ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.310.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġislattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
DIRETTIVI |
|
|
* |
Direttiva tal-Kummissjoni 2010/81/UE tal-25 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-estensjoni tal-użu tas-sustanza attiva 2-fenilfenol ( 1 ) |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
2010/714/UE |
|
|
* |
||
|
|
2010/715/UE |
|
|
* |
||
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
REGOLAMENTI
26.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1084/2010
tal-25 ta’ Novembru 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 612/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli, fir-rigward tal-ekwivalenza skont l-Ipproċessar Attiv
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 167 u 170, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (2) ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għandhom jingħataw meta l-ingredjent jew l-ingredjenti li fir-rigward tagħhom tintalab ir-rifużjoni jkunu oriġinarjament ta’ oriġini Komunitarja (fil-preżent l-Unjoni) u/jew fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa kif ipprovdut fil-paragrafu 1 tiegħu u li ma jkunux aktar f’ċirkulazzjoni ħielsa unikament minħabba l-inkorporazzjoni tagħhom fi prodotti oħra. Dik id-dispożizzjoni tapplika meta prodotti li joriġinaw fil-Komunità u/jew f’ċirkulazzjoni ħielsa huma pproċessati skont l-Ipproċessar Attiv kif stipulat fl-Artikoli 114 sa 129 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarja (3). |
(2) |
Skont l-Artikoli 84(1)(b) u 89 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 l-Ipproċessar Attiv huwa proċedura doganali b’impatt ekonomiku u proċedura sospensiva li għandha tiġi rilaxxata meta trattament jew użu ġdid approvat mid-dwana jiġi assenjat lill-oġġetti jew prodotti kumpensatorji mqiegħda taħt dak arranġament. |
(3) |
L-Artikolu 115(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 jipprovdi li l-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu l-prodotti kumpensatorji sabiex jiġu miksuba minn oġġetti ekwivalenti u li l-prodotti kumpensatorji miksuba minn oġġetti ekwivalenti jiġu esportati mill-Komunità qabel l-importazzjoni tal-oġġetti importati. L-Artikolu 114(2)(e) ta’ dak ir-Regolament jiddefinixxi oġġetti ekwivalenti bħala oġġetti Komunitarji li huma użati minflok l-oġġetti importati għall-manifattura ta’ prodotti kumpensatorji. Skont l-Artikolu 545(2) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (4) l-oġġetti ekwivalenti u l-prodotti kumpensatorji magħmulin minnhom isiru oġġetti mhux Komunitarji u l-oġġetti Komunitarji li huma oġġetti tal-importazzjoni fil-mument li tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni li tirrilaxxa l-arranġamenti, jew fejn l-oġġetti tal-importazzjoni jitqiegħdu fis-suq qabel ma jiġu rilaxxati l-arranġamenti, dawn jibdlu l-istatus tagħhom fil-mument li jitqiegħdu fis-suq. Fil-każ ta’ esportazzjoni preċedenti, il-prodotti kumpensatorji jsiru oġġetti mhux Komunitarji hekk kif tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni bil-kundizzjoni li l-oġġetti li għandhom jiġu importati jiddaħħlu għall-arranġamenti; oġġetti ta’ importazzjoni jsiru oġġetti tal-Komunitá fiż-żmien tad-dħul tagħhom għall-arranġamenti. |
(4) |
Bħalma hemm fir-regoli tal-użu tal-oġġetti ekwivalenti l-istatus doganali tal-oġġetti tal-importazzjoni jinbidel fi status Komunitarju, u l-arranġament tal-Ipproċessar Attiv huwa jew għandu jiġi rilaxxat b’dak, u l-oġġetti tal-importazzjoni mhumiex suġġetti għal dazji tal-importazzjoni. Konsegwentament, il-livell tal-prezz fl-Unjoni tal-oġġetti ekwivalenti tal-esportazzjoni ta’ oriġini Komunitarja, f’dik is-sitwazzjoni ikun qed jiġi kumpensat bil-livell tal-prezz tas-suq dinji tal-oġġetti tal-importazzjoni, u għalhekk ma hemmx ġustifikazzjoni għall-oġġetti ekwivalenti tal-esportazzjoni biex ikunu koperti għad-differenza bejn il-prezz tas-suq dinji u l-prezz tal-Unjoni minn rifużjoni tal-esportazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 162 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(5) |
Għal finijiet ta’ ċareżża u ċ-ċertezza legali jixraq li tiġi eskluża l-għotja ta’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni espliċitament fir-Regolament (KE) Nru 612/2009 meta prodotti jiġu esportati skont regoli dwar l-użu tal-oġġetti ekwivalenti. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 612/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Mhux se jingħataw rifużjonijiet għal prodotti li huma użati bħala oġġetti ekwivalenti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 114(2)(e) tar-Regolament (KE) Nru 2913/92.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1.
(3) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(4) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
26.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1085/2010
tal-25 ta’ Novembru 2010
li jistabbilixxi kwoti tariffarji annwali u mod għall-ġestjoni tagħhom għall-importazzjoni tal-patata ħelwa, tal-manjoka, tal-lamtu tal-manjoka u ta' prodotti oħra rilevanti għal kodiċijiet NM 0714 90 11 u NM 0714 90 19 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1000/2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144(1) u l-Artikolu 148 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Bħala riżultat tal-ftehimiet li ntlaħqu waqt in-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), il-Kummissjoni stabbilixxiet lista ta' “CXL-Communautés européennes” (minn issa 'l quddiem “il-lista CXL”) li tiġbor fiha l-konċessjonjiet li ngħataw. Din il-lista tobbliga lill-Unjoni biex tiftaħ ċerti kwoti tariffarji annwali għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0714 10 91, 0714 10 98, 0714 90 11 u 0714 90 19 li joriġinaw fl-Indoneżja, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (iċ-Ċina) f’partijiet kontraenti oħra għall-WTO minbarra t-Tajlandja, u f’ċerti pajjiżi terzi mhux membri tal-WTO. Taħt dawk il-kwoti d-dazju tad-dwana huwa limitat għal 6 % ad valorem. Dawn il-kwoti għandhom jinfetħu fuq bażi multiannwali u għandhom ikunu ġestiti mill-Kummissjoni. |
(2) |
Il-lista CXL tobbliga wkoll lill-Unjoni biex tiftaħ żewġ kwoti tariffarji ta' bla dazju għal patata ħelwa li taqa’ taħt il-kodiċi NM 0714 20 90 favur iċ-Ċina u pajjiżi terzi oħra rispettivament, kif ukoll żewġ kwoti tariffarji għal lamtu tal-manjoka li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1108 14 00 favur pajjiżi terzi oħra. |
(3) |
Il-Ftehim permezz ta' skambju ta' ittri dwar il-konsultazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skont l-Artikolu XXIII tal-GATT (2) (minn issa 'l quddiem msejjaħ “il-ftehim mat-Tajlandja”), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/317/KE tat-13 ta' Mejju 1996, dwar il-konklużjoni tar-riżultati tal-konsultazzjonijiet mat-Tajlandja skont l-Artikolu XXIII tal-GATT (3) [traduzzjoni mhux uffiċjali], li jistipula l-ftuħ ta' kwota tariffarja annwali awtonoma addizzjonali tal-lamtu tal-manjoka ta' 10 500 tunnellata, li 10 000 minnhom huma allokati għat-Tajlandja. Id-dazju applikabbli huwa ugwali għal dak tan-nazzjon l-iktar vantaġġat (dazju NPF – droit de la Nation la Plus Favorisée) fis-seħħ imnaqqas b'EUR 100 kull tunnellata. |
(4) |
Attwalment, ir-regoli dwar l-implimentazzjoni għall-ġestjoni ta' dawn il-kwoti tariffarji kollha flimkien, minn issa 'l quddiem imsejjħa “il-kwoti” huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2402/96 tas-17 ta’ Diċembru 1996 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffa annwali għal patata ħelwa u karboidrat manjoku [il-lamtu tal-manjoka] (4), kif ukoll bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2008 tal-15 ta’ Jannar 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji annwali għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0714 10 91, ex 0714 10 98, 0714 90 11 u 0714 90 19 li joriġinaw f’ċerti pajjiżi terzi minbarra t-Tajlandja (5). |
(5) |
L-użu tal-prinċipju “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel” irriżulta pożittiv f'setturi agrikoli oħra, u għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni amministrattiva, jeħtieġ li dawn il-kwoti jiġu ġestiti skont il-metodu indikat fl-Artikolu 144(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Dan għandu jsir skont l-Artikoli 308(a), 308(b) u 308(c)(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (6). |
(6) |
Minħabba l-partikolaritajiet marbutin mat-trasferiment minn sistema ta' amministrazzjoni għall-oħra, l-Artikolu 308(c)(2) u (3) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 m’għandux japplika għall-perjodu ta' kwota li jibda mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011. |
(7) |
Fil-każ tal-patata ħelwa, huwa importanti li ssir distinzjoni bejn patata ħelwa maħsuba għall-konsum uman u prodotti oħra; għalhekk huwa xieraq li jiġi definit il-mod ta' kif tiġi ppreżentata u ppakkjata l-patata ħelwa maħsuba għall-użu imsemmi hawn fuq u li taqa’ taħt il-kodiċi NM 0714 20 10 u prodotti li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-preżentazzjoni u tal-ippakkjar kif definiti jitqiesu li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0714 20 90. |
(8) |
Huwa meħtieġ li tinżamm sistema ta’ ġestjoni li tiżgura li prodotti li joriġinaw mill-Indoneżja, miċ-Ċina u mit-Tajlandja biss jistgħu jiġu importati skont il-kwoti allokati lil dawn il-pajjiżi. Għandu jkun ikkjarifikat liema tip ta' prova li tiċċertifika l-oriġini tal-prodotti għandha tiġi pprovduta biex wieħed jibbenefika mill-kwoti tariffarji taħt is-sistema ta' “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel”. |
(9) |
Għaldaqstant, ir-Regolamenti (KE) Nru 2402/96 u (KE) Nru 27/2008, għandhom jitħassru u jinbidlu b'Regolament ġdid. Madankollu huwa xieraq li r-Regolamenti imsemmija jinżammu applikabbli għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa għall-perjodi tal-kwota tal-importazzjoni ta’ qabel dawk koperti b’dan ir-Regolament. |
(10) |
Id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 1, 2 u 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1000/2010 tat-3 ta' Novembru 2010 li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2402/96, (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1918/2006, (KE) Nru 1964/2006, (KE) Nru 27/2008, (KE) Nru 1067/2008 u (KE) Nru 828/2009 f'dak li għandu x'jaqsam mad-dati għat-tressiq tal-applikazzjonjiet u l-forniment tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-2011 fil-qafas tal-kwoti tariffarji relatati mal-patata ħelwa, il-lamtu tal-manjoka, il-manjoka, iċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor u ż-żejt taż-żebbuġa, li jidderogaw mir-Regolamenti (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 1518/2003, (KE) Nru 596/2004, (KE) Nru 633/2004 u (KE) Nru 951/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mad-dati tal-forniment tal-liċenzji tal-esportazzjoni għall-2011 fis-setturi tal-laħam taċ-ċanga, tal-majjal, tal-bajd, tal-laħam tat-tjur, u taz-zokkor u tal-isoglukożju għajr għall-kwoti (7) li ma għadhomx japplikaw minħabba t-trasferiment tal-ġestjoni ta' dawn il-kwoti għas-sistema ta' “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel” stipulata fl-Artikolu 144(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Jeħtieġ għalhekk li jitħassru. |
(11) |
Il-miżuri stipulati b'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-kumitat ta' ġestjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jiftaħ il-kwoti tarriffarji tal-importazzjoni stipulati fl-Anness. Dawn il-kwoti għandhom jiġu ġestiti abbażi ta' sena kalendarja, li tibda mill-1 ta' Jannar 2011.
Artikolu 2
Il-kwoti indikati fl-Anness għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. L-Artikolu 308(c)(2) u (3), tar-Regolament imsemmi ma għandux japplika għall-perjodu ta' kwota li jibda mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011.
Artikolu 3
Il-benefiċċju tal-kwoti tariffarji bin-numru tas-serje 09.0125, 09.0126 jew 09.0124 u 09.0127 indikati fl-Anness għal prodotti li joriġinaw mit-Tajlandja, mill-Indoneżja jew mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, rispettivament, għandu jkun bil-kundizzjoni tal-preżentazzjoni ta' ċertifikat tal-oriġini maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikoli 55 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 4
1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, hija meqjusa bħala prodott maħsub għall-konsum uman fi ħdan il-kodiċi NM 0714 20 10 il-patata ħelwa, friska, u sħiħa imqiegħda f'imballaġġi immedjati, filwaqt li jsiru l-formalitajiet tad-dwana għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.
2. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw biss għal patata ħelwa li mhix maħsuba għall-konsum uman skont it-tifsira stipulata fil-paragrafu 1.
3. “Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-prodotti bil-kodiċi NM ex 0714 10 98’ huma dawk il-prodotti miksuba minn dqiq jew smida li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0714 10 98.”
Artikolu 5
Ir-Regolmenti (KE) Nru 2402/96 u (KE) Nru 27/2008 huma mħassra. Madankollu, ikomplu japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2011 u sal-iskadenza tagħhom.
Artikolu 6
Fir-Regolament (KE) Nru 1000/2010, l-Artikoli 1, 2 u 3 huma mħassra.
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi-President
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 122, 22.5.1996, p. 16.
(3) ĠU L 122, 22.5.1996, p. 15.
(4) ĠU L 327, 18.12.1996, p. 14.
(6) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(7) ĠU L 290, 6.11.2010, p. 26.
ANNESS
Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata li tkun indikattiva biss. L-ambitu tal-applikazzjoni tal-kwoti, fil-qafas ta’ dan l-Anness, huwa determinat mill-iskop tal-kodiċijiet NM kif jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.
Numru tas-serje |
Kodiċijiet NM/Prodott |
Oriġini |
Dazju doganali |
Kwota tariffarja annwali (f'tunnellati, piż nett) |
09.0124 |
0714 20 90 Patata ħelwa maħsuba għal skopijiet li mhumiex il-konsum mill-bniedem |
Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
Bla dazju |
600 000 |
09.0125 |
1108 14 00 Lamtu tal-manjoka |
It-Tajlandja |
Id-dazju applikabbli huwa ugwali għak dak tan-nazzjon l-iktar vantaġġat (dazju MFN) fis-seħħ imnaqqas b'EUR 100 kull tunnellata. |
10 000 |
09.0126 |
0714 10 91 , ex 0714 10 98 , 0714 90 11 0714 90 19 Manjoka u għeruq tal-ararut, u tas-salep u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli ta’ lamtu |
L-Indoneżja |
6 % ad valorem |
825 000 |
09.0127 |
0714 10 91 , ex 0714 10 98 , 0714 90 11 0714 90 19 Manjoka u għeruq tal-ararut, u tas-salep u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli ta’ lamtu |
Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
6 % ad valorem |
350 000 |
09.0128 |
0714 10 91 , ex 0714 10 98 , 0714 90 11 0714 90 19 Manjoka u għeruq tal-ararut, u tas-salep u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli ta’ lamtu |
Pajjiżi terzi membri tal-WTO bl-eċċezzjoni tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, it-Tajlandja u l-Indoneżja |
6 % ad valorem |
145 590 |
09.0130 |
0714 10 91 , 0714 90 11 Manjoka u għeruq tal-ararut, u tas-salep u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli ta’ lamtu |
pajjiżi terzi li mhumiex membri tal-WTO |
6 % ad valorem |
2 000 |
09.0129 |
0714 10 91 , ex 0714 10 98 , 0714 90 11 0714 90 19 Manjoka u għeruq tal-ararut, u tas-salep u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli ta’ lamtu |
pajjiżi terzi li mhumiex membri tal-WTO |
6 % ad valorem |
30 000 |
09.0131 |
0714 20 90 Patata ħelwa maħsuba għal skopijiet li mhumiex il-konsum uman |
Pajjiżi terżi minbarra r-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
Bla dazju |
5 000 |
09.0132 |
1108 14 00 Lamtu tal-manjoka |
Il-pajjiżi terzi kollha |
Id-dazju applikabbli huwa ugwali għak dak tan-nazzjon l-iktar vantaġġat (dazju MFN) fis-seħħ imnaqqas b'EUR 100 kull tunnellata. |
10 500 |
26.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1086/2010
tal-25 ta’ Novembru 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Novembru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
50,2 |
EC |
92,0 |
|
MA |
76,9 |
|
MK |
48,2 |
|
ZZ |
66,8 |
|
0707 00 05 |
AL |
54,8 |
EG |
150,8 |
|
TR |
64,9 |
|
ZZ |
90,2 |
|
0709 90 70 |
MA |
70,3 |
TR |
115,5 |
|
ZZ |
92,9 |
|
0805 20 10 |
MA |
71,9 |
ZZ |
71,9 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
HR |
60,7 |
IL |
72,5 |
|
MA |
61,9 |
|
TR |
61,4 |
|
UY |
58,6 |
|
ZZ |
63,0 |
|
0805 50 10 |
AR |
65,2 |
MA |
68,0 |
|
TR |
62,7 |
|
UY |
57,1 |
|
ZA |
51,7 |
|
ZZ |
60,9 |
|
0808 10 80 |
AR |
74,9 |
AU |
167,9 |
|
BR |
50,3 |
|
CA |
113,1 |
|
CL |
84,2 |
|
CN |
67,1 |
|
MK |
24,7 |
|
NZ |
139,2 |
|
US |
92,1 |
|
ZA |
114,5 |
|
ZZ |
92,8 |
|
0808 20 50 |
CL |
78,3 |
CN |
85,8 |
|
ZZ |
82,1 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
26.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1087/2010
tal-25 ta’ Novembru 2010
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 1083/2010 (4). |
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Novembru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(3) ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.
(4) ĠU L 309, 25.11.2010, p. 3.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-26 ta’ Novembru 2010
(EUR) |
||
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
1701 11 10 (1) |
58,48 |
0,00 |
1701 11 90 (1) |
58,48 |
0,00 |
1701 12 10 (1) |
58,48 |
0,00 |
1701 12 90 (1) |
58,48 |
0,00 |
1701 91 00 (2) |
53,26 |
1,49 |
1701 99 10 (2) |
53,26 |
0,00 |
1701 99 90 (2) |
53,26 |
0,00 |
1702 90 95 (3) |
0,53 |
0,20 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
DIRETTIVI
26.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/11 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/81/UE
tal-25 ta’ Novembru 2010
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-estensjoni tal-użu tas-sustanza attiva 2-fenilfenol
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Is-sustanza 2-fenilfenol kienet inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/160/UE (2), bid-dispożizzjoni speċifika li l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw biss użu fuq ġewwa, bħala fungiċida għal wara l-ħsad, fi kmamar għat-tixrib magħluqin. |
(2) |
Fit-18 ta’ Ġunju 2010, in-notifikatur ressaq informazzjoni dwar tekniki oħra ta’ applikazzjoni bħalma huwa t-trattament bix-xema’, it-trattament tal-immersjoni u dak tal-protezzjoni tal-foam, u dan sabiex titneħħa r-restrizzjoni għal kmamar għat-tixrib magħluqin. |
(3) |
Spanja, li kienet inħatret l-Istat Membru relatur bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 (3), evalwat l-informazzjoni addizzjonali u fit-30 ta’ Lulju 2010 ressqet lill-Kummissjoni addendum għall-abbozz ta’ rapport ta’ stima dwar it-2-fenilfenol, li kien iċċirkolat għal reazzjoni lill-Istati Membri l-oħra u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA). Fil-kummenti li waslu ma tqajmux oġġezzjonijiet kbar u l-Istati Membri l-oħra u l-EFSA ma semmew ebda punt li jista’ jeskludi l-estensjoni tal-użu. L-abbozz tar-rapport ta’ stima, flimkien ma’ dak l-addendum, ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fit-28 ta’ Ottubru 2010 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għat-2-fenilfenol. |
(4) |
L-informazzjoni l-ġdida dwar it-tekniki ta’ applikazzjoni mressqa min-notifikatur u l-istima ġdida magħmula mill-Istat Membru relatur jindikaw li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-2-fenilfenol jistgħu jkunu mistennija, b’mod ġenerali, li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment għall-użi fuq ġewwa bħala fungiċida għal wara l-ħsad li kienu ġew eżaminati u analizzati fid-dettall fir-rapport tar-reviżjoni tal-Kummissjoni. Konsegwentement, ma għadx baqa’ l-bżonn li l-użu tat-2-fenilfenol jiġi ristrett għall-kmamar għat-tixrib magħluqin, kif inhu stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE kif emendata mid-Direttiva 2009/160/UE. |
(5) |
Bla ħsara għal din il-konklużjoni, huwa opportun li jinkiseb iktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tiġi suġġetta għal xi kundizzjonijiet. Għaldaqstant, huwa f’loku li n-notifikatur jintalab iressaq informazzjoni addizzjonali biex jikkonferma l-livelli ta’ residwu li jokkorru riżultat ta’ tekniki ta’ applikazzjoni oħra għajr dawk fil-kmamar għat-tixrib. |
(6) |
Barra minn dan, huwa f’loku wkoll li l-Istati Membri jintalbu jagħtu attenzjoni partikolari lis-sikurezza tal-operaturi u l-ħaddiema u li jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-applikazzjoni ta’ tagħmir protettiv personali adegwat. |
(7) |
Għaldaqstant, huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ma’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2011.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(2) ĠU L 338, 19.12.2009, p. 83.
(3) ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.
ANNESS
Fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, ir-ringiela 305 hi sostitwita b’dan li ġej:
Nru |
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem skont l-IUPAC |
Purità (*) |
Id-dħul fis-seħħ |
Skadenza tal-inklużjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||
“305 |
2-Fenilfenol (inkluż il-melħ tiegħu, bħall-melħ sodju) Nru tal-CAS 90-43-7 Nru tas-CIPAC 246 |
bifenil-2-ol |
≥ 998 g/kg |
fl-1 ta’ Jannar 2010. |
fil-31 ta’ Diċembru 2019. |
PARTI A Jista’ jkun awtorizzat biss l-użu bħala funġiċida ta’ wara l-ħsad għal użu fuq ġewwa. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar it-2-fenilfenol, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali fis-27 ta’ Novembru 2009, u emendat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali tat-28 ta’ Ottubru 2010. F’din l-istima ġenerali l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li n-notifikatur jippreżenta lill-Kummissjoni:
Huma għandhom jiżguraw li n-notifikatur jipprovdi din l-informazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2011. Għaldaqstant, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li n-notifikatur iressaq informazzjoni addizzjonali biex jikkonferma l-livelli ta’ residwu li jokkorru riżultat ta’ tekniki ta’ applikazzjoni oħra għajr dwak fil-kmamar imxarrba. Huma għandhom jiżguraw li n-notifikatur jipprovdi din l-informazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2012.” |
(*) Iżjed dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma provduti fir-rapport tar-reviżjoni.
DEĊIŻJONIJIET
26.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta' Novembru 2010
li temenda d-Deċiżjoni 2004/4/KE li tawtorizza Stati Membri li temporanjament jieħdu miżuri ta' emerġenza kontra t-tixrid ta' Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith fir-rigward tal-Eġittu
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8185)
(2010/714/UE)
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(3) tagħha,:
Billi:
(1) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/4/KE (2), it-tuberi tas-Solanum tuberosum L., li joriġinaw fl-Eġittu, bħala prinċipju ma għandhomx jiddaħħlu fl-Unjoni. B’mod konformi ma' possibbiltà ta' deroga minn dik id-Deċiżjoni, id-dħul ta' tali tuberi fl-Unjoni ġie permess minn “żoni ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda” u kien soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi fis-snin preċedenti, inkluż l-istaġun tal-importazzjoni 2009/2010. |
(2) |
Matul l-istaġun tal-importazzjoni 2009/2010 ġiet irreġistrata interċettazzjoni waħda biss ta' Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith fl-Unjoni. |
(3) |
Kif mitlub mill-Eġittu u fid-dawl tal-informazzjoni mibgħuta minnu, il-Kummissjoni stabbilixxiet li r-riskju li jinxtered il-Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith mad-dħul fl-Unjoni ta' tuberi tas-Solanum tuberosum L. minn “żoni fl-Eġittu ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda” ġie mitigat biżżejjed, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet speċifiċi indikati fid-Deċiżjoni 2004/4/KE. |
(4) |
Għalhekk, id-dħul fl-Unjoni ta' tuberi tas-Solanum tuberosum L., li joriġinaw minn “żoni fl-Eġittu ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda”, għandu jiġi permess għall-istaġun tal-importazzjoni 2010/2011. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2004/4/KE stabbilixxiet li kellha tiġi riveduta sat-30 ta' Settembru 2010. Fid-dawl tas-sejbiet imsemmija hawn fuq, id-data ta' skadenza għar-reviżjoni għandha tiġi estiża. |
(6) |
Id-Deċiżjoni 2004/4/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2004/4/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 2 (1), “2009/2010” għandu jiġi sostiwit bi “2010/2011”. |
2. |
Fl-Artikolu 4, “31 ta' Awwissu 2010” għandu jiġi sostiwit bi “31 ta' Awwissu 2011”. |
3. |
Fl-Artikolu 7, “30 ta' Settembru 2010” għandu jiġi sostiwit bi “30 ta' Settembru 2011”. |
4. |
L-Anness għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
26.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Novembru 2010
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-Fosfat Ferruż tal-Ammonju bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8191)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(2010/715/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-21 ta’ Ottubru 2008, il-kumpanija Cantox Health Sciences International ressqet talba f’isem Nestec Ltd. lill-awtoritajiet kompetenti fl-Irlanda biex tkun tista’ tpoġġi l-Fosfat Ferruż tal-Ammonju fis-suq bħala ingredjent ġdid tal-ikel. |
(2) |
Fl-20 ta’ Novembru 2008, il-korp kompetenti Irlandiż għall-analiżi tal-ikel ħareġ ir-rapport tal-istima preliminarju tiegħu. F’dan ir-rapport wasal għall-konklużjoni li kienet meħtieġa analiżi oħra. |
(3) |
Il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri kollha dwar din it-talba fit-23 ta’ Diċembru 2008. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel (EFSA) intalbet twettaq l-analiżi fit-28 ta’ April 2009. |
(4) |
Fl-14 ta’ April 2010, wara talba mingħand il-Kummissjoni, l-EFSA adottat opinjoni (2) dwar is-sikurezza tal-Fosfat Ferruż tal-Ammonju bħala sors ta’ ħadid li jiżdied mal-ikel għall-pubbliku ġenerali għal għanijiet nutrittivi (inkluż fis-supplimenti tal-ikel) u jiżdied mal-ikel ta’ użu nutrittiv speċjalizzat. F’din l-opinjoni, l-EFSA kkonkludiet li fil-livelli proposti għall-użu tiegħu, il-Fosfat Ferruż tal-Ammonju ma għandux iqajjem tħassib għas-sikurezza sakemm ma jinqabżux il-limiti massimi tas-sigurtà fil-konsum tal-ħadid. |
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2009 tat-13 ta’ Ottubru 2009 dwar sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda għal għanijiet nutrittivi speċifiċi (3) fl-oġġetti tal-ikel għal użi nutrittivi partikolari, id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (4) u/jew ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (5) jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċifiċi għall-użu ta’ vitamini, minerali u sustanzi oħra fl-ikel. L-użu tal-Fosfat Ferruż tal-Ammonju għandu jkun awtorizzat mingħajr ħsara għall-kundizzjonijiet ta’ din il-leġiżlazzjoni. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Fosfat Ferruż tal-Ammonju bħala sors ta’ ħadid kif speċifikat fl-Anness jista’ jitpoġġa fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent ġdid tal-ikel biex jintuża fl-ikel mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament (KE) Nru 953/2009, tad-Direttiva 2002/46/KE u/jew tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006.
Artikolu 2
L-indikazzjoni tal-ingredjent il-ġdid tal-ikel awtorizzat b’din id-Deċiżjoni li se tintwera fuq l-imballaġġ tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan l-ingredjent se tkun “Fosfat Ferruż tal-Ammonju”.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Nestec Ltd. Avenue Nestlé 55, CH-1800 Vevey, l-Isvizzera.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(2) Il-Ġurnal tal-EFSA 2010, 8(5): 1584.
(3) ĠU L 269, 14.10.2009, p. 9.
(4) ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.
(5) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.
ANNESS
L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-FOSFAT FERRUŻ TAL-AMMONJU
Deskrizzjoni: Il-Fosfat Ferruż tal-Ammonju huwa forma ta’ terra rqiqa griża tagħti fl-aħdar li ma tinħallx fl-ilma iżda tinħall fl-aċidi minerali miżjudin bl-ilma.
Nru CAS: 10101-60-7
Formula Kimika: FeNH4PO4
Formula Strutturali:
L-ispeċifikazzjonijiet Kimiċi tal-Fosfat Ferruż tal-Ammonju:
pH ta’ 5 % suspensjoni fl-ilma |
6,8 sa 7,8 |
Ħadid (total) Ħadid (II) Ħadid (III) |
mhux inqas minn 28 % 22 % sa 30 % (w/w) mhux iżjed minn 7 % (w/w) |
Ammonja |
5 % sa 9 % (w/w) |
Ilma |
mhux iżjed minn 3 % |
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
26.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/18 |
Huma biss it-testi UN/ECE oriġinali li għandhom effett ġuridiku skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus UN/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fis-sit:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 64 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tat-tagħmir tagħhom li jista’ jinkludi: stepni għall-użu temporanju, tajers run-flat u/jew sistema run-flat u/jew sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers
Li jinkorpora t-test validu kollu sa:
|
serje ta’ emendi 02 – Data tad-dħul fis-seħħ: 19 ta’ Awwissu 2010 |
|
Rettifika 1 għas-sensiela ta’ emendi 02 – Data tad-dħul fis-seħħ: 19 ta’ Awwissu 2010 |
WERREJ
REGOLAMENT
1. |
Ambitu |
2. |
Definizzjonijiet |
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
4. |
Approvazzjoni |
5. |
Speċifikazzjonijiet u testijiet |
6. |
Tagħrif supplementari |
7. |
Modifiki u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura |
8. |
Konformità tal-produzzjoni |
9. |
Penali għan-nuqqas tal-konformità tal-produzzjoni |
10. |
Produzzjoni definittivament imwaqqfa |
11. |
Ismijiet u indirizzi tad-dipartimenti tekniċi responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni, u tad-dipartimenti amministrattivi |
12. |
Dispożizzjonijiet tranżitorji |
ANNESSI
Anness 1 – |
Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni (jew iċ-ċaħda jew l-estensjoni jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni definittivament imwaqqfa) ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tat-tagħmir tagħha, b’konformità mar-Regolament Nru 64 |
Anness 2 – |
Arranġamenti tal-marki ta’ approvazzjoni |
Anness 3 – |
Test tal-ibbrejkjar u tad-devjazzjoni għal vetturi mgħammra b’apparat ta’ riżerva għal użu temporanju |
Anness 4 – |
Rekwiżiti għat-test għal Sistema ta’ Twissija ta’ Run-Flat (RFWS) |
Anness 5 – |
Testijiet għal Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers TPMS |
1. AMBITU
Dan ir-Regolament japplika għall-approvazzjoni tal-vetturi tal-kategorija M1 u N1 (1) meta jkun mgħammar bi
(a) |
unità ta’ stepni għal użu temporanju, u/jew |
(b) |
tajers run-flat u/jew sistema run-flat, u/jew |
(c) |
sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers (2) |
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, unitajiet ta’ stepnis sostituti fil-forma ta’ tajers run-flat jew sistema run-flat f’kundizzjoni ta’ tajer imniżżel kompletament, għandhom jitqiesu qishom unitajiet ta’ stepnis għall-użu temporanju kif definit fil-paragrafu 2.10 tar-Regolament.
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
2.1. |
“Approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-protezzjoni tagħha kontra użu mhux awtorizzat; |
2.2. |
“Tip ta’ vettura” tfisser kategorija ta’ vetturi li mhumiex differenti fir-rigward ta’ aspetti essenzjali bħalma huma:
|
2.3. |
“Rota” tfisser rota kompluta magħmula minn rim u diska tar-rota;
|
2.4. |
“Tajer” tfisser tajer pnewmatiku, li huwa kopertura flessibbli rinforzata li tkun mgħammra bi, jew flimkien mar-rota li tkun mqabbda magħha, tifforma kamra magħluqa li jkun fiha gass (normalment arja) jew gass u likwidu, kontinwu u essenzjalment torojdali, li normalment ikun maħsub li jintuża fi pressjoni iktar qawwija mill-pressjoni atmosferika. Dan jista’ jkun:
|
2.5. |
“Modalità ta’ sewqan b’panċer” tiddeskrivi stat ta’ tajer, li essenzjalment iżomm l-integrità strutturali tiegħu, filwaqt li jopera bi pressjoni ta’ inflazzjoni bejn 0 u 70 kPa. |
2.6. |
“Funzjoni bażika ta’ tajer” tfisser il-kapaċità normali ta’ tajer minfuħ biex jiflaħ tagħbija partikolari sa veloċità partikolari u jittrażmetti s-sewqan, l-istering u l-forzi tal-ibbrejkjar sal-art li tkun miexja fuqha. |
2.7. |
“Denominazzjoni tad-daqs tat-tajer” tfisser kumbinazzjoni ta’ ċifri li jidentifikaw unikament id-daqs ġeometriku tat-tajer, li jinkludi il-wisgħa tas-sezzjoni nominali, il-proporzjon tal-aspett nominali u d-dijametru nominali. Definizzjonijiet preċiżi ta’ dawn il-fatturi jistgħu jinstabu fir-Regolament Nru 30. |
2.8. |
“Struttura ta’ tajer” tfisser il-karatteristiċi tekniċi ta’ karkassa tat-tajer. Din l-istruttura tista’ tkun djagonali jew imsallba, djagonali ċinturata, radjali jew run flat, kif speċifikat ulterjorment fir-Regolament Nru 30. |
2.9. |
“Unità ta’ stepni standard” tfisser assemblaġġ ta’ rota u tajer identiċi f’termini ta’ denominazzjoni jiet ta’ daqs tar-rota u t-tajer, offset tar-rota u struttura tat-tajer għal dak mgħammar fl-istess pożizzjoni tal-assi u l-mudell jew il-verżjoni partikulari tal-vettura għal tħaddim normali. Dan jinkludi l-każ ta’ rota li tkun prodotta minn materjal differenti, pereżempju, liega tal-azzar flok tal-aluminju, li tista’ tuża disinji differenti ta’ skorfini u firrolli li jorbtu r-rota imma li minbarra dan huma identiċi għar-rota maħsuba għal tħaddim normali. |
2.10. |
“Unità ta’ stepni għal użu temporanju” tfisser assemblaġġ ta’ kwalunkwe rota u tajer li ma tidħolx fl-ambitu tat-tifsira ta’ “Unità ta’ stepni standard” fil-paragrafu 2.9. Unitajiet ta’ stepni għal użu temporanju jistgħu jkunu tat-tipi li ġejjin:
|
2.11. |
“Massa massima” tfisser il-valur massimu tal-vettura ddikjarat mill-manifattur li hija teknikament permissibbli (din il-massa tista’ tkun ogħla mill-“massa massima permissibbli” stipulata mill-amministrazzjoni nazzjonali); |
2.12. |
“Tagħbija massima tal-fus” tfisser il-valur massimu, kif indikat mill-manifattur, tal-forza vertikali totali bejn l-uċuħ ta’ kuntatt tat-tajers jew tracks ta’ fus wieħed u l-art u li jirriżulta mill-parti tal-massa tal-vettura appoġġjata minn dak il-fus; din it-tagħbija tista’ tkun ogħla mit-“tagħbija awtorizzata tal-fus” stipulata mill-amministrazzjoni nazzjonali. Is-somma tat-tagħbijiet tal-fus tista’ tkun ogħla mill-valur li jikkorrispondi għall-massa totali tal-vettura; |
2.13. |
“Sistema ta’ Twissija ta’ Run-Flat” - tiddeskrivi sistema li twassal l-informazzjoni lis-sewwieq li tajer qiegħed jopera fil-modalità ta’ fejn jibqa’ għaddej minkejja panċer. |
2.14. |
“Sistema għal Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS)” tfisser sistema mgħammra f’vettura, li tkun tista’ tikkalkula l-pressjoni tal-inflazzjoni tat-tajers jew il-varjazzjoni ta’ din il-pressjoni tal-inflazzjoni matul il-ħin u li tittrażmetti informazzjoni korrispondenti lill-utent waqt li l-vettura tkun għaddejja. |
2.15. |
“Pressjoni tal-inflazzjoni tat-tajer kiesaħ” tfisser il-pressjoni tat-tajer f’temperatura ambjentali, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe akkumulazzjoni ta’ pressjoni mill-użu tat-tajer. |
2.16. |
“Pressjoni ta’ inflazzjoni kiesħa rakkomandata (Prec)” tfisser il-pressjoni rakkomandata għal kull pożizzjoni tat-tajer mill-manifattur tal-vettura, għall-kundizzjonijiet ta’ servizz intenzjonati (eż. veloċità u tagħbija) tal-vettura kkonċernata, kif definit fil-plakard tal-vettura u/jew fil-manwal tal-proprjetarju tal-vettura. |
2.17. |
“Pressjoni operattiva waqt l-użu (Pwarm)” tfisser il-pressjoni tal-inflazzjoni għal kull pożizzjoni tat-tajer elevata mill-pressjoni kiesħa (Prec) b’effetti tat-temperatura matul l-użu tal-vettura. |
2.18. |
“Pressjoni tat-test (Ptest)” tfisser il-pressjoni reali tat-tajer(s) magħżula għal kull pożizzjoni tat-tajer wara li jitniżżel matul il-proċedura tat-test. |
2.19. |
“Tip ta’ Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers” tfisser sistemi li ma jvarjawx b’mod sinifikanti f’aspetti essenzjali bħal:
|
3. APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI
3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tat-tagħmir tiegħu b’:
(a) |
unità ta’ stepni għal użu temporanju (inkluż, fejn applikabbli, sistema ta’ twissija ta’ run-flat), u/jew |
(b) |
sistema tal-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers |
għandha tintbagħat mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu;
3.2. Din għandha tkun akkumpanjata, fi triplikati, minn deskrizzjoni tat-tip tal-vettura fir-rigward tal-affarijiet speċifikati fl-Anness 1 ma’ dan ir-Regolament:
3.3. Vettura rappreżentattiva tat-tip tal-vettura li trid tiġi approvata għandha tkun ippreżentata lill-Awtorità ta’ Approvazzjoni tat-tip jew lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni.
3.4. Id-Dipartiment Amministrattiv għandu jivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti sabiex jiġu żgurati kontrolli effettivi fuq il-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.
4. APPROVAZZJONI
4.1. Jekk il-vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-paragrafu 5 ta’ hawn taħt, l-approvazzjoni ta’ dak it-tip ta’ vettura għandha tingħata.
4.1.1. Approvazzjoni tal-vettura fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati biss ma’ unità ta’ stepni għal użu temporanju għandha tingħata jekk il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 5.1 u 5.2.
4.1.2. Approvazzjoni tal-vettura fir-rigward unikament tad-dispożizzjonijiet relatati biss ma’ sistemi ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers għandha tingħata jekk il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.
4.2. Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (fil-mument 02 li jikkorrispondi mas-serje ta’ emendi 02) għandhom jindikaw is-serje tal-emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-iktar reċenti li saru lir-Regolament fiż-żmien li nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura. Madankollu, varjanti tal-firxa tal-mudell li huma f’kategoriji separati fir-rigward tal-kriterji tal-paragrafu 2.2 jistgħu jkunu koperti mill-istess approvazzjoni tat-tip, sakemm ir-riżultati tat-testijiet deskritti fil-paragrafi 5.2 u 5.3 ma jurux differenzi ewlenin.
4.3. Avviż dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet fil-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li taqbel mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.
4.4. Għandu jkun hemm imwaħħal, f’post fejn jidher u li hu aċċessibbli malajr speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvata skont dan ir-Regolament marka ta’ approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:
4.4.1. ċirku li jdur mal-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li tal-approvazzjoni (3);
4.4.2. in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit minn:
4.4.2.1. |
l-ittra “R” fil-każ ta’ vetturi approvati skont il-paragrafu 4.1.1 biss. |
4.4.2.2. |
l-ittra “P” fil-każ ta’ vetturi approvati skont il-paragrafu 4.1.2 biss. |
4.4.2.3. |
l-ittra “RP” fil-każ ta’ vetturi approvati skont il-paragrafi 4.1.1 u 4.1.2. |
4.4.3. sing u n-numru tal-approvazzjoni dwar id-dritt tal-markamenti preskritti fil-paragrafi 4.4.1 u 4.4.2.
4.5. Jekk il-vettura tkun konformi mat-tip ta’ vettura approvata, skont wieħed jew aktar Regolamenti annessi ma’ dan il-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu msemmi fil-paragrafu 4.4.1 m’għandux għalfejn ikun ripetut; f’dak il-każ, ir-Regolament u n-numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali għar-Regolamenti kollha li ngħatat l-approvazzjoni skonthom fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jitqiegħdu f’kolonni wieqfa fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.
4.6. Il-marka tal-approvazzjoni trid tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.
4.7. Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.
4.8. L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ marki tal-approvazzjoni.
5. SPEĊIFIKAZZJONIJIET U TESTIJIET
5.1. Ġenerali
5.1.1. Tajers inklużi għall-użu bħala parti mill-unità ta’ stepni għal użu temporanju kif definit fil-paragrafu 2.10, għandu jkun approvat b’konformità mar-Regolament Nru 30.
5.1.2. Għall-vetturi li għandhom tal-inqas erba’ roti, il-kapaċità ta’ tagħbija tal-unità ta’ stepni għal użu temporanju għandha tkun tal-inqas daqs nofs l-ogħla fost it-tagħbijiet massimi tal-fus tal-vettura; jekk l-użu tiegħu jkun ristrett għal fus speċifiku msemmi fl-istruzzjonijiet fil-paragrafu 6 hawn taħt, il-kapaċità tat-tagħbija tiegħu għandha tkun tal-inqas daqs nofs it-tagħbija massima ta’ dak il-fus.
5.1.3. Il-veloċità tad-disinn tal-unità ta’ stepni għall-użu temporanju għandha tkun ta’ tal-inqas 120 km/h għat-tipi 1, 2 u 3.
5.1.4. Unità ta’ stepni għal użu temporanju għandha turi l-karatteristiċi li ġejjin:
5.1.4.1. |
B’mod permanenti għandu jintwera simbolu ta’ twissija ta’ veloċità massima ta’ 80 km/h b’konformità mad-dijagramma ta’ hawn taħt fuq il-wiċċ ta’ barra tar-rota f’post prominenti.
Fil-każ ta’ vetturi maħsuba għall-bejgħ f’pajjiżi li jużaw unitajiet ta’ kejl imperjali, għandu jintwera b’mod permanenti simbolu ta’ twissija addizzjonali, identiku għal dak deskritt hawn fuq, ħlief li ċ-ċifra “80” għandha tinbidel b’“50” u l-kliem “km/h” jinbidel b’“mph”, fuq il-wiċċ ta’ barra tar-rota f’post prominenti. Inkella għandu jintwera b’mod permanenti simbolu ta’ twissija uniku konformi mad-dijagramma ta’ hawn taħt fuq il-wiċċ ta’ barra tar-rota f’post prominenti.
L-ittri kapitali għandhom ikunu għoljin tal-inqas 5 mm u n-numri “80” u “50” għandhom ikunu għoljin tal-inqas 20 mm bl-elementi li jiffurmaw kull karattru tan-numru jkunu magħmulin minn linji ta’ ħxuna ta’ tal-inqas 3 mm. It-test f’ittri żgħar għandu jkollu linji ta’ tal-inqas 5 mm. It-test kollu għandu jkun magħluq ġo kaxxa u jkun fi sfond ta’ kulur kontrastanti. Ir-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw għat-tipi 1, 2 u 3 ta’ unitajiet ta’ stepni għal użu temporanju kif definiti fil-paragrafi 2.10.1, 2.10.2 u 2.10.3. |
5.1.4.1.1. |
B’mod permanenti għandu jintwera simbolu ta’ twissija ta’ veloċità massima ta’ 120 km/h b’konformità mad-dijagramma ta’ hawn taħt fuq il-wiċċ ta’ barra tar-rota f’post prominenti.
Fil-każ ta’ vetturi maħsuba għall-bejgħ f’pajjiżi li jużaw unitajiet ta’ kejl imperjali, għandu jintwera b’mod permanenti simbolu ta’ twissija addizzjonali, identiku għal dak deskritt hawn fuq, ħlief li ċ-ċifra “120” għandha tinbidel b’“75” u l-kliem “km/h” jinbidel b’“mph”, fuq il-wiċċ ta’ barra tar-rota f’post prominenti. Inkella għandu jintwera b’mod permanenti simbolu ta’ twissija uniku konformi mad-dijagramma ta’ hawn taħt fuq il-wiċċ ta’ barra tar-rota f’post prominenti.
L-ittri kapitali għandhom ikunu għoljin tal-inqas 5 mm u n-numri “120” u “75” għandhom ikunu għoljin tal-inqas 20 mm bl-elementi li jiffurmaw kull karattru tan-numru jkunu magħmulin minn linji ta’ ħxuna ta’ tal-inqas 3 mm. It-test f’ittri żgħar għandu jkollu linji ta’ tal-inqas 5 mm. It-test kollu għandu jkun magħluq ġo kaxxa u jkun fi sfond ta’ kulur kontrastanti. Ir-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw għat-tip 4 tal-unitajiet ta’ stepni għal użu temporanju kif definit fil-paragrafu 2.10.4 li jkun fornut għall-użu fuq vettura tal-kategorija M1. |
5.1.4.2. |
Meta jitwaħħal mal-vettura għal użu temporanju l-wiċċ ta’ barra tar-rota u/jew tajer għandu juri kulur jew arranġament ta’ kuluri distint li huwa kjarament differenti mill-kulur(i) tal-unitajiet standard. Jekk ikun possibbli li tgħatti l-unità ta’ stepni għal użu temporanju b’kopertura tar-roti, il-kulur jew arranġament ta’ kuluri distint m’għandux jitgħatta minn din il-kopertura tar-roti. |
5.1.5. Ħlief fil-każ ta’ tajers run-flat/li jżommu waħedhom jew sistema run-flat/ ta’ mobilità estiża, huwa permess li tkun fornuta unità ta’ stepni għal użu temporanju mal-vettura.
5.1.6. Fil-każ tal-vetturi mgħammra b’tajers run-flat/li jżommu waħedhom jew sistema run-flat/ta’ mobilità estiża, il-vettura għandha tkun mgħammra wkoll b’Sistema ta’ Twissija ta’ Run-Flat (definita fil-paragrafu 2.13) li kapaċi joperaw f’firxa ta’ veloċità minn 40 km/h sal-veloċità massima ddisinjata għall-vettura u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafi 5.1.6.1 sal-5.1.6.6. Madankollu, jekk il-vettura tkun mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ għall-pressjoni tat-tajers li tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3, ma jkunx hemm bżonn li tkun mgħammra wkoll b’sistema ta’ twissija ta’ run-flat.
5.1.6.1. |
L-indikazzjoni tat-twissija għandha tkun permezz ta’ sinjal ottiku ta’ twissija isfar. |
5.1.6.2. |
Is-sinjal ta’ twissija għandu jkun attivat meta l-iswiċċ tal-ignixin (start) ikun fil-pożizzjoni “on” (run) (kontroll tal-bozza). |
5.1.6.3. |
Għandu jkun hemm twissija indikata lis-sewwieq bit-tħaddim tas-sinjal ta’ twissija msemmi fil-paragrafu 5.1.6.1 mhux aktar tard minn meta jinstab li tajer wieħed qiegħed fil-modalità ta’ sewqan b’panċer. |
5.1.6.4. |
Ħsara elettrika jew anomalija fis-sensuri li taffettwa s-Sistema ta’ Twissija Run-Flat, inkluża ħsara tas-sors elettriku, il-provvista jew it-trażmissjoni tal-output signal, għandha tkun indikata lis-sewwieq b’sinjal ta’ ħsara ottiku isfar tar-run flat. Jekk is-sinjal ta’ twissija deskritt fil-paragrafu 5.1.6.1 jintuża biex jindika kemm tajer baxx kif ukoll malfunzjoni tas-SMPT, għandu japplika dan li ġej: meta l-iswiċċ tal-ignixin (start) ikun fil-pożizzjoni “on” (run) is-sinjal ta’ twissija għandu jteptep biex jindika ħsara fis-sistema. Wara ftit żmien is-sinjal ta’ twissija għandu jibqa’ mixgħul il-ħin kollu sakemm iddum il-ħsara u sakemm l-iswiċċ tal-ignixin (start) ikun fil-pożizzjoni “on” (run). Is-sekwenza tat-teptip u tal-illuminazzjoni għandha tiġi ripetuta kull darba li l-iswiċċ tal-ignixin (start) ikun fil-pożizzjoni “on” (run) sakemm titranġa l-ħsara. |
5.1.6.5. |
Meta s-sistema tkun qiegħda tiġi rrisettjata manwalment b’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vettura, id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 5.1.6.3 u 5.1.6.4 ma japplikawx. |
5.1.6.6. |
It-tħaddim tas-sinjal ta’ twissija speċifikat fil-paragrafi 5.1.6.2 sa 5.1.6.4 għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness 4. |
5.1.7. Jekk il-vettura tkun mgħammra b’unità ta’ stepni għal użu teporanju f’kundizzjoni ta’ tajer imniżżel, għandu jkun ipprovdut strument fuq il-vettura li jippermetti lit-tajer biex tintefaħ għall-pressjoni speċifikata għal użu temporanju f’mhux iktar minn 10 minuti.
5.2. Test tal-ibbrejkjar
5.2.1. Vetturi maħsubin li jkunu mgħammra b’unitajiet ta’ stepni għal użu temporanju jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament.
5.3. Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS)
5.3.1. Rekwiżiti Ġenerali
5.3.1.1. |
Bla ħsara għar-rekwiżiti tal-paragrafu 12, kwalunkwe vettura tal-kategoriji M1 sa massa massima ta’ 3 500 kg u N1 fiż-żewġ każijiet bil-fusijiet kollha mgħammra ma’ tajers singoli u mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers li jikkonformaw mad-definizzjoni tal-paragrafu 2.14 għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ rendiment li jinsabu fil-paragrafi 5.3.1.2 sa 5.3.5.5 hawn taħt u għandha tkun ittestjata b’konformità mal-Anness 5. |
5.3.1.2. |
Kwalunkwe sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers mgħammra fuq vettura għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 10. |
5.3.1.3. |
Is-sistema għandha taħdem minn veloċità ta’ 40 km/h jew inqas, sal-veloċità massima pproġettata tal-vettura. |
5.3.2. Detezzjoni tal-pressjoni tat-tajer għal telfien ta’ pressjoni relatata ma’ inċident (test tal-panċer)
5.3.2.1. |
It-TPMS għandha tkun ittestjata skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 2.6.1 tal-Anness 5. Meta jkunu ttestjati skont din il-proċedura, it-TPMS għandha tillumina s-sinjal ta’ twissija deskritt fil-paragrafu 5.3.5 mhux iktar minn 10 minuti wara li l-pressjoni operattiva waqt l-użu f’waħda mit-tajers tal-vettura tkun tnaqqset b’20 fil-mija jew tkun qiegħda f’pressjoni minima ta’ 150 kPa, skont liema minnhom tkun l-ogħla. |
5.3.3. Detezzjoni għal livell tal-pressjoni tat-tajers sinifikantement iktar baxx mill-pressjoni rakkomandata għal rendiment ottimali inkluż is-sikurezza u l-konsum tal-fjuwil (test ta’ diffużjoni)
5.3.3.1. |
It-TPMS għandha tkun ittestjata skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 2.6.2 tal-Anness 5. Meta jkunu ttestjati skont din il-proċedura, it-TPMS għandha tixgħel is-sinjal ta’ twissija deskritt fil-paragrafu 5.3.5 f’mhux iktar minn 60 minuti ta’ ħin kumulattiv ta’ sewqan wara li l-pressjoni operattiva waqt l-użu f’waħda mit-tajers tal-vettura, sa total massimu ta’ erba’ tajers, tkun tnaqqset b’20 fil-mija. |
5.3.4. Test għas-sejbien ta’ ħsara
5.3.4.1. |
It-TPMS għandha tkun ittestjata skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 3 tal-Anness 5. Meta tkun ittestjata għal din il-proċedura t-TPMS għandha tillumina s-sinjal ta’ twissija deskritt fil-paragrafu 5.3.5 mhux iktar minn 10 minuti wara li sseħħ il-ħsara li taffettwa l-ġenerazzjoni jew it-trażmissjoni tas-sinjali tal-kontroll u r-reazzjoni fis-sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers tal-vettura. Jekk is-sistema titwaqqaf minn influwenza esterna (eż. ħoss tal-frekwenza tar-radju), il-ħin għas-sejba tal-ħsara jista’ jiġi estiż. |
5.3.5. Indikazzjoni ta’ twissija.
5.3.5.1. |
L-indikazzjoni tat-twissija għandha tkun permezz ta’ sinjal ottiku ta’ twissija li jikkonforma mar-Regolament Nru 121. |
5.3.5.2. |
Is-sinjal ta’ twissija għandu jkun attivat meta l-iswiċċ tal-ignixin (start) ikun fil-pożizzjoni “on” (run) (kontroll tal-bozza). [Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal indikaturi murija fi spazju komuni]. |
5.3.5.3. |
Is-sinjal tat-twissija jrid ikun viżibbli anke fid-dawl tal-ġurnata; il-kondizzjoni sodisfaċenti tas-sinjal trid tkun verifikabbli faċilment mis-sewwieq minn fuq is-sedil tiegħu. |
5.3.5.4 |
L-indikazzjoni ta’ ħsara tista’ tkun l-istess sinjal ta’ twissija bħal dak li jindika tajer baxx. Jekk is-sinjal ta’ twissija deskritt fil-paragrafu 5.3.5.1 jintuża biex jindika kemm tajer baxx kif ukoll ħsara tat-TPMS, għandu japplika dan li ġej: meta l-iswiċċ tal-ignixin (start) ikun fil-pożizzjoni “on” (run) is-sinjal ta’ twissija għandu jteptep biex jindika ħsara. Wara ftit żmien is-sinjal ta’ twissija għandu jibqa’ mixgħul il-ħin kollu sakemm iddum il-ħsara u sakemm l-iswiċċ tal-ignixin (start) ikun fil-pożizzjoni “on” (run). Is-sekwenza tat-teptip u tal-illuminazzjoni għandha tiġi ripetuta kull darba li l-iswiċċ tal-ignixin (start) ikun fil-pożizzjoni “on” (run) sakemm jitranġa n-nuqqas. |
5.3.5.5. |
L-indikatur tat-twissija deskritta fil-paragrafu 5.3.5.1 jista’ jintuża bit-teptip sabiex jipprovdi l-informazzjoni dwar l-istatus ta’ rrisettjar tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers b’konformità mal-manwal ta’ sid il-vettura. |
6. TAGĦRIF SUPPLIMENTARI
6.1. Jekk il-vettura tkun mgħammra b’unità ta’ stepni għal użu temporanju, il-manwal ta’ sid il-vettura għandu jkun fih tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
6.1.1. Stqarrija tar-riskju li jiġi min-nuqqas ta’ konformità mar-restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ unità ta’ stepni għal użu temporanju inkluż, kif xieraq, stqarrija relatata mal-użu ristrett ta’ fus speċifiku.
6.1.2. Istruzzjoni għal sewqan bir-reqqa f’mhux iktar mill-veloċità massima permessa ta’ 80 km/h (50 mph) meta jkun twaħħal tip 1, 2 jew 3 ta’ unità ta’ stepni għal użu temporanju kif definit fil-paragrafi 2.10.1, 2.10.2 or 2.10.3, u biex tiġi installata mill-ġdid unità standard kemm jista’ jkun malajr. Għandu jkun ċar li din l-istruzzjoni tapplika wkoll għal unità ta’ stepni għal użu temporanju tat-tip 5 kif definit fil-paragrafu 2.10.5 li qed jintuża fil-modalità ta’ sewqan b’panċer.
6.1.2.1. |
Istruzzjoni għal sewqan bir-reqqa f’mhux iktar mill-veloċità massima permessa ta’ 120 km/h (75 mph), meta jkun twaħħal unità ta’ stepni għal użu temporanju tat-tip 4 kif definit fil-paragrafu 2.10.4, u biex tiġi installata mill-ġdid unità standard kemm jista’ jkun malajr. |
6.1.3. Stqarrija li l-operat tal-vettura ma jkunx permess li jkunu twaħħlulha iktar minn unità waħda ta’ stepni għal użu temporanju fl-istess ħin. Ir-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw għat-tipi 1, 2 u 3 ta’ unitajiet ta’ stepni għal użu temporanju kif definiti fil-paragrafi 2.10.1, 2.10.2 u 2.10.3.
6.1.4. Indikazzjoni ċara tal-pressjoni tal-inflazzjoni speċifikata mill-manifattur tal-vettura għat-tajer tal-unità ta’ stepni għal użu temporanju.
6.1.5. Għal vetturi mgħammra b’unità ta’ stepni għal użu temporanju maħżun mhux minfuħ, deskrizzjoni tal-proċedura biex jintefaħ it-tajer għall-pressjoni speċifikata għal użu temporanju permezz tat-tagħmir imsemmi fil-paragrafu 5.1.7 hawn fuq.
6.2. Jekk il-vettura tkun mgħammra b’Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers jew Sistema ta’ Twissija ta’ Run-Flat, il-manwal ta’ sid il-vettura għandu jkun fih tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
6.2.1. Stqarrija li l-vettura hija mgħammra b’sistema ta’ dan it-tip (u informazzjoni dwar kif tiġi rrisettjata s-sistema, jekk is-sistema attwali tinkludi din il-karatteristika).
6.2.2. Stampa tas-simbolu li javżak bil-problema deskritt fil-paragrafu 5.1.6.1 jew 5.3.5.1 kif xieraq (u stampa tas-simbolu li javżak bi ħsara, jekk hemm sinjal li javżak apposta għal din il-funzjoni).
6.2.3. Informazzjoni addizzjonali dwar is-sinifikat ta’ meta jixgħel is-sinjal ta’ twissija tal-pressjoni baxxa tat-tajers u deskrizzjoni tal-azzjoni korrettiva li trid tittieħed jekk dan jiġri.
6.3. Jekk mal-vettura ma jingħatax manwal għal sidha, l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 6.1 u/jew 6.2 hawn fuq għandha tintwera f’post prominenti fil-vettura.
7. MODIFIKI U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ VETTURA
7.1. Kull modifika tat-tip ta’ vettura għandha tkun innotifikata lid-Dipartiment Amministrattiv li jkun ta l-approvavazzjoni tat-tip. Id-dipartiment jista’ mbagħad jew:
7.1.1. |
Jikkunsidra li l-modifiki magħmula x’aktarx li ma jkollhomx effetti negattivi notevoli u li fi kwalunwe każ il-vettura xorta tissodisfa r-rekwiżiti; jew |
7.1.2. |
Jitlob rapport tal-ittestjar addizzjonali mis-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet. |
7.2. Il-konferma jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni, li tispeċifika l-alterazzjonijiet, għandha tkun innotifikata skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.
7.3. Id-Dipartiment Amministrattiv li joħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandu jagħti numru tas-serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni li titfassal għal estensjoni bħal din.
8. KONFORMITÀ TA’ PRODUZZJONI
8.1. Il-proċeduri ta’ Konformità tal-Produzzjoni għandhom jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324 – E/ECE/TRANS/505/Rev.2) bir-rekwiżiti li ġejjin:
8.2. Id-Dipartiment Amministrattiv li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip fi kwalunkwe ħin jista’ jivverifika l-konformità tal-produzzjoni f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun tal-inqas darba kull sena.
9. PENALI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
9.1. L-approvazzjoni mogħtija fil-każ ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunux sodisfatti r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 8.
9.2. Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha tavża b’dan minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li fl-aħħar ikollha, f’ittri kbar, l-annotazzjoni ffirmata u datata “APPROVAZZJONI RTIRATA”.
10. IL-PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għal kollox jimmanifattura tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tgħarraf b’dan lill-Partijiet l-oħra fil-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, u dan permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li jkollha miktub fl-aħħar, b’ittri kbar, l-annotament iffirmat u datat “PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX”.
11. L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI BIEX JAGĦMLU T-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI
Il-Partijiet fil-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli li jagħmlu t-testijiet tal-approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi li taw l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.
12. DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI
12.1. Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 01 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi.
12.2. Minn 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 01 ta’ emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament fir-rigward ta’ stepnis għal użu temporanju, tajers tun flat jew sistemi run flat għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura li għandu jkun approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi.
12.3. Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament m’għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta’ approvazzjoni skont is-serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament.
12.4. Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet lil dawk it-tipi ta’ vetturi li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje preċedenti matul il-perjodu ta’ 36 xahar li jsegwi d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 01 ta’ emendi.
12.5. Sa mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 02 ta’ emendi għal dan ir-Regolamenti, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 02 ta’ emendi.
12.6. Sa mill-1 ta’ Novembru 2012, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jingħataw approvazzjoni nazzjonali jew reġjonali għal tip ta’ vettura tal-kategoriji M1 u sa massa massima ta’ 3 500 kg u N1, fiż-żewġ każijiet bil-fusijiet kollha mgħammra ma’ tajers singoli, jekk it-tip ta’ vettura ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-serje 02 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.
12.7. Sa mill-1 ta’ Novembru 2014, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali jew reġjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta’ vettura tal-kategoriji M1 u sa massa massima ta’ 3 500 kg u N1, fiż-żewġ każijiet bil-fusijiet kollha mgħammra ma’ tajers singoli, jekk it-tip ta’ vettura ma jissodisfax ir-rekwiżiti tas-serje 02 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.
12.8. Minkejja d-dispożizzjonijiet tranżitorji t’aktar ’il fuq, il-Partijiet Kontraenti li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tagħhom tidħol fis-seħħ wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-aktar serje ta’ emendi reċenti mhumiex obbligati li jaċċettaw approvazzjonijiet li ngħataw skont kwalunkwe serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament.
(1) Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (TRANS/WP.29/78/Rev.1/Amend.2 kif emendat l-aħħar bl-Emenda 4).
(2) Fil-każ ta’ vetturi tal-kategoriji M1 sal-massa massima ta’ 3 500 kg u N1, fiż-żewġ każijiet li huma bil-fusijiet kollha mgħammra ma’ tajers singoli.
(3) 1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Pajjiżi l-Baxxi, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vakanti), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Bjelorussja, 29 għall-Estonja, 30 (vakanti), 31 għall-Bosnja-Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vakanti), 34 għall-Bulgarija, 35 (vakanti), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vakanti), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għal dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vakanti), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha li jużaw is-simbolu ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vakanti), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għar-Repubblika tal-Afrika t’Isfel, 48 għal New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malasja, 53 għat-Tajlandja, 54 u 55 (vakanti), 56 għall-Montenegro, 57 (vakanti) u 58 għat-Tuneżija. Numri sussegwenti għandhom jingħataw lill-pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġika li fiha jirratifikaw jew jaċċedu mal-Ftehim dwar l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Parts li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintu żaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet dwar l-Għarfien Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija Abba żi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri hekk mogħtija għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.
ANNESS 2
L-ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI
Mudell A
(Ara l-paragrafu 4.4 ta' dan ir-Regolament)
Il-marka tal-approvazzjoni t’hawn fuq imwaħħla mal-vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat, fir-rigward tat-tagħmir tal-unità(jiet) ta’ stepni għal użu temporanju, ġie approvat fil-Pajjiżi Baxxi (E 4) skont ir-Regolament Nru 64 taħt in-numru tal-approvazzjoni 022439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 64 li jinkorpora s-serje 02 ta’ emendi.
Mudell B
(Ara l-paragrafu 4.4 ta’ dan ir-Regolament)
Il-marka tal-approvazzjoni t’hawn fuq imwaħħla mal-vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat, fir-rigward tat-tagħmir ta’ sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers, ġie approvat fil-Pajjiżi Baxxi (E 4) skont ir-Regolament Nru 64 taħt in-numru tal-approvazzjoni 022439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 64 li jinkorpora s-serje 02 ta’ emendi.
Mudell C
(Ara l-paragrafu 4.5 ta’ dan ir-Regolament)
Il-marka tal-approvazzjoni t’hawn fuq imwaħħla mal-vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat, ġie approvat fil-Pajjiżi Baxxi (E 4) skont ir-Regolament Nru 64 (fir-rigward tat-tagħmir ta’ unità(jiet) ta’ stepni għal użu temporanju u tagħmir b’sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers) u 13-H (1) In-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 64 inkluż fis-serje 02 ta’ emendi u r-Regolament Nru 13-H kienu għadhom fil-forma oriġinali tagħhom.
(1) In-numru tal-aħħar qed jingħata biss bħala eżempju.
ANNESS 3
TEST TAL-IBBREJKJAR U TAD-DEVJAZZJONI GĦAL VETTURI MGĦAMMRA B’UNITAJIET TA' STEPNI GĦAL UŻU TEMPORANJU
1. KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI
1.1. |
It-traċċat tat-test għandu jkun sostanzjalment invell u jkollu wiċċ li joffri adeżjoni tajba. |
1.2. |
It-test għandu jsir meta ma jkunx hemm riħ li jaf jaffettwa r-riżultati. |
1.3. |
Il-vettura għandha titgħabba sal-massa massima kif definita fil-paragrafu 2.11. ta' dan ir-Regolament. |
1.4. |
Il-tagħbijiet tal-fusijiet li jirriżultaw mill-kundizzjoni ta' tagħbija skont il-paragrafu 1.3 ta' dan l-anness għandu jkun proporzjonali għat-tagħbijiet tal-fusijiet massimi kif definiti fil-paragrafu 2.12 ta' dan ir-Regolament. |
1.5. |
Ħlief fil-każ ta' tajer run-flat, it-tajers għandhom jintefħu għall-pressjonijiet rakkomandati mill-manifattur tal-vettura għat-tip ta' vettura u kundizzjoni ta' tagħbija. Tajer run-flat għandu jkun ittestjat f’kundizzjoni ta' mniżżel kollu. |
2. TEST TA' BBREJKJAR U DEVJAZZJONI
2.1. |
It-test għandu jsir b’unità ta' stepni għal użu temporanju mqabbad darba f’post rota ta' quddiem u darba f’post rota ta' wara. Madankollu, jekk l-użu tal-unità ta' stepni għal użu temporanju jkun ristrett għal fus speċifiku, it-test għandu jsir biss bl-unità ta' stepni għal użu temporanju mgħammra ma' dak il-fus. |
2.2. |
It-test għandu jsir bl-użu ta' sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz minn veloċità inizjali ta' 80 km/h bil-magna skonnessa. |
2.3. |
Ir-rendiment tal-ibbrejkjar għandu jikkorrispondi mal-proċedura tat-test mogħtija fir-Regolament Nru 13 jew 13-H għall-kategoriji tal-vetturi M1 and N1 għat-test tal-kesħa tat-Tip O bil-magna skonnessa:
|
2.4. |
It-testijiet għandhom isiru għal kull wieħed mill-kundizzjonijiet ta' tagħmir ta' unitajiet ta' stepni għal użu temporanju fil-paragrafu 2.1 ta' dan l-anness. |
2.5. |
Ir-rendiment preskritt tal-ibbrejkjar għandu jinkiseb mingħajr ebda llokkjar tar-roti, devjazzjoni tal-vettura mir-rotta intenzjonata tagħha, vibrazzjoni anormali, tgerrim anormali tat-tajer matul it-test jew korrezzjonijiet eċċessivi tal-istering. |
ANNESS 4
REKWIŻITI GĦAT-TEST GĦAL SISTEMA TA’ TWISSIJA TA’ RUN-FLAT (RFWS)
1. KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST
1.1. Temperatura ambjentali
It-temperatura ambjentali għandha tkun bejn 0 °C u 40 °C.
1.2. Il-wiċċ tat-triq fejn isir it-test
Il-wiċċ tat-triq tat-test għandu jkun niexef u lixx.
1.3. Post tat-test
Il-post tat-test għandu jkun post li mhux suxxettibbli għal interferenzi radjofoniċi bħal xi kamp elettriku qawwi.
1.4. Il-kundizzjoni tal-vettura tat-test fi stat wieqaf
It-tajers tal-vettura għandhom jinżammu fid-dell meta l-vettura tkun ipparkjata.
2. METODU TAT-TEST
2.1. Proċeduri għall-ittestjar biex jinstab li tajer qiegħed fil-modalità ta’ sewqan b’panċer. Ir-rekwiżiti ta’ kemm il-paragrafu 2.1.1 jew 2.1.2 għandhom ikunu sodisfatti.
2.1.1. Test 1
2.1.1.1. |
It-tajers iridu jintefħu sal-pressjoni rakkomandata mill-manifattur tal-vettura. |
2.1.1.2. |
Bil-vettura wieqfa u l-iswiċċ tal-ignixin (start) fil-pożizzjoni “Lock” jew “Off”, ixgħel l-iswiċċ tal-ignixin (start) fil-pożizzjoni “On” (“Run”) jew, jekk applikabbli, fil-pożizzjoni adatta taċ-ċavetta. Ikkonferma l-attivazzjoni tas-sinjal ta’ twissija. |
2.1.1.3. |
Itfi l-ignixin u naqqas il-pressjoni tal-inflazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mit-tajers sakemm il-pressjoni aġġustata tal-inflazzjoni tat-tajer tkun 100 kPa taħt il-pressjoni kiesħa tal-inflazzjoni rakkomandata. |
2.1.1.4. |
Fi żmien 5 minuti wara t-tnaqqis tal-pressjoni tal-inflazzjoni tat-tajer, suq il-vettura b’mod normali bejn 40 u 100 km/h. |
2.1.1.5. |
It-test ikun lest meta jew:
Il-vettura għandha titwaqqaf kompletament u jintefa’ l-ignixin. |
2.1.1.6. |
Jekk is-sinjal ta’ twissija meħtieġ fil-paragrafu 2.1.1.5 hawn fuq ikun ġie attivat, stenna 5 minuti qabel ma’ tixgħel l-ignixin; is-sinjal irid jiġi riattivat u jibqa’ attiv sakemm l-iswiċċ tal-ignixin ikun fil-pożizzjoni “on” (“run”). |
2.1.1.7. |
Irrepeti l-proċess deskritt fil-paragrafi 2.1.1.1 sa 2.1.1.6, imma b’veloċità tat-test ta’ 130 km/h jew iktar. Ir-rekwiżiti rilevanti kollha għandhom ikunu sodisfatti għaż-żewġ veloċitajiet tat-test. |
2.1.2. Test 2
2.1.2.1. |
It-tajers iridu jintefħu sal-pressjoni rakkomandata mill-manifattur tal-vettura. |
2.1.2.2. |
Bil-vettura wieqfa u l-iswiċċ tal-ignixin (start) fil-pożizzjoni “Lock” jew “Off”, ixgħel l-iswiċċ tal-ignixin (start) fil-pożizzjoni “On” (“Run”) jew, jekk applikabbli, fil-pożizzjoni adatta taċ-ċavetta. Ikkonferma l-attivazzjoni tas-sinjal ta’ twissija. Itfi l-ignixin. |
2.1.2.3. |
Ipproduċi fuq tajer wieħed telfien gradwali tal-pressjoni ta’ bejn 10 kPa/min u 20 kPa/min. |
2.1.2.4. |
Suq il-vettura fi kwalunkwe veloċità ’l fuq minn 25 km/h. |
2.1.2.5. |
Ir-rekwiżit tat-test ikun sodisfatt jekk is-sistema twassal it-twissija sal-mument li l-pressjoni tinżel għal 100 kPa. |
2.2. Il-proċeduri tat-test biex tinstab ħsara fis-Sistema ta’ Twissija ta’ Run-Flat
2.2.1. Bil-vettura fil-kundizzjoni ta’ użu normali, agħmel simulazzjoni ta’ ħsara fis-Sistema ta’ Twissija ta’ Run-Flat. Din is-simulazzjoni tista’ ssir billi, pereżempju, jiġu skonnessi l-konnetturi għall-wajering relatati mal-provvista tal-elettriku mis-sors tal-elettriku jew il-wajering relatat mal-input/output lejn/minn il-kontroll tas-sistema ta’ twissija.
2.2.2. Bl-introduzzjoni ta’ simulazzjoni ta’ ħsara, suq il-vettura b’mod normali bejn 40 u 100 km/h.
2.2.3. It-test ikun tlesta meta jew:
(a) |
is-sinjal ta’ ħsara fir-run-flat kif deskritt fil-paragrafu 5.1.6.4 ikun ġie attivat jew, |
(b) |
ikun għadda perjodu ta’ 5 minuti, meta jkun iddeterminat skont il-paragrafu 2.3, mill-waqt li fih tkun intlaħqet il-veloċità tat-test. Jekk it-twissija ma tattivax it-test ma jkunx irnexxa, |
Il-vettura għandha titwaqqaf kompletament u jintefa’ l-ignixin.
2.2.4. Jekk is-sinjal ta’ twissija meħtieġ fil-paragrafu 2.2.3 hawn fuq ikun ġie attivat, stenna 5 minuti qabel ma’ tixgħel l-ignixin; is-sinjal irid jiġi riattivat u jibqa’ attiv sakemm l-iswiċċ tal-ignixin ikun fil-pożizzjoni “on” (“run”).
2.3. Kalkolu tad-dewmien
Il-ħin li jrid jgħaddi biex jiġu determinati r-rekwiżiti tal-paragrafi 2.1.1.5 u 2.2.3 għandu jkun il-ħin kollu li jkun għadda waqt li l-vettura tkun qed tinsaq fil-firxa tal-veloċità tat-test ta’ minn 40 km/h sa 100 km/h.
Il-ħin għandu jkun ikkalkulat tul sewqan kontinwu imma mhux neċessarju li l-vettura żżomm tul it-test veloċità fi ħdan il-firxa ta’ veloċità tat-test. Meta l-veloċità tal-vettura toħroġ mill-firxa tal-veloċità tat-test, kwalunkwe ħin akkumulat tul ġrajjiet bħal dawn ma għandux jitqies bħala parti mit-total tad-dewmien tat-test.
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-tip għandha tissodisfa ruħha li s-sistema ta’ twissija ta’ run-flat jirreġistra l-ħin fi ħdan il-firxa tal-veloċità tat-test fuq bażi kumulattiva u ma jerġax jibda l-kalkolu tal-ħin jekk il-vettura toħroġ mill-firxa tal-veloċità tat-test.
ANNESS 5
TESTIJIET GĦAS-SISTEMI TA' MONITORAĠĠ TAL-PRESSJONI TAT-TAJERS (TPMS)
1. KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST
1.1. Temperatura ambjentali
It-temperatura ambjentali għandha tkun bejn 0 °C u 40 °C.
1.2. Il-wiċċ tat-triq fejn isir it-test
It-triq għandu jkollha wiċċ li jaffordja adeżjoni tajba. Il-wiċċ tat-triq għandu jkun niexef waqt it-testijiet.
1.3. It-testijiet għandhom isiru f’ambjent ħieles minn kull interferenza radjofonika.
1.4. Il-kundizzjonijiet tal-vettura
1.4.1. Piż waqt it-test
Il-vettura tista’ tkun ittestjata fi kwalunkwe kundizzjoni ta' tagħbija, id-distribuzzjoni tal-massa mal-fusijiet tkun dik iddikjarata mill-manifattur tal-vettura mingħajr ma teċċedi l-ebda waħda mill-mases massimi permessibbli għal kull fus.
Madankollu, fil-każ li ma jkun hemm l-ebda possibilità li s-sistema tiġi ssettjata jew irrisettjata, il-vettura m’għandhiex tkun mgħobbija. Jista’ jkun hemm, minbarra s-sewwieq, persuna oħra fis-sedil ta' quddiem li tkun responsabbli biex tinnota r-riżultati tat-testijiet. Il-kundizzjoni tat-tagħbija ma għandhiex tkun immodifikata tul it-test.
1.4.2. Il-veloċità tal-vettura
It-TPMS tal-vettura għandha tkun ikkalibrata u ttestjata:
(a) |
fil-firxa tal-veloċità minn 40 km/h sa 120 km/h jew il-veloċità massima pproġettata tal-vettura, jekk din tkun inqas minn 120 km/h, għat-test tal-panċer biex ikunu vverifikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.2 ta' dan ir-Regolament u |
(b) |
f’firxa ta' veloċità minn 40 km/h sa 100 km għat-test ta' diffużjoni biex ikunu vverifikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.3 ta' dan ir-Regolament u għat-test ta' ħsara biex ikunu vverifikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.4 ta' dan ir-Regolament. |
Il-firxa kollha tal-veloċità għandha tkun koperta tul it-test.
Għall-vetturi mgħammra bil-cruise control, il-cruise control m’għandux jintuża matul it-testijiet.
1.4.3. Pożizzjoni tar-rimmijiet
Ir-rimmijiet tal-vettura jistgħu jitqiegħdu fi kwalunkwe pożizzjoni tar-roti, b’konsistenza ma' kwalunkwe istruzzjonijiet jew limitazzjonijiet relatati mill-manifattur tal-vettura.
1.4.4. Post fejn titħalla pparkjata
Meta l-vettura tkun ipparkjata, it-tajers tal-vettura għandhom jinżammu fid-dell. Il-post għandu jkun imħares minn kull riħ li jista’ jaffettwa r-riżultati.
1.4.5. Applikazzjoni tal-pedala tal-brejk
Il-ħin tas-sewqan m’għandux jakkumula matul l-applikazzjoni tal-brejk waqt li l-vettura tkun miexja.
1.4.6. Tajers
Il-vettura għandha tkun ittestjata bit-tajers installati fuq il-vettura skont ir-rakkomandazzjoni tal-manifattur tal-vettura. Madankollu, l-istepni jista’ jintuża biex tiġi ttestjata ħsara fit-TPMS.
1.5. Il-preċiżjoni tat-tagħmir għall-kejl tal-pressjoni
It-tagħmir għall-kejl tal-pressjoni li jrid jintuża għat-testijiet li jinsabu f’dan l-anness għandu jkun preċiż sa tal-inqas +/– 3 kPa.
2. PROĊEDURA TAT-TEST
It-test għandu jsir b’veloċità tat-test fil-firxa skont il-paragrafu 1.4.2 ta' dan l-anness, tal-inqas darba għall-każ tat-test skont il-paragrafu 2.6.1 ta' dan l-anness (“test tal-panċer”), u tal-inqas darba għal kull każ tat-test skont il-paragrafu 2.6.2 ta' dan l-anness (“test ta' diffużjoni”).
2.1. Qabel ma jintefħu t-tajers tal-vettura, ħalli l-vettura wieqfa barra f’temperatura ambjentali bil-magna mitfija, fid-dell u mhux esposta għar-riħ jew influwenzi oħra li jistgħu jsaħħnu jew ikessħu, għal tal-inqas siegħa. Onfoħ it-tajers tal-vettura sal-pressjoni tal-inflazzjoni kiesħa rakkomandata mill-manifattur tal-vettura (Prec), b’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-manifattur tal-vettura għall-kundizzjonijiet tal-veloċità u tat-tagħbija, u l-pożizzjonijiet tat-tajer. Il-kejl tal-pressjoni għandu jsir bl-użu tal-istess tagħmir tat-testijiet.
2.2. Bil-vettura wieqfa u s-sistema ta' llokkjar tal-ignixin fil-pożizzjoni “Lock” jew “Off”, ixgħel is-sistema ta' llokkjar tal-ignixin fil-pożizzjoni “On” jew “Run”. Is-sistema ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers għandha tagħmel kontroll tat-tħaddim tal-bozza għall-indikatur ta' pressjoni baxxa tat-tajers kif speċifikat fil-paragrafu 5.3.5.2 ta' dan ir-Regolament. [Dan ir-rekwiżit tal-aħħar ma japplikax għal indikaturi murija fi spazju komuni].
2.3. Jekk ikun applikabbli, issettja jew irrisettja s-sistema ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur tal-vettura.
2.4. Fażi ta' tagħlim
2.4.1. Suq il-vettura għal tal-inqas 20 minuta fil-limiti tal-firxa tal-veloċità fil-paragrafu 1.4.2 ta' dan l-Anness, u b’veloċità medja ta' 80 km/h (+/– 10 km/h). Hija tista’ titħalla toħroġ mil-limiti tal-veloċità għal ħin kumulattiv massimu ta' 2 minuti matul il-fażi ta' tagħlim.
2.4.2. Għad-diskrezzjoni tas-Servizz Tekniku, fejn it-test tas-sewqan isir fuq traċċat (ċirku/ovali) b’dawrien biss lejn naħa waħda, it-test tas-sewqan fil-paragrafu 2.4.1 hawn fuq għandu jinqasam b’mod ugwali (+/– 2 minuti) fiż-żewġ direzzjonijiet.
2.4.3. Fi żmien 5 minuti mit-tlestija tal-fażi ta' tagħlim, kejjel il-pressjoni sħuna tat-tajer(s) li jridu jitniżżlu. Il-pressjoni sħuna għandha tittieħed bħala l-valur Pwarm. Dan il-valur se jintuża għal operazzjonijiet sussegwenti.
2.5. Fażi ta' tniżżil tat-tajer.
2.5.1. Il-proċedura għat-test tal-panċer biex jiġu vverifikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.2 ta' dan ir-Regolament
Niżżel wieħed mit-tajers tal-vettura fi żmien 5 minuti tal-kejl tal-pressjoni sħuna kif deskritta fil-paragrafu 2.4.3 hawn fuq, sakemm tkun f’Pwarm -20 fil-mija, jew fi pressjoni minima ta' 150 kPa, skont liema jkun l-ogħla, jiġifieri Ptest. Wara perjodu ta' stabbilizzazzjoni ta' bejn 2 u 5 minuti l-pressjoni Ptest għandha tkun iċċekkjata mill-ġdid u jekk ikun hemm bżonn tiġi aġġustata.
2.5.2. Il-proċedura għat-test tad-diffużjoni biex jiġu vverifikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.3. ta' dan ir-Regolament
Niżżel l-erba’ tajers fi żmien 5 minuti tal-kejl tal-pressjoni sħuna kif deskritta fil-paragrafu 2.4.3 hawn fuq, sakemm it-tajers imniżżla jkunu f’Pwarm – 20 fil-mija kif ukoll tniżżil ieħor ta' 7 kPa, jiġifieri Ptest. Wara perjodu ta' stabbilizzazzjoni ta' bejn 2 u 5 minuti l-pressjoni Ptest għandha tkun iċċekkjata mill-ġdid u jekk ikun hemm bżonn tiġi aġġustata.
2.6. Fażi ta' detezzjoni tal-pressjoni baxxa tat-tajer
2.6.1. Il-proċedura għat-test tal-panċer biex jiġu vverifikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.2 ta' dan ir-Regolament
2.6.1.1. |
Suq il-vettura tul kwalunkwe parti tal-korsa tat-test (mhux bilfors kontinwament). Is-somma tal-ħin ta' sewqan kumulattiv totali għandu jkun l-inqas wieħed f’10 minuti jew il-ħin meta xegħlet il-bozza li tindika pressjoni baxxa tat-tajers. |
2.6.2. Il-proċedura għat-test tad-diffużjoni biex jiġu vverifikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.3 ta' dan ir-Regolament
2.6.2.1 |
Suq il-vettura tul kwalunkwe parti tal-korsa tat-test. Wara mhux inqas minn 20 minuta u mhux iktar minn 40 minuta waqqaf kompletament il-vettura bil-magna mitfija u ċ-ċavetta tal-ignixin imneħħija għal mhux inqas minn minuta (1) jew iktar minn 3 minuti. Kompli t-test. Is-somma tal-ħin ta' sewqan kumulattiv totali għandu jkun l-inqas wieħed f’60 minuta ta' sewqan kumulattiv skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.4.2 hawn fuq jew il-waqt meta tixgħel il-bozza li tindika pressjoni baxxa tat-tajers. |
2.6.3. Jekk il-bozza li tindika pressjoni baxxa tat-tajers ma xegħlitx, waqqaf it-test.
2.7. Jekk il-bozza li tindika l-pressjoni baxxa tat-tajers tkun xegħlet matul il-proċedura fil-paragrafu 2.6 hawn fuq, iddiżattiva s-sistema ta' llokkjar tal-ignixin billi tagħmilha fil-pożizzjoni “Off” jew “Lock”. Wara perjodu ta' 5 minuti, attiva mill-ġdid is-sistema ta' llokkjar tal-ignixin tal-vettura billi tagħmilha fil-pożizzjoni “On” (“Run”). Din il-bozza trid tixgħel u tibqa’ mixgħula sakemm is-sistema ta' llokkjar tal-ignixin tkun fil-pożizzjoni “On” (“Run”).
2.8. Onfoħ it-tajers kollha tal-vettura sal-pressjoni ta' inflazzjoni kiesħa rakkomandata mill-manifattur tal-vettura. Irrisettja s-sistema skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vettura. Iddetermina jekk il-bozza ta' indikazzjoni ntfitx. Jekk hemm bżonn, suq il-vettura sakemm din il-bozza tintefa. Jekk din il-bozza tibqa’ ma tintefiex, waqqaf it-test.
2.9. Repetizzjoni tal-fażi ta' tniżżil tat-tajer
It-test jista’ jiġi ripetut, bl-istess tagħbijiet jew b’tagħbijiet differenti, bl-użu tal-proċeduri tat-test fil-paragrafi 2.1 sa 2.2.8 hawn fuq bit-tajer(s) rilevanti tal-vettura mhux minfuħa biżżejjed, b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.3.2 jew 5.3.3 ta' dan ir-Regolament skont liema jkun rilevanti.
3. SEJBA TA' ĦSARA FIT-TPMS
3.1. Stimula ħsara fitTPMS, pereżempju, billi taqla’ l-komponent tat-TPMS minn mas-sors tal-enerġija, taqla’ kull konnessjoni elettrika bejn il-komponenti tat-TPMS, jew tinstalla tajer jew rota mal-vettura li tkun inkompatibbli mat-TPMS. Meta tissimula ħsara fit-TPMS, il-konnessjonijiet elettriċi għall-bozoz li jindikaw malfunzjoni għandhom ikunu maqlugħa.
3.2. Suq il-vettura għal sa 10 minuti ta' ħin kumulattiv (mhux bilfors kontinwament) tul kwalunkwe parti mill-korsa tat-test.
3.3. Is-somma tal-ħin ta' sewqan kumulattiv totali skont il-paragrafu 3.2 għandu jkun l-inqas wieħed f’10 minuti jew il-ħin meta xegħlet il-bozza li tindika ħsara fit-TPMS.
3.4. Jekk l-indikatur ta' ħsara fit-TPMS ma jkunx xegħel skont il-paragrafu 5.3.4 ta' dan ir-Regolament, kif meħtieġ, waqqaf it-test.
3.5. Jekk l-indikatur ta' ħsara fit-TPMS ikun xegħel jew jixgħel tul il-proċedura fil-paragrafu 3.1 sa 3.3 hawn fuq, iddiżattiva s-sistema ta' llokkjar tal-ignixin billi tagħmilha fil-pożizzjoni “Off” jew “Lock”. Wara 5 minuti, attiva mill-ġdid is-sistema ta' llokkjar tal-ignixin tal-vettura billi tagħmilha fil-pożizzjoni “On” (“Run”). L-indikatur ta' ħsara fit-TPMS għandu għal darba oħra jissenjala ħsara u jibqa’ mixgħul sakemm is-sistema ta' llokkjar tal-ignixin tkun fil-pożizzjoni “On” (“Run”).
3.6. Irritorna t-TPMS f’sitwazzjoni ta' tħaddim normali. Jekk hemm bżonn, suq il-vettura sakemm jintefa s-sinjal ta' twissija. Jekk din il-bozza ta' twissija tibqa’ ma tintefiex, waqqaf it-test.
3.7. It-test jista’ jkun ripetut bl-użu ta' proċeduri tat-test fil-paragrafi 3.1 sa 3.6, b’kull wieħed minn dawn it-testijiet ikun limitat għal simulazzjoni ta' ħsara waħda.