Nefqa totali approvata għall-2004 sal-2009

150 248 896,61

74 748 745,56

326 985 361,08

488 237 104,87

25 895 655,03

2 859 448 524,26

400 572 246,92

Bilanċ finali u nuqqas ta' impenn tal-kofinanzjament tal-UE (is-sitwazzjoni fl-għeluq)

D

Nefqa totali eliġibbli (l-iktar baxxa minn fost A, B jew C)

150 248 896,61

74 748 745,56

326 985 361,08

488 237 104,87

25 895 655,03

2 859 448 524,26

397 100 000,00

E

Minnha naqqas: irregolaritajiet irkuprati mill-Istati Membri li għandhom jitnaqqsu mill-bilanċ finali

317 991,79

737 013,13

451 269,19

360 798,14

393 589,63

4 465 986,89

7 282,74

F

Nefqa totali eliġibbli li għandha tiġi rrimburżata (D-E)

149 930 904,82

74 011 732,43

326 534 091,89

487 876 306,73

25 502 065,40

2 854 982 537,37

397 092 717,26

G

Minnha naqqas: ħlasijiet bil-quddiem

24 080 000,00

11 968 000,00

52 496 000,00

78 320 000,00

4 304 000,00

458 624 000,00

63 536 000,00

H

Minnha naqqas: ħlasijiet intermedji li saru diġà

118 894 999,00

59 092 000,00

259 199 000,00

386 705 000,00

21 251 000,00

2 264 456 000,00

313 708 999,00

I

Ħlas jew irkupru tal-bilanċ finali nett (F-G-H)

6 955 905,82

2 951 732,43

14 839 091,89

22 851 306,73

–52 934,60

131 902 537,37

19 847 718,26


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/52


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta’ Novembru 2010

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2011

(BĊE/2010/25)

(2010/751/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 128(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/416/UE tat-13 ta’ Lulju 2010 skont l-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Estonja fl-1 ta’ Jannar 2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta’ Jannar 1999, biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

(2)

Id-deroga favur l-Estonja msemmija fl-Artikolu 4 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 hija abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011.

(3)

Is-16-il Stat Membru li l-munita tagħhom hija l-euro u l-Estonja ppreżentaw lill-BĊE għall-approvazzjoni tiegħu l-istimi tagħhom tal-volum ta’ muniti euro li għandhom jinħarġu fl-2011, flimkien ma’ noti ta’ spjega dwar il-metodoloġija tat-tbassir,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti euro li għandhom jinħarġu fl-2011

Il-BĊE b’dan japprova l-volum ta’ muniti euro li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fl-2011 kif deskritt fit-tabella li ġejja:

(miljuni f’EUR)

 

Il-ħruġ ta’ muniti intiżi għaċ-ċirkolazzjoni u l-ħruġ ta’ muniti għall-kolletturi (mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2011

Belġju

178,3

Il-Ġermanja

629

L-Estonja

48,4

L-Irlanda

44,4

Il-Greċja

54,5

Spanja

180

Franza

300

L-Italja

262,4

Ċipru

15,6

Il-Lussemburgu

30

Malta

6,8

Il-Pajjiżi l-Baxxi

64

L-Awstrija

277

Il-Portugall

30

Is-Slovenja

36

Is-Slovakkja

42,2

Il-Finlandja

60

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u l-Estonja.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Novembru 2010.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 196, 28.7.2010, p. 24.