ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.303.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 303

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
19 ta' Novembru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1053/2010 tat-18 ta’ Novembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 494/98 fir-rigward ta’ sanzjonijiet amministrattivi f’każijiet fejn ma tkunx tista’ tiġi ppruvata l-identifikazzjoni ta’ annimal ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1054/2010 tat-18 ta’ Novembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 rigward in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1055/2010 tat-18 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċi fiż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1 min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1056/2010 tat-18 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-mazzola griża fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1057/2010 tat-18 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

9

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1058/2010 tat-18 ta’ Novembru 2010 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/694/PESK tas-17 ta’ Novembru 2010 dwar l-ilqugħ temporanju ta’ ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea

13

 

 

2010/695/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Novembru 2010 li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tar-rikonoxximent li l-Estonja, il-Latvja u l-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi fi Spanja huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) u li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li l-Estonja hija uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi u uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi fir-rigward tal-merħliet tal-bovini (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7856)  ( 1 )

14

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

19.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1053/2010

tat-18 ta’ Novembru 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 494/98 fir-rigward ta’ sanzjonijiet amministrattivi f’każijiet fejn ma tkunx tista’ tiġi ppruvata l-identifikazzjoni ta’ annimal

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 (e) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 494/98 tas-27 ta’ Frar 1998 li jistipula regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta’ Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 għall-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi minimi fl-istruttura tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-bovini (2) kien ġie adottat abbażi tal-Artikolu 10(e) tar-Regolament (KE) Nru 820/97 tal-21 ta’ April 1997 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem bovini u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga (3). Dak ir-Regolament kien imħassar u sostitwit mir-Regolament (KE) Nru 1760/2000.

(2)

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 494/98 jipprovdi li jekk il-persuna li żżomm l-annimal ma tkunx tista’ turi l-identifikazzjoni tal-annimal fi żmien jumejn tax-xogħol, l-annimal għandu jinqered mingħajr dewmien taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji u mingħajr kumpens mill-awtorità kompetenti.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4) jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali.

(4)

Dak ir-Regolament jipprovdi li l-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika li l-annimali ma jinqatlux sakemm l-operatur tal-biċċerija ma jkunx ġie provdut u ma jkunx ivverifika l-informazzjoni rilevanti tal-katina alimentari.

(5)

Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jipprovdi li l-veterinarju uffiċjali jista’ jippermetti li annimali jinqatlu fil-biċċerija anki jekk l-informazzjoni rilevanti tal-katina alimentari ma tkunx disponibbli. F’dak il-każ, madankollu, l-informazzjoni kollha rilevanti tal-katina alimentari għandha tkun fornuta qabel mal-karkassa tkun approvata għall-konsum uman. Sakemm ikun hemm sentenza finali, dawn il-karkassi u l-interjuri tagħhom għandhom jinħażnu separatament minn laħam ieħor.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jipprovdi wkoll li meta l-informazzjoni relevanti tal-katina alimentari ma tkunx disponibbli fi żmien 24 siegħa mill-wasla tal-annimal fil-biċċerija, il-laħam kollu mill-annimal għandu jiġi dikjarat bħala mhux tajjeb għal konsum uman. Jekk l-annimal ma jkunx għadu ġie maqtul, dan għandu jinqatel separatament minn annimali oħra.

(7)

Għaldaqstant, ir-riskji għas-saħħa umana maħluqa mill-annimali mhux identifikati jkunu mnaqqsa mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 854/2004. Għalhekk, il-qerda tal-annimali fi ħdan il-qafas tar-Regolament (KE) Nru 494/98 issa għandha primarjament effett dissważiv, fil-promozzjoni tal-identifikazzjoni tal-annimali għal skopijiet oħra għajr is-sikurezza tal-ikel.

(8)

L-annimali ta’ oriġini mhux magħrufa jistgħu jaffettwaw l-istatus tas-saħħa tal-annimali taż-żoni fejn ikunu ġew miżmuma.

(9)

L-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 494/98 wriet li l-limitu ta’ żmien strett ta’ jumejn mhux biżżejjed biex tkun evalwata kif xieraq l-identità ta’ annimali mhux identifikati. L-Istati Membri għandhom ikollhom id-diskrezzjoni amministrattiva meħtieġa biex jevalwaw is-sitwazzjoni abbażi ta’ analiżi tar-riskju u biex japplikaw sanzjonijiet proporzjonati.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 494/98 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stipulat mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 494/98, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Jekk il-persuna li żżomm l-annimal ma tkunx tista’ turi l-identifikazzjoni u t-traċċabilità, l-awtorità kompetenti għandha, fejn xieraq, abbażi ta’ stima tas-saħħa tal-annimal u r-riskji tas-sikurezza tal-ikel, tordna li l-annimal jinqered mingħajr kumpens.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 60, 28.2.1998, p. 78.

(3)  ĠU L 117, 7.5.1997, p. 1.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.


19.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1054/2010

tat-18 ta’ Novembru 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 rigward in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Unjoni ilha tiffinanzja azzjonijiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-kontroll u l-infurzar tas-sajd mill-1990 skont l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti b’mod partikolari fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (2).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistipula, fost azzjonijiet oħra, miżuri finanzjarji tal-Unjoni għan-nefqa li ssir fil-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza tas-sajd għall-perjodu mill-2007 sal-2013. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2007 (3) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri.

(3)

Fid-dawl tal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda, l-Istati Membri għandu jkollhom indikazzjonijiet ċari dwar ir-regoli li għandhom isegwu sabiex jibbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-infiq li jsir fil-qasam tal-kontroll u tal-infurzar tas-sajd.

(4)

Ir-regoli li japplikaw għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-programmi ta’ kontroll nazzjonali għandhom jiġu ssimplifikati u ċċarati.

(5)

Meta jiġu għal ċerti investimenti kbar, jista’ jagħti l-każ li l-Istati Membri jkunu jirrikjedu aktar żmien milli huwa permess lilhom fil-preżent biex jidħlu f’impenn legali u baġitajru u għalhekk, sabiex jitnaqqsu l-problemi futuri relatati mar-rimborż, għandha tingħata estensjoni tad-data tal-iskadenza li tkun tapplika mit-22 ta’ Ġunju 2010, id-data li fiha ġiet adottata l-ewwel deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-2010.

(6)

Fejn l-użu tal-bastimenti u tal-inġenji tal-ajru ma jkunx 100 % għall-kontroll tas-sajd, ir-rimborż għandu jingħata b’rata li tirrifletti l-użu perċentwali tal-bastiment jew l-inġenju tal-ajru.

(7)

Kuntratt bejn l-amministrazzjoni rilevanti u l-fornitur għandu jkun inkluż f’talba għal prefinanzjament fil-każ biss li n-natura tal-proġett tagħmel tali kuntratt neċessarju.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 391/2007 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 391/2007 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 4

L-impenn tan-nefqa

1.   L-Istati Membri għandhom jidħlu f’impenji legali u baġitarji għal azzjonijiet li ġew ikkunsidrati eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja skont id-deċiżjoni stipulata fl-Artikolu 21 tar-Regolament(KE) Nru 861/2006 fi żmien 12-il xahar mill-aħħar tas-sena li fiha jkunu ġew innotifikati b’tali deċiżjoni.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jidħlu f’impenji legali u baġitarji għal proġetti li jikkonċernaw ix-xiri jew l-immodernizzazzjoni ta’ bastimenti u inġenji tal-ajru fi żmien il-perjodu tal-24 xahar wara tmiem is-sena li fiha jkunu ġew innotifikati bid-deċiżjoni stipulata fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006.

3.   Il-paragrafu 2 għandu japplika mit-22 ta’ Ġunju 2010, id-data li fiha ġiet adottata l-ewwel deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-2010.”

(2)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   In-nefqa li tkun saret għax-xiri u l-immodernizzar ta’ inġenji tal-ajru u bastimenti għandha tkun eliġibbli sakemm tkun saret b’mod konformi mal-Anness III u li dawn ikunu qed jintużaw għall-attivitajiet ta’ monitoraġġ u kontroll tas-sajd, kif iddikjarat mill-Istati Membri konċernati, għal tal-anqas 25 % tal-ħin. F’każijiet fejn il-bastimenti jew l-inġenji tal-ajru jintużaw għal anqas minn 100 % tal-ħin għall-monitoraġġ u l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd, ir-rimborż għandu jsir b’rata li tirrifletti l-użu perċentwali.”

(3)

Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Fejn in-natura tal-proġett hija tali li tirrikjedi kuntratt bejn l-amministrazzjoni rilevanti u l-fornitur, it-talba mill-Istat Membru għandha tkun akkumpanjata minn kopja ċertifikata ta’ dak il-kuntratt.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1

(2)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(3)  ĠU L 97, 12.4.2007, p. 30.


19.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1055/2010

tat-18 ta’ Novembru 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċi fiż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1 min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (2), jistipula l-kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk jeħtieġ issir projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2010 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

2/T&Q

Stat Membru

Franza

Stokk

ANF/8C3411

Speċi

Petriċi (Lophiidae)

Żona

VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta' CECAF 34.1.1

Data

21.1.2010


19.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1056/2010

tat-18 ta’ Novembru 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-mazzola griża fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE, u għal bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (2), jistabbilixxi kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk jeħtieġ issir projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

43/T&Q

Stat Membru

Franza

Stokk

DGS/2AC4-C

Speċi

Mazzola griża (Squalus acanthias)

Żona

L-ilmijiet tal-UE ta' IIa u IV

Data

30.9.2010


19.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1057/2010

tat-18 ta’ Novembru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Novembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

54,4

IL

95,1

MA

72,1

MK

63,0

ZZ

71,2

0707 00 05

AL

59,4

EG

150,8

JO

182,1

MK

59,4

TR

125,3

ZZ

115,4

0709 90 70

MA

73,3

TR

144,9

ZZ

109,1

0805 20 10

MA

63,8

ZA

141,4

ZZ

102,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

62,8

IL

76,8

MA

61,9

TN

78,6

TR

62,4

UY

58,6

ZZ

66,9

0805 50 10

AR

39,0

CL

79,2

MA

68,0

TR

66,5

UY

57,1

ZZ

62,0

0806 10 10

BR

259,1

TR

134,3

US

294,1

ZA

79,2

ZZ

191,7

0808 10 80

AR

75,7

AU

237,7

BR

49,6

CL

78,5

CN

82,6

MK

27,2

NZ

96,7

US

96,5

ZA

105,1

ZZ

94,4

0808 20 50

CL

78,3

CN

82,5

US

160,9

ZZ

107,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


19.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1058/2010

tat-18 ta’ Novembru 2010

li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (2), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ppublikati prezzijiet rappreżentattivi.

(3)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li din l-emenda tiġi applikata malajr kemm jista’ jkun.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.

(3)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


ANNESS

għar-Regolament tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Novembru 2010 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

“ANNESS I

Kodiċi NM

Deżinjazzjoni tal-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

118,0

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

123,9

0

BR

123,8

0

AR

0207 14 10

Qatgħat dissussati ta’ sreidak jew ta' tiġieġ, iffriżati

202,5

29

BR

254,2

14

AR

326,9

0

CL

0207 14 50

Sdieri tat-tiġieġ, iffriżati

180,5

9

BR

0207 14 60

Koxox tat-tiġieġ, iffriżati

103,9

12

BR

0207 27 10

Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

258,2

12

BR

401,4

0

CL

0408 11 80

Isfra tal-bajd

315,7

0

AR

0408 91 80

Bajd imnixxef bla qoxra

339,6

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ

280,9

2

BR

3502 11 90

Albumini mnixxfa tal-bajd

543,9

0

AR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta ‘oriġini oħra’.”


DEĊIŻJONIJIET

19.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/694/PESK

tas-17 ta’ Novembru 2010

dwar l-ilqugħ temporanju ta’ ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Ottubru 2009, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2009/787/PESK dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta’ ċerti Palestinjani (1), li pprevediet estensjoni tal-validità tal-permessi nazzjonali tagħhom għad-dħul u s-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri msemmijin fil-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK tal-21 ta’ Mejju 2002 dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta’ ċerti Palestinjani (2) għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar.

(2)

Fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK, il-Kunsill iqis li jkun adatt li l-validità ta’ dawk il-permessi tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri msemmijin fl-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK għandhom jestendu l-validità tal-permessi nazzjonali għad-dħul u s-soġġorn mogħtija f’konformità mal-Artikolu 3 ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar.

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jevalwa l-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

D. REYNDERS


(1)  ĠU L 281, 28.10.2009, p. 6.

(2)  ĠU L 138, 28.5.2002, p. 33.


19.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Novembru 2010

li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tar-rikonoxximent li l-Estonja, il-Latvja u l-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi fi Spanja huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) u li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li l-Estonja hija uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi u uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi fir-rigward tal-merħliet tal-bovini

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7856)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/695/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u partikolarment l-Anness A(I)(4) u l-Anness A(II)(7) tagħħa,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (2), u b'mod partikolari t-Taqsima II tal-Kapitolu 1 tal-Anness A tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/68/KEE tiddefinixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ tal-annimali ovini u kaprini fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom għandhom jitqiesu li jkunu uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1992 li tieħu nota tal-konformità ta’ ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-bruċellosi (B. melitensis) u li tagħtihom l-istatus ta’ Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda (3), telenka fl-Annessi tagħha, l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li huma meqjusa bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) skont id-Direttiva 91/68/KEE.

(3)

L-Estonja u l-Latvja ressqu quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni b'xhieda tal-konformità mal-kundizzjoijiet stabbiliti fid-Direttiva 91/68/KEE biex jitqiesu bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) fit-territorju kollu tal-Istat Membru rispettiv.

(4)

Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa mill-Estonja u l-Latvja, iż-żewġ Stati Membri għandhom jiġu rikonoxxuti bħala ħielsa uffiċjalment minn dik il-marda. L-Anness I tad-Deċiżjoni 93/52/KEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Spanja ressqet quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni b'xhieda tal-konformità tal-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi mal-kundizzjonijiet xierqa stabbiliti fid-Direttiva 91/68/KEE sabiex dak ir-reġjun fi Spanja jitqies bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellosi (B. melitensis).

(6)

Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa minn Spanja, il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi għandha tiġi rikonoxxuta bħala ħielsa uffiċjalment minn dik il-marda. L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KE għandu, għalhekk, jiġi emendat skont dan.

(7)

Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ fl-Unjoni tal-annimali bovini u l-majjali. Din tistipula l-kundizzjonijiet li fihom Stat Membru jista’ jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mit-tuberkolosi u uffiċjalment ħieles mill-bruċellosi fir-rigward tal-merħliet tal-bovini.

(8)

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi, bruċellosi u lewkosi bovina enzootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (4) telenka l-Istati Membri li huma ddikjarati uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi u l-bruċellosi rispettivament.

(9)

L-Estonja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li turi l-konformità mal-kundizzjonijiet għall-istatus ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi u uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE għat-territorju sħiħ ta’ dak l-Istat Membru.

(10)

Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa mill-Estonja, dak l-Istat Membru għandu jiġi ddikjarat bħala uffiċjalment ħieles mit-tuberkolosi u uffiċjalment ħieles mill-bruċellosi. L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(11)

Id-Deċiżjonijiet 93/52/KEE u 2003/467/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(12)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi tad-Deċiżjoni 93/52/KEE huma emendati skont l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati skont l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.

(3)  ĠU L 13, 21.1.1993, p. 14.

(4)  ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74.


ANNESS I

L-Annessi tad-Deċiżjoni 93/52/KEE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS I

Stati Membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis)

Kodiċi ISO

Stat Membru

BE

Il-Belġju

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DK

Id-Danimarka

DE

Il-Ġermanja

EE

L-Estonja

IE

L-Irlanda

LV

Il-Latvja

LT

Il-Litwanja

LU

Il-Lussemburgu

HU

L-Ungerija

NL

Il-Pajjiżi L-Baxxi

AT

L-Awstrija

PL

Il-Polonja

RO

Ir-Rumanija

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

FI

Il-Finlandja

SE

L-Isvezja

UK

Ir-Renju Unit”

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Jiddaħħal it-titolu li ġej:

Reġjuni ta’ Stati Membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis )”

(b)

L-entrata għal Spanja tinbidel b’dan li ġej:

“Fi Spanja:

Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi;

Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji: Il-Provinċji ta’ Santa Cruz de Tenerife u Las Palmas.”


ANNESS II

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, il-Kapitolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

KAPITOLU 1

Stati Membri uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi

Kodiċi ISO

Stat Membru

BE

Il-Belġju

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DK

Id-Danimarka

DE

Il-Ġermanja

EE

L-Estonja

FR

Franza

LU

Il-Lussemburgu

NL

Il-Pajjiżi l-Baxxi

AT

L-Awstrija

PL

Il-Polonja

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

FI

Il-Finlandja

SE

L-Isvezja”

(2)

Fl-Anness II, il-Kapitolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

KAPITOLU 1

Stati Membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi

Kodiċi ISO

Stat Membru

BE

Il-Belġju

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DK

Id-Danimarka

DE

Il-Ġermanja

EE

L-Estonja

IE

L-Irlanda

FR

Franza

LU

Il-Lussemburgu

NL

Il-Pajjiżi l-Baxxi

AT

L-Awstrija

PL

Il-Polonja

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

FI

Il-Finlandja

SE

L-Isvezja”