ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.317.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 317

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
3 ta' Diċembru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummisjoni (UE) Nru 1116/2010 tat-2 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Irish whiskey għall-perjodu 2010/2011

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1117/2010 tat-2 ta' Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-aċidu ċitriku, l-aċidu sorbiku, t-timol u l-vanillina bħala addittiv tal-għalf għall-majjalini miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni Vetagro SpA) ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1118/2010 tat-2 ta' Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' diklażuril bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Janssen Pharmaceutica N.V.) u jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 ( 1 )

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1119/2010 tat-2 ta' Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv għall-għalf għall-baqar u għaż-żwiemel u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1520/2007 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol SpA) ( 1 )

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1120/2010 tat-2 ta’ Diċembru 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għal ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) ( 1 )

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1121/2010 tat-2 ta' Diċembru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Edam Holland (IĠP)]

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1122/2010 tat-2 ta' Diċembru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Gouda Holland (IĠP)]

22

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1123/2010 tat-2 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

30

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/85/UE tat-2 ta' Diċembru 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-fosfid taż-żingu bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni 2008/941/KE ( 1 )

32

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/86/UE tat-2 ta' Diċembru 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tkun inkluża l-haloxyfop-P bħala sustanza attiva ( 1 )

36

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/737/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Diċembru 2010 li tistabbilixxi l-klassijiet tal-kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar għal ċerti prodotti tal-kostruzzjoni fir-rigward tal-pjanċi tal-azzar bil-kisi tal-polijester u bil-kisi tal-plastisol (notifikata bid-dokument numru C(2010) 389)  ( 1 )

39

 

 

2010/738/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Diċembru 2010 li tistabbilixxi l-klassijiet tal-kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar ta’ ċerti prodotti għall-bini fir-rigward ta’ forom tal-ġibs mill-ġibsum fibruż (notifikata bid-dokument numru C(2010) 392)  ( 1 )

42

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata ( ĠU L 260, 2.10.2010 )

44

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISJONI (UE) Nru 1116/2010

tat-2 ta’ Diċembru 2010

li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Irish whiskey għall-perjodu 2010/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1670/2006 tal-10 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 dwar l-iffissar u l-għoti ta’ rifużjonijiet aġġustati fir-rigward ta’ ċereali esportati fil-forma ta’ ċertu xorb spirituż (alkoħoliku) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006 jipprovdi li l-kwantitajiet taċ-ċereali eliġibbli għar-rifużjoni għandhom ikunu l-kwantitajiet ta’ ċereali mqiegħda taħt il-kontroll u ddistillati, piżati b’koeffiċjent li jiġi ffissat kull sena għal kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati. Dan il-koeffiċjent jesprimi r-relazzjoni bejn il-kwantitajiet totali esportati u l-kwantitajiet totali mqiegħda fis-suq tax-xorb alkoħoliku kkonċernat, abbażi tax-xejra osservata f’dawn il-kwantitajiet matul l-għadd ta’ snin li jikkorrispondi għall-perjodu medju taż-żmien tal-maturazzjoni ta’ dan ix-xorb alkoħoliku.

(2)

Abbażi tat-tagħrif fornut mill-Irlanda u li jirrigwarda l-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009, dan il-perjodu medju tal-maturazzjoni fl-2009 kien ta’ ħames snin għall-Irish whiskey.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ffissati l-koeffiċjenti għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011.

(4)

L-Artikolu 10 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jeskludi l-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni lejn Liechtenstein, l-Islanda u n-Norveġja. Barra minn hekk, l-Unjoni kkonkludiet ftehimiet ma’ ċerti pajjiżi terzi li jabolixxu r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni. Għalhekk jeħtieġ li, b’applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, dan jitqies fil-kalkolu tal-koeffiċjenti għall-perjodu 2010/2011.

(5)

L-effetti tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 81/2010 tat-28 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Irish whiskey għall-perjodu 2009/2010 (3) ġew eżawriti minħabba li dan ir-Regolament jirrigwarda l-koeffiċjenti applikabbli għas-sena 2009/2010. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, dan ir-Regolament għandu jiġi rrevokat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011, il-koeffiċjenti pprovduti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, applikabbli għaċ-ċereali użati fl-Irlanda fil-produzzjoni tal-Irish whiskey, huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (UE) Nru 81/2010 għandu jiġi rrevokat.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 312, 11.11.2006, p. 33.

(3)  ĠU L 25, 29.1.2010, p. 10.


ANNESS

Il-koeffiċjenti applikabbli fl-Irlanda

Perjodu ta' applikazzjoni

Koeffiċjent applikabbli

għax-xgħir utilizzat fil-produzzjoni tal-Irish whiskey, kategorija B (1)

għaċ-ċereali utilizzati fil-produzzjoni tal-Irish whiskey, kategorija A

Mill-1 ta' Ottubru 2010 sat-30 ta' Settembru 2011

0,030

0,102


(1)  Inkluż ix-xgħir ipproċessat f'malt.


3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1117/2010

tat-2 ta' Diċembru 2010

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-aċidu ċitriku, l-aċidu sorbiku, t-timol u l-vanillina bħala addittiv tal-għalf għall-majjalini miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni Vetagro SpA)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata tali awtorizzazzjoni.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata bil-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-aċidu ċitriku, l-aċidu sorbiku, t-timol u l-vanillina bħala addittiv tal-għalf għall-majjalini miftuma, biex ikunu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “additives żootekniċi”.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-25 ta' Mejju 2010 (2) li l-preparazzjoni sabbilita fl-Anness, skont il-kondizzjonijiet tal-użu proposti, m'għandhiex effett fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa umana jew l-ambjent, u li dan l-addittiv għandu potenzjal fiż-żieda fir-rata tat-tkabbir u jtejjeb l-għalf biex jikseb il-proporzjon tal-speċi fil-mira. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn għal ħtiġijiet speċifiċi ta' sorveljanża ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport fuq il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-ikel ippreżentat mil-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Bl-istess mod, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jkun awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tappartjeni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u l-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriżżjoni tal-annimali soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal (2010); 8(6):1633.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, l-formula kimika, deskrizzjoni, l-metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg/kg tal-għalf komplet b'kontenut niedi ta' 12 %

Il-kategorija tal-additivi żootekniċi. Grupp funzjonarju: Addittivi żootekniċi oħra (titjib tal-parametri żootekniċi)

4d 3

Vetagro S.p.A.

Preparazzjoni tal-aċidu ċitriku, l-aċidu sorbiku, t-timol u l-vanillina

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' żibeċ żgħar ħafna protetti li fihom l-aċidu ċitriku, l-aċidu sorbiku, t-timol u l-vanillina b'minimu ta':

 

Aċidu ċitriku: 25 g/100 g

 

Timol: 1,7 g/100 g

 

Aċidu sorbiku: 16,7 g/100 g

 

Vanillina: 1 g/100 g

 

Karatterisitiċi tas-sustanzi attivi

 

Aċidu ċitriku C6H8O7 (purità ≥ 99,5 %)

2-idrossi-1,2,3-aċidu propanetrikarbossliku, numru tal-CAS 77-92-9 anidrus

 

Aċidu sorbiku C6H8O2 (purity ≥ 99,5 %)

2,4-aċidu essaadijenojku, numru tal-CAS 110-44-1

 

Timol (purità ≥ 98 %)

5-metil-2-(1-metiletil)fenol, numru tal-CAS 89-83-8)

 

Vanillina (purità ≥ 99,5 %)

4-idrossi-3-metossibenżaldeid, in-numru tal-CAS 121-33-5)

 

Metodi analitiċi  (1)

Determinazzjoni tal-aċidu sorbiku u timol fl-għalf: Metodu tal-kromatografija likwida ta' prestazzjoni għolja tal-fażi maqluba b'tagħmir ta' detenzjoni tar-raġġ ultravjola/dijod (RP-HPLC-UV/DAD). Determinazzjoni tal-aċidu ċitriku fl-addittiv jew il-pretaħlitiet: (RP-HPLC-UV/DAD). Determinazzjoni tal-aċidu ċitriku fl-għalf: Determinazzjoni enżimatika tal-kontenut ċitriku – il-metodu spettrometriku tal-NADH (forma mnaqqsa tan-nikotinamid adenina dinukleotid)

Majjalini (miftuma)

1 000

1.

Għall-majjalini (miftuma) sa 35 kg.

2.

Għas-sigurtà: Għandu jintlibes nuċċali tal-protezzjoni tan-nifs u jintlibsu l-ingwanti waqt l-esperiment

It-23 ta’ Diċembru 2020


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1118/2010

tat-2 ta' Diċembru 2010

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' diklażuril bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Janssen Pharmaceutica N.V.) u jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri sabiex jingħata dan it-tip ta' awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprovdi għar-rievalwazzjoni ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Id-diklażuril, numru CAS 101831-37-2, kien awtorizzat għal għaxar snin skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf għall-użu fuq it-tiġieġ għat-tismin, it-tiġieġ imrobbija għall-bajd sa 16-il ġimgħa u d-dundjani sa 12-il ġimgħa permezz tar-tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2430/1999 (3). Dan l-addittiv wara ddaħħal fir-Reġistru Komunitarju tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, ġiet ippreżentata applikazzjoni għar-rievalwazzjoni tad-diklażuril bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “koċċidjostatiċi u istomonostatiċi”. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-23 ta' Ġunju 2010 li, skont il-kondizzjonijiet proposti ta' użu, id-diklażuril ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-konsumatur jew l-ambjent, u li l-addittiv huwa effettiv biex jikkontrolla l-koċċidijosi fit-tiġieġ għat-tismin (4). Ikkonkludiet li l-ebda ħsibijiet dwar is-sigurtà ma għandhom jinqalgħu sakemm jittieħdu miżuri xierqa ta' protezzjoni. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità mwaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni ta' diklażuril turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(6)

B'konsegwenza tal-għoti ta' awtorizzazzjoni ġdida skont ir-Regolament (KE) 1831/2003, id-dispożizzjonijiet dwar id-diklażuril għat-tiġieġ għat-tismin fir-Regolament (KE) Nru 2430/1999 għandhom jitħassru.

(7)

Peress li l-modifikazzjonijiet dwar il-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni mhumiex relatati ma' raġunijiet ta' sigurtà, huwa xieraq li jitħalla perjodu tranżizzjonali għar-rimi ta' ħażniet eżistenti tat-taħlit minn qabel u tal-għalf kompost.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' addittivi “koċċidijostatiċi u istomonostatiċi” hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali soġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2430/1999, titħassar l-entrata fin-numru ta' reġistrazzjoni tal-addittiv E 771, dwar id-diklażuril għat-tiġieġ għat-tismin.

Artikolu 3

Taħlit minn qabel u għalf kompost li fihom id-diklażuril ittikkettjati skont id-Direttiva 70/524/KEE jista' jibqa' jitqiegħed fis-suq u użat sakemm il-ħażniet jiġu eżawriti.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

(3)  ĠU L 296, 17.11.1999, p. 3.

(4)  Ġurnal tal-EFSA 2010 8(7):1663.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv (Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta' annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Limiti Massimi ta' Residwu (LMRs) fl-għalf rilevanti li joriġinaw mill-annimali

mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b’kontenut ta' umdità ta' 12 %

Koċċidjostatiċi u istomonostatiċi

5 1 771

Janssen Pharmaceutica nv

Diklażuril 0,5 g/100 g

(Clinacox 0,5 %)

Kompożizzjoni tal-addittiv

Diklażuril: 0,50 g/100 g.

Smida magħmula minn estratt tas-soja nieqsa mill-proteini: 99,25 g/100 g

Polividon K 30: 0,20 g/100 g

Idrossidu tas-sodju: 0,05 g/100 g

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Diklażuril, C17H9Cl3N4O2,

(±)-4-klorofenil[2,6-dikloro4-

(2,3,4,5-tetraidro-3,5-diosso-1,2,4-triażin-2-il)fenil]aċetonitril,

Numru CAS: 101831-37-2

Impuritajiet relatati:

Kompost ta' degradazzjoni (R064318): ≤ 0,1 %

Impuritajiet relatati oħra (T001434, R066891, R068610, R070156, R070016):

≤ 0,5 % individwalment

Impuritajiet totali: ≤ 1,5 %

Metodu analitiku  (1)

Għad-determinazzjoni ta' diklażuril fl-għalf: kromatografija b'fażi likwida ta' rendiment għoli f'fażi inversa (HPLC) b'użu ta' Detezzjoni ultravjola ta' 280nm(ir-Regolament (KE) Nru 152/2009)

Għad-determinazzjoni ta' diklażuril fit-tessuti tat-tiġieġ: L-HPLC akkoppjat ma' spettrometru ta' massa (MS/MS) bi kwadrupol triplu b'użu ta' jone prekursur wieħed u żewġ joni prodott.

Tiġieġ għat-tismin

1

1

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf kompost f’forma ta' taħlita minn qabel.

2.

Id-diklażuril ma għandux jitħallat ma' koċċidijostati oħrajn.

3.

Għas-sikurezza: protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ngwanti għandhom jintużaw waqt l-użu.

4.

Programm ta' monitoraġġ ta' wara t-tqegħid fis-suq dwar ir-reżistenza għall-batterja u Eimeria spp għandu jiġi ppjanat u eżegwit mid-detentur tal-awtorizzazzjoni.

It-23 ta' Diċembru 2020

1 500 oμg ta' diklażuril/kg ta' fwied imxarrab

1 000 oμg ta' diklażuril/kg ta' kilwa mxarrba

500oμg ta' diklażuril/kg ta' muskolu mxarrab

500oμg ta' diklażuril/kg ta' ġilda mxarrba jew xaħam imxarrab


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1119/2010

tat-2 ta' Diċembru 2010

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv għall-għalf għall-baqar u għaż-żwiemel u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1520/2007 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol SpA)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din it-tip ta' awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Il-preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 ġiet awtorizzata bħala addittiv għall-għalf għal għaxar snin għall-użu fuq il-ħnieżer bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 896/2009 (3). Skont id-Direttiva 70/524/KEE, l-addittiv kien awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien għall-użu fuq il-ħnienes miftuma bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (4), fuq l-ifrat għas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 492/2006 (5) u fuq il-baqar tal-ħalib bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2007 (6). Dan l-addittiv wara ddaħħal fir-Reġistru Komunitarju tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-valutazzjoni mill-ġdid ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib u, skont l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, għal użu ġdid fuq iż-żwiemel, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-22 ta' Ġunju 2010 (7), rigward l-użu ta' addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib li, skont il-kondizzjonijiet proposti ta' użu, is-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-konsumatur jew fuq l-ambjent, u li l-addittiv għandu potenzjal li jżid il-produzzjoni tal-ħalib fil-baqar tal-ħalib. L-Awtorità tikkunsidra li ma hemmx bżonn għal rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

L-Awtorità kkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-22 ta' Ġunju 2010 (8) rigward l-użu bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel li l-użu ta' din il-preparazzjoni tista' ttejjeb id-diġestibbiltà evidenti tal-fibra tal-ispeċi fil-mira.

(6)

L-evalwazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Konsegwentement, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(7)

Bħala konsegwenza tal-għoti ta' awtorizzazzjoni ġdida skont ir-Regolament (KE) 1831/2003, id-dispożizzjonijiet dwar is-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 fir-Regolament (KE) Nru 1520/2007 għandhom jitħassru.

(8)

Billi l-modifiki dwar il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni mhumiex relatati mar-raġunijiet ta' sigurtà, huwa xieraq li jiġi stabbilit perjodu transitorju għar-rimi ta' ħażniet eżistenti tat-taħlit minn qabel u tal-għalf kompost.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li taqa' taħt il-kategorija “addittivi żootekniċi” u mal-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Fir-Regolament (KE) Nru 1520/2007, l-Artikolu 1 u l-Anness I jitħassru.

Artikolu 3

Taħlit minn qabel u għalf kompost li fihom is-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 ittikkettjati skont id-Direttiva 70/524/KEE jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u użati sakemm il-ħażniet jiġu eżawriti.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

(3)  ĠU L 256, 29.9.2009, p. 6.

(4)  ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6.

(5)  ĠU L 89, 28.3.2006, p. 6.

(6)  ĠU L 335, 20.12.2007, p. 17.

(7)  Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(7):1662.

(8)  Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(7):1659.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta' annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta' prodott tal-għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana

4b1710

Prosol S.p.A.

Saccharomyces cerevisiae

MUCL 39885

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL Sc 39885 li fiha minimu ta' 1 × 109 CFU/g

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Ċelloli vijabbli ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885

Metodi analitiċi  (1)

Enumerazzjoni: il-metodu pour plate bl-użu ta' agar magħmul minn glukożju, estratt tal-ħmira u kloramfenikol

Identifikazzjoni: metodu tar-reazzjoni katina tal-polimerasi (PCR)

Baqar tal-ħalib

2 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura tal-ħżin, it-tul tal-ħżin u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Għas-sigurtà: għandhom jintużaw nuċċalijiet u ingwanti matul l-immaniġġjar.

It-23 ta' Diċembru 2020

Żwiemel

3 × 109


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit ta' hawn taħt tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1120/2010

tat-2 ta’ Diċembru 2010

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għal ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din it-tip ta’ awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes miftuma, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi ‘addittivi żootekniċi’.

(4)

L-użu tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M ġie awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien għat-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (2), u għall-ħnieżer għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2005 (3), u għas-salmonidi u l-gambli bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2009 (4) għal għaxar snin.

(5)

Tressqet dejta ġdida bħala sostenn tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni għall-ħnienes miftuma. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (‘l-Awtorità’) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-23 ta’ Ġunju 2010 (5) li l-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M, fil-kondizzjoniiet proposti tal-użu, ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent, u li l-użu tagħha jtejjeb iż-żieda fil-piż tal-ispeċi mmirata. L-Awtorità tikkunsidra li ma hemmx bżonn għal rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfatti. Konsegwentement, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li taqa' taħt il-kategorija ‘addittivi żootekniċi’ u mal-grupp funzjonali ‘stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana’, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6.

(3)  ĠU L 328, 15.12.2005, p. 13.

(4)  ĠU L 257, 30.9.2009, p. 10.

(5)  Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(7):1660.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU /kg ta’ prodott tal-għalf komplet b'kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana.

4d1712

Lallemand SAS

Pediococcus acidilactici

CNCM MA 18/5M

 

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M li fiha minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Ċelloli vijabbli ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M

 

Metodu analitiku  (1)

 

Enumerazzjoni: metodu tat-tifrix bl-użu tal-MRS agar (EN 15786:2009)

 

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

Ħnienes (miftuma)

1 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita ta’ qabel, indika t-temperatura tal-ħżin, it-tul tal-ħżin u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Għall-ħnienes (miftuma) li jiżnu sa 35 kg.

3.

Għas-sikurezza: protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ngwanti għandhom jintużaw waqt l-użu.

It-23 ta’ Diċembru 2020


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza li ġej: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1121/2010

tat-2 ta' Diċembru 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Edam Holland (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tal-istess Regolament, it-talba tal-Pajjiżi l-Baxxi biex id-denominazzjoni “Edam Holland” tiddaħħal fir-reġistru ta' denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Finlandja, l-Awstrija, is-Slovakkja, il-gvernijiet tal-Awstralja, in-New Zealand u l-Istati Uniti tal-Amerika, kif ukoll id-Dairy Australia, id-Dairy Companies Association of New Zealand u n-National Milk Producers Federation, flimkien mal-US Dairy Export Council ressqu oġġezzjonijiet kontra r-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Dawn l-oġġezzjonijiet tqiesu bħala ammissibbli skont l-Artikolu 7(3) ta' dak ir-Regolament, għajr l-oġġezzjonijiet tal-Awstralja u tad-Dairy Australia, li tqiesu inammissibbli minħabba li waslu tard.

(3)

Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni kienu jikkonċernaw in-nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, partikolarment id-denominazzjoni u l-użu tagħha, l-ispeċifiċità u r-reputazzjoni tal-prodott, id-delimitazzjoni taż-żona ġeografika, kif ukoll ir-restrizzjonijiet fuq l-oriġini tal-materja prima. L-oġġezzjonijiet kienu jiddikjaraw ukoll li r-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni kienet tmur kontra l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u tista' tipperikola l-eżistenza ta' denominazzjonijiet, marki kummerċjali jew prodotti li jkunu ilhom legalment fis-suq mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni pprovuduta fl-Artikolu 6(2), u li d-denominazzjoni proposta għar-reġistrazzjoni hija ġenerika.

(4)

Bl-ittri tal-21 ta' Ottubru 2008, il-Kummissjoni stiednet lill-Pajjiżi l-Baxxi u dawk li oġġezzjonaw biex jilħqu qbil bejniethom skont il-proċeduri interni tagħhom.

(5)

Peress li ma ntlaħaq ebda qbil bejn dawk li oġġezzjonaw fiż-żmien stipulat, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

(6)

Rigward in-nuqqas ta' konformità allegat mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 dwar id-denominazzjoni, iż-żona ġeografika, l-ispeċifiċità tal-prodott, ir-rabta bejn il-karatteristiċi tal-prodott u ż-żona ġeografika, ir-reputazzjoni u r-restrizzjonijiet li jikkonċernaw l-oriġini tal-materja prima, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli pprovdew konferma li dawn l-elementi kienu jeżistu u barra minn hekk ma nstab ebda żball manifest ieħor. ta' min isemmi li “Holland” mhux l-isem tal-Istat Membru konċernat u li l-“Edam Holland” jitqies bħala isem ġeografiku tradizzjonali kopert kompletament bl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 2(1) il-punt b) tar-Regolament imsemmi huma f'dan is-sens issodisfati billi ż-żona ġeografika relatata hija delimitata skont ir-rabta u l-elementi ewlenin tal-ispeċifiċità tal-prodott. L-ispeċifità tal-Edam Holland ġejja minn taħlita ta' fatturi marbutin maż-żona ġeografika: bħal pereżempju l-kwalità tal-ħalib (livell għoli ta' kontenut ta' xaħam u proteini), aminoaċidi li joriġinaw minn β-CN u peptid tal-γ-glutamil, il-prevelanza tar-rigħi fil-mergħat, l-użu tat-tames tal-għoġol, il-maturazzjoni naturali, kif ukoll il-ħiliet tal-bdiewa u tal-produtturi tal-ġobon.

(7)

Fir-rigward ta' oġġezzjonijiet ibbażati fuq in-nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Pajjiżi l-Baxxi ssottomettew informazzjoni dwar id-distinzjoni bejn il-prodott li jġib id-denominazzjoni reġistrata “Noord-Hollandse Edammer” u dak li għalih tapplika d-denominazzjoni “Edam Holland”. Ma kien hemm ebda evidenza fid-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet li turi li l-konsumaturi jistgħu jiġu mqarrqin jew li l-produtturi kienu se jiġu trattati b'mod inġust.

(8)

Jidher li dawk li oġġezzjonaw ma rreferewx għall-isem sħiħ “Edam Holland” meta ddikjaraw li r-reġistrazzjoni kienet se tipperikola l-eżistenza ta' denominazzjonijiet, marki kummerċjali jew prodotti, u li d-denominazzjoni proposta għar-reġistrazzjoni hija ġenerika, iżda għal element wieħed biss tagħha, jiġifieri “Edam”. Madankollu, se tingħata protezzjoni għat-terminu “Edam Holland” kollu kemm hu. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-terminu “Edam” jista' jkompli jintuża sakemm il-prinċipji u r-regoli applikabbli fl-ordni legali tal-Unjoni jitħarsu. Għal raġunijiet ta' kjarifikazzjoni, l-ispeċifikazzjoni u s-sommarju ġew modifikati skont dan.

(9)

Fid-dawl ta' dan kollu, id-denominazzjoni “Edam Holland” għandha tiddaħħal fir-“Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”.

(10)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti u d-Denominazzjonijiet Protetti tal-Oriġini,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni li tinsab fl-Anness I għal dan ir-Regolament hija b'dan imdaħħla fir-Reġistru.

Minkejja l-ewwel paragrafu, l-isem “Edam” jista' jkompli jintuża fi ħdan it-territorju tal-Unjoni, sakemm il-prinċipji u r-regoli applikabbli fl-ordni legali tagħha jitħarsu.

Artikolu 2

Il-verżjoni konsolidata tas-sommarju li fih il-punti prinċipali tal-ispeċifikazzjoni hija stipulata fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 57, 1.3.2008, p. 39.


ANNESS I

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

Edam Holland (IĠP)


ANNESS II

SOMMARJU

Ir-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini għal prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

“EDAM HOLLAND”

Nru KE: NL-PGI-0005-0329-27.11.2003

DPO ( ) IĠP (X)

Dan is-sommarju jistabbilixxi l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal skopijiet informattivi.

1.   Dipartiment responsabbli fl-istat membru

Isem

:

Hoofdproductschap Akkerbouw

Indirizz

:

Postbus 29739 - 2502 LS 's-Gravenhage

Tel.

:

+31-70-3708708

Feks

:

+31-70-3708444

Posta elettronika

:

plw@hpa.agro.nl

2.   Grupp

Isem

:

Nederlandse Zuivel Organisatie (NZO)

Indirizz

:

Postbus 165 - 2700 AD Zoetermeer

Tel.

:

+ 31-79-3430300

Feks

:

+31-79-3430320

Posta elettronika

:

info@nzo.nl

Kompożizzjoni

:

Produtturi/proċessaturi (X) Oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott

Klassi 1.3.

Ġobnijiet

4.   Speċifikazzjoni

(sommarju tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem

“Edam Holland”

4.2.   Deskrizzjoni

L-Edam Holland huwa ġobon kemxejn iebes immaturat b'mod naturali. Jiġi prodott fil-Pajjiżi l-Baxxi mill-ħalib tal-baqar tal-azjendi tal-prodotti tal-ħalib Olandiżi u jiġi mmaturat għal prodott lest għal konsumatur fi kmamar għal maturazzjoni Olandiżi.

Kompożizzjoni

L-Edam Holland huwa prodott minn element wieħed jew iżjed tal-materja prima li ġejja:

ħalib, krema u ħalib xkumat jew nofsu xkumat tal-baqar (eskussivament ħalib tal-baqar) minn azjendi tal-prodotti tal-ħalib Olandiżi.

Elementi karatteristiċi

Il-ġobon għandu forma ta' ballun, imċaftar in-naħa ta' fuq u t'isfel, jew jista' jkollu forma ta' kexxun tal-ħobż jew blokka. L-ispeċifikazzjonijiet jingħataw fit-tabella li ġejja.

Tip

Piż

Xaħam f'materja niexfa

Kontenut ta' ndewwa

(massimu)

Melħ f'materja niexfa

(massimu)

Baby Edam Holland

max. 1,5 kg

40,0 – 44,0 %

46,5  %

5,4  %

Edam Holland (ballun)

1,5 – 2,5 kg

40,0 – 44,0 %

45,5  %

5,0  %

Edam Holland Bros (iebes)

1,5 – 2,5 kg

40,0 – 44,0 %

47,5  %

5,3  %

Edam Holland Stip (imtektek)

1,5 – 2,5 kg

40,0 – 44,0 %

45,5  %

6,0  %

Edam Holland (forma ta' blokka)

max. 20 kg

40,0 – 44,0 %

46,0  %

4,6  %

Edam Holland (forma ta' kexxun tal-ħobż)

4 – 5 kg

40,0 – 44,0 %

46,0  %

4,6  %

Edam Holland (forma ta' ħobża żgħira)

2 – 3 kg

40,0 – 44,0 %

47,0  %

4,8  %

Il-kontenut tan-ndewwa japplika 12-il ġurnata mill-ewwel jum ta' preparazzjoni, bl-eċċezzjoni tal-Baby Edam Holland, li japplika 5 ġranet wara l-ewwel jum ta' preparazzjoni.

L-elementi karatteristiċi l-oħra huma kif ġej:

It-togħma: ħafifa għal pikkanti, skont iż-żmien tal-maturazzjoni u t-tip.

Sezzjoni trasversali: għandu jkun uniformi bħala kulur bi ftit toqob tondi żgħar. Il-Bros Edam Holland għandu għadd kbir ta' toqob żgħar. Il-lewn tal-ġobon ivarja minn kulur l-ivorju għal isfar.

Il-qoxra: il-qoxra hija soda, lixxa, niexfa, nadifa u mingħajr ebda flora tal-fungu. Din tifforma billi tinxef waqt l-istadju tal-maturazzjoni.

Konsistenza: L-Edam Holland ta' maturazzjoni qasira għandu jkun sod biżżejjed u tajjeb għat-tqattigħ. Hekk kif il-ġobon ikompli jimmatura, isir iżjed sod u magħqud fil-konsistenza. Il-Bros Edam Holland għandu jkun sod u iebes biżżejjed.

Perjodu ta' maturazzjoni: minimu ta' 28 ġurnata (minimu ta' 21 ġurnata għall-Baby Edam Holland).

L-Edam Holland huwa ġobon immaturat b'mod naturali. Għall-Edam Holland mhijiex permessa il-maturazzjoni bil-fojl.

Temperatura ta' maturazzjoni: minimu ta' 12 °C.

Żmien: it-tul tal-iskadenza jvarja minn minimu ta' 28 jum wara l-produzzjoni (Baby Edam Holland) għal aktar minn sena.

Kriterji speċjali ta' kwalità

Meta jaslu u jinħażnu għand il-produttur tal-ġobon, jista' jkun li l-ħalib, il-krema jew il-ħalib nofsu xkumat jew ma jkunu ħadu ebda trattament tas-sħana jew ikunu ħadu trattament tas-sħana li ma jippastorizzax.

Il-krema u l-ħalib xkumat jew nofsu xkumat għandhom jiġu ppastorizzati immedjatament qabel ma jsiru Edam Holland biex jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:

ma jkun hemm ebda attività tal-fosfatażi, sakemm ma jkun hemm ebda attività tal-perossidażi;

livelli ta' aċidità, għal krema mkejla abbażi tal-prodott mingħajr xaħam, mhumiex ogħla minn 20 mmol NaOH għal kull litru, sakemm il-kontenut tal-lattat huwa 200 mg għal kull 100 g ta' materja mingħajr xaħam jew anqas;

l-ebda mikro organiżmu tal-koliform ma jkun jista' jiġi osservat f'0,1 ml.

Eżatt qabel ma tintuża għall-Edam Holland, il-materja prima kollha trid tiġi ppastorizzata b'tali mod li l-kontenut żnaturat ta' proteina tax-xorrox ma jvarjax jew ivarja verament ftit minn dak ta' materja prima mhix pastorizzata ta' tip u kwalità simili.

Jistgħu jiżdiedu biss kulturi mhux modifikati ġenetikament ta' mikro organiżmi li jipproduċu l-aċidu tal-ħalib jew li jipproduċu l-aroma fil-produzzjoni tal-Edam Holland. Dawn il-kulturi jikkonsistu f'kulturi starter meżofiliċi adattati għall-Edam Holland: Lactococcus u Leuconostoc L jew LD, possibbilment flimkien ma' Lactobacillus termofiliku u/jew kulturi ta' Lactococcus. Il-kulturi starter preżenti għandhom rwol importanti ħafna fil-proċess tal-maturazzjoni u l-formazzjoni tat-togħma u l-aroma tipiċi.

Tames: jintuża biss tames tal-għoġol fil-produzzjoni tal-Edam Holland. Huwa biss f'ċirkustanzi speċjali, pereżempju jekk meħtieġ minħabba mard epiżotiku, li jista' jkun meħtieġ li minflok jintużaw tipi oħra ta' tames. F'dak il-każ, it-tames użat irid ikun konformi mar-rekwiżiti ta' Warenwetbesluit Zuivel [id-Digriet tad-Dairy Products (Commodities Act)].

Il-kontenut tan-nitrit tal-Edam Holland, f'termini ta' joni tan-nitrit, mhux ogħla minn 2 mg għal kull kg ta' ġobon.

4.3.   Żona ġeografika

Iż-żona ġeografika koperta mill-applikazzjoni hija l-Olanda, jiġifieri l-parti Ewropea tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

4.4.   Prova tal-oriġini

Kull ġobna ta' Edam Holland tiġi mmarkata bil-kaseina qabel ma l-baqta tiġi ppressata (ara l-istampa). Il-marka fiha d-denominazzjoni “Edam Holland” flimkien ma' taħlita ta' numri u ittri li huma uniċi għal kull ġobna (f'ordni alfabetika u numerika li tiżdied).

Image

Il-COKZ (l-istitut Olandiż ta' spezzjoni tal-prodotti tal-ħalib) iżomm reġistru ta' dawn iċ-ċifri uniċi, magħhom tiddaħħal ukoll id-dejta tal-eżamijiet kollha (inklużi l-ħin u l-post). Din l-indikazzjoni tingħaraf faċilment mill-konsumaturi u tista' tiġi vverifikata minn awtorità ta' approvazzjoni abbażi tal-marka bil-kaseina u r-reġistru tal-COKZ.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni

Il-ġobon Edam Holland jiġi prodott minn ħalib tal-ażjendi tal-prodotti tal-ħalib fil-Pajjiżi l-Baxxi. Il-ħalib jitkessaħ fl-ażjenda għal massimu ta' 6 °C u jinħażen f'tank ta' tkessiħ fl-azjenda stess. Wara jinġarr għall-fabbrika tal-ġobon mhux iktar tard minn 72 siegħa wara. Meta jasal fil-fabbrika tal-ġobon, jew jiġi pproċessat immedjatament jew inkella termizzat (trattament tas-sħana ħafifa li ma jippastorizzax) u jitpoġġa f'ħażna tat-tkessiħ għal perjodu qasir qabel ma jinbidel f'ħalib tal-ġobon.

Il-kontenut tax-xaħam tal-ħalib huwa standardizzat b'tali mod li l-proporzjon ta' xaħam/proteina huwa dak li eventwalment jipproduċi ġobon b'kontenut tax-xaħam ta' bejn 40 % u 44 % xaħam f'materja niexfa. Il-ħalib tal-ġobon jiġi ppastorizzat f'temperatura tal-anqas ta' 72 °C għal 15-il sekonda. Isir f'baqta f'temperatura ta' madwar 30 °C. Is-separazzjoni u l-koagulazzjoni tal-proteini tal-ħalib li jseħħu matul dan il-proċess hija tipika tal-Edam Holland.

Il-baqta prodotta mill-koagulazzjoni tiġi sseparata mix-xorrox u pproċessata u maħsula biex jiġi żgurat li l-kontenut tan-ndewwa u l-pH jilħqu l-livelli meħtieġa.

Il-baqta tiġi ppressata fil-forma korretta u fil-piż meħtieġ f'kontenituri. Il-“ġobon” prodott b'dan il-mod imbagħad jingħaddas ġos-salmura.

L-Edam Holland jiġi biss immaturat dejjem b'mod naturali, jiġifieri jitħalla mikxuf għall-arja biex jimmatura u jinqaleb u jiġi kkontrollat regolarment. Hekk kif il-ġobon jimmatura, tifforma qoxra niexfa. Iż-żmien u t-temperatura għandhom rwol importanti biex jiżguraw li l-proċessi enżimatiċi u dawk tal-maturazzjoni jingħataw opportunità biżżejjed sabiex il-ġobon jiżviluppa l-kwalità fiżika u organolettika li hija karatteristika tal-Edam Holland. L-Edam Holland jista' jieħu iżjed minn sena biex jimmatura, jiddependi fuq it-tip ta' togħma mixtieqa.

L-Edam Holland jista' jitqatta' u jiġi ppakkjat kemm fil-Pajjiżi l-Baxxi kif ukoll f'pajjiż ieħor, sakemm dak li jippakkja għandu sistema amministrattiva ta' monitoraġġ komprensiva li tiżgura li l-Edam Holland imqatta' jista' jiġi identifikat permezz tat-taħlita unika ta' numri u ittri fuq il-marka u li l-konsumatur ikun ċert mill-oriġini tiegħu.

4.6.   Rabta

Il-parti ġeografika tad-denominazzjoni ta' dan il-prodott hija “Holland”. Bħalma jaf kulħadd, “Holland” hija sinonima mal-isem aktar uffiċjali, “il-Pajjiżi l-Baxxi”. Matul il-perjodu tar-Repubblika tal-Pajjiżi l-Baxxi Uniti (mis-17 sad-19-il seklu), l-Olanda kienet il-provinċja l-iktar influenti mis-seba' provinċji.

Sfond storiku

L-Edam Holland huwa simbolu tat-tradizzjoni Olandiża tal-produzzjoni tal-ġobon, li tmur lura sal-Medju Evu, u li laħqet l-aqwa tagħha saħansitra diġà fis-seklu 17 (l-Epoka tad-Deheb).

Hija l-iktar minħabba l-pożizzjoni ġeografika tal-Pajjiżi l-Baxxi (kważi kollha taħt il-livell tal-baħar), il-klima tagħhom (klima marittima) u t-taħlita tal-ħaxix li jikber hemm (kważi kollu fuq ħamrija ramlija u taflija) li jwasslu għall-ħalib daqshekk adattat għall-produzzjoni ta' ġobon ta' kwalità għolja mimli togħma.

Is-sistemi tal-assigurazzjoni ta' kwalità stabbiliti fl-azjendi tal-prodotti tal-ħalib u s-sistema intensiva ta' valutazzjoni ta' kwalità (kull konsenja ħalib tiġi eżaminata u vvalutata skont parametri varji ta' kwalità) kollha flimkien jiggarantixxu l-kwalità tal-ħalib. Barra minn hekk, sal-mument li l-ħalib jiġi pproċessat hemm katina ta' tkessiħ bla waqfien, bil-ħalib jitpoġġa f'ħażna tat-tkessiħ fl-azjenda (massimu 6 °C) u jinġarr għall-fabbrika f'tankijiet b'tagħmir tat-tkessiħ. Id-distanzi relattivament qosra involuti jgħinu wkoll biex tinżamm il-kwalità tal-ħalib.

Mill-bidu tiegħu bil-produzzjoni bbażata fl-azjendi, l-Edam Holland żviluppa, permezz ta' produzzjoni f'fabbriki lokali, biex sar prodott nazzjonali magħruf mad-dinja kollha u huwa fattur importanti u stabbli biex il-valur tal-ħalib tal-azjendi jintuża bl-aħjar mod. Fil-bidu tas-seklu 20, ġew introdotti liġijiet nazzjonali għall-ġobon Edam, u l-isem Edam Holland ġie stabbilit fil-Landbouwkwaliteitsbeschikking kaasproducten [Id-Deċiżjoni tal-Kwalità Agrikola (Prodotti tal-Ġobon)].

Il-fama tal-Edam Holland fost il-konsumaturi Ewropej

Stħarriġ fuq skala kbira li twettaq f'sitt pajjiżi Ewropej wera li l-konsumaturi Ewropej iqisu l-Pajjiżi l-Baxxi bħala l-iktar produttur importanti tal-Edam (u l-Gouda).

L-Edam Holland (u l-Gouda Holland) huma simboli tal-wirt kulturali Olandiż. Il-konsumaturi Ewropej iqisu l-ġobnijiet tal-Edam Holland (u tal-Gouda Holland) bħala marka kummerċjali. L-Edam Holland (u l-Gouda Holland) huma sinonimi ma' kwalità Olandiża. Ir-riċerka tas-suq (imwettqa fuq kampjun rappreżentattiv ta' 1 250 parteċipant għal kull Stat Membru, b'affidabbiltà ta' 97,5 %) fis-sitt Stati Membri fejn hemm l-ogħla konsum tal-Edam (u l-Gouda) turi li:

hemm assoċjazzjoni qawwija bejn l-Edam u l-Pajjiżi l-Baxxi;

l-Edam Holland huwa aktar popolari mill-Edam li mhux prodott fil-Pajjiżi l-Baxxi;

kważi nofs il-konsumaturi fl-Istati Membri tal-istħarriġ jaħsbu li l-Edam kollu jiġi prodott fil-Pajjiżi l-Baxxi;

l-Edam mill-Olanda jieħu punteġġi sinifikattivament ogħla fuq il-valuri varjabbli “kwalità eċċellenti”, “prodott b'mod tradizzjonali”, u “l-prodott oriġinali”.

Matul għadd ta' sekli, miżuri u liġijiet differenti ġew introdotti, kemm mill-Gvern Olandiż u mill-industrija, biex jiżguraw li l-kwalità tal-Edam Holland (u l-Gouda Holland) tinżamm f'livell għoli ħafna. Barra minn hekk, l-industrija Olandiża tal-prodotti tal-ħalib investiet ammont sostanzjali biex jintlaħqu dawn l-istandards għoljin ta' kwalità, u biex jinfetħu swieq ġodda li ġew ikkultivati u miżmuma. Sa mill-1950, aktar minn NLG 1,4 biljun (EUR 635 miljun) kienu investiti f'riklamar, tkabbir ta' għarfien u promozzjoni fl-Ewropa (eskluż investiment fil-Pajjiżi l-Baxxi).

4.7.   Korp ta' spezzjoni

Isem

:

Stichting Centraal Orgaan voor Kwaliteitsaangelegenheden in de Zuivel (COKZ)

Indirizz

:

Kastanjelaan 7, 3833 AN LEUSDEN

Tel.

:

+31-33-4965696

Feks

:

+31-33-4965666

Posta elettronika

:

productcontrole@cokz.nl

4.8.   Tikkettar

L-“Edam Holland” huwa Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) tal-Unjoni Ewropea.

Din l-indikazzjoni trid tintwera f'pożizzjoni prominenti fuq il-ġobniet sħaħ kollha, fuq it-tikketta mwaħħla fuq in-naħa ċatta tal-ġobna u/jew fuq il-faxxa ta' madwar il-ġobna. Dan mhux obbligatorju jekk il-ġobna tinbiegħ f'forma mqatta' u ppakkjata minn qabel kif deskritt fit-taqsima 4.5. F'dak il-każ, l-“Edam Holland” trid tidher fuq l-imballaġġ.

Għandha tintwera marka ċara biex tiddistingwi fuq l-imballaġġ biex il-konsumaturi jidentifikaw l-Edam Holland fil-ħwienet. Bl-użu tad-denominazzjoni, l-użu ta' identità separata (qed tiġi żviluppata logo), u billi jintwera s-simbolu IĠP tal-UE, wieħed għandu jiċċara mal-konsumaturi li l-Edam Holland huwa prodott differenti mill-ġobnijiet “Edam” l-oħrajn.


3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1122/2010

tat-2 ta' Diċembru 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Gouda Holland (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tal-istess Regolament, it-talba tal-Pajjiżi l-Baxxi biex id-denominazzjoni “Gouda Holland” tiddaħħal fir-reġistru ta' denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Franza, l-Awstrija, il-gvernijiet tal-Awstralja, in-New Zealand u l-Istati Uniti tal-Amerika, kif ukoll id-Dairy Australia, id-Dairy Companies Association of New Zealand u n-National Milk Producers Federation, flimkien mal-US Dairy Export Council bagħtu oġġezzjonijiet għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Dawn l-oġġezzjonijiet tqiesu bħala ammissibbli skont l-Artikolu 7(3) ta' dak ir-Regolament.

(3)

Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni kienu jikkonċernaw in-nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, partikolarment id-denominazzjoni u l-użu tagħha, l-ispeċifiċità u r-reputazzjoni tal-prodott, id-delimitazzjoni taż-żona ġeografika, kif ukoll ir-restrizzjonijiet fuq l-oriġini tal-materja prima. L-oġġezzjonijiet kienu jiddikjaraw ukoll li r-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni kienet tmur kontra l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u tista' tipperikola l-eżistenza ta' denominazzjonijiet, marki kummerċjali jew prodotti li jkunu ilhom legalment fis-suq mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni pprovuduta fl-Artikolu 6(2), u li d-denominazzjoni proposta għar-reġistrazzjoni kienet ġenerika.

(4)

Bl-ittri tal-4 ta' Novembru 2008, il-Kummissjoni stiednet lill-Pajjiżi l-Baxxi u dawk li oġġezzjonaw biex jilħqu ftehim bejniethom skont il-proċeduri interni tagħhom.

(5)

Peress li ma ntlaħaq ebda ftehim bejn dawk li oġġezzjonaw fiż-żmien stipulat, bl-eċċezzjoni ta' ftehim milħuq bejn il-Pajjiżi l-Baxxi u Franza, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

(6)

Rigward in-nuqqas ta' konformità allegat mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 dwar id-denominazzjoni, iż-żona ġeografika, l-ispeċifiċità tal-prodott, ir-rabta bejn il-karatteristiċi tal-prodott u ż-żona ġeografika, ir-reputazzjoni u r-restrizzjonijiet li jikkonċernaw l-oriġini tal-materja prima, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli pprovdew konferma li dawn l-elementi kienu jeżistu u barra minn hekk ma nstab ebda żball manifest ieħor. Ta' min isemmi li “Holland” mhux l-isem tal-Istat Membru konċernat u li l-“Gouda Holland” jitqies bħala isem ġeografiku tradizzjonali kopert kompletament bl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 2(1) il-punt b) tar-Regolament imsemmi huma f'dan is-sens issodisfati billi ż-żona ġeografika relatata hija delimitata skont ir-rabta u l-elementi ewlenin tal-ispeċifiċità tal-prodott. L-ispeċifiċità tal-Gouda Holland ġejja minn taħlita ta' fatturi marbutin maż-żona ġeografika bħal pereżempju l-kwalità tal-ħalib (livell għoli ta' kontenut ta' xaħam u proteini), l-aminoaċidi li joriġinaw minn peptidi β-CN u γ-glutamil, il-prevelanza tar-rigħi fil-mergħat, l-użu tat-tames tal-għoġol, il-maturazzjoni naturali, kif ukoll il-ħiliet tal-bdiewa u tal-produtturi tal-ġobon.

(7)

Fir-rigward ta' oġġezzjonijiet ibbażati fuq in-nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Pajjiżi l-Baxxi ssottomettew informazzjoni dwar id-distinzjoni bejn il-prodott li jġib id-denominazzjoni reġistrata “Noord-Hollandse Gouda” u dak li għalih tapplika d-denominazzjoni “Gouda Holland”. Ma kien hemm ebda evidenza fid-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet li turi li l-konsumaturi jistgħu jiġu mqarrqin jew li l-produtturi kienu se jiġu trattati b'mod inġust.

(8)

Jidher li dawk li oġġezzjonaw ma rreferewx għall-isem sħiħ “Gouda Holland” meta ddikjaraw li r-reġistrazzjoni kienet se tipperikola l-eżistenza ta' denominazzjonijiet, marki kummerċjali jew prodotti, u li d-denominazzjoni proposta għar-reġistrazzjoni hija ġenerika, iżda għal element wieħed biss tagħha, jiġifieri “Gouda”. Madankollu, se tingħata protezzjoni għat-terminu “Gouda Holland” kollu kemm hu. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-terminu “Gouda” jista' jkompli jintuża sakemm il-prinċipji u r-regoli applikabbli fl-ordni legali tal-Unjoni jitħarsu. Għal raġunijiet ta' kjarifikazzjoni, l-ispeċifikazzjoni u s-sommarju ġew modifikati skont dan.

(9)

Fid-dawl ta' dan kollu, id-denominazzjoni “Gouda Holland” għandha tiddaħħal fir-“Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”.

(10)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti u d-Denominazzjonijiet Protetti tal-Oriġini,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni li tinsab fl-Anness I għal dan ir-Regolament hija b'dan imdaħħla fir-Reġistru.

Minkejja l-ewwel paragrafu, l-isem “Gouda” jista' jkompli jintuża fi ħdan it-territorju tal-Unjoni, sakemm il-prinċipji u r-regoli applikabbli fl-ordni legali tagħha jitħarsu.

Artikolu 2

Il-verżjoni konsolidata tas-sommarju li fih il-punti prinċipali tal-ispeċifikazzjoni hija stipulata fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 61, 6.3.2008, p. 15.


ANNESS I

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

Gouda Holland (IĠP)


ANNESS II

SOMMARJU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

“GOUDA HOLLAND”

Nru KE: NL-PGI-0005-0328-27.11.2003

DPO ( ) IĠP (X)

Dan is-sommarju jistabbilixxi l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal skopijiet informattivi.

1.   Dipartiment responsabbli fl-istat Membru

Isem

:

Hoofdproductschap Akkerbouw

Indirizz

:

Postbus 29739 - 2502 LS 's-Gravenhage

Tel.

:

+31-70-3708708

Feks

:

+31-70-3708444

Posta elettronika

:

plw@hpa.agro.nl

2.   Grupp

Isem

:

Nederlandse Zuivel Organisatie (NZO)

Indirizz

:

Postbus 165 - 2700 AD Zoetermeer

Tel.

:

+ 31-79-3430300

Feks

:

+31-79-3430320

Posta elettronika

:

info@nzo.nl

Kompożizzjoni

:

Produtturi/proċessaturi (X) Oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott

Klassi 1.3.

Ġobnijiet

4.   Speċifikazzjoni

(sommarju tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem

“Gouda Holland”

4.2.   Deskrizzjoni

Il-Gouda Holland huwa ġobon kemxejn iebes immaturat b'mod naturali b'kontenut kollu ta' xaħam (48 % +).

Jiġi prodott fil-Pajjiżi l-Baxxi mill-ħalib tal-baqar tal-azjendi tal-prodotti tal-ħalib Olandiżi u jiġi mmaturat għal prodott lest għal konsumatur fi kmamar għal maturazzjoni Olandiżi.

Kompożizzjoni

Il-Gouda Holland huwa prodott minn element wieħed jew iżjed tal-materja prima li ġejja:

ħalib, krema u ħalib xkumat jew nofsu xkumat tal-baqar (eskussivament ħalib tal-baqar) minn azjendi tal-prodotti tal-ħalib Olandiżi.

Elementi karatteristiċi

Il-ġobon għandu forma bħal dik ta' ċilindru mċaftar, blokka jew kexxun tal-ħobż u jiżen bejn 2,5 kg sa 20 kg. Forma ċilindrika mċaftra hija forma bil-ġnub għat-tond li fit-trufijiet tiġi għal xejn għal xejn għaċ-ċatt. L-għoli huwa ta' kwart jew terz tad-dijametru.

Il-kontenut tax-xaħam huwa mill-inqas ta' 48,0 % u mhux iżjed minn 52,0 % f'materja niexfa. Il-kontenut ta' ndewwa (massimu) 12-il ġurnata mill-ewwel jum tal-produzzjoni huwa 42,5 % u l-kontenut ta' melħ f'materja niexfa huwa massimu ta' 4,0 %. L-elementi karatteristiċi l-oħra huma kif ġej:

It-togħma: aromatika, pjaċevoli, u minn qawwija għal ħafifa, skont iż-żmien tal-maturazzjoni. Jista' jiżdied il-kemmun.

Sezzjoni trasversali: wara li l-ġobon jitqatta' f'biċċiet irqaq, tista' tara xi toqob li ma jkunux mxerrdin b'mod ekwu. Il-lewn tal-ġobon ivarja minn kulur l-ivorju għal isfar.

Il-qoxra: il-qoxra hija soda, lixxa, niexfa, nadifa u mingħajr ebda flora tal-fungu. Din tifforma billi tinxef waqt l-istadju tal-maturazzjoni.

Konsistenza: il-ġobon huwa kemxejn artab u flessibbli wara maturazzjoni ta' erba' ġimgħat. Hekk kif il-ġobon ikompli jimmatura, isir iżjed iebes u magħqud fil-konsistenza. Il-ġobon jinqata' faċilment.

Perjodu ta' maturazzjoni: tal-anqas 28 jum. Il-Gouda Holland huwa ġobon immaturat b'mod naturali. Għall-Gouda Holland mhijiex permessa il-maturazzjoni bil-fojl.

Temperatura ta' maturazzjoni: minimu ta' 12 °C.

Żmien: it-tul tal-iskadenza jvarja minn minimu ta' 28 jum wara l-produzzjoni għal aktar minn sena.

Kriterji speċjali ta' kwalità

Meta jaslu u jinħażnu għand il-produttur tal-ġobon, jista' jkun li l-ħalib, il-krema jew il-ħalib nofsu xkumat jew ma jkunu ħadu ebda trattament tas-sħana jew ikunu ħadu trattament tas-sħana li ma jippastorizzax.

Il-krema u l-ħalib xkumat jew nofsu xkumat għandhom jiġu ppastorizzati immedjatament qabel ma jsiru Gouda Holland biex jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:

ma jkun hemm ebda attività tal-fosfatażi, sakemm ma jkun hemm ebda attività tal-perossidażi;

livelli ta' aċidità, għal krema mkejla abbażi tal-prodott mingħajr xaħam, mhumiex ogħla minn 20 mmol NaOH għal kull litru, sakemm il-kontenut tal-lattat huwa 200 mg għal kull 100 g ta' materja mingħajr xaħam jew anqas;

l-ebda mikro organiżmu tal-koliform ma jkun jista' jiġi osservat f'0,1 ml.

Eżatt qabel ma tintuża għall-Gouda Holland, il-materja prima kollha trid tiġi ppastorizzata b'tali mod li l-kontenut żnaturat ta' proteina tax-xorrox ma jvarjax jew ivarja verament ftit minn dak ta' materja prima mhix pastorizzata ta' tip u kwalità simili. Jistgħu jiżdiedu biss kulturi mhux modifikati ġenetikament ta' mikro organiżmi li jipproduċu l-aċidu tal-ħalib jew li jipproduċu l-aroma fil-produzzjoni tal-Gouda Holland. Dawn il-kulturi jikkonsistu f'kulturi starter meżofiliċi adattati għall-Gouda Holland: Lactococcus u Leuconostoc L jew LD, possibbilment flimkien ma' Lactobacillus termofiliku u/jew kulturi ta' Lactococcus. Il-kulturi preżenti huma protetti. L-użu tagħhom huwa obbligatorju fil-produzzjoni tal-Gouda Holland.

Tames: jintuża biss tames tal-għoġol fil-produzzjoni tal-Gouda Holland. Huwa biss f'ċirkustanzi speċjali, pereżempju jekk meħtieġ minħabba mard epiżotiku, li jista' jkun meħtieġ li minflok jintużaw tipi oħra ta' tames. F'dak il-każ, it-tames użat irid ikun konformi mar-rekwiżiti ta' Warenwetbesluit Zuivel [id-Digriet tad-Dairy Products (Commodities Act)].

Il-kontenut tan-nitrit tal-Gouda Holland, f'termini ta' joni tan-nitrit, mhux ogħla minn 2 mg għal kull kg ta' ġobon.

4.3.   Żona ġeografika

Iż-żona ġeografika koperta mill-applikazzjoni hija l-Olanda, jiġifieri l-parti Ewropea tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

4.4.   Prova tal-oriġini

Kull ġobna ta' Gouda Holland tiġi mmarkata bil-kaseina qabel ma l-baqta tiġi ppressata (ara l-istampa). Il-marka fiha d-denominazzjoni “Gouda Holland” flimkien ma' taħlita ta' numri u ittri li huma uniċi għal kull ġobna (f'ordni alfabetika u numerika li tiżdied).

Image

Il-COKZ (l-istitut Olandiż ta' spezzjoni tal-prodotti tal-ħalib) iżomm reġistru ta' dawn iċ-ċifri uniċi, magħhom tiddaħħal ukoll id-dejta tal-eżamijiet kollha (inklużi l-ħin u l-post). Din l-indikazzjoni tingħaraf faċilment mill-konsumaturi u tista' tiġi vverifikata minn awtorità ta' approvazzjoni abbażi tal-marka bil-kaseina u r-reġistru tal-COKZ.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni

Il-ġobon Gouda Holland jiġi prodott minn ħalib tal-azjendi tal-prodotti tal-ħalib fil-Pajjiżi l-Baxxi. Il-ħalib jitkessaħ fl-azjenda għal massimu ta' 6 °C u jinħażen f'tank ta' tkessiħ fl-azjenda stess. Wara jinġarr għall-fabbrika tal-ġobon mhux iktar tard minn 72 siegħa wara. Meta jasal fil-fabbrika tal-ġobon, jew jiġi pproċessat immedjatament jew inkella termizzat (trattament tas-sħana ħafifa li ma jippastorizzax) u jitpoġġa f'ħażna tat-tkessiħ għal perjodu qasir qabel ma jinbidel f'ħalib tal-ġobon.

Il-kontenut tax-xaħam tal-ħalib huwa standardizzat b'tali mod li l-proporzjon ta' xaħam/proteina huwa dak li eventwalment jipproduċi ġobon b'kontenut tax-xaħam ta' bejn 48 % u 52 % xaħam f'materja niexfa. Il-ħalib tal-ġobon jiġi ppastorizzat f'temperatura tal-anqas ta' 72 °C għal 15-il sekonda. Isir f'baqta f'temperatura ta' madwar 30 °C. Is-separazzjoni u l-koagulazzjoni tal-proteini tal-ħalib li jseħħu matul dan il-proċess hija tipika tal-Gouda Holland.

Il-baqta prodotta mill-koagulazzjoni tiġi sseparata mix-xorrox u pproċessata u maħsula biex jiġi żgurat li l-kontenut tan-ndewwa u l-pH jilħqu l-livelli meħtieġa.

Il-baqta tiġi ppressata fil-forma korretta u fil-piż meħtieġ f'kontenituri. Il-“ġobon” prodott b'dan il-mod imbagħad jingħaddas ġos-salmura.

Il-Gouda Holland jiġi biss immaturat dejjem b'mod naturali, jiġifieri jitħalla mikxuf għall-arja biex jimmatura u jinqaleb u jiġi kkontrollat regolarment. Hekk kif il-ġobon jimmatura, tifforma qoxra niexfa. Iż-żmien u t-temperatura għandhom rwol importanti biex jiżguraw li l-proċessi enżimatiċi u dawk tal-maturazzjoni jingħataw opportunità biżżejjed sabiex il-ġobon jiżviluppa l-kwalità fiżika u organolettika li hija karatteristika tal-Gouda Holland.

Il-Gouda Holland jista' jieħu iżjed minn sena biex jimmatura, jiddependi fuq it-tip ta' togħma mixtieqa.

Il-Gouda Holland jista' jitqatta' u jiġi ppakkjat kemm fil-Pajjiżi l-Baxxi kif ukoll f'pajjiż ieħor, sakemm dak li jippakkja għandu sistema amministrattiva ta' monitoraġġ komprensiva li tiżgura li l-Gouda Holland imqatta' jista' jiġi identifikat permezz tat-taħlita unika ta' numri u ittri fuq il-marka u li l-konsumatur ikun ċert mill-oriġini tiegħu.

4.6.   Rabta

Il-parti ġeografika tad-denominazzjoni ta' dan il-prodott hija “Holland”. Bħalma jaf kulħadd, “Holland” hija sinonima mal-isem aktar uffiċjali, “il-Pajjiżi l-Baxxi”. Matul il-perjodu tar-Repubblika tal-Pajjiżi l-Baxxi Uniti (mis-17 sad-19-il seklu), l-Olanda kienet il-provinċja l-iktar influenti mis-seba' provinċji.

Hija l-iktar minħabba l-pożizzjoni ġeografika tal-Pajjiżi l-Baxxi (kważi kollha taħt il-livell tal-baħar), il-klima tagħhom (klima marittima) u t-taħlita tal-ħaxix li jikber hemm (kważi kollu fuq ħamrija ramlija u taflija) li jwasslu għall-ħalib daqshekk adattat għall-produzzjoni ta' ġobon ta' kwalità għolja mimli togħma. Is-sistemi tal-assigurazzjoni ta' kwalità stabbiliti fl-azjendi tal-prodotti tal-ħalib u s-sistema intensiva ta' valutazzjoni ta' kwalità (kull konsenja ħalib tiġi eżaminata u vvalutata skont parametri varji ta' kwalità) kollha flimkien jiggarantixxu l-kwalità tal-ħalib. Barra minn hekk, sal-mument li l-ħalib jiġi pproċessat hemm katina ta' tkessiħ bla waqfien, bil-ħalib jitpoġġa f'ħażna tat-tkessiħ fl-azjenda (massimu 6 °C) u jinġarr għall-fabbrika f'tankijiet b'tagħmir tat-tkessiħ. Id-distanzi relattivament qosra involuti jgħinu wkoll biex tinżamm il-kwalità tal-ħalib.

Sfond storiku

Il-Gouda Holland huwa simbolu tat-tradizzjoni Olandiża tal-produzzjoni tal-ġobon, li tmur lura sal-Medju Evu, u li laħqet l-aqwa tagħha saħansitra diġà fis-seklu 17 (l-Epoka tad-Deheb).

Mis-seklu 18 'il quddiem, il-ġobon mibjugħ f'Gouda kien magħruf bħala ġobon Gouda. Aktar tard, l-isem Gouda kien assoċjat mal-ġobnijiet kollha b'kontenut kollu ta' xaħam prodott fl-Olanda, u b'forma ta' ċilindru mċaftar.

Mill-bidu tiegħu bil-produzzjoni bbażata fl-azjendi, il-Gouda Holland żviluppa, permezz ta' produzzjoni f'fabbriki lokali, biex sar prodott nazzjonali magħruf mad-dinja kollha u huwa fattur importanti u stabbli biex il-valur tal-ħalib tal-azjendi jintuża bl-aħjar mod. Fil-bidu tas-seklu 20, ġew introdotti liġijiet nazzjonali għall-ġobon Gouda, u l-isem Gouda Holland ġie stabbilit fil-Landbouwkwaliteitsbeschikking kaasproducten [Id-Deċiżjoni tal-Kwalità Agrikola (Prodotti tal-Ġobon)].

Il-fama tal-Gouda Holland fost il-konsumaturi Ewropej

Stħarriġ fuq skala kbira li twettaq f'sitt pajjiżi Ewropej wera li l-konsumaturi Ewropej iqisu l-Pajjiżi l-Baxxi bħala l-iktar produttur importanti tal-Gouda u l-Edam. Il-Gouda Holland (u l-Edam Holland) huma simboli tal-wirt kulturali Olandiż. Il-konsumaturi Ewropej iqisu l-ġobnijiet tal-Gouda Holland (u l-Edam Holland) bħala marka kummerċjali. Ir-riċerka tas-suq (imwettqa fuq kampjun rappreżentattiv ta' 1 250 parteċipant għal kull Stat Membru, b'affidabbiltà ta' 97,5 %) fis-sitt Stati Membri fejn hemm l-ogħla konsum tal-Gouda (u l-Edam) turi li:

hemm assoċjazzjoni qawwija bejn il-Gouda u l-Pajjiżi l-Baxxi;

il-Gouda Holland huwa aktar popolari mill-Gouda li mhux prodott fil-Pajjiżi l-Baxxi;

kważi nofs il-konsumaturi fl-Istati Membri tal-istħarriġ jaħsbu li l-Gouda kollu jiġi prodott fil-Pajjiżi l-Baxxi;

il-Gouda mill-Olanda jieħu punteġġi sinifikattivament ogħla fuq il-valuri varjabbli “kwalità eċċellenti”, “prodott b'mod tradizzjonali”, u “l-prodott oriġinali”.

Il-Gouda Holland (u l-Edam Holland) huma sinonimi ma' kwalità Olandiża. Matul għadd ta' sekli, miżuri u liġijiet differenti ġew introdotti, kemm mill-Gvern Olandiż u mill-industrija, biex jiżguraw li l-kwalità tal-Gouda Holland (u l-Edam Holland) tinżamm f'livell għoli ħafna. Barra minn hekk, l-industrija Olandiża tal-prodotti tal-ħalib investiet ammont sostanzjali biex jintlaħqu dawn l-istandards għoljin ta' kwalità, u biex jinfetħu swieq ġodda li ġew ikkultivati u miżmuma. Sa mill-1950, aktar minn NLG 1,4 biljun (EUR 635 miljun) kienu investiti f'riklamar, tkabbir ta' għarfien u promozzjoni fl-Ewropa (eskluż investiment fil-Pajjiżi l-Baxxi).

4.7.   Korp ta' spezzjoni

Isem

:

Stichting Centraal Orgaan voor Kwaliteitsaangelegenheden in de Zuivel (COKZ)

Indirizz

:

Kastanjelaan 7, 3833 AN LEUSDEN

Tel.

:

+31-33-4965696

Feks

:

+31-33-4965666

Posta elettronika

:

productcontrole@cokz.nl

4.8.   Tikkettar

Il-“Gouda Holland” huwa Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) tal-Unjoni Ewropea.

Din l-indikazzjoni trid tintwera f'pożizzjoni prominenti fuq il-ġobniet sħaħ kollha, fuq it-tikketta mwaħħla fuq in-naħa ċatta tal-ġobna u/jew fuq il-faxxa ta' madwar il-ġobna.

Dan mhux obbligatorju jekk il-ġobna tinbiegħ f'forma mqatta' u ppakkjata minn qabel kif deskritt fit-taqsima 4.5. F'dak il-każ, il-“Gouda Holland” trid tidher fuq l-imballaġġ.

Għandha tintwera marka ċara biex tiddistingwi fuq l-imballaġġ biex il-konsumaturi jidentifikaw il-Gouda Holland fil-ħwienet. Bl-użu tad-denominazzjoni “Gouda Holland”, bl-iżvilupp ta' identità separata, u billi jintwera s-simbolu IĠP tal-UE, wieħed għandu jiċċara mal-konsumaturi li l-Gouda Holland huwa prodott differenti mill-ġobnijiet “Gouda” l-oħrajn.


3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1123/2010

tat-2 ta’ Diċembru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

64,0

MA

96,2

MK

68,6

TR

131,8

ZZ

90,2

0707 00 05

EG

145,5

JO

182,1

TR

76,2

ZZ

134,6

0709 90 70

MA

86,7

TR

146,6

ZZ

116,7

0805 10 20

BR

57,8

MA

56,2

TR

54,8

ZA

52,0

ZW

43,6

ZZ

52,9

0805 20 10

MA

73,7

ZZ

73,7

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

60,9

IL

72,8

TR

66,6

ZZ

66,8

0805 50 10

AR

45,9

TR

57,2

UY

57,1

ZZ

53,4

0808 10 80

AR

74,9

AU

164,5

BR

50,3

CA

65,9

CL

84,2

CN

86,4

CO

50,3

MK

26,7

NZ

99,4

US

113,6

ZA

125,5

ZZ

85,6

0808 20 50

CN

105,3

US

112,9

ZZ

109,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DIRETTIVI

3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/32


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/85/UE

tat-2 ta' Diċembru 2010

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-fosfid taż-żingu bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni 2008/941/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1112/2002 (2) u (KE) Nru 2229/2004 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati, bl-għan li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi l-fosfid taż-żingu.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 24e tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004 l-applikant irtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta' dik is-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tar-rapport ta' stima. Konsegwentement, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/941/KE tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta' ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (4) kienet addottata għan-noninklużjoni tal-fosfid taż-żingu.

(3)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn hawn 'il quddiem l-applikant) ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata prevista fl-Artikoli minn 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta' Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta' proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta' sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta' dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5).

(4)

L-applikazzjoni tressqet lill-Ġermanja, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004. Il-perjodu ta' żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-utenti sostnuti huma l-istess kif kien is-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/941/KE. L-applikazzjoni tikkonforma wkoll mar-rekwiżiti proċedurali u sostantivi li fadal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

Il-Ġermanja vvalutat id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikant u ppreparat rapport addizzjonali. Din ikkomunikat dak ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fl-20 ta' Lulju 2009. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u bagħtet il-kummenti li waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjonijiet tagħha dwar il-fosfid taż-żingu lill-Kummissjoni fit-2 ta' Lulju 2010 (6). L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew irriveduti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzati fit-28 ta' Ottubru 2010 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għall-fosfid taż-żingu.

(6)

Ħareġ ċar minn diversi eżamijiet li saru li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-fosfid taż-żingu jistgħu jkunu mistennija jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari dwar l-użi tagħhom li ġew eżaminati u mniżżla fid-dettall fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-fosfid taż-żingu jiġi inkluż fl-Anness I biex jiġi assigurat li, fl-Istati Membri kollha, ikunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva skont id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(7)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessanti jingħataw ċans jippreparaw irwieħhom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

(8)

Mingħajr ħsara għall-obbligazzjonijiet stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE konsegwenza tal-inklużjoni tas-sustanzi attivi fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-fosfid taż-żingu sabiex jaċċertaw li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kondizzjonijiet relevanti stipulati fl-Anness I, jiġu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, skont kif ikun meħtieġ, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B'deroga mill-iskadenza msemmija hawn fuq, għandu jiġi pprovdut perjodu itwal għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-fajl sħiħ tal-Anness III ta' kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE.

(9)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta' xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (7) uriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretar tal-obbligi ta' dawk li għandhom f’idhom awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta' awtorizzazzjoni jkollu x'juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta' dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponix xi obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew dawk li għandhom l-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati sal-ġurnata preżenti li jemendaw l-Anness I.

(10)

Għaldaqstant, huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(11)

Id-Deċiżjoni 2008/941/KE dwar in-noninklużjoni ta' ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi tipprovdi għan-noninklużjoni tal-fosfid taż-żingu u l-irtirar ta' awtorizzazzjoni għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza sal-31 ta' Diċembru 2011. Hemm bżonn li titħassar il-linja li tikkonċerna l-fosfid taż-żingu fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni.

(12)

Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi emendata d-Deċiżjoni 2008/941/KE skont dan.

(13)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Il-linja li tikkonċerna l-fosfid taż-żingu fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/941/KE titħassar.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Novembru 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom, b’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE u fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-fosfid taż-żingu bħala sustanza attiva sal-1 ta' Novembru 2011.

Sa dik id-data huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva li jikkonċernaw il-fosfid taż-żingu, bl-eċċezzjoni ta' dawk identifikati fil-parti B tar-referenza li tikkonċerna dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu f’idejh, jew li jkollu aċċess għal, dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta' dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta' dik id-Direttiva.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih il-fosfid taż-żingu bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn diversi sustanzi attivi li jkunu lkoll elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2011, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ta' dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ta' dik id-Direttiva li tikkonċerna l-fosfid taż-żingu. Fuq il-bażi ta' din il-valutazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li jiġi stabbilit dan, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' prodott li jkun fih il-fosfid taż-żingu bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2015; jew

(b)

fil-każ ta' prodott li jkun fih il-fosfid taż-żingu bħala wieħed minn numru ta' sustanzi attivi, meta meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni, sat-30 ta' April 2015 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew dan l-irtirar fid-Direttiva jew id-Direttivi rispettivi li jkunu żiedu s-sustanza jew is-sustanzi relevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, liema minnhom tkun l-aħħar.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2011.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 27.6.2002, p. 14.

(3)  ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.

(4)  ĠU L 335, 13.12.2008, p. 91.

(5)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance azimsulfuron. Il-Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(7):1671. [48pp].doi:10.2903/j.efsa.2010.1671. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu

(7)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.


ANNESS

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiġi miżjuda fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem skont l-IUPAC

Purità (*)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“319

Fosfid taż-żingu

Nru CAS: 1314-84-7

Nru CIPAC: 69

Difosfid tat-triżingu

≥ 800 g/kg

L-1 ta’ Mejju 2011

It-30 ta’ April 2021

PARTI A

Jistgħu jkunu awtorizzati l-użi biss bħala bħala rodentiċidju fil-forma ta’ lixki lesti fi stazzjonijiet tal-lixki jew lokazzjonijiet fil-mira.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-fosfid taż-żingu, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta’ Ottubru 2010.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti għal dan li ġej:

għall-protezzjoni ta’ organiżmi mhux fil-mira. Skont il-każ, għandhom ikunu applikati miżuri li jnaqqsu r-riskju, u dan b'mod partikolari biex ikun evitat it-tifrix tal-lixki fejn tkun ġiet ikkonsmata biss parti mill-kontenut.”


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma provduti fir-rapport tar-reviżjoni.


3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/36


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/86/UE

tat-2 ta' Diċembru 2010

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tkun inkluża l-haloxyfop-P bħala sustanza attiva

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 703/2001 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni stadju tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati bil-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista kienet tinkludi l-haloxyfop-R. Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/437/KE (4) ġie deċiż li l-haloxyfop-R ma tkunx inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikatur oriġinali, minn issa 'l quddiem “l-applikant”, ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċelerata, kif jipprovdu l-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta' Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta' proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta' sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta' dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5).

(3)

L-applikazzjoni tressqet lid-Danimarka, l-Istat Membru li kien inħatar relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 451/2000. Il-perjodu ta' żmien għall-proċedura aċċelerata kien osservat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2007/437/KE. Dik l-applikazzjoni tikkonforma wkoll mal-bqija tar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. F'dik l-applikazzjon, għas-sustanza attiva jintuża l-isem tal-ISO “haloxyfop-P”, u mhux it-terminu użat qabel, jiġifieri “haloxyfop-R”.

(4)

Id-Danimarka analizzat l-informazzjoni l-ġdida u d-dejta mressqa mill-applikant u ħejjiet rapport addizzjonali. Din ikkomunikat dak ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn issa 'l quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-3 ta' April 2009. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-istati membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u għaddiet il-kummenti li waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regoalment (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, fid-9 ta' Ottubru 2009 l-Awtorità ressqet il-konklużjoni dwar il-haloxyfop-P lill-Kummissjoni (6). L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità għaddew minn reviżjoni mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew finalizzati fit-28 ta' Ottubru 2010 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għall-haloxyfop-P.

(5)

Ir-rapport addizzjonali mill-Istat Membru relatur u l-konklużjoni l-ġdida mill-EFSA jikkonċentraw fuq it-tħassib li jwassal għan-noninklużjoni. Dak it-tħassib kien partikolarment dwar il-potenzjal t' kontaminazzjoni tal-ilma ta' taħt l-art – u possibbilment anki tal-ilma tax-xorb – minn għadd ta' metaboliti u r-riskju lill-mammali.

(6)

Id-dejta l-ġdida mressqa mill-applikant turi dan li ġej. Il-metaboliti kkonċernati ma huma la ta' relevanza tossikoloġika u lanqas ta' dik bijoloġika, u jippreżentaw riskju baxx minn perspettiva ekotossikoloġika.

(7)

Konsegwentement, id-dejta u l-informazzjoni addizzjonali pprovduti mill-applikant jippermettu li jiġu eliminati l-punti speċifiċi ta' tħassib li wasslu għan-noninklużjoni. Ma tqajmet l-ebda mistoqsija xjentifika miftuħa oħra.

(8)

Deher mill-bosta eżamijiet li saru li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-haloxyfop-P jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u rrappurtati fid-detall fir-rapport ta' evalwazzjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-haloxyfop-P tiġi inkluża fl-Anness I, biex jiġi assigurat li fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza skont id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(9)

Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, hu xieraq li tinkiseb iktar informazzjoni dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KE jistipula li l-inklużjoni ta' sustanza fl-Anness I tista' tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet. Għaldaqstant, huwa f'loku li l-applikant jintalab iressaq informazjoni li tikkonferma l-valutazzjoni tal-esponiment tal-ilma ta' taħt l-art fir-rigward tas-sustanza attiva u l-metaboliti tal-ħamrija tagħha DE-535 fenol, DE-535 piridinol u DE-535 piridinon.

(10)

Għalhekk jixraq li tiġi emendata d-Direttiva 91/414/KEE skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2011. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2011.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 98, 7.4.2001, p. 6.

(4)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 22.

(5)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance haloxyfop-P (haloxyfop-R) EFSA Journal 2009; 7(11): 1348. [102 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2009.1348. Disponibbli online: www.efsa.europa.eu


ANNESS

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiġi miżjuda fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE:

Nru

Isem komuni, Numri ta’ identifikazzjoni

Isem skont l-IUPAC

Purità (*)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“314

Haloxyfop-P

Nru CAS:

Aċidu: 95977-29-0

Ester: 72619-32-0

Nru CIPAC:

Aċidu: 526

Ester: 526.201

Aċidu: (R)-2-[4-(3-kloro-5-trifluworometil-2- piridilossi)fenossi]propjoniku

Ester: Metil (R)-2-{4-[3-kloro-5-(trifluworometil)-2- piridilossi]fenossi}aċidu propjoniku

≥ 940 g/kg

(Haloxyfop-P-metil ester)

1 ta’ Jannar 2011

31 ta’ Diċembru 2020

PARTI A

L-użu bħala erbiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-haloxyfop-P, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-28 ta’ Ottubru 2010.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti għal dan li ġej:

is-sigurtà tal-operatur: il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jippreskrivu l-użu ta’ tagħmir protettiv personali adegwat;

il-protezzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi: il-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri għat-trażżin tar-riskju, fejn huwa xieraq, bħalma huma żoni ta’ lqugħ adegwati;

is-sigurtà tal-konsumatur fir-rigward tal-okkorrenza fl-ilma ta’ taħt l-art tal-metaboliti DE-535 piridinol u DE-535 piridinon.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant iressaq lill-Kummissjoni, mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012, informazzjoni li tikkonferma l-valutazzjoni tal-esponiment tal-ilma ta’ taħt l-art fir-rigward tas-sustanza attiva u l-metaboliti tal-ħamrija tagħha DE-535 fenol, DE-535 piridinol u DE-535 piridinon.”


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.


DEĊIŻJONIJIET

3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Diċembru 2010

li tistabbilixxi l-klassijiet tal-kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar għal ċerti prodotti tal-kostruzzjoni fir-rigward tal-pjanċi tal-azzar bil-kisi tal-polijester u bil-kisi tal-plastisol

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 389)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/737/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(2)(a) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Permanenti dwar il-Kostruzzjoni,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 89/106/KEE tipprevedi li biex jiġu kkunsidrati livelli differenti ta’ ħarsien għal xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, jista’ jkun meħtieġ li fid-dokumenti interpretattivi jiġu stabbiliti klassijiet li jikkorrispondu mar-reżistenza tal-prodotti fir-rigward ta’ kull rekwiżit essenzjali. Dawn id-dokumenti ġew ippubblikati bħala l-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dokumenti interpretattivi tad-Direttiva 89/106/KEE” (2).

(2)

Fir-rigward tar-rekwiżit essenzjali għas-sikurezza f’każ ta’ nar, id-dokument interpretattiv Nru 2 jelenka għadd ta’ miżuri interrelatati li flimkien jagħtu definizzjoni tal-istrateġija tas-sikurezza kontra l-ħruq li se tiġi żviluppata b’modi differenti fl-Istati Membri.

(3)

Id-dokument interpretattiv Nru 2 jidentifika waħda minn dawk il-miżuri bħala l-limitazzjoni tal-bidu u tal-firxa tan-nar u d-duħħan f’żona partikolari billi jiġi limitat il-potenzjal tal-prodotti tal-kostruzzjoni li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sħiħ tan-nirien.

(4)

Il-livell ta’ din il-limitazzjoni jista’ jiġi espress biss f’termini tal-livelli differenti ta’ kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar tal-prodotti fl-applikazzjoni aħħarija tagħhom.

(5)

Bħala soluzzjoni armonizzata, ġiet adottata sistema ta’ klassijiet fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE tat-8 ta’ Frar 2000 li timplementa d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward il-klassifikazzjoni tal-kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar tal-prodotti tal-kostruzzjoni (3).

(6)

Fil-każ ta’ ċerti pjanċi tal-azzar bil-kisi tal-polijester u bil-kisi tal-plastisol, jinħtieġ tintuża l-klassifikazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni 2000/147/KE.

(7)

Il-kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar ta’ ħafna mill-prodotti u/jew materjali tal-kostruzzjoni, skont il-klassifikazzjoni prevista fid-Deċiżjoni 2000/147/KE, hija stabbilita sewwa u magħrufa biżżejjed mir-regolaturi tan-nirien fl-Istati Membri tant li ma jeħtieġu l-ebda testijiet għal din il-karatteristika partikolari ta’ reżistenza,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-prodotti u/jew il-materjali għall-kostruzzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-karatteristika tal-kapaċità ta’ “reazzjoni għan-nar” mingħajr ħtieġa ta’ aktar testijiet huma elenkati fl-Anness.

Artikolu 2

Il-klassijiet speċifiċi li għandhom jiġu applikati għal prodotti u/jew materjali differenti tal-kostruzzjoni, skont il-klassifikazzjoni tar-reazzjonijiet għan-nar adottata fid-Deċiżjoni 2000/147/KE, huma stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Il-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati f’rabta mal-applikazzjoni tal-użu aħħari tagħhom, fejn rilevanti.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi-President


(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.

(2)  ĠU C 62, 28.2.1994, p. 1.

(3)  ĠU L 50, 23.2.2000, p. 14.


ANNESS

It-tabelli stabbiliti f’dan l-Anness jelenkaw prodotti u/jew materjali għall-kostruzzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-karatteristika tal-kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar mingħajr ħtieġa ta’ testijiet.

Tabella 1

Klassijiet tal-kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar għal pjanċi tal-azzar bil-kisi tal-polijester użati bħala qoxra waħda (mingħajr insulazzjoni fuq wara)

Prodott

Ħxuna nominali “t” ta’ pjanċa tal-azzar miksija bil-metall

(mm)

Profil

Klassi (1)

Pjanċa tal-azzar miksija bil-metall, bil-profil jew ċatta, ta’ ħxuna nominali t (mm) u miksija fuq il-wiċċ espost għan-nar b’kisja tal-polijester ta’ ħxuna nominali massima ta’ 25 μm, skont il-parti rilevanti ta’ EN 14782 u EN 10169, jekk il-kisja jkollha massa ta’ mhux iktar minn 70 g/m2 u PCS ta’ mhux iktar minn 1,0 MJ/m2.

Il-wiċċ tal-pjanċa tal-azzar mhux espost għan-nar jista’ jkollu kisja organika kemm-il darba din il-kisja jkollha ħxuna ta’ mhux iktar minn 15 μm u PCS ta’ mhux iktar minn 0,7 MJ/m2.

0,40 ≤ t ≤ 1,50

Ċatta jew bil-profil (2)

A1


Tabella 2

Klassijiet tal-kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar ta’ pjanċi tal-azzar miksija bil-plastisol

Prodott (3)

Ħxuna nominali “t” ta’ pjanċa tal-azzar miksija bil-metall

(mm)

Dettalji tal-assemblaġġ

Klassi (4)

Pjanċa tal-azzar miksija bil-metall, bil-profil jew ċatta, ta’ ħxuna nominali t (mm) u miksija fuq il-wiċċ espost għan-nar b’kisja tal-plastisol li jkollha ħxuna nominali massima ta’ 200 μm, u massa ta’ kisja ta’ ≤ 300 g/m2 u PCS ta’ ≤ 7,0 MJ/m2.

Il-wiċċ tal-pjanċa tal-azzar mhux espost għan-nar jista’ jkollu kisja organika kemm-il darba din il-kisja jkollha ħxuna ta’ ≤ 15 μm u PCS ta’ ≤ 0,7 MJ/m2.

0,55 ≤ t ≤ 1,00

Prodott bil-profil jew ċatt użat bħala qoxra waħda (mingħajr insulazzjoni fuq wara) jew inkella b’suf minerali fuq wara bħala parti minn assemblaġġ mibni (li jista’ jkun qoxra doppja). Jekk il-prodott ikollu profil, l-erja tal-wiċċ bil-profil (ikkorrugat) ma għandhiex tkun iktar mid-doppju tal-erja globali (ta’ kopertura) tal-prodott.

Is-suf minerali għandu jkun tal-inqas tal-klassi A2-s1,d0. Is-suf minerali għandu jkollu ħxuna ta’ tal-inqas 100 mm kemm-il darba l-materjal li jkun hemm eżatt warajh (jekk ikun il-każ) - inkluża kull protezzjoni mill-fwar – ikun tal-inqas tal-klassi A2-s1,d0.

L-istruttura ta’ appoġġ għandha tkun tal-inqas tal-klassi A2-s1,d0.

C-s3,d0


(1)  Il-Klassi kif prevista fit-Tabella 1 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2000/147/KE.

(2)  L-erja tal-wiċċ bil-profil (ikkorrugat) ma għandhiex tkun iktar mid-doppju tal-erja globali (ta’ kopertura) tal-prodott.

Is-simbolu li ntuża: PCS = potenzjal kalorifiku gross.

(3)  It-tolleranzi għall-ħxuna nominali għandhom jikkonformaw mal-istandards rilevanti kif imsemmi f’EN 14782 u EN 14783.

(4)  Il-Klassi kif prevista fit-Tabella 1 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2000/147/KE.

Is-simbolu li ntuża: PCS = potenzjal kalorifiku gross.


3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Diċembru 2010

li tistabbilixxi l-klassijiet tal-kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar ta’ ċerti prodotti għall-bini fir-rigward ta’ forom tal-ġibs mill-ġibsum fibruż

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 392)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/738/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(2)(a) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Permanenti dwar il-Kostruzzjoni,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 89/106/KEE tipprevedi li biex jiġu kkunsidrati livelli differenti ta’ ħarsien għax-xogħlijiet ta’ bini fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, jista’ jkun meħtieġ li jiġu stabbiliti fid-dokumenti interpretattivi, klassijiet li jikkorrispondu mar-reżistenza tal-prodotti fir-rigward ta’ kull rekwiżit essenzjali. Dawn id-dokumenti ġew ippubblikati bħala l-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dokumenti interpretattivi tad-Direttiva 89/106/KEE” (2).

(2)

Fir-rigward tar-rekwiżit essenzjali ta’ sigurtà f’każ ta’ nar, id-dokument interpretattiv Nru 2 jelenka numru ta’ miżuri interrelatati li flimkien jagħtu definizzjoni tal-istrateġija ta’ sigurtà kontra n-nar li ser tiġi żviluppata b’modi differenti fl-Istati Membri.

(3)

Id-dokument interpretattiv Nru 2 jidentifika waħda minn dawk il-miżuri bħala l-limitazzjoni tal-bidu u tal-firxa tan-nar u d-duħħan f’żona partikolari billi jiġi limitat il-potenzjal tal-prodotti tal-bini li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sħiħ tan-nirien.

(4)

Il-livell ta’ din il-limitazzjoni jista’ jiġi espress biss f’termini tal-livelli differenti ta’ reazzjoni għan-nar tal-prodotti fl-applikazzjoni aħħarija tagħhom.

(5)

Għal soluzzjoni armonizzata, ġiet adottata sistema ta’ klassijiet bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE tat-8 ta’ Frar 2000 li timplementa d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-klassifikazzjoni tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti tal-bini (3).

(6)

Fil-każ tal-forom tal-ġibs mill-ġibsum fibruż jeħtieġ li tintuża l-klassifikazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni 2000/147/KE.

(7)

Il-prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nirien ta’ ħafna mill-prodotti u/jew materjali għall-bini, skont il-klassifikazzjoni stipulata fid-Deċiżjoni 2000/147/KE, hija stabbilita sewwa u magħrufa biżżejjed mir-regolaturi tan-nirien fl-Istati Membri, tant li ma jeħtieġu l-ebda testijiet għal din il-karatteristika partikolari ta’ prestazzjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-prodotti u/jew il-materjali għall-kostruzzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-karatteristika tal-kapaċità “reazzjoni għan-nar” mingħajr ħtieġa ta’ aktar testijiet huma elenkati fl-Anness.

Artikolu 2

Il-klassijiet speċifiċi li għandhom jiġu applikati għal prodotti u/jew materjali differenti għall-bini, skont il-klassifikazzjoni tar-reazzjonijiet għan-nirien adottata fid-Deċiżjoni 2000/147/KE, huma stipulati fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Il-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati f’rabta mal-applikazzjoni tal-użu aħħari tagħhom, fejn rilevanti.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi-President


(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.

(2)  ĠU C 62, 28.2.1994, p. 1.

(3)  ĠU L 50, 23.2.2000, p. 14.


ANNESS

It-tabella stabbilita f’dan l-Anness telenka prodotti u/jew materjali għall-kostruzzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-karatteristika ta’ kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar mingħajr ħtieġa ta’ testijiet.

Tabella

Klassijiet ta’ kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar għall-forom tal-ġibs mill-ġibsum fibruż imsaħħaħ b’fibri tas-sisal jew tal-ġuta

Prodott

Dettalji tal-prodott

Densità minima

(Kg/m3)

Klassi (1)

Forom tal-ġibs mill-ġipsum fibruż

Prodott skont EN 13815, magħmul mill-fużjoni tal-ġibs imħallat mal-ilma u msaħħaħ b’fibri tas-sisal jew tal-ġuta mxerrdin b’mod uniformi b’rata ta’ mhux aktar minn 2,5 % bil-massa.

1 000

A1


(1)  Il-Klassi kif prevista fit-Tabella 1 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2000/147/KE.


Rettifika

3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/44


Rettifika għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 260, tat-2 ta’ Ottubru 2010 )

F’Paġna 5, fil-formula tal-għeluq, il-firem għandhom jinqraw kif ġej:

minflok:

Għall-Montenegro

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin

Għall-Unjoni Ewropea

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà”

aqra:

Għall-Unjoni Ewropea

Għall-Montenegro”