ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.313.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 313

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
30 ta' Novembru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2010/726/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2010 dwar il-konklużjoni tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1103/2010 tad-29 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi, skont id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, regoli fir-rigward tat-tikkettar li jindika l-kapaċità tal-batteriji u l-akkumulaturi sekondarji (jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid) li jistgħu jinġarru u tal-karozzi ( 1 )

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1104/2010 tad-29 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

8

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/82/UE tad-29 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-estensjoni tal-użu tas-sustanza attiva tetraconazole ( 1 )

10

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/727/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2010 li taħtar membru Spanjol fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

12

 

 

2010/728/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2010 li tistabbilixxi kwestjonarju li għandu jintuża għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (IPPC) (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8308)  ( 1 )

13

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

30.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Novembru 2010

dwar il-konklużjoni tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

(2010/726/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u (8) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

It-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fl-24 ta’ Lulju 2007.

(2)

Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea.

(3)

It-Tieni Protokoll Addizzjonali għandu jiġi konkluż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (2), huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 10 tat-Tieni Protokoll Addizzjonali.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, jagħmel in-notifika li ġejja:

“Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, ir-referenzi għal ‘il-Komunità Ewropea’ fit-test tal-Protokoll għandhom, fejn ikun il-każ, jinqraw bħala ‘l-Unjoni Ewropea’.”

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU C 263 E, 16.10.2008, p. 149.

(2)  It-Tieni Protokoll Addizzjonali ġie ppubblikat fil-ĠU L 251, 26.9.2007, p. 2 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar. Ġie pubblikat Procès-verbal ta’ Rettifika għat-Tieni Protokoll Addizzjonali fil-verżjoni Spanjola fil-ĠU L 255, 23.9.2008, p. 34.


REGOLAMENTI

30.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1103/2010

tad-29 ta’ Novembru 2010

li jistabbilixxi, skont id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, regoli fir-rigward tat-tikkettar li jindika l-kapaċità tal-batteriji u l-akkumulaturi sekondarji (jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid) li jistgħu jinġarru u tal-karozzi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (1), u b'mod partikolari, l-Artikoli 21(2) u 21(7) tagħha,

Billi:

(1)

Il-fatt li wieħed itawwal il-ħajja medja tal-batteriji sekondarji (jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid) jista' jwassal għal tnaqqis fil-kwantitajiet tal-iskart. Li wieħed jagħżel il-batterija xierqa għal xi tagħmir inaqqas l-ammont ta' batteriji u akkumulaturi milli jintremew.

(2)

Huwa essenzjali li l-informazzjoni li wieħed isib fuq it-tikketta dwar il-kapaċità tingħata permezz ta' metodi armonizzati, kontrollabbli u ripetibbli sabiex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta u valuri tal-kwalità konsistenti għall-manifatturi.

(3)

Id-Direttiva 2006/66/KE titlob li l-batteriji u l-akkumulaturi kollha li jistgħu jinġarru u tal-karozzi jiġu b'tikketta li tindika l-kapaċità. L-għan tat-tikketta li tindika l-kapaċità hu li tipprovdi informazzjoni utli, komparabbli u li wieħed faċli jifhimha lill-utenti aħħarin meta jkunu qed jixtru batteriji u akkumulaturi li jistgħu jinġarru u tal-karozzi.

(4)

Skont l-Artikolu 21(7) tad-Direttiva 2006/66/KE, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet mir-rekwiżiti tat-tikkettar dwar il-kapaċità.

(5)

Huwa xieraq li dawn l-eżenzjonijiet jingħataw lill-batteriji u akkumulaturi li jinbiegħu inkorporati fit-tagħmir stess, u li mhumiex maħsuba li jitneħħew mill-utenti aħħarin minħabba raġunijiet mediċi, ta' sikurezza, ta' prestazzjoni, jew relatati mal-integrità tad-dejta u l-kontinwità tal-provvista tad-dawl. Dawn il-batteriji u l-akkumulaturi mhumiex aċċessibbli għall-utenti aħħarin u d-deċiżjoni jekk wieħed għandux jixtrihom m'għandhiex għalfejn tittieħed mill-utent aħħari.

(6)

Huwa meqjus bħala vantaġġ li wieħed jibbaża l-informazzjoni fuq l-Istandards Internazzjonali u Ewropej eżistenti sabiex jipprovdi bażi soda xjentifika u teknika u b'hekk l-utenti aħħarin tingħatalhom informazzjoni preċiża.

(7)

Hemm bżonn li jiġu armonizzati r-regoli eżistenti tat-tikketti li jindikaw il-kapaċità tal-batteriji u l-akkumulaturi sekondarji (jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid) li jistgħu jinġarru u tal-karozzi. Għandha tiġi vvalutata wkoll l-armonizzazzjoni possibbli tar-regoli tat-tikketti li jindikaw il-kapaċità tal-batteriji primarji (ma jistgħux jiġu ċċarġjati mill-ġdid) li jistgħu jinġarru.

(8)

Il-produtturi tal-batteriji u l-akkumulaturi jeħtieġu għall-anqas 18-il xahar sabiex jadattaw il-proċessi teknoloġiċi tagħhom skont ir-rekwiżiti ġodda dwar it-tikkettar li jindika l-kapaċità.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/12/KE tal-5 ta' April 2006 dwar l-iskart (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu tal-applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-batteriji u l-akkumulaturi sekondarji (jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid) li jistgħu jinġarru u tal-karozzi li huma mqiegħda fis-suq għall-ewwel darba tmintax-il xahar wara d-data msemmija fl-Artikolu 5.

2.   Dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-batteriji u l-akkumulaturi sekondarji (jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid) li jistgħu jinġarru elenkati fl-Anness I.

Artikolu 2

Determinazzjoni tal-kapaċità

1.   Il-kapaċità elettrika tal-batterija jew tal-akkumulatur skont sett speċifiku ta' kundizzjonijiet għandha titqies bħala l-kapaċità tal-batterija jew tal-akkumulatur.

2.   Il-kapaċità ta' batteriji u akkumulaturi sekondarji (jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid) li jistgħu jinġarru għandha tkun determinata abbażi tal-istandards IEC/EN 61951-1, IEC/EN 61951-2, IEC/EN 60622, IEC/EN 61960 u IEC/EN 61056-1 li jiddependu mis-sustanzi kimiċi li fihom kif speċifikat fl-Anness II, Parti A.

3.   Il-kapaċità tal-batteriji u l-akkumulaturi tal-karozzi għandha tkun determinata abbażi tal-istandard IEC 60095-1/EN 50342-1 li jiddependi mis-sustanzi kimiċi li fihom kif speċifikat fl-Anness II, Parti B.

Artikolu 3

Unità ta' kejl tal-kapaċità

1.   Il-kapaċità ta' batteriji u akkumulaturi sekondarji (jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid) li jistgħu jinġarru għandha tkun espressa f'“siegħa(sigħat) milli-Ampere” (mAh) jew “siegħa(sigħat) Ampere”, billi jintużaw l-abbrevazzjonijiet mAh jew Ah rispettivament.

2.   Il-kapaċità tal-batteriji u akkumulaturi tal-karozzi għandha tkun espressa f'“siegħa(sigħat) Ampere” (Ah) u “l-qawwa f'Amperes li jkollha batterija sabiex tibda taħdem f'0°C” (Cold Cranking Amperes) (A), billi jintużaw dawn iż-żewġ abbrevazzjonijiet.

Artikolu 4

Disinn tat-tikketta li turi l-kapaċità

1.   Il-batteriji u l-akkumulaturi sekondarji (jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid) li jistgħu jinġarru għandhom ikunu mmarkati b'tikketta li jkun fiha l-informazzjoni stipulata fl-Anness III, Parti A. L-iżgħar daqs tat-tikketta għandu jkun determinat skont it-tip tal-batterija u l-akkumulatur kif speċifikat fl-Anness IV, Parti A.

2.   Il-batteriji u l-akkumulaturi kollha tal-karozzi għandhom ikunu mmarkati b'tikketta li jkun fiha l-informazzjoni stipulata fl-Anness III, Parti B. L-iżgħar daqs tat-tikketta għandu jkun determinat skont it-tip tal-batterija u l-akkumulatur kif speċifikat fl-Anness IV, Parti B.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.


ANNESS I

Eżenzjonijiet mir-rekwiżiti tat-tikkettar li jindika l-kapaċità

(1)

Il-batteriji u l-akkumulaturi sekondarji (jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid) li jistgħu jinġarru u li huma inkorporati jew magħmulin b'tali mod li jistgħu jiġu inkorporati fit-tagħmir qabel ma jiġu pprovduti lill-utenti aħħarin, u mhumiex maħsuba li jitneħħew skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/66/KE huma eżentati mill-ambitu tal-applikazzjoni tar-Regolament.


ANNESS II

Il-kejl tal-kapaċità ta' batteriji u akkumulaturi sekondarji (jistgħu jerġgħu jiġu ċċarġjati) li jistgħu jinġarru u tal-karozzi

Parti A.   Batteriji u akkumulaturi sekondarji (jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid) li jistgħu jinġarru

(1)

Il-kapaċità nominali ta' batteriji u akkumulaturi sekondarji li jistgħu jinġarru magħmula min-nikil-kadmju għandha titkejjel skont l-istandards IEC/EN 61951-1 u IEC/EN 60622.

(2)

Il-kapaċità nominali ta' batteriji u akkumulaturi sekondarji li jistgħu jinġarru magħmula mill-idrur tan-nikil-metalliku għandha titkejjel skont l-istandard IEC/EN 61951-2.

(3)

Il-kapaċità nominali ta' batteriji u akkumulaturi sekondarji li jistgħu jinġarru magħmula mil-litju għandha titkejjel skont l-istandard IEC/EN 61960.

(4)

Il-kapaċità nominali ta' batteriji u akkumulaturi sekondarji li jistgħu jinġarru magħmula miċ-ċomb-aċidu għandha titkejjel skont l-istandard IEC/EN 61056-1.

Parti B.   Batteriji u akkumulaturi tal-karozzi

(1)

Il-kapaċità mkejla u l-prestazzjoni sabiex tibda taħdem f'0 °C (cold cranking) tal-batteriji u l-akkumulaturi tal-karozzi (starters magħmula minn ċomb-aċidu) għandhom jitkejlu skont l-istandard IEC 60095-1/EN 50342-1.


ANNESS III

Informazzjoni li hemm fuq it-tikketti li jindikaw il-kapaċità

Parti A.   Batteriji u akkumulaturi sekondarji (jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid) li jistgħu jinġarru

It-tikketta li tindika l-kapaċità tal-batteriji u l-akkumulaturi sekondarji (jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid) li jistgħu jinġarru għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(1)

Għall-batteriji u l-akkumulaturi sekondarji li jistgħu jinġarru magħmula minn nikil-kadmju (NiCd), mill-idrur tan-nikil-metalliku (Ni-MH) u mil-litju, il-kapaċità nominali kif speċifikata rispettivament fl-istandards IEC/EN 61951-1, IEC/EN 60622, IEC/EN 61951-2, u IEC/EN 61960:

(a)

bħala numru sħiħ meta l-kapaċità hija espressa f'“mAh”, għajr għall-batteriji u l-akkumulaturi sekondarji (jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid) li jistgħu jinġarru li huma maħsuba għall-użu ta' għodod elettriċi;

(b)

bħala numru deċimali b'ċifra waħda meta l-kapaċità hija espressa f'“Ah” u bħala numru sħiħ meta hija espressa f'“mAh”, għall-batteriji u l-akkumulaturi kollha sekondarji (jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid) li jistgħu jinġarru li huma maħsuba għall-użu ta' għodod elettriċi;

(c)

li tirrispetta l-livell ta' preċiżjoni mitlub mill-istandards IEC/EN 61951-1, IEC/EN 61951-2, IEC/EN 60622 u IEC/EN 61960 rispettivament.

(2)

Għall-batteriji u l-akkumulaturi sekondarji li jistgħu jinġarru magħmula miċ-ċomb-aċidu, l-inqas valur tal-kapaċità nominali fil-kampjun speċifikat fl-istandard IEC/EN 61056-1 għandu jkun:

(a)

bħala numru deċimali b'ċifra waħda meta l-kapaċità hija espressa f'“Ah”, għajr għall-batteriji u l-akkumulaturi sekondarji (jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid) li jistgħu jinġarru għall-użu ta' għodod elettriċi;

(b)

li jirrispetta l-livell ta' preċiżjoni meħtieġ permezz tal-istandard IEC/EN 61056-1.

Parti B.   Batteriji u akkumulaturi tal-karozzi

It-tikketta li tindika l-kapaċità tal-batteriji u l-akkumulaturi tal-karozzi għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(1)

Il-kapaċità mkejla u l-prestazzjoni sabiex tibda taħdem f'0°C kif speċifikati fl-istandard IEC 60095-1/EN 50342-1.

(2)

Il-valur tal-kapaċità mkejla u tal-kurrent li jkollha batterija sabiex tibda taħdem jidhru bħala numru sħiħ f'livell ta' preċiżjoni ta' ± 10 % tal-valur nominali (jiġifieri l-valur imkejjel).


ANNESS IV

L-iżgħar daqs u l-lokazzjoni tat-tikketti li jindikaw il-kapaċità

Parti A.   Batteriji u akkumulaturi sekondarji (jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid) li jistgħu jinġarru

It-tikketti li jindikaw il-kapaċità tal-batteriji u l-akkumulaturi sekondarji (jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid) li jistgħu jinġarru għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(1)

Għall-batteriji u akkumulaturi individwali, għajr għall-batteriji f'għamla ta' buttuna u batteriji li jservu ta' back-up għall-memorja

(a)

Fuq il-batterija u l-akkumulatur: it-tikketta m'għandhiex tkun iżgħar minn 1,0 × 5,0 mm (Għoli × Tul); (1)

(b)

Fuq l-imballaġġ (quddiem) tal-batteriji u l-akkumulaturi: it-tikketta m'għandhiex tkun iżgħar minn 5,0 × 12,0 mm (Għoli × Tul);

(c)

It-tikketta għandha titpoġġa fuq l-imballaġġ (quddiem) u fuq il-batteriji u l-akkumulaturi ġewwa l-imballaġġ;

(d)

Għal batteriji u akkumulaturi li jinbiegħu mingħajr l-imballaġġ, it-tikketta għandha titpoġġa fuq il-batterija u l-akkumulatur stess.

(2)

Għall-pakketti tal-batteriji:

(a)

Għall-pakketti tal-batteriji fejn l-ikbar naħa hija iżgħar minn 70 ċm2 it-tikketta m'għandhiex tkun iżgħar minn 1,0 × 5,0 mm (Għoli × Tul);

(b)

Għall-pakketti tal-batteriji li l-ikbar naħa tkun daqs jew ikbar minn 70 ċm2 it-tikketta m'għandhiex tkun iżgħar minn 2,0 × 5,0 mm (Għoli × Tul);

(c)

It-tikketta għandha titpoġġa biss fuq il-kisja ta' barra tas-sett taċ-ċellula/i flimkien u mhux fuq kull ċellula individwali fuq in-naħa ta' ġewwa tal-kisja.

(3)

Meta d-daqs tal-batterija, tal-pakkett tal-batteriji jew tal-akkumulaturi jkun b'tali mod li tikketta tal-iżgħar daqs ma tidhirx fuqhom, il-kapaċità għandha tkun immarkata fuq l-imballaġġ. Id-daqs ta' din it-tikketta ma għandux ikun iżgħar minn 5,0 × 12,0 mm (Għoli × Tul). F'din iċ-ċirkustanza, u fejn il-batterija, l-akkumulatur jew il-pakkett tal-batteriji mhux fornut bl-imballaġġ tiegħu stess, il-kapaċità għandha tiġi mmarkata fuq l-imballaġġ tat-tagħmir li jinbiegħ mal-batteriji, akkumulaturi jew pakketti tal-batteriji.

(4)

Għaċ-ċelluli f'għamla ta' buttuna u batteriji li jservu ta' back-up għall-memorja:

(a)

Fuq l-imballaġġ (quddiem): it-tikketta m'għandhiex tkun iżgħar minn 5,0 × 12,0 mm (Għoli × Tul);

(b)

It-tikketta għandha titpoġġa fuq quddiem tal-imballaġġ.

Parti B.   Batteriji u akkumulaturi tal-karozzi

It-tikketti li jindikaw il-kapaċità tal-batteriji u l-akkumulaturi tal-karozzi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

It-tikketta għandha tieħu għall-anqas 3 % tal-arja tal-ikbar naħa tal-batterija u l-akkumulatur tal-karrozza iżda mhux iktar minn 20 × 150 mm (Għoli × Tul);

(b)

It-tikketta għandha titpoġġa fuq il-batterija jew l-akkumulatur stess, fuq waħda min-naħat tal-batterija jew tal-akkumulatur, ħlief mal-qiegħ.


(1)  Għoli (H) Tul (L).


30.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1104/2010

tad-29 ta’ Novembru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Novembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

22,0

MA

80,8

MK

45,6

TR

68,6

ZZ

54,3

0707 00 05

EG

140,2

TR

87,2

ZZ

113,7

0709 90 70

MA

79,5

TR

147,8

ZZ

113,7

0805 20 10

MA

72,4

ZZ

72,4

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

60,8

IL

71,5

MA

61,9

TR

49,8

UY

58,6

ZZ

60,5

0805 50 10

AR

57,1

MA

68,0

TR

60,0

UY

57,1

ZA

51,7

ZZ

58,8

0808 10 80

AR

74,9

AU

167,9

BR

50,3

CA

113,1

CL

84,2

CN

87,3

CO

50,3

MK

26,7

NZ

141,3

US

92,0

ZA

114,5

ZZ

91,1

0808 20 50

CL

78,3

CN

60,9

US

136,0

ZZ

91,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DIRETTIVI

30.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/10


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/82/UE

tad-29 ta’ Novembru 2010

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-estensjoni tal-użu tas-sustanza attiva tetraconazole

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/82/KE (2) it-tetraconazole kienet inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE għall-użu bħala fungiċida.

(2)

Madankollu, l-inklużjoni tat-tetraconzole hija limitata għall-użi fuq uċuħ tar-raba’ b’rata ristretta u fil-waqt tal-applikazzjoni. L-użi fuq it-tuffieħ u l-għeneb huma interament esklużi. Dawk ir-restrizzjonijiet kien hemm bżonnhom għax fil-waqt tal-inklużjoni t-tagħrif meħtieġ għall-valutazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art ma kinitx biżżejjed, b’mod partikolari fir-rigward tar-riskji ta’ kontaminazzjoni b’żewġ metaboliti li ma kinux identifikati min-notifikatur. Fir-rigward tal-użi fuq tuffieħ u għeneb, it-tagħrif meħtieġ għall-valutazzjoni tar-riskju lill-konsumaturi ma kienx komplut.

(3)

In-notifikant Isagro talab emenda għall-inklużjoni tat-tetraconazole li testendi l-użu tagħha bħala fungiċida billi jitneħħew dawk ir-restrizzjonijiet. Huwa bagħat dejta xjentifika ulterjuri bħala appoġġ għat-talba tiegħu.

(4)

L-Italja li ġiet nominata bħala Stat Membru relatur mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1490/2002 (3) ivvalutat dik id-dejta u bagħtet addendum għall-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni għat-tetraconazole lill-Kummissjoni fl-10 ta’ Frar 2010, li ġie ċċirkolat għall-kummenti lill-Istati Membri l-oħra u lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni flimkien ma’ dak l-addendum ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fit-28 ta’ Ottubru 2010 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għat-tetraconazole.

(5)

Id-dejta l-ġdida mibgħuta min-notifikant u l-valutazzjoni l-ġdida li saret mill-Istat Membru relatur tindika li l-estensjoni tal-użu mitluba ma tikkawża l-ebda riskji oħrajn barra dawk li diġà kienu kkunsidrati fid-dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tetraconazole fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għal dik is-sustanza. B’mod partikolari fir-rigward tar-riskju ta’ kontaminazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art, l-Istat Membru relatur qies li l-istudju l-ġdid mibgħut min-notifikant jidentifika dawk il-metaboliti u juri li s-sustanzi ma jgħaddux minn ġol-ħamrija b’mod inaċċettabbli. Rigward l-użu fuq it-tuffieħ u l-għeneb, il-konklużjoni kif ħarġet mill-provi sorveljati u fuq il-post kienet li d-dejta tar-residwi turi li ma hemm l-ebda riskji fir-rigward tat-teħid akut u kroniku mill-konsumaturi.

(6)

B’konformità mal-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, għalhekk huwa ġġustifikat li d-dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tetraconazole jiġu mmodifikati billi jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq l-użu tagħha bħala fungiċida.

(7)

Jixraq għalhekk li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE, fil-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” tal-kolonna għal “tetraconazole”, il-Parti A tinbidel b’dan li ġej:

“PARTI A

L-użi bħala funġiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati.”

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2011 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ April 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 196, 28.7.2009, p. 10.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.


DEĊIŻJONIJIET

30.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Novembru 2010

li taħtar membru Spanjol fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2010/727/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Gvern Spanjol,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015 (1).

(2)

Post ta’ membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Ángel PANERO FLÓREZ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Alberto NADAL BELDA, Director Adjunto a la Secretaría General de la CEOE, huwa maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-perijodu tal-mandat, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE


(1)  ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.


30.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Novembru 2010

li tistabbilixxi kwestjonarju li għandu jintuża għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (IPPC)

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8308)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/728/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2008/1/KE jitlob li r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva u l-effikaċja tagħha mqabbla mal-istrumenti ambjentali l-oħra tal-UE jiġu stabbiliti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE (2).

(2)

L-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2008/1/KE jipprovdi għall-integrazzjoni tar-rapport dwar id-dejta rappreżentattiva disponibbli dwar il-valuri ta’ limiti mar-rapport ġenerali tal-implimentazzjoni.

(3)

Id-Direttiva 91/692/KEE titlob illi r-rapport ikun imsejjes fuq kwestjonarju jew punti prinċipali magħmula mill-Kummissjoni bl-assistenza tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 6 tad-Direttiva.

(4)

L-ewwel rapport kopra l-perjodu mill-2000 sal-2002 inklużi.

(5)

It-tieni rapport kopra l-perjodu mill-2003 sal-2005 inklużi.

(6)

It-tielet rapport kopra l-perjodu mill-2006 sal-2008 inklużi.

(7)

Ir-raba’ rapport se jkopri l-perjodu mill-2009 sal-2011 inklużi.

(8)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE u fl-użu tal-kwestjonarji preċedenti, il-kwestjonarju għall-perjodu mill-2009 sal-2011 jeħtieġ li jiġi adattat. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/194/KE (3) għandha tiġi sostitwita.

(9)

Il-miżuri previsti b’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni espressa mill-Kumitat skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE;

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jużaw l-kwestjonarju stabbilit fl-Anness għar-rappurtar dwar l-implementazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE.

2.   Ir-rapporti li għandhom jitressqu għandhom ikopru l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2006/194/KE tħassret.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.

(2)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48.

(3)  ĠU L 70, 9.3.2006, p. 65.


ANNESS

PARTI 1

KWESTJONARJU DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETTIVA 2008/1/KE DWAR IL-PREVENZJONI U L-KONTROLL INTEGRATI TAT-TNIĠĠIS (IPPC)

Noti ġenerali:

Dan ir-raba’ kwestjonarju skont id-Direttiva 2008/1/KE jkopri l-perjodu mill-2009 sal-2011. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tad-Direttiva u l-informazzjoni diġà miksuba permezz tal-ewwel tliet kwestjonarji, il-kwestjonarju preżenti jiffoka fuq il-bidliet u l-progress li sar mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni proprja tad-Direttiva. Fir-rigward tal-aspetti tat-traspożizzjoni, il-Kummissjoni se ssegwi l-azzjonijiet meħtieġa kollha biex tiżgura t-traspożizzjoni kompleta u propja tad-Direttiva fil-liġijiet nazzjonali, partikolarment permezz ta’ segwitu bir-reqqa tal-proċeduri dwar ksur legali.

Dan il-kwestjonarju ma jbiddilx ħafna mill-aspetti li jinsabu fid-Deċiżjoni 2006/194/KE sabiex jiżgura l-kontinwità u jippermetti li jsiru paraguni diretti mar-reazzjonijiet preċedenti. F’dawk il-każijiet fejn il-mistoqsijiet huma simili għal dawk tal-kwestjonarji preċedenti, tista’ ssir referenza sempliċiment għat-tweġibiet preċedenti fejn is-sitwazzjoni ma nbidlitx. Jekk kien hemm żviluppi ġodda, dawn għandhom jiġu deskritti fi tweġiba ġdida.

Waqt li tkun qed twieġeb il-kwestjonarju dwar mistoqsijiet speċifiċi dwar ir-regoli ġenerali vinkolanti, jew linji gwida uffiċjali maħruġa minn entitajiet amministrattivi, jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni deskrittiva dwar it-tip ta’ regoli jew linji gwida u ħolqiet virtwali jew mezzi oħra ta’ aċċess għalihom, kif xieraq.

Il-Kummissjoni biħsiebha tuża l-pjattaforma tar-ReportNet (jew is-suċċessur tiegħu jekk dan ikun il-każ) biex tagħmel Għodda Elettronika ta’ Rappurtar msejsa fuq dan il-kwestjonarju disponibbli għall-Istati Membri. Skont dan, il-Kummissjoni tirrakkomanda bis-sħiħ l-użu tiegħu biex jintlaħqu dawn ir-rekwiżiti tar-rappurtar sabiex jitnaqqsu l-piżijiet u tissawwar analiżi tar-reazzjonijiet

1.   Deskrizzjoni ġenerali

1.1.

Saru xi bidliet sinifikanti mill-aħħar perjodu ta’ rappurtar (mill-2006 sal-2008) fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew subnazzjonali u għas-sistema/i għall-għoti tal-permessi li jimplimentaw id-Direttiva 2008/1/KE? Jekk iva, iddeskrivi dawn il-bidliet u r-raġunijiet għalihom, u pprovdi referenzi għal-leġiżlazzjoni l-ġdida.

1.2.

Fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE, l-Istati Membri għaddew minn xi diffikultajiet minħabba d-disponnibilità jew il-kapaċità limitata tar-riżorsi tal-persunal? Jekk iva, iddeskrivi dawn id-diffikultajiet kif ukoll xi pjan biex jiġu indirizzati.

2.   Għadd ta’ stallazzjonijiet u permessi (l-Artikolu 2(3) u 2(4) u l-Artikolu 4)

2.1.

Agħti d-dettalji tal-għadd ta’ stallazzjonijiet kif definiti bid-Direttiva 2008/1/KE u l-permessi bit-tip ta’ attività fi tmiem il-perjodu ta’ rappurtar, billi tuża l-mudell u n-noti stabbiliti fil-Parti 2.

2.2.

Identifikazzjoni tal-stallazzjonijiet tal-IPPC. Jekk disponibbli, jekk jogħġbok ipprovdi ħolqa għall-informazzjoni aġġornata aċċessibbli mill-pubbliku li jkun fiha l-ismijiet, il-post u l-attività ewlenija (l-Anness I) tal-istallazzjonijiet tal-IPPC fl-Istat Membru tiegħek. Jekk din l-informazzjoni mhijiex disponibbli pubblikament, jekk jogħġbok ressaq lista tal-istallazzjonijiet individwali kollha fi tmiem il-perjodu ta’ rappurtar (ismijiet, postijiet u attività ewlenija tal-IPPC). Jekk din il-lista mhijiex disponibbli, jekk jogħġbok ipprovdi spjegazzjoni dwar għaliex huwa hekk.

3.   Applikazzjonijiet għall-permessi (l-Artikolu 6)

3.1.

Iddeskrivi xi regoli ġenerali vinkolanti, dokumenti ta’ gwida jew formoli ta’ applikazzjoni prodotti biex ikun żgurat li l-applikazzjonijiet fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa bl-Artikolu 6, jew b’mod ġenerali jew dwar kwistjonijiet speċifiċi (eż. metodoloġija għall-valutazzjoni ta’ emissjonijiet sinifikanti mill-istallazzjonijiet).

4.   Koordinazzjoni tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-permessi (l-Artikoli 7 u 8)

4.1.

Iddeskrivi xi bidliet li saru mill-aħħar perjodu ta’ rappurtar fl-istruttura ta’ organizzazzjoni tal-proċeduri għall-għoti tal-permessi, partikolarment dwar il-livelli ta’ awtoritajiet kompetenti u distribuzzjoni ta’ kompetenzi.

4.2.

Hemm xi diffikultajiet partikolari biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni kompleta tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-permessi kif mitlub bl-Artikolu 7, speċjalment meta jkun hemm iktar minn awtortità waħda kompetenti involuta? Iddeskrivi xi leġiżlazzjoni jew dokumenti ta’ gwida maħruġa dwar din il-kwistjoni.

4.3.

X’dispożizzjonijiet legali, proċeduri jew gwida qed jintużaw biex ikun żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jirrifjutaw li jagħtu permess f’każijiet meta l-istallazzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/1/KE? Jekk disponibbli, agħti informazzjoni dwar l-għadd u ċ-ċirkustanzi fejn ġew irrifjutati l-permessi.

5.   Il-konvenjenza u s-suffiċjenza tal-kundizzjonijiet għall-permessi (l-Artikoli 3(1)(d), 3(1)(f), 9, 17(1), 17(2))

5.1.

Iddeskrivi xi regoli ġenerali vinkolanti jew linji gwida speċifiċi għall-awtoritajiet kompetenti li nħarġu mill-kwistjonijiet li ġejjin:

1.

il-proċeduri u l-kriterji biex jiġu stabbiliti valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet u kundizzjonijiet oħra għall-permessi.

2.

il-prinċipji ġenerali biex jiġu determinati l-aqwa tekniki disponibbli.

3.

l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9(4).

5.2.

Kwistjonijiet marbuta mad-Dokumenti ta’ Referenza BAT (BREFs) stabbiliti skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2008/1/KE:

1.

F’termini ġenerali, l-informazzjoni ppubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) hija kkunsidrata b’mod ġenerali jew f’każijiet speċifiċi meta jiġu determinati l-aqwa tekniki disponibbli?

2.

Kif inhuma użati l-BREFs b’mod konkret biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-permessi?

3.

Il-BREFs (jew parti minnhom) huma tradotti?

4.

Bħala sors tal-informazzjoni sabiex jiġu determinati l-valuri ta’ limiti tal-emissjonijiet, il-parametri ekwivalenti u l-miżuri tekniċi msejsa fuq l-aqwa metodi tekniki disponibbli, kemm hija meħtieġa l-informazzjoni ppubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2)? Kif tista’ tittejjeb?

5.3.

Kwistjonijiet oħra dwar il-kundizzjonijiet għall-permessi:

1.

Is-sistemi ta’ ġestjoni tal-ambjent ġew ikkunsidrati meta ġew stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-permessi? Jekk iva, kif?

2.

X’tipi ta’ kundizzjonijiet għall-permessi jew miżuri oħra ġew applikati tipikament għall-finijiet tal-Artikolu 3(1)(f) (restawr tal-post meta l-attivitajiet jitwaqqfu b’mod definit) u kif ġew implimentati fil-prattika?

3.

Tipikament, x’tipi ta’ kundizzjonijiet għall-permessi dwar l-effiċjenza fl-enerġija ġew determinati (l-Artikolu 3(1)(d))?

4.

Intużat il-possibbiltà stabbilita fl-Artikolu 9(3) li tagħżel li ma timponix ir-rekwiżiti dwar l-effiċjenza fl-enerġija u, jekk iva, kif ġiet implimentata?

6.   Dejta rappreżentattiva disponibbli (l-Artikolu 17(1))

6.1.

Ipprovdi d-dejta rappreżentattiva disponibbli fuq il-valuri ta’ limitu stabbiliti għal kategoriji speċifiċi ta’ attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2008/1/KE u, jekk xieraq, dwar l-aqwa tekniki dispponibbli minn fejn jiġu dawk il-valuri, kif ukoll dwar il-prestazzjoni assoċjata tal-ambjent.

Il-Kummissjoni se tissuġġerixxi gwida għat-tweġibiet ta’ din il-mistoqsija li timmira lejn żewġ setturi partikolari. Id-dejta rrappurtata se tiġi vvalutata biex tqabbel, safejn huwa possibbli, il-valuri ta’ limitu stabbiliti, il-prestazzjoni miksuba u, fejn possibbli, il-livell tal-emissjonjiet marbuta mal-BAT fil-BREFs.

7.   Regoli ġenerali vinkolanti (l-Artikolu 9(8))

7.1.

Għal liema kategoriji ta’ stallazzjonijiet u liema rekwiżiti, jekk hemm, ġew stabbiliti regoli ġenerali vinkolanti, kif ipprovdut bl-Artikolu 9(8)? Ipprovdi referenza għar-regoli ġenerali vinkolanti. X’forma jieħdu dawn ir-regoli (eż. min jistabbilixxihom u xi stat legali għandhom)? Meta jiġu applikati dawn ir-regoli, xorta ssir dispożizzjoni biex jiġi kkunsidrati l-fatturi lokali (msemmija fl-Artikolu 9(4))?

7.2.

Jekk magħrufa, kemm-il stallazzjoni (kemm bħala għadd assolut jew bħala perċentwali) kienet soġġetta għal dawn ir-regoli sa tmiem il-perjodu ta’ rappurtar?

8.   Standards ta’ kwalità ambjentali (l-Artikolu 10)

8.1.

Inqalgħu każijiet fejn japplika l-Artikolu 10 u l-użu tal-aqwa tekniki disponibbli mhuwiex biżżejjed biex jissodisfa l-istandard ta’ kwalità ambjentali (kif definit fl-Artikolu 2(7))? Jekk iva, agħti eżempji ta’ dawn il-każijiet u l-miżuri addizzjonali meħuda.

9.   Bidliet għall-istallazzjonijiet (l-Artikoli 12 u 2(10))

9.1.

L-awtorijtajiet kompetenti kif jiddeċiedu fil-prattika, skont l-Artikolu 12, jekk “bidla fl-operat”“jistax ikollha konsegwenzi fuq l-ambjent” (l-Artikolu 2(10)), u jekk din il-bidla hijiex “bidla sostanzjali” li “jista’ jkollha effetti negattivi sinifikanti fuq il-bnedmin jew fuq l-ambjent” (l-Artikolu 2(11))? Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet legali, gwida jew proċeduri rilevanti.

10.   Kunsiderazzjoni mill-ġdid u aġġornament tal-kundizzjonijiet għall-permessi (l-Artikolu 13)

10.1.

Il-frekwenza ta’ kunsiderazzjoni mill-ġdid u, fejn meħtieġ, l-aġġornament tal-kundizzjonijiet għall-permessi (l-Artikolu 13) hija speċifikata fil-liġi nazzjonali jew subnazzjonali, jew hija determinata b’mezzi oħra, bħal limiti ta’ ħin fil-permessi? Jekk iva, x’inhuma dawk il-mezzi l-oħra? Agħti referenza għal-leġiżlazzjoni legali, gwida jew proċeduri rilevanti.

10.2.

X’inhi l-frekwenza rappreżentattiva għall-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-kundizzjonijiet għall-permessi? F’każijiet fejn hemm id-differenzi bejn l-istallazzjonijiet jew is-setturi, ipprovdi informazzjoni illustrattiva jekk disponibbli.

10.3.

F’hiex jikkonsisti l-proċess ta’ kunsiderazzjoni mill-ġdid u l-aġġornament ta’ kundizzjonijiet għall-permessi? Kif inhi implimentata d-dispożizzjoni għall-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-kundizzjonijiet għall-permessi f’każijiet ta’ bidliet sostanzjali fl-aħjar tekniki implimentati? Agħti referenza għal-leġiżlazzjoni legali, gwida jew proċeduri rilevanti.

11.   Konformità mal-kundizzjonijiet għall-permessi (l-Artikolu 14)

11.1.

Fil-prattika, kif inhu implimentat ir-rekwiżit tal-Artikolu 14 li l-operaturi jinfurmaw b’mod regolari lill-awtoritajiet bir-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx? Agħti referenza għal xi regolamenti, proċeduri jew linji gwida speċifiċi għall-awtoritajiet kompetenti dwar dan is-suġġett.

11.2.

Jitressaq rapport ta’ monitoraġġ perjodiku mill-operaturi kollha? Ipprovdi informazzjoni dwar il-frekwenza rappreżentattiva għat-tressiq ta’ din l-informazzjoni. F’każijiet ta’ differenzi bejn is-setturi, ipprovdi informazzjoni illustrattiva, jekk disponibbli.

11.3.

Jekk għadha ma ġietx imressqa fir-rappurtar skont ir-Rakkomandazzjoni li tipprovdi kriterji minimi għal spezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni disponibbli dwar stallazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2008/1/KE, dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

1.

l-elementi ewlenin li tista’ tikkostitwixxi spezzjoni ambjentali li ssir permezz tal-Awtoritajiet Kompetenti (deskrizzjoni)

2.

l-għadd totali ta’ żjajjar ta’ siti minn awtoritajiet kompetenti matul il-perjodu ta’ rappurtar (għadd)

3.

l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet meta dawn iż-żjajjar ta’ siti jsiru matul il-perjodu ta’ rappurtar (għadd)

4.

l-għadd totali ta’ żjajjar ta’ siti li matulhom sar il-kejl tal-emissjonijiet u/jew il-kampjuni tal-iskart minn jew f’isem l-awtoritajiet kompetenti matul il-perjodu ta’ rappurtar (għadd)

5.

it-tipi ta’ azzjonijiet (eż. sanzjonijiet jew miżuri oħra) li ttieħdu b’riżultat ta’ aċċidenti, inċidenti u nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet għall-permessi matul il-perjodu ta’ rappurtar (deskrizzjoni)

12.   Informazzjoni u parteċipazzjoni tal-pubbliku (l-Artikoli 15, 16)

12.1.

X’bidliet sinifikanti kien hemm, jekk fil-fatt kien hemm, mill-aħħar perjodu ta’ rappurtar fit-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni li tipprovdi l-informazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċedura għall-permessi, kif meħtieġ bid-Direttiva 2008/1/KE (l-Artikoli 15 u 16)? X’kien l-effett ta’ dawn ir-rekwiżiti fuq l-awtoritajiet kompetenti, l-applikanti għall-permessi u l-pubbliku konċernat?

13.   Kooperazzjoni transkonfinali (l-Artikolu 18)

13.1.

Kien hemm waqtiet fil-perjodu ta’ rappurtar fejn intużaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 18 fir-rigward tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni transkonfinali? Ipprovdi eżempji illustrattivi tal-proċeduri ġenerali li ntużaw.

14.   Effikaċja tad-Direttiva

14.1.

Ġeneralment, l-Istati Membri kif jaraw l-effikaċja tad-Direttiva 2008/1/KE, inter alia fil-paragun ma’ strumenti ambjentali tal-UE oħra? Imsejsa fuq studji u analiżi rilevanti, jekk disponibbli, x’kienu l-benefiċċji u l-ispejjeż ambjentali stmati (inklużi l-ispejjeż amministrattivi u ta’ konformità) tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE? Agħti referenza għal dawn l-istudji u l-analiżi.

15.   Kummenti ġenerali

15.1.

Jeżistu xi kwistjonijiet partikolari dwar l-implimentazzjoni li joħolqu tħassib fl-Istat Membru tiegħek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika.

PARTI 2

MUDELL GĦAT-TWEĠIBA GĦALL-MISTOQSIJA 2.1

TIP TA’ STALLAZZJONI

A.

STALLAZZJONIJIET

B.

BIDLIET SOSTANZJALI

C.

PERMESS KUNSIDERAZZJONI MILL-ĠDID U AĠĠORNAMENT

Kodiċi

Attività ewlenija operata fl-istallazzjoni kif stabbilita fl-Anness I għad-Direttiva 2008/1/KE

1.

Għadd ta’ stallazzjonijiet

2.

Għadd ta’ stallazzjonijiet koperti b’permess li huwa f’konformità kompleta mad-Direttiva dwar l-IPPC

3.

Għadd ta’ bidliet sostanzjali meħuda matul il-perjodu ta’ rappurtar mingħajr permess skont l-Artikolu 12(2)

4.

Għadd ta’ stallazzjonijiet li għalihom ġie kkunsidrat mill-ġdid il-permess tal-IPPC matul il-perjodu ta’ rappurtar skont l-Artikolu 13

5.

Għadd ta’ stallazzjonijiet li għalihom ma ġiex aġġornat il-permess tal-IPPC matul il-perjodu ta’ rappurtar skont l-Artikolu 13

1.

Enerġija

 

 

 

 

 

1.1.

Kombustjoni

 

 

 

 

 

1.2.

Raffinar taż-żejt minerali u gass

 

 

 

 

 

1.3.

Fran tal-kokk

 

 

 

 

 

1.4.

Gassifikazzjoni u likwefazzjoni tal-faħam

 

 

 

 

 

2.

Metalli

 

 

 

 

 

2.1.

Inkaljar/tagħqid tal-minerali metalliċi

 

 

 

 

 

2.2.

Produzzjoni ta’ ħadid jew azzar mhux ipproċessati

 

 

 

 

 

2.3 (a)

Magni tar-rumblar bis-sħun (hot-rolling mills)

 

 

 

 

 

2.3 (b)

Ferreriji

 

 

 

 

 

2.3 (c)

Applikazzjoni ta’ passati protettivi tal-metall

 

 

 

 

 

2.4.

Funderiji

 

 

 

 

 

2.5 (a)

Produzzjoni ta’ metalli mhux maħduma mhux tal-ħadid

 

 

 

 

 

2.5 (b)

Tidwib ta’ metalli mhux tal-ħadid

 

 

 

 

 

2.6.

Trattament mill-wiċċ ta’ metalli u materjali tal-plastik

 

 

 

 

 

3.

Minerali

 

 

 

 

 

3.1.

Produzzjoni ta’ siment jew ġir

 

 

 

 

 

3.2.

Produzzjoni ta’ asbestos

 

 

 

 

 

3.3.

Manifattura tal-ħġieġ

 

 

 

 

 

3.4.

Tidwib tal-minerali

 

 

 

 

 

3.5.

Manifattura taċ-ċeramika

 

 

 

 

 

4.

Kimiċi

 

 

 

 

 

4.1.

Produzzjoni ta’ kimiċi organiċi

 

 

 

 

 

4.2.

Produzzjoni ta’ kimiċi inorganiċi

 

 

 

 

 

4.3.

Produzzjoni tal-fertilizzanti

 

 

 

 

 

4.4.

Produzzjoni ta’ prodotti għas-saħħa tal-pjanti/bijoċidi

 

 

 

 

 

4.5.

Produzzjoni tal-farmaċewtiċi

 

 

 

 

 

4.6.

Produzzjoni ta’ splussivi

 

 

 

 

 

5.

Skart

 

 

 

 

 

5.1.

Rimi jew irkupru ta’ skart perikoluż

 

 

 

 

 

5.2.

Ħruq ta’ skart muniċipali

 

 

 

 

 

5.3.

Rimi ta’ skart mhux perikoluż

 

 

 

 

 

5.4.

Miżbliet

 

 

 

 

 

6.

Oħrajn

 

 

 

 

 

6.1 (a)

Produzzjoni tal-polpa

 

 

 

 

 

6.1 (b)

Produzzjoni ta’ karta u kartun

 

 

 

 

 

6.2.

Trattament minn qabel jew tiżbigħ ta’ fibri jew tessuti

 

 

 

 

 

6.3.

Ikkunzar tal-ġlud

 

 

 

 

 

6.4 (a)

Biċċeriji

 

 

 

 

 

6.4 (b)

Trattament u pproċessar ta’ prodotti tal-ikel

 

 

 

 

 

6.4 (c)

Trattament u pproċessar tal-ħalib

 

 

 

 

 

6.5.

Rimi jew riċiklaġġ ta’ karkassi tal-annimali

 

 

 

 

 

6.6 (a)

Trobbija intensiva tat-tjur

 

 

 

 

 

6.6 (b)

Trobbija intensiva ta’ majjali għall-produzzjoni

 

 

 

 

 

6.6 (c)

Trobbija intensiva ta’ ħnieżer femminili

 

 

 

 

 

6.7.

Trattament tal-wiċċ bl-użu ta’ solventi orġaniċi

 

 

 

 

 

6.8.

Produzzjoni tal-karbonju jew elettrografit

 

 

 

 

 

6.9.

Qbid tan-nixxigħat tas-CO2 (Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

 

 

 

 

 

Totali

 

 

 

 

 

 

Noti ta’ spjegazzjoni għall-mudell:

Minbarra fejn indikat mod ieħor, iċ-ċifri għandhom jirriflettu is-sitwazzjoni kif tkun fi tmiem il-perjodu ta’ rappurtar (il-31 ta’ Diċembru 2011).

Il-ġbir tad-dejta f’dan il-mudell se jkun imsejjes fuq l-“għadd ta’ stallazzjonijiet” u l-“għadd ta’ bidliet sostanzjali” li jużaw definizzjonijiet operazzjonali ta’ “stallazzjoni” fl-Artikolu 2(3) u “bidla sostanzjali” fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 2008/1/KE.

It-“tip ta’ stallazzjoni” tirreferi għall-attività ewlenija li ssir fl-istallazzjoni. L-istallazzjonijiet għandhom jiġu rrappurtati biss taħt attività unika waħdanija, kif ukoll meta diversi attivitajiet tal-IPPC ikunu qed jiġu operati fl-istallazzjoni.

Iktar gwida u spjegazzjoni fir-rigward tad-dejta misjuba fit-Tabella huma mogħtija fin-noti ta’ hawn taħt. L-Istati Membri huma mitluba jimlew it-Tabella safejn huwa possibbli.

A.   GĦADD TA’ STALLAZZJONIJIET

1.

Għadd ta’ stallazzjonijiet tal-IPPC: għadd totali ta’ stallazzjonijiet (kemm eżistenti kif ukoll ġodda) li joperaw fl-Istati Membri fi tmiem il-perjodu ta’ rappurtar minkejja l-istat fl-għoti tal-permess tagħhom.

2.

Għadd ta’ stallazzjonijiet koperti b’permess li huwa f’konformità kompleta mad-Direttiva: għadd totali ta’ stallazzjonijiet tal-IPPC koperti b’permess wieħed jew iktar mogħti(ja) skont id-Direttiva dwar l-IPPC (inklużi l-permessi tal-IPPC li reġgħu ġew ikkunsidrati mill-ġdid/aġġornati) minkejja meta nħareġ/inħarġu l-permess(i) jew jekk il-permess ġiex ikkunsidrat mill-ġdid, aġġornat, jew emendat/imġedded minħabba xi raġuni.

Biex jingħadd l-għadd ta’ stallazzjonijiet li għandhom jiġu rrappurtati, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-istat tal-permess(i) li jkopri/u kull stallazzjoni fi tmiem il-perjodu ta’ rappurtar. Jekk jogħġbok, innota li l-għadd jirreferi għal stallazzjonijiet, mhux permessi (b’rikonoxximent li stallazzjoni waħda tista’ tkun koperta b’diversi permessi jew viċe versa).

Regola ta’ konsistenza: Id-differenza bejn 1 u 2 għandha tindika l-għadd ta’ stallazzjonijiet li għal xi raġuni mhumiex koperti kompletament b’permess tal-IPPC (proċedura mhux konkluża, kopertura mhux kompleta tal-attivitajiet kollha, eċċ …). Meta din iċ-ċifra tkun differenti minn żero, din tindika ksur potenzjali tad-dispożizzjonijiet tal-IPPC.

B.   BIDLIET SOSTANZJALI

3.

Għadd ta’ bidliet sostanzjali meħuda matul il-perjodu ta’ rappurtar mingħajr permess skont l-Artikolu 12(2): għadd ta’ bidliet sostanzjali magħrufa mill-awtoritajiet kompetenti li kienu implimentati effettivament mill-operaturi mingħajr permess kif mitlub mill-Artikolu 12(2).

Meta din iċ-ċifra tkun differenti minn żero, din tindika ksur potenzjali tad-dispożizzjonijiet tal-IPPC.

C.   PERMESS IKKUNSIDRAT MILL-ĠDID U AĠĠORNAT

4.

Għadd ta’ stallazzjonijiet tal-IPPC li għalihom ġie kkunsidrat mill-ġdid il-permess tal-IPPC matul il-perjodu ta’ rappurtar skont l-Artikolu 13: għadd totali ta’ stallazzjonijiet koperti b’permess wieħed jew iktar li ġew ikkunsidrati mill-ġdid skont l-Artikolu 13.

5.

Għadd ta’ stallazzjonijiet tal-IPPC li għalihom ġie aġġornat il-permess tal-IPPC matul il-perjodu ta’ rappurtar skont l-Artikolu 13: għadd totali ta’ stallazzjonijiet koperti b’permess wieħed jew iktar li ġew aġġornati skont l-Artikolu 13.